Help Print this page 

Document 12012M/TXT

Title and reference
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata)
  • In force
OJ C 326, 26.10.2012, p. 13–390 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Multilingual display
Text

Verżjonijiet konsolidati tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Protokoll - Annessi - Dikjarazzjonijiet annessi ma' l-Att Finali tal-Konferenza Intergovernementali li adottat it-Trattat ta' Lisbona ffirmat fit- 13 ta' Diċembru 2007 - Tabella ta' korrispondenza

Official Journal C 326 , 26/10/2012 P. 0001 - 0390


Verżjonijiet konsolidati

tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

2012/C 326/01

Werrej

TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA VERŻJONI KONSOLIDATA)

PREAMBOLA

TITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

TITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI

TITOLU III DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET

TITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOPERAZZJONI MSAĦĦA

TITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

Kapitolu I Dwar l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni

Kapitolu 2 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni

Taqsima 1 Dispożizzjonijiet komuni

Taqsima 2 Dispożizzjonijiet dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' difiża komuni

TITOLU VI DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

PROTOKOLLI

Protokoll (Nru 1) Dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea

Protokoll (Nru 2) Dwar l-applikazzjoni tal-Prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità

Protokoll (Nru 3) Dwar l-istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea

Protokoll (Nru 4) Dwar l-istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

Protokoll (Nru 5) Dwar l-istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment

Protokoll (Nru 6) Dwar il-lokalità tas-sede ta' l-istituzzjonijiet u ta’ ċerti organi, korpi u dipartimenti ta' l-Unjoni Ewropea

Protokoll (Nru 7) Dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea

Protokoll (Nru 8) Dwar l-artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-adeżjoni ta' l-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

Protokoll (Nru 9) Dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea bejn l- 1 ta' novembru 2014 u l- 31 ta' marzu 2017 minn naħa waħda, u mill- 1 ta' april 2017 min-naħa l-oħra

Protokoll (Nru 10) Dwar il-koperazzjoni strutturata permanenti stabbilita mill-artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Protokoll (Nru 11) Dwar l-artikolu 42 tat-trattat dwar l-unjoni ewropea

Protokoll (Nru 12) Dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv

Protokoll (Nru 13) Dwar il-kriterji ta' konverġenza

Protokoll (Nru 14) Dwar il-grupp ta' l-Euro

Protokoll (Nru 15) Dwar ċerti dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-irlanda ta' fuq

Protokoll (Nru 16) Dwar ċerti dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka

Protokoll (Nru 17) Dwar id-Danimarka

Protokoll (Nru 18) Dwar Franza

Protokoll (Nru 19) Dwar l-Acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

Protokoll (Nru 20) Dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ l-artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għar-renju Unit u għall-Irlanda

Protokoll (Nru 21) Dwar il-pożizzjoni tar-Renju unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

Protokoll (Nru 22) Dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka

Protokoll (Nru 23) Dwar ir-relazzjonijiet esterni ta' l-istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-qsim tal-fruntieri esterni

Protokoll (Nru 24) Dwar l-asil għal ċittadini ta' l-istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

Protokoll (Nru 25) Dwar l-ezerċizzju ta' kompetenzi kondiviz

Protokoll (Nru 26) Dwar is-servizzi ta' interess ġenerali

Protokoll (Nru 27) Dwar is-suq intern u l-kompetizzjoni

Protokoll (Nru 28) Dwar il- koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Protokoll (Nru 29) Dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri

Protokoll (Nru 30) Dwar l-applikazzjoni tal-Karta dwar id-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Polonja u għar-Renju Unit

Protokoll (Nru 31) Dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti petrolifiċi raffinati fl-Antilles ta' l-Olanda

Protokoll (Nru 32) Dwar l-akkwist tal-proprjeta immobbli fid-Danimarka

Protokoll (Nru 33) Dwar l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Protokoll (Nru 34) Dwar arrangamenti specjali ghall-Groenlandja

Protokoll (Nru 35) Dwar l-Artikolu 40.3.3 tal-Kostituzzjoni ta' l-Irlanda

Protokoll (Nru 36) Dwar id-dispożizzjonijiet transitorji

Protokoll (Nru 37) Dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta’ l-iskadenza tat-trattat tal-kefa u dwar il-fond tar-ricerka ghall-faham u l-azzar

DIKJARAZZJONIJIET Annessi ma' l-Att Finali

A. DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI

1. Dikjarazzjoni dwar il-Karta tad-Drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

2. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

3. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

4. Dikjarazzjoni dwar il-Kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

5. Dikjarazzjoni dwar il-qbil politiku mill-Kunsill Ewropew fir-rigward ta' l-abbozz ta' Deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

6. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 15(5) u (6), l-Artikolu 17(6) u (7) u l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

7. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

8. Dikjarazzjoni dwar il-miżuri prattiċi li għandhom jittieħdu mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' lisbona

9 Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 16(9) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill

10. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

11. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 17(6) u (7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

12. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

13. Dikjarazzjoni dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni

14. Dikjarazzjoni dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni

15. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 27 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

16. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 55(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

17. Dikjarazzjoni dwar il-Primat

18. Dikjarazzjoni dwar id-delimitazzjoni tal-kompetenzi

19. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

20. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

21. Dikjarazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali

22. Dikjarazzjoni dwar l-artikolu 48 u l-artikolu 79 tat-trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

23. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 48, it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

24. Dikjarazzjoni dwar il-personalità ġuridika ta' l-Unjoni Ewropea

25. Dikjarazzjoni dwar l-artikolu 75 u l-Artikolu 215 tat-trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

26. Dikjarazzjoni dwar in-non-parteċipazzjoni ta' stat membru f'miżura bbażata fuq it-titolu v tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

27. Dikjarazzjoni dwar l-artikolu 85(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

28. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 98 tat-trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

29. Dikjarazzjoni dwar l-artikolu 107(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

30. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

31. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 156 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

32. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 168(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

33. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

34. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 179 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

35. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

36. Dikjarazzjoni dwar l-artikolu 218 tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni dwar in-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali mill-istati membridwar spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

37. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

38. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 252 tat-trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar in-numru ta' avukati-ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

39. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

40. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 329 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

41. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

42. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

43. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 355(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

B. DIKJARAZZJONIJIET DWAR PROTOKOLLI ANNESSI GĦAT-TRATTATI

44. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5 tal-protokoll dwar l-acquis ta' schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

45. Dikjarazzjoni dwar l-artikolu 5(2) tal-protokoll dwar l-acquis ta' schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

46. Dikjarazzjoni dwar l-artikolu 5(3) tal-protokoll dwar l-acquis ta' schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

47. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5(3), (4) u (5) tal-protokoll dwar l-acquis ta' schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

48. Dikjarazzjoni dwar il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka

49. Dikjarazzjoni dwar l-Italja

50. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji

C. DIKJARAZZJONIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI

51. Dikjarazzjoni tar-Renju tal-Belġju dwar il-Parlamenti nazzjonali

52 Dikjarazzjoni mir-Renju tal-Belġju, mir-Repubblika tal-Bulgarija, mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika Ellenika, mir-Renju ta' Spanja, mir-Repubblika Taljana, mir-Repubblika ta' Ċipru, mir-Repubblika tal-Litwanja, mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mir-Repubblika ta' L-ungerija, mir-Repubblika ta' Malta, mir-Repubblika ta' l-Awstrija, mir-Repubblika Portugiża, mir-Rumanija, mir-Repubblika Slovena u mir-Repubblika Slovakka dwar is-simboli ta' l-Unjoni Ewropea

53. Dikjarazzjoni tar-repubblika ċeka dwar il-karta tad-drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

54. Dikjarazzjoni tar-repubblika federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Renju ta' l-Isvezja

55. Dikjarazzjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' fuq

56. Dikjarazzjoni mill-irlanda dwar l-artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

57 Dikjarazzjoni tar-Repubblika Taljana dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

58. Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija

59. Dikjarazzjoni tar-Renju ta' l-Olanda dwar l-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

60. Dikjarazzjoni tar-renju ta' l-Olanda dwar l-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

61. Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-Karta tad-drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea453

62. Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-protokoll dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għall-polonja u għar-Renju unit

63. Dikjarazzjoni tar-Renju unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' fuq dwar id-definizzjoni tat-terminu

64. Dikjarazzjoni tar-renju unit tal-gran brittanja u l-Irlanda ta' fuq dwar id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew

65. Dikjarazzjoni tar-renju unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' fuq dwar l-Artikolu 75 tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni ewropea

Tabella ta' korrispondenza

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

--------------------------------------------------

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata)

PREAMBOLA

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BEJĠJANI, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA' SPANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GRAN BRITTANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ [1],

DEĊIŻI li jirreġistraw stadju ġdid fil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea li daħlu għalih bl-istabbiliment tal-Komunitajiet Ewropej,

ISPIRATI mill-wirt kulturali, religjuż u umanista ta' l-Ewropa, li minnu żviluppaw il-valuri universali tad-drittijiet invjolabbli u inaljenabbli tal-bniedem, kif ukoll il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, u l-istat tad-dritt;

IFAKKRU l-importanza storika li jtemmu l-qasma tal-kontinent Ewropew u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti sisien sodi għall-bini ta' l-Ewropa tal-ġejjieni,

JIKKONFERMAW ir-rabta tagħhom mal-prinċipji tal-libertà, demokrazija u rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u lejn l-istat tad-dritt,

JIKKONFERMAW ir-rabta tagħhom mad-drittijiet soċjali fundamentali kif definiti fil-Karta Soċjali Ewropea iffirmata f’Torin fit- 18 ta’ Ottubru 1961 u fil-Karta Ewropea tal-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema,

XEWQANA li jsaħħu s-solidarjetà bejn il-popli tagħhom filwaqt li jirrispettaw l-istorja, il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħhom,

XEWQANA li jkomplu jkabbru il-funzjonament demokratiku u effiċjenti ta' l-istituzzjonijiet sabiex jgħinuhom iwettqu aħjar, fi kwadru istituzzjonali wieħed, kull ħidma fdata lilhom,

DEĊIŻI li jakkwistaw it-tisħiħ u l-konverġenza ta' l-ekonomiji tagħhom u li jistabbilixxu unjoni ekonomika u monetarja li tinkludi, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Trattat u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, valuta waħda u stabbli,

DETERMINATI li jippromwovu l-progress ekonomiku u soċjali għall-popli tagħhom, li jieħdu kont tal-prinċipju ta’ l-iżvilupp sostenibbli u fil-kuntest tar-realizzazzjoni tas-suq intern u tat-tisħieħ tal-koeżjoni u tal-protezzjoni ambjentali, u għall-implimentazzjoni tal-politika li tassigura li l-avvanzi fl-integrazzjoni ekonomika jkunu akkompanjati bil-progress parallel f’oqsma oħra,

DEĊIŻI li jistabbilixxu ċittadinanza komuni għaċ-ċittadini tal-pajjiżi tagħhom,

DEĊIŻI li jimplimentaw politika estera u ta’ sigurtà komuni inkluża l-formolazzjoni ta' politika komuni dwar id-difiża, li tista' twassal għal difiża komuni skond id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu42, u b’hekk isaħħu l-identità Ewropea u l-independenza tagħha sabiex jinkoraġixxu l-paċi, sigurtà u progress fl-Ewropa u fid-dinja,

DEĊIŻI li jiffaċilitaw il-moviment liberu ta’persuni, waqt li jassiguraw il-ħarsien u s-sigurtà tal-popli tagħhom, billi jistabbilixxu spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Trattat u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

DEĊIŻI li jissuktaw il-proċess li joħloq għaqda dejjem eqreb fost il-popli ta' l-Ewropa, li fiha d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun fil-qrib taċ-ċittadin skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà,

IN VISTA tal-passi ulterjuri li ser jittieħdu sabiex timxi 'l quddiem l-integrazzjoni Ewropea,

IDDEĊIDEW li jistabbilixxu Unjoni Ewropea u għal dan il-għan innominaw bħala plenipotenzjarji tagħhom:

(lista ta' plenipotenzjarji mhux riprodotta)

LI, wara li skambjaw il-plenipoteri tagħhom li kienu sewwa u fil-forma dovuta, ftiehmu dan li ġej:

TITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 1

(ex Artikolu 1 TUE) [2]

Permezz ta’ dan it-Trattat, Il-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA qegħdin jistabbilixxu bejniethom l-UNJONI EWROPEA, hawn iżjed ’il quddiem imsejħa "l-Unjoni" li lilha l-Istati Membri jagħtu kompetenzi sabiex jiksbu għanijiet li għandhom komuni bejniethom.

Dan it-Trattat huwa pass ġdid lejn il-ħolqien ta’ għaqda dejjem iżjed ravviċinata fost il-popli ta’ l-Ewropa, li fiha d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin.

L-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq dan it-Trattat u fuq it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa "it-Trattati"). Dawn iż-żewġ Trattati għandu jkollhom l-istess valur legali. L-Unjoni għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

Artikolu 3

(ex Artikolu 2 TUE)

1. Il-mira ta' l-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha.

2. L-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih il-moviment liberu tal-persuni jkun assigurat flimkien ma' miżuri xierqa f'dak li jirrigwarda l-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-asil, l-immigrazzjoni kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha.

3. L-Unjoni għandha tistabbilixxi suq intern. Hija għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli ta' l-Ewropa mibni fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta' mpjieg u progress soċjali, u livell għoli ta' protezzjoni u ta' titjib tal-kwalità ta' l-ambjent. Hija għandha tippromwovi l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku.

Hija għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

Hija għandha tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri.

Hija għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew.

4. L-Unjoni għandha tistabbilixxi unjoni ekonomika u monetarja li l-munita tagħha tkun l-euro.

5. Fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja, l-Unjoni għandha tafferma u tippromwovi l-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-protezzjoni taċ-ċittadini tagħha. Hija għandha tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli tal-pjaneta, is-solidarjetà u r-rispett reċiproku bejn il-popli, il-kummerċ liberu u ġust, il-qerda tal-faqar u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem b'mod partikolari dawk tat-tfal, kif ukoll għar-rispett sħiħ u għall-iżvilupp tad-dritt internazzjonali, partikolarment ir-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

6. L-Unjoni għandha tfittex li tikseb l-objettivi tagħha b'mezzi xierqa, skond il-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati.

Artikolu 4

1. Skond l-Artikolu 5, il-kompetenzi kollha li m'humiex mogħtija mit-Trattati lill-Unjoni jibqgħu għand l-Istati Membri.

2. L-Unjoni għandha tirrispetta l-ugwaljanza ta' l-Istati Membri quddiem it-Trattati kif ukoll l-identità nazzjonali tagħhom, inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali, fundamentali tagħhom, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali. Hija għandha tirrispetta l-funzjonijiet Statali essenzjali tagħhom, inkluż dawk li jassiguraw l-integrità territorjali ta' l-Istat, iż-żamma ta' l-ordni pubbliku u l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali. B'mod partikolari, is-sigurtà nazzjonali tibqa' r-responsabbiltà unika ta' kull Stat Membru.

3. Skond il-prinċipju tal-koperazzjoni leali, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, f'rispett reċiproku sħiħ, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li joħorġu mit-Trattati.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jassiguraw li l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni jitwettqu.

L-Istati Membri għandhom jgħinu lill-Unjoni sabiex twettaq il-kompiti tagħha u joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li tista' tqiegħed f' periklu l-kisba ta' l-objettivi ta' l-Unjoni.

Artikolu 5

(ex Artikolu 3b TKE)

1. Il-limiti tal-kompetenzi ta' l-Unjoni huma regolati mill-prinċipju ta' l-għoti tal-kompetenzi. L-eżerċizzju ta' dawn il-kompetenzi huwa regolat mill-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

2. Skond il-prinċipju ta' l-għoti tal-kompetenzi, l-Unjoni għandha taġixxi biss fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mill-Istati Membri fit-Trattati sabiex twettaq l-objettivi stabbiliti minn dawn it-Trattati. Il-kompetenzi kollha li ma jingħatawx lill-Unjoni fit-Trattati jibqgħu għand l-Istati Membri.

3. Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, fl-oqsma li ma jaqgħux fil-kompetenza esklussiva tagħha, l-Unjoni għandha taġixxi biss jekk u sa fejn, l-objettivi ta' l-azzjoni prevista ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, la fil-livell ċentrali u lanqas fil-livell reġjonali u lokali, iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti ta' l-azzjoni prevista, jinkisbu aħjar fil-livell ta' l-Unjoni.

L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni għandhom japplikaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà skond il-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Il-Parlamenti nazzjonali għandhom jaraw li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi rispettat skond il-proċedura prevista fil-Protokoll imsemmi.

4. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma ta' l-azzjoni ta' l-Unjoni m'għandhomx jeċċedu dak li jkun meħtieġ sabiex jitwettqu l-objettivi tat-Trattati.

L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni għandhom japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Artikolu 6

(ex Artikolu 6 TUE)

1. L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea tas- 7 ta' Diċembru 2000, kif adattata fit- 12 ta' Diċembru 2007 ġo Strasburgu, li għandha jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati.

Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Karta m'għandhom bl-ebda mod jestendu l-kompetenzi ta' l-Unjoni kif definiti mit-Trattati.

Id-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji dikjarati fil-Karta għandhom jiġu interpretati skond id-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Titolu VII tal-Karta li jirregolaw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tagħha u b'kont debitu meħud ta' l-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-Karta, li jindikaw is-sorsi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

2. L-Unjoni għandha taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Din l-adeżjoni m'għandhiex taffettwa l-kompetenzi ta' l-Unjoni kif definiti mit-Trattati.

3. Id-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, għandhom jagħmlu parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt ta' l-Unjoni.

Artikolu 7

(ex Artikolu 7 TUE)

1. Fuq proposta motivata minn terz ta’ l-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’ maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tal-membri tiegħu, wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata li hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma’ l-Istat Membru in kwistjoni u jista' jagħmillu rakkomandazzjonijiet, skond l-istess proċedura.

Il-Kunsill għandu jivverifka regolarment jekk il-motivi li għalihom tkun saret il-kostatazzjoni għadhomx validi.

2. Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta ta’ terz ta’ l-Istati Membri jew tal-Kummissjoni Ewropea u wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista jikkonstata li hemm ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal- valuri msemmija fl-Artikolu 2, wara li jkunu stieden lil dan l-Istat Membru sabiex iressaq il-preżentazzjonijiet tiegħu.

3. Meta tkun saret il-kostatazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċidi li jissospendi lill-Istat Membru inkwistjoni minn xi wħud mid-drittijiet li joħorġu mill-applikazzjoni tat-Trattati kompriż id-dritt tal-vot fil-Kunsill tar-rappreżentant tal-gvern ta’ l-Istat Membru. Meta jagħmel hekk, il-Kunsill għandu jqis il-konsegwenzi li jista’ jkollha sospensjoni bħal din fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi.

L-obbligi ta’ l-Istat Membru inkwistjoni kif joħorġu mit-Trattati jibqgħu jorbtu fuq dak l-Istat.

4. Il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jista’, sussegwentement, ibiddel jew iħassar il-miżuri li jkunu ttieħdu taħt il-paragrafu 3 minħabba tibdil fis-sitwazzjoni li tkun wasslet sabiex dawn ikunu ttieħdu.

5. L-arranġamenti tal-votazzjoni li, għall-fini ta' dan l-Artikolu, japplikaw għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill Ewropew u għall-Kunsill, huma stabbiliti fl-Artikolu 354 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa relazzjoni privileġġjata mal-pajjiżi ġirien tagħha, bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta' prosperità u ta' relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien, ibbażata fuq il-valuri ta' l-Unjoni u karatterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi li jserrħu fuq il-koperazzjoni.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Unjoni tista' tikkonkludi arranġamenti speċifiċi mal-pajjiżi kkonċernati. Dawn il-ftehim jistgħu jġibu magħhom drittijiet u obbligi reċiproċi kif ukoll il-possibbiltà li jittieħdu azzjonijiet flimkien. L-implimentazzjoni tagħhom għandha tkun suġġetta għal konsultazzjoni perjodika.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI

Artikolu 9

Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipju ta' l-ugwaljanza taċ-ċittadini tagħha, li għandhom jingħataw attenzjoni ndaqs mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tagħha. Kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru hija ċittadina ta' l-Unjoni. Iċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni għandha tiżdied maċ-ċittadinanza nazzjonali u ma tissostitwixxihiex.

Artikolu 10

1. Il-funzjonament ta' l-Unjoni għandu jkun ibbażat fuq id-demokrazija rappreżentattiva.

2. Fil-livell ta' l-Unjoni, iċ-ċittadini huma rappreżentati direttament fil-Parlament Ewropew.

L-Istati Membri huma rappreżentati fil-Kunsill Ewropew mill-Kap ta' l-Istat jew tal-Gvern tagħhom u fil-Kunsill mill-gvernijiet tagħhom, li jkunu demokratikament responsabbli kemm lejn il-Parlamenti nazzjonali tagħhom, kif ukoll lejn iċ-ċittadini tagħhom.

3. Kull ċittadin għandu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika ta' l-Unjoni. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin.

4. Il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' l-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini ta' l-Unjoni.

Artikolu 11

1. L-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha ta' l-Unjoni.

2. L-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari ma' l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili.

3. Sabiex tassigura li l-azzjonijiet ta' l-Unjoni jkunu koerenti u trasparenti, il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel konsultazzjonijiet wiesgħa mal-partijiet konċernati.

4. Ċittadini ta' l-Unjoni, li l-għadd tagħhom ma jkunx anqas minn miljun, li jkunu ċittadini ta' għadd sinifikanti mill-Istati Membri, jistgħu jieħdu l-inizjattiva li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tal-kompetenzi mogħtija lilha, sabiex tippreżenta kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali ta' l-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati.

Il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta' tali inizjattiva għandhom ikunu stabbiliti skond l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Il-Parlamenti nazzjonali għandhom jikkontribwixxu attivament għall-funzjonament tajjeb ta' l-Unjoni:

a) billi jinżammu informati mill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni u billi jintbagħtulhom l-abbozzi ta' l-atti leġislattivi ta' l-Unjoni skond il-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea;

b) billi jassiguraw li l-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi rispettat skond il-proċeduri previsti fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

c) billi jieħdu sehem, fil-qafas ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, fil-mekkaniżmi ta' valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-politika ta' l-Unjoni f'dan l-ispazju, skond l-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, u billi jinvolvu ruħhom fil-monitoraġġ politiku ta' l-Europol u l-valutazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Eurojust skond l-Artikoli 88 u 85 tat-Trattat imsemmi;

d) billi jieħdu sehem fil-proċeduri ta' reviżjoni tat-Trattati, skond l-Artikolu 48 ta' dan it-Trattat:

e) billi jiġu informati bl-applikazzjonijiet għall-adeżjoni ma' l-Unjoni, skond l-Artikolu 49 ta' dan it-Trattat;

f) billi jieħdu sehem fil-koperazzjoni interparlamentari bejn il-Parlamenti nazzjonali u mal-Parlament Ewropew, skond il-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET

Artikolu 13

1. L-Unjoni għandha qafas istituzzjonali maħsub sabiex jippromwovi l-valuri tagħha, isegwi l-objettivi tagħha, iservi l-interessi tagħha, dawk taċ-ċittadini tagħha u dawk ta' l-Istati Membri, kif ukoll sabiex jassigura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kontinwità tal-politika u ta' l-azzjonijiet tagħha.

L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni huma:

- il-Parlament Ewropew,

- il-Kunsill Ewropew,

- il-Kunsill,

- il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Kummissjoni"),

- il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea,

- il-Bank Ċentrali Ewropew,

- il-Qorti ta' l-Awdituri.

2. Kull Istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, u skond il-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom. L-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw bejniethom il-koperazzjoni leali.

3. Id-dispożizzjonijiet dwar il-Bank Ċentrali Ewropew u dwar il-Qorti ta' l-Awdituri, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-istituzzjonijiet l-oħrajn, jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

4. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu assistiti minn Kumitat Ekonomiku u Soċjali u minn Kumitat tar-Reġjuni, li jeżerċitaw funzjonijiet konsultattivi.

Artikolu 14

1. Il-Parlament Ewropew għandu, flimkien mal-Kunsill, jeżerċita funzjonijiet leġislattivi u baġitarji. Huwa għandu jeżerċita funzjonijiet ta' kontroll politiku u ta' konsultazzjoni skond il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati. Huwa għandu jeleġġi l-President tal-Kummissjoni.

2. Il-Parlament Ewropew għandu jkun magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini ta' l-Unjoni.Dawn m'għandhomx jaqbżu l-għadd ta' seba' mija u ħamsin, minbarra l-President. Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini għandha tkun digressivament proporzjonali, b'mhux anqas minn sitt membri għal kull Stat Membru. Ebda Stat Membru m'għandu jkun allokat aktar minn sitta u disgħin siġġu.

Il-Kunsill Ewropew għandu jadotta b'unanimità, fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bl-approvazzjoni tiegħu, deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, li tirrispetta l-prinċipji previsti fl-ewwel subparagrafu.

3. Il-membri tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu eletti għal mandat ta' ħames snin b'vot universali dirett, liberu u sigriet.

4. Il-Parlament Ewropew għandu jeleġġi l-President u l-uffiċjali tiegħu minn fost il-membri tiegħu.

Artikolu 15

1. Il-Kunsill Ewropew għandu jipprovdi l-Unjoni bl-impetu meħtieġ għall-iżvilupp tagħha u għandu jiddefinixxi d-direzzjonijiet u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tagħha. Huwa m'għandux jeżerċita funzjonijiet leġislattivi.

2. Il-Kunsill Ewropew għandu jikkonsisti mill-Kapijiet ta' l-Istat jew tal-Gvern ta' l-Istati Membri, flimkien mal-President tiegħu u mal-President tal-Kummissjoni. Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jipparteċipa fil-ħidma tiegħu.

3. Il-Kunsill Ewropew għandu jiltaqa' darbtejn kull sitt xhur, fuq sejħa mill-President tiegħu. Meta jkun meħtieġ skond l-aġenda, il-membri tal-Kunsill Ewropew jistgħu jiddeċiedu li kull wieħed ikun assistit minn ministru u, fil-każ tal-President tal-Kummissjoni, minn membru tal-Kummissjoni. Meta s-sitwazzjoni tkun teħtieġ, il-President għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew.

4. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew għandhom jittieħdu b'konsensus, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor.

5. Il-Kunsill Ewropew għandu jeleġgi l-President tiegħu b'maġġoranza kwalifikata għal perijodu ta' sentejn u nofs, li jista' jiġġedded darba. F'każijiet ta' impediment jew ta' imġieba ħażina serja, l-Kunsill Ewropew jista' jtemm il-mandat tiegħu skond l-istess proċedura.

6. Il-President tal-Kunsill Ewropew:

a) għandu jippresjedi u jmexxi 'l quddiem il-ħidma tal-Kunsill Ewropew;

b) għandu jassigura t-tħejjija u l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Ewropew f'koperazzjoni mal-President tal-Kummissjoni, u abbażi tal-ħidma tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali;

c) għandu jaħdem sabiex jiffaċilita l-koeżjoni u l-konsensus fi ħdan il-Kunsill Ewropew;

d) għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew wara kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu, fil-livell tiegħu u fil-kapaċità tiegħu, jassigura r-rappreżentanza esterna ta' l-Unjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-politika estera u ta' sigurtà komuni, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Il-President tal-Kunsill Ewropew m' għandux ikollu kariga nazzjonali.

Artikolu 16

1. Il-Kunsill, flimkien mal-Parlament Ewropew, għandu jeżerċita funzjonijiet leġislattivi u baġitarji. Huwa għandu jeżerċita funzjonijiet ta' tfassil ta' politika u ta' koordinazzjoni skond il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati.

2. Il-Kunsill għandu jkun kompost minn rappreżentant ta' kull Stat Membru fil-livell ministerjali, li jista' jimpenja lill-gvern ta' l-Istat Membru li hu jirrapreżenta u jivvota għalih.

3. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jittieħdu b'maġġoranza kwalifikata, ħlief fejn it-Trattati jipprovdi mod ieħor.

4. Mill- 1 ta' Novembru 2014, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala li hija daqs mill-inqas 55 % tal-membri tal-Kunsill, li tinkludi mill-inqas ħmistax fosthom u li tirrappreżenta Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni.

Minoranza li timblokka għandha tinkludi mill-inqas erba' membri tal-Kunsill, u fin-nuqqas ta' dan għandu jitqies li ntlaħqet il-maġġoranza kwalifikata.

L-arranġamenti l-oħra li jirregolaw il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata għandhom ikunu stabbiliti skond l-Artikolu 238 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

5. Id-dispożizzjonijiet transitorji dwar id-definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata li għandhom japplikaw sal- 31 ta' Ottubru 2014, kif ukoll dawk li ser ikunu applikabbli bejn l- 1 ta' Novembru 2014 u l- 31 ta' Marzu 2017, għandhom ikunu stabbiliti mill-protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji.

6. Il-Kunsill jiltaqa' f'formazzjonijiet differenti, li l-lista tagħhom għandha tkun adottata skond l-Artikolu 236 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali għandu jara li jkun hemm konsistenza fil-ħidma tal-formazzjonijiet differenti tal-Kunsill. Huwa għandu jħejji u jassigura s-segwitu tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, flimkien mal-President tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni.

Il-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin għandu jelabora l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni skond il-linji gwida strateġiċi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew, u jassigura li l-azzjoni ta' l-Unjoni tkun konsistenti.

7. Kumitat ta' Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri għandu jkun responsabbli sabiex iħejji l-ħidma tal-Kunsill.

8. Il-Kunsill għandu jiltaqa' fil-pubbliku meta jiddelibera u jivvota fuq abbozz ta' att leġislattiv. Għal dan l-għan, kull laqgħa tal-Kunsill għandha tkun maqsuma f'żewġ partijiet, li jittrattaw rispettivament id-deliberazzjonijiet dwar l-atti legislattivi ta' l-Unjoni u l-attivitajiet mhux leġislattivi ta' l-Unjoni.

9. Il-Presidenza tal-formazzjonijiet tal-Kunsill, minbarra dik ta' l-Affarijiet Barranin, għandha tinżamm mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill skond sistema ta' rotazzjoni ndaqs, fil-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 236 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17

1. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippromwovi l-interess ġenerali ta' l-Unjoni u tieħu l-inizjattivi xierqa għal dan il-għan. Hija għandha tissorvelja l-applikazzjoni tat-Trattati kif ukoll tal-miżuri adottati mill-Istituzzjonijiet skond dawn it-Trattati. Hija għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tad-dritt ta' l-Unjoni taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea. Hija għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi. Għandha teżerċita funzjonijiet ta' koordinazzjoni, eżekuzzjoni u amministrazzjoni, skond il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati. Bl-eċċezzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni, u ta' każijiet oħrajn previsti fit-Trattati, hija għandha tassigura r-rappreżentanza esterna ta' l-Unjoni. Hija għandha tieħu l-inizjattiva għall-programmazzjoni annwali u pluriennali ta' l-Unjoni sabiex jintlaħqu ftehim interistituzzjonali.

2. L-atti leġislattivi ta' l-Unjoni ma jistgħux jiġu adottati ħlief fuq proposta tal-Kummissjoni, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. L-atti l-oħrajn għandhom jiġu adottati fuq proposta tal-Kummissjoni meta t-Trattati jipprovdu hekk.

3. Il-mandat tal-Kummissjoni għandu jkun ta' ħames snin.

Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħhom u ta' l-impenn Ewropew tagħhom u minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju dwar l-indipendenza tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha b'indipendenza totali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, il-membri tal-Kummissjoni la għandhom ifittxu u lanqas għandhom jaċċettaw istruzzjonijiet minn xi gvern, xi istituzzjoni, korp jew organu. Huma għandhom iżommu lura minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-funzjonijiet tagħhom jew mat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

4. Il-Kummissjoni maħtura bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u l- 31 ta' Ottubru 2014, għandha tkun magħmula minn ċittadin wieħed minn kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jkun wieħed mill-Viċi-Presidenti tagħha.

5. Mill- 1 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni għandha tkun magħmula minn għadd ta' membri, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li jikkorrispondi għal żewġ terzi ta' l-għadd ta' Stati Membri, sakemm il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'mod unanimu, ma jiddeċidix li jbiddel dan l-għadd.

Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jintgħażlu minn fost iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri skond sistema ta' rotazzjoni strettament indaqs bejn l-Istati Membri li tirrifletti l-firxa demografika u ġeografika ta' l-Istati Membri kollha. Din is-sistema għandha tkun stabbilita b'unanimità mill-Kunsill Ewropew skond l-Artikolu 244 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

6. Il-President tal-Kummissjoni għandu:

a) jistabbilixxi l-linji gwida li fuqhom għandha taħdem il-Kummissjoni;

b) jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni interna tal-Kummissjoni, sabiex jassigura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kolleġġjalità ta' l-azzjoni tagħha;

c) jaħtar Viċi-Presidenti, barra r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, minn fost il-membri tal-Kummissjoni.

Membru tal-Kummissjoni għandu jirriżenja jekk jiġi mitlub jagħmel hekk mill-President. Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jirriżenja, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, jekk jiġi mitlub jagħmel hekk mill-President.

7. Waqt li jitqiesu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u wara konsultazzjonijiet xierqa, il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġgoranza kwalifikata, għandu jipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għall-funzjoni ta' President tal-Kummissjoni. Dan il-kandidat għandu jkun elett mill-Parlament Ewropew b'maġgoranza tal-membri tiegħu. Jekk dan ma jiksibx il-maġġoranza, il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu fi żmien xahar jipproponi kandidat ġdid li għandu jiġi elett mill-Parlament Ewropew skond l-istess proċedura.

Il-Kunsill, bi ftehim komuni mal-President elett, għandu jadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jaħtar bħala membri tal-Kummissjoni. Huma għandhom jintgħażlu abbażi ta' suġġerimenti magħmula mill-Istati Membri, skond il-kriterji previsti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

Il-President, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-membri l-oħrajn tal-Kummissjoni għandhom ikunu suġġetti bħala grupp għal vot ta' approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. Abbażi ta' din l-approvazzjoni l-Kummissjoni għandha tinħatar mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

8. Il-Kummissjoni bħala grupp għandha tkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew jista' jadotta mozzjoni ta' ċensura tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 234 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Jekk tali mozzjoni tkun adottata, il-membri tal-Kummissjoni għandhom jirriżenjaw kollettivament u r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jirriżenja mill-funzjonijiet li jeżerċita fi ħdan il-Kummissjoni.

Artikolu 18

1. Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, bi ftehim mal-President tal-Kummissjoni, għandu jaħtar ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. Il-Kunsill Ewropew jista' jtemm il-mandat tiegħu bl-istess proċedura.

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jmexxi l-politika estera u ta' sigurtà komuni ta' l-Unjoni. Huwa għandu jikkontribwixxi bil-proposti tiegħu għall-iżvilupp ta' din il-politika u jwettaqha bħala mandatarju tal-Kunsill. L-istess għandu japplika għall-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni.

3. Ir-Rappreżentant Għoli jippresjedi l-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin.

4. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun wieħed mill-Viċi-Presidenti tal-Kummissjoni. Huwa għandu jassigura l-koerenza ta' l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Huwa għandu jkun responsabbli fi ħdan il-Kummissjoni għar-responsabbiltajiet tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni u għall-koordinazzjoni ta' aspetti oħra ta' l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Fl-eżerċizzju ta' dawn ir-responsabbiltajiet fi ħdan il-Kummissjoni, u għal dawn ir-responsabbiltajiet biss, ir-Rappreżentant Għoli għandu jkun marbut bil-proċeduri li jirregolaw il-funzjonament tal-Kummissjoni sakemm dan ikun kompatibbli mal-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 19

1. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha tinkludi l-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u l-qrati speċjalizzati. Hija għandha tara li d-dritt ikun rispettat fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-Trattati.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rimedji meħtieġa sabiex jassiguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ta' l-Unjoni.

2. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun komposta minn imħallef wieħed minn kull Stat Membru. Għandha tkun assistita minn avukati-ġenerali.

Il-Qorti Ġenerali għandha tinkludi mill-inqas imħallef wieħed minn kull Stat Membru.

L-imħallfin u l-avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-imħallfin tal-Qorti Ġenerali għandhom jintgħażlu minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju dwar l-indipendenza tagħhom u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 253 u 254 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jinħatru bi ftehim komuni bejn il-gvernijiet ta' l-Istati Membri għal sitt snin. L-imħallfin u l-avukati ġenerali li l-mandat tagħhom ikun spiċċa jistgħu jinħatru mill-ġdid.

3. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi skond it-Trattati sabiex:

a) tiddeċiedi dwar rikorsi miġjuba minn Stat Membru, istituzzjoni jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi;

b) tagħti deċiżjonijiet preliminari, fuq talba tal-qrati nazzjonali, fuq l-interpretazzjoni tad-dritt ta' l-Unjoni jew fuq il-validità ta' atti adottati mill-istituzzjonijiet;

c) tiddeċiedi f'każijiet oħra kif previst fit-Trattati.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOPERAZZJONI MSAĦĦA

Artikolu 20

(ex Artikoli 27 A sa 27 E, 40 sa 40 B u 43 sa 45 TUE u ex Artikoli 11 u 11 A TKE)

1. L-Istati Membri li jixtiequ jistabbilixxu koperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qafas tal-kompetenzi mhux esklużivi ta' l-Unjoni jistgħu jagħmlu użu mill-istituzzjonijiet tagħha u jistgħu jeżerċitaw dawn il-kompetenzi billi japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati suġġett għal-limiti u skond l-arranġamenti previsti f'dan l-Artikolu, kif ukoll skond l-Artikoli 326 sa 334 I tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-koperazzjonijiet imsaħħa għandhom jimmiraw sabiex jiffavorixxu l-kisba ta' l-objettivi ta' l-Unjoni, sabiex iħarsu l-interessi tagħha u jsaħħu l-proċess ta' integrazzjoni tagħha. Dawn il-koperazzjonijiet għandhom ikunu miftuħa għall-Istati Membri kollha f'kull ħin, skond l-Artikolu 328 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Id-deċiżjoni li tawtorizza l-koperazzjoni msaħħa għandha tiġi adottata mill-Kunsill bħala l-aħħar għażla meta jistabbilixxi li l-objettivi ta' dik il-koperazzjoni ma jistgħux jitwettqu fi żmien raġonevoli mill-Unjoni sħiħa, u bil-kondizzjoni li mill-inqas disa' Stati Membri jipparteċipaw fiha. Il-Kunsill għandu jaġixxi skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 329 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

3. Il-membri kollha tal-Kunsill jistgħu jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tiegħu, iżda l-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw f'koperazzjoni msaħħa biss jistgħu jivvotaw. L-arranġamenti tal-votazzjoni huma previsti fl-Artikolu 330 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

4. L-atti adottati fil-qafas ta' koperazzjoni msaħħa għandhom jorbtu biss l-Istati Membri li jipparteċipaw. M'għandhomx jitqiesu bħala parti mill-acquis li għandu jiġi aċċettat mill-Istati li huma kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI

Artikolu 21

1. L-azzjoni ta' l-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun gwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha u li hija tfittex li tippromwovi fil-bqija tad-dinja: id-demokrazija, l-Istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji ta' l-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali.

L-Unjoni għandha tfittex li tiżviluppa relazzjonijiet u tibni sħubija mal-pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew globali, li jikkondividu l-prinċipji msemmija fl-ewwel subparagrafu. Hija għandha tippromwovi soluzzjonijiet multilaterali għal problemi komuni, b'mod partikolari fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti.

2. L-Unjoni għandha tiddefinixxi u twettaq politika u azzjonijiet komuni, u għandha taħdem sabiex tassigura grad għoli ta' koperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali, sabiex:

a) tissalvagwardja l-valuri, l-interessi fundamentali, is-sigurtà, l-indipendenza u l-integrità tagħha;

b) tikkonsolida u tappoġġa d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali;

c) tippreserva l-paċi, tipprevjeni l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skond l-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll skond il-prinċipji ta' l-Att Finali ta' Helsinki u skond l-objettivi tal-Karta ta' Pariġi, inklużi dawk dwar il-fruntieri esterni;

d) tagħti appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli fuq il-pjan ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan primarju li jinqered il-faqar;

e) tinkoraġġixxi l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, permezz tat-tneħħija progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali;

f) tgħin sabiex jiġu żviluppati miżuri internazzjonali sabiex tiġi preservata u mtejba l-kwalità ta' l-ambjent u l-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi naturali globali, sabiex jiġi assigurat l-iżvilupp sostenibbli;

g) tgħin lill-popolazzjonijiet, il-pajjiżi u r-reġjuni li jiffaċċjaw diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem; u

h) tippromwovi sistema internazzjonali bbażata fuq koperazzjoni multilaterali msaħħa u t-tmexxija globali tajba.

3. L-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipji u tfittex li twettaq l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' l-azzjoni esterna tagħha fl-oqsma differenti koperti minn dan it-Titolu u mill-ħames parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-politika l-oħra tagħha fl-aspetti esterni tagħha.

L-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn l-oqsma differenti ta' l-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn u l-politika l-oħra tagħha. Il-Kunsill u l-Kummissjoni, assistiti mir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandhom jassiguraw dik il-koerenza u għandhom jikkoperaw għal dan il-għan.

Artikolu 22

1. Abbażi tal-prinċipji u l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21, il-Kunsill Ewropew għandu jidentifika l-interessi u l-objettivi strateġiċi ta' l-Unjoni.

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar l-interessi u l-objettivi strateġiċi ta' l-Unjoni għandhom jirrigwardaw il-politika estera u ta' sigurtà komuni u oqsma oħra ta' azzjoni esterna ta' l-Unjoni. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jikkonċernaw ir-relazzjonijiet ta' l-Unjoni ma' pajjiż jew reġjun speċifiku jew jista' jkollhom approċċ tematiku. Dawn għandhom jiddefinixxu d-durata tagħhom, u l-mezzi li għandhom jipprovdu l-Unjoni u l-Istati Membri.

Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, adottata minn dan ta' l-aħħar skond l-arranġamenti stabbiliti għal kull qasam. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew għandhom jiġu implimentati skond il-proċeduri previsti fit-Trattati.

2. Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għall-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà komuni, u l-Kummissjoni għall-oqsma l-oħra ta' azzjoni esterna, jistgħu jippreżentaw proposti konġunti lill-Kunsill.

KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 23

L-azzjoni ta' l-Unjoni fix-xena internazzjonali, skond dan il-kapitolu, għandha tkun gwidata mill-prinċipji, għandha tfittex li twettaq l-objettivi u għandha titwettaq skond id-dispożizzjonijiet ġenerali previsti fil-Kapitolu 1.

Artikolu 24

(ex Artikolu 11 TUE)

1. Il-kompetenza ta' l-Unjoni f'materji ta' politika estera u ta' sigurtà komuni għandha tkopri l-oqsma kollha tal-politika estera u l-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà ta' l-Unjoni, inkluż it-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni, li tista' twassal għal difiża komuni.

Il-politika estera u ta' sigurtà komuni hija suġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi. Hija għandha tkun definita u implimentata mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b'mod unanimu, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. L-adozzjoni ta' atti leġislattivi għandha tkun eskluża. Il-politika estera u ta' sigurtà komuni għandha titwettaq mir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Istati Membri, skond it-Trattati. Ir-rwoli speċifiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni f'dan il-qasam huma definiti mit-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhiex ikollha ġurisdizzjoni fir-rigward ta' dawn id-dispożizzjonijiet, ħlief għall-kompetenza tagħha li tissorvelja l-konformità ma' l-Artikolu 40 ta' dan it-Trattat u sabiex tikkontrolla l-legalità ta' ċerti deċiżjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 275 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi ta' l-azzjoni esterna tagħha, l-Unjoni għandha tmexxi, tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta' sigurtà komuni bbażata fuq l-iżvilupp ta' solidarjetà politika reċiproka bejn l-Istati Membri, fuq l-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet ta' interess ġenerali u t-twettiq ta' konverġenza dejjem akbar ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom isostnu l-politika esterna u ta' sigurtà ta' l-Unjoni attivament u mingħajr riserva fi spirtu ta’ lealtà u solidarjetà reċiproka u għandhom jirrispettaw l-azzjoni ta' l-Unjoni f'dan il-qasam.

L-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien sabiex jtejbu u jiżviluppaw is-solidarjetà politika reċiproka tagħhom. Għandhom joqgħodu lura minn kull azzjoni li tkun kontra l-interessi ta' l-Unjoni jew li x'aktarx tagħmel ħsara għall-effettività tagħha bħala forza b'koeżjoni fir-relazzjonijiet internazzjonali.

Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli għandhom jassiguraw li dawn il-prinċipji jkunu rispettati.

Artikolu 25

(ex Artikolu 12 TUE)

L-Unjoni għandha twettaq il-politika estera u ta' sigurtà komuni billi:

a) tiddefinixxi l-linji gwida ġenerali;

b) tadotta deċiżjonijiet li jiddefinixxu:

i) l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Unjoni;

ii) il-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Unjoni;

iii) l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fil-punti i) u ii);

u

c) billi ssaħħaħ il-koperazzjoni sistematika bejn l-Istati Membri fit-twettiq tal-politika tagħhom.

Artikolu 26

(ex Artikolu 13 TUE)

1. Il-Kunsill Ewropew għandu jidentifika l-interessi strateġiċi ta' l-Unjoni, jistabbilixxi l-objettivi u jiddefinixxi l-linji gwida ġenerali għall-politika estera u ta' sigurtà komuni, inklużi materji b' implikazzjonijiet għad-difiża. Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa.

Jekk l-iżviluppi internazzjonali ikunu jeħtieġu dan, il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew sabiex jiddefinixxi l-linji strateġiċi tal-politika ta' l-Unjoni fir-rigward ta' dawn l-iżviluppi.

2. Il-Kunsill għandu jfassal il-politika estera u ta' sigurtà komuni u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għad-definizzjoni u għall-implimentazzjoni ta' din il-politika, abbażi tal-linji gwida ġenerali u l-linji strateġiċi definiti mill-Kunsill Ewropew.

Il-Kunsill u r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandhom jassiguraw l-unità, il-konsistenza u l-effettività ta' l-azzjoni mill-Unjoni.

3. Il-politika estera u ta' sigurtà komuni għandha tiġi eżegwita mir-Rappreżentant Għoli u mill-Istati Membri, bl-użu tar-riżorsi nazzjonali u dawk ta' l-Unjoni.

Artikolu 27

1. Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jippresjedi l-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin, għandu jikkontribwixxi bil-proposti tiegħu għall-iżvilupp tal-politika estera u ta' sigurtà komuni u għandu jassigura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill.

2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrappreżenta lill-Unjoni f'materji li għandhom x'jaqsmu mal-politika estera u ta' sigurtà komuni. Huwa għandu jmexxi djalogu politiku ma' partijiet terzi f' isem l-Unjoni u għandu jesprimi l-pożizzjoni ta' l-Unjoni fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u fil-konferenzi internazzjonali.

3. Fit-twettiq tal-mandat tiegħu, ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi assistit minn Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Dan is-servizz għandu jaħdem f'koperazzjoni mas-servizzi diplomatiċi ta' l-Istati Membri u għandu jkun magħmul minn uffiċjali mid-dipartimenti rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll minn persunal issekondat mis-servizzi diplomatiċi nazzjonali. L-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 28

(ex Artikolu 14 TUE)

1. Meta s-sitwazzjoni internazzjonali teħtieġ azzjoni operattiva mill-Unjoni, l-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa. Huma għandhom jistabbilixxu l-objettivi tagħhom, l-ambitu, il-meżżi li għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-Unjoni, jekk meħtieġ it-tul ta' żmien tagħhom, u l-kondizzjonijiet għall-implementazzjoni tagħhom.

Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi li jkollha effett sostanzjali fuq kwistjoni suġġetta għal deċiżjoni prevista fil-paragrafu 1, il-Kunsill għandu jirrieżamina l-prinċipji u l-għanijiet ta' dik id-deċiżjoni u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa.

2. Id-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom jikkommettu lill-Istati Membri fil-pożizzjonijiet li jadottaw u fit-tmexxija ta' l-attività tagħhom.

3. Kull meta jkun hemm pjan sabiex tiġi adottata pożizzjoni nazzjonali jew sabiex tittieħed azzjoni nazzjonali fuq deċiżjoni prevista fil-paragrafu 1, l-informazzjoni mill-Istati Membru konċernat għandha tingħata fi żmien li jippermetti, jekk ikun hemm bżonn konsultazzjoni minn qabel fi ħdan il-Kunsill. L-obbligu li tingħata informazzjoni bil-quddiem m’għandux japplika għal miżuri li huma sempliċement traspożizzjoni nazzjonali tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill.

4. F'każijiet ta' bzonnijiet imperattivi li joriġinaw minn tibdil fis-sitwazzjoni u fin-nuqqas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill prevista fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa bħala materja ta' urġenza wara li jikkunsidraw l-għanijiet ġenerali tad-deċiżjoni msemmija. L-Istati Membri involuti għandhom jinformaw lill-Kunsill immedjatament dwar miżuri bħal dawn.

5. Jekk jinħolqu diffikultajiet maġġuri fl-implimentazzjoni ta' deċiżjoni prevista f'dan l-Artikolu, Stat Membru għandu jirriferihom lill-Kunsill li għandu jiddiskutihom u jfittex soluzzjonijiet xierqa. Dawn is-soluzzjonijiet ma għandhomx imorru kontra l-għanijiet tad-deċiżjoni prevista fil-paragrafu 1 jew ifixklu l-effettività tagħha.

Artikolu 29

(ex Artikolu 15 TUE)

Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet li jiddefinixxu l-atteġġament ta' l-Unjoni lejn materja partikolari ta’ natura ġeografika jew tematika. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-linji tal-politika nazzjonali tagħhom ikunu konformi mal-pożizzjonijiet ta' l-Unjoni.

Artikolu 30

(ex Artikolu 22 TUE)

1. Kull Stat Membru, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, jew ir-Rappreżentant Għoli bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jistgħu jirriferu lill-Kunsill kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-politika estera u ta' sigurtà komuni u jistgħu jippreżentaw, rispettivament, inizjattivi jew proposti lill-Kunsill.

2. F'każijiet li jirrikjedu deċiżjoni malajr, ir-Rappreżentant Għoli fuq mozzjoni proprja, jew fuq it-talba ta' Stat Membru, għandu jlaqqa' seduta straordinarja tal-Kunsill fi żmien tmienja u erbgħin siegħa jew, f'każ ta’ emerġenza, fi żmien inqas.

Artikolu 31

(ex Artikolu 23 TUE)

1. Id-deċiżjonijiet taħt dan it-Titolu għandhom jittieħdu mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b'mod unanimu, ħlief fil-każijiet fejn dan il-kapitolu jipprovdi mod ieħor. L-adozzjoni ta' atti leġislattivi għandha tkun eskluża.

Meta jastjeni minn xi vot, kull membru tal-Kunsill jista' jikkwalifika l-astensjoni tiegħu billi jagħmel dikjarazzjoni formali skond dan is-subparagrafu. F’dak il-każ, hu ma jkunx obligat li japplika dik id-deċiżjoni, imma għandu jaċċetta li dik id-deċiżjoni tikkommetti lill-Unjoni. Fi spirtu ta’ solidarjetà reċiproka, l-Istat Membru kkonċernat għandu joqgħod lura minn xi azzjoni li aktarx toħloq kunflitt ma', jew tostakola l-azzjoni ta' l-Unjoni li tkun ibbażata fuq dik id-deċiżjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jirrispettaw il-pożizzjoni tiegħu. Jekk il-membri tal-Kunsill li jikkwalifikaw l-astensjoni tagħhom b'dan il-mod jirrappreżentaw mill-inqas terz ta' l-Istati Membri li jinkludu mill-inqas terz tal-popolazzjoni ta' l-Unjoni, id-deċiżjoni m'għandhiex tiġi adottata.

2. B' deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 1, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata:

- meta jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta' l-Unjoni abbażi ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-interessi u l-objettivi strateġiċi ta' l-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 22(1);

- meta jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta' l-Unjoni, fuq proposta preżentata mir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà wara talba speċifika lilu mill-Kunsill Ewropew fuq inizjattiva ta' dan stess jew fuq dik tar-Rappreżentant Għoli;

- meta jadotta xi deċiżjoni li timplimenta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta' l-Unjoni;

- meta jinħatar rappreżentant speċjali skond l-Artikolu 33.

Jekk membru tal-Kunsill jiddikjara li, minħabba raġunijiet vitali u indikati ta’ politika nazzjonali, hu jkollu l-intenzjoni li jopponi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni meħudha b’maġġoranza kwalifikata, il-vot m’għandux jittieħed. Ir-Rappreżentant Għoli jfittex, b'konsultazzjoni mill-qrib ma' l-Istat Membru kkonċernat, soluzzjoni aċċettabbli għal dan ta' l-aħħar. Fin-nuqqas ta' riżultat, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jitlob li l-kwistjoni titressaq quddiem il-Kunsill Ewropew għal deċiżjoni b'unanimità.

3. Il-Kunsill Ewropew jista', b'mod unanimu, jadotta deċiżjoni li tipprevedi li l-Kunsill jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata f'każijiet oħra minbarra dawk previsti fil-paragrafu 2.

4. Il-paragrafi 2 u 3 m'għandhomx japplikaw għal deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.

5. Għar-rigward tal-kwistjonijiet ta' proċedura, il-Kunsill għandu jaġixxi bil-maġġoranza tal-membri tiegħu.

Artikolu 32

(ex Artikolu 16 TUE)

L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ma' xulxin fi ħdan il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill dwar kull materja ta’ politika estera u ta’ sigurtà ta’ interess ġenerali bil-ħsieb li jiddefinixxu approċċ komuni. Qabel ma jieħu azzjoni fix-xena internazzjonali jew jintrabat b'xi obbligu li jista' jolqot l-interessi ta' l-Unjoni, kull Stat Membru għandu jikkonsulta ma' l-oħrajn fi ħdan il-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jassiguraw, permezz tal-konverġenza ta' l-azzjonijiet tagħhom, li l-Unjoni tkun kapaċi li tasserixxi l-interessi u l-valuri tagħha fix-xena internazzjonali. L-Istati Membri għandhom juru solidarjetà bejniethom.

Meta l-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill ikun iddefinixxa approċċ komuni ta' l-Unjoni fis-sens ta' l-ewwel subparagrafu, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom fil-Kunsill.

Il-missjonijiet diplomatiċi ta' l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni fil-pajjiżi terzi u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jikkoperaw bejniethom u għandhom jikkontribwixxu għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' l-approċċ komuni.

Artikolu 33

(ex Artikolu 18 TUE)

Il-Kunsill jista', fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, jaħtar rappreżentant speċjali li jingħata mandat dwar kwestjonijiet partikolari ta' politika. Ir-rappreżentant speċjali għandu jwettaq il-mandat tiegħu taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli.

Artikolu 34

(ex Artikolu 19 TUE)

1. L-Istati Membri għandhom jikoordinaw l-azzjoni tagħhom f’organizzazzjonijiet internazzjonali u waqt konferenzi internazzjonali. Għandhom isostnu l- pożizzjonijiet ta' l-Unjoni f’dawn il-fora. Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jassigura l-organizzazzjoni ta' din il-koordinazzjoni.

F’organizzazzjonijiet internazzjonali u f'konferenzi internazzjonali fejn mhux l-Istati Membri kollha jipparteċipaw, dawk li jipparteċipaw għandhom isostnu l- pożizzjonijiet ta' l-Unjoni.

2. Skond l-Artikolu 24(3), l-Istati Membri rappreżentati f’organizzazzjonijiet internazzjonali jew f'konferenzi internazzjonali li fihom mhux l-Istati Membri kollha jipparteċipaw, għandhom iżommu lil dawn ta’ l-aħħar, kif ukoll ir-Rappreżentant Għoli, informati dwar kull materja ta’ interess komuni.

L-Istati Membri li huma wkoll membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jaħdmu flimkien u jżommu lill-Istati Membri membri l-oħra kif ukoll ir-Rappreżentant Għoli għal kollox informati dwar kollox. L-Istati Membri li huma membri fuq il-Kunsill tas-Sigurtà għandhom jiddefendu, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, il-pożizzjonijiet u l-interessi ta' l-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tagħhom taħt id-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti.

Meta l-Unjoni tkun iddefiniet pożizzjoni dwar suġġett li jkun fuq l-aġenda tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, dawk l-Istati Membri li huma membri tiegħu għandhom jitolbu li r-Rappreżentant Għoli jkun mistieden jippreżenta l-pożizzjoni ta' l-Unjoni.

Artikolu 35

(ex Artikolu 20 TUE)

Il-missjonijiet diplomatiċi u konsulari ta' l-Istati Membri u delegazzjonijiet ta' l-Unjoni f'pajjiżi terzi u konferenzi internazzjonali, u r-rappreżentanti tagħhom f'organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jikkoperaw sabiex jiżguraw li d-deċiżjonijiet li jiddefinixxu l-pożizzjonijiet u l-azzjonijiet ta' l-Unjoni adottati skond dan il-kapitolu jiġu mħarsa u implimentati.

Għandhom iżidu l-koperazzjoni billi jiskambjaw informazzjoni u waqt li jagħmlu evalwazzjonijiet konġunti.

Huma għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-dritt ta' protezzjoni taċ-ċittadini ta' l-Unjoni fit-territorju ta' pajjiżi terzi, kif previst fl-Artikolu 20(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-miżuri adottati f'applikazzjoni ta' l-Artikolu 23 ta' dak it-Trattat.

Artikolu 36

(ex Artikolu 21 TUE)

Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jikkonsulta regolarment mal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet fundamentali tal-politika estera u ta' sigurtà komuni u tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u jinformah bl-evoluzzjoni ta' din il-politika. Hu għandu jassigura li l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew jiġu kkunsidrati kif dovut. Ir-rappreżentanti speċjali jistgħu jkunu involuti fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Il-Parlament Ewropew jista' jagħmel mistoqsijiet jew rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill jew lir-Rappreżentant Għoli. Għandu jkollu dibattitu darbtejn fis-sena dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' siġurtà komuni, inkluża l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni.

Artikolu 37

(ex Artikolu 24 TUE)

L-Unjoni tista' tikkonkludi ftehim ma' Stat wieħed jew aktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali f'oqsma koperti minn dan il-Kapitolu.

Artikolu 38

(ex Artikolu 25 TUE)

Bla preġudizzju għall-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, Kumitat ta’ Politika u Sigurtà għandu jissorvelja s-sitwazzjoni internazzjonali ta’ dawk l-oqsma li huma koperti bil-politika estera u ta' sigurtà komuni u għandu jikkontribwixxi għad-definizzjoni ta’ linji politiċi billi jagħti opinjonijiet lill-Kunsill fuq it-talba tal-Kunsill tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jew b’inizjattiva tiegħu stess. Għandu jissorvelja wkoll l-implimentazzjoni tal-linji politiċi miftiehma, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tar-Rappreżentant Għoli.

Fil-qafas ta' dan il-Kapitolu, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-Rappreżentant Għoli, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' l-operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet previsti fl-Artikolu 43.

Il-Kunsill jista’ jawtorizza lill-Kumitat, għall-finijiet u għaż-żmien ta’ l-operazzjoni sabiex issolvi l-kriżi, kif jiġi deċiż mil-Kunsill, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet xierqa rigward il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ l-operazzjoni.

Artikolu 39

Skond l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u b'deroga mill-paragrafu 2 tiegħu, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, u r-regoli dwar il-moviment liberu ta' din id-data. Il-ħarsien ta' dawn ir-regoli għandu jkun suġġett għall-kontroll minn awtoritajiet indipendenti.

Artikolu 40

(ex Artikolu 47 TUE)

L-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni tal-proċeduri u l-firxa rispettiva tal-kompetenzi ta' l-istituzzjonijiet stabbiliti fit-Trattati għall-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' l-Unjoni msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 E tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Bl-istess mod, l-implimentazzjoni tal-politika prevista f'dawk l-Artikoli m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni tal-proċeduri u l-firxa rispettiva tal-kompetenzi ta' l-istituzzjonijiet stabbiliti fit-Trattati għall-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' l-Unjoni taħt dan il-Kapitolu.

Artikolu 41

(ex Artikolu 28 TUE)

1. L-ispiża amministrattiva li tinqala' minħabba l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għall-istituzzjonijiet għandha titħallas mill-baġit ta' l-Unjoni.

2. L-ispiża operattiva li għandha x’taqsam ma' l-implimentazzjoni ta' dan il-Kapitolu għandha wkoll titħallas mill-baġit ta' l-Unjoni, ħlief għal dik l-ispiża li toriġina minn operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew tad-difiża u minn każijiet fejn il-Kunsill li jaġixxi unanimament jiddeċiedi mod ieħor.

F'każijiet fejn l-ispiża ma tkunx imħallsa mill-baġit ta' l-Unjoni din għandha titħallas mill-Istati Membri skond l-iskala tal-prodott domestiku gross, sakemm il-Kunsill li jaġixxi unanimament ma jiddeċidiex mod ieħor. F’dak li jirrigwarda l-ispiża li tinħoloq minn operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, l-Istati Membri li r-rappreżentanti tagħhom fil-Kunsill ikunu għamlu dikjarazzjoni formali skond l-Artikolu 31 (1), it-tieni subparagrafu, m’għandomx ikunu obbligati li jikkontribwixxu għal dan il-finanzjament.

3. Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-proċeduri speċifiċi sabiex jiggarantixxi aċċess b' ħeffa għal approprjazzjonijiet fil-baġit ta' l-Unjoni għal finanzjament urġenti ta' inizjattivi fil-qafas tal-politika estera u ta' sigurtà komuni, u b'mod partikolari għall-attivitajiet preparatorji ta' missjonijiet previsti fl-Artikolu 42 (1) u fl-Artikolu 43. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

L-attivitajiet preparatorji għal missjonijiet previsti fl-Artikoli 42(1) u fl-Artikolu 43, li mhumiex a karigu tal-baġit ta' l-Unjoni għandhom jiġu finanzjati minn fond ta' tnedija magħmul minn kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri.

Il-Kunsill għandu jadotta, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu:

a) il-proċeduri għall-istabbiliment u l-finanzjament tal-fond ta' tnedija, b'mod partikolari l-ammonti allokati lill-fond;

b) il-proċeduri għall-amministrazzjoni tal-fond ta' tnedija;

c) il-proċeduri għall-kontroll finanzjarju.

Meta l-missjoni pjanata skond l-Artikoli 42 (1) u l-Artikolu 43 ma tkunx tista' titpoġġa a karigu tal-baġit ta' l-Unjoni, il-Kunsill għandu jawtorizza lir-Rappreżentant Għoli sabiex juża dan il-fond. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-eżekuzzjoni ta' dan il-mandat.

TAQSIMA 2

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-POLITIKA TA' SIGURTÀ U TA' DIFIŻA KOMUNI

Artikolu 42

(ex Artikolu 17 TUE)

1. Il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni għandha tkun parti integrali mill-politika estera u ta' sigurtà komuni. Din għandha tipprovdi lill-Unjoni b'kapaċità operattiva billi tagħmel użu minn riżorsi ċivili u militari. L-Unjoni tista' tużahom f'missjonijiet barra mill-Unjoni għaż-żamma tal-paċi, għall-prevenzjoni ta' konflitti u sabiex tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skond il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Dawn il-kompiti għandhom jitwettqu permezz tal-kapaċitajiet provduti mill-Istati Membri.

2. Il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni għandha tinkludi t-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni ta' l-Unjoni. Din sejra twassal għal difiża komuni, meta l-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'mod unanimu, jiddeċiedi hekk. F'dak il-każ dan għandu jirrakkomanda lill-Istati Membri li jadottaw deċiżjoni f' dan is-sens skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Il-politika ta’ l-Unjoni skond din it-taqsima m’ għandhiex tolqot il-karattru speċifiku tal-politika ta’ sigurta' u difiża ta’ ċerti Stati Membri, u għandha tirrispetta l-obbligazzjonijiet ta’ ċerti Stati Membri, li jqisu li d-difiża komuni tagħhom hija koperta mill-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku (NATO), taħt it-trattat tan-Nord Atlantiku u li tkun kompatibbli mal-politika komuni ta’ sigurta' u difiża stabbilita f’dan il-kuntest.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Unjoni l-kapaċitajiet ċivili u militari għall-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti mill-Kunsill. Dawk l-Istati Membri li jistabbilixxu forzi multinazzjonali flimkien jistgħu wkoll jagħmluhom disponibbli għall-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni.

L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom sabiex itejbu progressivament il-kapaċitajiet militari tagħhom. L-Aġenzija fil-qasam ta' l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża, tar-riċerka, ta' l-akkwist u ta' l-armamenti (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża") tidentifika l-ħtiġijiet operattivi, tippromwovi l-miżuri li jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet, tikkontribwixxi sabiex tidentifika u, fejn ikun meħtieġ, timplimenta kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex issaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża, tipparteċipa sabiex tidentifika politika Ewropea dwar kapaċitajiet u armamenti u tassisti lill-Kunsill fil-valutazzjoni tat-titjib tal-kapaċitajiet militari.

4. Id-deċiżjonijiet dwar il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, inklużi dawk li jibdew missjoni kif previst f'dan l-Artikolu, għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jew fuq inizjattiva minn Stat Membru. Ir-Rappreżentant Għoli jista' jipproponi li juża kemm riżorsi nazzjonali kif ukoll strumenti ta' l-Unjoni, flimkien mal-Kummissjoni fejn xieraq.

5. Il-Kunsill jista' jafda l-eżekuzzjoni ta' missjoni fil-qafas ta' l-Unjoni lil grupp ta' Stati Membri sabiex jiġu protetti l-valuri ta' l-Unjoni u jinqdew l-interessi tagħha. L-eżekuzzjoni ta' din il-missjoni għandha tkun regolata mill-Artikolu 44.

6. Dawk l-Istati Membri li l-kapaċitajiet militari tagħhom jissodisfaw kriterji ogħla u li jkunu ħadu impenji aktar vinkolanti ma' xulxin fil-qasam bil-ħsieb tat-twettiq tal-missjonijiet l-aktar impenjattivi għandhom jistabbilixxu koperazzjoni strutturata permanenti fil-qafas ta' l-Unjoni. Din il-koperazzjoni għandha tkun regolata mill-Artikolu 46. Din m'għandhiex tolqot d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 43.

7. Jekk Stat Membru jkun il-vittma ta' aggressjoni armata fuq it-territorju tiegħu, l-Istati Membri l-oħra jkunu obbligati jtuh l-għajnuna u l-assistenza permezz tal-mezzi kollha li jista' jkollhom, skond l-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan m'għandux jippreġudika l-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża ta' ċerti Stati Membri.

L-impenji u l-koperazzjoni f'dan il-qasam għandhom ikunu konsistenti ma' l-impenji meħuda fl-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku, li, għal dawk l-Istati Membri li huma membri tagħha, tibqa' s-sisien tad-difiża kollettiva tagħhom u l-forum għall-implimentazzjoni tagħha.

Artikolu 43

1. Il-missjonijiet previsti fl-Artikolu 42, li matulhom l-Unjoni tista' tuża mezzi ċivili u militari, għandhom jinkludu operazzjonijiet konġunti ta' diżarm, missjonijiet umanitarji u ta' salvataġġ, missjonijiet ta' għoti ta' pariri u ta' assistenza fi kwistjonijiet militari, missjonijiet ta' prevenzjoni ta' konflitti u taż-żamma tal-paċi, missjonijiet ta' forzi ta' kumbattiment fl-immaniġġar ta' kriżijiet, inklużi l-missjonijiet għall-istabbiliment tal-paċi u għall-istabbilizzazzjoni wara l-konflitti. Dawn il-missjonijiet kollha jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż bl-appoġġ għal pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fit-territorji tagħhom.

2. Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet relatati mal-missjonijiet previsti fil-paragrafu 1, li jiddefinixxu l-objettivi u l-kamp ta' l-applikazzjoni tagħhom kif ukoll il-kondizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tagħhom. Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tal-Kunsill u f'kuntatt mill-qrib u kostanti mal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, għandu jassigura l-koordinazzjoni ta' l-aspetti ċivili u militari ta' dawn il-missjonijiet.

Artikolu 44

1. Fil-qafas tad-deċiżjonijiet adottati skond l-Artikolu 43, il-Kunsill jista' jafda l-implimentazzjoni ta' missjoni lil grupp ta' Stati Membri li għandhom ir-rieda u l-kapaċitajiet meħtieġa għal tali missjoni. Dawn l-Istati Membri f'assoċjazzjoni mar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandhom jiftiehmu bejniethom dwar l-amministrazzjoni tal-missjoni.

2. L-Istati Membri li jipparteċipaw fit-twettiq tal-missjoni għandhom iżommu lill-Kunsill regolarment informat bil-progress tal-missjoni fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru ieħor. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jinformaw lill-Kunsill immedjatament jekk it-twettiq tal-missjoni jkollu konsegwenzi maġġuri jew jeħtieġ emenda ta' l-objettiv, tal-kamp ta' applikazzjoni jew tal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-missjoni fid-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 1. F'każijiet bħal dawn, il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa.

Artikolu 45

1. L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża, imsemmija fl-Artikolu 42(3), u li tinsab taħt l-awtorità tal-Kunsill, għandha l-missjoni li:

a) tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' l-objettivi ta' kapaċità militari ta' l-Istati Membri u l-valutazzjoni tar-rispett ta' l-impenji ta' kapaċità meħuda mill-Istati Membri;

b) tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet operazzjonali u l-adozzjoni ta' metodi ta' akkwist effettivi u kompatibbli;

c) tipproponi proġetti multilaterali sabiex jiġu sodisfatti l-objettivi f'termini ta' kapaċitajiet militari, u tassigura l-koordinazzjoni tal-programmi implimentati mill-Istati Membri u l-amministrazzjoni ta' programmi speċifiċi ta' koperazzjoni;

d) issostni r-riċerka dwar it-teknoloġija tad-difiża, tikkoordina u tippjana l-attivitajiet ta' riċerka konġunta u l-istudji ta' soluzzjonijiet tekniċi li jissodisfaw il-ħtiġijiet operattivi futuri;

e) tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni u, jekk meħtieġ, għall-implimentazzjoni ta' kwalunkwe miżura utli għat-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża u għat-titjib ta' l-effiċjenza ta' l-infiq militari.

2. L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw fiha. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli ta' funzjonament ta' l-Aġenzija. Din id-deċiżjoni għandha tikkunsidra l-livell ta' parteċipazzjoni effettiva fl-attivitajiet ta' l-Aġenzija. Għandhom jiġu stabbiliti fl-Aġenzija gruppi speċifiċi li jiġbru flimkien Stati Membri involuti fi proġetti konġunti. L-Aġenzija għandha twettaq il-missjonijiet tagħha flimkien mal-Kummissjoni meta meħtieġ.

Artikolu 46

1. Dawk l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fil-koperazzjoni strutturata permanenti prevista fl-Artikolu 42(6), li jissodisfaw il-kriterji u li jkunu ħadu l-impenji dwar il-kapaċitajiet militari previsti fil-Protokoll dwar il-koperazzjoni strutturata permanenti għandhom jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

2. Fi żmien tliet xhur min-notifika prevista fil-paragrafu 1, l-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi koperazzjoni strutturata permanenti, u li tiddetermina l-lista ta' l-Istati Membri partecipanti. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata wara li jikkonsulta lir-Rappreżentant Għoli.

3. Kull Stat Membri li, fi stadju aktar tard, jixtieq jieħu sehem fil-koperazzjoni strutturata permanenti għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli.

Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tikkonferma l-parteċipazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat li jissodisfa l-kriterji u jirrispetta l-impenji previsti fl-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-koperazzjoni strutturata permanenti. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata wara li jikkonsulta lir-Rappreżentant Għoli. Il-Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-Istati Membri parteċipanti biss jistgħu jieħdu sehem fil-votazzjoni.

Il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 238(3)(a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

4. Jekk Stat Membru parteċipanti ma jibqax jissodisfa l-kriterji jew ma jkunx jista' jibqa' jirrispetta l-impenji previsti fl-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-koperazzjoni strutturata permanenti, il-Kunsill jista' jadotta deċiżjoni li tissospendi l-parteċipazzjoni ta' dak l-Istat Membru.

Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. Il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-Istati Membri parteċipanti biss, bl-eċċezzjoni ta' l-Istat Membru konċernat, jistgħu jieħdu sehem fil-votazzjoni.

Il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 238(3)(a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

5. Jekk Stat Membru parteċipanti jixtieq jirtira mill-koperazzjoni strutturata permanenti, dan għandu jgħarraf l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill, li għandu jieħu nota tal-fatt li l-Istat Membru in kwistjoni waqaf jipparteċipa.

6. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fil-qafas tal-koperazzjoni strutturata permanenti, minbarra dawk previsti fil-paragrafi 2 sa 5, għandhom jiġu adottati b'mod unanimu. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-unanimità għandha tkun magħmula biss mill-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri parteċipanti.

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 47

L-Unjoni għandha jkollha personalità ġuridika.

Artikolu 48

(ex Artikolu 48 TUE)

1. It-Trattati jistgħu jkunu emendati skond proċedura ta' reviżjoni ordinarja. Dawn jistgħu jkunu emendati wkoll skond proċeduri ta' reviżjoni simplifikata.

Proċedura ta' reviżjoni ordinarja

2. Il-gvern ta' kwalunkwe Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw lill-Kunsill proposti għar-reviżjoni tat-Trattati. Dawn il-proposti jistgħu jirrigwardaw fost l-oħrajn iż-żieda jew it-tnaqqis tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati. Dawn il-proposti għandhom jiġu preżentati mill-Kunsill lill-Kunsill Ewropew u jiġu notifikati lill-Parlamenti nazzjonali.

3. Jekk il-Kunsill Ewropew, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni b'maġġoranza sempliċi favur li jiġu eżaminati l-emendi proposti, il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jsejjaħ Konvenzjoni komposta minn rappreżentanti tal-Parlamenti nazzjonali, tal-Kapijiet ta' l-Istat jew tal-Gvern ta' l-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi kkonsultat ukoll fil-każ ta' bidliet istituzzjonali fil-qasam monetarju. Il-Konvenzjoni għandha teżamina l-proposti għar-reviżjoni u għandha tadotta rakkomandazzjoni b'konsensus lil Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri kif previst fil-paragrafu 4.

Il-Kunsill Ewropew jista' jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li ma jsejjaħx Konvenzjoni jekk dan ma jkunx ġustifikat mill-portata ta' l-emendi proposti. F' dak il-każ il-Kunsill Ewropew għandu jiddefinixxi l-mandat għal Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

4. Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri għandha tissejjaħ mill-President tal-Kunsill sabiex jiġu determinati bi ftehim komuni l-emendi li għandhom isiru lit-Trattati.

L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jiġu ratifikati mill-Istati Membri kollha skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

5. Jekk, sentejn wara l-iffirmar ta' Trattat li jemenda t-Trattati, erba' minn ħamsa ta' l-Istati Membri jkunu rratifikaw it-Trattat imsemmi u Stat Membru wieħed jew iktar ikun iltaqa' ma' diffikultajiet għar-ratifika, l-kwistjoni għandha titressaq lill-Kunsill Ewropew.

Proċeduri ta' reviżjoni simplifikata

6. Il-Gvern ta' kwalunkwe Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw lill-Kunsill Ewropew proposti għal reviżjoni sħiħa jew parzjali tad-dispożizzjonijiet tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, dwar il-politika u l-azzjonijiet interni ta' l-Unjoni.

Il-Kunsill Ewropew jista' jadotta deċiżjoni li temenda b'mod sħiħ jew parzjali id-dispożizzjonijiet tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni, kif ukoll mal-Bank Ċentrali Ewropew fil-każ ta' bidliet istituzzjonali fil-qasam monetarju. Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ biss wara l-approvazzjoni tagħha mill-Istati Membri, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Id-deċiżjoni prevista fit-tieni subparagrafu m'għandhiex iżżid il-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati.

7. Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jew it-Titolu V ta' dan it-Trattat jipprovdi li l-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu f'qasam jew każ partikolari, il-Kunsill Ewropew jista' jadotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kunsill sabiex jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata f'dak il-qasam jew każ. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika għal deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew fil-qasam tad-difiża.

Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jipprovdi li atti leġislattivi għandhom ikunu adottati mill-Kunsill skond il-proċedura leġislattiva speċjali, il-Kunsill Ewropew jista' jadotta deciżjoni li tawtorizza l-adozzjoni ta' l-atti msemmija skond il-proċedura leġislattiva ordinarja.

Kwalunkwe inizjattiva meħuda mill-Kunsill Ewropew abbażi ta' l-ewwel jew it-tieni subparagrafu għandha tkun notifikata lill-Parlamenti nazzjonali. Jekk parlament nazzjonali jgħarraf l-oppożizzjoni tiegħu fi żmien sitt xhur mid-data ta' tali notifika, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu m'għandhiex tiġi adottata. Fin-nuqqas ta' oppożizzjoni, il-Kunsill Ewropew jista' jadotta d-deċiżjoni msemmija.

Għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu, il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata bil-maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.

Artikolu 49

(ex Artikolu 49 TUE)

Kull Stat Ewropew li jirrispetta l-valuri msemmija fl-Artikolu 2 u jimpenja ruħu sabiex jippromwovihom jista' japplika sabiex jsir membru ta' l-Unjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali għandhom ikunu informati b'din l-applikazzjoni. L-Istat applikant għandu jindirizza l-applikazzjoni tiegħu lill-Kunsill li għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta l-Kummissjoni u wara li jirċievi l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew, li għandu jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu. Għandu jittieħed kont tal-kriterji ta' eliġibbiltà miftiehma mill-Kunsill Ewropew.

Il-kondizzjonijiet tad-dħul u l-tibdil li jkollu jsir fit-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni, minħabba f'dan id-dħul għandhom ikunu miftiehma bejn l-Istati Membri u l-Istat applikant. Dan il-ftehim għandu jiġi ppreżentat għar-ratifika mill-Istati Kontraenti kollha skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Artikolu 50

1. Kull Stat Membru jista' jiddeċiedi, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tiegħu, li joħroġ mill-Unjoni.

2. L-Istat Membru li jiddeċiedi li joħroġ għandu jinnotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tiegħu. Fid-dawl tal-linji gwida provduti mill-Kunsill Ewropew, l-Unjoni għandha tinnegozja u tikkonkludi ma' dak l-Istat ftehim li jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tiegħu, filwaqt li jittieħed kont tal-qafas tar-relazzjonijiet futuri tiegħu ma' l-Unjoni Ewropea. Dan il-ftehim għandu jkun innegozjat skond l-Artikolu 218(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Dan għandu jiġi konkluż f'isem l-Unjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

3. It-Trattati għandhom jieqfu milli japplikaw għall-Istat in kwistjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara n-notifika prevista fil-paragrafu 2, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim ma' l-Istat Membru in kwistjoni, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perijodu.

4. Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkun qiegħed joħroġ m'għandux jipparteċipa fid-diskussjonijiet tal-Kunsill jew tal-Kunsill Ewropew jew f'deċiżjonijiet li jkunu jikkonċernawh.

Il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 238(3)(b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

5. Jekk l-Istat li jkun ħareġ mill-Unjoni jitlob li jaderixxi mill-ġdid, it-talba tiegħu għandha tkun suġġetta għall-proċedura prevista fl-Artikolu 49.

Artikolu 51

Il-Protokolli u l-Annessi mat-Trattati għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 52

1. It-Trattati għandhom japplikaw għar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, Ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

2. Il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati huwa speċifikat fl-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 53

(ex Artikolu 51 TUE)

Dan it-Trattat qed isir għal perjodu indefinit.

Artikolu 54

(ex Artikolu 52 TUE)

1. Dan it-Trattat għandu jkun ratifikat mill-Partijiet Kontraenti l-Għolja skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika għandhom jiġu depożitati għand il-gvern tar-Repubblika Taljana.

2. Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl- 1 ta' Jannar 1993, bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika kollha jkunu ġew depożitati, jew fin-nuqqas, fl-ewwel ġurnata tax-xahar li jiġi wara li jkun depożitat l-istrument ta' ratifika mill-aħħar Stat firmatarju li jagħmel dan il-pass.

Artikolu 55

(ex Artikolu 53 TUE)

1. Dan it-Trattat, redatt f'oriġinal wieħed bl-ilsien Ġermaniż, Ingliż, Bulgaru, Daniż, Spanjol, Estonjan, Franċiż, Finlandiż, Grieg, Ungeriż, Irlandiż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Żvediż u Ċek, bit-testi ta' kull wieħed minn dawn ugwalment awtentiċi, għandu jiġi depożitat fl-arkivji tal-gvern tar-Repubblika Taljana, li għandu jibgħat kopja awtentikata lil kull wieħed mill-gvernijiet ta' l-Istati firmatarji l-oħra.

2. Dan it-Trattat jista' jiġi tradott ukoll fi kwalunkwe lingwa oħra determinata mill-Istati Membri minn fost dawk li, skond l-ordni kostituzzjonali ta' l-Istati Membri, igawdu minn status ta' lingwa uffiċjali fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kopja awtentikata ta' tali traduzzjoni li għandha titqiegħed fl-arkivji tal-Kunsill.

B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji hawn sottoskritti ffirmaw dan it-Trattat.

Magħmul f'Maastricht fis- seba' jum ta' Frar tas-sena elf disa' mija u tnejn u disgħin.

(lista ta' plenipotenzjarji mhux riprodotta)

[1] Ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja saru wkoll membri ta' l-Unjoni Ewropea.

[2] Din ir-referenza hija biss indikattiva. Ara t-Tabella ta' Korrispondenza.

--------------------------------------------------

Protokoll

PROTOKOLL (Nru 1)

DWAR IR-RWOL TAL-PARLAMENTI NAZZJONALI FL-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT LI JFAKKRU li l-mod li bih il-Parlamenti nazzjonali jeżerċitaw il-kontroll fuq il-gvern tagħhom f'dak li jolqot l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea jiddependi mill-organizzazzjoni u l-prattika kostituzzjonali partikolari ta' kull Stat Membru,

BIX-XEWQA li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni akbar tal-Parlamenti nazzjonali fl-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea u li jkabbru l-kapaċità tagħhom li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar abbozzi ta' atti leġislattivi ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll dwar materji oħra li jistgħu jkunu ta' interess partikolari għalihom,

FTIEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika:

TITOLU I

INFORMAZZJONI GĦALL-PARLAMENTI NAZZJONALI

Artikolu 1

Id-dokumenti ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni (green papers, white papers u komunikazzjonijiet) għandhom jintbagħtu direttament mill-Kummissjoni lill-Parlamenti nazzjonali hekk kif jiġu pubblikati. Il-Kummissjoni għandha wkoll tibgħat lill-Parlamenti nazzjonali l-programm leġislattiv annwali kif ukoll kwalunkwe strument ieħor ta' ppjanar leġislattiv jew ta' strateġija politika fl-istess ħin li tibgħathom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 2

L-abbozzi ta' atti leġislattivi mibgħuta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-Parlamenti nazzjonali.

Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll, "abbozz ta' att leġislattiv", għandha tfisser il-proposti mill-Kummissjoni, l-inizjattivi ta' grupp ta' Stati Membri, l-inizjattivi tal-Parlament Ewropew, it-talbiet mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rakkomandazzjonijiet mill-Bank Ċentrali Ewropew u t-talbiet mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, għall-adozzjoni ta' att leġislattiv.

L-abbozzi ta' atti leġislattivi li jiġu mill-Kummissjoni għandhom jintbagħtu direttament lill-Parlamenti nazzjonali mill-Kummissjoni, fl-istess ħin li jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-abbozzi ta' atti leġislattivi li jiġu mill-Parlament Ewropew għandhom jintbagħtu direttament lill-Parlamenti nazzjonali mill-Parlament Ewropew.

L-abbozzi ta' atti leġislattivi li jiġu minn grupp ta' Stati Membri, mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandhom jintbagħtu lill-Parlamenti nazzjonali mill-Kunsill.

Artikolu 3

Il-Parlamenti nazzjonali jistgħu jibgħatu opinjoni motivata lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, dwar il-konformità ta' abbozz ta' att leġislattiv mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond il-proċedura stabbilita fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Jekk l-abbozz ta' att leġislattiv jiġi minn grupp ta' Stati Membri, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni jew l-opinjonijiet motivati lill-gvernijiet ta' dawk l-Istati Membri.

Jekk l-abbozz ta' att leġislattiv jiġi mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni jew l-opinjonijiet motivati lill-istituzzjoni jew il-korp konċernat.

Artikolu 4

Għandu jgħaddi perijodu ta' tmien ġimgħat bejn id-data ta' meta abbozz ta' att leġislattiv ikun disponibbli għall-Parlamenti nazzjonali fil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni u d-data meta jitpoġġa fuq l-aġenda provviżorja tal-Kunsill sabiex jiġi adottat jew sabiex tiġi adottata pożizzjoni skond proċedura leġislattiva. Għandu jkun possibbli li jsiru eċċezzjonijiet f'każijiet ta' urġenza, li r-raġunijiet għalihom għandhom jiġu dikjarati fl-att jew fil-pożizzjoni tal-Kunsill. Ħlief f'każijiet urġenti li għalihom ikunu ngħataw raġunijiet xierqa, ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim fuq abbozz ta' att leġislattiv matul dawk it-tmien ġimgħat. Ħlief f'każijiet urġenti li għalihom ikunu ngħataw raġunijiet xierqa, għandu jgħaddi perijodu ta' għaxar t' ijiem bejn meta jitpoġġa abbozz ta' att leġislattiv fuq l-aġenda provviżorja tal-Kunsill u l-adozzjoni ta' pożizzjoni.

Artikolu 5

L-aġendi u r-riżultati tal-laqgħat tal-Kunsill, inklużi l-minuti tal-laqgħat li fihom il-Kunsill jiddiskuti abbozzi ta' atti leġislattivi, għandhom jintbagħtu direttament lill-Parlamenti nazzjonali, fl-istess ħin li jintbagħtu lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

Artikolu 6

Meta l-Kunsill Ewropew ikollu l-intenzjoni li jagħmel użu mill-ewwel jew it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 48(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlamenti nazzjonali għandhom ikunu informati dwar l-inizjattiva tal-Kunsill Ewropew mill-inqas sitt xhur qabel ma tkun adottata deċiżjoni.

Artikolu 7

Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tibgħat ir-rapport annwali tagħha lill-Parlamenti nazzjonali għall-informazzjoni, fl-istess ħin li tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 8

Fejn is-sistema parlamentari nazzjonali ma tkunx b' kamra waħda, l-Artikoli 1 sa 7 għandhom japplikaw għall-kmamar li jikkomponuha.

TITOLU II

KOPERAZZJONI INTERPARLAMENTARI

Artikolu 9

Il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali għandhom jiddeterminaw flimkien l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta' koperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fi ħdan l-Unjoni.

Artikolu 10

Konferenza tal-kumitati parlamentari speċjalizzati fl-affarijiet ta' l-Unjoni tista' tippreżenta kull kontribuzzjoni li jidhrilha xierqa għall-attenzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Din il-konferenza għandha tippromwovi, fost affarijiet oħra, l-iskambju ta' informazzjoni u ta' l-aħjar prattika bejn il-Parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, inklużi il-kumitati speċjali tagħhom. Din tista' wkoll torganizza konferenzi interparlamentari fuq suġġetti speċifiċi, partikolarment sabiex tiddibatti dwar il-kwistjonijiet ta' politika estera u ta' sigurtà komuni, inkluża l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni. Il-kontribuzzjonijiet tal-konferenza m'għandhomx jorbtu lill-Parlamenti nazzjonali u m'għandhomx jippreġudikaw il-pożizzjonijiet tagħhom.

PROTOKOLL (Nru 2)

DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-PRINĊIPJI TA' SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BILLI JIXTIEQU li jaraw li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib taċ-ċittadini ta' l-Unjoni,

DETERMINATI li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u kif ukoll li jistabbilixxu sistema għall-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni ta' dawk il-prinċipji,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Kull istituzzjoni għandha tassigura r-rispett kontinwu tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Qabel ma tipproponi att leġislattiv, il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet wiesgħa. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, iqisu d-dimensjoni reġjonali u lokali ta' l-azzjoni maħsuba. F'każijiet ta' urġenza eċċezzjonali, l-Kummissjoni m'għandhiex tagħmel dawn il-konsultazzjonijiet. Din għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha fil-proposta tagħha.

Artikolu 3

Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll, "abbozz ta' att leġislattiv", għandha tfisser il-proposti mill-Kummissjoni, l-inizjattivi ta' grupp ta' Stati Membri, l-inizjattivi tal-Parlament Ewropew, it-talbiet mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rakkomandazzjonijiet mill-Bank Ċentrali Ewropew jew it-talbiet mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, għall-adozzjoni ta' att leġislattiv.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozzi tagħha ta' atti leġislattivi kif ukoll l-abbozzi emendati tagħha lill-Parlamenti nazzjonali fl-istess ħin li tibgħathom lil-leġislatur ta' l-Unjoni.

Il-Parlament Ewropew għandu jibgħat l-abbozzi tiegħu ta' atti leġislattivi kif ukoll l-abbozzi emendati tiegħu lill-Parlamenti nazzjonali.

Il-Kunsill għandu jibgħat l-abbozzi ta' atti leġislattivi li jiġu minn grupp ta' Stati Membri, mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, kif ukoll abbozzi emendati, lill-Parlamenti nazzjonali.

Ir-riżoluzzjonijiet leġislattivi tal-Parlament Ewropew u l-pożizzjonijiet tal-Kunsill għandhom, meta jiġu adottati, jintbagħtu mill-Kunsill lill-Parlamenti nazzjonali.

Artikolu 5

L-abbozzi ta' atti leġislattivi għandhom jiġu ġustifikati fir-rigward tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Kull abbozz ta' att leġislattiv għandu jinkludi fih dikjarazzjoni bl-elementi dettaljati li tippermetti l-valutazzjoni tar-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Din id-dikjarazzjoni għandha tinkludi elementi li jippermettu l-valutazzjoni ta' l-impatt finanzjarju ta' l-abbozz u, fil-każ ta' direttiva, ta' l-implikazzjonijiet tagħha għar-regoli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, inkluż, fejn ikun meħtieġ, il-leġislazzjoni reġjonali. Ir-raġunijiet li jwasslu għall-konklużjoni li objettiv ta' l-Unjoni jista' tintlaħaq aħjar fil-livell ta' l-Unjoni għandhom jiġu sostanzjati b'indikaturi kwalitattivi u, fejn ikun possibbli, kwantitattivi. L-abbozzi ta' atti leġislattivi għandhom iqisu l-ħtieġa li kwalunkwe piż, kemm finanzjarju kif ukoll amministrattiv, li jaqa' fuq l-Unjoni, fuq il-gvernijiet nazzjonali, fuq l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq iċ-ċittadini, ikun minimizzat kemm jista' jkun u jkun proporzjonat ma' l-objettiv li jrid jintlaħaq.

Artikolu 6

Kull parlament nazzjonali jew kull kamra ta' parlament nazzjonali jistgħu, fi żmien tmien ġimgħat mid-data minn meta jirċievu abbozz ta' att leġislattiv fil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni, jibgħatu lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni opinjoni motivata bir-raġunijiet li għalihom iqisu li l-abbozz in kwistjoni ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Kull parlament nazzjonali u kull kamra ta' parlament nazzjonali jistgħu jikkonsultaw, fejn ikun xieraq, mal-Parlamenti reġjonali li jkollhom setgħat leġislattivi.

Jekk l-abbozz ta' att leġislattiv ikun ġej minn grupp ta' Stati Membri, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni lill-gvernijiet ta' dawk l-Istati Membri.

Jekk l-abbozz ta' att leġislattiv ikun ġej mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni lill-istituzzjoni jew il-korp konċernat.

Artikolu 7

1. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll, fejn huwa xieraq, il-grupp ta' Stati Membri, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-Bank Ewropew ta' l-Investiment, jekk l-abbozz ta' att leġislattiv ġej minnhom, għandhom iqisu l-opinjonijiet motivati tal-Parlamenti nazzjonali jew ta' kamra ta' parlament nazzjonali.

Kull parlament nazzjonali għandu jkollu żewġ voti, imqassma fuq il-bażi tas-sistema parlamentari nazzjonali. Fil-każ ta' sistema Parlamentari bikamerali, kull waħda miż-żewgt ikmamar għandha jkollha vot wieħed.

2. Meta l-opinjonijiet motivati dwar in-nuqqas ta' rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà ta' abbozz ta' att leġislattiv jirrappreżentaw għall-anqas terz tal-voti kollha allokati lill-Parlamenti nazzjonali skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-abbozz għandu jiġi rivedut. Dan il-proporzjoni għandu jkun ta' kwart fil-każ ta' abbozz ta' att leġislattiv preżentat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 76 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

Wara din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni jew, skond il-każ, il-grupp ta' Stati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-Bank Ewropew ta' l-Investiment, jekk l-abbozz ta' att leġislattiv ikun ġej minnhom, jistgħu jiddeċiedu li jżommu, jemendaw jew jirtiraw l-abbozz. Għandhom jingħataw raġunijiet għal din id-deċiżjoni.

3. Barra minn hekk, fil-qafas tal-proċedura leġislattiva ordinarja, meta l-opinjonijiet motivati dwar in-nuqqas ta' rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà ta' proposta ta' att leġislattiv jirrappreżentaw għall-anqas maġġoranza sempliċi tal-voti kollha allokati lill-Parlamenti nazzjonali skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-proposta għandha tiġi riveduta. Wara din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li żżomm, li temenda jew li tirtira l-proposta.

Jekk tagħżel li żżommha, il-Kummissjoni jkollha tiġġustifika għaliex tqis li l-proposta tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, permezz ta' opinjoni motivata. Din l-opinjoni motivata kif ukoll l-opinjonijiet motivati mill-Parlamenti nazzjonali, iridu jintbagħtu lil-leġislatur ta' l-Unjoni għall-konsiderazzjoni fil-proċedura:

a) qabel jiġi konkluż l-ewwel qari, il-leġislatur (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) għandu jeżamina l-kompatibbiltà tal-proposta leġislattiva mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, b'kont partikolari meħud tar-raġunijiet espressi u kondiviżi mill-maġġoranza tal-Parlamenti nazzjonali kif ukoll ta' l-opinjoni motivata tal-Kummissjoni;

b) Jekk, permezz ta' maġġoranza ta' 55 % tal-membri tal-Kunsill jew ta' maġġoranza tal-voti espressi fil-Parlament Ewropew, il-leġislatur huwa ta' l-opinjoni li l-proposta ma' tkunx kompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-proposta leġislattiva m'għandhiex tiġi kkunsidrata aktar.

Artikolu 8

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha tkun kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar rikorsi fuq ksur tal-prinċipji tas-sussidjarjetà minn att leġislattiv, li jitressqu skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, mill-Istati Membri jew li jiġu notifikati minnhom skond l-ordinament ġuridiku tagħhom f'isem parlament nazzjonali jew kamra minnu.

Skond ir-regoli previsti fl-imsemmi Artikolu, il-Kumitat tar-Reġjuni jista' wkoll jagħmel rikors bħal dan kontra l-atti leġislattivi li għalihom t-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jipprevedi l-konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni għall-adozzjoni tagħhom.

Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport kull sena lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Parlamenti nazzjonali dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan ir-rapport annwali għandu jiġi mgħoddi wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

PROTOKOLL (Nru 3)

DWAR L-ISTATUT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TA' L-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BILLI JRIDU li jistabbilixxu l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea kif previst fl-Artikolu 281 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 160 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea hija kostitwita u teżerċita l-funzjoni tagħha skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (it-Trattat KEEA) u ta' dan l-Istatut.

TITOLU I

L-IMĦALLFIN U L-AVUKATI ĠENERALI

Artikolu 2

Qabel ma jassumi l-kariga kull Imħallef għandu, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mlaqqa' f'seduta pubblika, jaħlef li jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'imparzjalità u skond il-kuxjenza u li jħares is-segretezza tad-deliberazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 3

L-Imħallfin igawdu l-immunità minn proċedimenti legali kontrihom. Wara li jkunu spiċċaw mill-kariga, jibqgħu igawdu l-immunità rigward l-atti li jkunu wettqu fil-kariga uffiċjali tagħhom, inklużi l-kliem u l-kitba tagħhom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja, f'seduta plenarja, tista' tneħħi din l-immunità. Jekk id-deċiżjoni tikkonċerna membru tal-Qorti Ġenerali jew ta' qorti speċjalizzata, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi wara konsultazzjoni mal-qorti konċernata.

Meta l-immunità tkun tneħħiet u jittieħdu proċeduri kriminali kontra Mħallef, dan ikun jista' jiġi proċessat biss minn qorti kompetenti sabiex tiġġudika l-membri ta' l-ogħla ġudikatura nazzjonali, f'xi wieħed mill-Istati Membri.

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea japplikaw għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Registratur u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-immunità ta' l-Imħallfin minn proċedimenti legali, li huma msemmija fil-paragrafi ta' qabel.

Artikolu 4

L-Imħallfin ma' jistgħu ikollhom ebda kariga politika jew amministrattiva.

Ma jistgħu jeżerċitaw ebda attività professjonali, bi ħlas jew mingħajr, ħlief bl-eżenzjoni eċċezzjonali mogħtija mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi.

Meta jassumu d-doveri tagħhom, dawn għandhom jintrabtu solennement li kemm matul il-perjodu tal-kariga tagħhom, kif ukoll wara li din tkun intemmet, jirrispettaw l-obbligi marbuta magħha, b'mod partikolari d-doveri ta' l-onestà u d-diskrezzjoni fir-rigward ta' l-aċċettazzjoni, wara li jkunu temmew il-kariga, ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji.

F'każ ta' dubbju tiddeċiedi l-Qorti tal-Ġustizzja. Jekk id-deċiżjoni tikkonċerna membru tal-Qorti Ġenerali jew ta' qorti speċjalizzata, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi wara konsultazzjoni mal-qorti konċernata.

Artikolu 5

Apparti s-sostituzzjoni normali, jew il-mewt, id-dmirijiet ta' Mħallef jintemmu meta dan jirriżenja.

Meta Mħallef jirriżenja, l-ittra tar-riżenja għandha tiġi indirizzata lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tintbagħat lill-President tal-Kunsill. Din in-notifika iġġib post battal fis-sedja.

Ħlief fejn ikun jgħodd l-Artikolu 6, Imħallef ikompli fil-kariga sakemm is-suċċessur tiegħu jassumi d-doveri tiegħu.

Artikolu 6

L-Imħallfin jistgħu jiġu mneħħija mill-kariga tagħhom jew miċħuda mid-dritt tagħhom għal pensjoni jew minn vantaġġi oħra minflokha, f'każ biss li, fuq ġudizzju unanimu ta' l-Imħallfin u ta' l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma jkunux iktar fil-pussess tar-rekwiżiti meħtieġa jew ma jissodisfawx iktar l-obbligi tal-kariga tagħhom. L-Imħallef interessat ma jieħux parti f'deliberazzjoni bħal din. Jekk il-persuna kkonċernata tkun membru tal-Qorti Ġenerali jew ta' qorti speċjalizzata, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi wara konsultazzjoni mal-qorti konċernata.

Ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jikkomunika din id-deċiżjoni tal-Qorti lill-President tal-Parlament Ewropew u lill-President tal-Kummissjoni u għandu jgħarraf ukoll lill-President tal-Kunsill.

F'każ ta' deċiżjoni li jitneħħa Mħallef mill-kariga, in-notifika ġġib post battal fis-sedja.

Artikolu 7

L-Imħallfin li l-funzjoni tagħhom tintemm qabel l-iskadenza tal-mandat tagħhom jiġu sostitwiti għall-bqija taż-żmien tal-mandat.

Artikolu 8

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 sa 7 japplikaw għall-Avukati Ġenerali.

TITOLU II

ORGANIZZAZZJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

Artikolu 9

Meta, kull tliet snin, ikun hemm sostituzzjoni parzjali ta' l-Imħallfin, għandhom jiġu sostitwiti alternattivament erbatax u tlettax-il Imħallef.

Is-sostituzzjoni parzjali ta' l-Avukati Ġenerali, li jseħħ kull tliet snin, imiss erba' Avukati Ġenerali kull darba.

Artikolu 10

Ir-Registratur jieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li jaqdi dmirijietu b'imparzjalità sħiħa u skond il-kuxjenza u li jħares is-segretezza tad-deliberazzjonijiet.

Artikolu 11

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha taħseb minn qabel għas-sostituzzjoni tar-Reġistratur f'każ ta' l-impediment ta' dan.

Artikolu 12

Għandhom jiġu addetti uffiċjali u impjegati oħra mal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din tkun tista' tiffunzjona. Huma għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur taħt l-awtorità tal-President.

Artikolu 13

Fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jipprovdu sabiex jaħtru Assistenti Relaturi u jistabbilixxu r-regoli dwar is-servizz tagħhom. L-Assistenti Relaturi jistgħu jiġu msejħa, skond il-kondizzjonijiet stipulati fir-Regoli tal-Proċedura, sabiex jipparteċipaw fl-istruzzjoni tal-kawzi miġjuba quddiem il-Qorti u sabiex jikkoperaw ma' l-Imħallef Relatur.

L-Assistenti Relaturi, li għandhom jintgħażlu minn persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju mill-indipendenza tagħhom u li jippossedu l-kwalifiki legali meħtieġa, jiġu maħtura mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi. Huma għandhom jaħilfu quddiem il-Qorti li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b'imparzjalità sħiħa u skond il-kuxjenza u li jħarsu s-segretezza tad-deliberazzjonijiet.

Artikolu 14

L-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistratur għandhom joqogħdu fil-lokalità fejn tiltaqa' l-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 15

Il-Qorti tal-Ġustizzja tiltaqa' b'mod permanenti. It-tul tal-vaganzi ġudizzjarji jiġi stabbilit mill-Qorti billi tqis il-ħtiġijiet tax-xogħol tagħha.

Artikolu 16

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistitwixxi fi ħdanha awli komposti minn tlieta u ħames Imħallfin. L-Imħallfin għandhom jaħtru minn fosthom il-Presidenti ta' l-awli. Il-Presidenti ta' l-awli ta' ħames Imħallfin jiġu eletti għal tliet snin. Jistgħu jerġgħu jiġu eletti darba biss.

L-Awla Manja tikkonsisti minn tlettax-il Imħallef. Din tkun presjeduta mill-President tal-Qorti. Jagħmlu parti ta' l-Awla Manja l-Presidenti ta' l-awli ta' ħames Imħallfin kif ukoll Imħallfin oħra maħtura skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Il-Qorti tiltaqa' f' Awla Manja meta Stat Membru jew istituzzjoni ta' l-Unjoni li jkunu parti fil-kawża hekk jitolbu.

Il-Qorti tiltaqa' bħala Qorti plenarja meta jinġiebu quddiemha kawżi skond l-Artikolu 228(2), l-Artikolu 245(2), l-Artikolu 247 jew l-Artikolu 286(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, meta jidhrilha li każ pendenti quddiemha jkun ta' importanza eċċezzjonali, il-Qorti tista' tiddeċiedi, wara li tisma' l-Avukat Ġenerali, li tirriferi l-kawża lill-Qorti plenarja.

Artikolu 17

Il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi validament biss meta tkun komposta bil-fard.

Id-deċiżjonijiet ta' l-awli li jikkonsistu minn tlieta jew minn ħames Imħallfin ikunu validi biss jekk mogħtija minn tliet Imħallfin.

Id-deċiżjonijiet ta' l-Awla Manja jkunu validi biss jekk l-Imħallfin fis-sedja jkunu disgħa.

Id-deċizjonijiet tal-Qorti plenarja jkunu validi biss jekk ikun hemm ħmistax-il Imħallef fis-sedja.

Fil-każ ta' impediment ta' wieħed mill-Imħallfin ta' awla li jattendi, Imħallef ta' awla oħra jista' jissejjaħ sabiex jieħu s-sedja skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Artikolu 18

Ebda Mħallef jew Avukat Ġenerali ma jista' jieħu parti fit-trattazzjoni ta' kawża li jista' jkun ħa parti fiha qabel bħala aġent jew konsulent jew ikun aġixxa għal waħda mill-partijiet, jew li jkun ġie msejjaħ sabiex jippronunzja ruħu bħala membru tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tribunal, ta' Kummissjoni ta' inkjesta jew f'kapaċità oħra.

Jekk, għal xi raġuni speċjali, xi Mħallef jew Avukat Ġenerali jikkonsidra li m'għandux jieħu parti f'ġudizzju jew eżami ta' xi kawża partikolari, hu għandu jinforma lill-President. Jekk il-President jikkonsidra li xi Mħallef jew Avukat Ġenerali għal xi raġuni speċjali m'għandux jisma' jew jippreżenta konklużjonijiet f'kawża partikolari, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-persuna interessata.

F'każ ta diffikultà dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu din għandha tiġi deċiża mill-Qorti.

Parti ma tistax titlob il-bidla fil-kompożizzjoni tal-Qorti jew ta' waħda mill-awli tagħha la għar-raġuni kemm taċ-ċittadinanza ta' Imħallef u l-anqas ta' l-assenza mill-Qorti jew mill-awla ta' Mħallef taċ-ċittadinanza ta' dik il-parti.

TITOLU III

PROĊEDURA QUDDIEM IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

Artikolu 19

L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni ikunu rappreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minn aġent maħtur għal kull każ; l-aġent jista' jkun assistit minn konsulent jew minn avukat.

Minbarra l-Istati Membri, l-Istati li huma parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u wkoll ta' l-Awtorità għas-Sorveljanza ta' l-EFTA msemmija f'dak il-Ftehim għandhom ikunu rappreżentati bl-istess mod.

Partijiet oħra għandhom ikunu rappreżentati minn avukat.

Avukat biss, li jkun awtorizzat sabiex jipprattika quddiem qorti ta' Stat Membru jew ta' Stat ieħor li huwa parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jista' jirrappreżenta jew jassisti parti quddiem il-Qorti.

Dawn l-aġenti, konsulenti u avukati, meta jidhru quddiem il-qorti, igawdu mid-drittijiet u l-immunitajiet meħtieġa għall-eżerċizzju indipendenti tad-doveri tagħhom, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Fir-rigward ta' dawn il-konsulenti u l-avukati li jidhru quddiemha, il-Qorti għandha jkollha s-setgħat li normalment igawdu qrati u tribunali, skond il-kondizzjonijet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Għalliema ta' l-Università li jkunu ċittadini ta' l-Istati Membri li l-liġi tagħhom tagħtihom id-dritt ta' udjenza għandu jkollhom l-istess drittijiet quddiem il-Qorti li dan l-Artikolu jagħti lill-avukati.

Artikolu 20

Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonsisti f'żewġ partijiet: dik miktuba u dik orali.

Il-proċedura miktuba tikkonsisti fil-komunikazzjoni lill-partijiet u lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni li d-deċiżjoni tagħhom tkun qiegħda tiġi mistħarrġa, ta' applikazzjonijiet, stqarrijiet dwar il-każ, difiżi u osservazzjonijiet, u ta' repliki, jekk ikun hemm, kif ukoll ta' skritti u dokumenti miġjuba sabiex isaħħu l-każ jew ta' kopji awtentikati tagħhom.

Il-komunikazzjonijiet isiru permezz ta' Reġistratur fl-ordni u fit-termini stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Il-proċedura orali tkun tikkonsisti fil-qari tar-rapport ippreżentat minn Imħallef li jkun jaġixxi bħala Relatur, fis-smigħ mill-Qorti ta' aġenti, konsultenti u avukati u fil-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, kif ukoll fis-smigħ, jekk ikun il-każ, ta' xhieda u esperti.

Meta l-Qorti tqis li l-kawża ma tqajjimx xi punt ġdid ta' dritt, hija tista' tiddeċiedi, wara li tisma' l-Avukat Ġenerali, illi l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali.

Artikolu 21

Każ jista' jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta' rikors bil-miktub indirizzat lir-Reġistratur. Fir-rikors għandu jkun hemm l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u l-kwalita' tal-firmatarju, l-isem tal-parti jew tal-partijiet avversarji, is-suġġett tal-kwistjoni, it-talbiet, u espożizzjoni fil-qosor tal-motivi tat-talba.

Ir-rikors għandu jkun akkompanjat, meta ikun il-każ, mill-att li tiegħu jintalab l-annullament jew fl-ipotesi kontemplata fl-Artikolu 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, minn dokument li jiċċertifika d-data tat-talba prevista f'dawn l-Artikoli. Jekk dawn id-dokumenti ma jkunux ġew preżentati mar-rikors, ir-Reġistratur għandu jsejjaħ lil parti nteressata sabiex iġġibhom fi żmien raġonevoli, bla ma iżda tkun tista tiġi eċċepita d-dekadenza f'każ li d-dokumenti jinġiebu wara li jkun għalaq iż-żmien li fih kellu jsir ir-rikors.

Artikolu 22

Il-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 18 tat-Trattat tal-KEEA għandhom jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta' appell indirizzat lir-Reġistratur. L-appell għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u l-kwalità tal-firmatarju, referenza għad-deċiżjoni li minnha jkun qed isir l-appell, l-ismijiet tal-partijiet avversarji, is-suġġett tal-kawża, it-talbiet, u espożizzjoni fil-qosor tal-motivi tat-talba.

Mar-rikors għandu jkun hemm kopja awtentika tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta' l-Arbitraġġ li tkun qed tiġi kontestata.

Jekk il-Qorti tiċħad l-appell, is-sentenza tal-Kumitat ta' l-Abitraġġ tkun definittiva.

Jekk il-Qorti tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat ta' l-Arbitraġġ, il-kwistjoni tista' tarġa' tinfetaħ jekk ikun il-każ, fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-partijiet fil-kawża, quddiem il-Kumitat ta' l-Arbitraġġ. Dan ta' l-aħħar għandu jikkonforma ruħu mal-punti ta' dritt deċiżi mill-Qorti.

Artikolu 23

Fil-każijiet previsti mill-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-qorti jew tribunal nazzjonali li tissospendi l-proċedimenti u tirriferi l-każ lill-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi notifikata lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti jew tribunal nazzjonali. Din id-deċiżjoni għandha tiġi mbagħad notifikata mir-Reġistratur tal-Qorti lill-partijiet, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjoni, lill-korp jew lill-organu ta' l-Unjoni li adottaw l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata.

Fi żmien xahrejn minn din in-notifika, il-partijiet, l-Istati Membri, l-Kummisjoni u meta jkun il-każ, l-istituzzjoni, l-korp jew l-organu ta' l-Unjoni li adottaw l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata jkollhom id-dritt li jippreżentaw noti jew osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti.

F'każijiet kontemplati fl-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-qorti jew tribunal nazzjonali għandha tiġi notifikata mir-Reġistratur tal-Qorti ukoll lill-Istati li ffirmaw il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, barra mill-Istati Membri, kif ukoll lill-Awtorita' ta' Sorveljanza ta' l-EFTA prevista f'dak il-ftehim, li fi żmien xahrejn min-notifika, meta jkollu x' jaqsam wieħed mill-oqsma ta' l-applikazzjoni tal-Ftehim, ikunu jistgħu jippreżentaw lill-Qorti, noti jew osservazzjonijiet bil-miktub.

Fejn ftehim relatat ma' suġġett speċifiku, konkluż mill-Kunsill u Stat wieħed jew aktar li mhux membri, jipprovdi li dawk l-Istati jkunu intitolati li jippreżentaw noti jew osservazzjoni bil-miktub meta qorti jew tribunal ta' Stat Membru tirriferi għall-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari kwistjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim, id-deċiżjoni tal-qorti jew tribunal nazzjonali li fiha dik il-kwistjoni għandha tkun innotifikata lill-Istati mhux membri kkonċernati. Fi żmien xahrejn minn din in-notifika, dawk l-Istati jistgħu jippreżentaw lill-Qorti noti jew osservazzjonijiet bil-miktub.

Artikolu 23a [*]

Ir-Regoli tal-Proċedura jistgħu jipprovdu għal proċedura mħaffa u, fir-rigward ta’ rinviji preliminari li jirrigwardaw l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, għal proċedura b’urġenza.

Dawn il-proċeduri jistgħu jipprovdu, fir-rigward tal-preżentata ta’ noti jew ta’ osservazzjonijiet bil-miktub, għal terminu iqsar minn dak previst mill-Artikolu 23, u, b’deroga mir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 20, li ma jiġux ippreżentati konklużjonijiet mill-Avukat Ġenerali.

Il-proċedura b’urġenza tista’ wkoll tipprovdi għal-limitazzjoni tal-partijiet u ta’ dawk l-oħrajn interessati msemmija fl-Artikolu 23, awtorizzati li jippreżentaw noti jew osservazzjonijiet bil-miktub, u, f’każijiet ta’ urġenza estrema, għad-dispensa mill-fażi bil-miktub tal-proċedura.

Artikolu 24

Il-Qorti tal-Ġustizzja tista' titlob lill-partijiet sabiex iġibu d-dokumenti kollha u sabiex jagħtu l-informazzjoni kollha li l-Qorti tkun tixtieq. F' każ ta' rifjut, tieħu nota formali.

Il-Qorti tista' wkoll teħtieġ li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, korpi jew organi li ma jkunux parti fil-kawża jagħtu l-informazzjoni kollha li l-Qorti tqis meħtieġa għall-fini tal-proċess.

Artikolu 25

Il-Qorti tal-Ġustizzja tista f'kull żmien tagħti perizja lil kull persuna, korp, uffiċju, kummissjoni jew organu li tagħżel hi.

Artikolu 26

Jistgħu jinstemgħu xhieda skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Artikolu 27

Rigward xhieda li jonqsu li jidhru, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-poteri li ġeneralment jingħataw lill-qrati u lit-tribunali u tista' timponi pieni ta' flus skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Artikolu 28

Ix-xhieda u l-periti jistgħu jinstemgħu bil-ġurament li jittieħed skond il-forma stabbilita fir-Regoli tal-Proċedura jew bil-mod kif stabbilit fil-liġijiet tal-pajjiż tax-xhud jew tal-perit.

Artikolu 29

Il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tordna li xhud jew perit jinstama' mill-awtorità ġudizzjarja tal-post fejn ikun joqgħod.

L-ordni tintbagħat għall-esekuzzjoni lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura. L-atti riżultanti mill-esekuzzjoni tar-rogatorji għandhom jiġu rritornati lill-Qorti bl-istess kondizzjonijiet.

Il-Qorti għandha tħallas l-ispejjeż, b'dan li tgħaddihom, jekk ikun il-każ, lill-partijiet.

Artikolu 30

Kull Stat Membru għandu jqis kull vjolazzjoni tal-ġurament minn xhud jew minn perit bħala l-istess reat kommess quddiem Qorti tal-Ġustizzja nazzjonali tiegħu f'materji ċivili. Fuq denunzja tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istat Membru konċernat għandu jipproċedi kontra l-awturi ta' dak ir-reat quddiem il-qorti kompetenti nazzjonali.

Artikolu 31

Is-smigħ fil-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkun pubbliku, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja, fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba tal-partijiet konċernati, ma tiddeċidix mod ieħor għal raġunijiet serji.

Artikolu 32

Waqt is-smigħ il-Qorti tal-Ġustizzja tista' teżamina l-periti, ix-xhieda u l-partijiet infushom. Madanakollu dawn ta' l-aħħar jistgħu jindirizzaw il-Qorti tal-Ġustizzja biss permezz tar-rappreżentanti tagħhom.

Artikolu 33

Għandhu jinżamm verbal ta' kull smigħ li jiġi ffirmat mill-President u mir-Reġistratur.

Artikolu 34

Il-lista tal-kawżi għandha tiġi ffissata mill-President.

Artikolu 35

Id-deliberazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom ikunu u jibqgħu sigrieti.

Artikolu 36

Is-sentenzi għandhom ikunu motivati. Għandu jkollhom l-ismijiet ta' l-Imħallfin li jkunu ħadu parti fid-deliberazzjonijiet.

Artikolu 37

Is-sentenzi għandhom jiġu ffirmati mill-President u mir-Reġistratur. Għandhom jinqraw fil-Qorti bil-miftuħ.

Artikolu 38

Il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

Artikolu 39

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jiddeċiedi, skond proċedura sommarja li tkun tista tidderoga safejn meħtieġ minn xi wħud mir-regoli li fih dan l-Istatut u li għandha tiġi stabbilita mir-Regoli tal-Proċedura, fuq talbiet intiżi kemm għas-sospensjonijiet previsti fl-Artikolu 278 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 157 tat-Trattat KEEA, kemm fuq l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji skond l-Artikolu 279 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq is-sospensjoni ta' l-esekuzzjoni furzata skond ir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jew it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 164 tat-Trattat KEEA.

F'każ ta impediment tal-President, jiġi sostitwit minn Imħallef ieħor skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.

Id-deċiżjoni tal-President jew ta' l-Imħallef li jkun issostitwih tkun biss ta' karattru provviżorju u bl-ebda mod ma tippreġudika d-deċiżjoni tal-Qorti dwar il-meritu.

Artikolu 40

L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni jistgħu jintervjenu fil-kawżi li jkunu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

L-istess dritt jappartjeni lill-korpi u lill-organi ta' l-Unjoni u lil kull persuna oħra li tista' turi li għandha interess fir-riżultat ta' xi kawża miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi ma jistgħux jintervjenu f'kawżi bejn Stati Membri, bejn istituzzjonijiet ta' l-Unjoni jew bejn Stati Membri u istituzzjonijiet ta' l-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għat-tieni paragrafu, l-Istati, barra mill-Istati Membri, li ffirmaw il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Awtorita ta' Sorveljanza ta' l-EFTA prevista f'dan il-ftehim, jistgħu jintervjenu fil-kawżi li jkunu quddiem il-Qorti meta dawn jirrigwardaw wieħed mill-oqsma ta' l-applikazzjoni ta' l-istess Ftehim.

It-talbiet fir-rikors għal intervent jistgħu jkollhom biss bħala suġġett is-sostenn tat-talbiet ta’ waħda mill-partijiet.

Artikolu 41

Meta l-parti konvenuta, regolarment imħarrka, tonqos milli tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub tingħata s-sentenza fil-kontumaċja tagħha. Is-sentenza tkun suġġetta għall-oppożizzjoni fi żmien xahar min-notifika tagħha. Salv deċiżjoni kuntrarja tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-oppożizzjoni ma twaqqafx l-esekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-kontumaċja.

Artikolu 42

L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, korpi u organi ta' l-Unjoni u kull persuna oħra fisika jew ġuridika jistgħu, fil-każijiet u skond il-kondizzjonijiet li jiġu stabbiliti mir-Regoli tal-Proċedura, jibdew proċedimenti ta' terzi kontra sentenzi mogħtija mingħajr ma huma jkunu ġew imsejħa fil-kawża, meta dik is-sentenza tkun ta' preġudizzju għad-drittijiet tagħhom.

Artikolu 43

F' każ ta' dubbju dwar it-tifsir jew il-portata ta' sentenza, ikun imiss lill-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpretaha fuq talba ta' xi parti jew ta' xi istituzzjoni ta' l-Unjoni li turi li jkollha interess f'dan.

Artikolu 44

Ir-reviżjoni ta' sentenza tista' tintalab lill-Qorti tal-Ġustizzja biss għar-raġuni li jiġi skopert fatt ta' natura tali li jkollu influwenza deċiżiva u li, qabel il-għoti tas-sentenza ma kienx magħruf lill-Qorti u lill-parti li titlob ir-reviżjoni.

Il-proċedura tar-reviżjoni tinfetaħ b'sentenza tal-Qorti li tikkonstata espressament l-eżistenza ta' fatt ġdid, tirrikonoxxi li jkun ta' karattru li jgħati lok għar-reviżjoni u tiddikjara li fuq dan il-motiv it-talba tkun ammissibli.

Ebda talba għar-reviżjoni ma tista' ssir wara li jgħaddu għaxar snin mid-data tas-sentenza.

Artikolu 45

Ir-Regoli tal-Proċedura jistabbilixxi perijodi ta' grazzja fuq konsiderazzjonijiet ta' distanza.

Ebda dritt ma jintilef bħala riżultat ta' l-iskadenza tat-termini, jekk il-parti interessata tipprova l-eżistenza ta' każ fortuwitu jew ta' forza maġġuri.

Artikolu 46

L-azzjonijiet kontra l-Unjoni f' materja ta' responsabbilltà non-kontrattwali jiġu preskritti b'ħames snin li jingħaddu minn meta jiġri l-fatt li jagħti lok għalihom. Il-preskrizzjoni tiġi nterrotta kemm bil-preżentata tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll bit-talba qabel il-preżentata li tista' tagħmel il-parti leża lill-istituzzjonijiet kompetenti ta' l-Unjoni. F' dan l-aħħar każ, ir-rikors għandu jiġi preżentat fit-terminu ta' xahrejn previst fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea; japplikaw meta jkun il-każ, rispettivament id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikoli 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal rikorsi kontra l-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tar-responsabbiltà non-kontrattwali.

TITOLU IV

QORTI ĠENERALI

Artikolu 47

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9, l-Artikoli 14 u 15, l-ewwel, it-tieni, ir-raba' u l-ħames subparagrafi ta' l-Artikolu 17, u l-Artikolu 18 għandhom japplikaw għall-Qorti Ġenerali u għall-membri tagħha.

Ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 3 u l-Artikoli 10, 11 u 14 japplikaw mutatis mutandis għar-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali.

Artikolu 48

Il-Qorti Ġenerali għandha tikkonsisti f'sebgħa u għoxrin Imħallef.

Artikolu 49

Il-membri tal-Qorti Ġenerali jistgħu jissejħu sabiex jeżerċitaw il-funzjoni ta' Avukat Ġenerali.

L-Avukat Ġenerali għandu l-funzjoni li jippreżenta pubblikament, bl-imparzjalità kollha u bl-indipendenza kollha, konklużjonijiet motivati fuq ċerti kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali bl-għan li jassisti lilha fix-xogħol tagħha.

Il-kriterji tal-għażla ta' dawn il-kawżi, kif ukoll il-modalitajiet sabiex jiġu nominati l-Avukati Ġenerali, huma stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Membru tal-Qorti Ġenerali li jiġi msejjaħ sabiex jeżerċita l-funzjoni ta' Avukat Ġenerali f'kawża ma jistax jieħu sehem fid-deċizjoni ta' dik il-kawża.

Artikolu 50

Il-Qorti Ġenerali tiltaqa' f'awli komposti minn tlieta jew ħames Imħallfin. L-Imħallfin jeleġġu minn fosthom il-Presidenti ta' l-awli. Il-Presidenti ta' l-awli ta' ħames Imħallfin jiġu eletti għal tliet snin. Jistgħu jerġgħu jiġu eletti għal darba oħra.

Il-kompożizzjoni ta' l-awli u t-tqassim tal-kawżi bejniethom isiru skond ir-Regoli tal-Proċedura. F'ċerti każi, determinati mir-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista' tiltaqa' f'seduta plenarja jew tkun kostitwita minn Imħallef wieħed.

Ir-Regoli tal-Proċedura jistgħu ukoll jipprovdu li l-Qorti Ġenerali tiltaqa' f'Awla Manja fil-każi u skond il-kondizzjonijiet speċifikati fihom.

Artikolu 51

B'deroga mir-regola stabbilita fl-Artikolu 256(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, ġurisdizzjoni għandha tkun riservata għall-Qorti tal-Ġustizzja fl-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 263 u 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea meta jitressqu minn Stat Membru kontra:

(a) xi azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, jew minn dawk iż-żewġ istituzzjonijiet f'azzjoni konġunta, ħlief għal:

- deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

- azzjonijiet tal-Kunsill adottati skond xi regolament tal-Kunsill dwar miżuri sabiex iħarsu l-kummerċ fis-sens ta' l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

- azzjonijiet tal-Kunsill li permezz tagħhom il-Kunsill jeżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni skond l-Artikolu 291(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

(b) kontra xi azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Ġurisdizzjoni għandha tkun ukoll riservata għall-Qorti tal-Ġustizzja fl-azzjonijiet imsemmija fl-istess Artikoli meta dawn jitressqu minn xi istituzzjoni ta' l-Unjoni kontra xi azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, minn dawk iż-żewġ istituzzjonijiet f'azzjoni konġunta, jew mill-Kummissjoni, jew jitressqu minn xi istituzzjoni ta' l-Unjoni kontra xi azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew.

Artikolu 52

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-President tal-Qorti Ġenerali għandhom jistabbilixxu, bi qbil bejniethom, il-kondizzjonijiet li taħthom l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra adetti mal-Qorti tal-Ġustizzja jagħtu s-servizzi tagħhom lill-Qorti Ġenerali sabiex jassiguraw il-funzjonament tagħha. Ċerti uffiċjali jew impjegati oħra jkunu responsabbli lejn ir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali taħt l-awtorità tal-President tal-Qorti Ġenerali.

Artikolu 53

Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tiġi regolata bit-Titolu III.

Il-Proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tiġi preċizata u kompletata, safejn ikun meħtieġ, mir-Regoli tal-Proċedura. Ir-Regoli tal-Proċedura jistgħu jidderogaw mir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 40 u mill-Artikolu 41 sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tal-litigazzjoni fil-qasam tal-proprjetà intellettwali.

B’deroga mir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 20, l-Avukat Ġenerali jista’ jippreżenta l-konklużjonijiet motivati tiegħu bil-miktub.

Artikolu 54

Jekk rikors jew att proċedurali ieħor indirizzat lill-Qorti Ġenerali jiġi preżentat bi żball lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan għandu jgħaddih immedjatament lir-Reġistratur ta-Qorti Ġenerali; bl-istess mod, jekk rikors jew att proċedurali ieħor indirizzat lill-Qorti tal-Ġustizzja jiġi preżentat bi żball lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali, dan għandu jgħaddih immedjatament lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Meta l-Qorti Ġenerali ssib li ma tkunx kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni ta' rikors li jidħol fil-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija tirriferi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja; bl-istess mod meta l-Qorti tal-Ġustizzja ssib li rikors jidħol fil-kompetenza tal-Qorti Ġenerali, hija tirriferi lil din ta' l-aħħar, li mbagħad ma tkunx tista' tirrifjuta l-kompetenza tagħha.

Meta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jinġiebu kawżi fejn tkun qed issir l-istess talba, fejn titqajjem l-istess kwistjoni ta' interpretazzjoni jew jitqanqal dubbju dwar il-validita' ta' l-istess att, il-Qorti Ġenerali tista', wara li tkun semgħet il-partijiet, twaqqaf il-proċedimenti sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tat sentenza, jew, fejn l-azzjoni titressaq skond l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, ma taċċettax il-ġurisdizzjoni sabiex hekk il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tiddeċiedi dwar dawk l-applikazzjonijiet. Fl-istess ċirkostanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' wkoll tiddeċiedi li twaqqaf il-proċedimenti li jkun hemm quddiemha; f'dak il-każ il-proċedimenti ta' quddiem il-Qorti Ġenerali għandhom jitkomplew.

Meta Stat Membru u istituzzjoni ta' l-Unjoni jkunu jirrikużaw l-istess att, il-Qorti Ġenerali m'għandhiex taċċetta ġurisdizzjoni sabiex hekk il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tiddeċiedi dawk il-kontestazzjonijiet.

Artikolu 55

Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jikkonkludu l-proċediment, deċiżjonijiet li jaqtgħu parzjalment kwistjonijiet fil-mertu, jew li jikkonkludu kwistjoni ta' proċedura dwar eċċezzjoni ta' inkompetenza jew ta' inammissibbiltà għandhom jiġu notifikati mir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali lill-partijiet kollha kif ukoll lill-Istati Membri kollha u lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni anke jekk dawn ma kinux intervjenew fil-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Artikolu 56

Jista’ jiġi ppreżentat appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fi żmien xahrejn li jiddekorru min-notifika tad-deċiżjoni appellata, mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jikkonkludu l-proċediment kif ukoll mid-deċiżjonijiet tagħha li jaqtgħu parzjalment kwistjonijiet fil-mertu, jew li jikkonkludu kwistjoni ta' proċedura dwar eċċezzjoni ta' inkompetenza jew ta' inammissibbiltà.

Dan l-appell jista' jitressaq minn kwalunkwe parti li tkun tilfet parzjalment jew għal kollox, fit-talbiet tagħha. B'danakollu dawk li jintervjenu ħlief l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Komuntajiet, jistgħu jressqu dan l-appell biss meta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali taffettwahom direttament.

Ħlief fil-każ ta' kawżi bejn l-Unjoni u l-impjegati tagħhom, appell jista wkoll jitressaq minn Stati Membri u istituzzjonijiet ta' l-Unjoni li ma kinux intervjenew fil-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali. F'dan il-każ l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ikunu fl-istess pożizzjoni bħal dik ta' Stati Membri jew istituzzjonijiet li jkunu intervjenew fi Prim' Istanza.

Artikolu 57

Jista' jsir appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jkunu ċaħdu talba għall-intervent fi żmien ġimgħatejn li jmissu min-notifika tad-deċiżjoni taċ-ċaħda, minn kull persuna li t-talba tagħha tkun ġiet miċħuda.

Il-partijiet fil-proċedimenti jistgħu jappellaw quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija skond l-Artikolu 278 jew l-Artikolu 279 jew ir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jew skond l-Artikolu 157 jew it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 164 tat-Trattat KEEA fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tagħha.

L-appell imsemmi fl-ewwel żewġ paragrafi ta' dan l-Artikolu jiġi deċiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39.

Artikolu 58

Appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkun limitat għal punti ta' dritt. Jista' jkun ibbażat fuq motivi ta' l-inkompetenza tal-Qorti Ġenerali, ta' ksur tal-proċedura quddiemha li tagħmel ħsara lill-interessi ta' l-appellant kif ukoll il-ksur tad-dritt ta' l-Unjoni mill-Qorti Ġenerali.

L-appell ma jistax isir biss fuq l-ammont ta' l-ispejjeż u fuq min għandu jħallashom

Artikolu 59

Fil-każ ta' appell kontra deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun tikkonsisti f'parti bil-miktub u parti orali. Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li tkun semgħet lill-Avukat Ġenerali u lill-partijiet, tkun tista' tiddeċiedi mingħajr il-proċedura orali.

Artikolu 60

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 278 u 279 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jew għall-Artikolu 157 tat-Trattat KEEA, l-appell ma jkollux effett sospensiv.

B'deroga għall-Artikolu 280 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jannullaw regolament ikollhom effett biss mid-data ta' skadenza tat-terminu previst fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 56 ta' dan l-Istatut jew, jekk jitressaq appell f'dak it-terminu, mid-data taċ-ċaħda ta' l-appell, mingħajr preġudizzju għall-fakulta ta' parti li tagħmel talba lill-Qorti tal-Ġustizzja, skond l-Artikoli 278 u 279 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jew skond l-Artikolu 157 tat-Trattat KEEA, għas-sospensjoni ta' l-effetti tar-regolament annullat jew għall-adozzjoni ta' kull provvediment ieħor provviżorju.

Artikolu 61

Jekk l-appell ikun fondat sewwa, il-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. Tista' allura jew hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha.

F' każ ta' rinviju, fuq punti ta' dritt il-Qorti Ġenerali tkun marbuta bid-deċizjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Meta appell magħmul minn Stat Membru jew minn istituzzjoni ta' l-Unjoni li ma jkunux intervjenew fil-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista', jekk ikun jidhrilha meħtieġ, tindika dawk l-effetti tad-deċiżjoni annullata tal-Qorti Ġenerali li jkollhom jiġu konsidrati definittivi di fronti l-partijiet fil-kawża.

Artikolu 62

Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 256(2) u (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-Avukat Ġenerali Ewlieni jista', meta jidhirlu li jkun hemm riskju serju ta' preġudizzju għall-unità jew il-koerenza tad-dritt ta' l-Unjoni, jipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

Il-proposta għandha ssir fi żmien xahar mill-għoti tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. Fi zmien xahar minn meta tirċievi l-proposta magħmula mill-Avukat Ġenerali Ewlieni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi jekk ikunx hemm lok jew le għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni.

Artikolu 62a

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu deċiżjonijiet fuq il-kwistjonijiet li huma suġġetti għal eżami mill-ġdid permezz ta' proċedura b' urġenza abbażi ta' inkartament li jkun intbagħatilha mill-Qorti Ġenerali.

Il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 ta' dan l-Istatut kif ukoll, fil-każijiet previsti mill-Artikolu 256(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-partijiet fil-proċediment quddiem il-Qorti Ġenerali għandhom id-dritt li jressqu, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, noti jew osservazzjonijiet bil-miktub dwar kwistjonijiet li għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid fi żmien stipulat għal dan il-għan.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tiddeċiedi li tiftaħ il-proċedura orali qabel ma tieħu deċiżjoni.

Artikolu 62b

Fil-każijiet previsti mill-Artikolu 256(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 278 u 279 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-proposta ta' eżami mill-ġdid u d-deċiżjoni ta' ftuħ ta' proċedura ta' eżami mill-ġdid m' għandhomx natura sospensiva. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tipperikola l-unità jew il-koerenza tad-Dritt ta' l-Unjoni, hija għandha tirriferi l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali li tkun marbuta bil-punti ta' liġi deċiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja; il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tindika liema mill-effetti tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali għandhom jitqiesu bħala definittivi fir-rigward tal-partijiet involuti fit-tilwima. Madankollu, jekk, b'konsiderazzjoni tar-riżultat ta' l-eżami mill-ġdid, is-soluzzjoni tal-kwistjoni toħroġ minn konstatazzjonijiet ta' fatt li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu deċiżjoni li ma tkunx appellabbli.

Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 256(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, fin-nuqqas ta' proposta ta' eżami mill-ġdid jew ta' deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura ta' eżami mill-ġdid, ir-risposta jew ir-risposti mogħtija mill-Qorti Ġenerali għall-kwistjonijiet li jkunu ġew imressqa lilha jkollhom effett minn meta jiskadu l-perijodi previsti għal dan il-għan mill-Artikolu 62, it-tieni subparagrafu. F'każ ta' ftuħ ta' proċedura ta' eżami mill-ġdid, ir-risposta jew risposti li jkunu suġġetti għal eżami mill-ġdid għandu jkollhom effett meta tintemm din il-proċedura, ħlief jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi mod ieħor. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tipperikola l-unità jew il-koerenza tad-dritt ta' l-Unjoni, ir-risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-kwistjonijiet li jkunu suġġetti għal eżami mill-ġdid tieħu post dik tal-Qorti Ġenerali.

TITOLU IVa

QRATI SPEĊJALIZZATI

Artikolu 62c

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenzi, il-kompożizzjoni, l-organizzazzjoni u l-proċedura ta' l-qrati speċjalizzati stabbiliti bis-saħħa ta' l-Artikoli 257 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea huma annessi ma' dan l-Istatut.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 63

Ir-regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali għandu jkun fihom id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiġi applikat u, fejn hemm bżonn, kompletat dan l-Istatut.

Artikolu 64

Ir-regoli dwar l-arranġamenti lingwistiċi applikabbli għall-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu stabbiliti b'regolament tal-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu. Dan ir-Regolament għandu jiġi adottat fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, jew fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja u mal-Parlament Ewropew.

Sakemm dawn ir-regoli jiġu adottati id-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali relattivi għal-lingwa għandhom ikomplu japplikaw. B'deroga mill-Artikoli 253 u 254 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu emendati jew revokati biss bl-approvazzjoni unanima tal-Kunsill.

ANNESS

IT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TA' L-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku", għandu jeżerċita fl-ewwel istanza l-kompetenza li jiddeċiedi dwar kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-impjegati tagħhom skond l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, inklużi dawk il-kwistjonijiet bejn il-korpi jew aġenziji kollha u l-impjegati tagħhom li fir-rigward tagħhom il-kompetenza hija attribwita lill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jkun kompost minn seba' mħallfin. Fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jżid in-numru ta' mħallfin.

L-imħallfin għandhom jiġu maħtura għal perjodu ta' sitt snin. L-imħallfin li jispiċċaw il-mandat tagħhom jistgħu jiġu maħtura mill-ġdid.

Kull post vakanti għandu jimtela bil-ħatra ta' mħallef ġdid għal perjodu ta' sitt snin.

Artikolu 3

1. L-imħallfin għandhom jiġu maħtura mill-Kunsill, li jaġixxi skond ir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 257 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst f'dan l-Artikolu. Fil-ħatra ta' l-imħallfin, il-Kunsill għandu jiżgura li jkun hemm kompożizzjoni ekwilibrata tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fuq bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli minn fost ċittadini ta' l-Istati Membri u fir-rigward tas-sistemi legali rappreżentati.

2. Kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni u li tissodisfa l-kondizzjonijiet previsti fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 257 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea tista' tippreżenta l-kandidatura tagħha. Il-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiffissa l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tal-preżentazzjoni u l-ipproċessar tal-kandidaturi.

3. Għandu jiġi stabbilit kumitat kompost minn seba' persuni magħżula minn fost ex membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali u avukati ta' kompetenza rikonoxxuta. Il-ħatra tal-membri tal-kumitat u r-regoli tal-ħidma tiegħu għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.

4. Il-kumitat għandu jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jeżerċitaw il-funzjoni ta' mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-kumitat għandu jannetti ma' din l-opinjoni lista tal-kandidati li għandhom l-esperjenza ta' livell għoli l-aktar adegwata. Tali lista għandha tikkonsisti f'numru ta' kandidati li jikkorrispondi għall-inqas għad-doppju tan-numru ta' mħallfin li għandhom jiġu maħtura mill-Kunsill.

Artikolu 4

1. L-Imħallfin għandhom jaħtru minn fosthom il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għal perjodu ta' tliet snin. Il-mandat tiegħu jista' jiġi mġedded.

2. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jkun kompost minn awli bi tliet imħallfin. Hu jista', f'ċerti każijiet determinati mir-regoli tiegħu ta' proċedura, jiltaqa' f'seduta plenarja, f'awla ta' ħames imħallfin jew f'awla ta' mħallef wieħed.

3. Il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jippresjedi seduta plenarja u fl-awla ta' ħames imħallfin. Il-Presidenti ta' l-awli ta' tliet imħallfin għandhom jinħatru skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Jekk il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jiġi assenjat għal awla ta' tliet imħallfin, għandu jkun hu li jippresjedi f'din l-awla.

4. Il-kompetenzi u l-kworum tas-seduta plenarja kif ukoll il-kompożizzjoni ta' l-awli u l-assenjazzjoni tal-kawżi lil dawn ta' l-aħħar għandhom jkunu stabbiliti mir-regoli ta' proċedura.

Artikolu 5

L-Artikoli 2 sa 6, 14, 15, l-ewwel, it-tieni u l-ħames paragrafi ta' l-Artikolu 17, kif ukoll l-Artikolu 18 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u għall-membri tiegħu.

Il-ġurament previst fl-Artikolu 2 ta' l-Istatut għandu jittieħed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u d-deċiżjonijiet previsti fl-Artikoli tiegħu 3, 4 u 6 għandhom jiġu adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja wara konsultazzjoni mat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Artikolu 6

1. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jkun appoġġat mid-dipartimenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali. Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jew, meta jkun il-każ, il-President tal-Qorti Ġenerali, għandu jistabbilixxi bi qbil komuni mal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku l-kondizzjonijiet li taħthom l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra, addetti mal-Qorti tal-Ġustizzja jew mal-Qorti Ġenerali, għandhom jagħtu s-servizzi tagħhom lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jassiguraw il-funzjonament tiegħu. Ċerti uffiċjali jew impjegati oħra huma responsabbli lejn ir-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku taħt l-awtorità tal-President ta' dan it-Tribunal.

2. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jaħtar ir-Reġistratur tiegħu u jippreskrivi r-regoli tas-servizz tiegħu. Ir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 3, l-Artikoli 10, 11 u 14 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw għar-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Artikolu 7

1. Il-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandha tkun iggvernata mit-Titolu III ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, ħlief għall-Artikoli tiegħu 22 u 23. Aktar preċiżjoni u kompletezza, skond il-bżonn, jistgħu jiġu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tat-Tribunal.

2. Id-dispożizzjonijiet tar-reġim lingwistiku tal-Qorti Ġenerali għandhom ikunu applikabbli għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

3. L-istadju bil-miktub tal-proċedura għandu jinkludi l-preżentata tat-talba u l-eċċezzjonijiet tal-konvenut, sakemm it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma jiddeċidix li hemm bżonn ta' skambju ieħor ta' skritturi. Fejn isir it-tieni skambju ta' skritturi, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista', bil-qbil tal-partijiet, jiddeċiedi li jaqta' l-kawża mingħajr ma ssir il-proċedura orali.

4. F'kull stadju tal-proċedura, inkluża l-preżentata tat-talba, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista' jeżamina l-possibbiltajiet ta' soluzzjoni bi ftehim tal-kwistjoni u jista' jipprova jiffaċilita tali soluzzjoni.

5. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jiddeċiedi dwar l-ispejjeż tal-kawża. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet partikolari tar-regoli ta' proċedura, il-parti telliefa għandha tħallas l-ispejjeż jekk hekk ikun deċiż.

Artikolu 8

1. Fejn xi talba jew att proċedurali ieħor li jkunu indirizzati lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jiġu preżentati bi żball lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali, dawn għandhom jiġu trasmessi immedjatament minn dan ir-Reġistratur lir-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Bl-istess mod, fejn xi talba jew att proċedurali ieħor li jkunu indirizzati lill-Qorti tal-Ġustizzja jew lill-Qorti Ġenerali jiġu preżentati bi żball lir-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, dawn għandhom jiġu trasmessi immedjatament minn dan ir-Reġistratur lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali.

2. Fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku isib li mhuwiex kompetenti sabiex jieħu konjizzjoni ta' kawża li taqa' fil-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali, huwa għandu jirriferi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja jew lill-Qorti Ġenerali. Bl-istess mod, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti Ġenerali jsibu li kawża taqa' fil-kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, il-Qorti mitluba għandha tirriferi l-kawża lil dan ta' l-aħħar li ma jistax, f'dak il-każ, jiċħad il-kompetenza tiegħu.

3. Fejn quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti Ġenerali jinġiebu kawżi li fihom titqajjem l-istess kwistjoni ta' interpretazzjoni jew li fihom jitqanqal dubbju dwar il-validità ta' l-istess att, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, wara li jisma' l-partijiet, jista' jissospendi l-proċedimenti sakemm il-Qorti Ġenerali tagħti d-deċiżjoni tagħha.

Fejn quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti Ġenerali jinġiebu kawżi li jkollhom l-istess oġġett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jastjeni milli jassumi l-kompetenza tiegħu sabiex il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi l-kawża.

Artikolu 9

Appell jista' jsir quddiem il-Qorti Ġenerali, fi żmien xahrejn li jiddekorru min-notifika tad-deċiżjoni impunjata, kontra d-deċiżjonijiet finali tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, u kontra d-deċiżjonijiet ta' dak it-Tribunal li jaqtgħu parzjalment kwistjonijiet fil-mertu, jew li jikkonkludu kwistjoni ta' proċedura dwar eċċezzjoni ta' inkompetenza jew ta' inammissibbiltà.

Dan l-appell jista' jitressaq minn kwalunkwe parti li ma tkunx irnexxiet, parzjalment jew għal kollox, fit-talbiet tagħha. Madankollu, dawk li jintervjenu, ħlief l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni, jistgħu jressqu dan l-appell biss meta d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tolqothom direttament.

Artikolu 10

1. Jista' jsir appell quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jkunu ċaħdu talba għall-intervent fi żmien ġimgħatejn min-notifika tad-deċiżjoni li tiċħad, minn kull persuna li t-talba tagħha tkun ġiet miċħuda.

2. Il-partijiet fil-proċedimenti jistgħu jappellaw quddiem il-Qorti Ġenerali mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mogħtija skond l-Artikolu 278 jew l-Artikolu 279, jew skond ir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jew skond l-Artikolu 157 jew it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 164 tat-Trattat KEEA fi żmien xahrejn min-notifika tagħha.

3. Il-President tal-Qorti Ġenerali jista' jiddeċiedi appelli previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Aritkolu, skond proċedura sommarja li tkun tista' tidderoga, safejn meħtieġ, minn xi wħud mir-regoli li fih dan l-Anness u li għandha tiġi stabbilita minn Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Artikolu 11

1. Appell quddiem il-Qorti Ġenerali jista' jitressaq biss fuq punti ta' liġi. L-appell jista' jitressaq għal motivi ta' l-inkompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ta' ksur tal-proċedura quddiemha li jista' jagħmel ħsara lill-interessi ta' l-appellant kif ukoll ksur tad-dritt ta' l-Unjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

2. Ma jistax isir appell fuq il-kap ta' l-ispejjeż biss, dwar min ibagħtihom u l-ammonti tagħhom.

Artikolu 12

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 278 u 279 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u għall-Artikolu 157 tat-Trattat KEEA, l-appell quddiem il-Qorti Ġenerali ma għandux ikollu effett sospensiv.

2. Fejn jitressaq appell minn deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali għandha tikkonsisti f'parti bil-miktub u parti orali. Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali, wara li tkun semgħet lill-partijiet, tista' tiddeċiedi mingħajr il-proċedura orali.

Artikolu 13

1. Jekk l-appell ikun fondat, il-Qorti Ġenerali għandha tħassar id-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u tiddeċiedi l-kawża hija stess. Jekk il-kawża tkun f'punt fejn għad ma tistax tinqata', il-Qorti Ġenerali għandha tibgħat l-atti lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

2. Fejn il-kawża tiġi rinvjata kif indikat fil-paragrafu preċedenti, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jibqa' marbut bid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali fuq il-punti ta' liġi.

PROTOKOLL (Nru 4)

DWAR L-ISTATUTI TAS-SISTEMA EWROPEA TA' BANEK ĊENTRALI U TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

BILLI JIXTIEQU li jgħaddu l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew kif hemm previst fl-Artikolu 129(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

KAPITOLU 1

SISTEMA EWROPEA TA' BANEK ĊENTRALI

Artikolu 1

Is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali

Skond l-Artikolu 282(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali għandhom jikkostitwixxu s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ). Il-BĊE flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jikkostitwixxu l-Eurosistema.

Is-SEBĊ u l-BĊE għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom u jwettqu l-attivitajiet tagħhom skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u ta' dan l-Istatut.

KAPITOLU II

L-GĦANIJIET U L-KOMPITI TAS-SEBĊ

Artikolu 2

Għanijiet

Skond l-Artikoli 127(1) u 282(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-mira ewlenija ta' l-SEBĊ għandha tkun li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Mingħajr preġudizzju għall-mira ta' l-istabbiltà tal-prezzijiet, għandha wkoll tagħti appoġġ lil-linji politiċi ekonomiċi ġenerali fl-Unjoni bil-ħsieb li tgħin sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' l-Unjoni kif indikati fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-SEBĊ għandha taġixxi skond il-prinċipju ta' ekonomija ta' suq miftuħ b'kompetizzjoni libera, u tiffavorixxi allokazzjoni effiċjenti ta' riżorsi, u konformement mal-prinċipji indikati fl-Artikolu 119 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Kompiti

3.1. Skond l-Artikolu 127(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-ħidma fondamentali li għandha ssir permezz tas-SEBĊ hija:

- li tiddefinixxi u timplementa l-politika monetarja ta' l-Unjoni;

- li tmexxi l-operazzjonijiet ta' kambju internazzjonali skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 219 ta' dak it-Trattat;

- li żżomm in depożitu u tamministra r-riservi barranin uffiċjali ta' l-Istati Membri;

- li tippromwovi l-funzjonament regolari tas-sistemi tal-pagamenti.

3.2. Skond l-Artikolu 127(3) tat-Trattat imsemmi, it-tielet subinċiż ta' l-Artikolu 3.1 ma jippreġudikax id-dritt ta' Stati Membri li jżommu in depożitu u jamministraw il-bilanċi operattivi fil-kambju internazzjonali.

3.3. Skond l-Artikolu 127(5) tat-Trattat imsemmi, is-SEBĊ għandha tikkontribwixxi għat-tmexxija tmexxija tajba ta' linji politiċi segwiti mill-awtoritajiet kompetenti f'dak li jirrigwarda is-sorveljanza prudenzjali li tkun marbuta mas-sorveljanza għaqlija ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbilità tas-sistema finanzjarja.

Artikolu 4

Funzjonijiet konsultattivi

Skond l-Artikolu 127(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

(a) il-BĊE għandu jiġi konsultat:

- dwar kull att ta' l-Unjoni propost fl-oqsma ta' kompetenza tiegħu;

- mill-awtoritajiet nazzjonali dwar kull dispożizzjoni leġislattiva abbozzata fl-oqsma ta' kompetenza tagħha, imma fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill skond il-proċedura indikata fl-Artikolu 41;

(b) il-BĊE jista' jippreżenta l-opinjonijiet tiegħu lill-istituzzjonijiet, korpi u organi ta' l-Unjoni jew lill-awtoritajiet nazzjonali dwar ħwejjeġ li jaqgħu fl-oqsma ta' kompetenza tiegħu.

Artikolu 5

Ġbir ta' informazzjoni statistika

5.1. Sabiex ikun jista' jwettaq il-kompiti tas-SEBĊ, il-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali, għandu jiġbor l-informazzjoni statistika meħtieġa jew mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mingħand operaturi ekonomiċi. Għal dan l-għan għandu jikkopera ma' l-istituzzjonijiet, korpi u organi ta' l-Unjoni u ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jew pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.

5.2. Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom iwettqu, sa fejn ikunu jistgħu, il-kompiti deskritti fl-Artikolu 5.1.

5.3. Il-BĊE għandu jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni, fejn ikun jinħtieġ, tar-regoli u tal-prattika tal-ġbir, il-kompilazzjoni u t-tqassim ta' l-istatistika fl-oqsma ta' kompetenza tiegħu.

5.4. Il-Kunsill, skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 41, għandu jiddefinixxi l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għandhom l-obbligu li jirrapportaw, ir-regoli ta' kunfidenzjalitaà u d-dispożizzjonijiet adattati sabiex jinforza l-konformità.

Artikolu 6

Il-koperazzjoni internazzjonali

6.1. Fil-qasam tal-koperazzjoni internazzjonali li tinvolvi l-kompiti fdati f'idejn is-SEBĊ, l-BĊE għandu jiddeciedi kif għandha tkun irrappreżentata s-SEBĊ.

6.2. Il-BĊE u, bl-approvazzjoni tiegħu, il-banek ċentrali nazzjonali, jistgħu jipparteċipaw f'istituzzjonijiet monetarji internazzjonali.

6.3. L-Artikoli 6.1 u 6.2 ma jippreġudikawx l-Artikolu 138 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU III

L-ORGANIZZAZZJONI TAS-SEBĊ

Artikolu 7

L-indipendenza

Skond l-Artikolu 130 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, meta jeżerċitaw il-poteri u jwettqu l-kompiti u jaqdu d-dmirijiet fdati f'idejhom bit-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u b'dan l-Istatut, la l-BĊE, la xi bank ċentrali nazzjonali, u lanqas xi membru tal-korpi deċiżjonali tagħhom, ma għandu jitlob jew jaċċetta istruzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi ta' l-Unjoni, minn xi gvern ta' Stat Membru jew minn xi korp ieħor. L-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni u l-gvernijiet ta' l-Istati Membri jintrabtu li jirrispettaw dan il-prinċipju u li ma jippruvawx jinfluwenzaw lill-membri tal-korpi deċiżjonali tal-BĊE jew tal-banek ċentrali nazzjonali, fil-qadi ta' dmirijiethom.

Artikolu 8

Prinċipju ġenerali

Is-SEBĊ tkun regolata mill-korpi deċiżjonali tal-BĊE li fihom jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Artikolu 9

Il-Bank Ċentrali Ewropew

9.1. Il-BĊE li, skond l-Artikolu 282(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jkollu personalità ġuridika, għandu jgawdi f'kull Stat Membru l-estensjoni kollha ta' kapaċità legali l-aktar pożizzjoni legali estensiva li soltu mogħtija bil-liġi lill-persuni ġuridiċi; jista', b'mod partikolari, jakkwista proprjeta mobbli jew immobbli jew jiddisponi minnha, u jista' ikun parti fi proċeduri legali.

9.2. Il-BĊE għandha tiżgura li l-kompiti mogħtija lis-SEBĊ taħt l-Artikolu 127(2), (3) u (5) tat-Trattat imsemmi jitwettqu bl-attivitajiet tiegħu stess, konformement ma' dan l-Istatut, jew permezz tal-banek ċentrali nazzjonali konformement ma' l-Artikoli 12.1 u 14.

9.3. Skond l-Artikolu 129(1) tat-Trattat imsemmi, il-korpi deċiżjonali tal-BĊE li jieħdu d-deċiżjonijiet għandhom ikunu l-Kunsill Regolatorju u l-Bord Eżekuttiv.

Artikolu 10

Il-Kunsill Regolatorju

10.1. Skond l-Artikolu 283(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Regolatorju għandu jiġbor fih il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u l-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

10.2. Kull membru tal-Kunsill Regolatorju għandu jkollu vot wieħed. Mid-data li fiha n-numru ta' membri tal-Kunsill Regolatorju jeċċedi l-21, kull membru tal-Kunsill Regolatorju għandu jkollu vot wieħed u n-numru ta' gvernaturi bid-dritt tal-vot għandu jkun 15. Dawn id-drittijiet tal-vot ta' l-aħħar għandhom ikunu assenjati u għandhom iduru kif ġej:

- mid-data li fiha n-numru ta' gvernaturi jeċċedi l-15, sakemm jilħaq 22, il-gvernaturi għandhom ikunu allokati għal żewġ gruppi, skond l-ikklassifikar tad-daqs ta' sehem ta' l-Istat Membru tal-bank ċentrali nazzjonali fil-prodott domestiku gross komplessiv bi prezzijiet tas-suq u fit-total komplessiv tal-balance sheet ta' l-istituzzjonijiet monetarji finanzjarji ta' l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. L-ishma fil-prodott domestiku gross komplessiv bil-prezzijiet tas-suq u fit-total komplessiv tal-balance sheet ta' l-istituzzjonijiet monetarji finanzjarji għandhom ikunu assenjati l-piżijiet ta' 5/6 u 1/6 rispettivament. L-ewwel grupp għandu jkun kompost minn ħames gvernaturi u t-tieni grupp mill-gvernaturi li jkun fadal. Il-frekwenza tad-drittijiet tal-vot tal-gvernaturi allokati għall-ewwel grupp m'għandux ikun anqas mill-frekwenza tad-drittijiet tal-vot ta' dawk tat-tieni grupp. Mingħajr preġudizzju għas-sentenza preċedenti, l-ewwel grupp għandu jkun assenjat erba' drittijiet tal-vot u t-tieni grupp ħdax il-dritt tal-vot;

- mid-data li fiha n-numru ta' gvernaturi jilħaq 22, il-gvernaturi għandhom ikun allokati lil tlett gruppi skond klassifikazzjoni bbażata fuq il-kriterji t'hawn fuq. L-ewwel grupp għandu jkun kompost minn ħames gvernaturi u għandu jkun assenjat b'erba' drittijiet tal-vot. It-tieni grupp għandu jkun kompost minn nofs in-numru totali ta' gvernaturi, b'kull frazzjoni miżjuda sa' l-eqreb numru sħiħ, u għandu jkun assenjat tmien drittijiet tal-vot. It-tielet grupp għandu jkun kompost mill-bqija tal-gvernaturi u għandu jkun assenjat tlett drittijiet tal-vot;

- f'kull grupp, il-gvernaturi għandhom ikollhom id-drittijiet tal-vot tagħhom għal ammonti ta' żmien ugwali;

- għall-kalkolazzjoni ta' l-ishma fil-prodott gross domestika komplessiv bil-prezzijiet tas-suq għandu japplika l-Artikolu 29.2. It-total komplessiv tal-balance sheet ta' l-istituzzjonijiet finazjarju monetarji għandu jkun kalkolat skond il-qafas ta' l-istatistika li japplika fl-Unjoni Ewropea fil-ħin tal-kalkolazzjoni;

- kull meta l-prodott domestiku gross komplessiv bil-prezzijiet tas-suq ikun aġġustat skond l-Artikolu 29.3, jew kull meta n-numru ta' gvernaturi jiżdied, id-daqs u/jew il-kompożizzjoni tal-gruppi għandu jkun aġġustat skond il-prinċipji msemmija hawn fuq;

- il-Kunsill Regolatorju, li jaġixxi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, bid-dritt tal-vot jew mingħajr id-dritt tal-vot, għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-prinċipji msemmija hawn fuq u jista' jiddeċiedi li jipposponi l-bidu tas-sistema ta' rotazzjoni sad-data li fiha n-numru ta' gvernaturi jeċċedi 18.

Id-dritt tal-vot għandu jiġi eżerċitat personalment. B'deroga minn din ir-regola, ir-Regoli ta' Proċedura msemmija fl-Artikolu 12.3 jistgħu jistabbilixxu li membri tal-Kunsill Regolatorju jistgħu jitfgħu l-vot tagħhom permezz ta' teleconferencing. Dawn ir-regoli għandu jipprovdu wkoll li membru tal-Kunsill Regolatorju li ma jkunx jista' jattendi l-laqgħat tal-Kunsill Regolatorju għall-perjodu twil jista' jaħtar sostitut bħala membru tal-Kunsill Regolatorju.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti huma mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-vot tal-membri kollha tal-Kunsill Regolatorju, bid-dritt tal-vot jew mingħajru, skond l-Artikoli 10.3, 40.2, u 40.3.

Ħlief kif provdut f'dan l-Istatut, il-Kunsill Regolatorju għandu jaġixxi b'maġġornaza sempliċi tal-membri li għandhom d-dritt tal-vot. F'każ ta' riżultat b'voti ndaqs, il-President għandu jkollu vot deċiżiv.

Sabiex il-Kunsill Regolatorju jkun jista' jivvota, irid ikun hemm kworum ta' żewġ terzi tal-membri li għandhom id-dritt tal-vot. Jekk il-kworum ma jintlaħaqx, il-President jista' jsejjaħ laqgħa straordinarja li matulha deċiżjonijiet jittieħdu mingħajr konsiderazzjoni għall-kworum.

10.3. Sabiex jittieħdu xi deċiżjonijiet skond l-Artikoli 28, 29, 30, 32 u 33, il-voti fil-Kunsill Regolatorju għandhom jiġu peżati skond kemm ikollhom ishma l-banek ċentrali nazzjonali fil-kapital sottoskritt tal-BĊE. Il-piż tal-voti tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun zero. Deċiżjoni li teħtieg maġġoranza kkwalifikata għandha titqies li ttieħdet jekk il-voti favur ikunu jirrappreżentaw mill-anqas żewġ terzi tal-kapital sottoskritt tal-BĊE u jirrappreżentaw mill-anqas nofs ta' l-azzjonisti. Jekk Gvernatur ma jkunx jista' jattendi, ikun jista' jinnomina persuna oħra sabiex tagħti il-vot peżat minfloku.

10.4. Il-proċeduri tal-laqgħat ikunu kunfidenzjali. Il-Kunsill Regolatorju jista' jiddeċiedi li jippubblika r-riżultat tad-deliberazzjonijiet tiegħu.

10.5. Il-Kunsill Regolatorju għandu jiltaqa' mill-anqas għaxar darbiet fis-sena.

Artikolu 11

Il-Bord Eżekuttiv

11.1. Skond l-Artikolu 283(2) l-ewwel subparagrafu tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Bord Eżekuttiv ikun magħmul minn President, Viċi-President u erba' membri oħra.

Il-membri jiddedikaw irwieħhom esklussivament għal dmirjiethom. L-ebda membru ma jista' jimpenja ruħu f'xi impjieg ieħor, sew bi ħlas sew jekk le, sakemm ma tkunx ingħatat eċċezzjonalment eżenzjoni mill-Kunsill Regolatorju.

11.2. Skond l-Artikolu 283(2) it-tieni subparagrafu ta tat-Trattat imsemmi, il-President, il-Viċi-President u l-Membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv jinħatru minn fost persuni ta' statura rikonoxxuta u ta' esperjenza professjonali f'materji monetarji jew bankarji mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill wara li jkun ġie kkonsultat il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Regolatorju.

Il-ħatra tagħhom tkun għal tmien snin u ma tistax tiġġedded.

Persuni li jkollhom iċ-ċittadinanza ta' l-Istati Membri biss jistgħu jkunu membri tal-Bord Eżekuttiv.

11.3. Il-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-membri tal-Bord Eżekuttiv, u b'mod partikolari s-salarji, il-pensjonijiet u benefiċċji oħra tas-sigurtà soċjali, isiru b'kuntratt mal-BĊE u jiġu stabbiliti mill-Kunsill Regolatorju fuq il-proposta ta' Kumitat li jkun fih tliet membri maħtura mill-Kunsill Regolatorju u tliet membri maħtura mill-Kunsill. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv ma jkollhomx id-dritt jivvotaw fuq kwistjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu.

11.4. Jekk membru tal-Bord Eżekuttiv ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta' dmirijietu jew inkella kien ħati ta' mġieba serjament ħażina, il-Qorti tal-Ġustizzja, tista', wara rikors tal-Kunsill Regolatorju jew tal-Bord Eżekuttiv, iġġiegħlu jirtira.

11.5. Kull membru tal-Bord Eżekuttiv li jkun preżenti personalment ikollu d-dritt jivvota u jkollu għal dan l-għan, vot wieħed. Salv kif provdut xort' oħra, il-Bord Eżekuttiv jaġixxi b'maġġoranza sempliċi tal-voti. Jekk il-voti jirriżultaw indaqs, il-President ikollu l-vot deċisiv. L-arranġamenti għall-votazzjoni jkunu indikati fir-Regoli ta' Proċedura msemmija fl-Artikolu 12.3.

11.6. Il-Bord Eżekuttiv ikun responsabbli għall-amministrazzjoni kurrenti tal-BĊE.

11.7. Kull post vakanti fil-Bord Eżekuttiv għandu jimtela bil-ħatra ta' membru ġdid skond l-Artikolu 11.2.

Artikolu 12

Responsabbiltajiet tal-korpi deċiżjonali

12.1. Il-Kunsill Regolatorju għandu jadotta l-linji direttivi u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa sabiex jiżgura t-twettiq tal-kompiti fdati f'idejn is-SEBĊ mit-Trattati u dan l-Istatut. Il-Kunsill Regolatorju għandu jifformula l-politika monetarja ta' l-Unjoni li tinkludi, kif xieraq, deċiżjonijiet marbutin ma' skopijiet monetarji intermedji, rati indikattivi ta' imgħax u l-fornitura ta' riservi fis-SEBĊ, u għandu jistabbilixxi d-direttivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom.

Il-Bord Eżekuttiv għandu jimplimenta l-politika monetarja skond il-linji direttivi stabbiliti u d-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill Regolatorju. Waqt li jagħmel dan, il-Bord Eżekuttiv għandu jagħti l-istruzzjonijiet meħtieġa lill-banek ċentrali nazzjonali. Barra minn hekk, il-Bord Eżekuttiv jista' jkollu xi poteri delegati lilu meta l-Kunsill Regolatorju hekk jiddeċiedi.

Sa fejn huwa meqjus possibbli u xieraq, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, l-BĊE għandu jirrikorri għand il-banek ċentrali nazzjonali sabiex iwettaq operazzjonijiet li jagħmlu parti mill-ħidmiet tas-SEBĊ.

12.2. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkollu r-responsabbiltà li jipprepara laqgħat tal-Kunsill Regolatorju.

12.3. Il-Kunsill Regolatorju għandu jadotta Regoli ta' Proċedura li jistabbilixxu l-organizzazzjoni interna tal-BĊE u tal-korpi deċiżjonali tagħha.

12.4. Il-Kunsill Regolatorju għandu jeżerċita l-funzjonijiet ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 4.

12.5. Il-Kunsill Regolatorju għandu jieħu d-deċiżjonijiet msemmija fl-Artikolu 6.

Artikolu 13

Il-President

13.1. Il-President jew, fl-assenza tiegħu, il-Viċi-President jippresiedi l-Kunsill Regolatorju u l-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

13.2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38, il-President jew il-persuna nominata minnu, għandu jirrappreżenta lill-BĊE esternament.

Artikolu 14

Banek ċentrali nazzjonali

14.1. Skond l-Artikolu 131 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, inklużi l-istatuti tal-bank ċentrali nazzjonali tiegħu, ikunu kompatibbli mat-Trattati u ma’ dan l-Istatut.

14.2. L-istatuti tal-banek ċentrali nazzjonali għandhom, b'mod partikolari, jipprovdu li ż-żmien tal-kariga ta' Gvernatur ta' bank ċentrali nazzjonali ma jkunx inqas minn ħames snin.

Gvernatur jista' jitneħħa mill-inkarigu tiegħu biss jekk ma jkunx għadu jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta' dmirijietu jew inkella jekk ikun ħati ta' mġieba serjament ħażina. Deċiżjoni bħal din tista' tiġi riferita lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Gvernatur involut jew mill-Kunsill Regolatorju, bħala ksur tat-Trattati jew ta' xi regola tal-liġi marbuta ma' l-applikazzjoni tiegħu.Dawn il-proċeduri għandhom jibdew fi żmien xahrejn mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew min-notifika tagħha lir-rikorrent jew, fin-nuqqas, mill-jum meta r-rikorrent ikun sar jaf biha, skond ma jkun il-każ.

14.3. Il-banek ċentrali nazzjonali huma parti integrali mis-SEBĊ u għandhom jaġixxu skond il-linji direttivi u l-istruzzjonijiet tal-BĊE. Il-Kunsill Regolatorju għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiżgura li l-linji direttivi u l-istruzzjonijiet tal-BĊE jiġu mħarsa, u għandu jirrikjedi li tingħatalu kull informazzjoni li tkun tinħtieġ.

14.4. Il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jwettqu funzjonijiet oħra li ma jkunux dawk indikati f'dan l-Istatut kemm-il darba l-Kunsill Regolatorju ma jiddeċidiex, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti, li dawn ikunu qed ifixklu l-għanijiet u l-kompiti tas-SEBĊ. Dawn il-funzjonijiet jinvolvu responsabbiltà u l-obbligi tal-banek ċentrali nazzjonali u m'għandhomx jitqiesu bħala parti mill-funzjonijiet tas-SEBĊ.

Artikolu 15

Obbligi li jsiru rapport

15.1. IL-BĊE għandu jħejji u jippubblika rapporti dwar l-attivitajiet tas-SEBĊ ta' l-inqas kull tliet xhur.

15.2. Dikjarazzjoni finanzjarja konsolidata tas-SEBĊ għandha tiġi ppubblikata kull ġimgħa.

15.3. Skond l-artikolu 284(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-BĊE għandu jagħmel rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-SEBĊ u fuq il-politika monetarja kemm tas-sena preċedenti kif ukoll ta' dik kurrenti, lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, u l-Kunsill Ewropew.

15.4. Ir-rapporti u d-dikjarazzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu għad-dispożizzjoni ta' kull parti interressata bla ebda ħlas.

Artikolu 16

Karti tal-flus

Skond l-Artikolu 128(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Regolatorju jkollu d-dritt esklużiv li jawtorizza l-ħruġ ta' karti tal-flus ta' l-euro fl-Unjoni. Dan il-ħruġ ta' noti jista' jsir kemm mill-BĊE kif ukoll mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-karti tal-flus maħruġa mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali biss ikollhom l-istat ta' valuta legali fi ħdan l-Unjoni.

Il-BĊE għandu jirrispetta kemm jista' jkun kull pratika eżistenti fejn għandhom x'jaqsmu l-emissjoni u d-disinn ta' karti tal-flus.

KAPITOLU IV

FUNZJONIJIET MONETARJI U ĦIDMIET TA' L-SEBĊ

Artikolu 17

Kontijiet mal-BĊE u mal-banek ċentrali nazzjonali

Sabiex iwettqu l-ħidmiet tagħhom, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jiftħu kontijiet għal istituzzjonijiet ta' kreditu, entitajiet pubbliċi u parteċipanti oħra fis-suq u jaċċettaw assi, inklużi titoli mniżżla fil-kotba bħala garanziji kollaterali.

Artikolu 18

Is-suq miftuħ u l-operazzjonijiet ta' kreditu

18.1. Sabiex jinkisbu l-għanijiet tas-SEBĊ u sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu:

- joperaw fis-swieq finanzjarji billi jixtru u jbiegħu fil-mument (spot and forward) jew taħt ftehim ta' rkupru u b'titoli ta' self, ta' kreditu, u li jkunu trasferibbli sew jekk f'euro jew f'muniti oħra, kif ukoll f'metalli prezzjużi;

- imexxu operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, meta is-self ikun ibbażat fuq garanziji kollaterali adegwati.

18.2. Il-BĊE jistabbilixxi prinċipji ġenerali għal operazzjonijiet tas-suq miftuħ u ta' kreditu li jitwettqu minnu stess jew mill-banek ċentrali nazzjonali, inkluż għal mod kif jitħabbru il-kondizzjonijiet li taħthom huma jkunu lesti li jidħlu fi tranżazzjonijiet bħal dawn.

Artikolu 19

Riżervi minimi

19.1. Suġġett għall-Artikolu 2, il-BĊE jista', sabiex jimxi ma' l-għanijiet ta' linji politiċi monetarji, jeżiġi mingħand l-istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri li jkollhom minimi ta' riżervi fil-kontijiet tagħhom mal-BĊE u mal-banek ċentrali nazzjonali. Regolamenti dwar il-kalkolu u d-determinazzjoni tar-riżervi minimi meħtieġa jistgħu jkunu stabbiliti mill-Kunsill Regolatorju. F'każijiet ta' inadempjenza il-BĊE ikollu l-jedd li jiġbor imgħax li jkun impost bħala piena u li jimponi sanzjonijiet oħra li jkollhom effett paragunabbli.

19.2. Sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41, jiddefinixxi l-bażi għar-riżervi minimi u l-ogħla proporzjonijiet permissibbli bejn dawk ir-riżervi u l-bażi tagħhom, kif ukoll is-sanzjonijiet xierqa f'każijiet ta' inadempjenza.

Artikolu 20

Strumenti oħra ta' Kontroll Monetarju

Il-Kunsill Regolatorju jista', b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, jiddeċiedi fuq l-użu ta' dawk il-metodi l-oħra ta' kontroll monetarju kif iqis xieraq, skond l-Artikolu 2.

Il-Kunsill għandu, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41, jiddefinixxi l-ambitu li fih dawk il-metodi jimponu obbligazzjonijiet fuq terzi.

Artikolu 21

Operazzjonijiet ma' entitajiet pubbliċi

21.1. Skond l-Artikolu 123 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, overdrafts jew tipi oħra ta' faċilità ta' kreditu mal-BĊE jew mal-banek ċentrali nazzjonali favur l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta' l-Unjoni, gvernijiet ċentrali, awtoritajiet reġjonali, lokali jew pubbliċi oħra, korpi oħra rregolati bil-liġi amministrattiva, jew intrapriżi pubbliċi fi Stati Membri huma pprojbiti, bħalma jkun ipprojbit ix-xiri dirett ta' istrumenti ta' kreditu minn għandhom mill-BĊE jew mill-banek ċentrali nazzjonali.

21.2. IL-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jagħmluha ta' aġenti fiskali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 21.1.

21.3. Il-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma japplikawx għal istituzzjonijiet ta' kreditu ta' proprjeta pubblika fil-kuntest ta' provvista ta' riżervi mill-banek ċentrali, jkunu mgħotija l-istess trattament mill-banek ċentrali nazzjonali u l-BĊE bħalma jingħataw lill-istituzzjonijiet ta' kreditu privati.

Artikolu 22

Sistemi ta' clearing u ħlas

IL-BĊE u l-banek centrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista' jagħmel regolamenti, sabiex jiżgura li s-sistemi ta' clearing u ħlas fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjizi oħra jkunu effiċjenti u validi.

Artikolu 23

Operazzjonijiet esterni

IL-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu:

- jistabbilixxu relazzjonijiet ma’ banek ċentrali u istituzzjonijiet finanzjarji f'pajjiżi oħra u, fejn ikun xieraq, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali;

- jakkwistaw, ibiegħu fil-mument bħala futuri u jgħaddu kull tip ta' assi ta' valuta estera u metalli prezzjużi; il-frażi "attiv ta' valuta estera" tinkludi kull titolu u assi oħra fil-valuta ta' kull pajjiż jew miżuri ta' konteġġ u f'liema forma jkunu;

- jżommu in depożitu u jamministraw l-assi imsemmija f'dan l-Artikolu;

- jagħmlu kull tip ta' transazzjoni bankarja f'relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi operazzjonijiet ta' self u prestiti.

Artikolu 24

Operazzjonijiet oħra

Minbarra l-operazzjonijiet li joriġinaw mill-ħidmiet tagħhom, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali, jistgħu jidħlu f'operazzjonijiet li jkollhom skopijiet amministrattivi għalihom jew għall-ħaddiema tagħhom.

KAPITOLU V

IS-SORVELJANZA PRUDENZJALI

Artikolu 25

Is-sorveljanza prudenzjali

25.1. IL-BĊE jista' joffri parir lil u jiġi konsultat mill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri dwar il-kamp ta' azzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ta' l-Unjoni fejn tidħol is-sorveljanza prudenzjali ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

25.2. Konformement ma’ kull regolament tal-Kunsill taħt l-Artikolu 127(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-BĊE jista' jiżvolġi kompiti speċifiċi dwar linji politiċi li jirrigwardaw s-sorveljanza prudenzjali ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji oħra bl-eċċezzjoni ta' kumpaniji ta' l-assigurazzjoni.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI TA' L-SEBĊ

Artikolu 26

Il-kontabbiltà finanzjarja

26.1. Is-sena finanzjarja tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali tibda fl-ewwel jum ta' Jannar u tispiċċa fl-aħħar jum ta' Diċembru.

26.2. Il-kontijiet annwali tal-BĊE jitlestew mill-Bord Eżekuttiv, skond il-prinċipji stabbiliti mill-Kunsill Regolatorju. Il-kontijiet jiġu approvati mill-Kunsill Regolatorju u għandhom wara dan jiġu ppubblikati.

26.3. Għall-finijiet analitiċi u operattivi, il-Bord Eżekuttiv għandu jlesti balance sheet konsolidata tas-SEBĊ, li tinkludi dak l-attiv u l-passiv tal-banek ċentrali nazzjonali li jaqgħu taħt is-SEBĊ.

26.4. Sabiex isseħħ l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-Kunsill Regolatorju għandu jistabbilixxi r-regoli neċessarji sabiex jiġu standardizzati l-kontijiet u r-rapporti ta' operazzjonijiet li jsiru mill-banek ċentrali nazzjonali.

Artikolu 27

Il-verifika

27.1. Il-kontijiet tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Regolatorju u approvati mill-Kunsill. L-awdituri jkollhom kull setgħa li jeżaminaw il-kotba u l-kontijiet kollha tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali u li jiksbu kull informazzjoni fuq it-transazzjonijiet tagħhom.

27.2. Il-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jkunu japplikaw biss għal eżami ta' l-effiċjenza operattiva tat-tmexxija tal-BĊE.

Artikolu 28

Il-kapital tal-BĊE

28.1. Il-kapital tal-BĊE ikun ta' 5000 miljun EUR. Il-kapital jista' jiżdied b'dawk l-ammonti li l-Kunsill Regolatorju jista' jiddeċiedi waqt li jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata msemmija fl-Artikolu 10.3, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stipulati mill-Kunsill skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41.

28.2. Il-banek ċentrali nazzjonali jkunu l-uniċi sottoskriventi u detenturi tal-kapital tal-BĊE. Is-sottoskrizzjoni fil-kapital tkun skond il-kjavi stabbilita fl-Artikolu 29.

28.3. Il-Kunsill Regolatorju, li jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata skond l-Artikolu 10.3, għandu jiddeċiedi sa liema limitu ammont il-kapital jiġi konferit u f'liema forma.

28.4. Skond l-Artikolu 28.5, l-ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fil-kapital sottoskritt tal-BĊE ma jistgħux jiġu trasferiti, mirhuna jew issekwestrati.

28.5. Jekk il-kjavi msemmija fl-Artikolu 29 tiġi aġġustata, il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jittrasferixxu bejniethom l-ishma mill-kapital sal-limitu meħtieġ sabiex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni ta' l-ishma mill-kapital tkun tikkorrispondi mal-kjavi aġġustata. Il-Kunsill Regolatorju għandu jiddeċiedi l-pattijiet u l-kondizzjonijiet ta' dawk it-transferimenti.

Artikolu 29

Il-kjavi għas-sottoskrizzjoni tal-kapital

29.1. Il-kjavi għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-BĊE, iffissata għall-ewwel darba fl-1998 meta ġiet stabbilita s-SEBĊ, għandha tiġi determinata billi kull bank ċentrali nazzjonali jingħata piż f'din il-kjavi ekwivalenti għas-somma ta':

- 50 % tas-sehem li jkollu l-Istat Membru rispettiv tiegħu mill-popolazzjoni ta' l-Unjoni fis-sena preċedenti għal dik meta tkun ġiet stabbilita l-SEBĊ;

- 50 % tas-sehem ta' l-Istat Membru rispettiv tiegħu mill-prodott domestiku gross ta' l-Unjoni skond il-prezzijiet fis-suq hekk kif dawn ikunu ġew reġistrati matul l-aħħar ħames snin li ppreċedew is-sena ta' qabel dik meta tkun ġiet stabbilita l-SEBĊ;

Il-perċentwali tiġi mqarrba 'l fuq jew 'l isfel għall-eqreb multiplu ta' 0,0001 %.

29.2. L-informazzjoni statistika li għandha tintuża fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu tiġi pprovduta mill-Kummissjoni skond ir-regoli adottati mill-Kunsill taħt il-proċedura li hemm provdut dwarha fl-Artikolu 41.

29.3. Il-piżijiet assenjati lill-banek ċentrali nazzjonali għandhom jiġu aġġustati kull ħames snin wara li l-SEBĊ tiġi stabbilita b'analoġija mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 29.1. Il-kjavi kif aġġustata tibda tapplika mill-ewwel ġurnata tas-sena ta' wara.

29.4. Il-Kunsill Regolatorju jieħu kull miżura oħra meħtieġa sabiex dan l-Artikolu jkun jista' jiġi applikat.

Artikolu 30

It-trasferiment ta' assi ta' riżerva barranin lill-BĊE

30.1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 28, il-BĊE tiġi pprovduta mill-banek ċentrali nazzjonali b'assi ta' riżerva barranin, barra minn muniti ta' l-Istati Membri, ECUs, pożizzjonijiet ta' riżerva ta' l-IMF u SDRs, sa ammont ekwivalenti għal 50000 miljun ECU. Il-Kunsill Regolatorju jiddeċiedi fuq il-proporzjon li jista' jintalab li jiġi konferit mill-BĊE wara li tiġi stabbilita u dwar l-ammonti li jintalbu aktar tard. Il-BĊE jkollha kull dritt li żżomm in depożitu r-riżervi barranin li jiġu ttrasferiti lilha kif ukoll li tużahom għall-bżonnijiet stipulati f'dan l-Istatut.

30.2. Il-kontribuzzjonijiet ta' kull bank ċentrali nazzjonali jiġu ffissati skond il-proporzjon tas-sehem tiegħu fil kapital sottoskritt tal-BĊE.

30.3. Kull bank ċentrali nazzjonali jiġi akkreditat mill-BĊE bi dritt ta' preljev ekwivalenti għall- kontribuzzjoni tiegħu. Il-Kunsill Regolatorju għandu jistabbilixxi d-denominazzjoni u r-remunerazzjoni ta' dawn it-talbiet.

30.4. Aktar talbiet għal assi ta' riżerva barranin li jkunu jaqbżu l-limitu stipulat fl-Artikolu 30.1 mill-BĊE, jistgħu isiru skond l-Artikolu 30.2, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stipulati mill-Kunsill skond il-proċeduri li hemm fl-Artikolu 41.

30.5. Il-BĊE tista' żżomm u tamministra pożizzjonijiet ta' riżerva ta' IMF u SDRs u tipprovdi sabiex dawk l-assi jinġabru flimkien.

30.6. Il-Kunsill Regolatorju jieħu l-miżuri l-oħra kollha neċessarji sabiex dan l-Artikolu jiġi applikat.

Artikolu 31

L-Assi ta' riżervi barranin miżmuma mill-banek ċentrali nazzjonali

31.1. Il-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jagħmlu transazzjonijiet sabiex iwettqu l-obbligazzjonijiet tagħhom lejn organizzazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikolu 23.

31.2. L-operazzjonijiet l-oħra kollha f'assi ta' riżerva barranin li jibqgħu għand il-banek ċentrali nazzjonali wara t-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 30, u t-transazzjonijiet ta' l-Istati Membri bil-bilanċi tagħhom fir-rati tal-kambju għandhom, meta jaqbżu ċertu limitu li jkun definit fil-parametri ta' l-Artikolu 31.3, ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tal-BĊE, u dan sabiex tiġi żgurata koerenza mal-linji politiċi monetarji u dwar ir-rati tal-kambju ta' l-Unjoni u kull politika monetarja ta' l-Unjoni.

31.3. Il-Kunsill Regolatorju għandu jippubblika linji direttivi bl-għan li jiffaċilita operazzjonijiet bħal dawk.

Artikolu 32

L-Allokazzjoni ta' l-introjtu monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali

32.1. L-introjtu li jakkumula għad-dispożizzjoni tal-banek ċentrali nazzjonali fit-twettiq tal-funzjoni tal-politika monetarja tas-SEBĊ (iżjed 'il quddiem imsemmi bħala "introjtu monetarju") jiġi allokat fl-aħħar ta' kull sena finanzjarja skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

32.2. L-ammont ta' l-introjtu monetarju ta' kull bank ċentrali nazzjonali jkun daqs l-introjtu annwali tiegħu derivat mill-assi tiegħu kontra l-flus fiċ-ċirkulazzjoni u l-passiv fid-depożiti għal istituzzjonijiet ta' kreditu. Dawn l-assi għandhom jiġu riżervati mill-banek ċentrali nazzjonali skond linji direttivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill Regolatorju.

32.3. Jekk, wara l-introduzzjoni ta' l-euro, l-istruttura tal-balance sheet tal-banek ċentrali nazzjonali, fil-fehma tal-Kunsill Regolatorju, ma jippermettux l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 32.2, il-Kunsill Regolatorju, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jiddeċidi li, b'deroga mill-Artikolu 32.2, l-introjtu monetarju jitqies skond metodu alternattiv għal perjodu ta' mhux aktar minn ħames snin.

32.4. L-ammont ta' l-introjtu monetarju ta' kull bank ċentrali nazzjonali għandu jiġi mnaqqas b'ammont ekwivalenti għal kull imgħax imħallas minn dak il-bank ċentrali fuq il-passiv fid-depożitu tiegħu f'istituzzjonijiet ta' kreditu skond l-Artikolu 19.

Il-Kunsill Regolatorju jista' jiddeċiedi li banek ċentrali nazzjonali jingħataw indennizz għal kull ħlas li jkunu għamlu in-konnessjoni ma' l-emissjoni tal-karti tal-flus jew f'ċirkostanzi eċċezjonali għal kull telf speċifiku li joriġina mill-operazzjonijiet ta' politika monetarja kkummissjonati mis-SEBĊ. L-indennizz ikun f'dik il-forma li tidher xierqa fil-fehma tal-Kunsill Regolatorju; dawn l-ammonti jistgħu jiġu paċuti kontra l-introjtu monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali.

32.5. Is-somma ta' l-introjtu monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali għandha tiġi allokata lill-banek ċentrali nazzjonali fi proporzjon ta' l-ishma mħallsa fil-kapital ta' l-BĊE, salva kull deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Regolatorju konformement ma' l-Artikolu 33.2.

32.6. Is-saldu u t-tpaċija tal-bilanċi li joriġinaw mill-allokazzjoni ta' dħul monetarju għandhom isiru mill-BĊE konformement mal-linji direttivi stabbiliti mill-Kunsill Regolatorju.

32.7. Il-Kunsill Regolatorju ser jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 33

L-Allokazzjoni ta' profitt u telf nett tal-BĊE

33.1. Il-profitt nett tal-BĊE għandu jiġi trasferit f'din l-ordni li ġej:

(a) ammont li jiġi stabbilit mill-Kunsill Regolatorju, li ma jistax jaqbeż l-20 % tal-profitt nett, ikun trasferit fil-fond ta' riżerva ġenerali suġġett għal-limitu ekwivalenti għal 100 % tal-kapital;

(b) il-bqija tal-profitt nett jiġi mqassam lill-azzjonisti tal-BĊE fi proporzjon għall-ishma tagħhom imħallsa.

33.2. F'każ ta' telf min-naħa tal-BĊE, l-iżbilanċ jista' jitpaċa mill-fond ta' riżerva ġenerali tal-BĊE u, jekk ikun meħtieġ, wara deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Regolatorju, kontra l-introjtu monetarju tas-sena finanzjarja relevanti fi proporzjon u sa l-ammonti allokati lill-banek ċentrali nazzjonali skond l-Artikolu 32.5.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 34

Atti legali

34.1. Skond l-Artikolu 132 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-BĊE:

- jagħmel regolamenti meħtieġa sabiex jimplimenta il-kompiti fl-Artikolu 3.1, l-ewwel subinċiż, fl-Artikoli 19.1, 22 jew 25.2 u f'każijiet stabbiliti fl-atti tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 41;

- jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa sabiex iwettaq ix-xogħol fdat lis-SEBĊ taħt it-Trattati u f'dan l-Istatut.

- jagħmel rakkomandazzjonijiet u jagħti opinjonijiet.

34.2. Il-BĊE jista' jiddeċiedi li jippubblika d-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tiegħu.

34.3. Fil-limitu u taħt il-kondizzjoni adottati mill-Kunsill skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41, il-BĊE għandu d-dritt jimponi multi jew ħlasijiet penali perjodiċi fuq intrapriżi għal nuqqas ta' konformità ma' l-obbligazzjonijiet taħt ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tagħha.

Artikolu 35

Il-Kontroll ġudizzjarju u materji relatati

35.1. L-atti jew l-ommissjonijiet tal-BĊE ikunu suġġetti għar-reviżjoni jew l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea fil-każijiet u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati. Il-BĊE jista' jibda proċeduri fil-każijiet u taħt il-kondizzjonijiet stipulati fit-Trattati.

35.2. Il-Kwistjonijiet bejn il-BĊE fuq naħa, u l-kredituri tagħha, id-debituri jew ma' kull persuna oħra, ikunu deċiżi mill-qrati nazzjonali kompetenti, salv meta l-ġurisdizzjoni tkun ġiet mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.

35.3. Il-BĊE ikun suġġett għall-kondizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà li hemm provdut dwarhom fl-Artikolu 340 fit-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Il-banek ċentrali nazzjonali ikunu responsabbli skond il-liġijiet rispettivi tagħhom.

35.4. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea jkollha l-ġurisdizzjoni li tiddeċiedi skond u konformement ma' kull klawsola ta' arbitraġġ li jkun hemm f'kuntratt magħmul minn jew f'isem il-BĊE, kemm jekk il-kuntratt ikun regolat bid-dritt pubbliku jew dak privat.

35.5. Id-Deċiżjoni tal-BĊE sabiex tibda kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea trid tittieħed mill-Kunsill Regolatorju.

35.6. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea jkollha ġurisdizzjoni f'kawżi dwar it-twettiq minn xi bank ċentrali nazzjonali ta’ l-obbligazzjonijiet taħt dawn it-Trattati u dan l-Istatut. Jekk il-BĊE jikkonsidra li bank ċentrali nazzjonali jkun naqas milli jwettaq xi obbligazzjoni taħt dawn it-Trattati u dan l-Istatut, il-BĊE jagħti opinjoni kkunsidrata fuq il-kwistjoni wara li jagħti lill-bank ċentrali nazzjonali involut l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Jekk il-bank ċentrali nazzjonali in kwistjoni ma jkunx ikkonforma ruħu ma' dik il-fehma fiż-żmien mogħti mill-BĊE, il-BĊE jista' jressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 36

Il-persunal

36.1. Il-Kunsill Regolatorju, fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv, għandu jistabbilixxi il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg tal-impjegati tal-BĊE.

36.2. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea jkollha kompetenza f'kull tilwima bejn il-BĊE u l-impjegati tiegħu fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet previsti mir-reġim li japplika għalihom.

Artikolu 37 (ex Artikolu 38)

Is-sigriet professjonali

37.1. Membri tal-korpi regolatorji u l-impjegati tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali, ikunu obbligati, ukoll wara li d-dmirijiet tagħhom ikunu spiċċaw, li ma jagħtux informazzjoni li tkun tax-xorta koperta bl-obbligu tas-sigriet professjonali.

37.2. Persuni li jkollhom aċċess għal informazzjoni koperta bil-leġislazzjoni ta' l-Unjoni li tkun timponi obligazzjoni ta' segretezza għandhom ikunu suġġetti għal dik il-leġislazzjoni.

Artikolu 38 (ex Artikolu 39)

Il-firmatarji

Il-BĊE jintrabat legalment ma' terzi, mill-President jew minn żewġ membri tal-Bord Eżekuttiv jew bil-firem ta' żewġ membri tal-persunal tal-BĊE li jkunu ġew awtorizzati kif suppost mill-President sabiex jiffirmaw f'isem il-BĊE.

Artikolu 39 (ex Artikolu 40)

Il-privileġġi u l-immunitajiet

Il-BĊE għandu jgawdi fit-territorji ta' l-Istati Membri, dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li jkunu meħtieġa għall-qadi ta' d-dmirijiet tiegħu, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta' l-Unjoni.

KAPITOLU VIII

EMENDA TA' L-ISTATUT U TAL-LEĠISLAZZJONI KOMPLEMENTARI

Artikolu 40 (ex Artikolu 41)

Proċedura simplifikata għall-emendi

40.1. Konformement ma' l-Artikolu 129(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 5.1,5.2, 5.3, 17, 18, 19.1, 22, 23, 24, 26, 32.2, 32.3, 32.4, 32.6, 33.1(a) u 36 ta' dan l-Istatut jistgħu jiġu emendati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja jew fuq rakkomandazzjoni mill-BĊE u wara li jikkonsulata mal-Kummissjoni, jew fuq proposta mill-Kummissjoni u wara kunsultazzjoni mal-BĊE. F'kull każ ikun hemm il-bżonn tal-kunsens tal-Parlament Ewropew.

40.2. L-Artikolu 10.2 jista' jiġi emendat b'deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'mod unanimu fuq rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, jew fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara l-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew. Dawn l-emendi m'għandhomx jidħlu fis-seħħ sakemm ma jkunux approvati mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

40.3. Rakkomandazzjoni magħmula mill-BĊE taħt dan l-Artikolu teħtieġ deċiżjoni unanima mill-Kunsill Regolatorju.

Artikolu 41 (ex Artkolu 42)

Il-leġislazzjoni komplementari

Konformement ma' l-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-BĊE, jew fuq rakkomandazjoni mill-BĊE u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, għandu jadotta il-provvedimenti msemmija fl-Artikoli 4, 5.4, 19.2, 20, 28.1, 29.2, 30.4 u 34.3 ta' dan l-Istatut.

KAPITOLU IX

PERIJODU TRANSITORJU U DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA GĦALL-SEBĊ

Artikolu 42 (ex Artikolu 43)

Dispożizzjonijiet ġenerali

42.1. Deroga kif inhi msemmija fl-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, għandha tfisser li l-Artikoli li ġejjin f'dan l-Istatut ma jagħtu l-ebda dritt u lanqas ma jimponu xi obbligazzjoni fuq l-Istat Membru involut: 3, 6, 9.2, 12.1, 14.3, 16, 18, 19, 20, 22, 23, 26.2, 27, 30, 31, 32, 33, 34, 50 u 52.

42.2. Il-banek ċentrali ta' l-Istati Membri b'deroga kif indikata fl-Artikolu 139(1) tat-Trattat imsemmi jżommu l-poteri tagħhom fil-qasam tal-politika monetarja skond il-liġi nazzjonali.

42.3. Konformement ma' l-Artikolu 139(4) tat-Trattat, "Stati Membri" għandha tinftiehem bħala "Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro" fl-Artikoli li ġejjin ta' dan l-Istatut: 3, 11.2, 19.

42.4. "Banek ċentrali nazzjonali" għandha tinftiehem bħala "banek ċentrali ta" Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro' fl-Artikoli li ġejjin ta' dan l-Istatut: 9.2, 10.2, 10.3, 12.1, 16, 17, 18, 22, 23, 27, 30, 31, 32, 33.2 u 52.

42.5. "Azzjonisti" għandha tinftiehem bħala "banek ċentrali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro" fl-Artikoli 10.3 u 33.1.

42.6. "Kapital sottoskritt tal-BĊE" għandha tinftiehem bħala "kapital tal-BĊE sottoskritt mill-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro" fl-Artikoli 10.3 u 30.2.

Artikolu 43 (ex Artikolu 44)

Il-kompiti transitorji tal-BĊE

Il-BĊE għandu jassumi dawk il-kompiti preċedenti ta' l-IME previsti fl-Artikolu 141(2), tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li, minħabba d-deroga ta' xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri, ikunu għad iridu jsiru wara l-introduzzjoni ta' l-euro.

Il-BĊE għandu jagħti pariri fil-preparattivi għall-abrogazzjoni tad-deroga indikata fl-Artikolu 140 tat-Trattat imsemmi.

Artikolu 44 (ex Artkolu 45)

Il-Kunsill Ġenerali tal-BĊE

44.1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 129(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ġenerali jiġi kostitwit bħala t-tielet korp deċiżjonali tal-BĊE.

44.2. Il-Kunsill Ġenerali jkun magħmul mill-President u l-Viċi-President tal-BĊE u mill-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali. Il-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv jistgħu jipparteċipaw, mingħajr id-dritt għall-vot, fil-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali.

44.3. Ir-responsabbiltajiet tal-Kunsill Ġenerali huma elenkati fid-dettal fl-Artikolu 46 ta' dan l-Istatut.

Artikolu 45 (ex Artkolu 46)

Regoli ta' proċedura tal-Kunsill Ġenerali

45.1. Il-President jew, fl-assenza tiegħu, il-Viċi-President tal-BĊE għandu jippresjedi l-Kunsill Ġenerali tal-BĊE.

45.2. Il-President tal-Kunsill u membru tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw, mingħajr id-drit għall-vot fil-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali.

45.3. Il-President għandu jipprepara l-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali.

45.4. B'deroga mill-Artikolu 12.3, il-Kunsill Ġenerali għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

45.5. Is-Segretarjat tal-Kunsill Ġenerali għandu jiġi pprovdut mill-BĊE.

Artikolu 46 (ex Artikolu 47)

Ir-responsabbiltajiet tal-Kunsill Ġenerali

46.1. Il-Kunsill Ġenerali għandu:

- jwettaq il-kompiti imsemmija fl-Artikolu 43;

- jikkontribwixxi għall-funzjonijiet konsultattivi msemmija fl-Artikoli 4 u 25.1.

46.2. Il-Kunsill Ġenerali għandu jikkontribwixxi:

- għall-ġbir ta' informazzjoni statistika kif imsemmija fl-Artikolu 5;

- għall-istabbiliment ta' attivitajiet ta’ rappurtaġġ tal-BĊE kif imsemmija fl-Artikolu 15;

- għall-istabbiliment tar-regoli meħtieġa għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 26 kif imsemmi fl-Artikolu 26.4;

- biex jittieħdu l-miżuri l-oħra kollha meħtieġa għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 29 kif imsemmi fl-Artikolu 29.4;

- biex jiġu stipulati l-kondizzjonijiet ta' impjieg tal-ħaddiema tal-BĊE kif imsemmi fl-Artikolu 36.

46.3. Il-Kunsill Ġenerali għandu jikkontribwixxi fil-preparattivi neċessarji sabiex jiġu ffissati irrevokabbilment ir-rati tal-kambju tal-muniti ta' l-Istati Membri li għandhom deroga, fil-konfront ta' l-euro, kif msemmi fl-Artikolu 140(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

46.4. Il-Kunsill Ġenerali għandu jiġi mgħarraf mill-President tal-BĊE bid-deċiżjonijiet tal-Kunsill Regolatorju.

Artikolu 47 (ex Artikolu 48)

Provvedimenti transitorji dwar il-kapital tal-BĊE

Skond l-Artikolu 29.1 kull bank ċentrali nazzjonali għandu jiġi ppeżat fil-kjavi ta' sottoskrizzjoni tal-kapital tal BĊE. B'deroga mill-Artikolu 28.3, il-banek ċentrali ta' Stati Membri b'deroga ma jikkonferux il-kapital sottoskritt tagħhom sakemm il-Kunsill Ġenerali, b'maġġoranza ta' mill-inqas żewġ terzi tal-kapital sottoskritt tal-BĊE u mill-inqas nofs l-azzjonisti, ma jiddeċidix li għandha titħallas perċentwali minima bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' l-operat tal-BĊE.

Artikolu 48 (ex Artikolu 49)

Ħlas differit tal-kapital, ta' riservi u ta' provvista tal-BĊE

48.1. Il-bank ċentrali ta' Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet abrogata, għandu jħallas is-sehem sottoskritt tiegħu tal-kapital tal-BĊE, fl-istess livell tal-banek ċentrali ta' Stati Membri oħra li l-munita tagħhom hija l-euro, u għandu jittrasferixxi lill-BĊE, assi f'riservi barranin skond l-Artikolu 30.1. Is-somma li tiġi trasferita għandha tiġi ffissata billi jiġi moltiplikat il-valur ta' l-EUR skond ir-rati ta' kambju kurrenti ta' l-assi tar-riservi barranin li kienu diġà ġew ittrasferiti lill-BĊE skond l-Artikolu 30.1, bil-proporzjon bejn l-għadd ta' ishma sottoskritti mill-bank ċentrali nazzjonali u l-għadd ta' ishma diġa mħallsa mill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra.

48.2. B'żieda mal-ħlas li għandu jsir skond l-Artikolu 48.1, il-bank ċentrali involut għandu jikkontribwixxi għar-riservi tal-BĊE, għal dawk il-provvisti ekwivalenti għal riservi, u għall-ammont li għad ikun irid jiġi allokat lir-riservi u l-provvisti li jikkorrispondu għall-bilanċ tal-kont ta' profitt u telf kif jidher sal-31 ta' Diċembru tas-sena qabel l-abrogazzjoni tad-deroga. Is-somma li titħallas għandha tiġi stabbilita billi jiġi moltiplikat l-ammont tar-riservi, kif imsemmi hawn qabel u kif muri fil-balance sheet approvata tal-BĊE, bil-proporzjon bejn l-għadd ta' ishma sottoskritti mill-bank ċentrali involut u l-għadd ta' ishma diġà mħallsa mill-banek ċentrali l-oħra.

48.3. Malli pajjiż wieħed jew iżjed isiru Stati Membri u l-banek ċentrali nazzjonali tagħhom isiru parti mis-SEBĊ, il-kapital sottoskritt tal-BĊE u l-limitu fuq l-ammont ta' assi ta' riservi barranin li jistgħu jiġu trasferiti lill-BĊE għandhom jiżdiedu awtomatikament. Iż-żieda għandha tkun stabbilita permezz tal-multiplikazzjoni ta' l-ammonti rispettivi li jeżistu f'dak iż-żmien skond il-proporzjon, fi ħdan is-sistema estiża tas-sottoskrizzjoni tal-kapital, bejn il-peżar tal-banek ċentrali nazzjonali li ser jidħlu u l-peżar tal-banek ċentrali nazzjonali li huma diġa' membri tas-SEBC. Il-peżar ta' kull bank ċentrali nazzjonali fis-sistema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital għandu jiġi kalkulat b'analoġija għall-Artikolu 29.1 u konformement ma' l-Artikolu 29.2. Il-perijodi ta' referenza li għandhom jintużaw għad-data statistika għandhom ikunu identiċi għal dawk applikati għall-aħħar aġġustament tal-peżati ta' kull ħames snin taħt l-Artikolu 29.3.

Artikolu 49 (ex Artikolu 52)

Il-kambju ta' noti bankarji f'muniti ta' l-Istati Membri [*]

Wara li r-rati tal-kambju jiġu ffissati irrevokabbilment skond l-Artikolu 140(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Regolatorju għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-karti ta' flus bankarji denominati f'muniti b'rati tal-kambju li jkunu ġew iffissati irrevokabbilment, jinbidlu mill-banek ċentrali nazzjonali bil-valur pari tagħhom rispettiv.

Artikolu 50 (ex Artikolu 53)

L-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet transitorji

Jekk u sakemm ikun hemm Stati Membri b'deroga, l-Artikoli 42 sa 47 għandhom japplikaw.

PROTOKOLL (Nru 5)

DWAR L-ISTATUT TAL-BANK EWROPEW TA' L-INVESTIMENT

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIXTIEQU li jistabbilixxu l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment previst fl-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

Artikolu 1

Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment stabbilit bl-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Bank") qiegħed b' dan jiġi kostitwit; dan għandu jwettaq il-funzjonijiet u l-attivitajiet tiegħu skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u dan l-Istatut.

Artikolu 2

Il-kompitu tal-Bank għandu jkun dak definit fl-Artikolu 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Skond l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri huma l-membri tal-Bank.

Artikolu 4

1. Il-kapital tal-Bank għandu jkun ta' EUR 232392989000, sottoskritti mill-Istati Membri kif ġej:

Ġermanja | 37578019000 |

Franza | 37578019000 |

Italja | 37578019000 |

Renju Unit | 37578019000 |

Spanja | 22546811500 |

Belġju | 10416365500 |

Olanda | 10416365500 |

Svezja | 6910226000 |

Danimarka | 5274105000 |

Awstrija | 5170732500 |

Polonja | 4810160500 |

Finlandja | 2970783000 |

Greċja | 2825416500 |

Portugall | 1820820000 |

Repubblika Ċeka | 1774990500 |

Ungerija | 1679222000 |

Irlanda | 1318525000 |

Rumanija | 1217626000 |

Slovakkja | 604206500 |

Slovenja | 560951500 |

Bulgarija | 410217500 |

Litwanja | 351981000 |

Lussemburgu | 263707000 |

Ċipru | 258583500 |

Latvja | 214805000 |

Estonja | 165882000 |

Malta | 98429500 |

L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biss sa l-ammont tas-sehem tagħhom tal-kapital sottoskritt imma mhux imħallas.

2. L-ammissjoni ta’ membru ġdid għandu jinvolvi żieda fil-kapital sottoskritt li tkun jikkorrispondi għal kapital li jinġieb mill-membru l-ġdid.

3. Il-Bord tal-Gvernaturi jista', waqt li jaġixxi unanimament, jiddeċiedi żieda fil-kapital sottoskritt.

4. Is-sehem ta’ membru fil-kapital sottoskritt ma jistax jiġi trasferit, mirhun jew sekwestrat.

Artikolu 5

1. Il-kapital sottoskritt għandu jitħallas mill-Istati Membri sa’ 5 % ta' l-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 4(1).

2. F’każ ta’ żieda fil-kapital sottoskritt, il-Bord tal-Gvernaturi, waqt li jaġixxu unanimament, għandu jiffissa l-perċentwali li trid tiġi mħallsa u l-arranġamenti għall-ħlas. Il-ħlas f'kontanti għandu jsir esklużivament f'euro.

3. Il-Bord tad-Diretturi jista’ jeħtieġ il-ħlas tal-bilanċ tal-kapital sottoskritt, sal-limitu li jista' jkun meħtieġ sabiex il-bank jissodisfa l-obbligi tiegħu.

Kull Stat Membru għandu jagħmel dan il-ħlas a proporzjon tas-sehem tiegħu tal-kapital sottoskritt.

Artikolu 6

(ex Artikolu 8)

Il-Bank għandu jkun immexxi u amministrat minn Bord ta’ Gvernaturi, Bord tad-Diretturi u Kumitat ta’ Tmexxija.

Artikolu 7

(ex Artikolu 9)

1. Il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jkun kompost mill-Ministri innominati mill-Istati Membri.

2. Il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jistabbilixxi d-direttivi ġenerali għall-politika ta’ kreditu tal-Bank, skond l-objettivi ta' l-Unjoni. Il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jassigura li dawn id-direttivi jiġu implementati.

3. Il-Bord ta’ Gvernaturi minbarra dan għandu:

a) jiddeċiedi jekk iżidx il-kapital sottoskritt skond l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 5(2),

b) għall-finijiet ta' l-Artikolu 9(1) jiddetermina l-prinċipji applikabbli għall-operazzjoni ta' finanzjament fil-qafas tal-missjoni tal-Bank,

c) jeserċita l-poteri previsti fl-Artikoli 9 u 11 fir-rigward tal-ħatra u l-irtirar furzat tal-Membri tal-Bord tad-Diretturi u tal-Kumitati Amministrattivi, u dawk il-poteri previsti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1),

d) jiddeċiedi dwar l-għoti ta' finanzjament għal operazzjonijiet ta' investiment li għandhom jitwettqu interament jew parzjalment barra mit-territorji ta' l-Istati Membri, skond l-Artikolu 16(1),

e) japprova r-rapport annwali tal-Bord tad-Diretturi,

f) japprova l-balance sheet annwali u l-kont ta’ qligħ u telf,

g) jeżerċita s-setgħat l-oħra u l-funzjonijiet mogħtija minn dan l-Istatut,

h) japprova r-regoli tal-proċedura tal-Bank.

4. Fil-qafas tat-Trattati u ta' dan l-Istatut, il-Bord tal-Gvernaturi għandu jkun kompetenti sabiex, waqt li jaġixxi unanimament, jiddeċiedi dwar sospensjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-Bank u, jekk jinqala dan il-każ, il-likwidazzjoni tiegħu.

Artikolu 8

(ex Artikolu 10)

Ħlief fejn provdut xort' oħra f’dan l-Istatut, id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Gvernaturi għandhom jittieħdu b’maġġoranza tal-membri tiegħu. Din il-maġġoranza għandha tirrapreżenta mill-anqas 50 % tal-kapital sottoskritt.

Maġġoranza kwalifikata għandha teħtieġ tmintax-il vot favur u 68 % tal-kapital sottoskritt.

L-astensjoni mill-membri preżenti jew tar-rappreżentanti tagħhom m'għandhiex iżżomm l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet li jeħtieġu l-unanimità.

Artikolu 9

(ex Artikolu 11)

1. Il-Bord tad-Diretturi għandu jiddeċiedi dwar l-għoti ta' finanzjament, speċjalment fil-forma ta' self jew garanziji u faċilitajiet ta' self; għandu jiffissa r-rati ta' imgħax fuq self mogħti kif ukoll il-kummissjoni u piżijiet oħra. Dan jista', fuq il-bażi ta' deċiżjoni meħuda b'maġġoranza kwalifikata, jiddelega xi wħud mill-funzjonijiet tiegħu lill-Kumitat tat-Tmexxija. Għandu jiffissa l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet ta' din id-delega u għandu jissorvelja l-eżekuzzjoni tagħha.

Il-Bord tad-Diretturi għandu jassigura li l-Bank jitmexxa sewwa u għandu jassigura li l-Bank jitmexxa skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u ta' l-Istatut u d-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Bord tal-Gvernaturi.

Fit-tmiem tas-sena finanzjarja, il-Bord tad- Diretturi għandu jippreżenta rapport lil Bord ta’ Gvernaturi u jippubblikah meta dan ikun approvat.

2. Il-Bord tad-Diretturi għandu jikkonsisti minn tmienja u għoxrin direttur u tmintax-il direttur alternat.

Id-Diretturi għandhom jinħatru mill-Bord ta' Gvernaturi għal ħames snin, wieħed innominat minn kull Stat Membru, u wieħed innominat mill-Kummissjoni.

Id-diretturi alternati għandhom jiġu maħtura mill-Bord tal-Gvernaturi għal ħames snin kif jidher hawn taħt:

- żewġ diretturi alternati nominati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

- żewġ diretturi alternati nominati mir-Repubblika Franċiza,

- żewġ diretturi alternati nominati mir-Repubblika Taljana,

- diretturi alternati nominati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq,

- direttur alternat nominat bi qbil komuni bejn ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża,

- direttur alternat nominat bi qbil komuni bejn ir-Renju tal-Belġju, il-Gran Dukat tal- Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda,

- żewġ diretturi alternati nominati bi qbil komuni bejn ir-Renju tad-Danimarka, ir- Repubblika Ellenika, l-Irlanda u r-Rumanija,

- żewġ diretturi alternati nominati bi qbil komuni bejn ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja,

- tliet diretturi alternati nominati bi qbil komuni bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka,

- direttur alternat nominat mill-Kummissjoni.

Il-Bord tad-Diretturi għandu jagħżel sitt esperti li ma jivvutawx: tlieta bħala membri u tlieta bħala sostituti.

Il-ħatriet tad-Diretturi u s-sostituti ikunu jistgħu jiġġeddu.

Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi u d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-supplenti u għall-esperti maħtura b'għażla.

Il-President tal-Kumitat ta’ Tmexxija jew, fin-nuqqas tiegħu, wieħed mill-Viċi Presidenti, għandu jippresedi fuq il-laqgħat tal-Bord tad- Diretturi imma m’għandux jivvota.

Il-Membri tal-Bord tad- Diretturi għandhom jintgħażlu minn fost persuni li l-independenza u l-kompetenza tagħhom jkunu mingħajr ebda dubbju; huma għandhom ikunu responsabbli biss lejn il-Bank.

3. Direttur jista' jkun obbligat li jirtira mill-Bord ta’ Gvernaturi biss jekk dan ma jkunx jissodisfa aktar il-kondizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tiegħu; il-Bord għandi jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata.

Jekk ir-rapport annwali ma jkunx approvat, il-Bord tad- Diretturi għandu jirreżenja.

4. Kull post battal li jirriżulta bħala riżultat ta' mewt, riżenja voluntarja, irtirar obbligatorju jew riżenja kollettiva għandu jimtela skond il-paragrafu 2. Membru għandu jiġi sostitwit għal bqija tat-terminu tal-mandat tiegħu, ħlief meta l-Bord tad- Diretturi jkun qed jiġi sostitwit.

5. Il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jiddetermina r-remunerazzjoni ta’ membri tal-Bord tad- Diretturi. Il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jistabbilixxi liema attivitajiet huma inkompatibbli mad-doveri ta’ direttur jew sostitut.

Artikolu 10

(ex Artikolu 12)

1. Kull Direttur għandu jkollu vot wieħed fuq il-Bord tad-Diretturi. Huwa jista' jiddelega dan il-vot fil-każijiet kollha, skond il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tal-bank.

2. Ħlief fejn provdut xort'oħra f'dan l-Istatut, id-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi għandhom jittieħdu minn ta' l-anqas terz (1/3) tal-membri li jistgħu jivvotaw u li jirrappreżentaw mill-anqas ħamsin fil-mija (50 %) tal-kapital sottoskritt. Maġġoranza kwalifikata għandha teħtieġ tmintax (18)-il vot favur u tmienja w sittin fil-mija (68 %) tal-kapital sottoskritt. Ir-regoli ta' proċedura tal-Bank għandhom jistipulaw il-quorum meħtieġ sabiex id-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi jkunu validi.

Artikolu 11

(ex Artikolu 13)

1. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun jikkonsisti fi President u tmien Vici-Presidenti maħtura għal sitt snin mill-Bord ta' Gvernaturi fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi. Il-ħatriet tagħhom għandhom ikunu rinnovabbli.

Il-Bord tal-Gvernaturi, waqt li jaġixxi unanimament, jista’ jvarja n-numru tal-membri fuq il-Kumitat Amministrattiv.

2. Fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi addottata b’maġġoranza kkwalifikata, il-Bord ta’ Gvernaturi jista', waqt li jaġixxi da parti tiegħu b’maġġoranza kkwalifikata, jobbliga l-irtirar ta’ membru tal-Kumitat ta' Tmexxija.

3. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jkun responsabbli għan-negozju kurrenti tal-Bank, taħt l-awtorità tal-President u s-sorveljanza tal-Bord tad-Diretturi.

Għandu jipprepara d-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi, partikolarment deċiżjonijiet dwar il-konkluzjoni ta’ self u l-għoti ta' finanzjament, b'mod partikolari fil-forma ta' self u garanziji; għandu jassigura li dawn id-deċiżjonijiet ikunu implementati.

4. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jaġixxi b’maġġoranza meta jwassal l-opinjonijiet tiegħu dwar proposti dwar konkluzjonijiet ta' self u ta' għoti ta' finanzjament, b'mod partikolari fil-forma ta' self u ta' garanziji.

5. Il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jiddetermina r-remunerazzjoni ta’ membri tal-Kumitat ta' Tmexxija u għandu jistabbilixxi liema attivitajiet huma inkompattibli mad-doveri tagħhom.

6. Il-President jew, jekk ma jkunx jista', Viċi-President, għandu jirrapreżenta lill-Bank f’materji ġudizzjarji u materji oħrajn.

7. Il-membri tal-persunal oħrajn tal-Bank għandhom ikunu taħt l-awtorità tal-President. Huma għandhom ikunu maħtura u rilaxxati minnu. Fl-għażla ta’ l-impjegati, għandu jittieħed kont mhux biss tal-kapaċità u l-kwalifiki personali imma wkoll ta’ rappreżentazjoni ekwa ta’ ċittadini ta’ Stati Membri. Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jistabbilixxu liema organu jkun kompetenti sabiex jadotta d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-persunal.

8. Il-Kumitat ta' Tmexxija u l-impjegati tal-Bank għandhom ikunu responsabbli biss lejn il-Bank u għandhom ikunu kompletament independenti fit-twettiq tad-doveri tagħhom.

Artikolu 12

(ex Artikolu 14)

1. Kumitat kompost minn sitt membri, maħtur fuq il-bażi tal-kompetenza tagħhom mill-Bord ta’ Gvernaturi, għandu jivverifika li l-attivitajiet tal-Bank ikunu konformi ma' l-aħjar prattika bankarja u għandu jkun responsabbli mill-verifika tal-kontijiet tal-Bank.

2. Il-Kumitat previst fil-paragrafu 1 għandu, kull sena, jassigura li l-operazzjonijiet tal-Bank tmexxew sew u l-kotba tiegħu nżammu b'mod xieraq. Għal dan l-għan, għandu jivverifika li l-operazzjonijiet tal-Bank saru skond il-formalitajiet u l-proċeduri previsti minn dan l-Istatut u r-Regoli ta' Proċedura.

3. Il-Kumitat previst fil-paragrafu 1 għandu jikkonferma li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll kull informazzjoni finanzjarja oħra fil-kontijiet annwali mogħtija mill-Bord tad-Diretturi, jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Bank f'dak li jirrigwarda l-kapital u d-djun tiegħu, u f'dak li jirrigwarda r-riżultati ta' l-operazzjonijiet tiegħu u l-cash flows għas-sena finanzjarja konċernata.

4. Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jispeċifikaw il-kwalifiki meħtieġa għall-membri tal-Kumitat u jistabbilixxu l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet għall-attività tal-Kumitat.

Artikolu 13

(ex Artikolu 15)

Il-Bank għandu jitratta ma' kull Stat Membru permezz ta’ l-awtorità innominata minn dak l-Istat. Fit-twettiq ta’ l-operazzjonijiet finanzjari il-Bank għandu jkollu rikors għall-bank ċentrali nazzjonali ta’ l-Istat Membru kkonċernat jew għal istituzzjonijiet finanzjarji oħra approvati minn dak l-Istat.

Artikolu 14

(ex Artikolu 16)

1. Il-Bank għandu jikkopera ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha li huma attivi f’oqsma simili għal dawk tiegħu.

2. Il-Bank għandu jfittex li jistabbilixxi kuntatti kollha xierqa fl-interessi ta’ koperazjoni ma' istituzzjonijiet bankarji u finanzjarji fil-pajjiżi li għalihom jestendu l-operazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 15

(ex Artikolu 17)

Fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, jew fuq l-inizjattivà tiegħu stess, il-Bord ta’ Gvernaturi għandu, skond l-istess dispożizzjonijiet li jirregolaw l-adozzjoni tagħhom, jinterpreta jew jissuplimenta d-direttivi stabbiliti minnu permezz ta’ Artikolu 7 ta’ dan l-Istatut.

Artikolu 16

(ex Artikolu 18)

1. Fil-qafas tal-kompitu stabbilit fl-Artikolu 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Bank għandu jagħti finanzjamenti, b'mod partikolari fil-forma ta' self u ta' garanziji lill-membri tiegħu jew lill-impriżi privati jew pubbliċi għal investiment li għandhom jitwettqu fit-territorji ta’ Stati Membri, sal-limitu li l-fondi ma jkunux disponibbli minn fonti oħrajn b’termini raġjonevoli.

Madanakollu b'deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata tal-Bord ta' Gvernaturi, fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi, il-Bank jista' jagħti finanzjament għal investimenti, kompletament jew in parti, barra t-territorji Ewropej ta’ Stati Membri.

2. Sakemm ikun possibli, self għandu jingħata biss bil-kondizzjoni li fonti oħrajn ta’ finanzjament ikunu wkoll użati.

3. Meta jingħata self lil impriża jew korp barra Stat Membru, il-Bank għandu jagħmel is-self kondizzjonali jew fuq garanzija mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettaq l-investiment jew fuq garanziji adegwati oħra, jew fuq il-pożizzjoni finanzjarja soda tad-debitur.

Barra minn hekk, skond il-prinċipji stabbiliti mill-Bord ta' Gvernaturi skond l-Artikolu 7(3)(b) u meta l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea tkun teħtieġ, il-Bord tad-Diretturi għandu, b'maġġoranza kwalifikata, jistabbilixxi l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet ta' kull operazzjoni finanzjarja li fiha riskju speċifiku u li b'hekk tkun ikkunsidrata bħala attività speċjali.

4. Il-Bank jista' jiggarantixxi self ikkuntrattat minn impriżi pubbliċi jew privati jew korpi oħra bl-għan li jitwettqu proġetti previsti fl-Artikolu 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

5. L-ammont totali ta' self u garanziji mogħti mill-Bank m'għandux jaqbeż il-250 % tal-kapital sottoskritt, tar-riservi, ta' l-ammonti mhux allokati u ta' l-eċċess fil-kont ta' qligħ u telf tiegħu. Dan l-ammont totali għandu jitnaqqas b'ammont daqs l-ammont sottoskritt,imħallas jew mhux, ta' kull parteċipazzjoni fil-kapital mill-Bank.

L-ammont tal-parteċipazzjonijiet fil-kapital imħallsa mill-Bank m'għandu qatt jaqbeż l-ammont imħallas tal-kapital sottoskritt, tar-riżervi tiegħu, ta' l-ammonti mhux allokati u ta' l-eċċess fil-kont ta' qligħ u telf.

B'eċċezzjoni għal dan, għall-attivitajiet speċjali tal-Bank, kif deċiżi mill-Bord ta' Gvernaturi u l-Bord tad-Diretturi skond il-paragrafu 3 għandu jkun hemm allokazzjoni speċifika ta' riżerva.

Dan il-paragrafu japplika wkoll għall-kontijiet konsolidati tal-Bank.

6. Il-Bank għandu jipprotieġi lilu nnifsu kontra riskji ta’ kambju billi jinkludi f’kuntratti għal self u garanziji dawk il-klawsoli li hu jikkunsidra xierqa.

Artikolu 17

(ex Artikolu 19)

1. Rati ta’ imgħax fuq self li li għandhom jingħataw mill-Bank u l- kummissjoni u piżijiet oħra għandhom ikunu aġġustati għall-kondizzjonijiet prevalenti fis-suq kapitali u għandhom jiġu kkalkolati b’tali mod li d-dħul li jkun iġġenerat minnhom għandu jippermetti li l-Bank jissodisfa l-obbligi tiegħu, sabiex ikopri l-ispejjeż tiegħu u r-riskji u jibni fond ta’ riserva kif previst fl-Artikolu 22.

2. Il-Bank m'għandu jagħti ebda tnaqqis fir-rati ta’ l-imgħax. Meta tnaqqis fir-rata ta’ l-imgħax jidher mixtieq in vista tan-natura ta' l-investiment li għandu jkun iffinanzjat, l-Istat Membri kkonċernat jew xi aġenzija oħra jistgħu jgħinu l-pagamenti ta’ imgħax safejn dan ikunu kompattibli ma' l-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

(ex Artikolu 20)

Fl-operazzjoni tiegħu dwar finanzjament, il-Bank għandu josserva dawn il-prinċipji:

1. Għandu jassigura li l-fondi tiegħu ikunu wżati b'mod razzjonali kemm jista' jkun fl-interessi ta' l-Unjoni.

Jista' jagħti self jew garanziji biss:

a) meta, fil-każ ta' investimenti mwettqa minn impriżi fis-settur tal-produzzjoni, jew fil-każ ta' investimenti oħra pagamenti ta’ imgħax u amortizzazzjoni jkunu koperti mill-profitti ta' l-operat jew, f’każijiet oħrajn, jew b’impenn li jidħol għalih l-Istat li fih jitwettaq l-investiment, u,

b) meta l-eżekuzzjoni ta' l-investiment tikkontribwixxi għal żieda fil-produttività ekonomika in ġenerali u tippromwovi l-kisba tas-suq komuni.

2. Hu m’għandu la jakkwista interess f' impriża u lanqas jassumi xi responsabbilità fit-tmexxija tagħha sakemm dan ma jkunx meħtieġ sabiex jissalvagwarda d-drittijiet tal-Bank sabiex jiżgura l-irkupru ta' fondi mislufa.

Madankollu, taħt il-prinċipji stabbiliti mill-Bord ta' Gvernaturi skond l-Artikolu 7(3)(b), jekk l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet previsti fl-Artikolu 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea hekk teħtieġ, il-Bord tad-Diretturi għandu, b'maġġoranza kwalifikata, jistabbilixxi l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-kapital ta' intrapriża kummerċjali, normalment bħala komplement għal self jew garanzija, sakemm dan ikun meħtieġ sabiex jiġi ffinanzjat investiment jew programm.

3. Jista' jiddisponi mill-pretensjonijiet tiegħu fis-suq kapitali u jista', b'dan l-għan, jeħtieġ li d-debituri tiegħu joħorġu bonds jew sigurtajiet oħra.

4. La l-Bank u lanqas l-Istati Membri m’għandhom jimponu kondizzjonijiet li jeħtieġu li fondi mislufa mill-Bank jintefqu fi Stat Membru speċifikat.

5. Il-Bank jista' jagħmel is-self tiegħu kondizzjonali fuq li jkunu organizzati stediniet internazzjonali għal offerti.

6. Il-Bank m’għandux jiffinanzja, kompletament jew in parti, xi investiment li jopponi għalih l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sejjer jiġi mwettaq.

7. Bħala komplement għall-attività ta' self tiegħu, il-Bank jista' jipprovdi servizzi ta' għajnuna teknika skond il-modalitajiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Bord ta' Gvernaturi, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, u konformement ma' dan l-Istatut.

Artikolu 19

(ex Artikolu 21)

1. Kull intrapriża jew entità pubblika jew privata tista' tapplika għal finanzjament direttament mingħand il-Bank. Applikazzjonijiet lill-Bank jistgħu jsiru wkoll jew permezz tal-Kummissjoni jew permezz ta' Stat Membru li fuq it-territorju tiegħu jkun ser isir l-investiment.

2. Applikazzjonijiet magħmula permezz tal-Kummissjoni għandhom jiġu preżentati għall-opinjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-investiment ikun sejjer jitwettaq. Applikazzjonijiet magħmula permezz ta’ Stat Membru għandhom jiġu preżentati lill-Kummissjoni għal opinjoni. Applikazzjonijiet magħmula direttament minn impriża għandhom jiġu preżentati lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Kummissjoni.

L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-opinjonijiet tagħhom fi żmien xahrejn. Jekk ma jirċievi l-ebda tweġiba f'dan il-perjodu, il-Bank jista' jassumi li ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni għal proġett in kwistjoni.

3. Il-Bord tad-Diretturi għandu jirregola fuq operazzjonijiet ta' finanzjament preżentati lilu mill-Kumitat ta' Tmexxija.

4. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jeżamina jekk l-operazzjonijiet ta' finanzjament kif preżentati lilu jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Istatut, b'mod partikolari ma' l-Artikolu 16 u 18. Meta l-Kumitat ta' Tmexxija jkun favur il-finanzjament, għandu jippreżenta l-proposta kkonċernata lill-Bord tad-Diretturi; il-Kumitat jista' jagħmel l-opinjoni favorevoli tiegħu suġġetta għal dawn il-kondizzjonijiet li hu jikkonsidra essenzjali. Meta l-Kumitat ta' Tmexxija jkun kontra l-għoti ta’ finanzjament, għandu jippreżenta d-dokumenti rilevanti flimkien ma' l-opinjoni tiegħu lill-Bord tad-Diretturi.

5. Meta l-Kumitat ta' Tmexxija jagħti opinjoni sfavorevoli, il-Bord tad-Diretturi ma jistax jagħti l-finanzjament konċernat sakemm id-deċiżjoni tiegħu ma tkunx unanima.

6. Meta l-Kummissjoni tagħti opinjoni sfavorevoli, il-Bord tad-Diretturi ma jistax jagħti l-finanzjament konċernat sakemm id-deċiżjoni tiegħu ma tkunx unanima, u d-direttur innominat mill-Kummissjoni jastjeni.

7. Meta kemm il-Kumitat ta' Tmexxija kif ukoll il-Kummissjoni jagħtu opinjoni sfavorevoli, il-Bord tad-Diretturi ma jistax jagħti l-finanzjament.

8. Meta operazzjoni ta' finanzjament li għandha x'taqsam ma' investiment approvat trid tiġi ristrutturata sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet u l-interessi tal-Bank, il-Kumitat ta' Tmexxija għandu bla telf ta' żmien jieħu l-miżuri ta' emerġenza li jidhrulu xierqa, u għandu jirrapporta dan minnufih lill-Bord tad-Diretturi.

Artikolu 20

(ex Artikolu 22)

1. Il-Bank għandu jissellef minn fuq is-swieq kapitali l-fondi neċessarji għat-twettiq tad-doveri tiegħu.

2. Il-Bank jista' jissellef fis-swieq tal-kapital ta' l-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet legali li japplikaw għal dawk is-swieq.

L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li jkollhom deroga fit-tifsira ta' l-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistgħu jopponu dan biss jekk ikun hemm biża' ta' disturbi serji fis-suq tal-kapital ta' dak l-Istat.

Artikolu 21

(ex Artikolu 23)

1. Il-Bank jista' juża' l-fondi disponibbli li hu ma jeħtieġx immedjetament sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu bil-modi li ġejjin:

a) jista' jinvesti fi swieq monetarji;

b) jista', suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18(2), jixtri u jbiegħ sigurtajiet;

c) jista' jwettaq kull operazzjoni finanzjarja oħrajn marbuta ma' l-objettivi tiegħu.

2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 23, il-Bank m’għandux, fl-amministrazzjoni ta’ l-investimenti tiegħu, jinvolvi ruħu f’arbitraġġ tal-munita li ma jkunx direttament meħtieġ fit-twettiq ta' l-operazzjonijiet tiegħu ta’ self jew li jissodisfa impenni li joriġinaw minn self jew garanziji mogħtija minnu.

3. Il-Bank għandu, fl-oqsma koperti minn dan l-Artikolu, jaġixxi bi ftehim ma' l-awtoritajiet kompetenti jew mal-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 22

(ex Artikolu 24)

1. Fond ta’ riserva sa 10 % tal-kapital sottoskritt għandu jinbena progressivament. Jekk l-istat tal-passiv tal-Bank jiġġustifika hekk, il-Bord tad-Diretturi jista' jiddeċiedi li jwarrab riservi addizzjonali. Sa dak iż-żmien li l-fond ta’ riserva jkun inbena kompletament, dan għandu jiġi fornut minn:

a) imgħax li jidħol minn self mogħti mill-Bank fuq somom li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri skond l-Artikolu 5;

b) imgħax li jidħol minn self mogħti mill-Bank minn fondi derivati mill-ħlas lura ta’ self imsemmi fil-punt (a);

safejn dan id-dħul m' huwiex meħtieġ sabiex jissodisfa l-obbligi tal-Bank jew ikopri l-ispejjeż tiegħu.

2. Ir-riżorsi tal-fond ta’ riserva għandhom ikunu hekk investiti li jkunu disponibbli fi kwalunkwe ħin sabiex jissodisfaw l-għan ta’ dan il-fond.

Artikolu 23

(ex Artikolu 25)

1. Il-Bank għandu fil-ħinijiet kollha jkun intitolat li jitrasferixxi l-assi tiegħu fil-munita ta’ Stat Membru wieħed li l-munita tiegħu mhijiex l-euro sabiex iwettaq l-operazzjonijiet finanzjarji li jikkorrispondu għad-dmir stabilit fl-Artikolu 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 21 ta’ dan l-Istatut. Il-Bank għandu, sa fejn ikun possibli, jevita li jagħmel dawn it-trasferimenti jekk ikollu flus jew assi likwidi fil-munita meħtieġa.

2. Il-Bank ma jistax jikkonverti l-assi tiegħu fil-munita ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għall-munita ta’ pajjiż terz mingħajr il-kunsens ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

3. Il-Bank jista' liberament jiddisponi minn dik il-parti tal-kapital li tkun imħallsa u minn kull munita mislufa fuq is-swieq barra l-Unjoni.

4. L-Istati Membri jintrabtu li jagħmlu disponibbli għad-debituri tal-Bank il-munita meħtieġa sabiex iħallsu lura l-kapital u jħallsu l-imgħax fuq self jew kommissjoni mogħtija mill-Bank għal investimenti li għandhom jitwettqu fit-territorju tagħhom.

Artikolu 24

(ex Artikolu 26)

Jekk Stat Membru jonqos milli jissodisfa l-obbligi ta’ sħubija li joriġinaw minn dan l-Istatut, b'mod partikolari l-obbligu li jħallas is-sehem tiegħu tal-kapital sottoskritt, jew li jgħin is-self tiegħu, l-għoti ta’ self jew garanziji lil dak l-Istat Membru jew liċ-ċittadini tiegħu jista' jkun sospiż b’deċiżjoni tal-Bord ta’ Gvernaturi, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata.

Din id-deċiżjoni ma għandha teħles la lill-Istat u lanqas liċ-ċittadini tiegħu mill-obbligi tagħhom lejn il-Bank.

Artikolu 25

(ex Artikolu 27)

1. Jekk il-Bord ta’ Gvernaturi jiddeċiedi li jissospendi l-operazzjonijiet tal-Bank, l-attivitajiet kollha tiegħu għandhom jieqfu minnufih, ħlief dawk meħtieġa sabiex jassiguraw ir-realizzazzjoni, l-protezzjoni u l-preservazzjoni ta’ l-assi tiegħu u t-twettiq tar-responsabbilltajiet tiegħu.

2. Fil-każ ta’ likwidazzjoni, il-Bord ta’ Gvernaturi għandu jaħtar il-likwidaturi u jagħtihom istruzzjonijiet sabiex iwettqu l-likwidazzjoni. Għandu jassigura li d-drittijiet tal-persunal jiġu mħarsa.

Artikolu 26

(ex Artikolu 28)

1. F’kull wieħed mill-Istati Membri, il-Bank għandu jgawdi l-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet tagħhom; hu jista', b'mod partikolari, jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u jista' jkun parti minn proċeduri legali.

2. Il-proprjetà tal-Bank għandha tkun eżentata minn kull forma ta’ rekwiżizzjoni jew esproprjazzjoni.

Artikolu 27

(ex Artikolu 29)

Kwestjonijiet bejn il-Bank minn naħa waħda, u l-kredituri tiegħu, id-debituri jew xi persuna oħra minn naħa l-oħra, għandhom jiġu deċiżi mill-qrati nazzjonali kompetenti, ħlief meta l-ġurisdizzjoni tkun għaddiet lill-Qorti ta’ Ġustizja ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Bank, f'kuntratt, jista' jipprevedi proċedura ta' arbitraġġ.

Il-Bank għandu jkollu indirizz f’kull Stat Membru. Jista', madanakollu, f’kull kuntratt, jispeċifika indirizz partikolari għal servizz jew jipprovdi għal arbitraġġ.

Il-proprjetà u l-assi tal-Bank ma jistgħux ikunu suġġetti għal sekwestru jew qbid bħala eżekuzzjoni ħlief b’deċiżjoni ta’ qorti.

Artikolu 28

(ex Artikolu 30)

1. Il-Bord ta' Gvernaturi jista', b'mod unanimu, jiddeċiedi li jistabbilixxi sussidjarji jew entitajiet oħra li għandu jkollhom personalità ġuridika u awtonomija finanzjarja.

2. Il-Bord ta' Gvernaturi għandu jadotta l-istatut tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 b'unanimità. L-istatut għandu jiddefinixxi, b'mod partikolari, l-objettivi, l-istruttura, il-kapital, is-sħubija, is-sede, ir-riżorsi finanzjarji, il-mezzi ta' intervenzjoni, l-arranġamenti ta' verifika kif ukoll ir-relazzjoni tagħhom ma' l-organi tal-Bank.

3. Il-Bank għandu l-kompetenza li jieħu sehem fit-tmexxija ta' dawn il-korpi u jikkontribwixxi għall-kapital sottoskritt tagħhom sa ammont determinat mill-Bord tal-Gvernaturi, li jaġixxi b'mod unanimu.

4. Il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-korpi previsti fil-paragrafu 1, sakemm dawn ikunu inkorporati taħt il-liġi ta' l-Unjoni, għall-membri ta' l-organi tagħhom fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom bħala tali u għall-persunal tagħhom bil-modalitajiet u kondizzjonijiet identiċi għal dawk li japplikaw għall-Bank.

Dawk id-dividendi, il-qligħ kapitali jew forom oħra ta' dħul li jiġu minn dawn il-korpi li għalihom huma intitolati l-membri, minbarra l-Unjoni Ewropea u l-Bank, għandhom madankollu jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet fiskali tal-leġislazzjoni applikabbli.

5. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza, fil-limiti stabbiliti hawn taħt, li tisma' kwistjonijiet dwar miżuri adottati minn organi ta' xi korp suġġett għad-dritt ta' l-Unjoni. Ir-rikorsi kontra dawn il-miżuri jistgħu jitressqu minn kull membru ta' tali korp fil-kapacità tiegħu bħala tali jew mill-Istati Membri skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

6. Il-Bord ta' Gvernaturi jista', b'mod unanimu, jiddeċiedi li jdaħħal persunal ta' korpi suġġetti għad-dritt ta' l-Unjoni fi skemi konġunti mal-Bank, f'rispett tal-proċeduri interni rispettivi.

PROTOKOLL (Nru 6)

DWAR IL-LOKALITÀ TAS-SEDE TA' L-ISTITUZZJONIJIET U TA’ ĊERTI ORGANI, KORPI U DIPARTIMENTI TA' L-UNJONI EWROPEA

WARA LI KKUNSIDRAW l-Artikolu 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

WAQT LI JFAKKRU U JIKKONFERMAW id-Deċiżjoni tat- 8 ta’April 1965, u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw is-sede ta’ istituzzjonijiet, organi, korpi u dipartimenti futuri,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

Artikolu Uniku

a) Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu fejn it-tnax-il perijodu tas-sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar, inkluża s-sessjoni tal-baġit, għandhom jinżammu. Il-perjodi tas-sessjonijiet plenarji addizzjonali għandhom jinżammu fi Brussell. Il-kumitati tal-Parlament Ewropew għandhom jiltaqgħu fi Brussell. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew u d-dipartimenti tiegħu għandhom jibqgħu fil-Lussemburgu.

b) Il-Kunsill għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell. Matul ix-xhur ta’ April, Ġunju u Ottubru, il-Kunsill għandu jżomm il-laqgħat tiegħu fil-Lussemburgu.

c) Il-Kummissjoni għandha jkollha s-sede tagħha fi Brussell. Id-dipartimenti elenkati fl-Artikoli 7, 8 u 9 tad-Deċiżjoni tat- 8 ta’April 1965 għandhom ikunu stabbiliti fil-Lussemburgu.

d) Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha jkollha s-sede tagħha fil-Lussemburgu.

e) Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha jkollha s-sede tagħha fil-Lussemburgu.

f) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell.

g) l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell.

h) l-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandu jkollu s-sede tiegħu fil-Lussemburgu.

i) l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkollu is-sede tiegħu fi Frankfurt.

j) L-Uffiċju tal-Pulizija Ewropea (Europol) għandu jkollu s-sede tiegħu fl-Aja.

PROTOKOLL (Nru 7)

DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TA' L-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT LI KKUNSIDRAW li, skond l-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (KEEA), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji ta’ l-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħhom,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea ta' l-Enerġija Atomika:

KAPITOLU I

PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U ĦIDMIET TA' L-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

Il-postijiet u l-bini ta' l-Unjoni ikunu invjolabbli. Ikunu eżenti minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi ta' l-Unjoni ma jkunu suġġetti għal ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji ta' l-Unjoni ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

L-Unjoni, l-assi, id-dħul finanzjarju u proprjetà oħra tagħha ikunu eżenti minn kull taxxa diretta.

Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri għandhom, kull meta possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jirrinunzjaw għal jew iħallsu lura l-ammont ta’ taxxi indiretti jew taxxi fuq il-bejgħ inklużi fil-prezz ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xirjiet sostanzjali li l-prezz tagħhom ikun jinkludi taxxi ta’ din ix-xorta. Dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw, madankollu, b' mod li jkollhom l-effett li jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni.

L-ebda eżenzjoni m’għandha tingħata għar-rigward ta’ taxxi u ammonti dovuti li jkunu biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika.

Artikolu 4

L-Unjoni tkun eżenti mid-dazji kollha tad-dwana, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti intiżi għall-użu uffiċjali tagħhom; ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti hekk importati, sew bi ħlas sew bla ħlas, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief taħt kondizzjonijiet approvati mill-Gvern ta’ dak il-pajjiż.

L-Unjoni tkun ukoll eżenti minn kull dazju tad-dwana u minn kull projbizzjoni u restrizzjoni fuq importazzjonijiet u esportazzjonijiet għar-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER

Artikolu 5

(ex Artikolu 6)

Għall-komunikazzjonijiet uffiċċjali u t-trasmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni igawdu fit-territorju ta’ kull Stat Membru it-trattament mogħti minn dak l-Istat lil missjonijiet diplomatiċi.

Korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra ta’ l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni ma jkunux suġġetti għal ċensura.

Artikolu 6

(ex Artikolu 7)

Laissez-passer f’għamla li tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, li għandhom ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti validi ta’ l-ivvjaġġar mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, jistgħu jinħarġu lill-membri u lill-impjegati ta’ l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni mill-Presidenti ta’ dawn l-istituzzjonijiet. Dawn il-laissez-passer għandhom jinħarġu lill-uffiċjali u lill-impjegati oħra taħt kondizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti dwar il-Persunal ta’ l-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ impjegati oħra ta' l-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kull ftehim sabiex dawn il-laissez-passer ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti validi għall-ivvjaġġar fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.

KAPITOLU III

MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 7

(ex Artikolu 8)

M’għandha tiġi imposta ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta’ xort’oħra fuq il-moviment liberu ta’ membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward ta’ dwana u kontroll fuq il-kambju, jingħataw:

a) mill-Gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali għolja li jkunu qed jivvjaġġaw barra mill-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

b) mill-Gvernijiet ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta’ Gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 8

(ex Artikolu 9)

Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 9

(ex Artikolu 10)

Waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-membri tiegħu, għandhom igawdu:

a) fit-territorju ta’ l-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;

b) fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċeduri legali.

L-immunità bl-istess mod tkun tgħodd għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew.

L-immunità ma tistax tintalab meta membru jinqabad fil-fatt ta’ reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja għall-immunità ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu.

KAPITOLU IV

RAPPREŻENTANTI TA’ STATI MEMBRI LI JKUNU QED JIEĦDU SEHEM FIL-ĦIDMA TA’ L-ISTITUZZJONIJIET TA' L-UNJONI EWROPEA

Artikolu 10

(ex Artikolu 11)

Rappreżentanti ta’ Stati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma ta’ l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi tad-doveri tagħhom u waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post tal-laqgħa jgawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet konswetudinarji.

Dan l-Artikolu japplika wkoll għal membri ta’ korpi ta’ konsulenza ta' l-Unjoni.

KAPITOLU V

UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRA TA' L-UNJONI EWROPEA

Artikolu 11

(ex Artikolu 12)

Fit-terrritorju ta’ kull Stat Membru u tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, uffiċjali u impjegati oħra ta' l-Unjoni:

a) mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li għandhom x’jaqsmu, min-naħa l-waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ uffiċjali u impjegati oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward ta’ atti magħmulin minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inklużi kliem li jkunu qalu jew kitbu. Ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu temmew il-kariga tagħhom;

b) flimkien mal-konjuġi tagħhom u membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma jkunux suġġetti għal restrizzjonijiet fl-immigrazzjoni jew għal formalitajiet fir-reġistrazzjoni ta’ frustieri;

c) fir-rigward ta’ regolamenti dwar il-valuta jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet bħal ma s-soltu jingħataw lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

d) igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba f’dak il-pajjiż u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu d-doveri tagħhom f’dak il-pajjiż, mingħajr preġudizzju, f’kull każ, għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż, fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat;

e) ikollhom id-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju karrozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma jkollhom ċittadinanza skond il-pattijiet viġenti fis-suq lokali ta’ dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, mingħajr preġudizzju f’kull każ għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern ta’ dak il-pajjiż.

Artikolu 12

(ex Artikolu 13)

L-uffiċjali u impjegati oħra ta' l-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għal taxxa għall-benefiċċju ta' l-Unjoni fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, skond il-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni ma' l-istituzzjonijiet konċernati.

Ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Unjoni.

Artikolu 13

(ex Artikolu 14)

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni u fl-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja magħmulin bejn Stati Membri ta' l-Unjoni, uffiċjali u impjegati oħra ta' l-Unjoni li, unikament minħabba fil-qadi tad-doveri tagħhom fis-servizz ta' l-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż ta’ domiċilju tagħhom għal finijiet ta’ taxxa, meta jidħlu fis-servizz ta' l-Unjoni, jiġu kunsidrati, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom sew fil-pajjiż tad-domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, bħala li jkunu żammew id-domiċilju tagħhom f’dan l-aħħar pajjiż basta li dan ikun membru ta' l-Unjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għall-konjuġi, safejn il-konjuġi ma jkollux jew ma jkollhiex separatament xi okkupazzjoni bi qligħ, u għal ulied dipendenti fuq u taħt ir-responsabbiltà tal-persuni msemmija f’dan l-Artikolu.

Il-proprjetà mobbli, li tappartjeni lil persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qegħdin joqgħodu, tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f’dak il-pajjiż; dik il-proprjetà għandha, għall-kalkolu ta’ dik it-taxxa, tiġi meqjusa bħala li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli ta’ provvedimenti ta’ konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-tassazzjoni doppja.

Kull domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra m’għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 14

(ex Artikolu 15)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni ma' l-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għall-impjegati l-oħra ta' l-Unjoni.

Artikolu 15

(ex Artikolu 16)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti, għandhom jistabbilixxu l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra ta' l-Unjoni li għalihom id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11, tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12, u ta' l-Artikolu 13 għandhom japplikaw, kollha kemm huma jew f’parti minnhom.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi ta’ uffiċjali u impjegati oħra mdaħħla f’dawk il-kategoriji għandhom jiġu komunikati perjodikament lill-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri.

KAPITOLU VI

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TA’ MISSJONIJIET TA’ PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 16

(ex Artikolu 17)

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni ikollha s-sede tagħha għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi konswetudinarji lil missjonijiet ta’ pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17

(ex Artikolu 18)

Privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet jingħataw lill-uffiċjali u l-impjegati oħra ta' l-Unjoni unikament fl-interessi ta' l-Unjoni.

Kull istituzzjoni ta' l-Unjoni tkun meħtieġa li tirrinunzja għall-immunità mogħtija lil xi uffiċjal jew impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni jidhrilha li r-rinunzja għal dik l-immunità ma tkunx kontra l-interessi ta' l-Unjoni.

Artikolu 18

(ex Artikolu 19)

L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni għandhom, bl-għan li jiġi applikat dan il-Protokoll, jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet responsabbli ta’ l-Istati Membri involuti.

Artikolu 19

(ex Artikolu 20)

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-President tal-Kunsill Ewropew.

Huma għandhom japplikaw ukoll għall-membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

(ex Artikolu 21)

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi u l-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immunità minn proċedimenti legali għall-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 21

(ex Artikolu 22)

Dan il-Protokoll japplika wkoll għall-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, għall-membri ta’ l-organi tiegħu, għall-persunal u r-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandu barra minn dan jiġi eżentat minn kull forma ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni ta’ xorta simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu ma’ dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew stralċ tiegħu ma għandha tagħti lok għal ebda impożizzjoni. Fl-aħħarnett, l-attivitajiet tal-Bank u ta’ l-organi tiegħu imwettqa skond l-Istatut tiegħu ma jkunux suġġetti għal xi taxxa fuq il-bejgħ.

Artikolu 22

(ex Artikolu 23)

Dan il-Protokoll għandu jkun japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri ta' l-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll fuq l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu, ukoll, ikun eżenti minn kull għamla ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' xorta simili, f’każ ta’ xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkollhom x'jaqsmu, fl-Istat fejn il-bank ikollu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-fergħat tiegħu li jaħdmu skond l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew m’għandhomx ikunu suġġetti għal xi taxxa fuq it-turnover.

PROTOKOLL (Nru 8)

DWAR L-ARTIKOLU 6(2) TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA DWAR L-ADEŻJONI TA' L-UNJONI MAL-KONVENZJONI EWROPEA GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U L-LIBERTAJIET FUNDAMENTALI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Il-ftehim dwar l-adeżjoni ta' l-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Konvenzjoni Ewropea"), previst fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandu jirrifletti l-ħtieġa li jinżammu l-karatteristiċi speċifiċi ta' l-Unjoni u tad-dritt ta' l-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta':

a) l-arranġamenti speċifiċi għall-parteċipazzjoni eventwali ta' l-Unjoni fil-korpi ta' kontroll tal-Konvenzjoni Ewropea;

b) l-mekkaniżmi meħtieġa sabiex jiġi assigurat li l-proċedimenti minn Stati mhux Membri u l-applikazzjonijiet individwali jkunu indirizzati b'mod korrett lill-Istati Membri u/jew l-Unjoni skond il-każ.

Artikolu 2

Il-ftehim previst fl-Artikolu 1 għandu jassigura li l-adeżjoni ta' l-Unjoni ma tolqotx il-kompetenzi tagħha u s-setgħat ta' l-istituzzonijiet tagħha. Għandu jassigura li xejn fih ma jolqot is-sitwazzjoni partikolari ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-Konvenzjoni Ewropea, b'mod partikulari fir-rigward tal-Protokolli tagħha, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri li jidderogaw mill-Konvenzjoni Ewropea, skond l-Artikolu 15 tagħha, u r-riservi għall-Konvenzjoni Ewropea magħmula minn Stati Membri skond l-Artikolu 57 tagħha.

Artikolu 3

Xejn fil-ftehim previst fl-Artikolu 1 m'għandu jolqot l-Artikolu 344 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

PROTOKOLL (Nru 9)

DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ARTIKOLU 16(4) TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U L-ARTIKOLU 238(2) TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA BEJN L- 1 TA' NOVEMBRU 2014 U L- 31 TA' MARZU 2017 MINN NAĦA WAĦDA, U MILL- 1 TA' APRIL 2017 MIN-NAĦA L-OĦRA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

B'KONT MEĦUD ta' l-importanza fundamentali li l-qbil dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea bejn l- 1 ta' Novembru 2014 u l- 31 ta' Marzu 2017 min-naħa l-waħda, u mill- 1 ta' April 2017 min-naħa l-oħra (minn issa 'l quddiem, "id-Deċiżjoni") fl-approvazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona,

QABLU DWAR id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu uniku

Qabel l-eżami mill-Kunsill ta' kwalunkwe abbozz li jkun jimmira jew li jemenda jew li jirrevoka d-Deċiżjoni jew kwalunkwe dispożizzjoni tagħha, jew li jemenda indirettament il-kamp ta' applikazzjoni jew it-tifsira tagħha permezz tal-modifika ta' att legali ieħor ta' l-Unjoni, il-Kunsill Ewropew għandu jwettaq deliberazzjoni preliminari dwar l-abbozz imsemmi, waqt li jaġixxi b' konsensus skond l-Artikolu 15(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

PROTOKOLL (Nru 10)

DWAR IL-KOPERAZZJONI STRUTTURATA PERMANENTI STABBILITA MILL-ARTIKOLU 42 TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WARA LI KKUNSIDRAW l-Artikolu 42(6) u l-Artikolu 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JFAKKRU li l-Unjoni tmexxi politika estera u ta' sigurtà komuni msejsa fuq il-kisba ta' konverġenza dejjem akbar ta' l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri;

FILWAQT LI JFAKKRU li l-politika ta' sigurtà u difiża komuni hija parti integrali mill-politika estera u ta' sigurtà komuni; li din tipprovdi lill-Unjoni b'kapaċità operazzjonali b'assi ċivili u militari; li l-Unjoni tista' tuża' dawn l-assi għall-missjonijiet previsti fl-Artikolu 43 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea barra mill-Unjoni għaż-żamma tal-paċi, għall-prevenzjoni ta' kunflitti u għat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali skond il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; li t-twettiq ta' dawn il-kompiti jsir billi jintużaw l-kapaċitajiet militari provduti mill-Istati Membri skond il-prinċipju ta' "ġabra waħda ta' forzi";

FILWAQT LI JFAKKRU li l-politika ta' sigurtà u difiża komuni ta' l-Unjoni ma tippreġudikax il-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u difiża ta' ċerti Stati Membri;

FILWAQT LI JFAKKRU li l-politika ta' sigurtà u difiża komuni ta' l-Unjoni tirrispetta l-obbligi taħt it-Trattat tan-Nord Atlantiku ta' dawk l-Istati Membri, li jqisu li d-difiża komuni tagħhom tkun imwettqa fl-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku, li tibqa' s-sisien tad-difiża kollettiva tal-membri tagħha, u hija kompatibbli mal-politika ta' sigurtà u difiża komuni stabbilita f'dak il-qafas;

KONVINTI li rwol aktar b'saħħtu ta' l-Unjoni fl-oqsma tas-sigurtà u tad-difiża ser jikkontribwixxi għall-vitalità ta' alleanza atlantika mġedda, skond l-arranġamenti hekk imsejħa "Berlin Plus";

DETERMINATI li jassiguraw li l-Unjoni tkun kapaċi tassumi b'mod sħiħ ir-responsabbiltajiet tagħha fi ħdan il-komunità internazzjonali;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tista' titlob l-għajnuna ta' l-Unjoni għall-implimentazzjoni urġenti ta' missjonijiet meħuda skond il-Kapitoli VI u VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li t-tisħiħ tal-politika ta' sigurtà u difiza ser jeħtieġ sforzi mill-Istati Membri fil-qasam tal-kapaċitajiet;

KONXJI li l-avvanz għal stadju ġdid fl-iżvilupp tal-politika Ewropea ta' sigurtà u difiża jinvolvi sforzi determinati mill-Istati Membri disposti;

FILWAQT LI JFAKKRU l-importanza li r-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jkun involut b'mod sħiħ fil-ħidma tal-koperazzjoni strutturata permanenti,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Il-koperazzjoni strutturata permanenti prevista fl-Artikolu 42(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandha tkun miftuħa għal kull Stat Membru li, mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, jintrabat li:

a) jipproċedi b'mod aktar intensiv sabiex jiżviluppa l-kapaċitajiet ta' difiża tiegħu, permezz ta' l-iżvilupp tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali u l-parteċipazzjoni tiegħu, fejn xieraq, fil-forzi multinazzjonali, fil-programmi prinċipali Ewropej tat-tagħmir, u fl-attività ta' l-aġenzija Ewropea fil-qasam ta' l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża, tar-riċerka, ta' l-akkwist u ta' l-armamenti (Aġenzija Ewropea tad-Difiża), u

b) jkollu l-kapaċità li jforni sa mhux aktar tard mill-2010, fuq livell nazzjonali jew bħala parti minn gruppi ta' forza multinazzjonali, unitajiet tal-ġlied immirati għall-missjonijiet pjanati, strutturati fuq il-livell tattiku bħala grupp ta' battalja, b'elementi ta' appoġġ bħat-trasport u l-loġistika, kapaċi li jwettqu l-kompiti previsti fl-Artikolu 43 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea f'perijodu ta' minn 5 sa 30 jum, b'mod partikolari b'risposta għal talbiet mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, u li jkunu jistgħu jiġu sostnuti għal perijodu inizjali ta' 30 jum li jkun jista' jiġi mtawwal għal ta' l-inqas għal 120 jum.

Artikolu 2

Sabiex jinkisbu l-objettivi previsti fl-Artikolu 1, l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-koperazzjoni strutturata permanenti għandhom jintrabtu li:

a) jikkoperaw, sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi approvati dwar il-livell ta' infiq għall-investiment f'tagħmir ta' difiża, u jirrivedu dawn l-objettivi regolarment fid-dawl taċ-ċirkostanzi tas-sigurtà u tar-responsabbiltajiet internazzjonali ta' l-Unjoni;

b) kemm jista' jkun jallinjaw l-apparat tad-difiża tagħhom ma' xulxin, b'mod partikolari billi jarmonizzaw l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet militari tagħhom, billi jiġbru flimkien u, fejn xieraq, jispeċjalizzaw il-mezzi u l-kapaċitajiet tad-difiża tagħhom, kif ukoll billi jinkoraġġixxu l-koperazzjoni fl-oqsma tat-taħriġ u l-loġistika;

c) jieħdu miżuri konkreti sabiex isaħħu d-disponibbiltà, l-interoperabbiltà, il-flessibiltà u l-kapaċità fl-insedjament tal-forzi tagħhom, b'mod partikolari billi jidentifikaw l-objettivi komuni fl-impenn ta' forzi, inkluż possibbilment ir-reviżjoni tal-proċeduri deċiżjonali nazzjonali tagħhom;

d) jaħdmu flimkien sabiex jassiguraw li jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jagħmlu tajjeb, inkluż permezz ta' approċċi multinazzjonali, u mingħajr preġudizzju għall-impenji f'dan ir-rigward fi ħdan l-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku, għan-nuqqasijiet li jidhru fil-qafas tal-"Mekkaniżmu ta' l-Iżvilupp tal-Kapaċità";

e) jieħdu sehem, fejn ikun xieraq, fl-iżvilupp ta' programmi konġunti jew Ewropej maġġuri ta' tagħmir fil-qafas ta' l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża.

Artikolu 3

L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża għandha tikkontribwixxi għall-valutazzjoni regolari tal-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri parteċipanti fir-rigward tal-kapaċitajiet, b'mod partikolari kontribuzzjonijiet magħmula skond il-kriterji li għandhom jiġu stabbiliti, fost l-oħrajn, abbażi ta' l-Artikolu 2, u għandha tirrapporta dwarhom ta' l-inqas darba fis-sena. Il-valutazzjoni tista' sservi bħala bażi għar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skond l-Artikolu 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

PROTOKOLL (Nru 11)

DWAR L-ARTIKOLU 42 TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ħtieġa li jimplimentaw kompletament id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 42, paragrafu 2, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

WAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-politika ta' l-Unjoni skond l-Artikolu 42 m’għandhiex tippreġudika il-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża ta’ xi uħud mill-Istati Membri u għandha tirrispetta l-obbligi ta’ uħud mill-Istati Membri, li jaraw id-difiża komuni tagħhom imwettqa fin-NATO, skond it-Trattat tan-Nord Atlantiku u li tkun kumpattibli mal-politika komuni għas-sigurtà u għad-difiża stabbilita f’dak il-qafas;

QABLU dwar id-dispożizzjoni li ġejja, li tkun annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

L-Unjoni Ewropea għandha tħejji, flimkien ma' l-Unjoni Ewropea tal-Punent, arranġamenti għall-koperazzjoni msaħħa bejniethom.

PROTOKOLL (Nru 12)

DWAR IL-PROĊEDURA TA' DEFIĊIT EĊĊESSIV

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

XEWQANA li jistabbilixxu d-dettalji dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv imsemmija fl-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Il-valuri ta' referenza msemmija fl-Artikolu 126(2) tat- Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea huma:

- 3 % għall-proporzjon ta' defiċit ippjanat jew attwali tal-gvern mal-prodott domestiku gross bil-prezzijiet tas-suq;

- 60 % għall-proporzjon ta' dejn tal-gvern mal-prodott domestiku gross bil-prezzijiet tas-suq.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 126 tat-Trattat imsemmi u f'dan il-Protokoll:

- gvern ifisser il-gvern in ġenerali, jiġifieri l-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali u l-fondi ta' serviżżi soċjali, ħlief għall-attivitajiet kummerċjali, kif imfisser fis-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Ekonomiċi Integrati;

- defiċit ifisser is-self nett kif imfisser fis-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Ekonomiċi Integrati;

- investiment ifisser il-formazzjoni grossa ta' kapital fiss kif definita fis-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Ekonomiċi Integrati;

- dejn ifisser dejn gross totali f'valur nominali rimanenti fl-aħħar tas-sena u konsolidat bejn u fis-setturi tal-gvern in ġenerali hekk kif imfisser fl-ewwel subinċiż.

Artikolu 3

Biex jiżguraw l-effettività tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, il-gvernijiet ta' l-Istati Membri jkunu responsabbli taħt din il-proċedura għal kull defiċit tal-gvern in ġenerali hekk kif imfisser fl-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri nazzjonali fil-qasam ta' l-estimi jirrenduhom kapaċi li jonoraw l-obbligazzjonijiet tagħhom f'dan ir-rigward kif jirriżultaw mit-Trattati. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw fil-pront u regolarment lill-Kummissjoni dwar kull defiċit ippjanat u attwali u l-livell ta' dejn tagħhom.

Artikolu 4

L-informazzjoni statistika li għandha tintuża għall-applikazjoni ta' dan il-Protokoll għandha tkun mogħtija mill-Kummissjoni.

PROTOKOLL (Nru 13)

DWAR IL-KRITERJI TA' KONVERĠENZA

XEWQANA li jistabbilixxu d-dettalji tal-kriterji ta’ konverġenza li ser imexxu l-Unjoni bid-deċiżjonijiet dwar it-tmiem tad-derogi ta' l-Istati Membri b' deroga, imsemmija fl-Artikolu 140(1) tat- Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

Artikolu 1

Il-kriterju dwar l-istabbilità tal-prezzijiet imsemmija fl-ewwel subinċiż ta' l-Artikolu 140(1) tat- Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea ifisser li l-Istat Membru jkollu grad ta' stabbilità tal-prezzijiet li jkun sostenibbli u rata medja ta' inflazzjoni, osservat fuq perjodu ta' sena qabel l-eżami, li ma teċċedix b'aktar minn medja ta’ inflazzjoni, osservata fuq perijodu ta’ sena qabel l-eżami, li ma teċċedix b’aktar minn 1.5 %, dik ta’ l-aħjar tliet Stati Membri, f'dik li hi stabbiltà fil-prezzijiet. L-inflazzjoni għandha tiġi mkejla permezz ta' indiċi ta' prezzijiet tal-konsumatur fuq bażi komparabbli, meta jiġu kkunsidrati d-differenzi fid-definizzjonijiet nazzjonali.

Artikolu 2

Il-kriterju dwar il-pożizzjoni ta' l-estimi tal-gvern imsemmija fit-tieni subinċiż ta' l-Artikolu 140(1) tat-Trattat imsemmi jfisser li filwaqt ta' l-eżami l-Istat Membru ma jkunx suġġett meta jiġi eżaminat għal deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(6) tat-Trattati li jkun hemm defiċit eċċessiv.

Artikolu 3

Il-kriterju dwar il-parteċipazzjoni f'Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea msemmi fit-tielet subinċiż ta' l-Artikolu 140(1) tat-Trattat imsemmi jfisser li Stat Membru jkun irrispetta il-marġni normali ta' fluttwazzjoni li hemm provdut dwarhom bil-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju tas-Sistema Monetarju Ewropea mingħajr tensjonijiet qawwija għal ta' l-anqas l-aħħar sentejn qabel l-eżami. Partikolarment, l-Istat Membru ma jridx ikun żvaluta r-rata bilaterali ċentrali tal-munita tiegħu kontra l-euro għall-istess perijodu.

Artikolu 4

Il-kriterju dwar il-konverġenza ta' rati ta' mgħax imsemmija fir-raba' subinċiż ta' l-Artikolu 140(1) tat-Trattat imsemmi jfisser li, Stat Membru, osservat fuq perjodu ta' sena qabel l-eżami, kellu rata ta' mgħax nominali medja għal żmien twil li ma taqbiżx b'aktar minn żewġ punti perċentwali dik, fl-aħħar mill-aħħar, tat-tliet Stati Membri li jmorru l-aħjar fl-istabbiltà tal-prezzijiet. Ir-rati ta' mgħax jitqiesu abbażi ta' titoli tal-gvern għal żmien twil jew obbligazzjonijiet komparabbli, meta jiġu kkunsidrati d-differenzi fid-definizzjonijiet nazzjonali.

Artikolu 5

L-informazzjoni statistika li għandha tiġi użata għall-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll ser tiġi mogħtija mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Il-Kunsill, li jimxi unanimament fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew jew lill-BĊE, u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu ekonomiku u finanzjarju, għandu jadotta dispozizzjonijiet adattati sabiex jiffissaw id-dettalji tal-kriterji ta' konverġenza msemmija fl-Artikolu 140 tat-Trattat imsemmi, li għandu mbagħad jieħu post dan il-Protokoll.

PROTOKOLL (Nru 14)

DWAR IL-GRUPP TA' L-EURO

BIX-XEWQA li jippromovu l-kondizzjonijiet għal tkabbir ekonomiku aktar b'saħħtu fl-Unjoni Ewropea u, għal dak il-għan, li jiżviluppaw il-koordinazzjoni dejjem iktar mill-qrib tal-politika ekonomika fiż-żona ta' l-euro,

KONXJI mill-bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali għal djalogu msaħħaħ bejn l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, sa ma l-euro tkun saret il-munita ta' l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Il-Ministri ta' l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiltaqgħu informalment. Dawn il-laqgħat għandhom iseħħu, skond il-ħtieġa, sabiex ikunu diskussi kwistjonijiet marbuta mar-responsabbiltajiet speċifiċi li huma jaqsmu fejn tidħol il-munita unika. Il-Kummissjoni għandha tieħu sehem fil-laqgħat. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun mistieden jieħu sehem f'dawn il-laqgħat, li għandhom ikunu preparati mir-rappreżentanti tal-Ministri responsabbli għall-finanzi ta' l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u tal-Kummissjoni.

Artikolu 2

Il-Ministri ta' l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jeleġġu president għal sentejn u nofs, bil-maġġoranza ta' dawk l-Istati Membri.

PROTOKOLL (Nru 15)

DWAR ĊERTI DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TA' L-IRLANDA TA' FUQ

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li r-Renju Unit ma jkunx obbligat jew marbut li jadotta l-euro mingħajr deċiżjoni separata sabiex jagħmel hekk mill-gvern u l-Parlament tiegħu,

BILLI, fis- 16 ta' Ottubru 1996 u t- 30 ta' Ottubru 1997, il-Gvern tar-Renju Unit għarraf lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li ma jipparteċipax fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

FILWAQT LI JINNOTAW l-prattika tal-gvern tar-Renju Unit li tiffinanzja s-self li hemm bżonn permezz tal-bejgħ tad-dejn lis-settur privat,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

1. Kemm-il darba r-Renju Unit ma javżax lill-Kunsill bl-intenzjoni li jadotta l-euro, ma jkun hemm ebda obbligazzjoni li jagħmel dan.

2. L-Artikoli 3 sa 8 u 10 għandhom japplikaw għar-Renju Unit in vista tan-notifika mogħtija lill-Kunsill mill-gvern tar-Renju Unit fis- 16 ta' Ottubru 1996 u fit- 30 ta' Ottubru 1997.

3. Ir-Renju Unit għandu jżomm il-poteri tiegħu fil-politika monetarja skond il-liġi nazzjonali.

4. L-Artikolu 282(2), ħlief l-ewwel u l-aħħar sentenza tiegħu, l-Artikolu 282(5), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 119, l-Artikolu 126(1), (9) u (11), l-Artikolu 127(1) sa (5), l-Artikolu 128, l-Artikoli 130, 131, 132 u 133, l-Artikolu 138, l-Artikolu 140(3), l-Artikoli 219 u 283 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea m’għandhomx japplikaw għar-Renju Unit. F'dawn id-dispożizzjonijiet, kull referenza għall-Unjoni jew għall-Istati Membri ma tinkludix lir-Renju Unit u referenzi għall-banek ċentrali nazzjonali m’għandhomx jinkludu l-Bank of England. Bl-istess mod, l-Artikolu 121(2) tat-Trattati ma għandux japplika għar-Renju Unit fir-rigward ta' l-adozzjoni tal-partijiet tal-linji gwida ġenerali ta' politika ekonomika li jikkonċernaw iż-żona ta' l-euro b'mod ġenerali.

5. Ir-Renju Unit għandu jagħmel ħiltu sabiex jevita deficit eċċessiv.

L-Artikoli 143 u 144 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit. L-Artikoli 134(4) u 142 japplikaw għar-Renju Unit daqs li kieku kellu deroga.

6. Id-drittijiet għall-vot tar-Renju Unit għandhom jiġu sospiżi fir-rigward ta' l-atti tal-Kunsill imsemmija fl-Artikoli nnumerati fil-paragrafu 4 u fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 139(4), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Għal dan il-għan japplika t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 139(4) tat-Trattat imsemmi.

Ir-Renju Unit ma jkollux lanqas dritt jipparteċipa fil-ħatra tal-President, il-Viċi President u membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE skond l-Artikoli 283(2) it-tieni subparagrafu tat-Trattat.

7. L-Artikoli 3, 4, 6, 7, 9.2, 10.1, 10.3, 11.2, 12.1, 14, 16, 18, 19, 20, 22, 23, 26, 27, 30, 31, 32, 33, 34 u 49 tal-Protokoll fuq l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ("l-Istatut") m’għandhomx japplikaw għar-Renju Unit.

F'dawk l-Artikoli, referenzi għall-Unjoni jew l-Istati Membri m’għandhomx jinkludu r-Renju Unit u referenzi għall-banek ċentrali nazzjonali jew azzjonisti ma jinkludux il-Bank of England.

Referenzi fl-Artikoli 10.3 u 30.2 ta' l-Istatut għal "kapital sottoskritt tal-BĊE" m'għandhomx jinkludu kapital sottoskritt mill-Bank of England.

8. L-Artikolu 141(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 43 sa 47 ta' l-Istatut ikollhom seħħ, sew jekk ikun hemm jew ma jkunx hemm Stat Membru b'deroga, mingħajr preġudizzju għall-emendi li ġejjin:

a) Referenzi fl-Artikolu 43 għax-xogħol ta' l-BĊE u ta' l-IME jinkludu dak ix-xogħol li jkun għad irid isir wara l-introduzzjoni ta' l-euro minħabba f'xi deċiżjoni tar-Renju Unit li ma jadottax l-euro.

b) B'żieda max-xogħol imsemmi fl-Artikolu 46, l-BĊE irid ukoll jagħti parir u jikkontribwixxi għat-tħejjija ta' kull deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward tar-Renju Unit meħuda skond paragrafi 9(a) u (c).

c) Il-Bank of England irid iħallas l-abbonament tiegħu għall-kapital tal-BĊE bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattiv relattivi fuq l-istess bażi bħall-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri b'deroga.

9. Ir-Renju Unit jista' jinnotifika f'kull ħin l-intenzjoni tiegħu li jadotta l-euro. F'dak il-każ:

a) Ir-Renju Unit għandu jkollu d-dritt li jadotta l-euro iżda biss jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq talba tar-Renju Unit u taħt il-kondizzjonijiet u konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 140, paragrafi 1 u 2, tat- Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jiddeċiedi jekk hu jissodisfax il-kondizzjonijiet meħtieġa;

b) Il-Bank of England għandu jħallas il-kapital sottoskritt tiegħu, jittrasferixxi lill-BĊE l-assi ta' riservi barranin u jikkontribwixxi għar-riservi tiegħu fuq l-istess bażi bħall-bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet abrogata;

c) Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq il-kondizzjonijiet u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 140(3) tat-Trattat imsemmi, għandu jieħu d-deċiżjonijiet l-oħra kollha meħtieġa sabiex ir-Renju Unit ikun jista' jadotta l-euro.

Jekk ir-Renju Unit jadotta l-euro skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll, il-paragrafi 3 sa 8 għandhom jieqfu milli jibqgħu fis-seħħ.

10. Minkejja l-Artikoli 123 tat- Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 21.1 ta' l-Istatut, il-gvern tar-Renju Unit jista' jibqa' jżomm il-faċilità ta' ways and means mal-Bank ta' l-Ingilterra jekk u sakemm ir-Renju Unit ma jadottax l-euro.

PROTOKOLL (Nru 16)

DWAR ĊERTI DISPOŻIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAD-DANIMARKA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WARA li kkunsidraw li fil-Kostituzzjoni Daniża hemm dispożizzjonijiet li jistgħu jimplikaw li jsir referendum fid-Danimarka qabel ma dan l-Istat jirrinunzja għad-deroga tiegħu,

BILLI, fit- 3 ta' Novembru 1993, il-Gvern Daniż għarraf lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li ma jipparteċipax fit-tielet stadju ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

1. Id-Danimarka għandu jkollha deroga in vista tan-notifika lill-Kunsill mill-gvern Daniż fit- 3 ta' Novembru 1993. L-effett ta’ din id-deroga jkun li l-Artikoli u d-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattati u ta’ l-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE li jirriferu għal deroga għandhom ikunu applikabbli għad-Danimarka.

2. Il-proċedura prevista fl-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea sabiex tintemm id-deroga ma tinbediex ħlief fuq it-talba tad-Danimarka.

3. Fil-każ li tintemm id-deroga, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jieqfu milli japplikaw.

PROTOKOLL (Nru 17)

DWAR ID-DANIMARKA

XEWQANA li jirrisolvu ċertu problemi partikolari li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma jaffettwawx id-dritt tal-Bank Nazzjonali tad-Danimarka li jwettaq ix-xogħol eżistenti tiegħu rigwardanti dawk il-partijiet tar-Renju tad-Danimarka li mhumiex parti mill-Unjoni.

PROTOKOLL (Nru 18)

DWAR FRANZA

BIX-XEWQA li jieħdu in kunsiderazzjoni punt partikulari li għandu x'jaqsam ma' Franza,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea;

Franza tibqa' żżomm il-privileġġ ta' emissjoni ta' munita fil-Kaledonja Ġdida, fil-Polineżja Franċiża u għal Wallis u Futuna taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali tagħha, u tkun intitolata waħedha li tiddetermina l-parità tal-franc taċ-CPF.

PROTOKOLL (Nru 19)

DWAR L-ACQUIS TA' SCHENGEN INTEGRAT FIL-QAFAS TA' L-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JINNUTAW li l-ftehim dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni iffirmati minn uħud mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea f' Schengen fl- 14 ta’ Ġunju 1985 u fid- 19 ta' Ġunju 1990, kif ukoll il-ftehim relatati u r-regoli adottati fuq il-bażi ta’ dawn il-ftehim, ġew integrati fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea bit-Trattat ta' Amsterdam tat- 2 ta' Ottubru 1997;

WAQT LI JIXTIEQU jippreservaw l-acquis ta' Schengen, kif ġie żviluppat mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam, u jiżviluppaw dan l-acquis sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-objettiv li ċ-ċittadini jkollhom spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni;

WAQT LI JIEĦDU KONT tal-pożizzjoni speċjali tad-Danimarka;

WAQT LI JIEĦDU KONT tal-fatt li l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ma humiex partijiet mill-ftehim imsemmija hawn fuq u ma ffermawhomx; li għandu jkun hemm dispożizzjoni, madanakollu, sabiex tippermetti lil dawk l-Istati Membri ma jipparteċipawx fid-diżpożizzjonijiet kollha ta' l-acquis ta' Schengen;

WAQT LI JIRRIKONOXXU li, bħala konsegwenza, huwa meħtieġ li jsir użu mid-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jirrigwardaw koperazzjoni aktar mill-qrib bejn uħud mill-Istati Membri;

WAQT LI JIEĦDU KONT tal-ħtieġa li jżommu relazzjoni speċjali mar-Repubblika ta' l-Islanda u mar-Renju tan-Norveġja, ġaladarba dawn iż-żewġ Stati, kif ukoll l-Istati Nordiċi membri ta' l-Unjoni Ewropea, huma marbuta bid-dispożizzjonijiet ta' l-Unjoni Nordika tal-passaporti;

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja huma awtorizzati li jistabbilixxu bejniethom koperazzjoni msaħħa fl-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet definiti mill-Kunsill, li jikkostitwixxu l-acquis ta' Schengen. Din il-koperazzjoni għandha titwettaq fil-qafas istituzzjonali u legali ta' l-Unjoni Ewropea u f’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

Artikolu 2

L-acquis ta' Schengen għandu japplika għall-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tas- 16 ta' April 2003 u ta' l-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal- 25 ta' April 2005. Il-Kunsill għandu jissostitwixxi l-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-ftehim ta' Schengen.

Artikolu 3

Il-parteċipazzjoni tad-Danimarka fl-adozzjoni ta' miżuri li jikkostitwixxu żvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri u l-applikazzjoni tagħhom għad-Danimarka, għandhom ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.

Artikolu 4

L-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq jistgħu fi kwalunkwe żmien jitolbu li jieħdu sehem f’parti jew fid-dispożizzjonijiet kollha ta’ l-acquis ta' Schengen.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar it-talba bl-unanimità tal-membri tiegħu msemmija fl-Artikolu 1 u tar-rappreżentant tal-Gvern ta' l-Istat konċernat.

Artikolu 5

1. Il-proposti u l-inizjattivi sabiex jinbena fuq l-acquis ta' Schengen għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

F'dan il-kuntest, jekk l-Irlanda jew ir-Renju Unit ma jkunux għarrfu bil-kitba lill-Kunsill fi żmien perijodu raġonevoli li jixtiequ jieħdu sehem, l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 329 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għandha titqies li tkun ingħatat lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 1 kif ukoll lill-Irlanda jew lir-Renju Unit jekk xi wieħed minnhom ikun jixtieq jieħu sehem fl-oqsma ta' koperazzjoni in kwistjoni.

2. Fejn jitqies li l-Irlanda jew ir-Renju Unit jkunu taw notifika skond deċiżjoni skond l-Artikolu 4, dawn jistgħu madankollu jgħarfu lill-Kunsill bil-miktub, fi żmien 3 xhur, li ma jixtiequx jieħdu sehem f'tali proposta jew inizjattiva. F'dak il-każ, l-Irlanda jew ir-Renju Unit m'għandhomx jieħdu sehem fl-adozzjoni tagħha. Mid-data ta' din in-notifika ta' l-aħħar, il-proċedura għall-adozzjoni tal-miżura li tibni fuq l-acquis ta' Schengen għandha tiġi sospiża sa tmiem il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 jew 4 jew sakemm tiġi rtirata dik in-notifika fi kwalunkwe mument matul din il-proċedura.

3. Għall-Istat Membru li jkun għamel in-notifika msemmija fil-paragrafu 2, kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kunsill skond l-Artikolu 4 għandha tieqaf milli tapplika, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura proposta, safejn jitqies meħtieġ mill-Kunsill u taħt il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati f'deċiżjoni tal-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed skond il-kriterji li ġejjin: il-Kunsill għandu jfittex li jżomm l-akbar livell possibbli ta' parteċipazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat mingħajr ma tintlaqat serjament l-operabbiltà prattika tad-diversi partijiet ta' l-acquis ta' Schengen u filwaqt li tiġi rispettata l-koerenza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta tagħha mill-iktar fis possibbli wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kunsill għandu, jekk meħtieġ wara li jkun sejjaħ żewġ laqgħat suċċessivi, jaġixxi fi żmien erba' xhur mill-proposta tal-Kummissjoni.

4. Jekk, sa tmiem il-perijodu ta' erba' xhur, il-Kunsill ma jkun adotta l-ebda deċiżjoni, Stat Membru jista', mingħajr dewmien, jitlob li l-kwistjoni tiġi mressqa lill-Kunsill Ewropew. F'dak il-każ, il-Kunsill Ewropew għandu, fil-laqgħa li jmiss tiegħu, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta mill-Kummissjoni, jieħu deċiżjoni skond il-kriterji msemmija fil-paragrafu 3.

5. Jekk, sa tmiem il-proċedura prevista fil-paragrafi 3 jew 4, il-Kunsill jew, skond il-każ, il-Kunsill Ewropew ma jkun adotta l-ebda deċiżjoni, is-sospensjoni tal-proċedura għall-adozzjoni tal-miżura li tibni fuq l-acquis ta' Schengen għandha tintemm. Jekk, sussegwentement, l-imsemmija miżura tiġi adottata, kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kunsill skond l-Artikolu 4 għandha, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dik il-miżura, tieqaf milli tapplika għall-Istat Membru kkonċernat safejn u taħt il-kondizzjonijiet deċiżi mill-Kummissjoni, sakemm qabel l-adozzjoni tal-miżura, l-imsemmi Stat Membru ma jkunx irtira n-notifika tiegħu msemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha taġixxi sad-data ta' din l-adozzjoni. Meta tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 6

Ir-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja għandhom ikunu assoċjati fl-implementazzjoni ta' l-Acquis ta’ Schengen u l-iżvilupp ulterjuri tiegħu. Proċeduri xierqa għandhom ikunu mifthiema għal dak l-effett fi Ftehim li għandu jiġi finaliżżat ma' dawk l-Istati mill-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità tal-Membri msemmija fl-Artikolu 1. Dawn il-ftehim għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjoni ta’ l-Islanda u n-Norveġja għal kull konsegwenza finanzjarja li tirriżulta mill-implementazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Ftehim separat għandu jiġi konkluż ma' l-Islanda u n-Norveġja mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament, sabiex jistabbilixxi drittijiet u l-obbligi bejn l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq minn-naħa l-waħda, u l-Islanda u n-Norveġja mill-oħra, f’dawk l-oqsma ta' l-Acquis ta’ Schengen li japplikaw għal dawn l-Istati.

Artikolu 7

Għall-għanijiet tan-negozjati għall-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea, l-Acquis ta’ Schengen u miżuri oħra meħuda mill-istituzzjonijiet f' dan l-ambitu tiegħu, għandhom jitqiesu bħala acquis li għandu jiġi aċċettat kollu kemm hu mill-Istati kollha kandidati għall-adeżjoni.

PROTOKOLL (Nru 20)

DWAR L-APPLIKAZZJONI TA’ ĊERTI ASPETTI TA’ L-ARTIKOLU 26 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA GĦAR-RENJU UNIT U GĦALL-IRLANDA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIXTIEQU li jsolvu ċerti kwistjonijiet li jirrelataw mar-Renju Unit u l-Irlanda,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-eżistenza għal ħafna snin ta' l-arranġementi speċjali għall-ivjaġġar bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Ir-Renju Unit għandu jkun intitolat, independentament mill-Artikoli 26 u 77 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, u kull dispożizzjoniji oħra ta’ dak it-Trattat jew tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kull miżura addottata skond dawk it-Trattati, jew kull ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni jew mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ma' wieħed jew aktar Stati terzi, li jeżerċita fuq il-fruntieri tiegħu ma' Stati Membri oħra dawk il-kontrolli fuq persuni li jkunu jfittxu li jidħlu fir-Renju Unit bħalma huwa jikkonsidra li jkunu meħtieġa għal dan il-għan:

a) li jivverifika id-dritt għad-dħul fir-Renju Unit ta’ ċittadini ta' Stati Membri u tad-dipendenti tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet mogħtija lilhom bil-Liġijiet ta' l-Unjoni, kif ukoll ta’ ċittadini ta’ Stati oħra li lilhom ingħataw drittijiet bħal dawn bi ftehim li bih huwa marbut ir-Renju Unit, u

b) li jiddetermina jekk jagħtix jew le lil persuni oħra il-permess li jidħlu fir-Renju Unit.

Xejn fl-Artikoli 26 u 77 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jew f' xi dispożizzjoni oħra ta’ dak it-Trattat jew tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew f' xi miżura adottata permezz tagħhom m’għandu jippreġudika id-dritt tar-Renju Unit li jadotta jew jeżerċita dawn il-kontrolli. Referenzi għar-Renju Unit f’dan l-Artikolu għandhom jinkludu territorji li r-Renju Unit huwa responsabbli għar-relazzjonijiet esterni tagħhom.

Artikolu 2

Ir-Renju Unit u l-Irlanda jistgħu jibqgħu jagħmlu arranġamenti bejniethom rigward il-moviment ta’ persuni bejn it-territorji tagħhom ("Iż-Żona Komuni għall-Ivjaġġar"), waqt li jirrispettaw bi sħiħ id-drittijiet tal-persuni msemmija fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) ta’ dan il-Protokoll. Għalhekk, sakemm huma jżommu dawn l-arranġamenti, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll għandhom japplikaw għall-Irlanda skond l-istess termini u kondizzjonijiet bħal dawk għar-Renju Unit. Xejn fl-Artikoli 26 u 77 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, fl-ebda dispożizzjoni oħra ta’ dak it-Trattat jew tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew f’xi miżura adottati permezz tagħhom, m’għandu jaffettwa dawn l-arranġamenti.

Artikolu 3

L-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu intitolati jeżerċitaw fuq il-fruntieri tagħhom jew f’xi post ieħor tad-dħul fir-territorju tagħhom dawk il-kontrolli fuq persuni li jkunu jfittxu li jidħlu fit-territorju tagħhom mir-Renju Unit jew minn xi territorji li r-relazzjonijiet barranin tagħhom ikunu taħt ir-reponsabbiltà tiegħu għall-istess għanijiet kif jinsabu fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, jew mill-Irlanda sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll japplikaw għall-Irlanda.

Xejn fl-Artikoli 26 u 77 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jew f' xi dispożizzjoni oħra ta’ dak it-Trattat jew tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew f’xi miżura adottata permezz tagħhom m’għandha tippreġudika d-dritt ta’ l-Istati Membri l-oħra li jadottaw jew jeżerċitaw kontrolli bħal dawn.

PROTOKOLL (Nru 21)

DWAR IL-POŻIZZJONI TAR-RENJU UNIT U L-IRLANDA FIR-RIGWARD TA' L-ISPAZJU TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIXTIEQU li jsolvu ċerti kwistjonijiet dwar ir-Renju Unit u l-Irlanda,

WARA LI KKONSIDRAW il-Protokoll dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ l-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit u għall-Irlanda,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Suġġett għall-Artikolu 3, ir-Renju Unit u l-Irlanda m’għandomx jieħdu parti fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri proposti skond it-Titolu V tat-Tielet Parti, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. L-unanimità tal-membri tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandhom ikunu meħtieġa għal deċiżjonijiet tal-Kunsill li jkunu jeħtieġu li jiġu adottati unanimament.

Għall-finijiet ta' l-Artikolu preżenti, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 238(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

B’konsegwenza ta’ l-Artikolu 1 u suġġett għall-Artikoli 3, 4 u 6, l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-ebda miżura adottata skond dak it-Titolu, l-ebda dispożizzjoni ta’ ftehim internazzjonali konklużi mill-Unjoni skond dak it-Titolu, u l-ebda deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea li tinterpreta xi dispożizzjoni jew miżuri bħal dawn m’għandhom ikunu jorbtu lir-Renju Unit u lill-Irlanda jew japplikaw għalihom; u l-ebda waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, miżuri jew deċiżjonijiet m’għandha b'xi mod taffettwa l-kompetenza, id-drittijiet u l-obbligi ta’ dawk l-Istati; u l-ebda waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet, miżuri jew deċiżjonijiet m’għandha b' xi mod taffettwa la l-acquis communautaire, u lanqas dak ta' l-Unjoni u lanqas tifforma parti mil-liġijiet ta' l-Unjoni kif dawn japplikaw għar-Renju Unit jew l-Irlanda.

Artikolu 3

1. Ir-Renju Unit jew l-Irlanda jistgħu jinnotifikaw lill-President tal-Kunsill bil-miktub, fi żmien tlett xhur wara li proposta jew inizjattiva tkun ġiet ippreżentata lill-Kunsill skond it-Titolu V tat-Tielet Parti, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, li huma jkunu jixtiequ li jieħdu parti fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ xi uħud minn dawk il-miżuri proposti, meta allura dak l-Istat ikun intitolat li jagħmel hekk.

L-unanimità tal-membri tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni ta’ xi membru li ma jkunx wassal dik in-notifika, tkun meħtieġa għal deċiżjonijiet tal-Kunsill li għandu jaddotta b' unanimità. Miżura adottata skond dan il-paragrafu torbot lill-Istati Membri kollha li jkunu ħadu parti fl-adozzjoni tagħha.

Il-miżuri adottati f'applikazzjoni ta' l-Artikolu 70 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda fil-valutazzjonijiet dwar l-oqsma koperti mit-Titolu V tat-Tielet Parti ta' l-imsemmi Trattat.

Għall-finijiet ta' l-Artikolu preżenti, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 238(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Jekk wara perijodu ta’ żmien raġonevoli xi miżura msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx tista' tiġi adottata bil-parteċipazzjoni tar-Renju Unit jew ta' l-Irlanda, il-Kunsill jista' jadotta dawk il-miżuri skond l-Artikolu 1 mingħajr il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit jew ta' l-Irlanda. F’dak il-każ japplika l-Artikolu 2.

Artikolu 4

Ir-Renju Unit jew l-Irlanda jistgħu f’kull żmien wara l-adozzjoni ta’ xi miżura mill-Kunsill skond it-Titolu V tat-Tielet Parti, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jinnotifikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni l-intenzjoni tagħhom li jaċċettaw dik il-miżura. F’dak il-każ, il-proċedura prevista fl-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea tapplika mutatis mutandis.

Artikolu 4a

1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll japplikaw għar-Renju Unit u l-Irlanda anke għal miżuri proposti jew adottati skond it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jemendaw miżura eżistenti li biha jkunu marbuta.

2. Madankollu, f'każijiet fejn il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddetermina li n-nuqqas ta' parteċipazzjoni tar-Renju Unit jew ta' l-Irlanda fil-verżjoni emendata ta' miżura eżistenti tagħmel mod li l-applikazzjoni ta' dik il-miżura tkun inpratikabbli għal Stati Membri oħra jew għall-Unjoni, huwa jista' jħeġġiġhom jagħmlu notifika skond l-Artikolu 3 jew 4. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 3, perijodu ulterjuri ta' xahrejn jibda jgħodd mid-data ta' tali determinazzjoni mill-Kunsill.

Jekk, ma' l-iskadenza ta' dak il-perijodu ta' xahrejn mid-determinazzjoni tal-Kunsill, ir-Renju Unit jew l-Irlanda ma jkunux għamlu notifika skond l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, il-miżura eżistenti ma tibqax torbot u ma tibqax applikabbli għalih, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel notifika skond l-Artikolu 4 qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżura emendatorja. Dan għandu jieħu effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura emendatorja jew ta' l-iskadenza tal-perijodu ta' xahrejn, skond liema tkun l-aktar tard.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu, wara diskussjoni sħiħa tal-kwistjoni, jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jipparteċipaw jew li jkunu pparteċipaw fl-adozzjoni tal-miżura emendatorja. Maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 238(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

3. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jiddetermina li r-Renju Unit jew l-Irlanda għandhom ikunu responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-miżura eżistenti.

4. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4.

Artikolu 5

Stat Membru li ma jkunx marbut b’xi miżura adottata skond it-Titolu V tat-Tielet Parti, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea ma jkunx tenut li jerfa' xi konsegwenzi finanzjarji ta’ dawk il-miżuri barra mill-ispejjeż amministrattivi meħtieġa għall-istituzzjonijiet, sakemm il-Kunsill, li jaġixxi bl-unanimità tal-membri kollha tiegħu u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, ma jiddeċidix mod ieħor.

Artikolu 6

Meta, fil-każijiet imsemmija f’dan il-Protokoll, ir-Renju Unit jew l-Irlanda ikunu marbuta b’xi miżura adottata mill-Kunsill skond it-Titolu V tat-Tielet Parti, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet pertinenti tat-Trattati, għandhom japplikaw għal dak l-Istat f’dak li jirrigwarda dik il-miżura.

Artikolu 6a

Ir-Renju Unit jew l-Irlanda m'għandhomx ikunu marbuta minn regoli stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw it-trattament ta' data personali mill-Istati Membri fl-eżerċiżżju ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 jew 5 tat-Titolu V tat-Tielet Parti ta' l-imsemmi Trattat, meta r-Renju Unit jew l-Irlanda ma jkunux marbuta b'regoli ta' l-Unjoni li jirregolaw forom ta' koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali jew ta' koperazzjoni tal-pulizija li fil-qafas tagħhom għandhom jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16.

Artikolu 7

L-Artikoli 3, 4 u 4a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

L-Irlanda tista' tinnotifika bil-mitkub lill-Kunsill li hi ma tkunx aktar tixtieq li tkun marbuta bil-kondizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. F’dak il-każ, id-dispożizzjonijiet normali tat-trattat għandhom japplikaw għall-Irlanda.

Artikolu 9

Fir-rigward ta' l-Irlanda, dan il-Protokoll m'għandux japplika għall-Artikolu 75 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

PROTOKOLL (Nru 22)

DWAR IL-POŻIZZJONI TAD-DANIMARKA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JFAKKRU id-Deċiżjoni tal-Kapijiet ta' Stat jew tal-Gvern, li ltaqgħu fil-Kunsill Ewropew f’Edinburgu fit- 12 ta’ Diċembru 1992, rigward ċerti problemi mqajma mid-Danimarka dwar it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

WAQT LI NNOTTAW il-pożizzjoni tad-Danimarka f’dak li jirrigwarda iċ-Cittadinanza, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-Politika tad-Difiża u l-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni kif stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Edinburgu,

KONXJI mill-fatt li l-kontinwazzjoni taħt it-Trattati tas-sistema legali li oriġinat fid-deċiżjoni ta' Edinburgu ser tillimita b'mod sinifikattiv il-parteċipazzjoni tad-Danimarka f'oqsma importanti ta' koperazzjoni ta' l-Unjoni, u li jkun fl-aħjar interess ta' l-Unjoni li tiġi assigurata l-integrità ta' l-acquis fl-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja,

XEWQANA għaldaqstant li jistabbilixxu qafas legali li joffri lid-Danimarka l-possibbiltà li tipparteċipa fl-adozzjoni ta' miżuri proposti msejsa fuq it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u jilqgħu l-intenzjoni tad-Danimarka li tagħmel użu minn din il-possibiltà meta jkun possibbli skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tagħha,

FILWAQT LI JINNUTAW li d-Danimarka mhix ser iżomm lill-Istati Membri l-oħra milli jkomplu jiżviluppaw il-koperazzjoni ta' bejniethom fir-rigward ta' miżuri li ma jorbtux lid-Danimarka,

WAQT LI JIKKONSIDRAW l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen imdaħħal fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

PARTI I

Artikolu 1

Id-Danimarka ma tieħux parti fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri proposti skond it-Titolu V tat-Tielet Parti, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. L-unanimità tal-membri tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tar-rappreżentant tal-gvern tad-Danimarka, tkun meħtieġa għal deċiżjonijiet tal-Kunsill li għandhom jiġu adottati unanimament.

Għall-finijiet ta' l-Artikolu preżenti, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 238(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Ebda dispożizzjoni tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-ebda miżura adottata skond dak it-Titolu, l-ebda dispożizzjoni ta' ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni skond dak it-Titolu, u l-ebda deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-interpretazzjoni ta' kwalunkwe tali dispożizzjoni jew miżura jew kull miżura emendata jew emendabbli skond dak it-Titolu m'għandhom jorbtu lid-Danimarka jew ikunu applikabbli għaliha; u l-ebda waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, miżuri jew deċiżjonijiet m'għandha b'xi mod taffettwa l-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi tad-Danimarka; u l-ebda waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet, miżuri jew deċiżjonijiet m'għandha b' xi mod taffettwa l-acquis tal-Komunità jew ta' l-Unjoni u lanqas ma tifforma parti mil-liġijiet ta' l-Unjoni kif dawn japplikaw għad-Danimarka. B'mod partikolari, atti ta' l-Unjoni fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona li huma emendati għandhom ikomplu jorbtu lil u jkunu applikabbli għad-Danimarka mingħajr bidla.

Artikolu 2a

L-Artikolu 2 ta' dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għal dawk ir-regoli stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw data ta' tip personali mill-Istati Membri fl-eżerċizzju ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 jew 5 tat-Titolu V tat-Tielet Parti ta' l-imsemmi Trattat.

Artikolu 3

Id-Danimarka m’għanda terfa' l-ebda konsegwenza finanzjarja tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1, barra l-ispejjeż amministrattivi konnessi ma' l-istituzzjonijiet.

Artikolu 4

1. Id-Danimarka għandha tiddeċiedi f' perjodu ta’ 6 xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda fuq proposta jew inizjattiva li jiżviluppa fuq l-Acquis ta’ Schengen u li joħorġu minn din il-Parti, jekk timplimentax din il-miżura fil-liġi nazzjonali tagħha. Jekk tiddeċiedi li tagħmel hekk, din il-miżura toħloq obbligu skond il-ligi internazzjonali bejn id-Danimarka u l-Istati Membri l-oħra marbuta b'din il-miżura.

2. Jekk id-Danimarka tiddeċiedi li ma timplimentax xi deċiżjoni tal-Kunsill kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri marbuta b'din il-miżura u d-Danimarka għandhom jikkunsidraw il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu.

PARTI II

Artikolu 5

Għal dak li jirrigwarda l-miżuri adottati mill-Kunsill fil-qasam ta' l-Artikolu 26(1), ta' l-Artikolu 42 u ta' l-Artikoli 43 sa 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Għalhekk id-Danimarka m’għandhiex tipparteċipa fl-adozzjoni tagħhom. Id-Danimarka m'għandhiex iżżomm lill-Istati Membri l-oħra milli jiżviluppaw iżjed il-koperazzjoni ta' bejniethom f'dan il-qasam. Id-Danimarka m’għandhiex tkun obbligata tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' l-ispiża operattiva li toriġina minn dawk il-miżuri, u lanqas li tpoġġi kapaċitajiet militari għad-dispożizzjoni ta' l-Unjoni.

L-unanimità tal-membri tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tar-rappreżentant tal-gvern Daniż, għandha tkun meħtieġa għall-atti tal-Kunsill li għandhom jiġu adottati b'mod unanimu.

Għall-finijiet ta' l-Artikolu preżenti, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 238(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

PARTI III

Artikolu 6

L-Artikoli 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għal miżuri li jiddeterminaw il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom visa meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri, jew miżuri li għandhom x’jaqsmu ma’ format uniformi għall-visi.

PARTI IV

Artikolu 7

Id-Danimarka fi kwalunkwe żmien tista', skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tagħha, tinforma lill-Istati Membri l-oħra li hi ma tkunx tixtieq aktar tagħmel użu minn dan il-Protokoll kollu jew parti minnu. F’dak il-każ, id-Danimarka għandha tapplika għal kollox il-miżuri kollha relevanti li f’dak iż-żmien ikunu fis-seħħ fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

1. Fi kwalunkwe ħin u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, id-Danimarka tista', skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tagħha, tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra li b'effett mill-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara n-notifika, l-Parti I għandha tkun komposta mid-dispożizzjonijiet ta' l-Anness. F'dan il-każ u b'konsegwenza ta' dan, l-Artikolu 5 sa 8 għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid.

2. Sitt xhur wara d-data li fiha tidħol fis-seħħ in-notifika prevista fil-paragrafu 1, l-acquis kollu ta' Schengen kif ukoll il-miżuri adottati sabiex jiġi żviluppat fuq dan l-acquis, li sa dak iż-żmien kienu jorbtu lid-Danimarka bħala obbligi taħt id-dritt internazzjonali, għandhom jorbtu lid-Danimarka bħala dritt ta' l-Unjoni.

ANNESS

Artikolu 1

Suġġett għall-Artikolu 3, id-Danimarka m'għandhiex tipparteċipa fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri proposti b'applikazzjoni tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. L-unanimità tal-membri tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tar-rappreżentant tal-gvern Daniż, għandha tkun meħtieġa għall-atti tal-Kunsill li għandhom jiġu adottati b'mod unanimu.

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 238(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Skond l-Artikolu 1 u suġġett għall-Artikoli 3, 4 u 8, l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-ebda waħda mill-miżuri adottati mill-Unjoni f'applikazzjoni ta' l-imsemmi Titolu u l-ebda deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea li tinterpreta dawn id-dispożizzjonijiet jew miżuri, ma għandhom jorbtu lid-Danimarka jew ikunu applikabbli għaliha. L-ebda dispożizzjoni, miżura jew deċiżjoni ta' din ix-xorta m' għandha b'xi mod tolqot il-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi tad-Danimarka. L-ebda dispożizzjoni, miżura jew deċiżjoni ta' din ix-xorta m' għandha b'xi mod tolqot l-acquis communautaire jew dak ta' l-Unjoni u m' għandiex tagħmel parti mid-dritt ta' l-Unjoni kif japplika għad-Danimarka.

Artikolu 3

1. Id-Danimarka tista' tinnotifika lill-President tal-Kunsill bil-miktub, fi żmien tliet xhur wara li proposta jew inizjattiva tkun ġiet preżentata lill-Kunsill skond it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, li tixtieq tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' kwalunkwe tali miżura proposta, u minn dak il-ħin id-Danimarka jkollha d-dritt li tagħmel hekk.

2. Jekk, fi żmien raġonevoli, miżura prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tiġi adottata bil-parteċipazzjoni tad-Danimarka, il-Kunsill jista' jadotta l-miżura prevista fil-paragrafu 1 skond l-Artikolu 1, mingħajr il-parteċipazzjoni tad-Danimarka. F'dak il-każ, għandu japplika l-Artikolu 2.

Artikolu 4

Wara l-adozzjoni ta' miżura b'applikazzjoni tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, id-Danimarka tista' tinnotifika f'kull ħin lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li taċċetta l-miżura msemmija. F'dak il-każ, il-proċedura prevista fl-Artikolu 331(1) ta' l-imsemmi Trattat għandha tapplika mutatis mutandis.

Artikolu 5

1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll japplikaw għad-Danimarka anke għal miżuri proposti jew adottati skond it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jemendaw miżura eżistenti li biha tkun marbuta.

2. Madankollu, f'każijiet fejn il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddetermina li n-non-parteċipazzjoni tad-Danimarka fil-verżjoni emendata ta' miżura eżistenti tagħmel mod li l-applikazzjoni ta' dik il-miżura tkun inprattikabbli għal Stati Membri oħra jew għall-Unjoni, huwa jista' jħeġġiġha tagħmel notifika skond l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4. Għall-finijiet ta' l-Artikolu 3, perijodu ulterjuri ta' xahrejn jibda jgħodd mid-data ta' tali determinazzjoni mill-Kunsill.

Jekk, ma' l-iskadenza ta' dak il-perijodu ta' xahrejn mid-determinazzjoni tal-Kunsill, id-Danimarka ma tkunx għamlet notifika skond l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, il-miżura eżistenti ma tibqax torbot jew tkun applikabbli għaliha, sakemm ma tkunx għamlet notifika skond l-Artikolu 4 qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżura emendatorja. Dan għandu jieħu effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura emendatorja jew ta' l-iskadenza tal-perijodu ta' xahrejn, skond liema tkun l-aktar tard.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, il-Kunsill għandu, wara diskussjoni sħiħa tal-kwistjoni, jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw l-Istati Membri li jipparteċipaw jew li jkunu pparteċipaw fl-adozzjoni tal-miżura emendatorja. Maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 238(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

3. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jiddetermina li d-Danimarka għandha tkun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tagħha fil-miżura eżistenti.

4. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4.

Artikolu 6

1. Notifika skond l-Artikolu 4 għandha tiġi preżentata mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni finali ta' miżura jekk din il-miżura tibni fuq l-acquis ta' Schengen.

Fil-każ li d-Danimarka ma tippreżentax notifika skond l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4 dwar miżura li tibni fuq l-acquis ta' Schengen, l-Istati Membri marbuta minnha u d-Danimarka għandhom jikkunsidraw il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu.

2. Notifika skond l-Artikoli 3 fir-rigward ta' miżuri li jibnu fuq l-acquis ta' Schengen għandha tiġi kkunsidrata irrevokabbilment bħala notifika skond l-Artikolu 3 fir-rigward ta' kwalunkwe proposta jew inizjattiva ulterjuri li timmira sabiex tibni fuq dik il-miżura, dment li tali proposta jew inizjattiva tibni fuq l-acquis ta' Schengen.

Artikolu 7

Id-Danimarka m'għandhiex tkun marbuta minn regoli stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw it-trattament ta' data personali mill-Istati Membri fl-eżerċiżżju ta' attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Kapitoli 4 jew 5 tat-Titolu V tat-Tielet Parti ta' l-imsemmi Trattat, meta d-Danimarka ma tkunx marbuta b'regoli ta' l-Unjoni li jirregolaw forom ta' koperazzjoni ġudizzjarja fil-kamp kriminali jew ta' koperazzjoni tal-pulizija li fil-qafas tiegħu għandhom jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet stabbiliti abbażi ta' l-Artikolu 16.

Artikolu 8

Fejn, fil-każijiet imsemmija f'din il-Parti, id-Danimarka tkun marbuta b'miżura adottata mill-Kunsill b'applikazzjoni tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet pertinenti tat-Trattati għandhom japplikaw għad-Danimarka għal dak li jikkonċerna l-miżura in kwistjoni.

Artikolu 9

Fejn id-Danimarka ma tkunx marbuta b'miżura adottata skond il-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, din m'għandha ssofri l-ebda konsegwenzi finanzjari ta' dik il-miżura ħlief għall-ispejjeż amministrattivi li jġarrbu l-istituzzjonijiet sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor, bl-unanimita' tal-membri kollha tiegħu, wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew.

PROTOKOLL (Nru 23)

DWAR IR-RELAZZJONIJIET ESTERNI TA' L-ISTATI MEMBRI F’DAK LI GĦANDU X’JAQSAM MAL-QSIM TAL-FRUNTIERI ESTERNI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIEĦDU KONT tal-ħtiġijiet ta' l-Istati Membri li jassiguraw il-kontrolli effettivi mal-fruntieri esterni tagħhom, b’koperazzjoni ma' pajjiżi terzi skond kif ikun xieraq,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Id-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri dwar il-qsim ta' fruntieri esterni inklużi fl-Artikolu 77(2) punt b) tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta’ Stati Membri li jinnegozjaw jew li jikkonkludu ftehim ma' pajjiżi terzi sakemm dawn jirrispettaw il-liġi ta' l-Unjoni u ftehim ieħor internazzjonali relevanti.

PROTOKOLL (Nru 24)

DWAR L-ASIL GĦAL ĊITTADINI TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BILLI skond l-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,

BILLI skond l-Artikolu 6(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, id-drittijiet fundamentali, kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jikkostitwixxu parti mil-liġi ta' l-Unjoni bħala prinċipji ġenerali,

BILLI l-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni li tassigura li fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea il-liġi tiġi osservata mill-Unjoni,

BILLI skond l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kull Stat Ewropew, meta japplika sabiex isir Membru ta' l-Unjoni, għandu jirrispetta l-valuri kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

WAQT LI JŻOMMU KONT li l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi mekkaniżmu għas-sospensjoni ta’ ċerti drittijiet fil-każ ta’ ksur serju u persistenti minn Stat Membru ta’ dawk il-valuri,

WAQT LI JFAKKRU li kull ċittadin ta’ Stat Membru, bħala ċittadin ta' l-Unjoni, igawdi minn status speċjali u protezzjoni li għandhom ikunu garantiti mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet tat-Tieni Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

WAQT LI JIEĦDU KONT li t-Trattati jistabbilixxu żona mingħajr fruntieri interni u jagħti lil kull ċittadin ta' l-Unjoni id-dritt li jiċċaqlaq u jabita b’libertà fit-territorju ta' l-Istati Membri,

WAQT LI JIXTIEQU li jevitaw li l-istituzzjoni ta' l-asil tkun użata għal għanijiet li jmorru l-barra minn dawk li għalihom hija intenzjonata,

BILLI dan il-Protokoll jirrispetta il-finalità u l-objettivi tal-Konvenzjoni ta’ Ġeneva tat- 28 ta’ Lulju 1951 li għandha x’taqsam ma' l-istatus tar-refuġjati,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu Uniku

Meta wieħed iqis l-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet fundamentali mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu reċiprokament pajjiżi ta’ oriġini ta' sigurta' għall-finijiet legali u prattiċi kollha f’dak li għandu x'jaqsam ma' materji ta’ asil. Għalhekk, kull applikazzjoni għal asil magħmula minn ċittadin ta’ xi Stat Membru tista' tiġi kkunsidrata jew dikjarata ammissibli għal proċessar minn Stat Membru ieħor biss f’dawn il-każijiet:

a) jekk l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikunu ċittadin ikompli, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, billi jagħmel użu mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, jieħu miżuri li jidderogaw fit-territorju tiegħu mill-obbligi skond dik il-Konvenzjoni;

b) jekk il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tkun ġiet mibdija u sakemm il-Kunsill, jew jekk ikun il-każ il-Kunsill Ewropew, jieħu deċiżjoni dwarha fil-konfront ta' l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin;

c) jekk il-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin jew jekk il-Kunsill Ewropew ikun adotta deċiżjoni skond l-Artikolu 7(2) ta' l-imsemmi Trattat fir-rigward ta' l-Istat Membru li tiegħu l-applikant ikun ċittadin;

d) jekk Stat Membru jiddeċiedi hekk unilateralment rigward l-applikazzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat Membru ieħor; f’dak il-każ il-Kunsill għandu jiġi informat immedjatament; l-applikazzjoni għandha tiġi trattata fuq il-bażi tal-preżunzjoni li tkun manifestament bla bażi mingħajr ma taffettwa bl-ebda mod, irrispettivament ikun xi jkun il-każ, il-poter deċiżjonali ta' l-Istat Membru.

PROTOKOLL (Nru 25)

DWAR L-EŻERĊIZZJU TA' KOMPETENZI KONDIVIŻI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu uniku

B'referenza għall-Artikolu 2(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar kompetenzi kondiviżi, meta l-Unjoni tkun ħadet azzjoni f'ċertu qasam, il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-eżerċizzju ta' kompetenza jkopri biss dawk l-elementi regolati mill-att ta' l-Unjoni konċernat u għalhekk ma jkoprix il-qasam kollu.

PROTOKOLL (Nru 26)

DWAR IS-SERVIZZI TA' INTERESS ĠENERALI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

XEWQANA li jenfasizzaw l-importanza tas-servizzi ta' interess ġenerali,

QABLU DWAR id-dispożizzjonijiet ta' interpretazzjoni li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Il-valuri komuni ta' l-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fit-tifsira ta' l-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jinkludu b'mod partikolari:

- ir-rwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa ta' l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovdi, jikkummisjonaw u jorganizzaw is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali li jkunu qrib kemm jista' jkun tal-ħtiġijiet ta' l-utenti;

- id-diversità bejn is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u d-differenzi fil-ħtiġijiet u l-preferenzi ta' l-utenti li jistgħu jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ġeografiċi, soċjali jew kulturali differenti;

- livell għoli f' termini ta' kwalità, sigurtà u affordability, it-trattament indaqs u l-promozzjoni ta' aċċess universali u tad-drittijiet ta' l-utenti;

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati ma jaffettwaw bl-ebda mod il-kompetenza ta' l-Istati Membri li jipprovdi, jikkummisjonaw u jorganizzaw is-servizzi non-ekonomiċi ta' interess ġenerali.

PROTOKOLL (Nru 27)

DWAR IS-SUQ INTERN U L-KOMPETIZZJONI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li s-suq intern kif stabbilit fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jinkludi sistema li tassigura li l-kompetizzjoni ma tiġix distorta,

QABLU li

għal dawn l-għanijiet l-Unjoni għandha, jekk meħtieġ, tieħu miżuri skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, b'inkluż l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan il-Protokoll għandu jiġi anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

PROTOKOLL (Nru 28)

DWAR IL- KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT LI JFAKKRU li l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jsemmi, fost objettivi oħra, il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri, u li din il-koeżjoni tidher fost l-oqsma ta' kompetenza kondiviża ta' l-Unjoni elenkati fl-Artikolu 4(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JFAKKRU li d-dispożizzjonijiet tat-Tielet Parti, Titolu XVIII fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali meħuda flimkien jipprovdu l-bażi ġuridika għall-konsolidizzazjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' l-azzjoni ta' l-Unjoni fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, inkluż il-ħolqien ta’ fond ġdid,

FILWAQT LI JFAKKRU li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jipprovdu għall-ħolqien ta' Fond ta' Koeżjoni,

FILWAQT LI JINNOTAW li l-Bank ta' l-Investiment Ewropew qiegħed jislef ammonti kbar u li dejjem qed jiżdiedu, għall-ġid ta' l-ifqar reġjuni,

FILWAQT LI JINNOTAW ix-xewqa għal aktar flessibbiltà fl-arranġamenti għall-allokazjonijiet mill-Fondi Strutturali,

FILWAQT LI JINNOTAW ix-xewqa għall-modulazzjoni tal-livelli ta’ parteċipazzjoni ta' l-Unjoni fi programmi u proġetti f’ċerti pajjiżi,

FILWAQT LI JINNOTAW il-proposta li tingħata aktar konsiderazzjoni lill-prosperità relattiva ta' l-Istati Membri fis-sistema tar-riżorsi proprji,

JIRRIJAFFERMAW li l-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali hija vitali għall-iżvilupp komplet u s-suċċess li jibqa' fit-tul ta' l-Unjoni,

JIRRIJAFFERMAW l-konvinzjoni tagħhom li l-Fondi Strutturali għandhom ikomplu jkollhom parti konsiderevoli sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' l-Unjoni fil-qasam tal-koeżjoni,

JIRRIJAFFERMAW il-konvinzjoni tagħhom li il-Bank ta' l-Investiment Ewropew jrid ikompli jiddedika l-maġġoranza tar-riżorsi tiegħu għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u jiddikjaraw ruħhom disposti li jirrivedu il-bżonnijiet kapitali tal-Bank ta' l-Investiment Ewropew malli dan ikun neċessarju għal dak l-għan,

JAQBLU li l-Fond ta’ Koeżjoni għandu jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' l-Unjoni għal proġetti fil-qasam tal-ambjent u n-networks transewropej fl-Istati Membri b’PGN per capita ta’ anqas minn 90 % tal-medja ta' l-Unjoni u li għandhom programm li jwassal għat-twettiq tal-kondizzjonijiet ta’ konverġenza ekonomika skond l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Europea,

JIDDIKJARAW l-intenzjoni tagħhom li jħallu marġni ta’ flessibbiltà akbar fl-allokazjoni ta’ fondi mill-Fondi Strutturali sabiex jiġu applikati għall-bżonnijiet speċifici mhux kontemplati taħt ir-regolomenti tal-Fondi Strutturali viġenti,

JIDDIKJARAW li huma disposti li jimmodulaw il-livelli ta’ parteċipazzjoni ta' l-Unjoni fil-kuntest ta’ programmi u proġetti tal-Fondi Strutturali, bil-ħsieb li jevitaw żidiet eċċessivi fin-nefqa ta' l-estimi fl-Istati Membri l-anqas sinjuri,

JIRRIKONOXXU l-bżonn li jiġi segwit regolarment il-progress fit-twettiq tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jiddikjaraw id-disponibbiltà tagħhom li jeżaminaw il-miżuri kollha neċessarji f’dan ir-rigward,

JIDDIKJARAW l-intenzjoni tagħhom li jagħtu aktar każ tal-kapaċità kontributtiva ta' l-Istati Membri individwali fis-sistema tar-riżorsi proprji u li jeżaminaw mezzi sabiex jikkoreġu, għall-Istati Membri l-inqas sinjuri, l-elementi regressivi li jeżistu fis-sistema preżenti tar-riżorsi proprji,

JAQBLU li jannettu dan il Protokoll mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

PROTOKOLL (Nru 29)

DWAR IS-SISTEMA TAX-XANDIR PUBBLIKU FL-ISTATI MEMBRI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW li s-sistema ta’ xandir pubbliku fl-Istati Membri hija direttament relatata mal-ħtiġijiet demokratiċi, soċjali u kulturali ta’ kull soċjetà u mal-ħtieġa li jkun imħares il-pluraliżmu tal-media,

FTIEHMU DWAR id-dispożizzjonijiet ta' interpretazzjoni li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta' l-Istati Membri li jipprovdu għall-finanzjament ta’ servizz pubbliku ta’ xandir sa fejn dan il-finanzjament ikun mogħti lill-organizzazzjonijiet tax-xandir għat-twettiq tal-missjoni ta' servizz pubbliku kif mogħtija, definita u organizzata minn kull Stat Membru, u sakemm dan il-finanzjament ma jaffettwax il-kondizzjonijiet ta’ kummerċ u l-kompetizzjoni fl-Unjoni sal-punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni, waqt li jibqa' jittieħed kont tat-twettiq tal-missjoni ta' dak is-servizz pubbliku.

PROTOKOLL (Nru 30)

DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-KARTA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TA' L-UNJONI EWROPEA GĦALL-POLONJA U GĦAR-RENJU UNIT

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BILLI fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea;

BILLI l-Karta għandha tiġi applikata f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 msemmi qabel u mat-Titolu VII tal-Karta nnifisha;

BILLI l-Artikolu 6 msemmi qabel jeħtieġ li l-Karta tkun applikata u interpretata mill-qrati tal-Polonja u tar-Renju Unit f' konformità stretta ma' l-ispjegazzjonijiet imsemmija f'dak l-Artikolu;

BILLI l-Karta fiha kemm drittijiet kif ukoll prinċipji;

BILLI l-Karta fiha kemm dispożizzjonijiet li huma ta' karattru ċivili u politiku u dawk li huma ta' karattru ekonomiku u soċjali;

BILLI l-Karta tikkonferma d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti fl-Unjoni u tagħmel dawk id-drittijiet aktar viżibbli, mingħajr ma toħloq drittijiet jew prinċipji ġodda;

IFAKKRU l-obbligi tal-Polonja u tar-Renju Unit taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u l-liġi ta' l-Unjoni b'mod ġenerali;

JINNOTAW ix-xewqa tal-Polonja u tar-Renju Unit li jiċċaraw ċerti aspetti ta' l-applikazzjoni tal-Karta;

XEWQANA għalhekk li jiċċaraw l-applikazzjoni tal-Karta rigward il-liġijiet u l-azzjoni amministrattiva tal-Polonja u tar-Renju Unit, kif ukoll il-ġustizzjabbiltà tagħha fil-Polonja u fir-Renju Unit;

JAFFERMAW MILL-ĠDID li referenzi f'dan il-Protokoll għall-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Karta huma strettament mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tal-Karta;

JAFFERMAW MILL-ĠDID li dan il-Protokoll huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Karta għall-Istati Membri l-oħra;

JAFFERMAW MILL-ĠDID li dan il-Protokoll huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi l-oħra tal-Polonja u tar-Renju Unit taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, u l-liġi ta' l-Unjoni b'mod ġenerali;

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li għandhom ikunu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

1. Il-Karta ma testendix il-fakulta tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, jew kwalunkwe qorti jew tribunal tal-Polonja jew tar-Renju Unit, li ssib li l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet, il-prattiki jew l-azzjonijiet amministrattivi tal-Polonja jew tar-Renju Unit huma inkonsistenti mad-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji fundamentali li hija tafferma mill-ġdid.

2. B'mod partikolari, u sabiex jiġi evitat kull dubbju, xejn fit-Titolu IV tal-Karta ma joħloq drittijiet ġustizzjabbli applikabbli għall-Polonja jew għar-Renju Unit, ħlief sa fejn il-Polonja jew ir-Renju Unit ikunu ipprevedew tali drittijiet fil-liġi nazzjonali tagħhom.

Artikolu 2

Meta dispożizzjoni tal-Karta tirriferi għall-prattiki u l-liġijiet nazzjonali, din għandha tapplika għall-Polonja jew għar-Renju Unit biss fil-limitu li d-drittijiet jew il-prinċipji li jinsabu fiha jkunu rikonoxxuti fil-liġi jew fil-prattiki tal-Polonja jew tar-Renju Unit.

PROTOKOLL (Nru 31)

DWAR L-IMPORTAZZJONIJIET FL-UNJONI TA' PRODOTTI PETROLIFIĊI RAFFINATI FL-ANTILLES TA' L-OLANDA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

WAQT LI JIXTIEQU jagħtu dettalji iktar kompleti dwar is-sistema ta' negozju applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti petrolifiċi raffinati fl-Antilles ta' l-Olanda,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Dan il-Protokoll huwa applikabbli għal prodotti petrolifiċi li jaqgħu taħt in-Nomenkaltura ta' Brussell numri 27.10, 27.11, 27.12, ex 27.13 (xama' tal-pitrolju, xama' petrolifika jew tax-shale u residwi tal-pitrolju) u 27.14, importati għall-użu fl-Istati Membri.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jimpenjaw irwieħhom li jagħtu lil prodotti petrolifiċi raffinati fl-Antilles ta' l-Olanda il-preferenzi tariffarji li jirriżultaw mill-Assoċjazzjoni ta' din ta' l-aħħar mal-Unjoni, taħt il-kondizzjonijiet previsti f'dan il-Protokoll. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw ikunu xi jkunu r-regoli ta' l-oriġini applikati mill-Istati Membri.

Artikolu 3

1. Meta l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tistabbilixxi li importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti petrolifiċi raffinati fl-Antilles ta' l-Olanda taħt is-sistema prevista fl-Artikolu 2 fuq qed jikkawżaw diffikultajiet reali fis-suq ta' Stat Membru wieħed jew iktar, għandha tiddeċiedi li dazji doganali fuq l-importazzjonijiet imsemmija għandhom jiġu introdotti, miżjuda jew introdotti mill-ġdid mill-Istati Membri in kwistjoni, sal-limitu u għal dak il-perjodu li jista' jkun meħtieġ sabiex tiġi sodisfatta dik is-sitwazzjoni. Ir-rati tad-dazji doganali hekk introdotti, miżjuda jew introdotti mill-ġdid ma jistgħux jaqbżu id-dazji doganali applikabbli għal pajjiżi terzi għal dawn l-istess prodotti.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jistgħu fi kwalunkwe każ jiġu applikati meta l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti petrolifiċi raffinati fl-Antilles ta' l-Olanda jilħqu żewġ miljun tunnellata metrika f'sena.

3. Il-Kunsill għandu jiġi nformat bid-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skond il-paragrafi 1 u 2, inklużi dawk diretti lejn ir-rifjut ta' talba minn Stat Membru. Il-Kunsill għandu, fuq talba ta' kull Stat Membru, jassumi responsabbiltà għall-kwistjoni u jista' fi kwalukwe ħin jemendhom jew jirrevokhom.

Artikolu 4

1. Jekk Stat Membru jikkunsidra li importazzjonijiet ta' prodotti petrolifiċi raffinati fl-Antilles ta' l-Olanda, magħmula jew direttament jew permezz ta' Stat Membru ieħor taħt is-sistema prevista fl-Artikolu 2 fuq, qed jikkawżaw diffikultajiet reali fis-suq tiegħu u li azzjoni immedjata hi meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti, jista' fuq l-inizjattiva tiegħu stess jiddeċiedi li japplika dazji doganali għal dawn l-importazzjonijiet, li r-rata tagħhom ma tistax taqbeż dawk tad-dazji doganali applikabbli għal pajjiżi terzi fir-rigward ta' l-istess prodotti. Għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Kummissjoni li għandha tiddeċiedi fi żmien xahar jekk il-miżuri meħuda mill-Istat għandhomx jinżammu jew għandhomx jiġu emendati jew ikkanċellati. Id-disposizzonijiet ta' l-Artikolu 3(3) għandhom ikunu applikabbli għal din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2. Meta l-kwantitajiet ta' prodotti petrolifiċi raffinati fl-Antilles ta' l-Olanda importati jew direttament jew permezz ta' Stat Membru, taħt is-sistema prevista fl-Artikolu 2 fuq, fi Stat Membru jew Stati tal-KEE jeċċedu tul sena kalendarja it-tunnellaġġ li jidher fl-Anness ma' dan il-Protokoll, il-miżuri meħuda skond il-paragrafu 1 minn dak jew dawk l-Istati Membri għas-sena kurrenti għandhom jiġu kkunsidrati li huma ġustifikati; il-Kumissjoni għandha, wara li tassigura lilha nfisha li t-tunnellaġġ iffissat intlaħaq, tirreġistra formalment il-miżuri meħuda. F' dan il-każ l-Istati Membri l-oħra għandhom jastjenu milli jqiegħdu l-kwistjoni formalment quddiem il-Kunsill.

Artikolu 5

Jekk l-Unjoni tiddeċiedi li tapplika restrizzjonijiet kwantitattivi għal prodotti petrolifiċi, mingħajr distinzjoni ta' mnejn huma impurtati, dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu ukoll jiġu applikati għal importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti mill-Antilles ta' l-Olanda. F'dan il-każ għandu jingħata trattament preferenzjali lill-Antilles ta' l-Olanda meta pparagunata ma' pajjiżi terzi.

Artikolu 6

1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 5 għandhom jiġu riveduti mill-Kunsill, b'deċiżjoni unanima, wara konsultazjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, meta definizzjoni komuni ta' oriġini għal prodotti petrolifiċi minn pajjiżi terzi u pajjiżi Assoċjati hija adottata, jew meta jittieħdu deċiżjonijiet fil-qafas ta' politika kummerċjali komuni għall-prodotti in kwistjoni jew meta hija stabbilita politika komuni għall-enerġija.

2. Meta ssir din ir-reviżjoni, madanakollu, preferenzi ekwivalenti għandhom fi kwalunkwe każ jiġu mantnuti a favur ta' l-Antilles ta' l-Olanda f'forma xierqa u għal kwantità minima ta' 2.5 miljun tunnellata metrika ta' prodotti petrolifiċi.

3. L-impenji ta' l-Unjoni fir-rigward ta' preferenzi ekwivalenti kif imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu, jekk meħtieġ, jitqassmu pajjiż b'pajjiż b'kont meħud tat-tunnellaġġ indikat fl-Anness ma' dan il-Protokoll.

Artikolu 7

Għall-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-mudell li ġej ta' importazzjonijiet fl-Istati Membri ta' prodotti petrolifiċi raffinati fl-Antilles ta' l-Olanda. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, li għandha tara li hija ċċirkolata, l-informazzjoni utli kollha għal dak l-għan skond il-kondizzjonijiet amministrattivi rakkomandati minnha.

ANNESS MAL-PROTOKOLL

Għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 4(2) tal-Protokoll li jikkonċerna importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti petrolifiċi raffinati fl-Antilles ta' l-Olanda, il-Partijiet Kontrenti Għolja iddeċidew li l-kwantità ta' 2 miljun tunnellata metrika ta' prodotti petrolifiċi mill-Antilles għandha tiġi allokata bejn l-Istati Membri kif ġej:

Il-Ġermanja … | 625000 tunnellata metrika |

L-Unjoni Ekonomika Belgo/Lussemburgiża … | 200000 tunnellata metrika |

Franza … | 75000 tunnellata metrika |

L-Italja … | 100000 tunnellata metrika |

L-Olanda … | 1000000 tunnellata metrika |

PROTOKOLL (Nru 32)

DWAR L-AKKWIST TAL-PROPRJETA IMMOBBLI FID-DANIMARKA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BILLI JIXTIEQU li jsolvu ċertu problemi partikolari li għandhom x'jaqsmu mad-Danimarka,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Minkejja l-provvedimenti tat-Trattati, id-Danimarka tista' żżomm il-leġislazzjoni eżistenti dwar l-akkwist tat-tieni dar.

PROTOKOLL (Nru 33)

DWAR L-ARTIKOLU 157 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA

Il-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Għall-fini ta' l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-benefiċċji pagabbli taħt skemi ta' sigurtà soċjali in konnessjoni ma' l-impjieg, ma jiġux ikkunsidrati bħala rimunerazzjoni jekk u sakemm jistgħu jiġu attribwiti għal perijodi ta' impjieg li ġew qabel is- 17 ta' Mejju 1990, ħlief fil-każ ta' ħaddiema jew ta' dawk l-aventi kawża, u li qabel dik id-data jkunu bdew proċeduri legali jew introduċew talba ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali li tkun tapplika.

PROTOKOLL (Nru 34)

DWAR ARRANGAMENTI SPECJALI GHALL-GROENLANDJA

Artikolu 1

1. It-trattament dwar l-importazzjoni ġewwa l-Unjoni ta' prodotti suġġetti għall-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd, li joriġinaw fil-Groenlandja, għandu, waqt li jikkonforma mal-mekkaniżmi ta' l-organizzazzjoni tas-suq komuni, jinvolvi l-eżenzjoni mid-dazji tad-dwana u l-piżijiet b'effett ekwivalenti, jekk il-possibbiltajiet ta' l-aċċess għaż-żoni tas-sajd tal-Groenlandja mogħtija lill-Unjoni skond il-ftehim bejn l-Unjoni u l-awtorità responsabbli għall-Groenlandja huma sodisfaċenti għall-Unjoni.

2. Il-miżuri kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-arranġamenti ta' l-importazzjoni għal dawn il-prodotti, inklużi dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

PROTOKOLL (Nru 35)

DWAR L-ARTIKOLU 40.3.3 TAL-KOSTITUZZJONI TA' L-IRLANDA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

QABLU dwar id-dispożizzjoni li ġejja, li tkun annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea ta' l-Enerġija Atomika:

Xejn fit-Trattati, fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, jew fit-Trattati jew Atti li jimmodifikaw jew jissupplimentaw dawk it-Trattati, ma għandu jeffettwa l-applikazzjoni fl-Irlanda ta' l-Artikolu 40.3.3. tal-Kostituzzjoni ta’ L-Irlanda.

PROTOKOLL (Nru 36)

DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BILLI, sabiex tiġi organizzata t-transizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet istituzzjonali tat-Trattati applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u dawk previsti mill-imsemmi Trattat huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet transitorji,

FTIEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika:

Artikolu 1

F'dan il-Protokoll, il-kliem "it-Trattati" jfissru t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 2

1. Għall-perijodu tal-leġislatura 2009-2014 li jkun jifdal fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Artikolu, u b'deroga mill-Artikoli 189, it-tieni subparagrafu, u 190(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u mill-Artikoli 107, it-tieni subparagrafu, u 108(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, li kienu fis-seħħ meta saru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Ġunju 2009, u b'deroga min-numru ta' siġġijiet previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-18-il siġġu li ġejjin għandhom jiżdiedu mas-736 siġġu eżistenti, sabiex b'hekk in-numru totali ta' membri tal-Parlament Ewropew isir provviżorjament 754 sat-tmiem tal-leġislatura 2009-2014:

Bulgarija | 1 |

Spanja | 4 |

Franza | 2 |

Italja | 1 |

Latvja | 1 |

Malta | 1 |

Olanda | 1 |

Awstrija | 2 |

Polonja | 1 |

Slovenja | 1 |

Svezja | 2 |

Renju Unit | 1 |

2. B'deroga għall-Artikolu 14(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaħtru l-persuni li ser jimlew is-siġġijiet addizzjonali msemmijin fil-paragrafu 1, f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati u sakemm il-persuni kkonċernati jkunu ġew eletti b'vot dirett universali:

(a) f’elezzjonijiet ad hoc b'vot dirett universali fl-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew; jew

(b) b'referenza għar-riżultati tal-elezzjonijet tal-Parlament Ewropew tal- 4 sas- 7 ta' Ġunju 2009; jew

(c) b'ħatra mill-Parlament nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, minn fost il-membri tiegħu, tan-numru meħtieġ ta' membri, skont il-proċedura stabbilita minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri.

3. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fi żmien opportun qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MAĠĠORANZA KWALIFIKATA

Artikolu 3

1. Skond l-Artikolu 14(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu u d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill Ewropew u fil-Kunsill, għandu jkollhom effett mill- 1 ta' Novembru 2014.

2. Bejn l- 1 ta' Novembru 2014 u l- 31 ta' Marzu 2017, meta att ikollu jiġi adottat bil-maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li l-att jiġi adottat bil-maġġoranza kwalifikata kif definita fil-paragrafu 3. F'dak il-każ, għandhom japplikaw il-paragrafi 3 u 4.

3. Sal- 31 ta' Ottubru 2014, għandhom ikunu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 235(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Fejn il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu bil-maġġoranza kwalifikata, il-voti tal-membri għandhom jitqiesu li għandhom il-piż kif ġej:

Belġju | 12 |

Bulgarija | 10 |

Repubblika Ċeka | 12 |

Danimarka | 7 |

Ġermanja | 29 |

Estonja | 4 |

Irlanda | 7 |

Greċja | 12 |

Spanja | 27 |

Franza | 29 |

Italja | 29 |

Ċipru | 4 |

Latvja | 4 |

Litwanja | 7 |

Lussemburgu | 4 |

Ungerija | 12 |

Malta | 3 |

Olanda | 13 |

Awstrija | 10 |

Polonja | 27 |

Portugall | 12 |

Rumanija | 14 |

Slovenja | 4 |

Slovakkja | 7 |

Finlandja | 7 |

Svezja | 10 |

Renju Unit | 29 |

L-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 255 vot favur li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-membri meta, skond it-Trattati, għandhom jiġu adottati fuq proposta tal-Kummissjoni. F'każijiet oħra l-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 255 vot favur li jirrappreżentaw mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri.

Membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill jista' jitlob li, fejn att huwa adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, jiġi verifikat jekk l-Istati Membri li jiffurmaw din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentawx mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni. Jekk jinstab li dan ma jkunx il-każ, l-att m'għandux ikun adottat.

4. Sal- 31 ta' Ottubru 2014, fil-każijiet fejn, skond it-Trattati mhux il-membri kollha tal-Kunsill jipparteċipaw fil-vot, jiġifieri fil-każijiet fejn issir referenza għall-maġġoranza kwalifikata definita skond l-Artikolu 238(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun imfissra bħala li hija l-istess proporzjon tal-voti peżati u l-istess proporzjon tan-numru tal-membri tal-Kunsill u, jekk ikun xieraq, l-istess perċentwali tal-popolazzjoni ta' l-Istati Membri konċernati kif stabbilit fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-FORMAZZJONIJIET TAL-KUNSILL

Artikolu 4

Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 16(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jista' jiltaqa' fil-konfigurazzjonijiet previsti fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta' dak il-paragrafu kif ukoll fil-konfigurazzjonijiet l-oħra fuq il-lista stabbilita b'deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KUMMISSJONI, INKLUŻ IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TA' L-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA' SIGURTÀ

Artikolu 5

Il-Membri tal-Kummissjoni fil-kariga fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona għandhom jibqgħu fil-kariga sat-tmiem tal-mandat tagħhom. Madankollu, fil-jum tal-ħatra tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jintemm il-mandat tal-membru li jkollu l-istess nazzjonalità tar-Rappreżentant Għoli.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL, IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI GĦALL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI U D-DEPUTAT SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL

Artikolu 6

Il-mandati tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni u d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandhom jintemmu fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Il-Kunsill għandu jaħtar Segretarju Ġenerali skond l-Artikolu 240(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KORPI KONSULTATTIVI

Artikolu 7

Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 301 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandha tkun kif ġej:

Belġju | 12 |

Bulgarija | 12 |

Repubblika Ċeka | 12 |

Danimarka | 9 |

Ġermanja | 24 |

Estonja | 7 |

Irlanda | 9 |

Greċja | 12 |

Spanja | 21 |

Franza | 24 |

Italja | 24 |

Ċipru | 6 |

Latvja | 7 |

Litwanja | 9 |

Lussemburgu | 6 |

Ungerija | 12 |

Malta | 5 |

Olanda | 12 |

Awstrija | 12 |

Polonja | 21 |

Portugall | 12 |

Rumanija | 15 |

Slovenja | 7 |

Slovakkja | 9 |

Finlandja | 9 |

Svezja | 12 |

Renju Unit | 24 |

Artikolu 8

Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 305 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha tkun kif ġej:

Belġju | 12 |

Bulgarija | 12 |

Repubblika Ċeka | 12 |

Danimarka | 9 |

Ġermanja | 24 |

Estonja | 7 |

Irlanda | 9 |

Greċja | 12 |

Spanja | 21 |

Franza | 24 |

Italja | 24 |

Ċipru | 6 |

Latvja | 7 |

Litwanja | 9 |

Lussemburgu | 6 |

Ungerija | 12 |

Malta | 5 |

Olanda | 12 |

Awstrija | 12 |

Polonja | 21 |

Portugall | 12 |

Rumanija | 15 |

Slovenja | 7 |

Slovakkja | 9 |

Finlandja | 9 |

Svezja | 12 |

Renju Unit | 24 |

TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI DWAR L-ATTI ADOTTATI ABBAŻI TAT-TITOLI V U VI TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA QABEL ID-DĦUL FIS-SEĦĦ TAT-TRATTAT TA' LISBONA

Artikolu 9

L-effetti legali ta' l-atti ta' l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni adottati abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona għandhom jiġu preservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, isiru nulli jew jiġu emendati fl-implementazzjoni ta' dawn it-Trattati. L-istess japplika għall-konvenzjonijiet konklużi bejn l-Istati Membri abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

1. Bħala miżura transitorja, u fir-rigward ta' atti ta' l-Unjoni fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-kompetenzi ta' l-istituzzjonijiet fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak it-Trattat għandhom ikunu dawn li ġejjin: il-kompetenzi tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx ikunu applikabbli u s-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattatta' Lisbona, għandhom jibqgħu l-istess, inkluż fejn dawn ġew aċċettati taħt l-Artikolu 35(2) ta' l-imsemmi Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2. L-emendar ta' att imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvolvi l-applikabbiltà tas-setgħat ta' l-istituzzjonijiet imsemmija f'dak il-paragrafu kif stabbilit fit-Trattati fir-rigward ta' l-att emendat u għal dawk l-Istati Membri li għalihom għandu japplika dak l-att emendat.

3. Fi kwalunkwe każ, il-miżura transitorja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieqaf milli jkollha effett ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattatta' Lisbona.

4. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3, ir-Renju Unit jista' jinnotifika lill-Kunsill li dan ma jaċċettax, fir-rigward ta' l-atti msemmija fil-paragrafu 1, is-setgħat ta' l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u kif previsti fit-Trattati. Fil-każ li r-Renju Unit ikun għamel dik in-notifika, l-atti kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieqfu milli japplikaw għalih mid-data ta' l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika fir-rigward ta' l-atti emendati li huma applikabbli għar-Renju Unit kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina l-arranġamenti ta' konsegwenza u transitorji meħtieġa. Ir-Renju Unit m'għandux jipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni. Maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 238(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' wkoll jadotta deċiżjoni li tiddetermina li r-Renju Unit għandu jkun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tiegħu f'dawk l-atti.

5. Ir-Renju Unit jista', fi kwalunkwe ħin wara, jinnotifika lill-Kunsill bix-xewqa tiegħu li jipparteċipa f'atti li waqfu milli japplikaw għalih skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4. F'dak il-każ għandhom japplikaw, skond il-każ, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea jew tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Is-setgħat ta' l-istituzzjonijiet fir-rigward ta' dawk l-atti għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Trattati. Meta jaġixxu skond il-Protokolli rilevanti, l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom ifittxu li jerġgħu jistabbilixxu l-akbar livell possibbli ta' parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-acquis ta' l-Unjoni fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr ma tintlaqat l-operabbiltà prattika tad-diversi partijiet tiegħu u filwaqt li tiġi rispettata l-koerenza tagħhom.

PROTOKOLL (Nru 37)

DWAR IL-KONSEGWENZI FINANZJARJI TA’ L-ISKADENZA TAT-TRATTAT TAL-KEFA U DWAR IL-FOND TAR-RICERKA GHALL-FAHAM U L-AZZAR

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT li jfakkru li l-kapital u d-dejn kollu tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar kif kien jeżisti fit- 23 ta' Lulju 2002, kien ingħadda lill-Komunità Ewropea fl- 24 ta' Lulju 2002,

WAQT LI JQISU x-xewqa li jużaw dawn il-fondi għar-riċerka f’setturi relatati ma’ l-industrija tal-faħam u l-azzar u, għalhekk, il-ħtieġa li jipprovdu ċerti regoli speċifiċi f’dan ir-rigward,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

1. Il-valur nett ta’ dawn l-assi u djun, kif jidhru fil-balance sheet tal-KEFA fit- 23 ta’ Lulju 2002, suġġetti għal xi awment jew tnaqqis konsegwenti għall-operazzjoni ta' likwidazzjoni, huwa kunsidrat bħala patrimonju destinat għar-riċerka fis-setturi konnessi ma’ l-industrija tal-faħam u l-azzar, imsejħa "likwidazzjoni tal-KEFA". Meta tintemm il-likwidazzjoni il-patrimonju jissejjaħ "Patrimonju tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar".

2. Id-dħul minn dan il-patrimonju msejjaħ "Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar" jiġi utilizzat esklussivament għar-riċerka f'setturi konnessi ma' l-industrija tal-faħam u ta' l-azzar 'il barra mill-programm qafas ta' riċerka, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u ta' l-atti adottati abbażi tiegħu.

Artikolu 2

Il-Kunsill, li jaġixxi skond proċedura leġislattiva speċjali u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inklużi l-prinċipji essenzjali.

Il-Kunsill għandu jadotta, fuq proposta mil-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-miżuri li jistabbilixxu l-linji gwida finanzjarji pluriennali għall-immaniġġar tal-patrimonju tal-Fond ta' Riċerka tal-faħam u l-azzar u linji gwida tekniċi għall-programm ta’ riċerka għall-Fond ta’ Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar.

Artikolu 3

Barra minn kif provdut mod ieħor f’dan il-Protokoll u fl-atti adottati abbażi tiegħu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.

[*] Artikolu introdott mid-Deċiżjoni 2008/79/KE, Euratom (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 42).

[*] Test suġġett għal rettifika li qiegħda tiġi preparata.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjonijiet

annessi ma' l-Att Finali tal-Konferenza Intergovernementali li adottat it-Trattat ta' Lisbona

ffirmat fit- 13 ta' Diċembru 2007

A. DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI

1. Dikjarazzjoni dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, li hija legalment vinkolanti, tikkonferma d-drittijiet fundamentali garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri.

Il-Karta ma testendix il-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt ta' l-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi ta' l-Unjoni, u la toħloq kompetenzi jew kompiti ġodda għall-Unjoni, u lanqas timmodifika l-kompetenzi u l-kompiti kif definiti fit-Trattati.

2. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza taqbel li l-adeżjoni ta' l-Unjoni mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali għandha ssir b'mod li jiġu ppreservati l-karatteristiċi speċifiċi ta' l-ordni ġuridiku ta' l-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Konferenza tinnota l-eżistenza ta' djalogu regolari bejn il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tali djalogu jista' jiġi msaħħaħ meta l-Unjoni Ewropea taderixxi ma' din il-Konvenzjoni.

3. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

L-Unjoni ser tqis is-sitwazzjoni partikolari ta' pajjiżi ta' daqs territorjali żgħir li jżommu magħha relazzjonijiet speċifiċi mill-qrib.

4. Dikjarazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

Is-siġġu addizzjonali fil-Parlament Ewropew ser jingħata lill-Italja.

5. Dikjarazzjoni dwar il-qbil politiku mill-Kunsill Ewropew fir-rigward ta' l-abbozz ta' Deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Kunsill Ewropew ser jagħti l-qbil politiku tiegħu dwar l-abozz rivedut ta' Deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew għal-leġislatura 2009-2014, abbażi ta' proposta mill-Parlament Ewropew.

6. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 15(5) u (6), l-Artikolu 17(6) u (7) u l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Fl-għażla tal-persuni msejħa sabiex jassumu l-funzjonijiet ta' President tal-Kunsill Ewropew, ta' President tal-Kummissjoni u ta' Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jittieħed kont debitu tal-ħtieġa li tiġi rispettata d-diversità ġeografika u demografika ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri tagħha.

7. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li d-deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea ser tiġi adottata mill-Kunsill fid-data ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' Lisbona u ser tidħol fis-seħħ fil-jum li fih jidħol fis-seħħ it-Trattat imsemmi. L-abbozz tad-deċiżjoni jidher hawn taħt:

Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea bejn l- 1 ta' Novembru 2014 u l- 31 ta' Marzu 2017 min-naħa l-waħda, u mill- 1 ta' April 2017 min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Billi:

(1) Huwa kkunsidrat xieraq li jiġu adottati dispożizzjonijiet li jippermettu transizzjoni bla xkiel mis-sistema ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill, kif definit fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, li ser jibqa' japplika sal- 31 ta' Ottubru 2014,għas-sistema ta' votazzjoni prevista fl-Artikolu l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, li għandha tapplika mill- 1 ta' Novembru 2014, inkluż, matul perijodu transitorju sal- 31 ta' Marzu 2017, dispożizzjonijiet speċifiċi previsti fl-Artikolu 3(2), tal-Protokoll imsemmi hawn fuq.

(2) Huwa mfakkar li l-prattika tal-Kunsill hija li jiddedika kull sforz sabiex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika ta' l-atti adottati bil-maġġoranza kwalifikata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet applikabbli bejn l- 1 ta' Novembru 2014 u l- 31 ta' Marzu 2017

Artikolu 1

Bejn l- 1 ta' Novembru 2014 u l- 31 ta' Marzu 2017, jekk membri tal-Kunsill, li jirrappreżentaw:

a) mill-inqas tliet kwarti tal-popolazzjoni, jew

b) mill-inqas tliet kwarti ta' l-għadd ta' Stati Membri

meħtieġa sabiex jikkostitwixxu minoranza li timblokka b'riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu l-Artikolu 16(4), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, jindikaw l-oppożizzjoni tagħhom għall-adozzjoni ta' att mill-Kunsill bil-maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill għandu jiddiskuti din il-kwistjoni.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu, matul dawn id-diskussjonijiet, jagħmel kull ma jkun fis-setgħa tiegħu sabiex isib soluzzjoni sodisfaċenti, fi żmien raġonevoli u mingħajr preġudizzju għat-termini perentorji stabbiliti bil-liġi ta' l-Unjoni, sabiex jindirizza t-tħassib imqajjem mill-membri tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Għal dan il-għan, il-President tal-Kunsill, bl-assistenza tal-Kummissjoni u filwaqt li jirrispetta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, għandu jieħu kwalunkwe inizjattiva meħtieġa sabiex jiffaċilita l-kisba ta' ftehim fuq bażi aktar wiesgħa fil-Kunsill. Il-membri tal-Kunsill għandhom jagħtuh l-għajnuna tagħhom.

Taqsima 2

Dispożizzjonijiet li għandhom jiġu applikati mill- 1 ta' April 2017

Artikolu 4

Mill- 1 ta' April 2017, jekk membri tal-Kunsill, li jirrappreżentaw:

a) mill-inqas 55% tal-popolazzjoni, jew

b) mill-inqas 55% ta' l-għadd ta' Stati Membri,

meħtieġa sabiex jikkostitwixxu minoranza li timblokka b' riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu l-Artikolu 16(4), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, jindikaw l-oppożizzjoni tagħhom għall-adozzjoni ta' att mill-Kunsill bil-maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill għandu jiddiskuti din il-kwistjoni.

Artikolu 5

Il-Kunsill għandu, matul din id-diskussjoni, jagħmel kull ma jista' sabiex isib soluzzjoni sodisfaċenti, fi żmien raġonevoli u mingħajr preġudizzju għat-termini perentorji stabbiliti fil-liġi ta' l-Unjoni, sabiex jindirizza t-tħassib imqajjem mill-membri tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 6

Għal dan il-għan, il-President tal-Kunsill, bl-assistenza tal-Kummissjoni u filwaqt li jirrispetta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, għandu jieħu kwalunkwe inizjattiva meħtieġa sabiex jiffaċilita l-kisba ta' ftehim fuq bażi aktar wiesgħa fil-Kunsill. Il-membri tal-Kunsill għandhom jagħtuh l-għajnuna tagħhom.

Taqsima 3

Dħul fis-seħħ

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

8. Dikjarazzjoni dwar il-miżuri prattiċi li għandhom jittieħdu mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fir-rigward tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin

Fil-każ li t-Trattat ta' Lisbona jidħol fis-seħħ wara l- 1 ta' Jannar 2009, il-Konferenza tistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jeżerċita l-presidenza semestrali tal-Kunsill f'dak iż-żmien, minn naħa, u lill-persuna li tkun eletta President tal-Kunsill Ewropew u lill-persuna li tinħatar Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, min-naħa l-oħra, sabiex, f'konsultazzjoni mal-presidenza semestrali li jkun imiss, jieħdu l-miżuri konkreti meħtieġa li jippermettu transizzjoni effiċjenti ta' l-aspetti materjali u organizzattivi ta' l-eżerċizzju tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin.

9. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 16(9) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill

Il-Konferenza tiddikjara li l-Kunsill għandu jibda jħejji d-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-proċeduri għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill hekk kif jiġi ffirmat it-Trattat li jemenda t-Trattat ta' Lisbona u jagħtiha l-approvazzjoni politika tiegħu fi żmien sitt xhur. Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, li ser tiġi adottata fil-jum tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat imsemmi, tidher hawn taħt:

Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew

dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill

Artikolu 1

1. Il-Presidenza tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tal-formazzjoni ta' l-Affarijiet Barranin għandha tiġi eżerċitata minn gruppi pre-stabbiliti ta' tliet Stati Membri għal perjodu ta' 18-il xahar. Dawn il-gruppi għandhom ikunu ffurmati fuq bażi ta' rotazzjoni ndaqs bejn l-Istati Membri, li tieħu kont tad-diversità tagħhom u tal-bilanċ ġeografiku fi ħdan l-Unjoni.

2. Kull membru tal-grupp għandu jippresjedi f' rotazzjoni, għal perijodu ta' sitt xhur, il-presidenza tal-formazzjonijiet kollha tal-Kunsill, minbarra l-formazzjoni Affarijiet Barranin. Il-membri l-oħra tal-grupp għandhom jassistu lill-Presidenza fir-responsabbiltajiet tagħha kollha, abbażi ta' programm komuni. Il-Membri tal-grupp jistgħu jiddeċiedu dwar arranġamenti alternattivi bejniethom.

Artikolu 2

Il-presidenza tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri għandha tiġi eżerċitata minn rappreżentant ta' l-Istat Membru li jeżerċita l-presidenza tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali.

Il-presidenza tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandha tiġi eżerċitata minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-formazzjonijiet differenti tal-Kunsill, minbarra l-formazzjoni ta' l-Affarijiet Barranin, għandha taqa' fuq il-membru tal-grupp li jeżerċita l-presidenza tal-formazzjoni relevanti, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor skond l-Artikolu 4.

Artikolu 3

Il-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali, bil-koperazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jassigura l-koerenza u l-kontinwità fix-xogħol tal-formazzjonijiet differenti tal-Kunsill fil-qafas ta' programmazzjoni pluriennali. L-Istati Membri li jeżerċitaw il-Presidenza għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-organizzazzjoni u t-tħaddim tajjeb tax-xogħol tal-Kunsill, bl-assistenza tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 4

Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-miżuri għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

10. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li, meta l-Kummissjoni ma tibqax tinkludi ċittadini ta' l-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li tiżgura trasparenza sħiħa fir-relazzjonijiet tagħha ma' l-Istati Membri kollha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tkun f'kuntatt mill-qrib ma' l-Istati Membri kollha, kemm jekk għandhom ċittadin li qed iservi bħala Membru tal-Kummissjoni kif ukoll jekk m' għandhomx, u f'dan il-kuntest għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li jkun hemm skambju ta' informazzjoni u konsultazzjoni ma' l-Istati Membri kollha.

Il-Konferenza tikkunsidra wkoll li l-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiżgura li jitqiesu b'mod sħiħ ir-realtajiet politiċi, soċjali u ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, inklużi dawk li ma għandhomx ċittadin li qed iservi bħala Membru tal-Kummissjoni. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-garanzija li l-pożizzjoni ta' dawk l-Istati Membri tittieħed in kunsiderazzjoni peremzz ta' l-adozzjoni ta' arranġamenti ta' organizzazzjoni xierqa.

11. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 17(6) u (7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li, skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew għandhom responsabbiltà konġunta li jaraw li l-proċess li jwassal għall-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea jimxi tajjeb. Qabel id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew għandhom għaldaqstant jagħmlu l-konsultazzjonijiet meħtieġa fil-qafas li jqisu l-aktar xieraq. Skond l-Artikolu 17(7), l-ewwel subparagrafu, dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiffukaw fuq il-profil tal-kandidati għall-Presidenza tal-Kummissjoni, wara li jieħdu kont ta' l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. L-arranġamenti għal dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti, fiż-żmien opportun, bi qbil komuni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew.

12. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

1. Il-Konferenza tiddikjara li ser isiru l-kuntatti adegwati mal-Parlament Ewropew matul il-ħidma preparatorja li tippreċedi l-ħatra tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandha sseħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona skond l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, il-mandat tiegħu ser ikun minn dik id-data sa tmiem il-mandat tal-Kummissjoni fil-kariga f'dik id-data.

2. Barra minn hekk, il-Konferenza tfakkar illi, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li l-mandat tiegħu ser jibda f'Novembru 2009 fl-istess żmien u għall-istess durata bħall-Kummissjoni li jmiss, ser ikun/tkun maħtur/a skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 17 u 18 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

13. Dikjarazzjoni dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni

Il-Konferenza tissottolinja li d-dispożizzjonijiet fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jkopru l-politika estera u ta' sigurtà komuni, inkluż il-ħolqien tal-funzjoni ta' Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-istabbiliment ta' Servizz għall-Azzjoni Esterna, ma jaffettwawx ir-responsabbilitajiet ta' l-Istati Membri, kif jeżistu attwalment, għall-formulazzjoni u t-twettiq tal-politika estera tagħhom u lanqas ir-rappreżentanza nazzjonali tagħhom f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Il-Konferenza tfakkar ukoll li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni ma jippreġudikawx il-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża ta' l-Istati Membri.

Hija tisħaq li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ser jibqgħu marbutin bid-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u, b'mod partikolari, bir-responsabbiltà primarja tal-Kunsill tas-Sigurtà u ta' l-Istati Membri tiegħu għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

14. Dikjarazzjoni dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni

Flimkien mar-regoli u l-proċeduri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 24(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konferenza tenfasizza li d-dispożizzjonijiet dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, inkluż f'relazzjoni mar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u s-Servizz għall-Azzjoni Esterna mhux ser jaffettwaw il-bażi legali, ir-responsabbiltajiet, u l-kompetenzi eżistenti ta' kull Stat Membru fir-rigward tal-formulazzjoni u t-tmexxija tal-politika estera tiegħu, tas-servizz diplomatiku nazzjonali tiegħu, ir-relazzjonijiet tiegħu ma' pajjiżi terzi u l-parteċipazzjoni tiegħu f'organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż is-sħubija ta' Stat Membru fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-Konferenza tinnota wkoll li d-dispożizzjonijiet dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni ma jagħtux kompetenzi ġodda lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-inizjattiva f'deċiżjonijiet u lanqas ma jkabbru r-rwol tal-Parlament Ewropew.

Il-Konferenza tfakkar ukoll li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni ma jippreġudikawx il-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża ta' l-Istati Membri.

15. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 27 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li, hekk kif jiġi ffirmat it-Trattat ta' Lisbona, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jibdew il-ħidma preparatorja dwar is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

16. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 55(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li l-possibbiltà li t-Trattati jiġu tradotti fil-lingwi previsti fl-Artikolu 55(2) tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-objettiv previst fl-Artikolu 3(3), ir-raba' subparagrafu li jipprevedi li l-Unjoni tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha. F'dan il-kuntest, il-Konferenza tikkonferma r-rabta ta' l-Unjoni mad-diversità kulturali ta' l-Ewropa u l-attenzjoni speċjali li ser tkompli tagħti lil dawn il-lingwi u lil lingwi oħrajn.

Il-Konferenza tirrakkomanda lil dawk l-Istati Membri li jixtiequ jużaw il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 55(2) li jikkomunikaw lill-Kunsill, il-lingwa jew lingwi li fihom ser ikunu tradotti t-Trattati, fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' Lisbona.

17. Dikjarazzjoni dwar il-Primat

Il-Konferenza tfakkar li, skond każistika stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, it-Trattati u l-liġijiet adottati mill-Unjoni abbażi tat-Trattati għandhom il-primat fuq il-liġi ta' l-Istati Membri, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-każistika msemmija.

Barra minn hekk, il-Konferenza ddeċidiet li tehmeż ma' dan l-Att Finali bħala anness, l-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill dwar il-primat kif tidher fid-dokument 11197/07 (JUR 260):

"Opinjoni tas-Servizzi Legali tal-Kunsill

tat- 22 ta' Ġunju 2007:

Jirriżulta mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-primat tal-liġi tal-KE huwa prinċipju fundamentali tal-liġi Komunitarja. Skond il-Qorti, dan il-prinċipju huwa inerenti għan-natura speċifika tal-Komunità Ewropea. Fiż-żmien ta' l-ewwel sentenza ta' din il-każistika stabbilita (Costa/ENEL, il- 15 ta' Lulju 1964, Każ 6/64 [1]) il-primat ma kienx jissemma fit-trattat. L-istess għadu llum. Il-fatt li l-prinċipju tal-primat ma jkunx inkluż fit-Trattat futur bl-ebda mod mhu ser ibiddel l-eżistenza tal-prinċipju jew il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja."

18. Dikjarazzjoni dwar id-delimitazzjoni tal-kompetenzi

Il-Konferenza tissottolinja li, skond is-sistema tat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri kif previst fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-kompetenzi mhux mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati jibqgħu ta' l-Istati Membri.

Meta t-Trattati jagħtu lill-Unjoni kompetenza kondiviża ma' l-Istati Membri f'qasam speċifiku, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom sa fejn l-Unjoni ma tkunx eżerċitat, jew tkun iddeċidiet li ma tkomplix teżerċita, il-kompetenza tagħha. Is-sitwazzjoni ta' l-aħħar tista' tinqala' meta l-istituzzjonijiet kompetenti ta' l-UE jiddeċiedu li jirrevokaw att leġislattiv, b'mod partikolari bil-ħsieb li jassiguraw aħjar ir-rispett kostanti għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Il-Kunsill jista' jitlob lill-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva ta' Membru wieħed jew aktar (rappreżentanti ta' l-Istati Membri) u skond l-Artikolu 241 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, sabiex tippreżenta proposti għar-revoka ta' att leġislattiv. Il-Konferenza tilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ser tagħti attenzjoni partikolari lil dawn it-talbiet.

Bl-istess mod, ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqgħin f'Konferenza Intergovernattiva, skond il-proċedura ta' reviżjoni ordinarja prevista fl-Artikolu 48(2) sa (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jistgħu jiddeċiedu li jemendaw it-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni inkluż sabiex jiżdiedu jew jitnaqqsu l-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati msemmija.

19. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza taqbel li, fl-isforzi ġenerali ta' l-Unjoni sabiex telimina l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel, l-Unjoni timmira, fil-politika differenti tagħha, sabiex tiġġieled kontra kull xorta ta' vjolenza domestika. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jipprevjenu u jikkastigaw dawn l-atti kriminali kif ukoll sabiex jappoġġaw u jipproteġu lill-vittmi

20. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li kull meta għandhom jiġu adottati regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali abbażi ta' l-Artikolu 16 u dawn jista' jkollhom implikazzjonijiet diretti għas-sigurtà nazzjonali, irid jittieħed kont xieraq tal-karatteristiċi speċifiċi tal-kwistjoni. Hija tfakkar li l-leġislazzjoni applikabbli fil-preżent (ara b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE) tinkludi derogi speċifiċi f'dan ir-rigward.

21. Dikjarazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali

Il-Konferenza tagħraf li jistgħu jkunu meħtieġa regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-moviment liberu ta' din id-data fl-oqsma tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-koperazzjoni tal-pulizija abbażi ta' l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea minħabba n-natura speċifika ta' dawn l-oqsma.

22. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 48 u l-Artikolu 79 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li, fil-każ li abbozz ta' att leġislattiv ibbażat fuq l-Artikolu 79(2) jolqot aspetti importanti tas-sistema tas-sigurtà soċjali ta' Stat Membru, b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni, l-ispiża jew l-istruttura finanzjarja tagħha, jew jolqot l-ekwilibriju finanzjarju kif previst fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 48, l-interessi ta' l-Istati Membri ser jittieħdu in konsiderazzjoni kif dovut.

23. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 48, it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tfakkar li, f'dak il-każ, konformement ma' l-Artikolu 15(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew jaġixxi b'konsenus.

24. Dikjarazzjoni dwar il-personalità ġuridika ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkonferma li l-fatt li l-Unjoni Ewropea għandha personalità ġuridika bl-ebda mod m'hu ser jawtorizza lill-Unjoni sabiex tilleġisla jew taġixxi lil hinn mill-kompetenzi mogħtija lilha mill-Istati Membri fit-Trattati

25. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 75 u l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tfakkar li r-rispett għad-drittijiet u għal-libertajiet fundamentali jimplika, b'mod partikolari, li tingħata attenzjoni xierqa lill-protezzjoni u r-rispett tad-dritt ta' persuni fiżiċi jew entitajiet konċernati li jgawdu mill-garanziji previsti mil-liġi. Għal dan il-għan u sabiex ikun garantit kontroll ġudizzjarju strett tad-deċiżjonijiet li jimponu miżuri restrittivi fuq persuna fiżika jew entità, tali deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ċari u definiti. Dawn il-kriterji għandhom ikunu adattati skond l-ispeċifiċità ta' kull miżura restrittiva.

26. Dikjarazzjoni dwar in-non-parteċipazzjoni ta' Stat Membru f'miżura bbażata fuq it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li meta Stat Membru jagħżel li ma jieħux sehem f'miżura bbażata fuq it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill ikollu diskussjoni sħiħa dwar l-implikazzjonijiet u l-effetti possibbli tan-non-parteċipazzjoni ta' dan l-Istat Membru f'din il-miżura.

Barra minn hekk, kull Stat Membru jista' jistieden lill-Kummissjoni teżamina s-sitwazzjoni abbażi ta' l-Artikolu 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Is-subparagrafi preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jippreżenta din il-kwistjoni quddiem il-Kunsill Ewropew skond ir-regoli ta' proċedura tiegħu.

27. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 85(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li r-Regolamenti imsemmija fl-Artikolu 85(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jieħdu kont tar-regoli u l-prattiċi nazzjonali dwar il-bidu ta' investigazzjonijiet kriminali.

28. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 98 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 98 għandhom jiġu japplikati skond il-prattika attwali. Il-frażi "il-miżuri (…) meħtieġa sabiex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi ekonomiċi kkawżati mid-diviżjoni tal-Ġermanja lill-ekonomija ta' ċerti żoni tar-Repubblika Federali milquta minn dik id-diviżjoni" għandha tiġi interpretata skond il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.

29. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 107(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota li l-Artikolu 107(2)(c) għandu jkun interpretat skond il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet għal għajnuna mogħtija lil ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja milquta mid-diviżjoni preċedenti tal-Ġermanja.

30. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Fir-rigward ta' l-Artikolu 126, il-Konferenza tikkonferma li t-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir ekonomiku u l-kisba ta' pożizzjonijiet baġitarji sodi huma ż-żewġ kolonni tal-politika ekonomika u baġitarja ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri. Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir huwa strument importanti għall-kisba ta' dawn l-objettivi.

Il-Konferenza tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha għad-dispożizzjonijiet dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, bħala l-qafas għall-koordinazzjoni tal-politika baġitarja fl-Istati Membri.

Il-Konferenza tikkonferma li sistema bbażata fuq ir-regoli hija l-aqwa garanzija tar-rispett ta' l-impenji u sabiex l-Istati Membri kollha jiġu trattati b'mod ugwali.

F'dan il-qafas, il-Konferenza tafferma wkoll mill-ġdid l-impenn tagħha għall-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Lisbona: il-ħolqien ta' impjiegi, ir-riformi strutturali u l-koeżjoni soċjali.

L-Unjoni timmira għall-kisba ta' tkabbir ekonomiku bilanċjat u ta' l-istabbilità tal-prezzijiet. Għaldaqstant, il-politika ekonomika u baġitarja għandha tistabbilixxi l-prioritajiet adegwati rigward riformi ekonomiċi, ta' innovazzjoni, ta' kompetittività u ta' tisħiħ ta' l-investiment privat u l-konsum fi żminijiet ta' tkabbir ekonomiku dgħajjef. Dan għandu jiġi rifless fl-orjentazzjonijiet tad-deċiżjonijiet baġitarji kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell ta' l-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' ristrutturazzjoni tad-dħul u ta' l-infiq pubbliku, b'rispett għad-dixxiplina baġitarja skond it-Trattati u l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

L-isfidi finanzjarji u ekonomiċi li jiffaċċjaw l-Istati Membri jissottolinjaw l-importanza ta' politika baġitarja soda matul il-ċiklu ekonomiku.

Il-Konferenza taqbel li l-Istati Membri għandhom jużaw il-perijodi ta' rkupru ekonomiku b'mod attiv sabiex jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi tagħhom u jtejbu l-pożizzjonijiet baġitarji tagħhom. L-objettiv huwa li progressivament tinkiseb żieda fil-bilanċ fi żminijiet tajba, li toħloq il-marġni meħtieġ sabiex jiġi ffaċċat kull tnaqqis fl-attività ekonomika u b'hekk jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi.

L-Istati Membri jistennew bil-ħerqa l-proposti eventwali mill-Kummissjoni kif ukoll kontributi ġodda mill-Istati Membri għat-tisħiħ u l-iċċarar ta' l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex itejbu l-potenzjal tat-tkabbir ta' l-ekonomiji tagħhom. Il-koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika tista' tiffavorixxi dan l-objettiv. Din id-Dikjarazzjoni ma tippreġudikax id-dibattitu futur dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

31. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 156 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkonferma li l-politika deskritta fl-Artikolu 156 essenzjalment taqa' taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri. Il-miżuri ta' inkoraġġiment u ta' koordinazzjoni li għandhom jittieħdu fil-livell ta' l-Unjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu ta' natura komplementari. Dawn iservu sabiex isaħħu l-koperazzjoni bejn Stati Membri u mhux sabiex jarmonizzaw sistemi nazzjonali. Il-garanziji u l-prattiċi eżistenti f'kull Stat Membru fir-rigward tar-responsabbiltà ta' l-imsieħba soċjali ma jiġux milquta.

Din id-Dikjarazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jagħtu kompetenzi lill-Unjoni, inkluż fil-qasam soċjali.

32. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 168(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li l-miżuri li ser jiġu adottati skond l-Artikolu 168(4)(c) iridu jirrispettaw t-tħassib komuni ta' sigurtà u jridu jkollhom l-objettiv li jistabbilixxu standards għoljin ta' kwalità u ta' sigurtà, f'każijiet meta standards nazzjonali li jaffettwaw is-suq intern ikunu ta' xkiel għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

33. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li l-frażi "reġjuni insulari" prevista fl-Artikolu 174 tista' tinkludi Stati gżejjer fit-totalità tagħhom, bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kriterji meħtieġa.

34. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 179 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza taqbel li l-azzjoni ta' l-Unjoni fil-qasam tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku tieħu kont debitu ta' l-orjentazzjoni u l-għażliet fundamentali tal-politika ta' riċerka ta' l-Istati Membri.

35. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li l-Artikolu 194 ma jolqotx id-dritt ta' l-Istati Membri li jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-provvista ta' l-enerġija tagħhom skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 347.

36. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni dwar in-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali mill-Istati Membri dwar spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

Il-Konferenza tikkonferma li l-Istati Membri jistgħu jinnegozjaw u jikkonkludu ftehim ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma koperti mill-Kapitoli 3, 4, 5 tat-Titolu V tat-Tielet Parti, safejn dawn il-ftehim ikunu konformi mad-dritt ta' l-Unjoni.

37. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati mill-Unjoni sabiex taqdi l-obbligu tagħha ta' solidarjetà fir-rigward ta' Stat Membru li jkun suġġett għal attakk terroristiku jew ikun vittma ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem, l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 222 ma hija maħsuba li tirrestrinġi d-dritt ta' Stat Membru ieħor li jagħżel il-mezzi l-aktar xierqa sabiex jaqdi l-obbligu tiegħu ta' solidarjetà fir-rigward ta' dak l-Istat Membru.

38. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 252 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar in-numru ta' Avukati-Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Konferenza tiddikjara li jekk, skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 252, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja titlob li n-numru ta' Avukati Ġenerali jiżdied bi tlieta (ħdax minflok tmienja), il-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità, ser jaqbel dwar tali żieda.

F'dak il-każ, il-Konferenza taqbel li l-Polonja, kif diġà huwa l-każ għall-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit, ser ikollha Avukat-Ġenerali permanenti u mhux ser tibqa' tieħu sehem fis-sistema ta' rotazzjoni; filwaqt li s-sistema attwali ta' rotazzjoni ser tibda tinkludi r-rotazzjoni ta' ħames Avukati-Ġenerali minflok tlieta.

39. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tibqa' tikkonsulta l-esperti maħtura mill-Istati Membri fit-tħejjija ta' abbozzi ta’ atti delegati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji skond il-prattika stabbilita tagħha.

40. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 329 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikkjara li l-Istati Membri jistgħu jindikaw, meta huma jippreżentaw talba sabiex tiġi stabbilita koperazzjoni msaħħa, jekk huma għandhomx diġà l-intenzjoni f'dak l-istadju li jagħmlu użu mill-Artikolu 333, li jipprevedi estensjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata, jew li jirrikorru għall-proċedura leġislattiva ordinarja.

41. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li r-referenza għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 352(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea tirrigwarda l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-objettivi ta' l-Artikolu 3(5) ta' dak it-Trattat fir-rigward ta' l-azzjoni esterna taħt il-Ħames Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Huwa għalhekk eskluż li azzjoni bbażata fuq l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea tkun tfittex biss l-objettivi stabbilti fl-Artikolu 3(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'rabta ma' dan, il-Konferenza tinnota li, skond l-Artikolu 31(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ma jistgħux jiġu adottati atti leġislattivi fil-qasam tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni.

42. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tissottolinja li, skond il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li huwa parti integrali minn sistema istituzzjonali bbażata fuq il-prinċipju ta' l-għoti tal-kompetenzi, ma jistax iservi bħala bażi għat-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi ta' l-Unjoni lil hinn mill-qafas ġenerali maħluq bid-dispożizzjonijiet tat-Trattati fl-intier tagħhom u, b'mod partikolari, b'dawk li jiddefinixxu l-missjonijiet u l-attivitajiet ta' l-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, dan l-Artikolu ma jistax jintuża bħala bażi għall-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet li l-effett tagħhom ikun, fis-sustanza, li jemendaw it-Trattati bla ma jsegwu l-proċedura prevista fl-istess Trattati.

43. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 355(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Partijiet Kontraenti Għolja jaqblu li l-Kunsill Ewropew, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 355(6) ser jieħu deċiżjoni li twassal għall-modifika ta' l-istatus ta' Mayotte fir-rigward ta' l-Unjoni, sabiex dan it-territorju jiġi kkunsidrat bħala reġjun l' aktar 'il bogħod fis-sens ta' Artikolu 355(1) u l-Artikolu 349 meta l-awtoritajiet Franċiżi jinnotifikaw lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni li l-evoluzzjoni kurrenti fl-istatus intern tal-gżira tippermetti dan.

B. DIKJARAZZJONIJIET DWAR PROTOKOLLI ANNESSI GĦAT-TRATTATI

44. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota li meta Stat Membru jkun għamel notifika skond l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea li hu ma jkunx jixtieq jieħu sehem fi proposta jew inizjattiva, dik in-notifika tista' tkun irtirata fi kwalunkwe ħin qabel l-adozzjoni tal-miżura li tibni fuq l-acquis ta' Schengen.

45. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li kull meta r-Renju Unit jew l-Irlanda jindikaw lill-Kunsill l-intenzjoni tagħhom li ma jieħdux sehem f'miżura bbażata fuq parti mill-acquis ta' Schengen li fih wieħed minnhom jipparteċipa, il-Kunsill għandu jkollu diskussjoni sħiħa dwar l-implikazzjonijiet possibbli tan-non-parteċipazzjoni ta' dak l-Istat Membru f'dik il-miżura. Id-diskussjoni fil-Kunsill għandha ssir fid-dawl ta' l-indikazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni dwar ir-relazzjoni bejn il-proposta u l-acquis ta' Schengen.

46. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5(3) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tfakkar li jekk il-Kunsill ma jieħux deċiżjoni wara l-ewwel diskussjoni sostantiva dwar il-kwistjoni, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta emendata sabiex terġa' tgħaddi għal eżami ulterjuri tas-sustanza fil-Kunsill fil-limitu ta' żmien ta' 4 xhur.

47. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5(3), (4) u (5) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota li l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu determinati fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5(3), (4) jew (5) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jiddeterminaw li l-Istat Membru konċernat għandu jkun responsabbli għal konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-acquis kollu jew parti minnu msemmi fi kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kunsill skond l-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi.

48. Dikjarazzjoni dwar il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka

Il-Konferenza tinnota li, fir-rigward ta' atti legislattivi li jridu jiġu adottati mill-Kunsill, waħdu jew b'mod konġunt mal-Parlament Ewropew, u li fihom dispożizzjonijiet applikabbli għad-Danimarka kif ukoll dispożizzjonijiet li mhumiex applikabbli għad-Danimarka għaliex għandhom bażi legali li għaliha tapplika l-Parti I tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, id-Danimarka tiddikjara li mhix ser tuża d-dritt tal-vot tagħha sabiex timpedixxi l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet li mhumiex applikabbli għad-Danimarka.

Barra minn dan, il-Konferenza tinnota li, abbażi tad-Dikjarazzjoni tal-Konferenza dwar l-Artikolu 222, id-Danimarka tiddikjara li l-parteċipazzjoni tagħha f'azzjonijiet jew f'atti leġislattivi skond l-Artikolu 222 ser isseħħ skond il-Parti I u l-Parti II tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.

49. Dikjarazzjoni dwar l-Italja

Il-Konferenza tinnota li l-Protokoll dwar l-Italja, anness fl-1957 għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, kif emendat hekk kif ġie adottat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kien jiddikjara li:

"IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

WAQT LI JIXTIEQU li jsolvu ċerti problemi partikolari relatati ma' l-Italja,

FTIEHMU fuq id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi ma' dan it-Trattat:

L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ

JIEĦDU NOTA tal-fatt li l-Gvern Taljan qed iwettaq program ta' għaxar snin ta' espansjoni ekonomika ddisinjat sabiex jirrettifika d-disekwilibri fl-istruttura ta' l-ekonomija Taljana, b'mod partikolari billi jipprovdi infrastruttura għaż-żoni inqas żviluppati fl-Italja t'isfel u fil-gżejjer Taljani u billi joħloq impjiegi oħrajn sabiex jelimina l-qagħad.

IFAKKRU li l-prinċipji u l-objettivi ta' dan il-programm tal-Gvern Taljan ġew ikkunsidrati u approvati mill-organizzazzjonijiet għall-koperazzjoni internazzjonali li tagħhom l-Istati Membru huma membri.

JIRRIKONOXXU li hu fl-interess komuni tagħhom li l-objettivi tal-programm Taljan jitwettqu.

JIFTIEHMU, li sabiex tiġi ffaċilitata r-realizzazzjoni ta' dan ix-xogħol mill-Gvern Taljan, li jirrakkomandaw lill-istituzzjonijiet tal-Komunità li għandhom jimpjegaw il-metodi u l-proċeduri kollha provduti f'dan it-Trattat u, b'mod partikolari, jagħmlu użu xieraq tar-riżorsi tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment u tal-Fond Soċjali Ewropew.

HUMA TA' L-OPINJONI li l-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom, fl-applikazzjoni ta' dan it-Trattat, jieħdu kont ta' l-isforz li għandu jsir mill-ekonomija Taljana fis-snin fil-ġejjieni u tax-xewqa li tiġi evitata tensjoni perikoluża fil-bilanċ tal-pagamenti jew fil-livell ta' mpjieg, li jista' jipperikola l-applikazzjoni ta' dan it-Trattat fl-Italja.

JIRRIKONOXXU li fil-każ ta' l-Artikoli 109 H u 109 I li qed jiġu applikati jkun meħtieġ li jieħdu ħsieb li kull miżura meħtieġa mill-Gvern Taljan ma tipperġudikax it-twettiq sħiħ tal-programm tiegħu għall-espansjoni ekonomika u sabiex jittejjeb il-livell ta' għixien tal-popolazzjoni.".

50. Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji

Il-Konferenza tistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fil-qafas tas-setgħat rispettivi tagħhom, sabiex jagħmlu ħilithom sabiex jadottaw, fil-każijiet xierqa u fejn ikun possibbli fi żmien ħames snin kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, l-atti leġislattivi li jemendaw jew jissostitwixxu l-atti msemmija fl-Artikolu 10(1) tal-Protokoll imsemmi.

C. DIKJARAZZJONIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI

51. Dikjarazzjoni tar-Renju tal-Belġju dwar il-parlamenti nazzjonali

Il-Belġju jixtieq jagħmilha ċara li, skond il-liġi kostituzzjonali tiegħu, kemm il-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senat tal-Parlament Federali kif ukoll l-assemblei parlamentari tal-Komunitajiet u tar-Reġjuni jaġixxu, skond il-kompetenzi eżerċitati mill-Unjoni, bħala komponenti tas-sistema parlamentari nazzjonali jew kmamar tal-Parlament nazzjonali.

52. Dikjarazzjoni mir-Renju tal-Belġju, mir-Repubblika tal-Bulgarija, mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika Ellenika, mir-Renju ta' Spanja, mir-Repubblika Taljana, mir-Repubblika ta' Ċipru, mir-Repubblika tal-Litwanja, mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mir-Repubblika ta' l-Ungerija, mir-Repubblika ta' Malta, mir-Repubblika ta' l-Awstrija, mir-Repubblika Portugiża, mir-Rumanija, mir-Repubblika Slovena u mir-Repubblika Slovakka dwar is-simboli ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja jiddikjaraw li l-bandiera li tirrappreżenta ċirku ta' tnax-il stilla tad-deheb fuq sfond blu, l-innu meħud minn "Odi lil Hena" meħud mid-Disa' Sinfonia ta' Ludwig van Beethoven, il-motto "Magħquda fid-diversità", l-euro bħala munita ta' l-Unjoni Ewropea u Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju ser jibqgħu għalihom is-simboli ta' l-appartenenza komuni taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea u tar-rabta tagħhom magħha.

53. Dikjarazzjoni tar-Repubblika Ċeka dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

1. Ir-Repubblika Ċeka tfakkar li d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea huma indirizzati lill-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Ewropea b'rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u t-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, kif affermat mill-ġdid fid-Dikjarazzjoni (nru 18) fir-rigward tad-delimitazzjoni tal-kompetenzi. Ir-Repubblika Ċeka tenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma indirizzati lill-Istati Membri biss meta huma jkunu qed jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni, u mhux meta jkunu qed jadottaw jew jimplimentaw liġi nazzjonali indipendentement mil-liġi ta' l-Unjoni.

2. Ir-Repubblika Ċeka tenfasizza wkoll li l-Karta ma testendix il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni u ma toħloq l-ebda kompetenza ġdida għall-Unjoni. Hija ma tnaqqasx il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi nazzjonali u ma tirrestrinġi l-ebda kompetenza attwali ta' l-awtoritajiet nazzjonali f'dan il-qasam.

3. Ir-Repubblika Ċeka tenfasizza li, safejn il-Karta tirrikonoxxi d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, dawk id-drittijiet u l-prinċipji għandhom ikunu interpretati f'armonija ma' dawk it-tradizzjonijiet.

4. Ir-Repubblika Ċeka tenfasizza wkoll li xejn f'din il-Karta ma jista' jiġi interpretat bħala li jirrestrinġi jew li jaffettwa b'mod ħażin id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti, fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom, mil-liġi ta' l-Unjoni u minn ftehim internazzjonali li fih l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha huma parti, inkluż il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u mill-Kostituzzjonijiet ta' l-Istati Membri.

54. Dikjarazzjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Renju ta' l-Isvezja

Il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Ungerija, l-Awstrija u l-Isvezja jinnutaw li d-dispożizzjonijiet essenzjali tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika ma ġewx emendati sostanzjalment mindu dan daħal fis-seħħ, u li jeħtieġ li jiġu aġġornati. Huma għalhekk jappoġġaw l-idea ta' Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li għandha tiġi konvokata mill-aktar fis possibbli.

55. Dikjarazzjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

It-Trattati japplikaw ukoll għall-Ġibiltà bħala territorju Ewropew li għar-relazzjonijiet esterni tiegħu huwa responsabbli Stat Membru. Dan ma jimplikax bidliet fil-pożizzjonijiet rispettivi ta' l-Istati Membri kkonċernati.

56. Dikjarazzjoni mill-Irlanda dwar l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

L-Irlanda tafferma l-impenn tagħha lejn l-Unjoni bħala spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li jirrispetta d-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti ta' l-Istati Membri li fih iċ-ċittadini jingħataw livell għoli ta' sigurezza.

Għaldaqstant, l-Irlanda tiddikjara l-intenzjoni ferma tagħha li teżerċita d-dritt tagħha taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li tieħu sehem fl-adozzjoni ta' miżuri skond it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea safejn hi tqis li jista' jkun.

B'mod partikolari, l-Irlanda ser tipparteċipa safejn ukun possibli fil-miżuri fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija.

Barra minn hekk, l-Irlanda tfakkar li skond l-Artikolu 8 tal-Protokoll hija tista' tinnotifika lill- Kunsill bil-miktub li ma tixtieqx tkun aktar koperta mit-termini tal-Protokoll. L-Irlanda bi ħsiebha tirrivedi l-operat ta' dawn l-arranġamenti fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat.

57. Dikjarazzjoni tar-Repubblika Taljana dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

L-Italja tinnota li, skond l-Artikoli 10 u 14 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew huwa magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini ta' l-Unjoni, li r-rappreżentazzjoni tagħhom hija garantita b'mod digressivament proporzjonali.

L-Italja tinnota wkoll li, bis-saħħa ta' l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u ta' l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kwalunkwe persuna li għandha n-nazzjonalità ta' Stat Membru hija ċittadin ta' l-Unjoni.

Konsegwentement, l-Italja tqis li, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni dwar il-leġislatura 2009-2014, kull deċiżjoni adottata mill-Kunsill Ewropew, fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bl-approvazzjoni tiegħu, li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, għandha tirrispetta l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 14, it-tieni paragrafu, l-ewwel subparagrafu.

58. Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija u tar-Repubblika ta' Malta dwar l-ortografija ta’ l-isem tal-munita unika fit-Trattati

Mingħajr preġudizzju għall-ortografija unifikata ta’ l-isem tal-munita unika ta’ l-Unjoni Ewropea msemmija fit-Trattati u hekk kif muri fuq il-karti tal-flus u fuq il-muniti, il-Latvja, l-Ungerija u Malta jiddikjaraw li l-ortografija ta’ l-isem tal-munita unika, inklużi d-derivattivi, kif użati fit-test kollu bil-Latvjan, bl-Ungeriż u bil-Malti tat-Trattati, m' għandha l-ebda effett fuq ir-regoli eżistenti tal-lingwa Latvjana, tal-lingwa Ungeriża u tal-lingwa Maltija.

59. Dikjarazzjoni tar-Renju ta' l-Olanda dwar l-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Ir-Renju ta' l-Olanda ser japprova deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 312(2), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea ladarba reviżjoni tad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 311, it-tielet subparagrafu, ta' dak it-Trattat tkun provdiet lill-Olanda b'soluzzjoni sodisfaċenti għall-qagħda tagħha ta' ħlas nett negativ u eċċessiv vis-à-vis il-baġit ta' l-Unjoni Ewropea.

60. Dikjarazzjoni tar-Renju ta' l-Olanda dwar l-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Ir-Renju ta' l-Olanda jiddikjara li inizjattiva għal deċiżjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 355(6) li timmira li temenda l-istatus ta' l-Antilli Olandiżi u/jew ta' Aruba fir-rigward ta' l-Unjoni Ewropea, ser tiġi ppreżentata biss abbażi ta' deċiżjoni meħuda skond il-Karta tar-Renju ta' l-Olanda.

61. Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Karta ma taffettwa bl-ebda mod id-dritt ta' Stat Membru li jilleġisla fil-qasam tal-moralità pubblika, id-dritt tal-familja kif ukoll il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-integrità fiżika u morali tal-bniedem.

62. Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Polonja u għar-Renju Unit

Ir-Repubblika tal-Polonja tiddikjara li, b' kont meħud tat-tradizzjoni tal-moviment soċjali "Solidarità" u l-kontribut importanti tiegħu fil-ġlieda għad-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema, hija tirrispetta bi sħiħ id-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema kif stabbiliti mid-dritt ta' l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari dawk imtennija fit-Titolu IV tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

63. Dikjarazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar id-definizzjoni tat-terminu "ċittadini"

Fir-rigward tat-Trattati u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u ta' kwalunkwe att li joħroġ minn dawk it-Trattati jew li baqa' fis-seħħ bis-saħħa ta' dawk it-Trattati, ir-Renju Unit jerġa' jtenni d-Dikjarazzjoni li għamel fil- 31 ta' Diċembru 1982 dwar id-definizzjoni tat-terminu "ċittadini", fejn ir-referenza għal "Ċittadini ta' Territorji Dipendenti Brittanniċi" għandha tinqara bħala li tfisser "Ċittadini ta' Territorji Brittanniċi extra-Ewropej".

64. Dikjarazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew

Ir-Renju Unit jinnota li l-Artikolu 14 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati mhumiex maħsuba sabiex li jemendaw il-bażi għad-dritt tal-vot għall-elezzjonijiet parlamentari Ewropej.

65. Dikjarazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar l-Artikolu 75 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Ir-Renju Unit jappoġġa bis-sħiħ azzjoni robusta fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' sanzjonijiet finanzjarji mfassla sabiex jipprevjenu u jiġġieldu t-terroriżmu u attivitajiet relatati. Għaldaqstant, ir-Renju Unit jiddikjara li għandu l-intenzjoni jeżerċita d-dritt tiegħu taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li jieħu sehem fl-adozzjoni tal-proposti kollha li saru taħt l-Artikolu 75 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

[1] "Jirriżulta (…) li l-liġi li toħroġ mit-trattat, sors awtonomu ta' liġi, ma tistax, minħabba n-natura speċjali u oriġinali tagħha, tingħeleb minn dispożizzjonijiet legali interni ikunu xi jkunu mingħajr ma din titlef il-karattru tagħha ta' liġi Komunitarja u mingħajr ma titpoġġa f' dubbju l-bażi legali nnifisha tal-Komunità."

--------------------------------------------------

Tabella ta' korrispondenza [*]

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Numerazzjoni antika tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea | Numerazzjoni ġdida tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea |

TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI | TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

| Artikolu 2 |

Artikolu 2 | Artikolu 3 |

Artikolu 3 (mħassar) [2] | |

| Artikolu 4 |

| Artikolu 5 [3] |

Artikolu 4 (mħassar) [4] | |

Artikolu 5 (mħassar) [5] | |

Artikolu 6 | Artikolu 6 |

Artikolu 7 | Artikolu 7 |

| Artikolu 8 |

TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET LI JEMENDAW IT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITA EKONOMIKA EWROPEA BIL-ĦSIEB LI TIĠI STABBILITA L-KOMUNITA EWROPEA | TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI |

Artikolu 8 (mħassar) [6] | Artikolu 9 |

| Artikolu 10 [7] |

|

| Artikolu 11 |

| Artikolu 12 |

TITOLU III - DISPOŻIZZJONIJIET LI JEMENDAW IT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITA EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR | TITOLU III - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR L-ISTITUZZJONIJIET |

Artikolu 9 (mħassar) [8] | Artikolu 13 |

| Artikolu 14 [9] |

| Artikolu 15 [10] |

| Artikolu 16 [11] |

| Artikolu 17 [12] |

| Artikolu 18 |

| Artikolu 19 [13] |

TITOLU IV - DISPOŻIZZJONIJIET LI JEMENDAW IT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITA EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA | TITOLU IV - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOPERAZZJONI MSAĦĦA |

Artikolu 10 (mħassar) [14] Artikoli 27 A sa 27 E (sostitwiti) Artikoli 40 à 40 B (sostitwiti) Artikoli 43 à 45 (sostitwiti) | Artikolu 20 [15] |

|

TITOLU V - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR POLITIKA BARRANIJA U TA' SIGURTA KOMUNI | TITOLU V - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TAL-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTA KOMUNI |

| Kapitolu 1- Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni |

| Artikolu 21 |

| Artikolu 22 |

| Kapitolu 2 - Dispożizzjonijiet Speċifiċi dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni |

| Taqsima 1 - Dispożizzjonijiet Komuni |

| Artikolu 23 |

Artikolu 11 | Artikolu 24 |

Artikolu 12 | Artikolu 25 |

Artikolu 13 | Artikolu 26 |

| Artikolu 27 |

Artikolu 14 | Artikolu 28 |

Article 15 | Artikolu 29 |

Artikolu 22 (spostat) | Artikolu 30 |

Artikolu 23 (spostat) | Artikolu 31 |

Artikolu 16 | Artikolu 32 |

Artikolu 17 (spostat) | Artikolu 42 |

Artikolu 18 | Artikolu 33 |

Artikolu 19 | Artikolu 34 |

Artikolu 20 | Artikolu 35 |

Artikolu 21 | Artikolu 36 |

Artikolu 22 (spostat) | Artikolu 30 |

Artikolu 23 (spostat) | Artikolu 31 |

Artikolu 24 | Artikolu 37 |

Artikolu 25 | Artikolu 38 |

| Artikolu 39 |

Artikolu 47 (sostitwit) | Artikolu 40 |

Artikolu 26 (mħassar) | |

Artikolu 27 (mħassar) | |

Artikolu 27 A (sostitwit) [16] | Artikolu 20 |

Artikolu 27 B (sostitwit) [16] | Artikolu 20 |

Artikolu 27 C (sostitwit) [16] | Artikolu 20 |

Artikolu 27 D (sostitwit) [16] | Artikolu 20 |

Artikolu 27 E (sostitwit) [16] | Artikolu 20 |

Artikolu 28 | Artikolu 41 |

| Taqsima 2 - Dispożizzjonijiet dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni |

Artikolu 17 (spostat) | Artikolu 42 |

| Artikolu 43 |

| Artikolu 44 |

| Artikolu 45 |

| Artikolu 46 |

TITOLU VI - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR KOPERAZZJONI FL-OQSMA TAL-ĠUSTIZZJA U L-AFFARIJIET INTERNI (mħassar) [17] | |

Artikolu 29 (sostitwit) [18] | |

Artikolu 30 (sostitwit) [19] | |

Artikolu 31 (sostitwit) [20] | |

|

Artikolu 32 (sostitwit) [21] | |

Artikolu 33 (sostitwit) [22] | |

Artikolu 34 (mħassar) | |

Artikolu 35 (mħassar) | |

Artikolu 36 (sostitwit) [23] | |

Artikolu 37 (mħassar) | |

Artikolu 38 (mħassar) | |

Artikolu 39 (mħassar) | |

Artikolu 40 (sostitwit) [24] | Artikolu 20 |

Artikolu 40 A (sostitwit) [24] | Artikolu 20 |

Artikolu 40 B (sostitwit) [24] | Artikolu 20 |

Artikolu 41 (mħassar) | |

Artikolu 42 (mħassar) | |

TITOLU VII - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR KOPERAZJONI MSAĦĦA (sostitwit) [25] | TITOLU IV - DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KOPERAZZJONI MSAĦĦA |

Artikolu 43 (sostitwit) [25] | Artikolu 20 |

Artikolu 43 A (sostitwit) [25] | Artikolu 20 |

Artikolu 43 B (sostitwit) [25] | Artikolu 20 |

Artikolu 44 (sostitwit) [25] | Artikolu 20 |

Artikolu 44 A (sostitwit) [25] | Artikolu 20 |

Artikolu 45 (sostitwit) [25] | Artikolu 20 |

TITOLU VIII - DISPOŻIZZJONIJIET FINALI | TITOLU VI - DISPOŻIZZJONIJIET FINALI |

Artikolu 46 (mħassar) | |

| Artikolu 47 |

|

Artikolu 47 (sostitwit) | Artikolu 40 |

Artikolu 48 | Artikolu 48 |

Artikolu 49 | Artikolu 49 |

| Artikolu 50 |

| Artikolu 51 |

| Artikolu 52 |

Artikolu 50 (mħassar) | |

Artikolu 51 | Artikolu 53 |

Artikolu 52 | Artikolu 54 |

Artikolu 53 | Artikolu 55 |

[*] Dawn it-tabelli huma derivati mit-Tabelli previsti fl-Artikolu 5 tat-Trattat ta’ Lisbona, mingħajr il-kolonna tan-nofs li kien fiha n-numerazzjoni intermedja li kienet tidher fit-Trattat ta’ Lisbona.

[2] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 7 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem TFUE) l-Artikolu 13(1), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem it-Trattat UE).

[3] Jissostitwixxi l-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn issa 'l quddiem it-Trattat KE).

[4] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 15.

[5] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 13(2).

[6] L-Artikolu 8 tat-Trattat UE li kien fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona (minn issa 'l quddiem it-Trattat UE attwali) kien immodifika t-Trattat KE. Dawn il-modifikazzjonijiet huma inkorporati fit-Trattat l-aktar riċenti u l-Artikolu 8 tħassar. In-numru tiegħu issa qed jintuża biex tiddaħħal dispożizzjoni ġdida.

[7] Il-paragrafu 4 jissostitwixxi fis-sustanza l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 191 tat-Trattat KE.

[8] L-Artikolu 9 tat-Tratt UE attwali kien immodifika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. Dan it-Trattat ta' l-aħħar skada fit- 23 ta' Lulju 2002. L-Artikolu 9 huwa mħassar u n-numru tiegħu issa qed jintuża biex tiddaħħal dispożizzjoni oħra.

[9]

- Il-paragrafi 1 u 2 jissostitwixxu, fis-sustanza, l-Artikolu 189 tat-Trattat KE;

- Il-paragrafi 1 u 3 jissostitwixxu, fis-sustanza, l-Artikolu 190(1) u (3) tat-Trattat KE;

- Il-paragrafu 1 jissostitwixxi, fis-sustanza, l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 192 tat-Trattat KE;

- Il-paragrafu 4 jissostitwixxi, fis-sustanza, l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 197.

[10] Jissostitwixxi, fis-sustanza, l-Artikolu 4.

[11]

- Il-paragrafu 1 jissostitwixxi, fis-sustanza, l-ewwel u t-tieni inċiż tal-Artikolu 202 tat-Trattat KE;

- Il-paragrafi 2 u 9 jissostitwixxu, fis-sustanza, l-Artikolu 203 tat-Trattat KE;

- Il-paragrafi 4 u 5 jissostitwixxu, fis-sustanza, l-Artikolu 205(2) u (4) tat-Trattat KE.

[12]

- Il-paragrafu 1 jissostitwixxi, fis-sustanza, l-Artikolu 211 tat-Trattat KE;

- Il-paragrafi 3 u 7 jissostitwixxu, fis-sustanza, l-Artikolu 214 tat-Trattat KE;

- Il-paragrafu 6 jissostitwixxi, fis-sustanza, l-Artikolu 217(1), (3) u (4) tat-Trattat KE.

[13]

- jissostitwixxi, fis-sustanza, l-Artikolu 220 tat-Trattat KE;

- l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jissostitwixxi, fis-sustanza, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 221 tat-Trattat KE.

[14] L-Artikolu 10 tat-Trattat UE attwali immodifika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Dawn il-modifiki huma inkorporati f'dan l-aħħar Trattat u l-Artikolu 10 huwa mħassar. In-numru tiegħu qed jintuża biex tiddaħħal dispożizzjoni oħra.

[15] Jissostitwixxi ukoll l-Artikoli 11 u 11 A tat-Trattat KE.

[16] L-Artikoli 27 A sa 27 E tat-Trattat UE attwali, dwar il-kooperazzjoni msaħħa, huma ukoll sostitwiti mill-Artikoli 326 sa 334 tat-TFUE.

[17] Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI tat-Trattat UE attwali, dwar il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, huma sostitwiti mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 1, 4 u 5 tat-Titolu IV (Numerazzjoni ġdida: V) tat-Tielet Parti tat-TFUE.

[18] Sostitwit mill-Artikolu 67 tat-TFUE.

[19] Sostitwit mill-Artikoli 87 u 88 tat-TFUE.

[20] Sostitwit mill-Artikoli 82, 83 u 85 tat-TFUE.

[21] Sostitwit mill-Artikolu 89 tat-TFUE.

[22] Sostitwit mill-Artikolu 72 tat-TFUE.

[23] Sostitwit mill-Artikolu 71 tat-TFUE.

[24] L-Artikoli 40 sa 40 B es articles 40 à 40 B tat-Trattat UE attwali, huma ukoll sostitwiti Artikoli 326 sa 334 tat-TFUE.

[25] L-Artikoli 43 sa 45 u t-Titolu VII tat-Trattat UE attwali, dwar il-kooperazzjoni msaħħa, huma ukoll sostitwiti mill-Artikoli 326 sa 334 tat-TFUE.

[26] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 3 tat-Trattat UE.

[27] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikoli 3 sa 6 tat-Trattat TFUE.

[28] Sostitwit mill-Artikolu 5 tat-Trattat UE.

[29] Inserzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar il-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali.

[30] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 13 tat-Trattat UE.

[31] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 13 tat-Trattat UE u mill-Artikolu 282, paragrafu 1, tat-Trattat TFUE.

[32] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 4, paragrafu 3, tat-Trattat UE.

[33] Sostitwit ukoll mill-Artikolu 20 tat-Trattat UE.

[34] Jissostitwixxi wkoll l-Artikolu 29 tat-Trattat UE attwali.

[35] Jissostitwixxi l-Artikolu 36 tat-Trattat UE attwali.

[36] Jissostitwixxi wkoll l-Artikolu 33 tat-Trattat UE attwali.

[37] Il-punti 1 u 2 tal-Artikolu 63 tat-Trattat KE huma sostitwiti mill-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 78 tat-Trattat TFUE, u l-paragrafu 2 tal-Artikolu 64 huwa sostitwit mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 78 tat-Trattat TFUE.

[38] Jissostitwixxi l-Artikolu 31 tat-Trattat UE attwali.

[39] Jissostitwixxi l-Artikolu 30 tat-Trattat UE attwali.

[40] Jissostitwixxi l-Artikolu 32 tat-Trattat UE attwali.

[41]

- fl-Artikolu 140, il-paragrafu 1 huwa l-paragrafu 1 tal-Artikolu 121;

- fl-Artikolu 140, il-paragrafu 2 jinkludi t-tieni sentenza tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 122;

- fl-Artikolu 140, il-paragrafu 3 huwa l-paragrafu 5 tal-Artikolu 123.

[42]

- fl-Artikolu 141, il-paragrafu 1 huwa l-paragrafu 3 tal-Artikolu 123;

- fl-Artikolu 141, il-paragrafu 2 jinkludi l-ewwel ħames inċiżi tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 117.

[43] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 208, paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza, tat-Trattat TFUE.

[44] Fil-paragrafu 1, fit-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tissostitwixxi fis-sustanza l-Artikolu 178 tat-Trattat KE.

[45] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 14, paragrafi 1 u 2, tat-Trattat UE.

[46] Sostitwiti, fis-sustanza, mill-Artikolu 14, paragrafi 1 sa 3, tat-Trattat UE.

[47] Sostitwita, fis-sustanza, mill-Artikolu 11, paragrafu 4, tat-Trattat UE.

[48] Sostitwita, fis-sustanza, mill-Artikolu 14, paragrafu 1, tat-Trattat UE.

[49] Sostitwita, fis-sustanza, mill-Artikolu 14, paragrafu 4, tat-Trattat UE.

[50] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 16, paragrafu 1, tat-Trattat UE u mill-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat TFUE.

[51] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 16, paragrafi 2 u 9, tat-Trattat UE.

[52] Sostitwiti, fis-sustanza, mill-Artikolu 16, paragrafi 4 u 5, tat-Trattat UE.

[53] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 17, paragrafu 1, tat-Trattat UE.

[54] Sostitwiti, fis-sustanza, mill-Artikolu 17, paragrafi 3 u 7, tat-Trattat UE.

[55] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 17, paragrafu 6, tat-Trattat UE.

[56] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 295 tat-Trattat TFUE.

[57] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 19 tat-Trattat UE.

[58] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 19, paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat UE.

[59] L-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu hija sostitwita, fis-sustanza, mill-Artikolu 19, paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, tat-Trattat UE.

[60] Jissostitwixxi, fis-sustanza, l-Artikolu 202, it-tielet inċiż, tat-Trattat KE.

[61] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 300, paragrafu 2, tat-Trattat TFUE.

[62] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 300, paragrafu 4, tat-Trattat TFUE.

[63] Sostitwiti, fis-sustanza, mill-Artikolu 300, paragrafi 3 u 4, tat-Trattat TFUE.

[64] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 310, paragrafu 4, tat-Trattat TFUE.

[65] Jissostitwixxi wkoll l-Artikoli 27 A sa 27 E, 40 sa 40 B u 43 sa 45 tat-Trattat UE attwali.

[66] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 47 tat-Trattat UE.

[67] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 52 tat-Trattat UE.

[68] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 51 tat-Trattat UE.

[69] Sostitwit, fis-sustanza, mill-Artikolu 55 tat-Trattat UE.

--------------------------------------------------

Top