EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22017D0514

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 207/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/514]

OJ L 85, 30.3.2017, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/514/oj

30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 207/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/514]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplementa u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi li jintużaw għall-agrikoltura u għall-forestrija (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat minn:

32014 R 1322: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 (ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 40 (ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“40a.

32014 R 1322: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jissupplimenta u jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-bini tal-vetturi u tar-rekwiżiti ġenerali għall-approvazzjoni tal-vetturi li jintużaw għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1322/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2015 tal-25 ta' Frar 2015 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD


(1)  ĠU L 364, 18.12.2014, p. 1.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.

(2)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


Top