EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015D2099-20190703

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2099 tat-18 ta' Novembru 2015 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief (notifikata bid-dokument C(2015) 7891) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2099/2019-07-03

02015D2099 — MT — 03.07.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2099

tat-18 ta' Novembru 2015

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief

(notifikata bid-dokument C(2015) 7891)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 303 20.11.2015, p. 75)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1134 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-1 ta' Lulju 2019

  L 179

25

3.7.2019




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2099

tat-18 ta' Novembru 2015

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief

(notifikata bid-dokument C(2015) 7891)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-grupp ta' prodotti “materjal tat-tkabbir, sustanzi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief” għandu jinkludi materjal tat-tkabbir, sustanzi organiċi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief organiku.

Artikolu 2

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1) “materjal tat-tkabbir” tfisser materjal fejn jitkabbru l-pjanti li jintuża bħala substrat għall-iżvilupp tal-għeruq;

(2) “materjal minerali tat-tkabbir” tfisser materjal tat-tkabbir li jkun magħmul għalkollox minn kostitwenti minerali;

(3) “sustanzi li jtejbu l-ħamrija” tfisser materjal, ħlief materjal tal-ġir, li jiżdied mal-ħamrija in situ bil-għan ewlieni li jżomm jew itejjeb il-karatteristiċi fiżiċi u/jew kimiċi u/jew bijoloġiċi tagħha;

(4) “sustanzi organiċi li jtejbu l-ħamrija” tfisser sustanzi li jtejbu l-ħamrija u li jkun fihom materjali karbonjużi bil-għan ewlieni li jiżdied il-kontenut ta' materja organika fil-ħamrija;

(5) “ħuxlief” tfisser tip ta' sustanza li ttejjeb il-ħamrija u li tintuża bħala għata protettiva mqiegħda madwar il-pjanti, fuq wiċċ il-ħamrija, bil-għan ewlieni li tevita t-telf tal-umdità, tilqa' lill-ħaxix ħażin milli jikber, u tnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija;

(6) “ħuxlief organiku” tfisser ħuxlief li jkun fih materjali karbonjużi mnisslin mill-bijomassa;

(7) “kostitwent” tfisser materjal użat li jista' jkun ingredjent tal-prodott;

(8) “kostitwent organiku” tfisser kostitwent li jkun fih materjali karbonjużi.

(9) “familja tal-prodott” tfisser il-firxa ta' prodotti magħmulin mill-istess kostitwenti;

(10) “produzzjoni annwali” tfisser il-produzzjoni annwali ta' familja tal-prodott;

(11) “kontribut annwali” tfisser l-ammont annwali ta' materjali trattati f'impjant għat-trattament tal-iskart jew ta' prodotti sekondarji tal-annimali;

(12) “lott” tfisser kwantità ta' prodotti manifatturati mill-istess proċess fl-istess kundizzjonijiet u tikkettati bl-istess mod, u bi preżunzjoni li għandhom l-istess karatteristiċi;

(13) “bijoskart” tfisser skart bijodegredabbli mill-ġardina jew mill-ġonna, skart tal-ikel u tal-kċina mid-djar, mir-ristoranti, mingħand il-fornituri tal-ikel u mill-postijiet tal-bejgħ, u skart tal-istess xeħta minn impjanti għall-ipproċessar tal-ikel;

(14) “bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, l-iskart u r-residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikoltura (fosthom is-sustanzi veġetali u tal-annimali), mill-forestrija u minn industriji oħrajn relatati, fosthom mis-sajd u mill-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli tal-iskart industrijali u muniċipali.

Artikolu 3

Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, dan għandu jkun jifforma parti mill-grupp ta' prodotti “materjal tat-tkabbir, sustanzi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief” kif jiddefinixxi l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jikkonforma mal-kriterji u mar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati li jistabbilixxi l-Anness.

▼M1

Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “materjal tat-tkabbir, sustanzi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom, għandhom jibqgħu validi sat-30 ta' Ġunju 2022.

▼B

Artikolu 5

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “materjal tat-tkabbir, sustanzi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief” għandu jkun 048 .

Artikolu 6

Jitħassru d-Deċiżjonijiet 2006/799/KE u 2007/64/EKE.

Artikolu 7

1.  B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE li jittressqu għal prodotti fil-grupp ta' prodotti “materjal tat-tkabbir” jew “sustanzi li jtejbu l-ħamrija” qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2006/799/KE u 2007/64/KE rispettivament.

2.  Madankollu, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE li jitressqu għal prodotti fil-grupp ta' prodotti “materjal tat-tkabbir” jew “sustanzi li jtejbu l-ħamrija” fi żmien xahrejn minn meta tiġi adottata din id-Deċiżjoni, jistgħu jissejsu fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2006/799/KE u 2007/64/KE jew inkella fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Dawk l-applikazzjonijiet jiġu evalwati skont il-kriterji li jibbażaw fuqhom.

3.  Il-liċenzji għall-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet 2006/799/KE u 2007/64/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar minn meta tiġi adottata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

QAFAS

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief:

Il-kriterju 1

— Il-kostitwenti

Il-kriterju 2

— Il-kostitwenti organiċi

Il-kriterju 3

— Il-materjal minerali tat-tkabbir u l-kostitwenti minerali

Il-kriterju 3.1

— Il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2

Il-kriterju 3.2

— Sorsi ta' estrazzjoni tal-minerali

Il-kriterju 3.3

— L-użu u wara l-użu tal-materjal minerali tat-tkabbir

Il-kriterju 4

— Materjali riċiklati/rkuprati u organiċi fil-materjal tat-tkabbir

Il-kriterju 5

— Il-limitazzjoni tas-sustanzi perikolużi

Il-kriterju 5.1

— Metalli tqal

Il-kriterju 5.2

— Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

Il-kriterju 5.3

— Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Il-kriterju 5.4

— Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

Il-kriterju 5.5

— Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

Il-kriterju 6

— L-istabbiltà

Il-kriterju 7

— Il-kontaminanti fiżiċi

Il-kriterju 8

— Il-materja organika u l-materja niexfa

Il-kriterju 9

— Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

Il-kriterju 10

— Ir-rispons tal-pjanti

Il-kriterju 11

— Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

Il-kriterju 12

— L-għoti tal-informazzjoni

Il-kriterju 13

— L-informazzjoni li turi l-Ekotikketta tal-UE



Tabella 1

L-applikabbiltà tal-kriterji differenti għal kull tip ta' prodott li jkopri l-kamp ta' applikazzjoni

Kriterju

Materjal tat-tkabbir

Sustanzi li jtejbu l-ħamrija

Ħuxlief

Il-kriterju 1 — Il-kostitwenti

x

x

x

Il-kriterju 2 — Il-kostitwenti organiċi

x

x

x

Il-kriterju 3.1. — Il-materjal minerali tat-tkabbir u l-kostitwenti minerali: Il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2

x

 

 

Il-kriterju 3.2 — Il-materjal minerali tat-tkabbir u l-kostitwenti minerali: Sorsi ta' estrazzjoni tal-minerali

x

x

x

Il-kriterju 3.3 — Il-materjal minerali tat-tkabbir u l-kostitwenti minerali: L-użu u wara l-użu tal-materjal minerali tat-tkabbir

x

 

 

Il-kriterju 4 — Materjali riċiklati/rkuprati u organiċi fil-materjal tat-tkabbir

x

 

 

Il-kriterju 5 — Il-limitazzjoni tas-sustanzi perikolużi

 

 

 

Il-kriterju 5.1 — Metalli tqal

x

x

x

Il-kriterju 5.2 — Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

x

x

x

Il-kriterju 5.3 — Sustanzi u taħlitiet perikolużi

x

x

x

Il-kriterju 5.4 — Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

x

x

x

Il-kriterju 5.5 — Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

x

x

x

Il-kriterju 6 — L-istabbiltà

x

x

x

Il-kriterju 7 — Il-kontaminanti fiżiċi

x

x

x

Il-kriterju 8 — Il-materja organika u l-materja niexfa

 

x

x

Il-kriterju 9 — Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

x

x

 

Il-kriterju 10 — Ir-rispons tal-pjanti

x

x

 

Il-kriterju 11 — Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

x

 

 

Il-kriterju 12 — L-għoti tal-informazzjoni

x

x

x

Il-kriterju 13 — L-informazzjoni li turi l-Ekotikketta tal-UE

x

x

x

IR-REKWIŻITI TA' VALUTAZZJONI U TA' VERIFIKA

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u tal-verifika huma indikati f'kull kriterju.

Meta l-applikant jeħtieġlu jagħti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri li hemm konformità mal-kriterji, dawn jistgħu jiġu mingħand l-applikant u/jew mingħand il-fornituri tiegħu, kif ikun xieraq.

Il-Korpi Kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment iċ-ċertifikazzjonijiet li joħorġu korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jagħmlu korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.

Meta xieraq jistgħu jintużaw metodi tal-ittestjar oħrajn li mhumiex indikati għal kull kriterju, diment li l-Korp Kompetenti li jkun qed jeżamina l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Meta xieraq, l-Entitajiet Kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti.

Bħala prerekwiżit, il-prodott irid jilħaq ir-rekwiżiti legali rispettivi kollha tal-pajjiżi fejn il-prodott huwa maħsub li jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma' dan ir-rekwiżit.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu skont EN 12579 (Materjali tat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija. It-teħid tal-kampjuni). Il-kampjuni għandhom jitħejjew skont EN 13040 (Materjali tat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija. It-tħejjija tal-kampjuni għal testijiet kimiċi u fiżiċi, id-determinazzjoni tal-kontenut ta' materja niexfa, il-kontenut ta' umdità u d-densità tal-massa kompatta tal-laboratorju).

Għas-sena tal-applikazzjoni, il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar trid tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 1. Għas-snin ta' wara, il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar trid tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2. Ġew stabbiliti frekwenzi differenti għat-teħid tal-kampjuni u għall-ittestjar ta' dawn it-tipi ta' pjanti:

It-tip 1

:

Impjanti għat-trattament tal-iskart jew ta' prodotti sekondarji tal-annimali

It-tip 2

:

Impjanti għall-manifattura ta' prodotti li jużaw materjali minn impjanti tat-Tip 1.

It-tip 3

:

Impjanti għall-manifattura ta' prodotti li ma jużawx materjali dderivati minn skart jew minn prodotti sekondarji tal-annimali

Għall-impjanti tat-Tip 2, il-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar għas-sena tal-applikazzjoni u fis-snin ta' wara se jkunu l-istess bħall-frekwenzi stabbiliti għat-Tip 3, diment li l-fornituri tagħhom tal-materjali dderivati minn skart jew minn prodotti sekondarji tal-annimali jkunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija. Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jagħtih ir-rapporti tat-testijiet mingħand il-fornituri u d-dokumentazzjoni li tiżgura li l-fornituri jikkonformaw mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. Il-Korp Kompetenti jista' jqis il-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar skont il-leġiżlazzjoni u l-istandards nazzjonali jew reġjonali bħala validi biex jiżguraw li l-fornituri tal-materjali dderivati minn skart jew minn prodotti sekondarji jkunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. Jekk prodott ikun magħmul minn materjal ġej mill-annimali jew ikun fih dan il-materjal, għandha ssir referenza għall-istandards mikrobijoloġiċi u għall-kontrolli tas-saħħa pubblika u tal-annimali stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 ( 2 ).

Il-kriterju 1 — Il-kostitwenti

Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

Il-kostitwenti ammessi għandhom ikunu kostitwenti organiċi u/jew minerali.

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu lista tal-kostitwenti tal-prodott.

Il-kriterju 2 — Il-kostitwenti organiċi

Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

Il-kriterju 2.1

Il-prodott finali m'għandux ikun fih pit.

Il-kriterju 2.2

1. Dawn il-materjali jistgħu jkunu l-kostitwenti organiċi ta' prodott finali:

 Materjali dderivati mir-riċiklaġġ tal-bijoskart minn ġbir separat, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

 Materjali dderivati minn prodotti sekondarji tal-annimali tal-Kategoriji 2 u 3 kif jistabbilixxi l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) u l-istandards tekniċi li jistabbilixxi r-Regolament (UE) Nru 142/2011;

 Materjali dderivati minn materjal tal-ħmieġ tal-imsaren, tiben u materjal naturali ieħor jew tal-forestrija li mhux perikoluż kif jiddefinixxi l-Artikolu 2(1)(f) tad-Direttiva 2008/98/KE;

 Materjali dderivati minn xi prodotti sekondarji oħra tal-bijomassa, kif jiddefinixxi l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/98/KE, li ma jissemmewx hawn fuq, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' 2) u tas-subkriterju 2.3;

 Materjali derivati mir-riċiklaġġ jew mill-irkupru ta' xi skart tal-bijomassa ieħor li ma jissemmewx hawn fuq, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' 2) u tas-subkriterju 2.3;

2. Dawn il-materjali ma jistgħux ikunu l-kostitwenti organiċi ta' prodott finali:

 Materjali dderivati għalkollox jew parzjalment mill-frazzjoni organika ta' skart domestiku muniċipali mħallat li jiġi separat bi trattament mekkaniku, fiżikokimiku, bijoloġiku, u/jew manwali;

 Materjali dderivati għalkollox jew parzjalment mill-ħama li jinġema' bit-trattament tad-drenaġġ muniċipali u mill-ħama li jinġema' mill-industrija tal-karta;

 Materjali dderivati għalkollox jew parzjalment mill-ħama ħlief dawk li jippermetti l-Kriterju 2.3;

 Materjali dderivati għalkollox jew parzjalment mill-prodotti sekondarji tal-annimali tal-Kategorija 1 skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Il-kriterju 2.3

Materjali dderivati mir-riċiklaġġ jew mill-irkupru tat-tajn huma permessi biss jekk il-ħama jkun jikkonforma ma' dawn ir-rekwiżiti:

(a) Dawn huma identifikati bħala wieħed minn dawn it-tipi ta' skart skont il-Lista Ewropea tal-Iskart, kif tiddefinixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE ( 5 ) ippreżentata fit-Tabella 2:



Tabella 2

Il-ħama permess u l-kodiċijiet tiegħu skont il-Lista Ewropea tal-Iskart

0203 05

Ħama mit-trattament ta' effluwenti fuq il-post fil-preparazzjoni u l-ipproċessar ta' frott, ħxejjex, ċereali, żjut li jittieklu, kawkaw, kafè, te u tabakk, produzzjoni ta' prodotti ppreżervati, il-produzzjoni ta' ħmira u estratt ta' ħmira, preparazzjoni u fermentazzjoni ta' ġulepp magħqud;

0204 03

ħama mit-trattament ta' effluwenti fuq il-post fl-ipproċessar taz-zokkor;

0205 02

ħama mit-trattament ta' effluwenti fuq il-post fl-industrija tal-prodotti tal-ħalib;

0206 03

ħama mit-trattament ta' effluwenti fuq il-post fl-industrija tal-ħami u tal-ħelu;

0207 05

ħama mit-trattament ta' effluwenti fuq il-post fil-produzzjoni tax-xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku (minbarra kafè, tè u kawkaw).

(b) Il-ħama jiġi separat minn sors wieħed, jiġifieri ma jkunx ġie mħallat ma' effluwenti jew ħama ieħor 'il barra minn proċess tal-produzzjoni speċifiku.

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu l-informazzjoni dwar l-oriġini ta' kull kostitwent organiku tal-prodott u dikjarazzjoni ta' konformità mar-rekwiżit imsemmi hawn fuq.

Il-kriterju 3 — Il-materjal minerali tat-tkabbir u l-kostitwenti minerali

Il-kriterju 3.1 — Il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2

Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal minerali tat-tkabbir.

Il-manifattura tal-minerali espanduti u tas-suf minerali għandha tissodisfa dawn il-livelli limitu tal-konsum tal-enerġija u tal-emissjonijiet tas-CO2:

 Il-konsum tal-enerġija/prodott ≤ 11 GJ/t tal-prodott

 l-emissjonijiet tas-CO2/prodott ≤ 0,8 t CO2/t tal-prodott

Il-proporzjon tal-konsum tal-enerġija għall-prodott jiġi kkalkulat bħala medja annwali kif ġej:

image

Fejn:

  n hu l-għadd ta' snin tal-perjodu użat biex tinstab il-medja

  i hi s-sena tal-perjodu użat biex tinstab il-medja

  Produzzjoni hi l-produzzjoni tas-suf minerali jew tal-minerali espanduti f'tunnellati fis-sena i

  F hu l-konsum annwali tal-fjuwils fil-proċess tal-produzzjoni fis-sena i

  Elgrilja hu l-konsum annwali tal-elettriku mill-grilja fis-sena i

  Hkoġ hu l-konsum annwali tas-sħana utli mill-koġenerazzjoni fis-sena i

  Elkoġ hu l-konsum annwali tal-elettriku mill-koġenerazzjoni fis-sena i

  Ref Ηη u Ref Εη huma l-valuri ta' referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku kif tiddefinixxi d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) u mkejla skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE ( 7 )

  PESkoġ hu l-iffrankar tal-enerġija primarja tal-impjant tal-koġenerazzjoni kif tiddefinixxi d-Direttiva 2012/27/UE, fis-sena i

Il-proporzjon tal-emissjonijiet tas-CO2/prodott jiġi kkalkulat bħala medja annwali kif ġej:

image

Fejn:

  n hu l-għadd ta' snin tal-perjodu użat biex tinstab il-medja

  i hi s-sena tal-perjodu użat biex tinstab il-medja

  Produzzjoni hi l-produzzjoni tas-suf minerali f'tunnellati fis-sena i

  CO2 diretti huma l-emissjonijiet tas-CO2 kif jiddefinixxi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 ( 8 ), fis-sena i

  CO2 indiretti huma l-emissjonijiet tas-CO2 indiretti li ħoloq il-konsum finali tal-enerġija fis-sena i, u għandu jitkejjel kif ġej:

image

Fejn:

  FEgrilja hu l-intensità medja tal-karbonju fl-UE tal-grilja tal-elettriku, skont il-metodoloġija MEErP ( 9 ) (0,384 tCO2/MWhe = 0,107 tCO2/GJe)

  FEfjuwil koġ hi l-fattur tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-fjuwil ikkunsmat fl-impjant tal-koġenerazzjoni

L-emissjonijiet tas-CO2 diretti għandu jiġi monitorjat skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012.

Il-perjodu biex jitkejlu l-proporzjonijiet tal-konsum tal-enerġija/prodott u tal-emissjonijiet tas-CO2/prodott għandu jkun l-aħħar 5 snin qabel l-applikazzjoni. Jekk fid-data tal-applikazzjoni l-perjodu tal-operat tal-impjant ikun inqas minn 5 snin, il-proporzjon għandu jitkejjel bħala l-medja annwali ta' dak il-perjodu ta' operat, li għandu jkun mill-inqas sena.

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu dikjarazzjoni b'din l-informazzjoni:

 Il-proporzjon tal-konsum tal-enerġija (GJ)/prodott (tunnellata)

 Il-proporzjon tal-emissjonijiet tas-CO2 (tunnellata)/prodott (tunnellata)

 L-emissjonijiet tas-CO2 diretti (tunnellati) għal kull sena tal-perjodu biex tiġi kkalkulata l-medja

 L-emissjonijiet tas-CO2 indiretti (tunnellati) għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

 Il-fjuwils ikkunsmati, il-konsum ta' kull fjuwil (GJ), is-subproċessi tal-proċess ta' manifattura meta dawn jiġu kkunsmati għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

 Il-konsum tal-elettriku mill-grilja (GJ enerġija finali) għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

 Il-konsum tas-sħana utli mill-koġenerazzjoni (GJ enerġija finali) għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

 Il-konsum tal-elettriku mill-koġenerazzjoni (GJ enerġija finali) għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

 Il-valuri ta' referenza tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku

 L-iffrankar tal-enerġija primarja (PES) (%) tal-koġenerazzjoni għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

 L-identifikazzjoni tal-fjuwils użati fil-koġenerazzjoni u s-sehem tagħhom fit-taħlita tal-fjuwils, għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

Mad-dikjarazzjonijiet għandhom jingħataw ukoll dawn id-dokumenti:

 Rapport annwali dwar l-emissjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 601/2012, għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

 Rapport ta' verifika li lir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet iqisu sodisfaċenti skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 ( 10 ), għal kull sena tal-perjodu biex tinstab il-medja

 Ir-rekords tal-konsum tal-elettriku mill-grilja mogħtija mill-fornitur, għal kull sena tal-perjodu biex tiġi kkalkulata l-medja

 Ir-rekords tal-konsum tas-sħana utli u tal-elettriku mill-koġenerazzjoni, kemm fuq il-post kif ukoll mixtrija, għal kull sena tal-perjodu biex tiġi kkalkulata l-medja

Il-kriterju 3.2 — Sorsi ta' estrazzjoni tal-minerali

Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

Il-minerali estratti jistgħu jintużaw bħala kostitwenti tal-prodott finali diment li:

1. (Fl-UE): Jekk ikunu ġew estratti minn żoni tan-netwerk ta' Natura 2000, komposti minn Żoni ta' Protezzjoni Speċjali skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, u minn Żoni Speċjali ta' Konservazzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 12 ) dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, l-attivitajiet ta' estrazzjoni ikunu ġew evalwati u awtorizzati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE u jkun tqies id-Dokument gwida tal-UE dwar l-estrazzjoni ta' minerali mhux għall-enerġija u Natura 2000 ( 13 ).

2. (Barra mill-UE:) Jekk ikunu ġew estratti minn żoni protetti u meqjusa hekk fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi tax-xiri/esportaturi, l-attivitajiet ta' estrazzjoni jkunu ġew evalwati u awtorizzati skont dispożizzjonijiet li jipprovdu garanziji ekwivalenti għal dawk f'punt (1).

Valutazzjoni u verifika

Jekk fiż-żoni tan-network ta' Natura 2000 (fl-UE) jew fiż-żoni protetti u meqjusa hekk fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi tax-xiri/esportaturi, ikunu twettqu attivitajiet tal-estrazzjoni ta' minerali, l-applikant għandu jipprovdi d-dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan ir-rekwiżit li jkunu ħarġulu l-awtoritajiet kompetenti jew kopja tal-awtorizzazzjoni tagħhom maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.

Il-kriterju 3.3 — L-użu u wara l-użu tal-materjal minerali tat-tkabbir

Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal minerali tat-tkabbir.

Il-materjali minerali tat-tkabbir għandhom jiġu offruti biss biex jintużaw għal applikazzjonijiet ortikulturali professjonali.

Lill-klijenti, l-applikant għandu joffrilhom servizz strutturat ta' ġbir u riċiklaġġ, u jista' juża s-servizz ta' fornituri ta' parti terza. Mill-anqas, is-servizz ta' ġbir u riċiklaġġ għandu jkopri 70 % v/v tal-bejgħ mill-applikant tal-prodott madwar l-Unjoni Ewropea.

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu dikjarazzjoni li l-materjal minerali tat-tkabbir hu offrut biss biex jintuża għal applikazzjonijiet ortikulturali professjonali. L-informazzjoni mogħtija lill-utent aħħari għandha tinkludi dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni ortikulturali professjonali tal-prodott.

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jinformah bl-alternattiva/i offruti ta' servizz strutturat ta' ġbir u riċiklaġġ u bir-riżultati tal-alternattivi implimentati. B'mod partikolari, l-applikant għandu jipprovdi din id-dokumentazzjoni u din l-informazzjoni:

 Id-dokumentazzjoni kuntrattwali bejn il-manifattur u l-fornituri tas-servizz;

 Deskrizzjoni tal-ġbir, tal-ipproċessar u tad-destinazzjonijiet;

 Ħarsa ġenerali annwali lejn il-volum totali tal-bejgħ tal-materjal tat-tkabbir fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u ħarsa ġenerali annwali lejn il-volumi tal-bejgħ fiż-żoni ta' dawk l-Istati Membri fejn qed jiġu offruti l-ġbir u l-ipproċessar;

 F'każ li jidħlu parteċipanti ġodda, għandhom jingħataw stima tal-ħarsa ġenerali annwali lejn il-volum totali tal-bejgħ tal-materjal tat-tkabbir fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u stima tal-ħarsa ġenerali annwali tal-volumi tal-bejgħ fiż-żoni ta' dawk l-Istati Membri fejn qed jiġu offruti l-ġbir u l-ipproċessar. Id-dejta reali għandha tingħata sena wara li tingħata l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.

Il-kriterju 4 — Materjali riċiklati/rkuprati u organiċi fil-materjal tat-tkabbir

Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal tat-tkabbir.

Il-prodotti tal-materjali tat-tkabbir għandu jkun fihom persentaġġ minimu ta' materjal riċiklat/rkuprat jew ta' materjal organiku, kif ġej:

(a) Il-materjal tat-tkabbir għandu jkun fih minimu ta' 30 % ta' kostitwenti organiċi (espressi bħala volum ta' kostitwenti organiċi għal kull volum totali tal-prodott finali), jew

(b) Il-materjal minerali tat-tkabbir għandu jkun fih kostitwenti minerali manifatturati minn proċess li juża mill-inqas 30 % ta' materjali riċiklati (espressi bħala l-piż niexef ta' materjali riċiklati/rkuprati għal kull piż niexef totali tal-materjali użati)

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jagħti din l-informazzjoni:

 Fil-każ (a): il-volum tal-kostitwenti organiċi dikjarati fil-Kriterju 1 għal kull volum totali tal-prodott finali, jew;

 Fil-każ (b): il-piż niexef tal-materjali riċiklati/rkuprati għal kull piż niexef totali tal-materjali użati.

Fil-każ (b), l-applikant għandu jagħti wkoll din l-informazzjoni dwar il-kostitwenti minerali:

 L-identifikazzjoni tal-materja prima użata, il-piż niexef tal-materja prima użata għal kull piż niexef totali tal-materjali użati, u l-oriġini, għal kull materja prima użata, u

 L-identifikazzjoni tal-materjal użat riċiklat/irkuprat, il-piż niexef tal-materjal użat riċiklat/irkuprat għal kull piż niexef totali tal-materjali użati, u l-oriġini, għal kull materjal użat riċiklat/irkuprat.

Il-kriterju 5 — Il-limitazzjoni tas-sustanzi perikolużi

Il-kriterju 5.1 — Limiti tal-metalli tqal

Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

(a)   Sustanzi li jtejbu l-ħamrija, ħuxlief u kostitwenti organiċi tal-materjal tat-tkabbir

Għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija, il-ħuxlief u l-kostitwenti organiċi tal-materjal tat-tkabbir, il-kontenut ta' dawn l-elementi fil-prodott finali jew fil-kostitwenti m'għandux jaqbeż il-valuri fit-Tabella 3, imkejla f'termini ta' piż niexef (DW) tal-prodott.



Tabella 3

Il-limiti tal-metalli tqal għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija, il-ħuxlief u l-kostitwenti organiċi tal-materjal tat-tkabbir

Metall tqil

Il-kontenut massimu fil-prodott (mg/kg DW)

Il-kadmju (Cd)

1

Il-kromju totali (Cr)

100

Ir-ram (Cu)

100

Il-merkurju (Hg)

1

In-nikil (Ni)

50

Iċ-ċomb (Pb)

100

Iż-żingu (Zn)

300

(b)   Materjal tat-tkabbir

Għall-materjal tat-tkabbir, li jinkludi l-materjal minerali tat-tkabbir, il-kontenut ta' dawn l-elementi fil-prodott finali m'għandux jaqbeż il-valuri fit-Tabella 4, imkejla f'termini ta' piż niexef tal-prodott.



Tabella 4

Il-limiti tal-metalli tqal għall-materjal tat-tkabbir, li jinkludi l-materjal minerali tat-tkabbir

Metall tqil

Il-kontenut massimu fil-prodott (mg/kg DW)

Il-kadmju (Cd)

3

Il-kromju totali (Cr)

150

Ir-ram (Cu)

100

Il-merkurju (Hg)

1

In-nikil (Ni)

90

Iċ-ċomb (Pb)

150

Iż-żingu (Zn)

300

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapporti tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-istandards EN rispettivi ppreżentati fit-Tabella 5. Fil-każ tal-kostitwenti organiċi tal-materjal tat-tkabbir, ir-rapporti tat-testijiet jistgħu jipprovduhom il-fornituri.



Tabella 5

Il-metodi standard għall-estrazzjoni u għall-kejl tal-metalli tqal

Metalli tqal

Metodu tal-kejl

Metodu tal-estrazzjoni

Il-kadmju (Cd)

EN 13650

Għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija, il-ħuxlief u l-kostitwenti organiċi tal-materjal tat-tkabbir, u l-materjal tat-tkabbir ħlief il-materjal minerali tat-tkabbir:

EN 13650 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir — Estrazzjoni ta' elementi solubbli aqua regia

Għall-materjal minerali tat-tkabbir:

EN 13651 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir — Estrazzjoni ta' nutrijenti u elementi solubbli tal-klorur tal-kalċju/DTPA (CAT)

Il-kromju totali (Cr)

EN 13650

Ir-ram (Cu)

EN 13650

Il-merkurju (Hg)

EN 16175 (1)

In-nikil (Ni)

EN 13650

Iċ-ċomb (Pb)

EN 13650

Iż-żingu (Zn)

EN 13650

(1)   EN 16175 Ħama, bijoskart trattat u ħamrija — Determinazzjoni tal-merkurju. Parti 1: Spettrometrija tal-assorbiment atomiku tal-fwar kiesaħ (CV-AAS) u Parti 2: Spettrometrija tal-fluworexxenza atomika tal-fwar kiesaħ (CV-AFS).

Il-kriterju 5.2 — Limiti għall-Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief, ħlief għall-materjali minerali tat-tkabbir.

Il-kontenut ta' dawn l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fil-prodott finali m'għandux jaqbeż il-valuri fit-Tabella 6, imkejla f'termini ta' piż niexef tal-prodott.



Tabella 6

Limitu għall-PAH

Sustanza li tniġġes

Il-kontenut massimu fil-prodott (mg/kg DW)

PAH16

6

PAH16 = l-għadd totali ta' nafthalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenzo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapporti tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-istandard CEN/TS 16181 — Ħama, bijoskart trattat u ħamrija — Determinazzjoni tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) permezz ta' kromatografija tal-gass (GC) u kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja (HPLC) jew ekwivalenti

Il-kriterju 5.3 — Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

Il-prodott finali m'għandux jiġi klassifikat u tikkettat bħala tossiku akut, bħala sustanza tossika speċifika għal organi ta' mira, bħala sensitizzatur respiratorju jew tal-ġilda jew bħala prodott karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni jew bħala prodott perikoluż għall-ambjent skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ).

Il-prodott m'għandux ikun fih sustanzi jew taħlitiet klassifikati bħala tossiċi, perikolużi għall-ambjent, sensitizzaturi respiratorji jew tal-ġilda, jew karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u kif interpretat skont id-dikjarazzjonijiet ta' periklu elenkati fit-Tabella 7. Kull ingredjent miżjud bi ħsieb u li jkun preżenti fil-prodott f'konċentrazzjoni aktar minn 0,010 % w/w (f'termini ta' piż imxarrab) għandu jissodisfa dan ir-rekwiżit. Meta jkunu aktar stretti, il-limiti ġeneriċi jew speċifiċi tal-konċentrazzjoni ddeterminati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom jieħdu prevalenza fuq il-limitu msemmi hawn fuq ta' 0,010 % w/w (f'termini ta' piż imxarrab).



Tabella 7

Il-klassifikazzjonijiet ristretti tal-periklu u t-tqassim tagħhom f'kategoriji

Tossiċità akuta

Il-Kategoriji 1 u 2

Il-Kategorija 3

H300 Fatali jekk jinbela'

H301 Tossiku jekk jinbela'

H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda

H311 Tossiku jekk imiss mal-ġilda

H330 Fatali jekk jinġibed man-nifs

H331 Tossiku jekk jinġibed man-nifs

H304 Jaf ikun fatali jekk jinbela' u jidħol fil-pajp tan-nifs

EUH070 Tossiku jekk imiss mal-għajnejn

Tossiċità speċifika għal organi ta' mira

Il-Kategorija 1

Il-Kategorija 2

H370 Jagħmel ħsara lill-organi

H371 Jaf jagħmel ħsara lill-organi

H372 Jagħmel ħsara lill-organi jekk ikunu esposti għalih fit-tul jew ripetutament

H373 Jaf jagħmel ħsara lill-organi jekk ikunu esposti għalih fit-tul jew ripetutament

Sensitizzazzjoni respiratorja u tal-ġilda

Il-Kategorija 1 A

Il-Kategorija 1B

H317 Jaf jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

H317 Jaf jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

H334 Jekk jinxtamm jaf jikkawża sintomi tal-allerġija jew tal-ażma jew diffikultajiet biex wieħed jieħu n-nifs

H334 Jekk jinxtamm jaf jikkawża sintomi tal-allerġija jew tal-ażma jew diffikultajiet biex wieħed jieħu n-nifs

Karċinoġenu, mutaġenu jew tossiku għar-riproduzzjoni

Il-Kategoriji 1 A u 1B

Il-Kategorija 2

H340 Jaf jikkawża difetti ġenetiċi

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

H350 Jaf iġib il-kanċer

H351 Suspettat li jġib il-kanċer

H350i Jaf iġib il-kanċer jekk jinġibed man-nifs

 

H360F Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

H360D Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

H360FD Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

H360Fd Jaf jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf

H362 Jaf jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa

H360Df Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

 

Perikoluż għall-ambjent tal-baħar

Il-Kategoriji 1 u 2

Il-Kategoriji 3 u 4

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti dejjiema

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti dejjiema

H413 Jaf iħalli effetti dejjiema lill-organiżmi akkwatiċi

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti dejjiema

 

Perikolużi għas-saff tal-ożonu

H420 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

 

L-aktar regoli tal-klassifikazzjoni riċenti li adottat l-Unjoni għandhom jieħdu preċedenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-periklu elenkati. Għalhekk, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-applikanti għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet jissejsu fuq l-aktar regoli riċenti dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet.

Ġeneralment, id-dikjarazzjonijiet tal-periklu jkunu jirreferu għal sustanzi. Iżda meta ma tkunx tista' tinkiseb informazzjoni fuq is-sustanzi, għandhom japplikaw ir-regoli tal-klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

Is-sustanzi jew it-taħlitiet li jibdlu l-proprjetajiet tagħhom bl-ipproċessar u allura ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jew jinbidlu kimikament b'tali mod li jitneħħa l-periklu identifikat qabel, huma eżentati mill-Kriterju 5.3.

Dan il-kriterju ma japplikax għal dawk prodotti finali magħmula minn:

 Materjali li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 skont l-Artikolu 2(2) tiegħu.

 Sustanzi li jkopri l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi kriterji għall-eżenzjoni ta' sustanzi li hemm l-Anness V ta' dan ir-Regolament mir-reġistrazzjoni, mill-obbligi tal-utent downstream u mir-rekwiżiti tal-evalwazzjoni.

Sabiex isib jekk din l-esklużjoni tkunx tapplika, l-applikant għandu jgħarrex għal kull sustanza miżjuda bi ħsieb li tkun preżenti f'konċentrazzjoni aktar minn 0,010 % w/w (f'termini ta' piż imxarrab).

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jgħarrex għall-preżenza ta' sustanzi u taħlitiet li jaf ikunu ġew ikklassifikati bid-dikjarazzjonijiet tal-periklu f'dan il-kriterju. Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu dikjarazzjoni ta' konformità tal-prodott ma' dan il-kriterju.

Id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha dokumentazzjoni relatata, bħal ngħidu aħna dikjarazzjonijiet ta' konformità bil-firma tal-fornituri, dwar in-nuqqas ta' klassifikazzjoni ta' sustanzi, taħlitiet jew materjali b'xi waħda mill-klassijiet tal-periklu assoċjata mad-dikjarazzjonijiet tal-periklu fit-Tabella 7 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, diment li dan ikun jista' jiġi stabbilit, mill-anqas, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

L-informazzjoni mogħtija għandu jkollha x'taqsam mal-forom jew il-qagħdiet fiżiċi tas-sustanzi jew tat-taħlitiet kif jintużaw fil-prodott finali.

Għal kull sustanza u taħlita għandha tingħata din l-informazzjoni teknika biex issostni d-dikjarazzjoni tal-klassifikazzjoni jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni:

i. għal sustanzi li ma ġewx reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u/jew li għad ma għandhomx klassifikazzjoni CLP armonizzata: informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII ta' dak ir-Regolament;

ii. għal sustanzi li ġew reġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-klassifikazzjoni CLP: informazzjoni bbażata fuq id-dossier tar-reġistrazzjoni tar-REACH li tkun tikkonferma l-istatus mhux klassifikat tas-sustanza;

iii. għal sustanzi li għandhom klassifikazzjoni armonizzata jew li huma awtoklassifikati: għandhom jingħataw l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza meta dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli jew is-sustanza tkun awtoklassifikata, allura għandha tingħata informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-periklu tas-sustanzi skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

iv. fil-każ ta' taħlitiet: għandhom jingħataw l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza meta dawn ikunu disponibbli. Jekk dawn ma jkunux disponibbli allura għandu jingħata kalkolu tal-klassifikazzjoni tat-taħlita skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 flimkien ma' informazzjoni rilevanti għall-klassifikazzjoni tal-perikolu tat-taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

L-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza għandhom jingħataw għall-materjali li jsawru l-prodott finali u għas-sustanzi u t-taħlitiet li ntużaw fit-tiswir u fit-trattament tal-materjali li jifdal fil-prodott finali f'konċentrazzjoni li tkun taqbeż il-limitu ta' 0,010 % w/w (f'termini ta' piż imxarrab), sakemm ma jkunx japplika limitu ġeneriku jew speċifiku tal-konċentrazzjoni skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008

L-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza għandhom jimtlew skont il-gwida stabbilita fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ir-rekwiżiti għall-kumpilazzjoni tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza). L-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza li ma jkunux kompluti jeħtiġilhom jiġu supplimentati b'informazzjoni minn dikjarazzjonijiet mingħand il-fornituri tal-kimika.

L-informazzjoni dwar il-proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi mhux bilfors trid tinkiseb b'test, iżda b'mezzi oħrajn bħal pereżempju b'metodi alternattivi fosthom il-metodi in vitro, mudelli kwantitattivi ta' struttura-attività jew bir-raggruppar jew b'read-across skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

L-użu kondiviż tad-dejta rilevanti fil-katina tal-provvista hu mħeġġeġ bil-qawwa.

Fil-każ tas-suf minerali, l-applikant għandu jipprovdi wkoll:

(a) Ċertifikat mogħti għad-dritt tal-użu tal-marka kummerċjali tal-Bord taċ-Ċertifikazzjoni Ewropea għall-Prodotti tas-Suf Minerali biex tintwera konformità man-Nota Q fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(b) Rapport tat-test skont l-ISO 14184-1 Tessuti — Determinazzjoni tal-formaldeid — Parti 1: Formaldeid idrolizzat u liberu

Il-kriterju 5.4 — Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Il-prodott finali ma għandux ikun fih sustanzi miżjuda bi ħsieb u li jkunu ta' tħassib serju ħafna minn dawk li jissemmew fil-lista prevista fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, meta jkunu preżenti fil-prodott finali f'konċentrazzjonijiet > 0,010 % f'termini ta' piż imxarrab.

Valutazzjoni u verifika:

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għall-aħħar aġġornament tal-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 5.4, u dokumentazzjoni relatata, fosthom dikjarazzjonijiet ta' konformità bil-firma tal-fornituri tal-materjali u kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza għas-sustanzi jew it-taħlitiet skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi jew it-taħlitiet. Il-limiti tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi u t-taħlitiet.

Il-kriterju 5.5 — Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief, ħlief għall-materjali minerali tat-tkabbir.

Il-kontenut tal-patoġeni primarji fil-prodott finali ma għandux jaqbeż il-livelli stabbiliti fit-Tabella 8.



Tabella 8

Il-Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

Patoġenu

Limitu

E. coli

1 000 CFU/g ta' piż frisk

Salmonella spp

assenti f'25 g ta' piż frisk

CFU = colony-forming units (unitajiet tal-formazzjoni tal-kolonja).

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapporti tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fit-Tabella 9.



Tabella 9

Il-metodu standard tat-test għall-E. coli u għas-Salmonella spp

Parametru

Metodu tat-test

E. coli

CEN/TR 16193 Ħama, bijoskart trattat u ħamrija. Is-sejbien u l-enumerazzjoni tal-Escherichia Coli jew ekwivalenti

Salmonella spp

ISO 6579 Mikrobijoloġija tal-ikel u tal-għalf tal-annimali — Metodu orizzontali għas-sejbien tas-Salmonella spp

Il-kriterju 6 — L-istabbiltà

Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief, ħlief għall-ħuxlief li hu magħmul kollu minn kostitwenti linjoċellulożiċi u għall-materjali minerali tat-tkabbir.

Is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief għall-applikazzjonijiet mhux professjonali u l-materjal tat-tkabbir għall-applikazzjonijiet kollha għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti preżentati fit-Tabella 10.



Tabella 10

Ir-rekwiżiti tal-istabbiltà tas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u tal-ħuxlief għall-applikazzjonijiet mhux professjonali u tal-materjal tat-tkabbir għall-applikazzjonijiet kollha

Parametru tal-istabbiltà

Rekwiżit

Indiċi respirometriku massimu

15 mmol O2/kg materja organika/h

Rottegrad minimu, meta applikabbli

IV (it-temperatura tat-test self-heating togħla b'mhux aktar minn 20 °C iżjed mit-temperatura ambjentali)

Is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief għall-applikazzjonijiet mhux professjonali għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti preżentati fit-Tabella 11.



Tabella 11

Ir-rekwiżiti tal-istabbiltà tas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief għall-applikazzjonijiet mhux professjonali

Parametru tal-istabbiltà

Rekwiżit

Indiċi respirometriku massimu

25 mmol O2/kg materja organika/h

Rottegrad minimu, meta applikabbli

IV (it-temperatura tat-test self-heating togħla b'mhux aktar minn 30 °C iżjed mit-temperatura ambjentali)

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapporti tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fit-Tabella 12.



Tabella 12

Il-metodu standard tat-test għall-istabbiltà

Parametru

Metodu tat-test

Indiċi respirometriku

EN 16087-1 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir — Determinazzjoni tal-attività bijoloġika aerobika. Ir-rata ta' assorbiment tal-ossiġnu (OUR)

Rottegrad

EN 16087-2 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir. Determinazzjoni tal-attività bijoloġika aerobika. Test self-heating għall-kompost

Il-kriterju 7 — Il-kontaminanti fiżiċi

Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief, ħlief għall-materjali minerali tat-tkabbir.

Il-kontenut ta' ħġieġ, metall u plastik b'malji ta' daqs > 2 mm fil-prodott finali ma għandux jaqbeż iż-0,5 %, imkejla f'termini ta' piż niexef.

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapporti tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-Ispeċifikazzjoni Teknika CEN/TS 16202 (Ħama, bijoskart trattat u ħamrija — Determinazzjoni ta' impuritajiet u ġebel), jew proċedura tat-testijiet oħra ekwivalenti awtorizzata mill-Korp Kompetenti.

Il-kriterju 8 — Il-materja organika u l-materja niexfa

Dan il-kriterju japplika għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

Il-materja organika, bħala telf fit-tqabbid tal-prodott finali, għandha tkun mill-inqas 15 % tal-piż niexef (% DW).

Il-kontenut ta' materja niexfa fil-prodott finali għandu jkun mill-inqas 25 % tal-piż frisk ( % FW).

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapporti tat-testijiet li saru skont il-proċedura tat-testijiet preżentata fit-Tabella 13.



Tabella 13

Il-metodi standard tat-test għall-Materja niexfa u l-Materja organika

Parametru

Metodu tat-test

Materja niexfa (% FW)

EN 13040 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir. It-tħejjija tal-kampjuni għat-testijiet kimiċi u fiżiċi, id-determinazzjoni tal-kontenut ta' materja niexfa, il-kontenut ta' umdità u d-densità tal-massa kompatta tal-laboratorju

Materja organika bħala telf tat-tqabbid (% DM)

EN 13039 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir. Determinazzjoni tal-kontenut ta' materjal organiku u rmid

Il-kriterju 9 — Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir u għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija, ħlief għall-materjali minerali tat-tkabbir.

Għal kull litru, il-prodotti finali ma għandux ikun fihom aktar minn żewġ unitajiet ta' żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli.

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu r-rapport tat-testijiet li sar skont il-proċedura tat-testijiet indikata fl-Ispeċifikazzjoni Teknika CEN/TS 16201 (Ħama, bijoskart trattat u ħamrija — Determinazzjoni ta' ħaxix ħażin u materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti), jew proċedura tat-testijiet oħra ekwivalenti awtorizzata mill-Korp Kompetenti.

Il-kriterju 10 — Ir-rispons tal-pjanti

Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal tat-tkabbir u għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija.

Il-prodotti finali ma għandomx jaffettwaw ħażin il-ħruġ jew it-tkabbir sussegwenti tal-pjanta.

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu test validu li sar skont il-proċedura tat-testijiet indikata f'EN 16086-1 (Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjali tat-tkabbir — Determinazzjoni tar-rispons tal-pjanti — Parti 1: Test tat-tkabbir fil-qasrija permezz ta' kaboċċa Ċiniża).

Il-kriterju 11 — Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal tat-tkabbir.

Il-kriterju 11.1 — Il-konduttività elettrika

Il-konduttività elettrika tal-prodott finali għandha tkun inqas minn 100 mS/m.

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu test validu li sar skont il-proċedura tat-testijiet indikata f'EN 13038 (Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjali tat-tkabbir — Determinazzjoni tal-konduttività elettrika).

Il-kriterju 11.2 — Il-pH

Il-pH tal-prodott finali għandu jkun bejn 4 u 7.

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu test validu li sar skont il-proċedura tat-testijiet indikata f'EN 13037 (Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjali tat-tkabbir — Determinazzjoni tal-pH).

Il-kriterju 11.3 — Il-kontenut tas-sodju

Il-kontenut tas-sodju fl-estratti tal-ilma tal-prodott finali ma għandux jaqbeż il-150 mg/l tal-prodott frisk.

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu test validu li sar skont il-proċedura tat-testijiet indikata f'EN 13652 (Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjali tat-tkabbir — Determinazzjoni ta' nutrijenti u elementi solubbli fl-ilma).

Il-kriterju 11.4 — Il-kontenut tal-klorur

Il-kontenut tal-klorur fl-estratti tal-ilma tal-prodott finali ma għandux jaqbeż il-500 mg/l tal-prodott frisk.

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu test validu li sar skont il-proċedura tat-testijiet indikata f'EN 13652 (Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjali tat-tkabbir — Determinazzjoni ta' nutrijenti u elementi solubbli fl-ilma).

Il-kriterju 12 — L-għoti tal-informazzjoni

Dan il-kriterju japplika għall-materjal tat-tkabbir, għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief.

Din l-informazzjoni għandha tingħata titniżżel fuq l-imballaġġ tal-prodott inkella fl-iskedi informattivi li jakkompanjawh.

Il-kriterju 12.1 — Is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija

(a) L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni;

(b) Deskrizzjoni li tiddentifika t-tip tal-prodott li jkollha l-kliem “SUSTANZA LI TTEJJEB IL-ĦAMRIJA”;

(c) Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-lott;

(d) Il-kwantità (skont il-piż);

(e) Il-firxa ta' kontenut ta' umdità;

(f) Il-materjali ewlenin (dawk li jaqbżu l-5 % skont il-piż) li bihom ġie magħmul il-prodott;

(g) Il-kundizzjonijiet rakkomandati għall-ħażna u d-data “uża sa” rakkomandata;

(h) Linji gwida għal maniġġ u użu sikur;

(i) Deskrizzjoni tal-iskop li għalih hu maħsub il-prodott u kull limitazzjonijiet fuq l-użu, inkluża dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza tal-prodott għal gruppi ta' pjanti partikolari (bħall-kalċifugi jew il-kalċikoli);

(j) Il-pH (referenza għall-metodu tat-test użat);

(k) Il-kontenut tal-karbonju organiku (%), il-kontenut totali tan-nitroġenu (%) u l-kontenut tan-nitroġenu inorganiku (%) (referenza għall-metodu tat-test użat);

(l) Il-proporzjon ta' karbonju u nitroġenu;

(m) Il-kontenut totali ta' fosforu (%) u ta' potassju (%) (referenza għall-metodu tat-test użat);

(n) Għall-prodotti għal użu mhux professjonali, dikjarazzjoni dwar l-istabbilità tal-materja organika (stabbli jew stabbli ħafna);

(o) Dikjarazzjoni dwar il-metodi tal-użu rakkomandati;

(p) F'applikazzjonijiet mhux professjonali: ir-rata ta' applikazzjoni rakkomandata espressa f'kilogrammi tal-prodott għal kull unità tal-erja tas-superfiċe (m2) fis-sena.

Il-kriterju 12.2 — Il-materjal tat-tkabbir

(a) L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni;

(b) Deskrizzjoni li tidentifika t-tip tal-prodott li jkollha l-kliem “MATERJAL TAT-TKABBIR”;

(c) Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-lott;

(d) Il-kwantità (f'volum jew f'għadd ta' biċċiet, u fil-każ tas-suf minerali jridu jingħataw il-qisien ta' kull biċċa);

(e) Il-firxa ta' kontenut ta' umdità;

(f) Il-materjali ewlenin (dawk li jaqbżu l-5 % skont il-volum) li bihom ġie magħmul il-prodott;

(g) Il-kundizzjonijiet rakkomandati għall-ħażna u d-data “uża sa” rakkomandata;

(h) Linji gwida għal maniġġ u użu sikur;

(i) Deskrizzjoni tal-iskop li għalih hu maħsub il-prodott u kull limitazzjonijiet fuq l-użu, inkluża dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza tal-prodott għal gruppi ta' pjanti partikolari (bħall-kalċifugi jew il-kalċikoli);

(j) Il-pH (EN 13037);

(k) Il-konduttività elettrika (estrazzjoni 1:5);

(l) L-inibizzjoni tal-ġerminazzjoni (EN 16086-1);

(m) L-inibizzjoni tat-tkabbir (EN 16086-1);

(n) Dikjarazzjoni dwar l-istabbilità tal-materja organika (stabbli jew stabbli ħafna);

(o) Dikjarazzjoni dwar il-metodi tal-użu rakkomandati;

(p) Għall-materjal minerali tat-tkabbir, dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni ortikulturali professjonali.

Il-kriterju 12.3 — Il-ħuxlief

(a) L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni;

(b) Deskrizzjoni li tiddentifika t-tip tal-prodott li jkollha l-kliem “ĦUXLIEF”;

(c) Kodiċi ta' identifikazzjoni tal-lott;

(d) Il-kwantità (skont il-volum);

(e) Il-firxa ta' kontenut ta' umdità;

(f) Il-materjali ewlenin (dawk li jaqbżu l-5 % skont il-volum) li bihom ġie magħmul il-prodott;

(g) Linji gwida għal maniġġ u użu sikur;

(h) Deskrizzjoni tal-iskop li għalih hu maħsub il-prodott u kull limitazzjonijiet fuq l-użu, inkluża dikjarazzjoni dwar l-adegwatezza tal-prodott għal gruppi ta' pjanti partikolari (bħall-kalċifugi jew il-kalċikoli);

(i) Il-pH (referenza għall-metodu tat-test użat);

(j) Għall-prodotti għal użu mhux professjonali, meta jkun japplika, għandha tingħata dikjarazzjoni dwar l-istabbilità tal-materja organika (stabbli jew stabbli ħafna);

(k) Dikjarazzjoni dwar il-metodi tal-użu rakkomandati;

(l) F'applikazzjonijiet mhux professjonali: ir-rata ta' applikazzjoni rakkomandata espressa f'mm.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott hu konformi ma' dan il-kriterju u lill-Korp Kompetenti għandu jipprovdilu kampjun tal-imballaġġ jew tal-iskedi informattivi jew it-test tal-informazzjoni għall-utent miktuba fuq l-imballaġġ jew fuq l-iskedi informattivi li jakkumpanjaw lill-prodott.

Il-kriterju 13 — L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

It-tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba għandha tinkludi dan it-test:

 dan il-prodott jippromwovi r-riċiklaġġ tal-materjali

 dan il-prodott jippromwovi l-użu ta' materjali rinnovabbli u riċiklati

Għas-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u għall-ħuxlief, għandha tiżdied din l-informazzjoni addizzjonali:

 dan il-prodott inaqqas it-tniġġis tal-ħamrija u tal-ilma għax jillimita l-konċentrazzjonijiet tal-metalli tqal

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali jinsabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq is-sit elettroniku:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika:

Lill-Korp Kompetenti, l-applikant għandu jipprovdilu kampjun tal-imballaġġ tal-prodott fejn tidher it-tikketta flimkien ma' dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.




Appendiċi 1

Il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar għas-sena tal-applikazzjoni



Tip ta' impjant

Kriterju

Kontribut/produzzjoni annwali

Frekwenza tat-test

It-tip 1: Impjanti għat-trattament tal-iskart jew ta' prodotti sekondarji tal-annimali

5.1 — Limiti għall-metalli tqal

5.5 — Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

6 — L-istabbiltà

7 — Il-kontaminanti fiżiċi

8 — Il-materja organika u l-materja niexfa

9 — Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

10 — Ir-rispons tal-pjanti

11 — Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

Kontribut (t) ≤ 3 000

1 għal kull 1 000 tunnellata ta' materjal użat aġġustat għan-numru sħiħ ta' wara

3 000 < kontribut (t) ≤ 20 000

4 (kampjun wieħed kull staġun)

Kontribut (t) > 20 000

L-għadd ta' analiżijiet fis-sena = l-għadd ta' materjal użat fis-sena (f'tunnellati)/10 000 tunnellata + 1

Minimu 4 u massimu 12

5.2 — Il-PAH

Kontribut (t) ≤ 3 000

1

3 000 < kontribut (t) ≤ 10 000

2

10 000 < kontribut (t) ≤ 20 000

3

20 000 < kontribut (t) ≤ 40 000

4

40 000 < kontribut (t) ≤ 60 000

5

60 000 < kontribut (t) ≤ 80 000

6

80 000 < kontribut (t) ≤ 100 000

7

100 000 < kontribut (t) ≤ 120 000

8

120 000 < kontribut (t) ≤ 140 000

9

140 000 < kontribut (t) ≤ 160 000

10

160 000 < kontribut (t) ≤ 180 000

11

Kontribut (t) > 180 000

12

It-tip 2: Impjanti għall-manifattura ta' prodotti li jużaw materjali minn impjanti tat-Tip 1.

5.1 — Limiti għall-metalli tqal

5.5 — Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

6 — L-istabbiltà

7 — Il-kontaminanti fiżiċi

8 — Il-materja organika u l-materja niexfa

9 — Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

10 — Ir-rispons tal-pjanti

11 — Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

Produzzjoni (m3) ≤ 5 000

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn 2 lottijiet skont EN 12579 (1)

Produzzjoni (m3) > 5 000

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn 4 lottijiet skont EN 12579

5.2 — Il-PAH

Produzzjoni (m3) ≤ 5 000

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579

Produzzjoni (m3) > 5 000

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn 2 lottijiet skont EN 12579

It-tip 3: Impjanti għall-manifattura ta' prodotti li MA JUŻAWX materjali dderivati minn skart jew minn prodotti sekondarji tal-annimali

5.1 — Limiti għall-metalli tqal

5.5 — Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

6 — L-istabbiltà

7 — Il-kontaminanti fiżiċi

8 — Il-materja organika u l-materja niexfa

9 — Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

Il-kriterju 10 — Ir-rispons tal-pjanti

Il-kriterju 11 — Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

Produzzjoni (m3) ≤ 5 000

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579

Produzzjoni (m3) > 5 000

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn 2 lottijiet skont EN 12579

5.2 — Il-PAH

Irrispettivament mill-kontribut/produzzjoni

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579

(1)   EN 12579 Sustanzi li jtejbu l-ħamrija u materjal tat-tkabbir. Teħid tal-kampjuni




Appendiċi 2

Il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar għas-snin ta' wara



Tip ta' impjant

Kriterji

Kontribut/produzzjoni annwali

Frekwenza tat-test

It-tip 1: Impjanti għat-trattament tal-iskart jew ta' prodotti sekondarji tal-annimali

5.1 — Limiti għall-metalli tqal

5.5 — Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

6 — L-istabbiltà

7 — Il-kontaminanti fiżiċi

8 — Il-materja organika u l-materja niexfa

9 — Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

10 — Ir-rispons tal-pjanti

11 — Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

Kontribut (t) ≤ 1 000

1

Kontribut (t) > 1 000

L-għadd ta' analiżijiet fis-sena = l-għadd ta' materjal użat fis-sena (f'tunnellati)/10 000 tunnellata + 1

Minimu 2 u massimu 12

Il-kriterju 5.2 — Il-PAH

Kontribut (t) ≤ 10 000

0,25 (darba kull 4 snin)

10 000 < kontribut (t) ≤ 25 000

0,5 (darba kull sentejn (2))

25 000 < kontribut (t) ≤ 50 000

1

50 000 < kontribut (t) ≤ 100 000

2

100 000 < kontribut (t) ≤ 150 000

3

150 000 < kontribut (t) ≤ 200 000

4

200 000 < kontribut (t) ≤ 250 000

5

250 000 < kontribut (t) ≤ 300 000

6

300 000 < kontribut (t) ≤ 350 000

7

350 000 < kontribut (t) ≤ 400 000

8

400 000 < kontribut (t) ≤ 450 000

9

450 000 < kontribut (t) ≤ 500 000

10

500 000 < kontribut (t) ≤ 550 000

11

Kontribut (t) > 550 000

12

It-tip 2: Impjanti għall-manifattura ta' prodotti li jużaw materjali minn impjanti tat-Tip 1.

5.1 — Limiti għall-metalli tqal

5.5 — Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

6 — L-istabbiltà

7 — Il-kontaminanti fiżiċi

8 — Il-materja organika u l-materja niexfa

9 — Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

10 — Ir-rispons tal-pjanti

11 — Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

Produzzjoni (m3) ≤ 5 000

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579

Produzzjoni (m3) > 5 000

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn 2 lottijiet skont EN 12579

Il-kriterju 5.2 — Il-PAH

Produzzjoni (m3) ≤ 15 000

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579, darba kull erba' snin

15 000 < Produzzjoni (m3) ≤ 40 000

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579, darba kull sentejn

Produzzjoni (m3) > 40 000

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579, darba kull sena

It-tip 3: Impjanti għall-manifattura ta' prodotti li MA JUŻAWX materjali dderivati minn skart jew minn prodotti sekondarji tal-annimali

5.1 — Limiti għall-metalli tqal

5.5 — Limiti għall-E. coli u għas-Salmonella spp

6 — L-istabbiltà

7 — Il-kontaminanti fiżiċi

8 — Il-materja organika u l-materja niexfa

9 — Żerriegħa tal-ħaxix ħażin u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti li jkunu vijabbli

10 — Ir-rispons tal-pjanti

11 — Il-karatteristiċi tal-materjal tat-tkabbir

Irrispettivament mill-kontribut/produzzjoni

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579

Il-kriterju 5.2 — Il-PAH

Irrispettivament mill-kontribut/produzzjoni

Kampjuni mħallta rappreżentattivi minn lott (1) skont EN 12579, darba kull 4 snin



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

( 3 ) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

( 4 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

( 5 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (notifikat bid-dokument numru K(2000) 1147) (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).

( 6 ) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

( 7 ) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE tad-19 ta' Diċembru 2011 li tistabbilixxi valuri ta' referenza armonizzati tal-effiċjenza għal produzzjoni separata taż elettriku u sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9523) (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 91).

( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 30).

( 9 ) Il-Metodoloġija għall-Ekodisinn ta' Prodotti Relatati mal-Enerġija (http://www.meerp.eu/).

( 10 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta' Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, 12.7.2012, p. 1).

( 11 ) Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

( 13 ) Dokument gwida tal-KE dwar it-twettiq ta' attivitajiet tal-estrazzjoni ta' minerali mhux għall-enerġija li jimxu mar-rekwiżiti Natura 2000 (http://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/management/docs/neei_n2000_guidance.pdf).

( 14 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

Top