EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22006D0111

Deċiżjoni Nru 6/2005 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE tat- 22 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni ta' l-482 miljun EUR li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun taħt id-disa’ EDF għall-koperazzjoni mal-pajjiżi ACP

OJ L 48, 18.2.2006, p. 19–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 270M, 29.9.2006, p. 217–218 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/111(1)/oj

29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

217


DEĊIŻJONI Nru 6/2005 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-KE

tat-22 ta' Novembru 2005

dwar l-applikazzjoni ta' l-482 miljun EUR li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun taħt id-disa’ EDF għall-koperazzjoni mal-pajjiżi ACP

(2006/111/KE)

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI ACP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, u b’mod partikolari l-paragrafu 8 ta' l-Anness I tiegħu,

Billi:

(1)

Konformement mad-Dikjarazzjoni XVIII mal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE, dwar l-ammont globali ta’ EUR 13,5 biljun tad-disa’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) għall-pajjiżi ACP, EUR 12,5 biljun biss kienu immedjatament disponibbli meta daħal fis-seħħ il-Protokoll Finanzjarju fl-1 ta’ April 2003.

(2)

Il-Kunsill qabel, fid-dawl tar-reviżjonijiet intermedji ta’ l-istrateġiji tal-pajjiżi rispettivi u ta' l-eżami tar-riżultati ta' l-EDF, li jiddeċiedi, qabel l-aħħar ta' l-2005, dwar ir-rilaxx tat-tieni porzjoni ta’ EUR 250 miljun u dwar l-allokazzjoni, għal skopijiet li dwarhom għad irid jintlaħaq ftehim, ta' l-EUR 500 miljun li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' biljun EUR.

(3)

Id-disa’ FEI, inklużi l-bilanċi trasferiti mill-Fondi Europej ta’ l-Iżvilupp ta’ qabel, ikunu marbuta kollha sa tmiem l-2007 mingħajr ma jħallu lill-Komunità tkun totalment konformi ma’ l-obbligi internazzjonali tagħha u twieġeb għal inizjattivi internazzjonali ġodda.

(4)

Saret għażla ta’ proposti għall-ammont totali ta’ 482 miljun euro fuq il-bażi ta’ l-obbligi li rriżultaw mill-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni AKP-UE u fuq il-bażi ta’ l-impenji konġunti AKP-UE li sa issa għadhom ma humiex onorati fix-xena internazzjonali, filwaqt li tqiesu l-prinċipji ta’ urġenza u l-punt ċentrali tal-faqar, il-konċentrazzjoni ta’ l-għajnuna u l-kapaċità ta’ assorbiment.

(5)

Taħt il-modalitajiet ta’ twettiq eżistenti taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta’ l-Intrapriża (CDE) u ċ-Ċentru għall-Iżvilupp Agrikolu (CTA) l-istimi tal-ħtiġiet baġitarji annwali huma €18-il miljun u €14-il miljun rispettivament. Għaldaqstant qiegħda ssir il-proposta biex ikunu ffissati 32 miljun euro mill-pakkett ta’ l-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien maħruġa mill-biljun kondizzjonali li jifdal biex ikun kopert il-funzjonament tas-CDE u s-CTA matul is-snin 2006-2007, f’konformità ma’ l-Annessi I u III tal-Ftehim ta' l-Assoċjazzjoni AKP-UE.

(6)

Meta jitqies kemm huma għolja l-aspettattivi ġġenerati mit-tnedija ta’ l-Inizjattiva ta’ l-Enerġija ta’ l-UE, il-kontribuzzjoni kruċjali ta’ l-enerġija għall-ksib ta’ l-MDG, u l-importanza kritika għall-foqra ta’ aċċess għal servizzi ta’ enerġija ekonomikament effiċjenti u li jirrispettaw lill-ambjent, qiegħed ikun issuġġerit, għaldaqstant, li l-Faċilità għall-Enerġija AKP-UE proposta tkun iffinanzjata b’ammont indikattiv ta’ 220 miljun euro mill-bilanċi kondizzjonali u li, għal dan il-għan, dan l-ammont sħiħ ikun ittrasferit għal ġol-pakkett ta’ l-intra-AKP.

(7)

Bħala għajnuna sabiex titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-pajjiżi benefiċjarji ta’ l-ACP għall-oxxillazzjonijiet fil-prezzijiet tal-prodotti primarji, qiegħed jiġi propost li jiġi allokat ammont indikattiv, sa EUR 25 miljun, mill-bilanċ li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun bħala kontribuzzjoni għall-faċilità għall-finanzjament internazzjonali ta’ l-immaniġġar tar-riskji konnessi mal-prodotti primarji konformement ma' l-Artikolu 68(5) tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-UE u li, għal dan il-għan, jiġi trasferit l-ammont kollu għall-pakkett intra-ACP.

(8)

Qiegħed jiġi propost li jiġi allokat ammont indikattiv ta’ EUR 30 miljun mill-bilanċ li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun bħala kontribuzzjoni għall-fażi inizjali ta' programm ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-għajnuna lill-pajjiżi ta' l-ACP sabiex jadattaw is-sistemi tagħhom għar-regoli Komunitarji sanitarji u fitosanitarji ġodda u li, għal dan il-għan, jiġi trasferit l-ammont kollu għall-pakkett intra-ACP.

(9)

Bħala kontribuzzjoni għal programm ta’ appoġġ pan-Afrikan, qiegħda ssir proposta biex ikun iffissat ammont indikattiv sa 50 miljun euro mill-bilanċ li jifdal mill-biljun kondizzjonali, u biex, għal dan il-għan, ikun trasferit l-ammont għall-pakkett ta’ l-intra-AKP.

(10)

L-inizjattiva ta' finanzjament aċċelerat “Edukazzjoni għal Kulħadd” hija primarjament ibbażata fuq mekkaniżmi eżistenti ta’ finanzjament fil-pajjiżi sħab. Billi nstab fir- reviżjonijiet intermedji ta' l-2004 li kien impossibbli li l-inizjattiva aċċelerata tiġi sostnuta b’mod sistematiku, qiegħed jiġi propost li jiġi allokat ammont indikattiv ta' EUR 63 miljun għall-iskop tal-finanzjament aċċelerat mill-bilanċ li jifdal mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun u li, għal dan il-għan, l-ammont jiġi trasferit għall-pakkett intra-ACP.

(11)

B'kont meħud tal-ftehim li ntlaħaq fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri ACP-KE l-24 ta' Ġunju 2005, qiegħed jiġi propost li jiġi allokat ammont indikattiv ta' EUR 62 miljun għall-Fond Dinji għall-Ġlieda Kontra l-AIDS, it-Tuberkolosi u l-Malarja,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-allokazzjoni ta’ EUR 482 miljun mis-somma kondizzjonali ta' EUR biljun taħt id-disa’ EDF għall-koperazzjoni mal-pajjiżi ACP, għandha tiġi distribwita kif ġej:

(a)

352 EUR miljun għall-pakkett ta’ għajnuna għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien previst fil-punt (a) tal-paragrafu 3 tal-Protokoll Finanzjarju;

(b)

48 EUR miljun għall-pakkett ta’ għajnuna għall-koperazzjoni u integrazzjoni reġjonali previst fil-punt (b) tal-paragrafu 3 tal-Protokoll Finanzjarju;

(ċ)

82 EUR miljun għall-Faċilità għall-Investiment prevista fil-punt (ċ) tal-paragrafu 3 tal-Protokoll Finanzjarju.

L-allokazzjoni għandha tiġi allokata skond l-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni billi EUR 320 miljun jiġu trasferiti mill-pakkett ta' l-iżvilupp għall-perijodu fit-tul u EUR 82 miljun mill-Faċilità ta' Investiment għall-allokazzjoni intra-ACP tal-pakkett għall-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali.

Artikolu 2

L-allokazzjoni ta’ EUR 482 miljun għandha tikkontribwixxi għall-azzjonijiet segwenti:

(a)

sa EUR 220 miljun għall-Inizjattiva ta’ l-UE għall-Enerġija;

(b)

sa EUR 25 miljun għall-kontribuzzjonijiet lill-faċilità għall-finanzjament internazzjonali ta’ l-immaniġġar tar-riskji konnessi mal-prodotti primarji, favur il-pajjiżi ACP;

(ċ)

ammont indikattiv ta’ EUR 30 miljun bħala għajnuna lill-pajjiżi ACP sabiex jadattaw is-sistemi tagħhom għar-regoli Komunitarji sanitarji u fitosanitarji ġodda;

(d)

sa EUR 50 miljun għat-tisħiħ ta' l-Unjoni Afrikana fl-implementazzjoni tal-mandat pan-Afrikan tagħha;

(e)

ammont indikattiv ta’ EUR 63 miljun bħala kontribuzzjoni lill-inizjattiva ta' finanzjament aċċelerat “Edukazzjoni għal Kulħadd”;

(f)

sa EUR 62 miljun bħala kontribuzzjoni lill-Fond Dinji għall-Ġlieda Kontra l-AIDS, it-Tuberkolosi u l-Malarja;

(g)

EUR 50 miljun mill-pakkett ta' għajnuna għall-iżvilupp fuq medda twila ta’ żmien previsti fil-paragrafu 3(a)(i)(ii) tal-Protokoll Finanzjarju għall-finanzjament taċ-Ċentru għall-Iżvilupp ta’ l-Intrapriża (CDE) u taċ-Ċentru Tekniku għall-Koperazzjoni Agrikola u Rurali (CTA).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-22 ta' Novembru 2005

Għall-Kunsill tal-Ministri ACP-KE

Il-President

A. JOHNSON


Top