EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22015A1231(01)

Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax

OJ L 346, 31.12.2015, p. 3–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2015/2469/oj

Related Council decision
Related Council decision

31.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 346/3


PROTOKOLL EMENDATORJU

għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

u

IR-REPUBBLIKA TA' SAN MARINO, minn hawn 'il quddiem imsejħa “San Marino”,

it-tnejn imsejħa minn hawn 'il quddiem “Parti Kontraenti” jew, b'mod konġunt, “Partijiet Kontraenti”,

BL-GĦAN LI jiġi implimentat l-Istandard tal-OECD għall-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Standard Globali”, f'qafas ta' kooperazzjoni li jikkunsidra l-interessi leġittimi taż-żewġ Partijiet Kontraenti,

BILLI l-Partijiet Kontraenti għandhom interess komuni li tittejjeb ir-relazzjoni tagħhom u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejniethom, kif muri mill-ftuħ reċenti tan-negozjati dwar Ftehim ta' Assoċjazzjoni li jipprevedu l-possibbiltà li San Marino jingħaqad mas-suq intern tal-Unjoni Ewropea u l-erba' libertajiet fundamentali tagħha, u l-kooperazzjoni f'oqsma oħra,

BILLI l-Partijiet Kontraenti għandhom relazzjoni fit-tul u mill-qrib f'dak li jirrigwarda l-assistenza reċiproka fil-kwistjonijiet fiskali, b'mod partikolari b'rabta mal-applikazzjoni ta' miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (1), u jixtiequ jtejbu l-konformità fiskali internazzjonali billi jkomplu jibnu fuq dik ir-relazzjoni,

BILLI l-Partijiet Kontraenti jixtiequ jaslu għal ftehim sabiex itejbu l-konformità fiskali internazzjonali bbażata fuq l-iskambju awtomatiku reċiproku ta' informazzjoni, soġġett għal ċerti kunfidenzjalità u protezzjonijiet oħrajn, inklużi dispożizzjonijiet li jillimitaw l-użu tal-informazzjoni skambjata,

BILLI l-Artikolu 13 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (2) fil-forma qabel l-emenda tiegħu permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju, li bħalissa jipprevedi skambju ta' informazzjoni fuq talba limitata għal aġir li jikkostitwixxi frodi fiskali u affarijiet simili, għandu jiġi allinjat għall-istandards tal-OECD dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni fi kwistjonijiet fiskali,

BILLI d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data tistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data (3) fl-Unjoni Ewropea li japplikaw ukoll għall-iskambji ta' informazzjoni koperti mill-Ftehim kif emendat minn dan il-Protokoll Emendatorju,

BILLI l-Liġi nru 70 tat-23 ta' Mejju 1995 (4), dwar ir-“Riforma tal-Liġi nru 27 tal-1 ta' Marzu 1983” dwar il-Ġbir, l-Elaborazzjoni u l-Użu tad-Data Personali Kompjuterizzata, tirregola l-protezzjoni tad-data personali f'San Marino,

BILLI l-Kummissjoni Ewropea s'issa għadha ma adottatx deċiżjoni skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE li ssib li San Marino huwa pajjiż li jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-data personali,

BILLI ż-żewġ partijiet jintrabtu li jimplimentaw u josservaw salvagwardji speċifiċi tal-protezzjoni tad-data kif inklużi fil-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll, inkluż l-Anness III,

BILLI l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, l-Awtoritajiet Kompetenti li jibagħtu u l-Awtoritajiet Kompetenti li jirċievu, bħala kontrolluri tad-data, ma għandhomx iżommu informazzjoni pproċessata b'konformità ma' dan il-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju aktar milli meħtieġ biex jiksbu l-finijiet tiegħu. Minħabba d-differenzi fil-leġislazzjoni tal-Istati Membri u ta' San Marino, il-perjodu massimu ta' żamma tad-data għandu jiġi stabbilit b'referenza għall-istatut ta' limitazzjonijiet ipprovdut mil-leġislazzjoni nazzjonali tat-taxxa ta' kull kontrollur tad-data.

BILLI l-kategoriji ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u Kontijiet Rapportabbli koperti mill-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju huma mfassla biex jillimitaw l-opportunitahjiet għal min iħallas it-taxxa biex jevitaw li jiġu rrappurtati billi jċaqilqu l-assi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji jew jinvestu fi prodotti finanzjarji li huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju. Madankollu, ċertu Istituzzjonijiet Finanzjarji u kontijiet li jippreżentaw riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni. Ġeneralment, ma għandhomx jiġu inklużi limiti, għaliex dawn jistgħu faċilment jinħarbu billi l-kontijiet jinqasmu f'Istituzzjonijiet Finanzjarji differenti. L-informazzjoni finanzjarja li jeħtieġ li tiġi rrappurtata u skambjata ma għandhiex tikkonċerna biss id-dħul rilevanti kollu (interessi, dividendi u tipi simili ta' dħul) iżda wkoll bilanċi tal-kontijiet u dħul mill-bejgħ minn Assi Finanzjarji, sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn min iħallas it-taxxa jfittex jaħbi kapital li fih innifsu jirrappreżenta dħul jew assi li fir-rigward tagħhom tkun ġiet evitata t-taxxa. Għalhekk, l-ipproċessar ta' informazzjoni skont il-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju huwa meħtieġ u proporzjonat sabiex l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri u ta' San Marino jkunu jistgħu jidentifikaw b'mod korrett u inekwivoku lill-persuni li jħallsu t-taxxa kkonċernati, jamministraw u jinfurzaw il-liġijiet tat-taxxa tagħhom f'sitwazzjonijiet transkonfinali, jevalwaw kemm hu possibbli li ssir evażjoni tat-taxxa u jevitaw li jsiru investigazzjonijiet ulterjuri li mhumiex meħtieġa,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-titlu għandu jiġi sostitwit bi:

“Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali internazzjonali”

(2)

L-Artikoli 1 sa 21 għandhom jiġu sostitwiti b'li ġej:

“Artikolu 1

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

‘L-Unjoni Ewropea’ tfisser l-Unjoni kif stabbilita bit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tinkludi t-territorji li fihom it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiġi applikat skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat.

(b)

‘Stat Membru’ tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

(c)

‘San Marino’ tfisser ir-Repubblika ta' San Marino.

(d)

‘Awtoritajiet Kompetenti ta' San Marino’ u ‘Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri’ jfissru l-awtoritajiet elenkati fl-Anness IV, taħt (a) kif ukoll taħt (b) sa (ac), rispettivament. L-Anness IV għandu jifforma parti integrali minn dan il-Ftehim. Il-lista ta' Awtoritajiet Kompetenti fl-Anness IV tista' tiġi emendata permezz ta' notifika sempliċi lill-Parti Kontraenti l-oħra minn San Marino għall-awtorità msemmija (a) fl-Anness, u mill-Unjoni Ewropea għall-awtoritajiet imsemmija f'(b) sa (ac) fl-istess Anness.

(e)

‘Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru’ tfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja residenti fi Stat Membru, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra dak l-Istat Membru, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex residenti f'dak l-Istat Membru, jekk dik il-fergħa tinsab f'dak l-Istat Membru.

(f)

‘Istituzzjoni Finanzjarja ta' San Marino’ tfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja residenti f'San Marino, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra San Marino, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex residenti f'San Marino, jekk dik il-fergħa tinsab f'San Marino.

(g)

‘Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti’ tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru jew Istituzzjoni Finanzjarja ta' San Marino, skont kif jitlob il-kuntest, li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti.

(h)

‘Kont Rapportabbli’ tfisser Kont Rapportabbli ta' Stat Membru jew Kont Rapportabbli ta' San Marino, skont kif jeħtieġ il-kuntest, dment li jkun ġie identifikat bħala tali skont proċeduri ta' diliġenza dovuta, konsistenti mal-Annessi I u II, stabbiliti f'dak l-Istat Membru jew f'San Marino.

(i)

‘Kont Rapportabbli ta' Stat Membru’ tfisser Kont Finanzjarju li jkun miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta' San Marino u miżmum minn persuna jew aktar tal-Istat Membru li huma Persuni Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli ta' Stat Membru.

(j)

‘Kont Rapportabbli ta' San Marino’ tfisser Kont Finanzjarju li jkun miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta' Stat Membru u miżmum minn Persuna jew aktar Persuni minn San Marino li huma Persuni Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli minn San Marino.

(k)

‘Persuna ta' Stat Membru’ tfisser individwu jew Entità identifikati minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta' San Marino bħala residenti fi Stat Membru skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Anness I u II, jew proprjetà ta' persuna deċeduta li kienet residenti ta' Stat Membru.

(l)

‘Persuna minn San Marino’ tfisser individwu jew Entità identifikati minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta' Stat Membru bħala residenti f'San Marino skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, jew proprjetà ta' persuna deċeduta li kienet residenti f'San Marino.

2.   Kwalunkwe terminu b'ittra inizjali kapitali li mhuwiex definit mod ieħor f'dan il-Ftehim għandu jkollu t-tifsira li kellu meta nkiteb, (i) fil-każ tal-Istati Membri, fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (5) jew, fejn applikabbli, fil-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru li japplika l-Ftehim, u (ii) fil-każ ta' San Marino, fil-liġijiet nazzjonali tagħha, u t-tifsira għandha tkun konsistenti mat-tifsira stipulata fl-Annessi I u II.

Kwalunkwe terminu li mhuwiex definit mod ieħor f'dan il-Ftehim jew fl-Annessi I, II jew III għandu jkollu, sakemm il-kuntest ma jkunx jeħtieġ mod ieħor jew sakemm l-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru u l-Awtorità Kompetenti ta' San Marino ma jaqblux dwar tifsira komuni kif stipulat fl-Artikolu 7 (b'konformità mal-liġijiet nazzjonali), it-tifsira li jkollu f'dak il-waqt skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni kkonċernata li tapplika dan il-Ftehim, (i) fil-każ tal-Istati Membri, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni jew, fejn applikabbli, il-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, u (ii) fil-każ ta' San Marino, skont il-liġi nazzjonali tagħha, bi kwalunkwe tifsira skont il-liġijiet fiskali applikabbli tal-ġurisdizzjoni kkonċernata (li tkun Stat Membru jew San Marino) tipprevali fuq tifsira mogħtija lit-terminu skont liġijiet oħrajn ta' dik il-ġurisdizzjoni.

Artikolu 2

Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Rapportabbli

1.   Skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u soġġett għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar u d-diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, li għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim, kull sena l-Awtorità Kompetenti ta' San Marino għandha tiskambja mal-Awtoritajiet Kompetenti ta' kull Stat Membru, u l-Awtoritajiet Kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jiskambjaw kull sena mal-Awtorità Kompetenti ta' San Marino, fuq bażi awtomatika, l-informazzjoni miksuba skont dawn ir-regoli u li huma speċifikati fil-paragrafu 2.

2.   L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata fir-rigward ta' kull Kont Rapportabbli ta' San Marino, fil-każ ta' Stat Membru, u kull Kont Rapportabbli ta' kull Stat Membru fil-każ ta' San Marino, hija:

(a)

l-isem, l-indirizz, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid (fil-każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li hija Detentur ta' Kont tal-kont u, fil-każ ta' Entità li hija Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni ta' proċeduri ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, hija identifikata bħala li għandha Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li hija Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz u n-NIT tal-Entità u l-isem, l-indirizz, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;

(b)

in-numru tal-kont (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' numru ta' kont);

(c)

l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni (jekk ikun hemm) tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(d)

il-bilanċ jew il-valur tal-kont (inkluż, fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, il-Valur fi Flus jew il-valur ta' ċessjoni) fl-aħħar tas-sena kalendarja rilevanti jew ta' perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor jew, jekk il-kont ikun ingħalaq matul sena jew perjodu partikolari, l-għeluq tal-kont;

(e)

fil-każ ta' kwalunkwe Kont ta' Kustodja:

(i)

l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta' dividendi, u l-ammont gross totali ta' dħul ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew ikkreditat lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor; u

(ii)

ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew l-amortizzazzjoni ta' Assi Finanzjarji mħallsas jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala kustodju, intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent tad-Detentur ta' Kont;

(f)

fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depożitarju, l-ammont gross totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew matul perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor; u

(g)

fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fis-subparagrafu 2(e) jew (f), l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta' Kont fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta' kwalunkwe pagament ta' amortizzazzjoni magħmul lid-Detentur ta' Kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor.

Artikolu 3

Iż-Żmien u l-Mod ta' Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni fl-Artikolu 2, l-ammont u l-karatterizzazzjoni ta' pagamenti magħmula fir-rigward ta' Kont Rapportabbli għandhom ikunu ddeterminati b'konformità mal-prinċipji tal-liġijiet fiskali tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew San Marino) li tiskambja l-informazzjoni.

2.   Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni fl-Artikolu 2, l-informazzjoni skambjata għandha tidentifika l-munita li fiha huwa ddenominat kull ammont rilevanti.

3.   Fir-rigward tal-Artikolu 2(2), l-informazzjoni għandha tiġi skambjata bejn San Marino fuq naħa, u l-Istati Membri kollha, minbarra l-Awstrija, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-2016 u s-snin kollha sussegwenti, u għandha tiġi skambjata fi żmien disa' xhur minn tmiem is-sena kalendarja li magħha hija marbuta l-informazzjoni. Informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn San Marino fuq naħa, u l-Awstrija, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-2017 u s-snin kollha sussegwenti, u għandha tiġi skambjata fi żmien disa' xhur minn tmiem is-sena kalendarja li magħha hija marbuta l-informazzjoni.

Minkejja s-subparagrafu preċedenti, l-Istituzzjonijiet Finanzjarji ta' San Marino għandhom japplikaw ir-regoli ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta li huma konsistenti mal-Annessi I u II fir-rigward ta' Persuni Rapportabbli mill-Istati Membri kollha, inkluża l-Awstrija, konformi mal-iskedi ta' żmien previsti fihom.

4.   L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 2 b'mod awtomatiku, permezz ta' skema ta' standard komuni ta' rappurtar f'Extensible Markup Language.

5.   L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqblu dwar metodu jew diversi metodi għat-trażmissjoni tad-data, inkluż dwar standards ta' kriptaġġ.

Artikolu 4

Kooperazzjoni dwar il-Konformità u l-Infurzar

L-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru għandha tinnotifika lill-Awtorità Kompetenti ta' San Marino u l-Awtorità Kompetenti ta' San Marino għandha tinnotifika lill-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru meta l-ewwel Awtorità Kompetenti msemmija (dik li tinnotifika) jkollha raġunijiet biex tissuspetta li seta' kien hemm żball li wassal għal rappurtar ħażin jew mhux komplut ta' informazzjoni skont l-Artikolu 2, jew li seta' kien hemm nuqqas ta' konformità minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mar-rekwiżiti ta' rappurtar applikabbli u mal-proċeduri ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II. L-Awtorità Kompetenti notifikata għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali tagħha sabiex tindirizza dawk l-iżbalji jew in-nuqqas ta' konformità deskritt fl-avviż.

Artikolu 5

Skambju ta' Informazzjoni fuq Talba

1.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 u ta' kwalunkwe ftehim ieħor li jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni fuq talba bejn San Marinou kwalunkwe Stat Membru, l-Awtorità Kompetenti ta' San Marino u ta' kwalunkwe Stat Membru għandhom jiskambjaw fuq talba dik l-informazzjoni li tkun tidher li hi rilevanti għat-twettiq tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jew għall-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali li jirrigwardaw it-taxxi ta' kull tip u deskrizzjoni imposti f'isem San Marino u l-Istati Membri, jew f'isem is-subdiviżjonijiet politiċi jew l-awtoritajiet lokali tagħhom, sakemm it-tassazzjoni skont dawn il-liġijiet nazzjonali ma tmurx kontra ftehim applikabbli dwar it-taxxa doppja bejn San Marino u l-Istat Membru kkonċernat.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 6 bl-ebda mod ma għandhom jinftiehmu bħala li jimponu fuq San Marino jew fuq Stat Membru l-obbligu:

(a)

li jwettqu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet u mal-prattika amministrattiva ta' San Marino jew ta' dak l-Istat Membru, rispettivament;

(b)

li jipprovdu informazzjoni li ma tistax tinkiseb jekk mhux b'konformità mal-liġijiet jew fl-andament normali tal-amministrazzjoni ta' San Marino jew ta' dak l-Istat Membru, rispettivament;

(c)

li jipprovdu informazzjoni li tiżvela kwalunkwe sigriet kummerċjali, tan-negozju, industrijali, jew professjonali jew proċess jew informazzjoni kummerċjali, li l-iżvelar tagħha tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).

3.   Jekk tintalab informazzjoni minn Stat Membru li jkun, jew minn San Marino li tkun, qed taġixxi bħala l-ġurisdizzjoni li qed tagħmel it-talba skont dan l-Artikolu, San Marino jew l-Istat Membru li jkun qed jaġixxi bħala l-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba għandu juża l-miżuri ta' ġbir ta' informazzjoni tiegħu sabiex tinkiseb l-informazzjoni mitluba, anki jekk il-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba ma tkunx teħtieġ tali informazzjoni għall-iskopijiet fiskali tagħha stess. L-obbligu li jinsab fis-sentenza preċedenti huwa soġġett għal-limitazzjonijiet tal-paragrafu 2, iżda dawn il-limitazzjonijiet fl-ebda każ ma għandhom jinftiehmu bħala li jippermettu lill-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba li tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni għas-sempliċi raġuni li ma għandha l-ebda interess nazzjonali f'din l-informazzjoni.

4.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 fl-ebda każ ma għandhom jinftiehmu bħala li jippermettu lil San Marino jew lil Stat Membru jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni biss minħabba li l-informazzjoni tkun qed tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, persuna nominata jew persuna li taġixxi f'aġenzija jew f'kapaċità fiduċjarja, jew minħabba li hija relatata ma' interessi proprjetarji f'persuna.

5.   L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqblu dwar il-forom standard li jridu jintużaw kif ukoll dwar metodu jew diversi metodi ta' trażmissjoni tad-data, inklużi standards ta' kriptaġġ.

Artikolu 6

Salvagwardji għall-Protezzjoni tad-Data Personali u l-Kunfidenzjalità

1.   Minbarra r-regoli ta' kunfidenzjalità u salvagwardi oħrajn stipulati f'dan il-Ftehim, inkluż dawk stipulati fl-Anness III, il-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni skont dan il-Ftehim għandha tkun soġġetta, (i) għall-Istati Membri, għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data u, (ii) għal San Marino, id-dispożizzjonijiet tal-Liġi nru 70 tat-23 ta' Mejju 1995 (6), dwar ‘Ir-Riforma tal-Liġi nru 27 tal-1 ta' Marzu 1983’ dwar il-Ġbir, l-Elaborazzjoni u l-Użu tad-Data Personali Kompjuterizzata.

L-Istati Membri u San Marino għandhom, għall-iskop ta' applikazzjoni korretta tal-Artikolu 5, jirrestrinġu l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet stipulati fl-Artikolu 10, fl-Artikolu 11(1), fl-Artikolu 12 u fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 95/46/KE sal-limitu meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) ta' dik id-Direttiva. San Marino għandu jieħu miżuri ekwivalenti skont il-liġi tiegħu.

Kull Stat Membru u San Marino għandhom jiżguraw li kull Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom tgħarraf lil kull Persuna Rapportabbli individwali kkonċernata li l-informazzjoni marbuta magħha msemmija fl-Artikolu 2 se tinġabar u tiġi trasferita b'konformità ma' dan il-Ftehim, u għandha tiżgura li l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tagħti lil dak l-individwu kull informazzjoni li hu intitolat għaliha skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħha tal-protezzjoni tad-data, u mill-inqas dan li ġej:

(a)

l-iskop tal-ipproċessar tad-data personali ta' dak li jkun;

(b)

il-bażi legali tal-operazzjoni tal-ipproċessar;

(c)

ir-reċipjenti tad-data personali ta' dak li jkun;

(d)

l-identità tal-kontrolluri tad-data;

(e)

il-limiti ta' żmien għall-ħżin tad-data;

(f)

l-eżistenza tad-dritt li wieħed jitlob għall-aċċess, ir-rettifika u t-tħassir tad-data personali tiegħu mingħand il-kontrollur;

(g)

id-dritt li wieħed ifittex rimedju amministrattiv u/jew ġudizzjarju u l-proċedura biex jagħmlu dan;

(h)

id-dritt ta' rikors għand l-awtorità ta' superviżjoni tal-protezzjoni tad-data kompetenti jew l-awtoritajiet u d-dettalji relevanti ta' kuntatt.

Din l-informazzjoni għandha tingħata fi żmien biżżejjed biex l-individwu jħaddem id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data tiegħu u, ikun x'ikun il-każ, qabel ma l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti kkonċernata tirrapporta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 lill-awtorità kompetenti tal-ġurisdizzjoni tagħha ta' residenza (li tkun Stat Membru jew San Marino).

L-Istati Membri u San Marino għandhom jiżguraw li kull Persuna Rapportabbli individwali tiġi avżata bil-ksur tas-sigurtà fir-rigward tad-data tagħha meta dak il-ksur x'aktarx li jaffettwa l-protezzjoni tad-data personali jew il-privatezza tagħha.

2.   L-informazzjoni pproċessata b'konformità ma' dan il-Ftehim ma għandhiex tinżamm aktar milli meħtieġ biex jinkisbu l-finijiet ta' dan il-Ftehim, u jkun x'ikun il-każ skont ir-regoli domestiċi ta' kull kontrollur tad-data dwar l-istatut tal-limitazzjonijiet.

L-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru u San Marino għandhom jitqiesu bħala kontrolluri tad-data, kull wieħed f'osservanza tal-proċessi personali tad-data skont dan il-Ftehim. Il-kontrolluri tad-data għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw konformità ma' salvagwardji dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti f'dan il-ftehim u għar-rispett tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data.

3.   Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew San Marino) skont dan il-Ftehim għandha tkun ittrattata bħala kunfidenzjali u għandha tiġi protetta bl-istess mod li bih tiġi ttrattata u protetta l-informazzjoni miksuba skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali ta' dik il-ġurisdizzjoni u, safejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tad-data personali u salvagwardji li jistgħu jkunu speċifikati mill-ġurisdizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kif meħtieġ skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

4.   Tali informazzjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi jew superviżorji) ikkonċernati bil-valutazzjoni, il-ġbir jew l-irkupru ta', l-infurzar jew il-prosekuzzjoni fir-rigward ta', jew id-determinazzjoni ta' appelli b'rabta ma' taxxi ta' dik il-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew San Marino), jew is-sorveljanza ta' dawn. Il-persuni jew l-awtoritajiet imsemmija hawn fuq biss jistgħu jużaw l-informazzjoni u biss għall-finijiet spjegati f'dan il-pragrafu. Dawn, minkejja dispożizzjonijiet oħra ta' dan l-Artikolu, jistgħu jiżvelawha fi proċeduri ta' qrati pubbliċi jew f'deċiżjonijiet ġudizzjarji relatati ma' tali taxxi.

5.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti, informazzjoni riċevuta minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew San Marino) tista' tintuża għal skopijiet oħrajn meta tali informazzjoni tista' tintuża għal tali skopijiet oħrajn skont il-liġijiet, inkluż dawk dwar il-protezzjoni tad-data personali, tal-ġurisdizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni (li tkun, rispettivament, San Marino jew Stat Membru) u meta l-Awtorità Kompetenti ta' dik il-ġurisdizzjoni tawtorizza dak l-użu. Informazzjoni pprovduta minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew San Marino) lil ġurisdizzjoni oħra (li tkun, rispettivament, San Marino jew Stat Membru) tista' tintbagħat minn din tal-aħħar lil ġurisdizzjoni terza (li tkun Stat Membru ieħor), soġġetta għas-salvagwardji previsti taħt dan l-Artikolu u dment li tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-Awtorità Kompetenti tal-ewwel ġurisdizzjoni msemmija, li minnha tkun oriġinat l-informazzjoni.

Informazzjoni pprovduta minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor skont il-liġijiet applikabbli tiegħu li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni tista' tintbagħat lil San Marino dment li tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru li minnu tkun oriġinat l-informazzjoni.

6.   Kull Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru jew ta' San Marino għandha tinnotifika minnufih lill-Awtorità Kompetenti l-oħra, jiġifieri dik ta' San Marino jew tal-Istat Membru kkonċernat, rigward kwalunkwe ksur ta' kunfidenzjalità, jew nuqqas ta' salvagwardji tal-protezzjoni tad-data jew dwar kwalunkwe ksur ieħor tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, u kwalunkwe sanzjonijiet jew azzjonijiet ta' rimedju li eventwalment jistgħu jiġu imposti.

Artikolu 7

Konsultazzjonijiet u sospensjoni ta' dan il-Ftehim

1.   Jekk jitfaċċaw xi diffikultajiet fl-implimentazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe waħda mill-Awtoritajiet Kompetenti ta' San Marino jew ta' Stat Membru tista' titlob konsultazzjonijiet bejn l-Awtorità Kompetenti ta' San Marino u Awtorità Kompetenti jew diversi Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri sabiex jiġu żviluppati miżuri xierqa li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi ssodisfat. Dawk l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet tagħhom. B'rabta ma' kwistjonijiet ta' interpretazzjoni l-Kummissjoni Ewropea tista' tieħu sehem fil-konsultazzjonijiet fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Awtoritajiet Kompetenti.

2.   Jekk il-konsultazzjoni tkun relatata ma' nuqqas ta' konformità sinifikanti mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, u l-proċedura deskritta fil-paragrafu 1 ma tipprevedix soluzzjoni adegwata, l-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru jew ta' San Marino tista' tissospendi l-iskambju ta' informazzjoni skont dan il-Ftehim lejn, rispettivament, San Marino jew Stat Membru speċifiku, billi tavża bil-miktub lill-Awtorità Kompetenti kkonċernata l-oħra. Din is-sospensjoni għandu jkollha effett immedjat. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, nuqqas ta' konformità sinifikanti jinkludi, iżda mhuwiex limitat biss għal, nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim, inkluż l-Anness II, tad-Direttiva 95/46/KE u tal-Liġi nru 70 tat-23 ta' Mejju 1995 dwar ‘Ir-Riforma tal-Liġi nru 27 tal-1 ta' Marzu 1983’ dwar il-Ġbir, l-Elaborazzjoni u l-Użu tad-Data Personali Kompjuterizzata, kif applikabbli, nuqqas mill-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru jew ta' San Marino li tipprovdi informazzjoni fil-ħin jew xierqa kif meħtieġ skont dan il-Ftehim, jew id-definizzjoni tal-istatus ta' Entitajiet jew kontijiet bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji Mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi b'mod li jxekkel il-finijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 8

Emendi

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin f'kull okkażjoni meta tiġi adottata bidla importanti fil-livell tal-OECD fi kwalunkwe element tal-Istandard Globali jew — jekk ikun meqjus bħala meħtieġ mill-Partijiet Kontraenti — sabiex jittejjeb il-funzjonament tekniku ta' dan il-Ftehim jew biex jiġu vvalutati u riflessi żviluppi internazzjonali oħrajn. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien xahar minn meta ssir talba minn kwalunkwe waħda mill-Parti Kontraenti, jew mill-aktar fis possibbli f'każijiet urġenti.

2.   Abbażi ta' tali kuntratt, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jikkonsultaw lil xulxin sabiex jeżaminaw jekk humiex meħtieġa bidliet f'dan il-Ftehim.

3.   Għall-finijiet tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, kull Parti Kontraenti għandha tinforma lill-Parti Kontraenti l-oħra rigward żviluppi possibbli li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament korrett ta' dan il-Ftehim. Dan għandu jinkludi wkoll kwalunkwe ftehim rilevanti bejn waħda mill-Partijiet Kontraenti u Stat terz.

4.   Wara l-konsultazzjonijiet, dan il-Ftehim jista' jiġi emendat permezz ta' protokoll jew ftehim ġdid bejn il-Partijiet Kontraenti.

5.   Meta Parti Kontraenti tkun implimentat xi bidla, li tkun ġiet adottata mill-OECD, fl-Istandard Globali, u tkun tixtieq tagħmel bidla korrispondenti fl-Annessi I u/jew II ta' dan il-Ftehim, hija għandha tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra dwar dan. Proċedura ta' konsultazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għandha sseħħ fi żmien xahar min-notifika. Minkejja l-paragrafu 4, fejn il-Partijiet Kontraenti jilħqu kunsens f'din il-proċedura ta' konsultazzjoni dwar il-bidla li għandha ssir fl-Anness I u/jew II ta' dan il-Ftehim, u għall-perjodu ta' żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-bidla permezz ta' emenda formali ta' dan il-Ftehim, il-Parti Kontraenti li talbet il-bidla tista' tapplika b'mod proviżorju l-verżjoni riveduta tal-Annessi I u/jew II ta' dan il-Ftehim, kif approvata permezz tal-proċedura ta' konsultazzjoni, mill-ewwel jum ta' Jannar tas-sena ta' wara l-konklużjoni tal-proċedura li ġiet imsemmija.

Parti Kontraenti titqies bħala li implimentat bidla, li tkun ġiet adottata mill-OECD, fl-Istandard Globali:

(a)

għall-Istati Membri: meta l-bidla tkun ġiet inkorporata fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni;

(b)

għal San Marino: meta l-bidla tkun ġiet inkorporata fil-leġislazzjoni nazzjonali.

Artikolu 9

Terminazzjoni

Kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti tista' tittermina dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta' terminazzjoni bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Din it-terminazzjoni ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara l-iskadenza ta' perjodu ta' 12-il xahar wara d-data tal-avviż ta' terminazzjoni. F'każ ta' terminazzjoni, kull informazzjoni li tkun ġiet riċevuta skont dan il-Ftehim se jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti, (i) għall-Istati Membri, għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tal-Istati Membri u regolamenti li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE u (ii) għal San Marino, għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi nru 70 tat-23 ta' Mejju 1995, dwar ‘Ir-Riforma tal-Liġi nru 27 tal-1 ta' Marzu 1983’ dwar il-Ġbir, l-Elaborazzjoni u l-Użu tad-Data Personali Kompjuterizzata, u, fiż-żewġ każijiet, għal salvagwardji speċifiċi tal-protezzjoni tad-data stabbiliti f'dan il-Ftehim, inklużi dawk li jinsabu fl-Anness III.

Artikolu 10

Kamp ta' Applikazzjoni Territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji tal-Istati Membri li fihom jiġu applikati t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u bil-kundizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta' San Marino.”.

(3)

l-Annessi għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

ANNESS I

STANDARD KOMUNI DWAR IR-RAPPURTAR U D-DILIĠENZA DOVUTA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR KONT FINANZJARJU (‘STANDARD KOMUNI TA' RAPPURTAR’)

TAQSIMA I

OBBLIGI ĠENERALI TA' RAPPURTAR

A.

Soġġett għall-paragrafi C sa E, kull Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta lill-Awtorità Kompetenti tal-ġurisdizzjoni tagħha (li tkun Stat Membru jew San Marino) din l-informazzjoni li ġejja f'dak li jirrigwarda kull Kont Rapportabbli ta' tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti:

1.

l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) ta' residenza (li tkun Stat Membru jew San Marino), in-NIT u d-data u l-post tat-twelid (f'każ ta' individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li tkun Detentur ta' Kont ta' kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tal-proċedura ta' diliġenza dovuta konsistenti mat-Taqsimiet V, VI u VII, tkun identifikata bħala li għandha Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li tkun Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra) ta' residenza u n-NIT tal-Entità u l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat Membru jew San Marino) ta' residenza, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid ta' kull Persuna Rapportabbli;

2.

in-numru tal-kont (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' numru ta' kont);

3.

l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni (jekk ikun hemm) tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

4.

il-bilanċ jew il-valur tal-kont (inkluż, fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, il-Valur fi Flus jew il-valur ta' ċessjoni) fl-aħħar tas-sena kalendarja rilevanti jew ta' perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor jew, jekk il-kont ikun ingħalaq matul sena jew perjodu partikolari, l-għeluq tal-kont;

5.

fil-każ ta' kwalunkwe Kont ta' Kustodja:

(a)

l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta' dividendi, u l-ammont totali ta' dħul ieħor iġġenerat fir-rigward tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew ikkreditat lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor; u

(b)

ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew l-amortizzazzjoni ta' Assi Finanzjarji mħallsas jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala kustodju, intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent tad-Detentur ta' Kont;

6.

fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depożitarju, l-ammont gross totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena kalendarja jew matul perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor; u

7.

fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fis-subparagrafu A(5) jew (6), l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta' Kont fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta' kwalunkwe pagamenti tat-tifdija magħmula lid-Detentur ta' Kont matul is-sena kalendarja jew matul perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor.

B.

L-informazzjoni rrapportata għandha tidentifika l-munita li fiha jkun iddenominat kull ammont.

C.

Minkejja s-subparagrafu A(1), fir-rigward ta' kull Kont Rapportabbli li jkun Kont Preeżistenti, ma hemmx għalfejn jiġu rrapportati n-NIT jew id-data ta' twelid jekk tali NIT jew data ta' twelid ma tkunx fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u ma jkunx meħtieġ li din l-informazzjoni tinġabar b'mod ieħor minn tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-liġi nazzjonali jew kwalunkwe strument legali tal-Unjoni Ewropea (jekk applikabbli). Madankollu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tagħmel sforzi raġonevoli biex tikseb in-NIT u d-data ta' twelid fir-rigward ta' Kontijiet Preeżistenti sal-aħħar tat-tieni sena kalendarja wara s-sena li fiha Kontijiet Preeżistenti jkunu ġew identifikati bħala Kontijiet Rapportabbli.

D.

Minkejja s-subparagrafu A(1), ma hemmx għalfejn jiġi rrapportat in-NIT jekk ma jinħariġx NIT mill-Istat Membru rilevanti, minn San Marino jew minn ġurisdizzjoni oħra ta' residenza.

E.

Minkejja s-subparagrafu A(1), ma hemmx għalfejn jiġi rrapportat il-post ta' twelid sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx obbligata tiksbu u tirrapportah b'mod ieħor skont il-liġijiet nazzjonali u sakemm dan ma jkunx disponibbli fid-data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.

TAQSIMA II

REKWIŻITI ĠENERALI TA' DILIĠENZA DOVUTA

A.

Kont għandu jibda jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli mid-data li fiha jiġi identifikat bħala tali skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta fit-Taqsimiet II sa VII u, sakemm mhux previst mod ieħor, informazzjoni fir-rigward ta' Kont Rapportabbli għandha tiġi rappurtata annwalment fis-sena kalendarja wara s-sena li għaliha tirreferi l-informazzjoni.

B.

Il-bilanċ jew il-valur ta' kont jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tas-sena kalendarja jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor.

C.

Fejn livell ta' bilanċ jew valur għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum ta' sena kalendarja, il-bilanċ jew valur rilevanti għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tal-perjodu ta' rappurtar li jintemm fl-aħħar ta', jew waqt, dik is-sena kalendarja.

D.

Kull Stat Membru jew San Marino jista' jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jużaw fornituri ta' servizz biex jissodisfaw l-obbligi ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta imposti fuq tali Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, kif stipulati fil-liġijiet nazzjonali, iżda dawk l-obbligi għandhom jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti.

E.

Kull Stat Membru jew San Marino jista' jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti japplikaw il-proċeduri ta' diliġenza dovuta għall-Kontijiet Ġodda lil Kontijiet Preeżistenti, u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta għal Kontijiet ta' Valur Għoli lil Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Fejn Stat Membru jew San Marino jippermetti li proċeduri ta' diliġenza dovuta ta' Kont Ġdid jintużaw għal Kontijiet Preeżistenti, għandhom ikomplu japplikaw ir-regoli applikabbli mod ieħor għal Kontijiet Preeżistenti.

TAQSIMA III

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI PREEŻISTENTI

A.

Introduzzjoni. Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost Kontijiet Individwali Preeżistenti.

B.

Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Il-proċeduri li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx.

1.

Indirizz tar-Residenza. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha fir-rekords tagħha indirizz tar-residenza attwali għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentata, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tittratta lid-Detentur ta' Kont individwali bħala resident għal finijiet ta' taxxa tal-Istat Membru jew San Marino jew ġurisdizzjoni oħra li fiha jkun jinsab l-indirizz biex jiġi ddetermint jekk it-tali Detentur ta' Kont individwali jkunx Persuna Rapportabbli.

2.

Tiftix ta' Rekords b'Mod Elettroniku. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tiddependix fuq indirizz ta' residenza attwali għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentarja kif stipulat fis-subparagrafu B(1), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha twettaq rieżami tad-data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium li ġejja u tapplika s-subparagrafi B(3) sa (6):

(a)

identifikazzjoni tad-Detentur ta' Kont bħala resident ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli;

(b)

indirizz postali jew ta' residenza attwali (inkluż kaxxa postali) f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli;

(c)

numru tat-telefown wieħed jew aktar f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli u l-ebda numru tat-telefown fir-Repubblika ta' San Marino jew fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, skont kif jeħtieġ il-kuntest;

(d)

struzzjonijiet permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depożitarju) biex jiġu trasferiti fondi għal kont miżmum f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli;

(e)

prokura jew awtorità firmatarja attwalment effettiva mogħtija lil persuna b'indirizz f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli; jew

(f)

istruzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma jkollha l-ebda indirizz ieħor fir-rekord tagħha għad-Detentur ta' Kont.

3.

Jekk fit-tiftixa b'mod elettroniku ma jiġi skopert l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2), ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri sakemm isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi li twassal biex jiġi assoċjat indicium wieħed jew aktar mal-kont, jew sakemm il-kont isir Kont ta' Valur Għoli.

4.

Jekk kwalunkwe wieħed mill-indicia elenkati fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) jiġi skopert fit-tiftixa b'mod elettroniku, jew jekk isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta d-Detentur ta' Kont bħala resident għal finijiet ta' taxxa ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għaliha jkun ġie identifikat indicium, sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.

5.

Jekk struzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ tiġi skoperta fit-tiftixa b'mod elettroniku u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor elenkat fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika, fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi, it-tiftixa fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritta fis-subparagrafu C(2), jew tfittex li tikseb mingħand id-Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa ta' tali Detentur ta' Kont. Jekk it-tiftixa analoga ma tistabbilixxix indicium u t-tentattiv ta' ksib tal-awtoċertifikazzjoni jew tal-Evidenza Dokumentata ma jirnexxix, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-kont lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tagħha jew ta' San Marino, kif jitlob il-kuntest, bħala kont mhux dokumentat.

6.

Minkejja s-sejba ta' indicia mniżżla fis-subparagrafu B(2), Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex obbligata li tittratta Detentur ta' Kont bħala resident ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli jekk:

(a)

l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont jkun fiha indirizz postali jew ta' residenza attwali fil-Ġurisdizzjoni Rapportabbli, numru tat-telefown wieħed jew aktar f'dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli (u l-ebda numru tat-telefown f' San Marino jew fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, skont kif jeħtieġ il-kuntest) jew struzzjonijiet permanenti (fir-rigward ta' Kontijiet Finanzjarji ħlief Kontijiet Depositorji) biex jiġu ttrasferiti fondi għal kont miżmum f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew kienet rieżaminat qabel u żżomm rekord ta':

(i)

awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-ġurisdizzjoni(jiet) ta' residenza (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjonijiet oħrajn) ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli; u

(ii)

Evidenza Dokumentarja li tistabbilixxi l-istatus mhux rapportabbli tad-Detentur ta' Kont;

(b)

l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont fiha prokura effettiva attwali jew awtorità firmatarja mogħtija lil persuna b'indirizz fil-Ġurisdizzjoni Rapportabbli, u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew tkun rieżaminata minn qabel u żżomm rekord ta':

(i)

awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-ġurisdizzjoni(jiet) ta' residenza (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjonijiet oħrajn) ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli; jew

(ii)

Evidenza Dokumentarja li tistabbilixxi l-istatus mhux rapportabbli tad-Detentur ta' Kont.

C.

Proċeduri ta' Eżami Mtejba għal Kontijiet ta' Valur Għoli. Il-proċeduri ta' rieżami mtejba li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Għoli.

1.

Tiftix ta' Rekords b'Mod Elettroniku. Fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha twettaq rieżami ta' data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2).

2.

Tiftix fl-Arkivji Fiżiċi tal-Karta. Jekk id-databases tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li jistgħu jsiru tfittxijiet fihom b'mod elettroniku jinkludu oqsma għal, u jinkludu l-informazzjoni kollha deskritta fis-subparagrafu C(3), ma jkunx meħtieġ li ssir tiftixa ulterjuri fl-arkivji fiżiċi tal-karta. Jekk id-databases elettroniċi ma jinkludux dik l-informazzjoni kollha, fir-rigward ta' Kont ta' Valur Għoli l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha twettaq ukoll rieżami tal-fajl prinċipali attwali tal-klijenti u, sa fejn ma jinsabux fil-fajl prinċipali attwali tal-klijenti, id-dokumenti li ġejjin li huma assoċjati mal-kont u li jkunu ġew miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tul l-aħħar ħames snin, għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2):

(a)

l-Evidenza Dokumentata l-aktar reċenti miġbura fir-rigward tal-kont;

(b)

il-kuntratt jew id-dokumentazzjoni ta' ftuħ ta' kont l-aktar reċenti;

(c)

id-dokumentazzjoni l-aktar reċenti miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-Proċeduri tal-Ġlieda kontra l-Ħasil tal-Flus (AML/KYC) jew għal finijiet regolatorji oħra;

(d)

kwalunkwe dokumenti ta' prokura jew ta' awtorità firmatarja attwalment fis-seħħ; u

(e)

kwalunkwe struzzjoni permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depożitarju) biex jiġu ttrasferiti fondi attwalment fis-seħħ.

3.

Eċċezzjoni Għall-Punt Li Databases Ikun Fihom Informazzjoni Suffiċjenti. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex mitluba twettaq it-tiftixa fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritta fis-subparagrafu C(2) sa fejn l-informazzjoni li tista' tiġi mfittxija b'mod elettroniku tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tinkludi dawn li ġejjin:

(a)

l-istatus ta' residenza tad-Detentur ta' Kont;

(b)

l-indirizz postali u l-indirizz ta' residenza ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(c)

in-numru(i) tat-telefown ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords, jekk ikun hemm, tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti;

(d)

fil-każ ta' Kontijiet Finanzjarji għajr Kontijiet Depożitarji, jekk ikun hemm struzzjonijiet permanenti biex jiġu ttrasferiti fondi fil-kont għal kont ieħor (inkluż kont f'fergħa oħra tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew Istituzzjoni Finanzjarja oħra);

(e)

jekk ikun hemm struzzjoni attwali ta' ‘in-care-of’ jew ‘hold mail’ jew għad-Detentur ta' Kont; u

(f)

jekk ikun hemm kwalunkwe prokura jew awtorità firmatarja għall-kont.

4.

Rikjesta tal-Maniġer tal-Kuntatti għal Għarfien Attwali. Minbarra t-tiftix b'mod elettroniku u t-tiftix fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritti fis-subparagrafi C(1) u (2), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta bħala Kont Rapportabbli kwalunkwe Kont ta' Valur Għoli assenjat lil maniġer tal-kuntatti (inkluż kwalunkwe Kont Finanzjarju aggregat ma' dak il-Kont ta' Valur Għoli) jekk il-maniġer tal-kuntatti jkollu għarfien attwali li d-Detentur ta' Kont ikun Persuna Rapportabbli.

5.

Effett ta' Sejbien ta' Indicia.

(a)

Jekk l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2) ma jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, u jekk il-kont ma jiġix identifikat bħala li hu miżmum minn Persuna Rapportabbli skont is-subparagrafu C(4), ma tkunx meħtieġa azzjoni ulterjuri sakemm ma jkunx hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar mal-kont.

(b)

Jekk kwalunkwe indicium elenkat fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, jew jekk ikun hemm bidla sussegwenti fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għalih indicium jkun ġie identifikat sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.

(c)

Jekk struzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ jiġi skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt fil-paragrafu C, u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor elenkati fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb minn tali Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur ta' Kont. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx tista' tikseb tali awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja, din għandha tirrapporta l-kont lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tagħha jew ta' San Marino, skont kif jeħtieġ il-kuntest, bħala kont mhux dokumentat.

6.

Jekk Kont Individwali Preeżistenti ma jkunx Kont ta' Valur Għoli fil-31 ta' Diċembru 2015, iżda jsir Kont ta' Valur Għoli fl-aħħar jum ta' sena kalendarja sussegwenti, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tlesti l-proċeduri mtejba ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C fir-rigward ta' tali kont fis-sena kalendarja wara s-sena li fiha l-kont isir Kont ta' Valur Għoli. Jekk abbażi ta' dak ir-rieżami tali kont ikun identifikat bħala Kont Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-informazzjoni meħtieġa dwar tali kont fir-rigward tas-sena li fiha jkun identifikat bħala Kont Rapportabbli u fis-snin sussegwenti fuq bażi annwali, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli.

7.

Ladarba Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tapplika l-proċeduri mtejba ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C għall-Kont ta' Valur Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx meħtieġa tapplika tali proċeduri mill-ġdid, minbarra r-rikjesta tal-maniġer għall-kuntatti deskritta fis-subparagrafu C(4), għall-istess Kont ta' Valur Għoli fi kwalunkwe sena sussegwenti sakemm il-kont ikun mhux dokumentat, f'liema każ l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tapplikahom mill-ġdid kull sena sakemm tali kont ma jibqax mhux dokumentat.

8.

Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont ta' Valur Għoli li twassal biex wieħed jew aktar indicia deskritti fis-subparagrafu B(2) jiġu assoċjati mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għaliha jkun ġie indikat indicium, sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont.

9.

Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha timplimenta proċeduri biex tiżgura li maniġer tal-kuntatti jidentifika kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi ta' kont. Pereżempju, jekk maniġer tal-kuntatti jiġi nnotifikat li d-Detentur tal-Kont ikollu indirizz postali ġdid f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun meħtieġa tittratta l-indirizz il-ġdid bħala bidla fiċ-ċirkostanzi u, jekk tagħżel li tapplika s-subparagrafu B(6), tkun meħtieġa tikseb id-dokumentazzjoni xierqa mingħand id-Detentur tal-Kont.

D.

Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Għoli għandu jitlesta sal-31 ta' Diċembru 2016. Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Aktar Baxx għandu jitlesta sal-31 ta' Diċembru 2017.

E.

Kwalunkwe Kont Individwali Preeżistenti li jkun ġie identifikat bħala Kont Rapportabbli skont din it-Taqsima għandu jiġi trattat bħala Kont Rapportabbli fis-snin sussegwenti kollha, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli.

TAQSIMA IV

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI ĠODDA

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost Kontijiet Individwali Ġodda.

A.

Fir-rigward ta' Kontijiet Individwali Ġodda, malli jinfetaħ il-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni tal-ftuħ tal-kont, li tippermetti lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tiddetermina r-residenza/i tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni bbażata fuq l-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'konnessjoni mal-ftuħ tal-kont, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri tal-AML/KYC.

B.

Jekk l-awtoċertifikazzjoni tistabbilixxi li d-Detentur tal-Kont huwa residenti għal finijiet ta' taxxa f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli u l-awtoċertifikazzjoni trid tinkludi wkoll in-NIT tad-Detentur tal-Kont fir-rigward ta' tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli (soġġett għall-paragrafu D tat-Taqsima I) u d-data tat-twelid.

C.

Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont Individwali Ġdid li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf, jew li jkollha raġuni biex tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni oriġinali hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tiddependi fuq l-awtoċertifikazzjoni oriġinali u għandha tikseb awtoċertifikazzjoni valida li tistabbilixxi r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont.

TAQSIMA V

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ PREEŻISTENTI

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti.

A.

Kontijiet ta' Entità Mhux Meħtieġa li Jiġu Eżaminati, Identifikati jew Rapportati. Sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tiddeċidix mod ieħor, jew fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti kollha jew, separatament, fir-rigward ta' kwalunkwe grupp identifikat b'mod ċar ta' tali kontijiet, Kont ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont aggregat jew valur li ma jaqbiżx, fil-31 ta' Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew ta' San Marino li jikkorrispondi għal USD 250 000, mhuwiex meħtieġ li jiġi rieżaminat, identifikat, jew rappurtat bħala Kont Rapportabbli sakemm il-bilanċ tal-kont aggregat jew il-valur ma jaqbiżx dak l-ammont mill-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja sussegwenti.

B.

Kontijiet ta' Entità soġġetti għal Eżami. Kont ta' Entità Preeżistenti li għandu bilanċ tal-kont jew valur aggregat li jaqbeż, mill-31 ta' Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew ta' San Marino u li jikkorrispondi għal USD 250 000, u Kont ta' Entità Preeżistenti li ma jaqbiżx, fil-31 ta' Diċembru 2015, dak l-ammont iżda l-bilanċ tal-kont jew il-valur aggregat jaqbeż tali ammont mill-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja sussegwenti, għandhom jiġu rieżaminati skont il-proċeduri stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu D.

C.

Kontijiet ta' Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, huma biss dawk il-kontijiet li huma miżmuma minn Entità waħda jew aktar li huma Persuni Rapportabbli, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli, li għandhom jiġu ttrattati bħala Kontijiet Rapportabbli.

D.

Proċeduri ta' Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet tal-Entità li fir-Rigward Tagħhom Jeħtieġ Rappurtar. Għall-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċeduri ta' rieżami li ġejjin biex jiġi ddeterminat jekk il-kont huwiex miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli:

1.

Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli.

(a)

L-informazzjoni tal-eżami li tinżamm għal finijiet regolatorji jew ta' kuntatt mal-klijent (inkluża informazzjoni miġbura skont il-proċeduri tal-AML/KYC) biex jiġi ddeterminat jekk l-informazzjoni tindikax li d-Detentur tal-Kont huwiex residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Għal dan il-għan, l-informazzjoni li tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli tinkludi post ta' inkorporazzjoni jew organizzazzjoni, jew indirizz f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli.

(b)

Jekk l-informazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli sakemm ma tiksibx awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont, jew b'mod raġonevoli tiddetermina, abbażi tal-informazzjoni li jkollha jew li tkun pubblikament disponibbli, li d-Detentur tal-Kont mhuwiex Persuna Rapportabbli.

2.

Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar li Jkunu Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Preeżistenti (inkluż Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi D(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi.

(a)

Determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma tiddeterminax b'mod raġonevoli abbażi ta' informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.

(b)

Determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri tal-AML/KYC.

(c)

Determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq:

(i)

informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri AML/KYC fil-każ ta' Kont ta' Entità Preeżistenti miżmum minn NFE waħda jew aktar bi bilanċ tal-kont jew tal-valur aggregat li ma jaqbiżx ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew San Marino li jikkorrispondi għal USD 1 000 000; jew

(ii)

awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti tal-ġurisdizzjoni(jiet) (li hija Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjonijiet oħra fejn il-Persuna Kontrollanti tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa.

E.

It-twaqqit taż-żmien tar-Rieżami u ta' Proċeduri Addizzjonali Applikabbli għall-Kontijiet tal-Entità Preeżistenti.

1.

Ir-Rieżami ta' Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat li jaqbeż, fil-31 ta' Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew ta' San Marino u li jikkorrispondi għal USD 250 000, irid jitlesta sal-31 ta' Diċembru 2017.

2.

Ir-rieżami ta' Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat li ma jaqbiżx, fil-31 ta' Diċembru 2015, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew ta' San Marino li jikkorrispondi għal USD 250 000, iżda jaqbeż dak l-ammont mill-31 ta' Diċembru ta' sena sussegwenti, irid jitlesta fis-sena kalendarja ta' wara s-sena li fiha l-bilanċ tal-kont jew valur aggregat jaqbeż tali ammont.

3.

Jekk isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti li bħala riżultat tagħha l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ssir taf, jew ikollha raġuni li tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni oħra assoċjata ma' kont hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tiddetermina l-istatus tal-kont skont il-proċeduri stipulati fil-paragrafu D.

TAQSIMA VI

DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ ĠODDA

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finiijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Ġodda.

A.

Proċeduri ta' Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet ta' Entità li fir-Rigward Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Għal Kontijiet ta' Entità Ġodda, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċeduri ta' rieżami li ġejjin biex jiġi determinat jekk il-kont ikunx miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli:

1.

Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli.

(a)

Għandha tinkiseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni għall-ftuħ tal-kont, li biha l-Istituzzjoni finanzjarja Rapportanti tkun tista' tiddetermina r-residenza(i) tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni abbażi tal-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'rabta mal-ftuħ tal-kont, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri tal-AML/KYC. Jekk l-entità tiċċertifika li ma għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità biex tiġi determinata r-residenza tad-Detentur tal-Kont.

(b)

Jekk l-awtoċertifikazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli, sakemm hija ma tiddeterminax b'mod raġonevoli abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun disponibbli pubblikament, li d-Detentur tal-Kont huwa Persuna Rapportabbli fir-rigward ta' tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli.

2.

Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar li Jkunu Persuni Rapportabbli. Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Ġdida (inkluż Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva bi Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi A(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi.

(a)

Determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma jkollhiex informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li abbażi tagħha tista' tiddetermina b'mod raġonevoli li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li ma tkunx Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti.

(b)

Determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri tal-AML/KYC.

(c)

Determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għal finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti.

TAQSIMA VII

REGOLI SPEĊJALI DWAR ID-DILIĠENZA DOVUTA

Ir-regoli addizzjonali li ġejjin japplikaw fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti hawn fuq:

A.

Dipendenza fuq Awtoċertifikazzjonijiet u Evidenza Dokumentata. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax toqgħod fuq l-awtoċertifikazzjoni jew fuq l-Evidenza Dokumentata jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun taf jew għandha raġuni biex tkun taf li l-awtoċertifikazzjoni jew l-Evidenza Dokumentata hija żbaljata jew mhux affidabbli.

B.

Proċeduri alternattivi għal Kontijiet Finanzjarji Miżmuma minn Benefiċjarji Individwali ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju u għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tippreżumi li benefiċjarju individwali (għajr is-sid) ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju li jirċievi benefiċċju tal-mewt ma jkunx Persuna Rapportabbli u tista' tittratta tali Kont Finanzjarju bħala differenti minn Kont Rapportabbli sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ikollha għarfien dwar il-fatt, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha raġuni biex tkun taf li benefiċjarju ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju jkun Persuna Rapportabbli jekk l-informazzjoni miġbura mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u assoċjata mal-benefiċjarju jkun fiha indicia kif deskritt fil-paragrafu B tat-Taqsima III. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun taf biċ-ċert, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafu B tat-Taqsima III.

Stat Membru jew San Marino għandu jkollhom l-għażla li jippermettu lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti jittrattaw Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp bħala Kont Finanzjarju li ma jkunx Kont Rapportabbli qabel id-data li fiha jkun pagabbli ammont lill-impjegat/lid-detentur taċ-ċertifikat jew lill-benefiċjarju, jekk il-Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju jinħareġ lil impjegatur u jkopri 25 impjegat/detentur ta' ċertifikat jew aktar;

(b)

l-impjegat/id-detenturi ta' ċertifikat huma intitolati li jirċievu kwalunkwe valur tal-kuntratt relatat mal-interessi tagħhom u li jinnominaw benefiċjarji għall-benefiċċju pagabbli mal-mewt tal-impjegat; u

(c)

l-ammont aggregat pagabbli lil kwalunkwe impjegat/detentur taċ-ċertifikat jew benefiċjarju ma jaqbiżx ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew San Marino u li jikkorrispondi għal USD 1 000 000.

‘Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp’ tfisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus li (i) jipprovdi kopertura għal individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, assoċjazzjoni kummerċjali, union tal-ħaddiema, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor; u li (ii) jimponi primjum fuq kull membru tal-grupp (jew membru ta' klassi fi ħdan grupp) li jkun determinat bla ma jiġu kkunsidrati l-karatteristiki individwali tas-saħħa għajr l-età, is-sess, u d-drawwiet tat-tipjip ta' membru (jew klassi ta' membri) tal-grupp.

‘Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp’ tfisser Kuntratt ta' Vitalizju skont liema l-interessati huma individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, korp kummerċjali, trade union, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-8 ta' Diċembru 2015, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil San Marino u San Marino għandu jikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lil San Marino, u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand San Marino lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew San Marino għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.

C.

Aggregat tal-Bilanċ tal-Kont u Regoli tal-Munita.

1.

Aggregat ta' Kontijiet Individwali. Bl-għan li jiġi ddeterminat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn individwu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha l-obbligu li tiġbor flimkien il-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sa fejn is-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew NIT, u li jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għandu jiġi attribwit il-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu.

2.

Aggregazzjoni tal-Kontijiet ta' Entità. Bl-għan li jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn Entità, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha l-obbligu li tikkunsidra l-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sal-punt li s-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew NIT, u li jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għandu jiġi attribwit il-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu.

3.

Regola ta' Aggregazzjoni Speċjali Applikabbli għal Maniġers tal-Kuntatti. Bl-għan li jiġi ddeterminat il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn persuna biex jiġi ddeterminat jekk Kont Finanzjarju huwiex Kont ta' Valur Għoli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha wkoll, fil-każ ta' kwalunkwe Kont Finanzjarju li dwaru maniġer tal-kuntatti jkun jaf jew ikollu raġuni biex ikun jaf, li dan ikun jappartjeni b'mod dirett jew indirett lil, jew li jkun ikkontrollat, jew stabbilit (ħlief f'kapaċità fiduċjarja) mill-istess persuna, tiġbor flimkien dawn il-kontijiet kollha.

4.

Ammonti Moqrija bħala li Jinkludu l-Ekwivalenti f'Muniti Oħra. L-ammonti kollha denominati fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew San Marino għandhom jinqraw li jinkludu ammonti ekwivalenti f'muniti oħrajn, kif iddeterminat mil-liġi nazzjonali.

TAQSIMA VIII

TERMINI MFISSRA

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom it-tifsiriet stipulati hawn taħt:

A.   Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti

1.

‘Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti’ tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru jew Istituzzjoni Finanzjarja ta' San Marino, skont kif jitlob il-kuntest, li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti.

2.

‘Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti’ tfisser (i) kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li hija residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, iżda t-terminu jeskludi kwalunkwe fergħa ta' dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, jekk dik il-fergħa tkun tinsab f'dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti.

3.

‘Istituzzjoni Finanzjarja’ tfisser Istituzzjoni ta' Kustodja, Istituzzjoni Depożitorja, Entità ta' Investiment, jew Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata.

4.

‘Istituzzjoni ta' Kustodja’ tfisser Entità li żżomm Assi Finanzjarji akkont ta' oħrajn bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha. Entità żżomm Assi Finanzjarji akkont ta' oħrajn bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għaż-żamma ta' Assi Finanzjarji u servizzi finanzjarji relatati jkun ugwali jew jaqbeż l-20 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perjodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru (jew l-aħħar jum ta' perjodu tal-kontabilità ta' sena mhux kalendarja) qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perjodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti.

5.

‘Istituzzjoni Depożitorja’ tfisser kwalunkwe Entità li taċċetta depożiti bħala parti mit-twettiq ordinarju ta' negozju bankarju jew ta' negozju simili.

6.

‘Entità tal-Investiment’ tfisser kwalunkwe Entità:

(a)

li primarjament twettaq bħala negozju wieħed jew aktar mill-attivitajiet jew operazzjonijiet li ġejjin għal jew f'isem klijent:

(i)

kummerċ fi strumenti tas-suq monetarju (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati tad-depożitu, derivati, eċċ.); il-kambju f'valuta barranija; strumenti ta' kambju, tar-rati tal-imgħax u tal-indiċi; titoli trasferibbli; jew negozju f'futuri tal-komoditajiet;

(ii)

ġestjoni individwali jew kollettiva ta' portafolji; jew

(iii)

investiment, amministrar, jew maniġġar mod ieħor ta' Assi Finanzjarji jew flus f'isem persuni oħra; jew

(b)

li l-introjtu gross tagħha jkun attribwibbli primarjament għall-investiment, l-investiment mill-ġdid jew in-negozjar f'Assi Finanzjarji, jekk l-Entità hija ġestita minn Entità oħra li tkun Istituzzjoni Depożitorja, Istituzzjoni ta' Kustodja, Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, jew Entità tal-Investiment kif deskritt fis-subparagrafu A(6)(a).

Entità tiġi trattata bħala li primarjament tkun qed tmexxi bħala negozju waħda jew aktar mill-attivitajiet tagħha deskritti fis-subparagrafu A(6)(a), jew introjtu gross ta' Entità jiġi primarjament attribwibbli għal investiment, investiment mill-ġdid, jew negozju f'Assi Finanzjarji għall-finijiet tas-subparagrafu A(6)(b), jekk l-introjtu gross tal-Entità attribwibbli għall-attivitajiet rilevanti jkun ugwali jew jaqbeż il-50 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perjodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perjodu li matulu l-Entità tkun ilha teżisti. ‘Entità tal-Investiment’ ma tinkludix Entità li tkun NFE Attiva għaliex dik l-Entità tissodisfa kwalunkwe kriterju fis-subparagrafi D(9)(d) sa (g).

Dan il-paragrafu għandu jkun interpretat b'mod li jkun konsistenti ma' lingwaġġ simili stipulat fid-definizzjoni ta' ‘istituzzjoni finanzjarja’ fir-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.

7.

‘Ass Finanzjarju’ jinkludi titolu (pereżempju, sehem minn stokk f'korporazzjoni; sħubija jew interess ta' sjieda benefiċjarja fi sħubija jew fiduċjarja korporattiva miżmuma b'mod wiesa' jew innegozjata pubblikament; kambjala, bond, obbligazzjoni, jew evidenza oħra ta' pożizzjoni ta' dejn), interess fi sħubija, prodotti, swap (pereżempju, swaps tar-rata ta' interess, swaps ta' munita, basis swaps, limiti fuq ir-rati ta' imgħax, rati ta' imgħax minimi (interest rate floors), swaps ta' komoditajiet, swaps ta' ekwità, swaps tal-indiċi ta' ekwità, u ftehimiet simili), Kuntratt tal-Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Vitalizju, jew kwalunkwe interess (inkluż kuntratt tal-futuri jew forward, jew opzjoni forward) f'titolu, interess fi sħubija, prodott, swap, Kuntratt tal-Assigurazzjoni, jew Kuntratt ta' Vitalizju. It-terminu ‘Assi Finanzjarju’ ma jinkludix interess dirett mingħajr dejn fi proprjetà immobbli.

8.

‘Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata’ tfisser Entità li tkun kumpanija tal-assigurazzjoni (jew il-kumpanija azzjonarja ta' kumpanija tal-assigurazzjoni) li toħroġ, jew li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward ta', Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju.

B.   Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti

1.

‘Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti’ tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li tkun:

(a)

Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali, ħlief fir-rigward ta' pagament li huwa derivat minn obbligu li jkun hemm f'konnessjoni ma' attività finanzjarja kummerċjali tat-tip li tkun attiva fiha Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, Istituzzjoni ta' Kustodja, jew Istituzzjoni Depożitorja;

(b)

Fond għall-Irtirar b'Parteċipazzjoni Wiesgħa; Fond għall-Irtirar b'Parteċipazzjoni Limitata; Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali; jew Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu;

(c)

kwalunkwe Entità oħra li tippreżenta riskju baxx li tintuża għall-evażjoni tat-taxxa, b'karatteristiki sostanzjalment simili għal kwalunkwe waħda mill-Entitajiet deskritti fis-subparagrafi B(1)(a) u (b), u li hija definita fil-liġijiet nazzjonali bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti u, fil-każ tal-Istati Membri, hija prevista fl-Artikolu 8(7)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u kkomunikata lil San Marino u fil-każ ta' San Marino, hija kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea, sakemm l-istatus ta' tali Entità bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti ma jfixkilx l-għanijiet ta' dan il-Ftehim;

(d)

Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat; jew

(e)

trust sal-punt li l-fiduċjarju tat-trust ikun Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u jirrapporta l-informazzjoni kollha li għandha tiġi rrappurtata skont it-Taqsima I fir-rigward tal-Kontijiet Rapportabbli kollha tat-trust.

2.

‘Entità Governattiva’ tfisser il-gvern ta' Stat Membru, ta' San Marino jew ta' ġurisdizzjoni oħra, kwalunkwe suddiviżjoni politika ta' Stat Membru, ta' San Marino jew ta' ġurisdizzjoni oħra (li, biex jiġi evitat id-dubju, jinkludi stat, provinċja, kontea, jew muniċipalità), jew kwalunkwe aġenzija jew mezz strumentali akkwiżita totalment ta' Stat Membru, ta' San Marino jew ta' ġurisdizzjoni oħra jew ta' kwalunkwe wieħed jew iktar ta' dan ta' qabel (kull waħda minnhom, ‘Entità Governattiva’). Din il-kategorija hi magħmula mill-partijiet integrali, l-entitajiet ikkontrollati, u s-suddiviżjonijiet politiċi ta' Stat Membru, ta' San Marino jew ta' ġurisdizzjoni oħra.

(a)

‘Parti integrali’ ta' Stat Membru, ta' San Marino jew ta' ġurisdizzjoni oħra tfisser kwalunkwe persuna, organizzazzjoni, aġenzija, bureau, fond, strument, jew korp ieħor, jissemma kif jissemma, li jikkostitwixxi awtorità governattiva ta' Stat Membru, ta' San Marino jew ta' ġurisdizzjoni oħra. Il-qligħ nett tal-awtorità governattiva għandu jiġi akkreditat lill-kont proprju jew lil kontijiet oħra tal-Istat Membru, ta' San Marino jew ta' ġurisdizzjoni oħra, u ebda sehem ma għandu jkun għall-benefiċċju ta' xi persuna privata. Parti integrali ma tinkludi ebda individwu li huwa sovran, uffiċjal, jew amministratur li jaġixxi f'kapaċità privata jew personali.

(b)

‘Entità kkontrollata’ tfisser Entità li fil-forma tagħha hija separata mill-Istat Membru, minn San Marino jew minn ġurisdizzjoni oħra, jew li inkella tikkostitwixxi entità ġuridika separata, dment li:

(i)

l-Entità hija akkwiżita totalment u hija kkontrollata direttament minn Entità Governattiva waħda jew aktar, jew minn entità kkontrollata waħda jew aktar;

(ii)

il-qligħ nett tal-Entità jkun akkreditat fil-kont proprju jew fil-kontijiet ta' Entità Governattiva waħda jew aktar, filwaqt li ebda sehem tal-introjtu tagħha ma għandu jkun għall-benefiċċju ta' xi persuna privata; u

(iii)

mal-likwidazzjoni, l-assi tal-Entità huma vestiti f'Entità Governattiva waħda jew aktar.

(c)

L-introjtu ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati jekk tali persuni jkunu l-benefiċjarji intenzjonati ta' programm governattiv, u l-attivitajiet tal-programm jitwettqu għall-pubbliku inġenerali fir-rigward tal-benesseri komuni jew jirrigwardaw l-amministrazzjoni ta' xi fażi tal-gvern. Minkejja dan ta' hawn fuq, l-introjtu jitqies bħala li jkun għall-benefiċċju ta' persuni privati jekk l-introjtu jkun derivat mill-użu ta' Entità Governattiva għat-tmexxija ta' negozju kummerċjali, bħal negozju bankarju kummerċjali, li jipprovdi servizzi finanzjarji lil persuni privati.

3.

‘Organizzazzjoni Internazzjonali’ tfisser kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali jew aġenzija akkwiżita totalment jew mezz strumentali tagħha. Din il-kategorija tinkludi kull organizzazzjoni intergovernattiva (inkluża organizzazzjoni supranazzjonali) (i) li hi primarjament magħmula minn gvernijiet; (ii) li għandha fil-fatt kwartieri ġenerali jew ftehim sostanzjalment simili mal-Istat Membru, ma' San Marino jew mal-ġurisdizzjoni l-oħra; u (iii) li l-introjtu tagħha ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati.

4.

‘Bank Ċentrali’ tfisser istituzzjoni li, bil-liġi jew sanzjoni tal-gvern, hija l-awtorità prinċipali, minbarra l-gvern tal-Istat Membru, San Marino jew tal-ġurisdizzjoni l-oħra stess, li toħroġ strumenti maħsuba biex jiċċirkolaw bħala munita. Tali istituzzjoni tista' tinkludi strument li jkun separat mill-gvern tal-Istat Membru, ta' San Marino jew tal-ġurisdizzjoni l-oħra, irrispettivament minn jekk tkunx akkwiżita totalment jew parzjalment mill-Istat Membru, minn San Marino jew mill-ġurisdizzjoni l-oħra.

5.

‘Fond għall-Irtirar b'Parteċipazzjoni Wiesgħa’ tfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn, għal benefiċjarji li attwalment huma, jew qabel kienu, impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' wieħed jew aktar impjegaturi f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm il-fond:

(a)

ma jkollux benefiċjarju wieħed bi dritt għal aktar minn 5 % tal-assi tal-fond;

(b)

huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi r-rappurtar ta' informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa; u

(c)

jissodisfa mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-fond ġeneralment huwa eżentat mit-taxxa fuq l-introjtu mill-investiment, jew it-tassazzjoni ta' tali introjtu jkun differit jew intaxxat b'rata mnaqqsa, minħabba l-istatus tiegħu ta' pjan tal-irtirar jew tal-pensjoni;

(ii)

il-fond jirċievi tal-anqas 50 % tat-total ta' kontribuzzjonijiet tiegħu (minbarra trasferimenti ta' assi minn pjanijiet oħra deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew minn kontijiet ta' rtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) mill-impjegaturi li jkun qed jisponsorjaw;

(iii)

id-distribuzzjonijiet jew il-ġbid ta' flus mill-fond huma permessi biss meta jseħħu avvenimenti speċifiċi relatati ma' rtirar, diżabbiltà, jew mewt (ħlief għal distribuzzjonijiet imġedda għal fondi oħrajn tal-irtirar deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew kontijiet ta' rtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)), jew japplikaw penali għal distribuzzjonijiet jew għal ġbid ta' flus li jseħħu qabel tali avvenimenti speċifikati; jew

(iv)

il-kontribuzzjonijiet (minbarra ċerti kontribuzzjonijiet make-up li jkunu permessi) mill-impjegati għall-fond huma limitati b'referenza għall-introjtu ggwadanjat tal-impjegat jew ma jistax jaqbeż, annwalment, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew San Marino u li jikkorrispondi għal USD 50 000, bl-applikazzjoni tar-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kont u tal-qlib tal-munita.

6.

‘Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni Limitata’ tfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji li attwalment huma, jew qabel kienu, impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' sid wieħed jew aktar f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm:

(a)

il-fond ikollu inqas minn 50 parteċipant;

(b)

il-fond huwa sponsorjat minn wieħed jew aktar impjegaturi li mhumiex Entitajiet tal-Investiment jew NFEs passivi;

(c)

il-kontribuzzjonijiet tal-impjegati u ta' impjegatur għall-fond (għajr trasferimenti ta' assi minn kontijiet ta' rtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) huma limitati b'referenza għall-introjtu ggwadanjat u l-kumpens tal-impjegati, rispettivament;

(d)

il-parteċipanti li mhumiex residenti tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew San Marino) li fiha huwa stabbilit il-fond mhumiex intitolati għal aktar minn 20 % tal-assi tal-fond; u

(e)

il-fond huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi r-rappurtar tal-informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa.

7.

‘Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali’ tfisser fond stabbilit minn Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali għall-provvediment ta' benefiċċji għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji jew parteċipanti li attwalment huma, jew qabel kienu impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati), jew li attwalment mhumiex, jew qabel ma kinux impjegati, jekk il-benefiċċji pprovduti lil tali benefiċjarji jew parteċipanti huma b'konsiderazzjoni ta' servizzi personali mwettqa għall-Entità Governattiva, l-Organizzazzjoni Internazzjonali jew il-Bank Ċentrali.

8.

‘Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu’ tfisser Istituzzjoni Finanzjarja li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-Istituzzjoni Finanzjarja tkun Istituzzjoni Finanzjarja unikament għaliex tkun emittenti ta' karti tal-kreditu li taċċetta depożiti biss meta konsumatur jagħmel pagament f'eċċess ta' bilanċ dovut fir-rigward tal-karta u l-pagament żejjed ma jiġix irritornat lill-klijent immedjatament; u

(b)

b'bidu fl-1 ta' Jannar 2016 jew qabel, l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta linji politiċi u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla minn ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew ta' San Marino u li jikkorrispondi għal USD 50 000, jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi żmien 60 jum, f'kull każ jiġu applikati r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li jirriżultaw mir-redditu minn merkanzija.

9.

‘Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat’ tfisser Entità tal-Investiment li tkun regolata bħala veikolu ta' investiment kollettiv, sakemm l-interessi kollha fil-veikolu ta' investiment kollettiv huma miżmuma minn jew permezz ta' individwi jew Entitajiet li ma jkunux Persuni Rapportabbli, ħlief NFE Passiva b'Persuni li Jikkontrollaw li jkunu Persuni Rapportabbli.

Entità tal-Investiment li hija rregolata bħala veikolu ta' investiment kollettiv ma għandhiex ma tikkwalifikax skont is-subparagrafu B(9) bħala Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat, unikament minħabba li l-veikolu ta' investiment kollettiv ikun ħareġ ishma fiżiċi f'forma ta' portatur, sakemm:

(a)

il-mezz kollettiv ta' investiment ma jkunx ħareġ, u ma joħroġx, xi ishma anonimi wara l-31 ta' Diċembru 2015;

(b)

il-veikolu ta' investiment kollettiv jirtira l-ishma kollha ta' dan it-tip maċ-ċessjoni;

(c)

il-veikolu ta' investiment kollettiv iwettaq il-proċeduri ta' diliġenza dovuta stipulati iktar 'il quddiem fit-Taqsimiet II sa VII u jirrapporta kwalunkwe informazzjoni li għandha tiġi rrapportata fir-rigward ta' kwalunkwe sehem bħal dan meta tali ishma jkunu ppreżentati għal amortizzazzjoni jew pagament ieħor; u

(d)

il-mezz kollettiv ta' investiment ikollu fis-seħħ linji politiċi u proċeduri biex jiġi żgurat li tali ishma jinfdew jew jiġu mmobilizzati kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ qabel l-1 ta' Jannar 2018.

C.   Kont Finanzjarju

1.

‘Kont Finanzjarju’ tfisser kont miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja, u t-terminu jinkludi Kont Depożitarju, Kont ta' Kustodja u:

(a)

fil-każ ta' Entità tal-Investiment, kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu ‘Kont Finanzjarju’ ma jinkludi l-ebda interess fuq ekwità jew dejn f'Entità li tkun Entità tal-Investiment unikament minħabba li (i) tagħti pariri dwar l-investiment, u taġixxi f'isem, jew (ii) timmaniġġja portafolji għal klijent u taġixxi f'ismu għall-finijiet ta' investiment, maniġġjar, jew amministrar ta' Assi Finanzjarji depożitati f'isem il-klijent ma' Istituzzjoni Finanzjarja għajr dik l-Entità;

(b)

fil-każ ta' Istituzzjoni Finanzjarja mhux deskritta fis-subparagrafu C(1)(a), kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja, jekk il-klassi ta' interessi kienet stabbilita għall-fini li jiġi evitat ir-rappurtar li għandu jsir skont it-Taqsima I; u

(c)

kwalunkwe Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u kwalunkwe Kuntratt ta' Vitalizju maħruġ jew miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja, għajr annwalità immedjata tal-ħajja mhux marbuta ma' investiment u mhux trasferibbli li tinħareġ lil individwu u tiffissa l-valur fi flus ta' pensjoni jew benefiċċju ta' diżabbiltà previst bħala parti minn kont li jkun Kont Eskluż.

It-terminu ‘Kont Finanzjarju’ ma jinkludi l-ebda kont li jkun Kont Eskluż.

2.

It-terminu ‘Kont Depożitarju’ jinkludi kwalunkwe kont kummerċjali, taċ-ċekkijiet, ta' tifdil, fiss, jew thrift, jew kont li huwa evidenzjat minn ċertifikat ta' depożitu, ċertifikat ta' tifdil għall-irtirar, ċertifikat ta' investiment, ċertifikat ta' dejn, jew strument ieħor simili miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja matul negozju ordinarju bankarju jew wieħed simili. Kont Depożitarju jinkludi wkoll ammont miżmum minn kumpanija tal-assigurazzjoni skont kuntratt ta' investiment garantit jew ftehim simili biex jitħallas jew jiġi akkreditat interess fuqu.

3.

‘Kont ta' Kustodja’ tfisser kont (minbarra Kuntratt ta' Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Vitalizju) li jkollu Assi Finanzjarju wieħed jew aktar għall-benefiċċju ta' persuna oħra.

4.

‘Interess fuq Ekwità’, fil-każ ta' sħubija li hija Istituzzjoni Finanzjarja, tfisser jew interess fuq kapital jew interess fuq il-qligħ fis-sħubija. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja, interess fuq Ekwità hu meqjus li jkun miżmum minn kwalunkwe persuna ttrattata bħala settlor jew benefiċjarju tat-trust kollha jew ta' parti minnha, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust. Persuna Rapportabbli tiġi ttrattata bħala benefiċjarju ta' trust jekk tali Persuna Rapportabbli jkollha d-dritt li tirċievi direttament jew indirettament (pereżempju, permezz ta' nominat) distribuzzjoni mandatorja jew tista' tirċievi, direttament jew indirettament, distribuzzjoni diskrezzjonarja mit-trust.

5.

‘Kuntratt ta' Assigurazzjoni’ tfisser kuntratt (minbarra Kuntratt ta' Vitalizju) skont liema l-emittent jaqbel li jħallas ammont mal-okkorrenza ta' kontinġenza speċifikata li tinvolvi mortalità, morbożità, inċident, responsabbiltà, jew riskju tal-proprjetà.

6.

‘Kuntratt ta' Vitalizju’ tfisser kuntratt li bih l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal perjodu ta' żmien determinat bis-sħiħ jew b'mod parzjali b'referenza għall-istennija tal-ħajja ta' individwu wieħed jew aktar. It-terminu jinkludi wkoll kuntratt li huwa meqjus bħala kull Kuntratt ta' Vitalizju skont il-liġi, ir-regolament jew il-prattika tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra) li fiha nħareġ il-kuntratt, u li skont liema l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal terminu ta' snin.

7.

‘Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus’ tfisser Kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tar-riassigurazzjoni ta' indennizz bejn żewġ kumpanniji tal-assigurazzjoni) li għandu Valur fi Flus.

8.

‘Valur fi Flus’ tfisser l-ikbar minn (i) l-ammont li d-detentur tal-polza huwa intitolat li jirċievi meta sseħħ iċ-ċessjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt (determinat mingħajr tnaqqis għal kwalunkwe ħlas għaċ-ċediment jew self għall-polza), u (ii) l-ammont li d-detentur tal-polza jista' jissellef skont jew fir-rigward tal-kuntratt. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu ‘Valur fi Flus’ ma jinkludix ammont pagabbli skont Kuntratt tal-Assigurazzjoni:

(a)

unikament minħabba l-mewt ta' individwu assigurat skont kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja;

(b)

bħala benefiċċju għal korriment personali jew għall-mard jew bħala benefiċċju ieħor li jipprovdi indennizz ta' telf ekonomiku mġarrab malli jseħħ l-avveniment kopert mill-assigurazzjoni;

(c)

bħala rifużjoni ta' primjum imħallas qabel (nieqes l-ispiża tal-ħlasijiet tal-assigurazzjoni kemm jekk attwalment imposti jew le) skont kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja marbut ma' investiment jew kuntratt ta' Vitalizju) minħabba kanċellazzjoni jew terminazzjoni tal-kuntratt, tnaqqis fl-espożizzjoni tar-riskju matul il-perjodu effettiv tal-kuntratt, jew b'riżultat tal-korrezzjoni ta' kollokament jew żball simili rigward il-primjum għall-kuntratt;

(d)

bħala dividend ta' dententur tal-polza (minbarra dividend tat-terminazzjoni) sakemm id-dividend jirrigwarda Kuntratt tal-Assigurazzjoni skont liema l-uniċi benefiċċji pagabbli huma deskritti fis-subparagrafu C(8)(b); jew

(e)

bħala redditu ta' primjum bil-quddiem jew depożitu tal-primjum għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni li għalih il-primjum għandu jitħallas mill-inqas annwalment jekk l-ammont tal-primjum bil-quddiem jew id-depożitu tal-primjum ma jaqbiżx il-primjum annwali li jmiss li se jkun pagabbli skont il-kuntratt.

9.

‘Kont Preeżistenti’ tfisser:

(a)

Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mill-31 ta' Diċembru 2015.

(b)

Stat Membru jew San Marino għandu jkollhom l-għażla li jestendu t-terminu ‘Kont Preeżistenti’ sabiex ikun tfisser ukoll kwalunkwe Kont Finanzjarju ta' Detentur ta' Kont, irrispettivament mid-data li fiha nfetaħ dan il-Kont Finanzjarju, jekk:

(i)

id-Detentur tal-Kont iżomm ukoll mal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew ma' Entità Relatata fl-istess ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew San Marino) bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, Kont Finanzjarju li huwa Kont Preeżistenti skont is-subparagrafu C(9)(a);

(ii)

l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u, kif applikabbli, l-Entità Relatata fl-istess ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew San Marino) bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, tittratta ż-żewġ Kontijiet Finanzjarji msemmijin hawn fuq, u kwalunkwe Kont Finanzjarju ieħor tad-Detentur tal-Kont li jiġi ttrattat bħala Kont Preeżistenti skont il-punt (b), bħala Kont Finanzjarju uniku sabiex jiġu ssodisfati l-istandards tar-rekwiżiti ta' għarfien stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu A tat-Taqsima VII, u sabiex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur ta' kwalunkwe wieħed mill-Kontijiet Finanzjarji meta jiġi applikat kwalunkwe wieħed mil-limiti tal-kont;

(iii)

fir-rigward ta' Kont Finanzjarju li huwa soġġett għall-Proċeduri tal-AML/KYC, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hija permessa tissodisfa dawn il-Proċeduri tal-AML/KYC għall-Kont Finanzjarju billi toqgħod fuq il-Proċeduri tal-AML/KYC mwettqa għall-Kont Preeżistenti deskritt fis-subparagrafu C(9)(a); u

(iv)

il-ftuħ tal-Kont Finanzjarju ma jeħtieġx l-għoti ta' informazzjoni ġdida, addizzjonali jew emendata tal-klijent mid-Detentur tal-Kont ħlief għall-finijiet ta' dan il-Ftehim.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fit-8 ta' Diċembru 2015, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil San Marino u San Marino għandu jikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan il-punt. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lil San Marino, u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand San Marino lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew San Marino għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.

10.

‘Kont Ġdid’ tfisser Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li jkun infetaħ fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara, sakemm ma jkunx ittrattat bħala Kont Preeżistenti skont id-definizzjoni estiża ta' Kont Preeżistenti fis-subparagrafu C(9).

11.

‘Kont Individwali Preeżistenti’ tfisser Kont Preeżistenti miżmum minn individwu wieħed jew aktar.

12.

‘Kont Individwali Ġdid’ tfisser Kont Ġdid miżmum minn individwu wieħed jew aktar.

13.

‘Kont ta' Entità Preeżistenti’ tfisser Kont Preeżistenti miżmum minn Entità waħda jew aktar.

14.

‘Kont ta' Valur Aktar Baxx’ tfisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ jew valur aggregat mill-31 ta' Diċembru 2015 li ma jaqbiżx ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew ta' San Marino u li jikkorrispondi għal USD 1 000 000.

15.

‘Kont ta' Valur Għoli’ tfisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ jew valur aggregat li jaqbeż, mill-31 ta' Diċembru 2015, jew mill-31 ta' Diċembru ta' kwalunkwe sena sussegwenti, ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew ta' San Marino u li jikkorrispondi għal USD 1 000 000.

16.

‘Kont ta' Entità Ġdid’ tfisser Kont Ġdid miżmum minn Entità waħda jew aktar.

17.

‘Kont Eskluż’ tfisser kwalunkwe wieħed mill-kontijiet li ġejjin:

(a)

kont ta' rtirar jew tal-pensjoni li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala kont ta' rtirar personali jew huwa parti minn pjan ta' rtirar jew pensjoni rreġistrat jew irregolat għall-provvista ta' benefiċċji ta' rtirar jew pensjoni (inklużi benefiċċji ta' diżabilità jew mewt);

(ii)

il-kont jibbenefika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri, il-kontribuzzjonijiet għall-kont li jkunu soġġetti għat-taxxa mod ieħor jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni ta' introjtu minn investiment mill-kont tkun differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa);

(iii)

ir-rappurtar tal-informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa huwa meħtieġ fir-rigward tal-kont;

(iv)

il-ġbid tal-flus isir bil-kondizzjoni li tintlaħaq età ta' rtirar speċifika, id-diżabilità, jew il-mewt, jew penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li jkun sar qabel dawn l-avvenimenti speċifiċi; u

(v)

jew (i) il-kontribuzzjonijiet annwali jkunu limitati għal ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew ta' San Marino u korrsipondenti għal USD 50 000 jew inqas, jew (ii) ikun hemm limitu massimu ta' kontribuzzjoni tul il-ħajja lill-kont ta' ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew ta' San Marino u li jikkorrispondi għal USD 1 000 000 jew inqas, f'kull każ bl-applikazzjoni tar-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita.

Kont Finanzjarju li b'mod ieħor jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(a)(v) mhux se jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn Kont Finanzjarju wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn fond tal-irtirar jew tal-pensjoni wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7);

(b)

kont li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' investiment għal finijiet oħra għajr għall-irtirar u jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit, jew il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' tfaddil għal finijiet oħra għajr għall-irtirar;

(ii)

il-kont jibbenefika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri, il-kontribuzzjonijiet għall-kont li jkunu soġġetti għat-taxxa mod ieħor jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni ta' introjtu minn investiment mill-kont tkun differita jew intaxxata b'rata mnaqqsa);

(iii)

il-ġbid tal-flus isir bil-kondizzjoni li jissodisfa kriterji speċifiċi dwar il-fini tal-kont ta' investiment jew ta' tfaddil (pereżempju, l-għoti ta' benefiċċji edukattivi jew mediċi), jew il-penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li jsir qabel dawn il-kriterji jkunu ssodisfati; u

(iv)

il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew San Marino u li jikkorrispondi għal USD 50 000 jew inqas, billi japplikaw ir-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita.

Kont Finanzjarju li b'mod ieħor jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(b)(iv) mhux se jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn Kont Finanzjarju wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn fond tal-irtirar jew tal-pensjoni wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7);

(c)

kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja b'perjodu ta' kopertura li jintemm qabel ma l-individwu assigurat jilħaq l-età ta' 90 sena, sakemm il-kuntratt jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

primjums perjodiċi, li ma jonqsux matul iż-żmien, ikunu pagabbli mill-inqas kull sena matul il-perjodu li l-kuntratt ikun fis-seħħ jew sakemm l-assigurat jilħaq l-età ta' 90 sena, skont liema jkun l-iqsar;

(ii)

il-kuntratt ma għandu l-ebda valur tal-kuntratt li kwalunkwe persuna tista' taċċessa (permezz ta' ġbid ta' flus, self, jew mod ieħor) mingħajr ma jintemm il-kuntratt;

(iii)

l-ammont (minbarra benefiċċju tal-mewt) pagabbli malli jiġi kkanċellat jew malli jintemm il-kuntratt ma jistax jaqbeż l-aggregat ta' primjums imħallsa għall-kuntratt, wara li jitnaqqsu l-ammonti tal-ispejjeż ta' mortalità, morbożità, u l-ħlasijiet għal spejjeż (jekk effettivament imposti jew le) għall-perjodu jew għall-perjodi tal-eżistenza tal-kuntratt u kwalunkwe ammont imħallas qabel il-kanċellazzjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt; u

(iv)

il-kuntratt ma jinżammx minn ċessjonarju għal valur;

(d)

kont li jinżamm biss minn patrimonju jekk id-dokumentazzjoni għal kont ta' dan it-tip tinkludi kopja tat-testment jew iċ-ċertifikat tal-mewt tal-persuna deċeduta.

(e)

kont stabbilit b'konnessjoni ma' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

ordni jew sentenza tal-qorti;

(ii)

bejgħ, skambju, jew kiri ta' proprjetà immobbli jew personali, sakemm il-kont jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

il-kont huwa ffinanzjat biss bi ħlas parzjali, kapparra, depożitu f'ammont xieraq biex jiġi żgurat obbligu direttament marbut mat-tranżazzjoni, jew ħlas simili, jew huwa ffinanzjat b'Assi Finanzjarju li hu ddepożitat fil-kont b'konnessjoni mal-bejgħ, l-iskambju, jew il-kiri tal-proprjetà;

il-kont huwa stabbilit u użat biss biex jiġi żgurat l-obbligu tax-xerrej li jħallas il-prezz għax-xiri tal-proprjetà, li l-bejjiegħ iħallas kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti, jew li s-sid jew il-kerrej iħallas għal kwalunkwe dannu li jirrigwarda l-proprjetà mikrija kif miftiehem skont il-kuntratt tal-kera;

l-assi tal-kont, inkluż l-introjtu rikavat fuqhom, jitħallsu jew b'xi mod ieħor jitqassmu għall-benefiċċju tax-xerrej, il-bejjiegħ, is-sid, jew il-kerrej (inkluż biex jiġi ssodisfat l-obbligu ta' din il-persuna) meta tinbiegħ, tiġi skambjata jew ċeduta l-proprjetà, jew meta tintemm il-kirja;

il-kont mhuwiex marġni jew kont simili stabbilit b'rabta ma' bejgħ jew skambju ta' Assi Finanzjarju; u

il-kont mhuwiex assoċjat ma' kont deskritt fis-subparagrafu C(17)(f).

(iii)

obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja li tagħti servizz ta' self garantit minn proprjetà immobbli biex jitwarrab fil-ġenb porzjon ta' pagament biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi jew assigurazzjoni relatata ma' proprjetà immobbli aktar tard.

(iv)

obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi aktar tard;

(f)

Kont Depożitarju li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

il-kont jeżisti biss minħabba li klijent jagħmel pagament żejjed minn bilanċ dovut fir-rigward ta' karta ta' kreditu jew ta' faċilità ta' kreditu rinnovabbli oħra u l-pagament żejjed ma jmurx immedjatament lura għand il-klijent; u

(ii)

b'bidu fl-1 ta' Jannar 2016 jew qabel, l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta linji politiċi u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla minn ammont denominat fil-munita domestika ta' kull Stat Membru jew ta' San Marino u li jikkorrispondi għal USD 50 000, jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi żmien 60 jum, f'kull każ jiġu applikati r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li jirriżultaw mir-redditu minn merkanzija;

(g)

kwalunkwe kont ieħor li jippreżenta riskju baxx li jintuża għall-evażjoni tat-taxxa, għandu sostanzjalment karatteristiki simili għal kwalunkwe wieħed mill-kontijiet deskritti fis-subparagrafi C(17)(a) sa (f), u huwa definit fil-liġijiet nazzjonali bħala Kont Eskluż u, fil-każ tal-Istati Membri, huwa previst fl-Artikolu 8(7)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u kkomunikat lil San Marino u fil-każ ta' San Marino, huwa kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea, dment li l-istatus ta' tali kont bħala Kont Eskluż ma jfixkilx l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

D.   Kont Rapportabbli

1.

‘Kont Rapportabbli’ tfisser kont miżmum minn Persuni Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li hija Persuna Rapportabbli, sakemm dan ikun ġie identifikat bħala tali skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti fit-Taqsimiet II sa VII.

2.

‘Persuna Rapportabbli’ tfisser Persuna ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli minbarra: (i) korporazzjoni li l-istokk tagħha jiġi nnegozjat b'mod regolari f'wieħed jew aktar swieq tat-titoli stabbiliti; (ii) kwalunkwe korporazzjoni li hija Entità Relatata ta' korporazzjoni deskritta fil-klawsola (i); (iii) Entità Governattiva; (iv) Organizzazzjoni Internazzjonali; (v) Bank Ċentrali; jew (vi) Istituzzjoni Finanzjarja.

3.

‘Persuna ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli’ tfisser individwu jew Entità li hija residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli skont il-liġijiet tat-taxxa ta' dik il-ġurisdizzjoni, jew patrimonju ta' persuna deċeduta li kienet residenti ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Għal din il-fini, Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili, li ma għandhiex residenza għall-finijiet tat-taxxa għandha tkun ittrattata bħala residenti fil-ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha.

4.

‘Ġurisdizzjoni Rapportabbli’ tfisser San Marino fir-rigward ta' Stat Membru jew Stat Membru fir-rigward ta' San Marino fil-kuntest tal-obbligu li tingħata l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima II.

5.

‘Ġurisdizzjoni Parteċipanti’, fir-rigward ta' Stat Membru jew ta' San Marino, tfisser:

(a)

kwalunkwe Stat Membru fir-rigward tar-rappurtar lil San Marino, jew

(b)

San Marino fir-rigward tar-rappurtar lil Stat Membru, jew

(c)

kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Istat Membru rilevanti jew San Marino, skont kif jitlob il-kuntest, għandu ftehim fis-seħħ skont liema dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata minn dak l-Istat Membru jew minn San Marino u nnotifikata lil San Marino, rispettivament lill-Kummissjoni Ewropea

(d)

fir-rigward tal-Istati Membri, kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Unjoni Ewropea għandha ftehim fis-seħħ skont liema dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea.

6.

‘Persuni Kontrollanti’ tfisser il-persuni fiżiċi li jeżerċitaw kontroll fuq Entità. Fil-każ ta' trust, dak it-terminu jfisser is-settlor(s), il-fiduċjarju(i), il-protettur(i) (jekk ikun hemm), il-benefiċjarju(i) jew klassi(jiet) ta' benefiċjarji, u kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust, u fil-każ ta' arranġament legali għajr trust, dan it-terminu jfisser persuni f'pożizzjonijiet ekwivalenti jew simili. It-terminu ‘Persuni Kontrollanti’ għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.

7.

‘NFE’ tfisser kwalunkwe Entità li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja.

8.

‘NFE Passiva’ tfisser kwalunkwe: (i) NFE li mhijiex NFE Attiva; jew (ii) Entità ta' Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni.

9.

‘NFE Attiva’ tfisser kwalunkwe NFE li tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

inqas minn 50 % tal-introjtu gross tal-NFE għas-sena kalendarja preċedenti jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor huwa introjtu passiv u inqas minn 50 % tal-assi miżmuma mill-NFE matul is-sena kalendarja preċedenti jew għall-perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor huma assi li jipproduċu jew jinżammu għall-produzzjoni ta' introjtu passiv;

(b)

l-istokk tal-NFE jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit jew l-NFE hija Entità Relatata ta' Entità li l-istokk tagħha jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit;

(c)

l-NFE hija Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali, Bank Ċentrali, jew Entità akkwiżita totalment ta' wieħed jew aktar minn ta' qabel;

(d)

sostanzjalment l-attivitajiet kollha tal-NFE jikkonsistu miż-żamma (b'mod totali jew parzjali) tal-istokk pendenti ta', jew mill-għoti ta' finanzjament u servizzi lil, waħda jew aktar sussidjarji li jidħlu f'kummerċ jew negozji oħra għajr in-negozju ta' Istituzzjoni Finanzjarja, ħlief li Entità ma tikkwalifikax għal dan l-istatus jekk l-Entità tiffunzjona (jew isservi) bħala fond ta' investiment, bħal fond ta' ekwità privata, fond ta' kapital ta' riskju, leveraged buyout fund, jew kwalunkwe strument ta' investiment li l-għan tiegħu hu li jakkwista jew jiffinanzja kumpaniji u mbagħad ikollu interessi f'dawk il-kumpaniji bħala assi kapitali għal finijiet ta' investiment;

(e)

l-NFE għadha mhux qed topera negozju u ma għandha l-ebda storja preċedenti ta' operat, iżda qiegħda tinvesti kapital f'assi bl-intenzjoni li topera negozju għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja, sakemm l-NFE ma tikkwalifikax għal din l-eċċezzjoni wara d-data li hija 24 xahar wara d-data tal-organizzazzjoni inizjali tal-NFE;

(f)

l-NFE ma kinitx Istituzzjoni Finanzjarja f'dawn l-aħħar ħames snin, u tinsab fil-proċess li tillikwida l-assi tagħha jew qed torganizza lilha nnifisha mill-ġdid bl-intenzjoni li tkompli jew terġa' tibda l-operazzjonijiet f'negozju ieħor għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja;

(g)

l-NFE primarjament tinvolvi ruħha fil-finanzjament u t-tranżazzjonijiet ta' hedging ma', jew għal, Entitajiet Relatati li mhumiex Istituzzjonijiet Finanzjarji, u ma tipprovdix finanzjament jew servizzi ta' hedging lil ebda Entità li mhijiex Entità Relatata, sakemm il-grupp ta' kwalunkwe tali Entità Relatata huwa primarjament involut f'negozju għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja; jew

(h)

l-NFE tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i)

hija stabbilita u topera fil-ġurisdizzjoni ta' residenza tagħha (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra) esklussivament għal finijiet reliġjużi, ta' karità, xjentifiċi, artistiċi, kulturali, atletiċi, jew edukattivi; jew hija stabbilita u topera fil-ġurisdizzjoni ta' residenza tagħha (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra) u hija organizzazzjoni professjonali, league tan-negozju, kamra tal-kummerċ, organizzazzjoni tax-xogħol, organizzazzjoni agrikola jew ortikulturali, league ċiviku jew organizzazzjoni mħaddma esklussivament għall-promozzjoni tal-benesseri soċjali;

(ii)

hija eżenti mit-taxxa fuq l-introjtu fil-ġurisdizzjoni ta' residenza tagħha (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra);

(iii)

ma għandha l-ebda azzjonist jew membru li għandu dritt jew interess benefiċjali fl-introjtu jew tal-assi tagħha;

(iv)

il-liġijiet applikabbli tal-ġurisdizzjoni ta' residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra) jew dokumenti tal-formazzjoni tal-NFE ma jippermettu li l-ebda introjtu jew assi tal-NFE jitqassmu lil, jew jiġu applikati għall-benefiċċju ta', persuna privata jew Entità mhux ta' karità għajr skont l-aġir tal-attivitajiet ta' karità tal-NFE, jew bħala ħlas ta' kumpens raġonevoli għal servizzi mogħtija, jew bħala ħlas li jirrappreżenta l-valur ġust tas-suq ta' proprjetà li tkun xtrat l-NFE; u

(v)

il-liġijiet applikabbli tal-ġurisdizzjoni ta' residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra) jew dokumenti tal-formazzjoni tal-NFE jeħtieġu li, mal-likwidazzjoni jew ix-xoljiment tal-NFE, l-assi kollha tagħha jitqassmu lil Entità Governattiva jew lil organizzazzjoni oħra mingħajr skop ta' qligħ, jew jiġu ttrasferiti lill-Gvern tal-ġurisdizzjoni ta' residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra) jew lil kwalunkwe suddiviżjoni politika tagħha.

E.   Mixxellanji

1.

‘Detentur ta' Kont’ tfisser il-persuna elenkata jew identifikata bħala d-detentur ta' Kont Finanzjarju mill-Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm il-kont. Persuna, għajr Istituzzjoni Finanzjarja, li għandha Kont Finanzjarju għall-benefiċċju jew kont ta' persuna oħra bħala aġent, kustodju, persuna nominata, firmatarja, konsulent tal-investiment, jew intermedjarja, mhijiex trattata bħala detentur tal-kont għall-finijiet ta' dan l-Anness, filwaqt li din il-persuna oħra hija ttrattata bħala detentur tal-kont. Fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna intitolata li taċċessa l-Valur fi Flus jew li tibdel il-benefiċjarju tal-kuntratt. Jekk l-ebda persuna ma tkun tista' taċċessa l-Valur fi Flus jew tibdel il-benefiċjarju, id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna indikata bħala s-sid fil-kuntratt, u kwalunkwe persuna b'intitolament proprju għal pagament skont it-termini tal-kuntratt. Mal-maturità ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, kull persuna intitolata li tirċievi pagament skont il-kuntratt hija ttrattata bħala Detentur tal-Kont.

2.

‘Proċeduri tal-AML/KYC’ tfisser proċeduri ta' diliġenza dovuta tal-klijent ta' Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont ir-rekwiżiti kontra l-ħasil tal-flus jew rekwiżiti simili li għalihom hija soġġetta din l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti.

3.

‘Entità’ tfisser persuna ġuridika jew arranġament legali, bħal korporazzjoni, sħubija, trust, jew fondazzjoni.

4.

Entità hija ‘Entità Relatata’ ta' Entità oħra jekk (a) kwalunkwe Entità minnhom tikkontrolla lill-Entità l-oħra; (b) iż-żewġ Entitajiet huma taħt kontroll komuni; jew (c) iż-żewġ Entitajiet huma Entitajiet ta' Investiment deskritti fis-subparagrafu A(6)(b), taħt ġestjoni komuni, u din il-ġestjoni tissodisfa l-obbligi ta' diliġenza dovuta ta' dawn l-Entitajiet ta' Investiment. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi sjieda diretta jew indiretta ta' aktar minn 50 % tal-votazzjoni u l-valur f'Entità.

5.

‘NIT’ tfisser in-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent).

6.

It-terminu ‘Evidenza Dokumentata’ jinkludi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

ċertifikat ta' residenza maħruġ minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra) li l-benefiċjarju jiddikjara li hu residenti fiha;

(b)

fir-rigward ta' individwu, kwalunkwe identifikazzjoni valida maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità), li tinkludi l-isem tal-individwu tipikament tintuża għal finijiet ta' identifikazzjoni;

(c)

fir-rigward ta' Entità, kwalunkwe dokumentazzjoni uffiċjali maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) li tinkludi l-isem tal-Entità u jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tagħha fil-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra) li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew il-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra) fejn l-Entità kienet inkorporata jew organizzata;

(d)

kwalunkwe dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, rapport tal-kreditu minn partijiet terzi, dikjarazzjoni ta' falliment, jew rapport tar-regolatur tat-titoli.

Fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti, kull Stat Membru jew San Marino għandu jkollhom l-opzjoni li jippermettu lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jużaw bħala Evidenza Dokumentata kwalunkwe klassifikazzjoni fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarj Rapportanti fir-rigward tad-Detentur ta' Kont li kien iddeterminat abbażi ta' sistema ta' kodiċi tal-industrija standardizzata, li kien irreġistrat minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti konsistenti mal-prattiki tan-negozju normali tagħha għal finijiet ta' Proċeduri tal-AML/KYC jew finijiet regolatorji oħra (ħlief għal finijiet tat-taxxa) u li ġiet implimentata minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti qabel id-data użata għall-klassifikazzjoni tal-Kont Finanzjarju bħala Kont Preeżistenti, sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx taf jew ma jkollhiex raġuni biex tkun taf li din il-klassifikazzjoni hija żbaljata jew mhux affidabbli. ‘Sistema standardizzata ta' kkowdjar tal-industrija’ tfisser sistema ta' kodiċi użata għall-klassifikazzjoni ta' stabbilimenti skont it-tip ta' negozju għal finijiet oħra li mhumiex finijiet tat-taxxa.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Protokoll Emendatorju ffirmat fit-8 ta' Diċembru 2015 l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil San Marino u San Marino għandu tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f'dan il-punt. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lil San Marino, u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand San Marino lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta' dik l-għażla minn Stat Membru jew San Marino għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod.

TAQSIMA IX

IMPLIMENTAZZJONI EFFETTIVA

Kull Stat Membru u San Marino għandu jkollhom regoli u proċeduri amministrattivi fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta', u l-konformità ma', ir-rappurtar u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta stabbiliti hawn fuq, inkluż:

1.

regoli li jipprevjenu kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja, persuni jew intermedjarji milli jadottaw prattiki maħsuba biex jiġu evitati r-rappurtar u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta;

2.

regoli li jeħtieġu li l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti żżomm rekords tal-passi li ttieħdu u kwalunkwe evidenza użata għat-twettiq tal-proċeduri tar-rappurtar u d-diliġenza dovuta, u miżuri xierqa biex jinkisbu dawk ir-rekords;

3.

proċeduri amministrattivi biex tiġi vverifikata l-konformità tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti mal-proċeduri ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta; proċeduri amministrattivi biex isir segwitu ma' Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti meta jiġu rappurtati kontijiet mhux dokumentati;

4.

proċeduri amministrattivi biex jiġi żgurat li l-Entitajiet u l-kontijiet definiti fil-liġi nazzjonali bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi jibqa' jkollhom riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa; u

5.

dispożizzjonijiet ta' infurzar effettivi biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' konformità.

TAQSIMA X

DATI TA' IMPLIMENTAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-ISTITUZZJONIJIET FINANZJARJI RAPPORTANTI LI JINSABU FL-AWSTRIJA

Fil-każ tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jinsabu fl-Awstrija, ir-referenzi kollha għall-‘2016’ u l-‘2017’ f'dan l-Anness għandhom jinqraw bħala referenzi għall-‘2017’ u l-‘2018’ rispettivament. Fil-każ tal-Kontijiet Preeżistenti miżmumin minn Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jinsabu fl-Awstrija, ir-referenzi kollha għall-‘31 ta' Diċembru 2015’ f'dan l-Anness għandhom jinqraw bħala referenzi għall-‘31 ta' Diċembru 2016’.

ANNESS II

RAPPURTAR KOMPLEMENTARI U REGOLI TA' DILIĠENZA DOVUTA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR KONT FINANZJARJU

1.   Bidla fiċ-ċirkostanzi

‘Bidla fiċ-ċirkostanzi’ tinkludi kwalunkwe bidla li tirriżulta fiż-żieda ta' informazzjoni rilevanti għall-istatus ta' persuna jew li b'xi mod ieħor tkun f'kunflitt mal-status ta' dik il-persuna. Barra minn hekk, bidla fiċ-ċirkostanzi tinkludi kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni fil-kont tad-Detentur tal-Kont (inkluż iż-żieda, is-sostituzzjoni, jew bidla oħra ta' Detentur tal-Kont) jew kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni fi kwalunkwe kont assoċjat ma' tali kont (bl-applikazzjoni tar-regoli ta' aggregazzjoni tal-kont deskritti fis-subparagrafi C(1) sa (3) tat-Taqsima VII tal-Anness I) jekk tali bidla jew żieda ta' informazzjoni taffettwa l-istatus tad-Detentur tal-Kont.

Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun ibbażat ruħha fuq it-test tal-indirizz tar-residenza deskritt fis-subparagrafu B(1) tat-Taqsima III tal-Anness I u jkun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf jew ikollha raġuni biex tkun taf li l-Evidenza Dokumentata oriġinali (jew dokumentazzjoni ekwivalenti oħra) hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha, sal-iktar tard mill-aħħar jum tas-sena kalendarja rilevanti jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor, jew 90 jum kalendarju wara l-avviż jew l-iskoperta ta' tali bidla fiċ-ċirkostanzi, tikseb awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida biex tiġi stabbilita r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tikseb l-awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida sa tali data, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċedura tat-tiftix ta' rekords b'mod elettroniku deskritta fis-subparagrafi B(2) sa (6) tat-Taqsima III tal-Anness I.

2.   Awtoċertifikazzjoni għal Kontijiet tal-Entità Ġodda

Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Ġodda, għall-finijiet tad-determinazzjoni jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva hijiex Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tibbaża ruħha biss fuq awtoċertifikazzjoni jew mingħand id-Detentur tal-Kont jew il-Persuna Kontrollanti.

3.   Residenza ta' Istituzzjoni Finanzjarja

Istituzzjoni Finanzjarja hija ‘residenti’ fi Stat Membru, f' San Marino jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, San Marino jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra (jiġifieri l-Ġurisdizzjoni Parteċipanti tista' tinforza r-rappurtar mill-Istituzzjoni Finanzjarja). B'mod ġenerali, meta Istituzzjoni Finanzjarja tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, San Marino jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra, hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, ta' San Marino jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra u hija, għalhekk, Istituzzjoni Finanzjarja tal-Istat Membru, Istituzzjoni Finanzjarja ta' San Marino jew Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja (irrispettivament minn jekk hijiex residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, San Marino jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), it-trust hija meqjusa li hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, ta' San Marino jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk wieħed jew aktar mill-fiduċjarji tagħha huma residenti f'dak l-Istat Membru, f'San Marino jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra ħlief jekk it-trust tirrapporta l-informazzjoni kollha meħtieġa li għandha tiġi rrapportata skont dan il-Ftehim jew ftehim ieħor li jimplimenta l-Istandard Globali fir-rigward ta' Kontijiet Rapportabbli miżmuma mit-trust lil Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra (li tkun Stat Membru, San Marino jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), għax hija residenti għall-finijiet ta' taxxa f'tali Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra. Madankollu, meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) ma għandhiex residenza għal finijiet ta' taxxa (pereżempju, għax tiġi ttrattata bħala fiskalment trasparenti, jew tinsab f'ġurisdizzjoni li ma għandhiex taxxa fuq l-introjtu), din hija meqjusa bħala li hi soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, ta' San Marino jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra, u għalhekk hija Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru, ta' San Marino jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk:

hija inkorporata skont il-liġijiet tal-Istat Membru, ta' San Marino jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra;

għandha l-post ta' ġestjoni tagħha (inkluża l-ġestjoni effettiva) fl-Istat Membru, f' San Marino jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra; jew

hija soġġetta għal superviżjoni finanzjarja fl-Istat Membru, f' San Marino jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra.

Meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) hija residenti f'żewġ Ġurisdizzjonijiet Parteċipanti jew aktar (li jkunu Stat Membru, San Marino jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), tali Istituzzjoni Finanzjarja tkun soġġetta għall-obbligi ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta tal-Ġurisdizzjoni Parteċipanti li fiha żżomm Kont(ijiet) Finanzjarju/i.

4.   Kont miżmum

B'mod ġenerali, kont jitqies bħala li huwa miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja kif ġej:

fil-każ ta' Kont ta' Kustodja, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li jkollha kustodja fuq l-assi fil-kont (inkluża Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm assi f'isem ta' triq għal Detentur ta' Kont f'tali istituzzjoni).

fil-każ ta' Kont Depożitarju, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kont (bl-esklużjoni ta' aġent ta' Istituzzjoni Finanzjarja irrispettivament minn jekk tali aġent huwiex Istituzzjoni Finanzjarja).

fil-każ ta' kwalunkwe ekwità jew ta' interess ta' dejn f'Istituzzjoni Finanzjarja li tikkostitwixxi Kont Finanzjarju, minn tali Istituzzjoni Finanzjarja.

fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew kwalunkwe Kuntratt ta' Vitalizju, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kuntratt.

5.   Trusts li huma NFEs Passivi

Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili li ma għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa, skont is-subparagrafu VIII(3) tat-Taqsima I tal-Anness I, għandha tiġi ttrattata bħala residenti f'ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. Għal dawn il-finijiet, persuna ġuridika jew arranġament legali huma meqjusa bħala li huma ‘simili’ għal sħubija u sħubija b'responsabbiltà limitata fejn din ma tiġix trattata bħala unità taxxabbli f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli skont il-liġijiet dwar it-taxxa ta' dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Madankollu, sabiex jiġi evitat rappurtar doppju (minħabba l-ambitu wiesgħa tat-terminu ‘Persuni Kontrollanti’ fil-każ ta' trusts), trust li huwa NFE Passiva ma jistax jitqies bħala li hu arranġament legali simili.

6.   Indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità

Wieħed mir-rekwiżiti deskritti fis-subparagrafu E(6)(c) tat-Taqsima VIII tal-Anness I huwa li, fir-rigward ta' Entità, id-dokumentazzjoni uffiċjali tinkludi jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità fl-Istat Membru, San Marino jew f'ġurisdizzjoni oħra li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew l-Istat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra li fiha l-Entità kienet inkorporata jew organizzata. L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità ġeneralment huwa l-post fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. L-indirizz ta' Istituzzjoni Finanzjarja li magħha l-Entità żżomm kont, kaxxa postali, jew indirizz użati biss għal finijiet postali mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità sakemm dan l-indirizz ma jkunx l-uniku indirizz użat mill-Entità u jidher bħala l-indirizz reġistrat tal-Entità fid-dokumenti organizzattivi tal-Entità. Barra minn hekk, indirizz li jiġi pprovdut soġġett għall-istruzzjonijiet sabiex tinżamm il-posta kollha għal dak l-indirizz mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità.

ANNESS III

SALVAGWARDJI ADDIZZJONALI TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA RIGWARD IT-TRATTAMENT TAD-DATA MIĠBURA U SKAMBJATA FIL-QAFAS TA' DAN IL-FTEHIM

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-termini li ġejjin se jkollhom dawn it-tifsiriet:

(a)

‘data personali’ tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (‘suġġett tad-data’); persuna identifikabbli huwa min jista' jkun identifikat, direttament jew indirettament, partikolarment b'referenza għal numru ta' identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu;

(b)

‘ipproċessar’ tfisser kwalunkwe operat jew sett ta' operati mwettqa fuq id-data personali, kemm jekk b'mezzi awtomatiċi kif ukoll jekk le, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, il-ħżin, l-adattament jew l-aġġustament, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar permezz ta' trażmissjoni, disseminazzjoni jew tqegħid għad-dispożizzjoni b'xi mod ieħor, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, l-imblukkar, it-tħassir jew il-qerda;

2.   Nondiskriminazzjoni

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li s-salvagwardji applikabbli għall-ipproċessar tad-data personali skont dan il-Ftehim u l-liġijiet nazzjonali rilevanti, ikunu japplikaw għall-individwi kollha mingħajr l-ebda diskriminazzjoni, b'mod partikolari fuq il-bażi ta' nazzjonalità jew ta' pajjiż ta' residenza jew ta' preżenza fiżika.

3.   Data

Id-data pproċessata mill-Partijiet Kontraenti skont dan il-Ftehim għandha jkun rilevanti, meħtieġa u proporzjonata għall-għanijiet stipulati f'dan il-Ftehim.

Il-Partijiet Kontraenti ma għandhomx jiskambjaw data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etniċi, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union jew id-data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali tal-individwu.

4.   It-trasparenza, dritt ta' aċċess, rettifika u tħassir ta' data

Meta informazzjoni li tkun waslet minn ġurisdizzjoni oħra taħt dan il-Ftehim, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(5) ta' dan il-Ftehim, użata għal finijiet oħra fi ħdan il-ġurisdizzjoni riċeventi, jew li tiġi trażmessa minn ġurisdizzjoni riċeventi lil ġurisdizzjoni terza (kemm jekk hu Stat Membru ieħor jew San Marino), l-Awtorità Kompetenti tal-ġurisdizzjoni riċeventi li tuża l-informazzjoni għal skopijiet oħra jew li tibagħtha lil ġurisdizzjoni għandha tinforma lill-Persuna Rapportabbli individwali kkonċernata. Din l-informazzjoni għandha tingħata fi żmien biżżejjed biex l-individwu jeżerċita id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data tiegħu u, fi kwalunkwe każ, qabel ma l-ġurisdizzjoni riċeventi tkun użat l-informazzjoni għal skopijiet oħra jew tkun ittrażmettietha lill-ġurisdizzjoni terza.

Fir-rigward ta' kwalunkwe data personali li tiġi pproċessata taħt dan il-Ftehim, kwalunkwe individwu għandu jkollu d-dritt li jitlob aċċess għad-data personali tiegħu li tiġi pproċessata minn Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u/jew l-Awtoritajiet Kompetenti u għar-rettifika meta d-data ma tkunx preċiża. Meta d-data tkun ipproċessata illegalment, l-individwu jista' jitolb it-tħassir tagħha.

Biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju ta' dan id-dritt, kull individwu għandu jkun jista' jagħmel talbiet għall-aċċess, ir-rettifika u/jew ittħassir tad-data tiegħu li jkun indirizzati lil Awtorità Kompetenti oħra permezz tal-Awtorità Kompetenti tiegħu stess.

L-Awtorità Kompetenti li tirċievi t-talba għandha tagħti aċċess għad-data rilevanti u, fejn xieraq, taġġornaw u/jew tikkoreġi kwalunkwe data mhux preċiża jew mhux kompluta.

5.   Id-dritt għal rimedju

Fir-rigward ta' kwalunkwe data personali li hija pproċessata skont dan il-Ftehim, kull individwu għandu jkollu d-dritt għal rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv, tkun xi tkun in-nazzjonalità tiegħu u l-pajjiż ta' residenza f'waħda mill-ġurisdizzjonijiet jew il-ġurisdizzjonijiet kollha involuti.

6.   Proċessar awtomatizzat

L-Awtoritajiet Kompetenti ma għandhom jieħdu l-ebda deċiżjoni li tipproduċi effetti legali negattivi rigward individwu jew li taffettwah b'mod konsiderevoli u li hija bbażata unikament fuq ipproċessar ta' data personali awtomatizzat maħsub biex jevalwa ċerti aspetti personali relatati miegħu.

7.   Trasferimenti lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi

Awtorità Kompetenti tista' okkażjonalment tittrasferixxi data personali rċevuta skont dan il-Ftehim lill-awtoritajiet pubbliċi f'pajjiżi terzi, minbarra l-Istati Membri u San Marino, jekk ikunu applikabbli ċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin:

(a)

it-trasferiment ikun meħtieġ għall-iskopijiet speċifikati fl-Artikolu 6(4) fil-pajjiż terz destinatarju u d-data ser tintuża minn pajjiż terz riċeventi biss għal skopijiet bħal dawn;

(b)

id-data tkun rilevanti u proporzjonata mal-għanijiet li għalihom qed tiġi trasferita;

(c)

il-kompetenzi tal-awtorità tal-pajjiż terz huma direttament relatati mal-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 6(4);

(d)

il-pajjiż terz riċeventi jiżgura livell ta' protezzjoni tad-data personali li jkun ekwivalenti għal dik stabbilit b'dan il-Ftehim, kif ukoll jimpenja ruħu li jittrasferixxi d-data li jirċievi lil kwalunkwe parti terza;

(e)

l-Awtorità Kompetenti minn fejn tkun waslet l-informazzjoni tkun ipprovdiet kunsens minn qabel; u

(f)

is-suġġett tad-data jkun ġie infurmat dwar it-trasferiment.

Kwalunkwe trasferimenti oħra ta' informazzjoni riċevuta skont dan il-Ftehim lil partijiet terzi għandhom ikunu pprojbiti.

8.   L-integrità u s-sigurtà tad-data

Fir-rigward tal-informazzjoni pproċessata skont dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti għandu jkollhom fis-seħħ:

(a)

salvagwardji xierqa biex jiżguraw li din l-informazzjoni tibqa' kunfidenzjali u tintuża biss għall-għanijiet u mill-persuni jew l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6;

(b)

l-infrastruttura għal relazzjoni effettiva ta' skambju (inkluż proċessi stabbiliti biex jiżguraw skambji ta' informazzjoni puntwali, preċiżi, sikuri u kunfidenzjali, komunikazzjoni effettiva u affidabbli, u kapaċitajiet li jsolvu minnufih mistoqsijiet u tħassib dwar skambji jew talbiet għal skambji u biex jiġu amministrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 ta' dan il-Ftehim); u

(c)

miżuri tekniċi u organizzattivi biex jipprevjenu kull żvelar jew aċċess hux awtorizzat, il-qerda aċċidentali jew illegali jew telf aċċidentali, jew bdil, jew forma oħra ta' pproċessar illegali;

(d)

l-miżuri tekniċi u organizzattivi għall-korrezzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni mhux eżatta u t-tħassir ta' informazzjoni li għaliha ma hemm l-ebda bażi legali li għandha tinżamm.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti għandhom, mingħajr dewmien, jwinnotifika lill-awtorità kompetenti fil-ġurisdizzjoni tagħhom meta jkollhom raġuni biex jemmnu li dawn ikunu rrappurtaw informazzjoni mhux korretta jew mhux kompluta lil dik l-Awtorità Kompetenti. L-Awtorità Kompetenti notifikata għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali tagħha sabiex tindirizza dawk l-iżbalji deskritti fl-avviż.

9.   Sanzjonijiet

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti f'dan il-Ftehim, għandu jkun soġġett għal sanzjonijiet effettivi u dissważivi.

10.   Superviżjoni

L-ipproċessar tad-data personali mill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u l-Awtoritajiet Kompetenti taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu soġġeti għas-superviżjoni ta' (i) l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-protezzjoni tad-data stabbiliti mil-liġijiet domestiċi tagħhom li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE, fl-Istati Membri, u (ii) il-Garanti tal-Kunfidenzjalità tad-Data Personali, stabbilit mil-Liġi nru 70 tat-23 ta' Mejju 1995 dwar ‘Ir-Riforma tal-Liġi nru 27 tal-1 ta' Marzu 1983’ dwar il-Ġbir, l-Elaborazzjoni u l-Użu ta' Data Personali Kompjuterizzata, f'San Marino.

Dawn l-awtoritajiet fl-Istati Membri u San Marino għandu jkollhom setgħat effettivi ta' sorveljanza, investigazzjoni, intervenzjoni u reviżjoni, u għandu jkollhom is-setgħa li jirreferu ksur tal-liġi għall-azzjoni legali, fejn xieraq. Għandjom jiżguraw partikolarment li l-ilmenti rigward in-nuqqas ta' konformità huma riċevuti, investigati, imwieġba, u rimedjati kif xieraq.

ANNESS IV

LISTA TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-PARTIJIET KONTRAENTI

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti huma:

(a)

fir-Repubblika ta' San Marino: Il Segretario di Stato per le Finanze e del Bilancio jew rappreżentant awtorizzat,

(b)

fir-Renju tal-Belġju: De Minister van Financiën/Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat,

(c)

fir-Repubblika tal-Bulgarija: Изпълнителният директор на Националната агенция за приходите jew rappreżentant awtorizzat,

(d)

fir-Repubblika Ċeka: Ministr financí jew rappreżentant awtorizzat,

(e)

fir-Renju tad-Danimarka: Skatteministeren, jew rappreżentant awtorizzat,

(f)

fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja: Der Bundesminister der Finanzen jew rappreżentant awtorizzat,

(g)

fir-Repubblika tal-Estonja: Rahandusminister jew rappreżentant awtorizzat,

(h)

fir-Repubblika Ellenika: Ο Υπουργός Οικονομίας και Οικονομικών jew rappreżentant awtorizzat,

(i)

fir-Renju ta' Spanja: El Ministro de Economía y Hacienda jew rappreżentant awtorizzat,

(j)

fir-Repubblika Franċiża: Le Ministre chargé du budget jew rappreżentant awtorizzat,

(k)

fir-Repubblika tal-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat

(l)

fl-Irlanda: The Revenue Commissioners, jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom,

(m)

fir-Repubblika Taljana: Il Direttore Generale delle Finanze jew rappreżentant awtorizzat,

(n)

fir-Repubblika ta' Ċipru: Υπουργός Οικονομικών, jew rappreżentant awtorizzat,

(o)

fir-Repubblika tal-Latvja: Finanšu ministrs jew rappreżentant awtorizzat,

(p)

fir-Repubblika tal-Litwanja: Finansų ministras jew rappreżentant awtorizzat,

(q)

fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu: Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat,

(r)

fl-Ungerija: A pénzügyminiszter jew rappreżentant awtorizzat,

(s)

fir-Repubblika ta' Malta: Il-Ministru responsabbli għall-Finanzi jew rappreżentant awtorizzat,

(t)

fir-Renju tan-Netherlands: De Minister van financiën jew rappreżentant awtoriżżat,

(u)

fir-Repubblika tal-Awstrija: Der Bundesminister für Finanzen jew rappreżentant awtorizzat,

(v)

fir-Repubblika tal-Polonja: Minister Finansów jew rappreżentant awtorizzat,

(w)

fir-Repubblika Portugiża: O Ministro das Finanças jew rappreżentant awtorizzat,

(x)

fir-Rumanija: Președintele Agenției Naționale de Administrare Fiscală jew rappreżentant awtorizzat,

(y)

fir-Repubblika tas-Slovenja: Minister za finance jew rappreżentant awtorizzat,

(z)

fir-Repubblika Slovakka: Minister financií jew rappreżentant awtorizzat,

(aa)

fir-Repubblika tal-Finlandja: Valtiovarainministeriö/Finansministeriet jew rappreżentant awtorizzat,

(ab)

fir-Renju tal-Iżvezja: Chefen för Finansdepartementet jew rappreżentant awtorizzat,

(ac)

fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u fit-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli r-Renju Unit: the Commissioners of Inland Revenue jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom u l-awtorità kompetenti f'Ġibiltà, li r-Renju Unit jaħtar skont l-Arranġamenti Miftiehma relatati mal-awtoritajiet ta' Ġibiltà fil-kuntest ta' strumenti tal-UE u tal-KE u trattati relatati nnotifikati lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta' April 2000, li kopja tagħhom għandha tiġi notifikata lil San Marino mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u li għandhom japplikaw għal dan il-Ftehim.

”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan il-Protokoll Emendatorju jeħtieġ li jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri proprji tagħhom. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija ta' dawn il-proċeduri. Il-Protokoll Emendatorju għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-aħħar notifika.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw b'mod proviżorju dan il-Protokoll Emendatorju sakemm jidħol fis-seħħ. Din l-applikazzjoni proviżorja għandha tibda fl-1 ta' Jannar 2016 soġġett għal notifika minn kull waħda mill-Partijiet Kontraenti lill-oħra sal-31 ta' Diċembru 2015 dwar it-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għal din l-applikazzjoni proviżorja.

3.   Fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni fuq talba, l-iskambju ta' informazzjoni previst f'dan il-Protokoll Emendatorju għandu japplika għat-talbiet li jsiru fid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jew wara fil-każ ta' informazzjoni relatata mas-snin fiskali li jibdew fl-ewwel jum ta' Jannar, jew l-għada tiegħu, tas-sena tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll Emendatorju. L-Artikolu 13 tal-Ftehim fil-forma preċedenti tiegħu qabel ġie emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju għandu jibqa' japplika sakemm ma japplikax l-Artikolu 5 tal-Ftehim kif emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju.

4.   Minkejja l-paragrafi 1 sa 3, l-obbligi li ġejjin skont il-Ftehim fil-forma tiegħu qabel ġie emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju għandhom ikomplu japplikaw, kif ġej:

(i)

l-obbligi ta' San Marino u obbligi sottostanti ta' aġenti ta' pagament stabbiliti hemmhekk skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim fil-forma qabel l-emenda tiegħu permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju u l-obbligi ta' San Marino u obbligi sottostanti ta' aġenti ta' pagament stabbiliti hemmhekk skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim fil-forma qabel l-emenda tiegħu permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju għandu jkompli japplika sat-30 ta' Ġunju 2016 jew sakemm dawn l-obbligi ma jkunux ġew imwettqa;

(ii)

l-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 10 tal-Ftehim fil-forma tiegħu qabel ġie emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju, fir-rigward tat-taxxa minn ras il-għajn imposta matul l-2015 u s-snin ta' qabel, għandhom ikomplu japplikaw sakemm dawk l-obbligi jiġu mwettqa

Artikolu 3

Lingwi

Dan il-Protokoll Emendatorju għandu jitfassal f'żewġ eżemplari bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Iżvediż, b'kull test ugwalment awtentiku.

B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw dan il-Protokoll.

Съставено в Брюксел на осми декември две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Bruselas, el ocho de diciembre de dos mil quince.

V Bruselu dne osmého prosince dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den ottende december to tusind og femten.

Geschehen zu Brüssel am achten Dezember zweitausendfünfzehn.

Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta detsembrikuu kaheksandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις οκτώ Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Brussels on the eighth day of December in the year two thousand and fifteen.

Fait à Bruxelles, le huit décembre deux mille quinze.

Sastavljeno u Bruxellesu osmog prosinca dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì otto dicembre duemilaquindici.

Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada astotajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų gruodžio aštuntą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenötödik év december havának nyolcadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tmien jum ta’ Diċembru fis-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Brussel, de achtste december tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Brukseli dnia ósmego grudnia roku dwa tysiące piętnastego.

Feito em Bruxelas, em oito de dezembro de dois mil e quinze.

Întocmit la Bruxelles la opt decembrie două mii cincisprezece.

V Bruseli ôsmeho decembra dvetisícpätnásť.

V Bruslju, dne osmega decembra leta dva tisoč petnajst.

Tehty Brysselissä kahdeksantena päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Bryssel den åttonde december år tjugohundrafemton.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Република Сан Марино

Por la República de San Marino

Za Republiku San Marino

For Republikken San Marino

Für die Republik San Marino

San Marino Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία του Αγίου Μαρίνου

For the Republic of San Marino

Pour la République de Saint-Marin

Za Republiku San Marino

Per la Repubblica di San Marino

Sanmarīno Republikas vārdā –

San Marino Respublikos vardu

A San Marino Köztársaság részéről

Għar-Repubblika ta' San Marino

Voor de Republiek San Marino

W imieniu Republiki San Marino

Pela República de São Marino

Pentru Republica San Marino

Za Sanmarínsku republiku

Za Republiko San Marino

San Marinon tasavallan puolesta

För Republiken San Marino

Image


(1)  ĠU UE L 157, 26.6.2003, p. 38. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9 Volum 1 p. 369.)

(2)  ĠU UE L 381, 28.12.2004, p. 33.

(3)  ĠU UE L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  Bollettino Ufficiale della Repubblica di San Marino, 1.6.1995.

(5)  ĠU UE L 64, 11.3.2011, p. 1.

(6)  Bollettino Ufficiale della Repubblica di San Marino, 1.6.1995.


DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI TAL-PARTIJIET KONTRAENTI:

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR IL-FTEHIM U L-ANNESSI

Il-Partijiet jaqblu, rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Annessi I u II tiegħu, li l-Kummentarji tal-Mudell ta' Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tal-OECD u l-Istandard Komuni ta' Rapportar għandhom ikunu sors ta' spjegazzjoni jew ta' interpretazzjoni u sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-ARTIKOLU 5

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, rigward l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 dwar l-Iskambju ta' Informazzjoni fuq Talba, li l-Kummentarju dwar l-Artikolu 26 tal-Mudell ta' Konvenzjoni tat-Taxxa tal-OECD dwar id-Dħul u dwar il-Kapital, fl-aktar verżjoni attwali tiegħu fil-ħin meta jiġi ffirmat il-Protokoll Emendatorju, għandu jkun sors ta' interpretazzjoni.

Meta l-OECD tadotta verżjonijiet ġodda tal-Kummentarju dwar l-Artikolu 26 tal-Mudell ta' Konvenzjoni tat-Taxxa tal-OECD dwar id-Dħul u dwar il-Kapital fi snin sussegwenti, meta jaġixxu bħala l-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba, kwalunkwe Stat Membru jew ir-Repubblika ta' San Marino jista' japplika dawk il-verżjonijiet bħala sors ta' interpretazzjoni li tissostitwixxi dawk preċedenti. Dak l-Istat Membru għandu jikkomunika lir-Repubblika ta' San Marino, u r-Repubblika ta' San Marino għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea, meta tapplika s-sentenza preċedenti. Il-Kummissjoni Ewropea tista' tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lir-Repubblika ta' San Marino, u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand ir-Repubblika ta' San Marino lill-Istati Membri kollha. L-applikazzjoni għandu jkollha effett mid-data tal-komunikazzjoni.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR IT-TERMINU “NIT”

Il-Partijiet jaqblu li t-terminu “NIT”, fil-kuntest ta' Stat Membru Persuna Rapportabbli jew Stat Membru detentur tal-kont, għandu jirreferi għal numri ta' identifikazzjoni tat-taxxa jew ekwivalenti, li l-istruttura u l-format tagħhom ġew innotifikati lill-Kummissjoni Ewropea u ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bħala lista kompilata.

Il-Partijiet jaqblu li t-terminu “NIT”, fil-kuntest ta' Persuna Rapportabbli ta' San Marino jew Detentur tal-Kont ta' San Marino għandhom jirreferu għan-numri ta' identifikazzjoni tat-taxxa li ġejjin:

i —

“Codice ISS” użati għall-identifikazzjoni ta' individwi;

ii —

“Codice Operatore Economico — (COE)” użati biex jidentifikaw kumpaniji jew entitajiet oħra.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR IR-RELAZZJONIJIET BEJN SAN MARINO U L-UNJONI EWROPEA

L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi r-rwol attiv tar-Repubblika ta' San Marino fil-proċess internazzjonali għat-trasparenza u l-kooperazzjoni fiskali fost il-pajjiżi. San Marino kontinwament jaħdem lejn konverġenza sħiħa mal-istandards internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, it-taxxa u l-finanzi, kif ġie rikonoxxut minn Moneyval, l-OECD u l-Fond Monetarju Internazzjonali.

B'mod partikolari, il-proċess ta' allinjament mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni Ewropea dwar kwistjonijiet bankarji, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, sistema ta' ħlas, statistika, karti tal-flus u muniti tal-euro, dispożizzjonijiet li huma importanti wkoll fir-rigward ta' standards ta' trasparenza msemmija hawn fuq, huma rregolati mill-Ftehim Monetarju ffirmat fl-2012 mal-Unjoni Ewropea. F'dak il-ftehim San Marino jimpenja ruħu jittrasponi fis-sistema legali nazzjonali tiegħu sett ta' regoli li jikkonċernaw l-acquis tal- Unjoni.

Dan il-proċess ta' konverġenza maħsub li jkun assistit mill-Ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji biex titjieb il-konformità fiskali internazzjonali, fir-rigward ta' liema San Marino enfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata sostenibbiltà finanzjarja, teknika u operazzjonali.

L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi ir-rieda ta' San Marino li tikseb, b'kont meħud tal-bidu tal-iskambju ta' informazzjoni taħt il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u San Marino dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji biex titjieb l-konformità fiskali internazzjonali, ta' integrazzjoni effettiva tas-sistema bankarja u finanzjarja tagħha fis-suq tal-Unjoni, f'konformità mal-obbligi li joħorġu mill-Ftehim Monetarju tal-2012.

Kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-integrazzjoni se jkomplu jiġu indirizzati fil-kuntest tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Unjoni Ewropea, li l-innegozjar tiegħu infetaħ uffiċjalment fit-18 ta' Marzu 2015.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR ID-DEFINIZZJONI TA' BANK ĊENTRALI

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, b'referenza għall-kriterji biex tiġi identifikata Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti, (Anness I — Taqsima VIII paragrafu B), li t-terminu “Bank Ċentrali” (paragrafu 4) għandu jiġi interpretat għal San Marino li jirreferi għal-Bank Ċentrali tar-Repubblika ta' San Marino (Banca Centrale della Repubblica di San Marino).

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-ARTIKOLU 2 TAL-PROTOKOLL EMENDATORJU

B'referenza għall-Artikolu 2 ta' dan il-Protokoll, iż-żewġ Partijiet jaqblu li l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll Emendatorju timplika:

Li San Marino u l-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tal-Awstrija, u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji tagħhom għandhom japplikaw ir-regoli ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II mill-1 ta' Jannar 2016, u li l-Awstrija u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji tagħha għandhom japplikaw ir-regoli ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II mill-1 ta' Jannar 2017, bil-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 3(3) tal-Ftehim kif emendat minn dan il-Protokoll Emendatorju.

Li San Marino u l-istituzzjonijiet finanzjarji tiegħu, b'kont meħud ukoll għall-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ previsti sa tmiem l-2015 ta' Direttiva tal-Kunsill li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill2003/48/KE, jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi tagħhom taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jistabbilixxi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax, fil-forma qabel l-emenda tiegħu permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju, mill-1 ta' Jannar 2016, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll Emendatorju.


Top