EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011R0753-20141009

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal- 1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/753/2014-10-09

2011R0753 — MT — 09.10.2014 — 012.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 753/2011

tal-1 ta’ Awwissu 2011

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

(ĠU L 199, 2.8.2011, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 968/2011 tad-29 ta’ Settembru 2011

  L 257

1

1.10.2011

 M2

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1049/2011 tal-20 ta' Ottubru 2011

  L 276

2

21.10.2011

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 263/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012

  L 87

1

24.3.2012

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 543/2012 tal-25 ta’ Ġunju 2012

  L 165

15

26.6.2012

►M5

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 643/2012 tas-16 ta’ Lulju 2012

  L 187

13

17.7.2012

►M6

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 705/2012 tal-1 ta' Awwissu 2012

  L 206

5

2.8.2012

►M7

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1139/2012 tat-3 ta’ Diċembru 2012

  L 332

1

4.12.2012

 M8

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1244/2012 tal-20 ta’ Diċembru 2012

  L 352

13

21.12.2012

►M9

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 86/2013 tal-31 ta' Jannar 2013

  L 32

5

1.2.2013

 M10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 261/2013 tal-21 ta’ Marzu 2013

  L 82

18

22.3.2013

►M11

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 451/2013 tas-16 ta’ Mejju 2013

  L 133

1

17.5.2013

►M12

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

1

10.6.2013

►M13

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILl (UE) Nru 261/2014 tal-14 ta’ Marzu 2014

  L 76

6

15.3.2014

►M14

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 263/2014 tal-14 ta’ Marzu 2014

  L 76

11

15.3.2014

►M15

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1057/2014 tat-8 ta' Ottubru 2014

  L 293

1

9.10.2014


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 006, 10.1.2012, p. 12 (1049/2011)

►C2

Rettifika, ĠU L 294, 10.10.2014, p. 57 (753/2011)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 753/2011

tal-1 ta’ Awwissu 2011

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta’ Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitatjiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan ( 1 ), adottata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-KSNU”), li kien qed jaġixxi skont il-Kapitolu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, adotta r-Riżoluzzjoni 1988 (2011) dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan li għadha tikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

(2)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK li tipprevedi l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, restrizzjonijiet fuq id-dħul fl-Unjoni, projbizzjoni fuq il-forniment, bejgħ jew trasferiment, diretti jew indiretti, ta’ armi u tagħmir militari, u projbizzjoni fuq il-forniment ta’ assistenza u servizzi relatati lil individwi, gruppi, impriżi u entitajiet elenkati jew mill-Kumitat stabbilit mir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1988 (2011), jew qabel l-adozzjoni ta’ dik ir-Riżoluzzjoni, mill-Kumitat stabbilit mir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU 1267 (1999) u 1333 (2000).

(3)

Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u għalhekk azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u partikolarment id-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ ġust u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat f’konformità ma’ dawk id-drittijiet.

(5)

Dan ir-Regolament jirrispetta wkoll b’mod sħiħ l-obbligi tal-Istati Membri skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU.

▼C2

(6)

Fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali maħluqa mis-sitwazzjoni fl-Afganistan, u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proċess tal-emendament u r-reviżjoni tal-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK, jeħtieġ li s-setgħa tal-emendament tal-lista fl-Anness I għal dan ir-Regolament tiġi eżerċitata mill-Kunsill.

▼B

(7)

Il-proċedura għall-emendar tal-lista fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tinkludi li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi, impriżi u entitajiet magħżulin, jingħataw ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, sabiex ikollhom opportunità li jressqu osservazzjonijiet. Fejn jitressqu osservazzjonijiet minn kwalunkwe persuna, grupp, impriża jew entità nominata, jew tiġi ppreżentata provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, il-grupp, l-impriża jew l-entità ikkonċernati b’dan.

(8)

Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fi ħdan l-Unjoni, l-ismijiet u data oħra rilevanti li tikkonċerna persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, impriżi u entitajiet li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom għandhom jiġu ffriżati f’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ppubblikati. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jirrispetta r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 2 ) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 3 ).

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull tip, li jinkludu iżda li mhumiex limitati għal:

(i) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet ta’ flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta’ ħlas;

(ii) depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta’ dejn;

(iii) titoli ta’ sigurtà u strumenti ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi stocks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw it-titoli ta’ sigurtà, bonds, noti, garanziji, ċedoli ta’ obbligazzjoni u kuntratti ta’ derivattivi;

(iv) imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq, jew valur dovut minn, jew iġġenerat minn, assi;

(v) kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji fuq xogħol b’kuntratt jew impenji finanzjarji oħra;

(vi) ittri ta’ kreditu, poloz ta’ kargu, poloz ta’ bejgħ;

(vii) dokumenti ta’ prova ta’ mgħax f’fondi jew riżorsi finanzjarji;

(b) “iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta’, aċċess għal jew negozjar ta’ fondi fi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe tibdil fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura, id-destinazzjoni tagħhom jew xi tibdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż l-immaniġġar ta’ portafolli;

(c) “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kwalunkwe tip, kemm dawk tanġibbli kif ukoll dawk intanġibbli, mobbli u immobbli, li mhumiex fondi iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(d) “iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, li jinkludi, iżda li mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;

(e) “assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista’ tkun f’forma ta’ struzzjoni, parir, taħriġ, trasmissjoni ta’ għarfien operattiv jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza; inklużi forom verbali ta’ assistenza;

(f) “Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-KSNU li ġie stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1988 (2011);

(g) “il-Kumitat 1267” tfisser il-Kumitat tal-KSNU li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU 1267(1999) u 1333(2000);

(h) “raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista” tfisser is-sehem li jista’ jiġi rilaxxat lill-pubbliku ta’ dikjarazzjoni ta’ każ kif ipprovdut mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u/jew, fejn applikabbli, is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista kif ipprovduti mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; jew fil-każ ta’ persuna, grupp, impriża jew entità elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, li qabel kienu elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Meeju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban ( 4 ), id-dikjarazzjoni tal-każ u/jew is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet ipprovdut mill-Kumitat 1267;

(i) “territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-TFUE, skont il-kondizzjonijiet imniżżlin fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

Artikolu 2

Għandhom jiġu pprojbiti:

(a) il-forniment, b’mod dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 5 ) (“Lista Militari Komuni”), jew relatata mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ oġġetti inklużi f’dik il-lista, lil kwalunkwe persuna, grupp, impriża jew entità elenkati fl-Anness I;

(b) il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjoni fil-punt (a).

Artikolu 3

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, jew li jinżammu jew huma kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, grupp, impriża jew entità elenkati fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati.

2.  L-ebda fond jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, ta’ xi persuna fiżika jew ġuridika, grupp, impriża jew entità elenkati fl-Anness I jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.  Għandha tiġi pprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, li jiġu evitati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 4

1.  L-Anness I għandu jikkonsisti f’lista tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi, impriżi u entitajiet li:

(a) ġew elenkati, immedjatament qabel id-data tal-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 1988 (2011), bħala t-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitatjiet oħra assoċjati magħhom, fit-taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-taqsima B (“entitatjiet u gruppi u impriżi oħrajn assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat 1267; jew

(b) ġew indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala individwi, gruppi, impriżi u entitatjiet assoċjati mat-Taliban u li jikkostitwixxu theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

2.  L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi, impriżi jew entitajiet kif previst mill-KSNU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

3.  L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, il-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet ikkonċernati, kif previst mill-KSNU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, il-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data ta’ nominazzjoni mill-KSNU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 5

1.  B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti tal-Internet elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kondizzjonijiet li jqisu li jkunu adatti, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu:

(a) meħtieġa għall-ispejjeż bażiċi ta’ persuni elenkati fl-Anness I u l-membri tal-familja dipendenti tagħhom, inkluż ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(b) maħsubin esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli u r-rimborż ta’ spejjeż assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;

(c) maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi jew ħlasijiet għal servizzi għall-kustodja normali jew għall-manutenzjoni ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati;

dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b’din id-determinazzjoni u l-intenzjoni tiegħu li jagħti l-awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma oġġezzjonax għal din l-azzjoni fi żmien tliet ijiem tax-xogħol min-notifika.

2.  B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif identifikati fuq is-siti tal-Internet elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati huma meħtieġa għal spejjeż straordinarji dment li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat b’dan mill-Istat membru kkonċernat u din id-determinazzjoni tkun ġiet approvata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

3.  Kwalunkwe persuna, grupp, impriża jew entità li tkun tixtieq tibbenefika mill-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew 2 għandha tindirizza t-talba tagħha lill-awtorità kompetenti relevanti tal-Istat Membru kif elenkat fl-Anness II.

L-awtorità kompetenti elenkata fl-Anness II għandha mill-ewwel tinnotifika kemm lill-persuna, grupp, impriża jew entità li għamlu t-talba, kif ukoll lil kull persuna, grupp, impriża jew entità magħrufa li huma direttament ikkonċernati, bil-miktub, dwar jekk it-talba ġietx milqugħa.

L-Istat Membru rilevanti għandu wkoll jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar jekk it-talba għal din l-eżenzjoni tkunx intlaqgħet.

4.  Il-fondi rilaxxati u trasferiti fi ħdan l-Unjoni sabiex ikopru l-ispejjeż jew rikonoxxuti permezz ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu soġġetti għal miżuri restrittivi oħra skont l-Artikolu 3.

5.  Fil-każ ta’ persuni, gruppi, impriżi jew entitajiet elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament li preċedentement kienu ġew elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija preċedentement mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness II fir-rigward tal-kategoriji tad-derogi deskritti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jibqgħu japplikaw.

Artikolu 6

1.  L-Artikolu 3(2) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew li tqajmu qabel id-data li fiha dak il-kont sar soġġett għal dan ir-Regolament, jew, fil-każ ta’ persuni, gruppi, impriżi jew entitajiet elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament li kienu preċedentement elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002, id-data li fiha ġew soġġetti għall-ewwel darba għar-Regolament (KE) Nru 337/2000 ( 6 ), ir-Regolament (KE) Nru 467/2001 ( 7 ), jew ir-Regolament (KE) Nru 881/2002.

dment li kwalunkwe mgħax, qligħ u pagamenti oħra bħal dawn ikunu ffriżati f’konformità mal-Artikolu 3(1).

2.  L-Artikolu 3(2) ma għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati meta jirċievu fondi trasferiti fil-kont ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi, impriżi jew entitajiet elenkati, dment li kwalunkwe żieda li ssir fuq dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar kwalunkwe transazzjoni bħal din mingħajr dewmien.

Artikolu 7

1.  L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew iċ-ċaħda li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq bona fede fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew entità jew korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, dment li ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b’riżultat ta’ negliġenza.

2.  Il-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 3(2) ma għandha tagħti lok għal responsabbiltà tal-ebda tip min-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi jew entitajiet jew korpi li għamlu disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.

Artikolu 8

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:

(a) jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 3, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew fejn jinsabu bħalissa, kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness II, u għandhom jittrasmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni; kif ukoll

(b) jikkooperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ dik l-informazzjoni.

2.  Kwalunkwe informazzjoni li tingħata jew li tiġi riċevuta f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew riċevuta.

Artikolu 9

L-Istati Membri u l-Kummissjoni u għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti, b’rabta ma’ dan ir-Regolament, li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, b’mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta’ ksur u ta’ infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 11

1.  Fejn il-KSNU jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna fiżika jew ġuridika, grupp, impriża jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna fiżika jew ġuridika, grupp, impriża u entità fl-Anness I.

2.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna fiżika jew ġuridika, il-grupp, l-impriża jew l-entità imsemmija fil-paragrafu 1, direttament jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, u b’hekk tali persuna fiżikajew ġuridika, grupp, impriża jew entità tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

3.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, il-grupp, l-impriża jew l-entità, kif adatt.

4.  Fejn in-Nazzjonijiet Uniti tiddeċiedi li tneħħi persuna fiżika jew ġuridika, grupp, impriża jew entità mil-lista, jew li temenda d-data tal-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika jew ġuridika, grupp, impriża jew entità elenkata, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness I, kif adatt.

5.  Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal persuna fiżika jew ġuridika, grupp, impriża jew entità elenkata fl-Anness I għal dan ir-Regolament, li kienet preċedentement elenkata fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002.

Artikolu 12

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 13

F’dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li jsir xi tip ieħor ta’ komunikazzjoni magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra ta’ kuntatt li għandhom jintużaw għal tali komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(c) għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

(d) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju mwettaq, kompletament jew parzjalment, fi ħdan l-Unjoni.

Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M3




ANNESS I

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, GRUPPI, IMPRIŻI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 4

A.  Individwi assoċjati mat-Taliban

▼M7

(1) Abdul Baqi Basir Awal Shah (alias Abdul Baqi)

Titlu: (a) Maulavi; (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-provinċji ta’ Khost u Paktika taħt ir-reġim Taliban; (b) Viċi Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura taħt ir-reġim Taliban; (c) Dipartiment Konsulari, Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1960-1962 Post tat-twelid: (a) Belt ta’ Jalalabad, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan; (b) Distrett ta’ Shinwar, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan; (b) membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nangarhar fl-2008. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Baqi inizjalment serva bħala Gvernatur tal-provinċji ta’ Khost u Paktika għar-reġim Taliban. Susseġwentement inħatar Viċi-Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura. Huwa serva wkoll fid-Dipartiment Konsulari tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban.

Matul l-2003, Abdul Baqi kien involut f’attivitajiet militari kontra l-gvern fid-Distretti ta’ Shinwar, Achin, Naziyan u Dur Baba tal-Provinċja ta’ Nangarhar. Mill-2009 kien impenjat fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet militanti fir-reġjun kollu tal-lvant, b’mod partikolari fil-Provinċja ta’ Nangarhar u fil-Belt ta’ Jalalabad.

(2) Abdul Qadeer Basir Abdul Baseer (alias (a) Abdul Qadir (b) Ahmad Haji (c) Abdul Qadir Haqqani (d) Abdul Qadir Basir).

Titlu: (a) Ġeneral, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Militari, Ambaxxata tat-Taliban, Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1964. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Surkh Rod, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. (b) Distrett ta’ Hisarak, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: D 000974 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: (a) Konsulent finanzjarju għall-Kunsill Militari tat-Taliban f’Peshawar u Kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban f’Peshawar, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Qadeer Abdul Baseer kien it-teżorier tat-Taliban f’Peshawar, il-Pakistan, fl-2009. Huwa kien il-konsulent finanzjarju tal-Kunsill Militari tat-Taliban ta’ Peshawar u l-kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban ta’ Peshawar fil-bidu tal-2010. Huwa jgħaddi personalment il-flus mit-tmexxija tax-shura tat-Taliban lill-gruppi Talibani fil-Pakistan kollu.

▼M3

(3)  Amir Abdullah (magħruf ukoll bħala Amir Abdullah Sahib).

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ex Viċi Gvernatur tat-Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar. Indirizz: Karachi, il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1972. Post tat-twelid: Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Ivvjaġġa lejn il-Kuwajt, l-Arabja Sawdija, il-Ġamaħirija Għarbija Libjana u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għat-Taliban, (b) Teżorier għal Abdul Ghani Baradar Abdul Ahmad Turk, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Amir Abdullah kien it-teżorier tal-mexxej anzjan Taliban Abdul Ghani Baradar (TI.B.24.01.) u qabel kien il-viċi tal-gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Amir Abdullah ivvjaġġa lejn il-Kuwajt, l-Arabja Sawdija, il-Libja u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għat-Taliban. Huwa ffaċilita wkoll il-komunikazzjoni għat-tmexxija Talibana u kkoordina laqgħat ta' livell għoli fil-parti tad-dar maħsuba għall-mistednin tar-residenza tiegħu fil-Pakistan. Abdullah għen lil bosta membri anzjani Talibani li ħarbu mill-Afganistan fl-2001 biex jistabbilixxu ruħhom fil-Pakistan.

▼M7

(4) Abdul Manan Mohammad Ishak

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Segretarju Ewlieni, Ambaxxata Talibana, Riyadh, l-Arabja Sawdija (b) Attaché Kummerċjali, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1940-1941. Post tat-twelid: Raħal ta’ Siyachoy, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Manan sar kmandant għoli Taliban fil-Provinċji ta’ Paktia, Paktika u Khost tal-Lvant tal-Afganistan. Huwa kien ukoll responsabbli għall-moviment tal-ġellieda u l-armi Talibani minn naħa għal oħra tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

▼M9 —————

▼M3

(7)  Abdul Rahman Agha.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Prim Imħallef tal-Qorti Militari taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1958. Post tat-twelid: Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: (a) Afgana, (b) Pakistana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M6 —————

▼M14

(9)  Janan Agha (magħruf ukoll bħala Abdullah Jan Agha)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Faryab (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1958, (b) Bejn wieħed u ieħor l-1953. Post tat-twelid: Belt ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u konsulent għal Mullah Mohammed Omar f'Ġunju 2010, (b) Imexxi “front” (mahaz) Taliban sa min-nofs l-2013, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għall-gruppi etniku Sadat. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(10)  Sayed Mohammad Azim Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Mohammad Azim Agha, (b) Agha Saheb)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Direttur tad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi fil-Ministeru tal-Intern taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1966, (b) Bejn wieħed u ieħor l-1969. Post tat-twelid: Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jidderieġi “front” (mahaz) Taliban u jservi bħala membru tal-kummissjoni militari tat-Taliban sa minn nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-kariga ta' Sayed Mohammad Azim Agha bħala impjegat mad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi saret taħt il-Ministeru tal-Intern tar-reġim Taliban.

▼M3

(11)  Sayyed Ghiassouddine Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Ghiasuddin Sayed Ghousuddin, (b) Sayyed Ghayasudin, (c) Sayed Ghias).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Affarijiet tal-Haj u Affarijiet Reliġjużi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1961. Post tat-twelid: Distrett ta’ Kohistan, Provinċja ta’ Faryab, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċji ta' Faryab, Jawzjan, Sari Pul u Balkh, l-Afganistan, f'Ġunju 2010, (b) Involut fit-traffikar tad-drogi, (c) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u l-Kunsill Militari tat-Taliban f'Diċembru 2009, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għall-grupp etniku tas-Sadat. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sayyed Ghiassouddine Agha kien ukoll Ministru tal-Edukazzjoni tar-reġim tat-Taliban. Kien ukoll il-membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Faryab, l-Afganistan, f'Mejju 2007. Hu maħsub li jinsab involut fit-traffikar tad-drogi.

▼M14

(12)  Mohammad Ahmadi

Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-elenkar: (a) President tal-Bank Ċentrali (Da Afghanistan Bank) taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Pashmul, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Kakar, (c) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(13)  Mohammad Shafiqullah Ahmadi Fatih Khan (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Shafiq Ahmadi, (b) Mullah Shafiqullah)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1956.-1957. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Charmistan, Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Marghi, Distrett ta' Nawa, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Oriġinarjament mill-Provinċja ta' Ghazni, iżda aktar tard għex f'Uruzgan, (b) Shadow Gvernatur tat-Taliban għall-Provinċja ta' Uruzgan lejn tmiem l-2012. (c) Ripurtat maqtul f'attakki bl-ajru fid-Distrett Shahjoy, il-Provinċja ta' Zabul kmieni fl-2013, (d) Jappartjeni għat-tribù Hotak. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M3

(14)  Ahmadullah (magħruf ukoll bħala (a) Ahmadulla (b) Mohammad Ahmadullah).

Titlu: Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1975, (b) Bejn wieħed u ieħor 1965. Post tat-twelid: (a) Iż-żona ta' Khogyani, Distrett ta' Qarabagh, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Irrappurtat deċedut f'Diċembru 2001, (b) Kien jappartjeni għat-tribù Khogyani. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fl-2003, Ahmadullah iddistribwixxa tagħmir splussiv lil militanti u tahom struzzjonijiet biex iwettqu attakki fl-Afganistan.

(15)  Abdul Bari Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Haji Mullah Sahib (b) Zakir).

Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Helmand taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1953. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Baghran, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Now Zad, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2009, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Alokozai, (d) Membru tat-tmexxija tat-Taliban fil-Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(16)  Ahmed Jan Akhundzada Wazir (magħruf ukoll bħala (a) Haji Ahmad Jan, (b) Ahmed Jan Akhund).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ilma u l-Elettriku taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan; (b) Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Militari Suprem tat-Taliban fl-2009, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(17)  Attiqullah Akhund.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1953. Post tat-twelid: Distrett ta' Shah Wali Kot, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Militari Suprem tat-Taliban kif ukoll tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2010, (b) Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(18)  Hamidullah Akhund Sher Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Janat Gul (b) Hamidullah Akhund).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Ariana Afghan Airlines taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1972 u l-1973. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Sarpolad, Distrett ta' Washer, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(19)  Mohammad Hassan Akhund.

Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) L-Ewwel Viċi, Kunsill tal-Ministri taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim tat-Taliban, (c) Gvernatur ta' Kandahar taħt ir-reġim tat-Taliban, (d) Konsulent Politiku ta' Mullah Mohammed Omar. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1955-1958, (b) Bejn wieħed u ieħor 1945-1950. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Pashmul, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat qrib ta' Mullah Mohammed Omar, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Diċembru 2009, (c) Jappartjeni għat-tribù Kakar. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammad Hassan Akhund huwa assoċjat qrib ta' Mohammed Omar.

Mohammad Hassan Akhund kien għadu mexxej attiv tat-Taliban f'nofs l-2009. Huwa kien wieħed mill-aktar kmandanti effettivi tat-Taliban fil-bidu tal-2010.

▼M14

(20)  Mohammad Abbas Akhund

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Sindku ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (b) Ministru tas-Saħħa Pubblika taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Khas Uruzgan, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban inkarigat mill-Kumitat Mediku minn Jannar 2011, (b) Jissorvelja direttament tliet ċentri mediċi li jieħdu ħsieb ġellieda Talibani midruba sa minn nofs l-2013, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan., (d) Jappartjeni għat-tribù Barakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M3

(21)  Mohammad Essa Akhund.

Titlu: (a) Alhaj, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ilma, is-Sanità u l-Elettriku taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1958. Post tat-twelid: Iż-żona ta' Mial, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M14

(22)  Ubaidullah Akhund Yar Mohammed Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Obaidullah Akhund, (b) Obaid Ullah Akhund)

Titlu: (a) Mullah, (b) Hadji, (c) Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Ministru tad-Difiża taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1968, (b) l-1969. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Sangisar, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (c) Żona ta' Nalgham, Distrett ta' Zheray, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kien wieħed mill-viċi ta' Mullah Mohammed Omar, (b) Kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban, inkarigat minn operazzjonijiet militari, (c) Arrestat fl-2007 u miżmum taħt kustodja fil-Pakistan, (d) Ikkonfermat mejjet f'Marzu 2010 u midfun f'Karachi, Pakistan, (e) Rabta permezz ta' żwieġ ma' Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad, (f) Jappartjeni għat-tribù Alokozai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ubaidullah Akhund kien viċi ta' Mohammed Omar u membru tat-tmexxija tat-Taliban inkarigat minn operazzjonijiet militari.

▼M4

(23)  Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ahmad Jan

Akhunzada (b) Ahmad Jan Akhund Zada). Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċji ta' Zabol u Uruzgan taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1966-1967. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Lablan, Distrett ta' Dehrawood, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan, (b) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afghanistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Uruzgan, l-Afghanistan, fil-bidu tal-2007, (b) Ħaten Mullah Mohammed Omar, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ahmad Jan Akhunzada Shukoor Akhunzada kien il-membru tat-Taliban inkarigat mill-Provinċja ta' Uruzgan fil-bidu tal-2007.

▼M3

(24)  Mohammad Eshaq Akhunzada (magħruf ukoll bħala Mohammad Ishaq Akhund).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Laghman (l-Afganistan) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fl-2008, Mohammad Eshaq Akhunzada kien il-kmandant provinċjali tat-Taliban għall-Provinċja ta' Ghazni, l-Afghanistan, u kien għadu attiv fil-provinċja fl-2011.

▼M15

(25)  Abdul Habib Alizai (magħruf ukoll bħala a) Haji Agha JanAlizai b) Hajji Agha Jan c) Agha Jan Alazai d) Haji Loi Lala e) Loi Agha f) Abdul Habib g) Agha Jan Alizai image (qabel imniżżel hekk)).

Titolu: Haji Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Mexxa netwerk tat-traffikar ta' drogi fil-Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan. Data tat-twelid: a)15.10.1963b)14.2.1973c) 1967 d) Bejn wieħed u ieħor l-1957. Data tat-twelid: a) Raħal ta' Yatimchai, Distrett ta' Musa Qala, il-Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan b) Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana Informazzjoni oħra: (a) Ivvjaġġa regolarment lejn il-Pakistan. Data tan-nomina min-NU: 4.11.2010

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Agha Jan Alizai mexxa wieħed mill-ikbar netwerks ta' traffikar tad-drogi f'Helmand, l-Afganistan, u pprovda fondi lit-Taliban bi skambju għall-protezzjoni tal-attivitajiet tiegħu ta' traffikar tan-narkotiċi. Fl-2008, grupp ta' traffikanti tan-narkotiċi, inkluż Alizai, qablu li titħallas it-taxxa Talibana fuq l-art fejn kien jinżera' l-peprin xaħxieħi bi skambju għall-qbil Taliban li jiġi organizzat it-trasport għal materjali narkotiċi. It-Taliban qabel ukoll li jipprovdi sigurtà għat-traffikanti tan-narkotiċi u tas-siti ta' ħżin tagħhom, filwaqt li t-traffikanti jipprovdu kenn u trasport lill-ġellieda Talibani. Alizai kien ukoll involut fix-xiri ta' armi għat-Taliban u vvjaġġa regolarment lejn il-Pakistan biex jiltaqa' ma' mexxejja għolja Talibani. Alizai ffaċilita wkoll l-akkwist ta' passaporti frodulenti Iranjani minn membri Talibani sabiex dawn jivvjaġġaw lejn l-Iran għal taħriġ. Fl-2009, Alizai pprovda passaport u fondi lil kmandant tat-Taliban biex jivvjaġġa lejn l-Iran.

▼M14

(26)  Allah Dad Matin (magħruf ukoll bħala (a) Allahdad, (b) Shahidwror, (c) Akhund)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Ministru tal-Iżvilupp Urban taħt ir-reġim Taliban, (b) President tal-Bank Ċentrali (Da Afghanistan Bank) taħt ir-reġim Taliban, (c) Kap tal-Ariana Afghan Airlines taħt ir-reġim Taliban Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1953, (b) Bejn wieħed u ieħor l-1960. Post tat-twelid: Raħal ta' Kadani, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Tilef sieq fi splużjoni ta' mina, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Allahdad, membru tat-tribù Nurzay minn Spin Boldak, inħatar Ministru tal-Kostruzzjoni u d-Djar wara li kellu karigi oħra fiċ-ċivil taħt ir-reġim Taliban.

▼M3

(27)  Aminullah Amin Quddus (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad Yusuf (b) Aminullah Amin).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Saripul (l-Afganistan) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1973. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Loy Karez, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban fl-2011, (b) Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M7

(28) Mohammad Sadiq Amir Mohammad.

Titlu: (a) Alhaj, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Aġenzija tal-Kummerċ Afgana, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1934. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan (b) Provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: SE 011252 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: Allegatament deċedut. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammad Sadiq Amir Mohammad kien membru tal-majlis shura ġdida allegatament imħabbra minn Mohammed Omar f’Ottubru 2006.

▼M3

(29)  Muhammad Taher Anwari (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Taher Anwari, (b) Muhammad Tahir Anwari, (c) Mohammad Tahre Anwari).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1961. Post tat-twelid: Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Andar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-kariga ta' Muhammad Taher Anwari bħala Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi kienet taqa' taħt il-Kunsill tal-Ministri tar-reġim tat-Taliban, li kien l-ogħla livell fil-ġerarkija Talibana. Kien ukoll Ministru tal-Finanzi tar-reġim tat-Taliban.

Kien ukoll jikteb diskorsi għall-Mexxej Suprem tat-Taliban Mohammed Omar (TI.O.4.01).

▼M14

(30)  Arefullah Aref Ghazi Mohammad (magħruf ukoll bħala Arefullah Aref)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Viċi Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja Ghazni taħt ir-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja Paktia taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1958. Post tat-twelid: Raħal ta' Lawang (Lawand), Distrett ta' Gelan, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jidderieġi l-“front” Taliban fid-Distrett Gelan, il-Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan minn nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Andar. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

▼M7

(31) Sayed Esmatullah Asem Abdul Quddus (alias (a) Esmatullah Asem (b) Asmatullah Asem) (c) Sayed Esmatullah Asem)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1967. Post tat-twelid: Qalayi Shaikh, Distrett ta’ Chaparhar, Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f’Mejju 2007, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Membru tax-Shura tat-Taliban f’Peshawar, (d) Responsabbli għal attivitajiet Talibani fl-Afganistan f’Żoni Tribali taħt Ammistrazzjoni Federali, il-Pakistan, fl-2008, (e) Espert ewlieni f’attakki suwiċidi b’IED fl-2012. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fil-mument meta ddaħħal fil-lista, Sayed Esmatullah Asem kien ukoll is-Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim tat-Taliban. F’Mejju 2007, sar membru tat-tmexxija Talibana. Kien ukoll membru ta’ Kunsill reġjonali Taliban fl-2009.

Sayed Esmatullah Asem kien il-kmandant ta’ grupp ta’ ġellieda Talibani fid-Distrett ta’ Chaparhar, il-Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan. Huwa kien kmandant Taliban fil-Provinċja ta’ Konar, li, fl-2007, bagħat qattiela suwiċidi bil-bombi lejn diversi provinċji fil-lvant tal-Afganistan.

Lejn tmiem l-2008, Sayed Esmatullah Asem kien responsabbli għal bażi militari ta’ tħejjija Talibana fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

▼M14

(32)  Atiqullah Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala Atiqullah)

Titlu: (a) Haji, (b) Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Direttur tar-Relazzjonijiet Barranin, fil-Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (b) Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi, fil-Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim Taliban, (c) L-Ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim Taliban, (d) Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1962. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Khwaja Malik, Distrett ta' Arghandab, provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Oriġinarjament minn Uruzgan, għex aktar tard f'Kandahar, (b) Kien membru tal-Kummissjoni Politika tal-Kunsill Suprem Taliban fl-2010,(c) L-ebda rwol speċifiku fil-moviment Taliban, attiv bħala negozjant fil-kapaċità personali tiegħu sa minn nofs l-2013, (d) Huwa maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù Alizai, (f) Ħu Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Wara li Kabul inqabdet mit-Taliban fl-1996, Atiqullah inħatar għal pożizzjoni f'Kandahar. Fl-1999 jew l-2000, huwa nħatar l-Ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura, imbagħad Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fir-reġim Taliban. Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, Atiqullah sar uffiċjal tal-operazzjonijiet tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan. Fl-2008, huwa sar viċi tal-Gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Helmand, l-Afganistan.

▼M3

(33)  Azizirahman Abdul Ahad

Titlu: Sur Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, l-Ambaxxata tat-Taliban, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1972. Post tat-twelid: Distrett ta' Shega, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 44323 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Hotak. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(34)  Abdul Ghani Baradar Abdul Ahmad Turk (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Baradar Akhund (b) Abdul Ghani Baradar).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tad-Difiża taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Yatimak, Distrett ta' Dehrawood, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Arrestat fi Frar 2010 u miżmum taħt kustodja fil-Pakistan, (b) Talba għall-estradizzjoni lejn l-Afganistan pendenti fil-Qorti Superjuri ta' Lahore, il-Pakistan, f'Ġunju 2011, (c) Jappartjeni għat-tribù Popalzai, (d) Kmandant militari anzjan tat-Taliban u membru tal-Quetta Council f'Mejju 2007. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Ghani Baradar kien kmandant militari anzjan tat-Taliban u membru tat-tmexxija tat-Taliban fi Frar 2010.

Bħala l-Viċi Ministru tad-Difiża tat-Taliban, kien meqjus bħala wieħed mill-viċi ta' Mohammed Omar (TI.O.4.01) u mexxa t-taqsima tal-affarijiet militari tat-Taliban.

Huwa kien membru prinċipali tan-netwerk tat-Taliban u organizza operazzjonijiet Talibani kontra l-Gvern Afgan u l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministru tad-Difiża tat-Taliban, Ubaidullah Akhund (TI.A.22.01).

▼M11

(35)  Shahabuddin Delawar

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi tal-Qorti Superjuri taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) 1957, (b) 1953. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: Numru tal-passaport Afgan OA296623. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Kap tal-Ambaxxata tat-Taliban f’Riyadh, l-Arabja Sawdija sal-25 ta’ Settembru 1998. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU:23.2.2001.

▼M14

(36)  Dost Mohammad (magħruf ukoll bħala Doost Mohammad)

Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ghazni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Nawi Deh, Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Marghankecha, Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat ma' Mullah Jalil Haqqani, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Dost Mohammad inħatar ukoll mit-tmexxija Talibana biex ikun responsabbli għall-operazzjonijiet militari f'Angora, fil-provinċja ta' Nuristan fl-Afganistan.

F'Marzu 2010, Dost Mohammad kien shadow gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Nuristan u l-mexxej ta' madrassa li minnha kien jirrekluta ġellieda.

▼M3

(37)  Mohammad Azam Elmi (magħruf ukoll bħala Muhammad Azami).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Minjieri u l-Industriji taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: Distrett ta' Sayd Karam, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: irrappurtat deċedut fl-2005. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(38)  Faiz.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1969. Post tat-twelid: Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M7

(39) Rustum Hanafi Habibullah (alias (a) Rostam Nuristani (b) Hanafi Sahib).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: Dara Kolum, Distrett ta’ Do Aab, Provinċja ta’ Nuristan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nuristan, l-Afganistan, f’Mejju 2007, (b) Jappartjeni għat-tribù Nuristani, (c) Allegatament deċedut fil-bidu tal-2012. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

▼M3

(40)  Gul Ahmad Hakimi.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Kummerċjali, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Karachi, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1964. Post tat-twelid: (a) Provinċja ta' Logar, l-Afganistan, (b) Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Gul Ahmad Hakimi kien ukoll id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għall-Edukazzjoni Sekondarja tal-Ministeru tal-Edukazzjoni f'Kabul tar-reġim tat-Taliban qabel ma ntbagħat f'Karachi fl-1996.

(41)  Abdullah Hamad Mohammad Karim (magħruf ukoll bħala al-Hammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Konslu Ġenerali, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Quetta, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1972. Post tat-twelid: ir-raħal ta' Darweshan, iż-żona Hazar Juft, Distrett ta' Garmser, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: D 000857 (maħruġ fl-20.11.1997). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 300786 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għall-grupp etniku Baloch. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(42)  Hamdullah Allah Noor

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché tar-Ripatrijazzjoni, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Quetta, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1973. Post tat-twelid: Distrett Numru 6, il-Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 4414 (karta ta' identifikazzjoni Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għall-grupp etniku Baloch. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M9 —————

▼M11

(44)  Din Mohammad Hanif (magħruf ukoll bħala (a) Qari Din Mohammad (b) Iadena Mohammad)

Titlu: Qari. Raġuni għall-elenkar: (a) Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor fl-1955, (b)1.1.1969 (bħala Iadena Mohammad). Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Shakarlab, Distrett ta’ Yaftali Pain, Provinċja ta’ Badakhshan, l-Afganistan, (b) Badakhshan (bħala Iadena Mohammad) Nazzjonalità: Afgana. Numru tal-passaport: OA 454044 (bħala Iadena Mohammad). Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta’ Takhar u Badakhshan; (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 25.1.2001.

▼M15

(45)  Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad (magħruf ukoll bħala: (a) Abdul Jalil Akhund (b) Akhter Mohmad (c) Haji Gulab Gul (d) Abdul Jalil Haqqani (d) Nazar Jan)

Titolu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Mejju 2007 'l hawn, (b) Membru tal-Kummissjoni Finanzjarja tal-Kunsill tat-Taliban, (c) Responsabbli għal-loġistika tat-Taliban u wkoll attiv bħala negozjant fil-kapaċità personali tiegħu minn nofs l-2013. (d) Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Khwaja Malik, Distrett ta' Arghandaab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passport: (a) Numru tal-passaport: OR 1961825 (maħruġ taħt l-isem Akhter Mohmad, iben Noor Mohmad, imwieled f'Kandahar fl-1965) maħruġ fl-4.2.2003 mill-Konsulat Afgan fi Quetta, il-Pakistan, skada fit-2.2.2006). (b) Numru tal-passaport: TR024417 (maħruġ taħt l-isem Haji Gulab Gul iben Haji Hazrat Gul, imwieled fl-1955 f'Logar, fl-Afghanistan) maħruġ fl-20.11.2003 mid-Dipartiment Ċentrali tal-Passaporti f'Kabul, fl-Afghanistan, skada fid-29 ta' Diċembru 2006. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni lit-tribù ta' Alizai. (c) Ħu Atiqullah Wali Mohammad. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Jalil Haqqani Wali Mohammad kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban minn Mejju 2007 u membru tal-Kummissjoni Finanzjarja tal-Kunsill tat-Taliban.

▼M13 —————

▼M3

(47)  Ezatullah Haqqani Khan Sayyid (magħruf ukoll bħala Ezatullah Haqqani).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Ippjanar taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1957. Post tat-twelid: Distrett ta’ Alingar, Provinċja ta’ Laghman, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban f'Peshawar mill-2008, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ezatullah Haqqani kien oriġinarjament jidher fuq il-lista bħala Maulavi Ezatullah fit-23 ta' Frar 2001. Iż-żieda ta' "Haqqani" fuq il-lista saret fis-27 ta' Settembru 2007.

Mill-2009, Ezatullah Haqqani kien membru ta' Kunsill reġjonali tat-Taliban.

▼M15

(48)  Jalaluddin Haqqani (magħruf ukoll bħala:(a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani, (c) Jallalouddine Haqani).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Affarijiet tal-Fruntieri taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1942; (b) Bejn wieħed u ieħor l-1948. Post tat-twelid: (a) fl-inħawi ta' Garda Saray, Distrett ta' Waza Zadran, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan; (b) Distrett ta' Neka, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Missier Sirajuddin Jallaloudine Haqqani; Nasiruddin Haqqani u Badruddin Haqqani (mejjet); (b) Ħu Mohammad Ibrahim Omari u Khalil Ahmed Haqqani; (c) Huwa mexxej attiv tat-Taliban, (d) Maħsub li qiegħed fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Kap tal-Miram Shah Shura tat-Taliban mill-2008, (f) Jappartjeni lit-tribu ta' Zadran. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Jalaluddin Haqqani għandu relazzjonijiet mill-qrib ma' Mohammed Omar u kellu relazzjonijiet mill-qrib ma' Usama bin Laden (mejjet). Huwa missier Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, Nasiruddin Haqqani u Badruddin Haqqani (mejjet), u ħu Mohammad Ibrahim Omari u Khalil Ahmed Haqqani. Huwa mexxej Taliban attiv. Jalaluddin Haqqani kien ukoll il-medjatur bejn l-Al-Qaida u t-Taliban fl-2007. Huwa kien il-President tal-'Kunsill Miram Shah' tat-Taliban f'Ġunju 2008.

Oriġinarjament kien kmandant għall-Partit Iżlamiku Mwalawi Hezbi fil-provinċji ta' Khost, Paktika u Paktia. Aktar tard ingħaqad mat-Taliban u nħatar Ministru tal-Affarijiet tal-Fruntieri. Wara l-waqgħa tar-reġim tat-Taliban, flimkien ma' elementi tat-Taliban u tal-Al-Qaida, ħarab lejn it-Tramuntana tal-Waziristan u reġa' beda jgħaqqad il-milizzji tiegħu għall-ġlieda kontra l-Gvern tal-Afganistan.

Haqqani ġie akkużat b'involviment fl-ibbumbardjar tal-Ambaxxata Indjana f'Kabul fl-2008 u bl-attentat ta' qtil tal-President Karzai waqt parata militari f'Kabul li saret qabel fl-istess sena. Haqqani kien implikat ukoll f'attakk fuq bini ministerjali f'Kabul fi Frar 2009.

Jalaluddin Haqqani huwa l-fundatur tan-Netwerk ta' Haqqani.

▼M4

(49)  Khalil Ahmed Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Khalil Al-Rahman Haqqani, (b) Khalil ur Rahman Haqqani, (c) Khaleel Haqqani).

Titlu: Haji. Indirizz: (a) Peshawar, il-Pakistan; (b) Qrib Dergey Manday Madrasa fir-Raħal ta’ Dergey Manday, qrib Miram Shah, Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan, (c) Raħal ta’ Kayla qrib Miram Shah, Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), il-Pakistan; (d) Raħal ta’ Sarana Zadran, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) 1.1.1966, (b) bejn l-1958 u l-1964. Post tat-twelid: Raħal ta' Sarana, żona ta' Garda Saray, Distrett ta' Waza Zadran, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan; Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru anzjan tan-Netwerk ta' Haqqani, li jopera mit-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan, (b) Qabel kien ivvjaġġa lejn, u ġabar fondi f’Dubai, Emirati Għarab Magħquda, (c) Ħu Jalaluddin Haqqani u ziju ta' Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Data tan-nomina min-NU:9.2.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Khalil Ahmed Haqqani huwa membru anzjan tan-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li topera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta' Haqqani, li jinsab fuq il-quddiem nett tal-attivitajiet ta' ribelljoni fl-Afganistan, twaqqaf minn ħu Khalil Haqqani, Jalaluddin Haqqani (TI.H.40.01.), li ngħaqad mar-reġim tat-Taliban ta' Mullah Mohammed Omar f'nofs is-snin 90.

Khalil Haqqani jieħu sehem f'attivitajiet ta' ġbir ta' fondi f'isem it-Taliban u n-Netwerk ta' Haqqani, u ta' spiss jivvjaġġa barra mill-pajjiż biex jiltaqa' ma' persuni li jagħtu appoġġ finanzjarju. Minn Settembru 2009, Khalil Haqqani vvjaġġa lejn l-istati tal-Golf u ġabar fondi minn sorsi hemmhekk, kif ukoll minn sorsi fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Asja.

Khalil Haqqani jipprovdi wkoll appoġġ lit-Taliban u lin-Netwerk ta' Haqqani li joperaw fl-Afganistan. Minn kmieni fl-2010, Khalil Haqqani pprovda fondi lil ċelloli tat-Taliban fil-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Fl-2009, Khalil Haqqani pprovda u kkontrolla madwar 160 kumbattenti fil-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan, u kien wieħed minn diversi persuni responsabbli għad-detenzjoni ta' priġunieri għedewwa maqbuda mit-Taliban u min-Netwerk ta' Haqqani. Khalil Haqqani ħa ordnijiet għal operazzjonijiet tat-Taliban minn Sirajuddin Haqqani, in-neputi tiegħu.

Khalil Haqqani aġixxa wkoll f'isem Al-Qaida u kellu konnessjoni mal-operazzjonijiet militari tagħha. Fl-2002, Khalil Haqqani skjera persunal biex issaħħu elementi ta' Al-Qaida fil-Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan.

▼M14

(50)  Mohammad Moslim Haqqani Muhammadi Gul (magħruf ukoll bħala Moslim Haqqani)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Viċi Ministru tal-Haj u tal-Affarijiet Reliġjużi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: 1965. Post tat-twelid: Raħal ta' Gawargan, Distrett ta' Pul-e-Khumri, Provinċja ta' Baghlan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1136 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Pashtun Etniku mill-Provinċja ta’ Baghlan, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jitkellem tajjeb ħafna l-Ingliż, l-Urdu u l-Għarbi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammad Moslim Haqqani kien ukoll Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Din in-nomina żdiedet mal-lista fit-18 ta' Lulju 2007.

▼M3

(51)  Mohammad Salim Haqqani.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1966-1967. Post tat-twelid: Distrett ta’ Alingar, Provinċja ta’ Laghman, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Kmandant ta' Ezatullah Haqqani Khan Sayyid f'Mar. 2010, (b) Membru tal-Kunsill Militari tat-Taliban f'Peshawar f'Ġunju 2010, (c) Jappartjeni għall-grupp etniku Pashai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fl-2006, Mohammad Salim Haqqani kien membru ta' kunsill tat-Taliban li ppjana attakki kontra l-forzi tal-gvern Afgan fil-Provinċja ta' Laghman, l-Afganistan. Huwa kien kmandant tat-Taliban għall-provinċja lejn tmiem l-2004.

▼M15

(52)  Nasiruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala: (a) Naseer Haqqani, (b) Dr Naseer Haqqani, (c) Nassir Haqqani, (d) Nashir Haqqani, (e) Naseruddin, (f) Dr Alim Ghair).

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tan-Netwerk ta' Haqqani, li jopera mit-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1970-1973. Post tat-twelid: Distrett ta' Neka, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) Iben Jalaluddin Haqqani. (b) Ivvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għat-Taliban. (c) Maħsub li ilu mejjet mill-2013. Data tan-nomina min-NU: 20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

In-Netwerk ta' Haqqani huwa grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Qiegħed fuq quddiem fl-attività ta' ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal ħafna attakki ta' profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta' Haqqani hija magħmula mill-ikbar tliet ulied subien ta' Jalaluddin Haqqani, li wieħed minnhom huwa Nasiruddin Haqqani.

Nasiruddin Haqqani jaħdem bħala emissarju għan-Netwerk ta' Haqqani u jqatta' ħafna mill-ħin tiegħu jiġbor il-flus. Fl-2004, Haqqani vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija ma' assoċjat tat-Taliban biex jiġbor fondi għat-Taliban. Huwa pprovda wkoll fondi fl-2004 lil militanti fl-Afganistan sabiex jiġu mxekkla l-elezzjonijiet presidenzjali Afgani. Mill-inqas mill-2005 sal-2008, Nasiruddin Haqqani ġabar fondi għan-Netwerk ta' Haqqani permezz ta' diversi vjaġġi għall-ġbir ta' fondi, inkluż matul vjaġġi regolari lejn l-Emirati Għarab Magħquda fl-2007 u permezz ta' vjaġġ għall-ġbir ta' fondi lejn stat ieħor tal-Golf fl-2008.

Minn nofs l-2007, huwa maħsub li Haqqani kellu tliet sorsi ewlenin ta' finanzjament: donazzjonijiet mir-reġjun tal-Golf, traffikar ta' drogi, u ħlasijiet mill-Al-Qaida. Tard fl-2009, Nasiruddin Haqqani rċieva bosta mijiet ta' eluf ta' dollari minn individwi assoċjati mal-Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija sabiex dawn jintużaw għal attivitajiet tan-Netwerk ta' Haqqani.

▼M3

(53)  Sayyed Mohammed Haqqani (magħruf ukoll bħala Sayyed Mohammad Haqqani).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Kap tal-Informazzjoni u l-Kultura fil-Provinċja ta’ Kandahar taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1965. Post tat-twelid: Raħal ta' Chaharbagh, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Gradwat tal-Madrrassa ta' Haqqanija f'Akora Khattak, il-Pakistan, (b) Maħsub li kellu relazzjonijiet mill-qrib mal-mexxej tat-Taliban Mullah Mohammad Omar, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2010, (e) Jappartjeni għat-tribù Barakzay. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sayyed Mohammed Haqqani huwa alleat ma' Gulbbudin Hekmatyar u ilu bosta snin jappoġġa lil Mullah Mohammad Omar. Bħala Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi tar-reġim tat-Taliban, huwa ddistribwixxa karti tal-identità Afgani lil barranin marbuta ma' Al-Qaida li ġġieldu fl-Afganistan u ġabar ammont sinifikanti ta' fondi minn għandhom.

Sayyed Mohammed Haqqani ltaqa' diversi drabi ma' Aiman Muhammed Rabi al-Zawahiri u Farhad, is-segretarju ta' Mohammed Omar, fl-2003 u l-2004. Huwa fetaħ ħanut tal-kotba fil-bażar ta' Qissa Khwani, f'Peshawar, il-Pakistan, li kien implikat fil-finanzjament tat-Taliban. Sa Marzu 2009, hu kien għadu mexxej attiv tar-ribelli Talibani.

▼M11

(54)  Sirajuddin Jallaloudine Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Siraj Haqqani, (b) Serajuddin Haqani, (c) Siraj Haqani, (d) Saraj Haqani, (e) Khalifa)

Raġuni għall-elenkar: Na’ib Amir (Viċi Kmandant). Indirizz: (a)Inħawi ta’ Kela/inħawi ta’ Danda, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan; (b)Manba’ul uloom Madrasa, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan, (c)Dergey Manday Madrasa, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1977/1978. Post tat-twelid: (a) Danda, Miramshah, Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan, (b) Raħal ta’ Srana, Distrett ta’ Garda Saray, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan, (c) Distrett ta’ Neka, Provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan, (d) Provinċja ta’ Khost, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Kap tan-Netwerk ta’ Haqqani lejn tmiem l-2012. (b) Iben Jallaloudine Haqani. (c) Jappartjeni għat-taqsima tas-Sultan Khel, it-tribù Zardan ta’ Garda Saray tal-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU:13.9.2007.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sirajuddin Jallaloudine Haqqani huwa wieħed mill-mexxejja l-aktar prominenti, influwenti, karismatiċi u b’esperjenza fin-netwerk ta’ Haqqani, grupp ta’ ġellieda b’assoċjazzjoni mill-qrib kemm mat-Taliban kif ukoll ma’ Al-Qaida, u kien wieħed mill-kmandanti prinċipali tal-operazzjonijiet tan-netwerk mill-2004.

Ħafna mis-setgħa u l-awtorità ta’ Sirajuddin Haqqani ġejja minn missieru, Jalaluddin Haqqani, ex-Ministru tar-reġim tat-Taliban, li kien kmandant militari tat-Taliban u intermedjarju għal Al-Qaida u t-Taliban fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Matul il-kariga tiegħu bħala Ministru tar-reġim tat-Taliban, Jalaluddin Haqqani stabbilixxa rabtiet ferm mill-qrib ma’ Al-Qaida.

Sirajuddin Haqqani għandu assoċjazzjonijiet qawwija mat-Taliban, li jipprovdulu finanzjament għall-operazzjonijiet tiegħu. Huwa jirċievi wkoll finanzjament minn diversi gruppi u individwi oħra, inklużi barunijiet tad-droga. Huwa intermedjarju ċentrali għall-operazzjonijiet terroristiċi fl-Afganistan u attivitajiet ta’ appoġġ fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Ir-rabtiet tiegħu mat-Taliban saru pubbliċi f’Mejju 2006 minn Mullah Dadullah, f’dak iż-żmien wieħed mill-ogħla kmandanti militari tat-Taliban, li ddikjara li ħadem ma’ Sirajuddin Haqqani u ppjana operazzjonijiet miegħu. Huwa għandu wkoll rabtiet ma’ Jaish-i-Mohammed.

Sirajuddin Haqqani huwa attivament involut fl-ippjanar u l-eżekuzzjoni ta’ attakki mmirati konta l-Forzi Internazzjonali ta’ Assistenza għas-Sigurtà (ISAF), uffiċjali u pajżana Afgani, prinċipalment fir-reġjuni tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afganistan. Huwa jirrekluta wkoll u jibgħat regolarment ġellieda fil-Provinċji ta’ Khost, Paktia u Paktika fl-Afganistan.

Sirajuddin Haqqani kien involut fl-attakk suwiċida bil-bombi kontra xarabank tal-Akkademja tal-Pulizija f’Kabul fit-18 ta’ Ġunju 2007 fejn inqatlu 35 uffiċjal tal-pulizija.

▼M3

(55)  Abdul Hai Hazem Abdul Qader (magħruf ukoll bħala Abdul Hai Hazem)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: L-Ewwel Segretarju, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Quetta, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: Raħal ta' Pashawal Yargatoo, Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 0001203 (Passaport Afgan). Indirizz: (a)Raħal ta' Iltifat, Distrett ta' Shakardara, Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan, (b)Żona ta' Puli Charkhi, Distrett Numru 9, Belt ta' Kabul, Provinċja ta' Kabul. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(56)  Hidayatullah (magħruf ukoll bħala Abu Turab)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili u t-Turiżmu taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:8.3.2001.

(57)  Abdul Rahman Ahmad Hottak (magħruf ukoll bħala Hottak Sahib)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru (Kulturali) tal-Informazzjoni u l-Kultura taħt ir-reġim tat-Taliban; (b) Kap tad-Dipartiment Konsulari tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1957. Post tat-twelid: Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan; (b) Jappartjeni għat-tribù Hottak. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M15

(58)  Najibullah Haqqani Hidayatullah (magħruf ukoll bħala Najibullah Haqani)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Finanzi taħt ir-reġim tat-Taliban. (b) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Laghman minn tard fl-2010. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: Raħal ta' Moni, Distrett ta' Shigal, Provinċja ta' Kunar. Ċittadinanza: Afgana Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru tal-karta tal-identità nazzjonali Afgana (tazkira) 545167, maħruġa fl-1974. Informazzjoni oħra: (a) Kuġin ta' Moulavi Noor Jalal. (b) Isem nannuh hu Salam. (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Najibullah Haqqani Hydayatullah kien ukoll Viċi Ministru tal-Finanzi tar-reġim tat-Taliban. Din in-nomina żdiedet mal-Lista fit-18 ta' Lulju 2007. Fis-27 ta' Settembru 2007, dan l-isem fuq il-lista ġie aġġornat biex tneħħiet in-nomina oriġinali ta' “Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim tat-Taliban”.

Najibullah Haqqani Hydayatullah kien membru tal-Kunsill tat-Taliban fil-Provinċja ta' Kunar, fl-Afganistan, f'Mejju 2007. Huwa kuġin ta' Noor Jalal.

F'Ġunju 2008, it-tmexxija tat-Taliban ħatritu bħala l-persuna responsabbli għall-attività militari fil-Provinċja ta' Kunar.

Najibullah Haqqani Hidayatullah kien membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Laghman minn tard fl-2010.

▼M14

(59)  Gul Agha Ishakzai (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Gul Agha (b) Mullah Gul Agha Akhund (c) Hidayatullah (d) Haji Hidayatullah (e) Hayadatullah)

Indirizz: Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1972. Post tat-twelid: Band-e-Timor, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Membru ta' Kunsill tat-Taliban li jikkoordina l-ġbir ta' zakat (taxxa Iżlamika) mill-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b) Kap tal-Kummissjoni Finanzjarja tat-Taliban sa min-nofs l-2013, (c) Assoċjat ma' Mullah Mohammed Omar, (d) Kien l-uffiċċjal finanzjarju prinċipali ta' Omar u wieħed mill-konsulenti l-aktar qrib tiegħu, (e) Jappartjeni għat-tribù Ishaqzai. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Gul Agha Ishakzai huwa l-kap tal-kummissjoni finanzjarja tat-Taliban u jagħmel parti minn kunsill tat-Taliban maħluq reċentement li jikkoordina l-ġbir ta' zakat (taxxa Iżlamika) mill-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Huwa ġabar ukoll flus għal attakki suwiċida f'Kandahar, l-Afganistan, u kien involut fil-ħruġ ta' fondi għall-ġellieda Talibani u l-familji tagħhom.

Gul Agha Ishakzai, ħabib tat-tfulija tal-mexxej tat-Taliban Mullah Mohammed Omar, kien l-uffiċjal finanzjarju prinċipali ta' Omar u wieħed mill-konsulenti l-aktar qrib tiegħu. Kien hemm żmien meta ħadd ma kellu l-permess jiltaqa' ma' Mullah Omar mingħajr l-approvazzjoni tiegħu. Huwa għex fil-palazz presidenzjali ma' Omar matul ir-reġim Taliban.

F'Diċembru 2005, Gul Agha Ishakzai ffaċilita l-moviment ta' persuni u merkanzija lejn il-kampijiet ta' taħriġ Talibani, lejn tmiem l-2006 hu vvjaġġa f'pajjiżi barranin biex jikseb partijiet ta' armi.

▼M3

(60)  Qudratullah Jamal (magħruf ukoll bħala Haji Sahib).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Informazzjoni taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: Gardez, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u membru tal-Kummissjoni Kulturali tat-Taliban fl-2010; (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

F'April 2009, it-tmexxija tat-Taliban ħabbret li Qudratullah Jamal kien ġie nkarigat bħala l-Uffiċjal ta' Kollegament tagħha għas-sostenituri u l-ħbieb tagħha fid-dinja kollha.

▼M15

(61)  Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammad (magħruf ukoll bħala Saleh Mohammad)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammadhuwa traffikant tan-narkotiċi li mexxa netwerk organizzat ta' kuntrabandu fil-Provinċji ta' Kandahar u Helmand, fl-Afganistan, li kien jaqdi l-ħtiġijiet loġistiċi u finanzjarji tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1962, (b) 1961. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Nalghan, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Sangesar, Distrett ta' Panjway, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Mexxa netwerk organizzat ta' kuntrabandu fil-provinċji ta' Kandahar u Helmand, l-Afganistan, (b) Qabel, kien iħaddem laboratorji ta' pproċessar tal-eroina f'Band-e-Temur, il-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (c) Kien sid ta' negozju tal-karozzi f'Mirwais Mena, fid-Distrett ta' Dand fil-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (d) Meħlus mill-kustodja fl-Afganistan fl-2014, (e) Imħallat biż-żwieġ ma' Mullah Ubaidullah Akhund Yar Mohammad Akhund (f) Jappartjeni lit-tribù ta' Kakar. Data tan-nomina min-NU: 4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammadhuwa traffikant tan-narkotiċi li mexxa netwerk organizzat ta' kuntrabandu fil-Provinċji ta' Kandahar u Helmand, l-Afganistan, li kien jissodisfa l-bżonnijiet loġistiċi u finanzjarji tat-Taliban. Qabel ma ġie arrestat mill-awtoritajiet Afgani, Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammadħaddem laboratorji tal-ipproċessar tal-eroina fl-inħawi ta' Band-e-Temur tal-Provinċja ta' Kandahar li kienu protetti mit-Taliban.

Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammadkien f'kuntatt ma' mexxejja Talibani għoljin, ġabar flus kontanti f'isimhom mit-traffikanti tan-narkotiċi u amministra u ħeba flus li kienu jappartjenu lil mexxejja Talibani għoljin. Kien ukoll responsabbli milli jiffaċilita l-ħlasijiet tat-taxxa lit-Taliban f'isem it-traffikanti tan-narkotiċi. Saleh Mohammad Kakar Akhtar Muhammadkien propjetarju ta' negozju tal-karozzi f'Kandahar u pprovda lit-Taliban b'vetturi biex jintużaw f'attakki suwiċida.

▼M3

(62)  Rahmatullah Kakazada (magħruf ukoll bħala (a) Rehmatullah, (b) Kakazada, (c) Mullah Nasir).

Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Konslu Ġenerali, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Karachi, Pakistan. Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Distrett ta' Zurmant, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000952 (passaport Afgan maħruġ fis-7.1.1999). Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan, minn Mejju 2007, (b) Kap ta' netwerk tal-intelligence, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Suleimankheil. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(63)  Abdul Rauf Khadem (magħruf ukoll bħala Mullah Abdul Rauf Aliza).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kmandant tal-Korp Ċentrali taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn l-1958 u l-1963, (b) Bejn wieħed u ieħor 1970. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Azan, Distrett ta' Kajaki, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban fi Quetta fl-2009, (b) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, fl-2011. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Korpi Ċentrali ġew taħt il-Ministeru tad-Difiża tar-reġim tat-Taliban.

Abdul Rauf Khadem kien il-membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Logar fl-2009.

Abdul Rauf Khadem kien il-kmandant militari ġenerali ta' diversi provinċji fl-Afganistan.

▼M14

(64)  Khairullah Khairkhwah (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Khairullah Khairkhwah (b) Khirullah Said Wali Khairkhwa)

Titlu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Herat (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) kelliem tar-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban, (d) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Madwar l-1963 (b) l-1 ta' Jannar 1967 (bl-isem Khirullah Said Wali Khairkhwa). Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Poti, Distrett ta' Arghistan, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Kandahar Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: (a) Miżmum taħt kustodja mill-Istati Uniti tal-Amerika sa min-nofs l-2013, (b) Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(65)  Abdul Razaq Akhund Lala Akhund

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap tal-pulizija ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Spin Boldak, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, fl-inħawi fil-fruntiera mad-Distrett ta' Chaman, Quetta, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban sa minn Ġunju 2008, (b) Viċi ta' Mullah Mohammed Omar sa minn Marzu 2010, (c) Membru tal-Kummissjoni Superviżorja tat-Taliban sa minn nofs l-2013, (d) Involut fit-traffikar tad-droga, (e) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (f) Jappartjeni għat-tribù Achekzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M7

(66) Jan Mohammad Madani Ikram

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Chargé d’Affaires, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda. Data tat-twelid: 1954-1955. Post tat-twelid: Raħal ta’ Siyachoy, Distrett ta’ Panjwai, Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jappartjeni għat-tribù Alizai. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

▼M14

(67)  Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani (b) Zaia u Rahman Madani (c) Madani Saheb (d) Diya’ al-Rahman Madani)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Paliran, Distrett ta' Namakab, Provinċja ta' Takhar, Afganistan, (b) Belt ta' Taluqan, provinċja ta' Takhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar ta' drogi, (b) Membru tat-Taliban responsabbli għal affarijiet militari fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, minn Mejju 2007, (c) Iffaċilita l-ġbir ta' fondi fil-Golf f'isem it-Taliban mill-2003, (d) Iffaċilita wkoll laqgħat bejn uffiċċjali tat-Taliban u persuni għonja li jagħtu appoġġ u għamel arranġamenti biex aktar minn tnax-il individwu jivvjaġġaw lejn Kabul, l-Afganistan, għal attakki suwiċida, (e) Maħsub li jinsab fir-reġjun tal-Golf. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M11

(68)  Abdul Latif Mansur (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Latif Mansoor (b) Wali Mohammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Zurmat, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan, (b) Distrett ta’ Garda Saray, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban f’Miram Shah minn Mejju 2007, (b) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Logar, minn tard fl-2012, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Sahak (Ghilzai).

Data tal-indikazzjoni min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Latif Mansur kien membru tal-‘Kunsill Miram Shah’ tat-Taliban f’Mejju 2007. Huwa kien ix-shadow governor tat-Taliban tal-Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan, fl-2009 u l-Kap tal-kummissjoni politika tat-Taliban min-nofs l-2009. F’Mejju 2010, Abdul Latif Mansur kien kmandant anzjan tat-Taliban fil-Lvant tal-Afganistan.

▼M14

(69)  Mohammadullah Mati (magħruf ukoll bħala Mawlawi Nanai)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1961. Post tat-twelid: Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Tilef sieq waħda fit-tmeninijiet, (b) Mexxej interim tal-Kunsill Suprem Taliban minn Frar sa April 2010, (c) Inkarigat mill-attivitajiet ta' reklutaġġ sa minn nofs l-2013, (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù Isakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammadullah Mati kien ukoll Ministru tal-Komunikazzjoni tar-reġim Taliban taħt l-isem “Ahmadullah Mutie”.

(70)  Matiullah

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Direttur tad-Dwana ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1973. Post tat-twelid: Distrett ta' Daman, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jaħdem għar-reklutaġġ għall-moviment Taliban sa minn nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M3

(71)  Abdul Quddus Mazhari ( magħruf ukoll bħala Akhtar Mohammad Maz-hari).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché tal-Edukazzjoni, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Provinċja ta' Kunduz, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz:Kushal Khan Mena, Distrett Nru 5, Kabul, l-Afganistan. Nru tal-Passaport: SE 012820 (passaport Afgan maħruġ fl-4.11.2000). Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M14

(72)  Fazl Mohammad Mazloom (magħruf ukoll bħala (a) Molah Fazl, (b) Fazel Mohammad Mazloom)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Deputat Kap tal-Persunal tal-Armata tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: Miżmum taħt kustodja fl-Istati Uniti tal-Amerika min-nofs l-2013. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fazl Mohammed Mazloom kien assoċjat qrib ta' Mohammed Omar u għenu jistabbilixxi l-Gvern Taliban. Mazloom kien fil-kamp ta' taħrig ta' Al-Farouq stabbilit minn Al-Qaida. Huwa kien mgħarraf li t-Taliban ipprovda għajnuna lill-Moviment Iżlamiku tal-Uzbekistan fil-forma ta' appoġġ finanzjarju, armi u appoġġ loġistiku bi skambju għall-forniment ta' suldati lit-Taliban.

Huwa kien kmandant ta' madwar 3,000 suldat Taliban front-line fil-provinċja ta' Takhar, f'Ottubru 2001.

(73)  Nazir Mohammad Abdul Basir (magħruf ukoll bħala Nazar Mohammad)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Sar Muallim. Raġuni għall-elenkar: (a) Sindku tal-Belt ta' Kunduz (b) Aġent Gvernatur tal-Provinċja ta' Kunduz (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Raħal ta' Malaghi, Distrett ta' Kunduz, Provinċja ta' Kunduz, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Irrikonċilja wara l-waqgħa tar-reġim tat-Taliban, u ngħata kariga taħt il-Gvern il-ġdid fil-livell ta' distrett fil-Provinċja ta' Kunduz, (b) Ikkonfermat li nqatel mit-Taliban fid-9 ta' Novembru 2008. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M5 —————

▼M14

(75)  Mohammad Shafiq Mohammadi

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Khost (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur Ġenerali tal-Provinċji ta' Paktia, Paktika, Khost u Ghazni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1948. Post tat-twelid: Distrett ta' Tirin Kot, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Imexxi żewġ ċentri ta' taħriġ militari tat-Taliban sa minn nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Hottak. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(76)  Abdul Kabir Mohammad Jan (alias A. Kabir)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) It-Tieni Viċi, Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill tal-Ministri tar-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta' Nangarhar taħt ir-reġim Taliban, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Pul-e-Khumri jew Baghlan Jadid, Provinċja ta' Baghlan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Attiv f'operazzjonijiet terroristiċi fil-Lvant tal-Afganistan, (b) Jiġbor flus minn traffikanti tad-droga, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2009, (e) Il-familja hija oriġinarjament mid-Distrett ta' Neka, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan, (f) Responsabbli għall-attakk fuq parlamentari Afgani f'Novembru 2007 f'Baghlan, (g) Għandu l-art fil-Provinċja Baghlan ċentrali, (h) Jappartjeni għat-tribù Zadran. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Kabir Mohammad Jan kien membru tal-kunsill għoli tat-tmexxija Taliban kif imħabbar minn Mohammed Omar f'Ottubru 2006, u kien maħtur kmandant militari fiż-żona tal-Lvant f'Ottubru 2007.

▼M3

(77)  Mohammad Rasul Ayyub (magħruf ukoll bħala Gurg).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Nimroz (l-Afganistan) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Raħal ta' Robat, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tax-Shura tat-Taliban fi Quetta, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Nurzay. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M14

(78)  Mohammad Wali Mohammad Ewaz (magħruf ukoll bħala Mohammad Wali)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Ministru tal-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1965. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Jelawur, Distrett ta' Arghandab, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Raħal ta' Siyachoy, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Irrappurtat mejjet f'Diċembru 2006 u midfun fid-distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fil-pożizzjoni tiegħu fil-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim Taliban, Mohammad Wali ta' spiss uża t-tortura u mezzi oħra għall-intimidazzjoni tal-popolazzjoni. Mohammad Wali għadu attiv fil-qasam Taliban fil-provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, wara l-waqgħa tar-reġim Taliban.

(79)  Mohammad Yaqoub

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Kap tal-Aġenzija tal-Informazzjoni Bakhtar (BIA) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1966. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Shahjoi, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan (b) Distrett ta' Janda, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Kulturali tat-Taliban, (b) Jidderieġi “front” Taliban u jikkoordina l-attivitajiet militari kollha tal-forzi tat-Taliban fid-Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan sa min-nofs l-2013, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tirbù Kharoti (Taraki). Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sa mill-2009, Mohammad Yaqoub kien membru prinċipali Taliban fid-distrett ta' Yousef Khel fil-provinċja ta' Paktika.

▼M3

(80)  Amir Khan Motaqi (magħruf ukoll bħala Amir Khan Muttaqi).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Edukazzjoni taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Rappreżentant tat-Taliban f'taħditiet immexxija min-NU taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Zurmat, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan (b) Raħal ta' Shin Kalai, Distrett ta' Nad-e-Ali, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2007, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Sulaimankhel. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Amir Khan Motaqi kien ukoll rappreżentant tat-Taliban f'taħditiet immexxija min-Nazzjonijiet Uniti matul ir-reġim tat-Taliban.

Amir Khan Motaqi huwa kkunsidrat bħala membru prominenti tat-Taliban u kien ukoll Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura matul ir-reġim tat-Taliban. Amir Khan Motaqi kien membru ta' Kunsill reġjonali tat-Taliban f'Ġunju 2007.

▼M15

(81)  Abdulhai Motmaen (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Haq)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Direttur tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Kultura fil-Provinċja ta' Kandahar taħt ir-reġim tat-Taliban, (b) Kelliem tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1973. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Shinkalai, Distrett ta' Nad-e-Ali, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan; (b) Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Numru tal-passaport Afgan OA462456 (maħruġ taħt l-isem Abdul Haq iben M. Anwar Khan) maħruġ fil-31.1.2012 (11-11-1390) mill-Konsulat Ġenerali Afgan f'Peshawar, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) Familja oriġinarjament minn Zabul, iżda wara stabbilixxew ruħhom f'Helmand, (b) Ilu membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u kelliem għal Mullah Mohammed Omar mill-2007, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni lit-tribù ta' Kharoti. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdulhai Motmaen kien il-kelliem għoli għat-Taliban u kien jagħmel stqarrijiet tat-Taliban dwar politika barranija. Kien ukoll assoċjat qrib ta' Mohammed Omar (TI.O.4.01). Kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u kelliem għal Mohammed Omar mill-2007 'l hawn.

▼M4

(82)  Allah Dad Tayeb Wali Muhammad (magħruf ukoll bħala (a) Allah Dad Tayyab, (b) Allah Dad Tabeeb).

Titlu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru taħt Komunikazzjoni tar-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Ghorak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Nesh, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Popalzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M3

(83)  Najibullah Muhammad Juma (magħruf ukoll bħala Najib Ullah).

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Konslu Ġenerali, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1958. Post tat-twelid: Żona ta' Zere Kohi, Distrett ta' Shindand, Provinċja ta' Farah, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: 000737 (passaport Afgan maħruġ fl-20.10.1996). Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Militari tat-Taliban f'Peshawar fl-2010, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M14

(84)  Mohammad Naim Barich Khudaidad (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Naeem Barech (b) Mullah Naeem Baraich (c) Mullah Naimullah (d) Mullah Naim Bareh (e) Mohammad Naim (f) Mullah Naim Barich (g) Mullah Naim Barech (h) Mullah Naim Barech Akhund (i) Mullah Naeem Baric (j) Naim Berich (k) Haji Gul Mohammed Naim Barich (l) Gul Mohammad (m) Haji Ghul Mohammad (n) Gul Mohammad Kamran (o) Mawlawi Gul Mohammad (p) Spen Zrae)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1975. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Lakhi, Żona ta' Hazarjuft, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan, (b) Raħal ta' Laki, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan, (c) Raħal ta' Lakari, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan, (d) Darvishan, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan, (e) Raħal ta' De Luy Wiyalah, Distrett ta' Garmsir, Provinċja ta' Helmand, l-Afghanistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kummissjoni Militari Taliban min-nofs l-2013. (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (c) Jappartjeni għat-tribù Barich. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammed Naim huwa membru tal-“Kunsill Gerdi Jangal” Taliban. Huwa l-ex Viċi ta' Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed, persuna prominenti fil-bord tat-tmexxija tat-Taliban. Mohammed Naim jikkontrolla bażi militari fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

(85)  Nik Mohammad Dost Mohammad (magħruf ukoll bħala Nik Mohammad)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1957. Post tat-twelid: Raħal ta' Zangi Abad, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Imexxi kummissjoni biex jiġu rreġistrati l-għedewwa tat-Taliban sa minn nofs l-2013, (b) Huwa maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Nik Mohammad ġie inkluż fil-lista fil-31 ta' Jannar 2001 bħala Viċi Ministru tal-Kummerċ taħt ir-reġim Taliban, b'hekk jaqa' taħt id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti rigward atti u attivitajiet tal-awtoritajiet Talibani.

▼M3

(86)  Hamdullah Nomani.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim Taliban. (b) Sindku tal-Belt Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: Raħal ta' Sipayaw, Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban; (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(87)  Mohammad Aleem Noorani.

Titlu: Mufti. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: L-ewwel Segretarju, Konsulat Ġenerali Taliban, Karachi, Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M14

(88)  Nurullah Nuri (magħruf ukoll bħala Norullah Noori)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balkh (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap taż-Żona tat-Tramuntana taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1958, (b) l- 1 ta' Jannar 1967. Post tat-twelid: Distrett ta' Shahjoe, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-Ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: (a) Miżmum taħt kustodja mill-Istati Uniti tal-Amerika fl-2013, (b) Jappartjeni għat-tribù Tokhi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(89)  Abdul Manan Nyazi (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan Nayazi, (b) Abdul Manan Niazi, (c) Baryaly, (d) Baryalai)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta' Balk taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Pashtoon Zarghoon, Provinċja ta' Herat, l-Afganistan, (b) raħal ta' Sardar, Distrett ta' Kohsan, il-Provinċja Heart, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċji ta' Herat, Farah u Nimroz min-nofs tal-2009, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban u s-Shura tal-Quetta, (c) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntieri bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (d) Jappartjeni għat-tribù Achekzai, (e) Involut fit-trasport ta' bombi suwiċida lejn l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Manan Nyazi kien ukoll kelliem tat-Taliban u mbagħad Gvernatur Provinċjali ta' Mazar-e-Sharif u l-provinċji ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban.

Abdul Manan Nyazi kien kmandant anzjan Taliban fil-Punent tal-Afganistan, li kien jopera fil-provinċji ta' Farah, Herat u Nimroz, min-nofs l-2009.

Abdul Manan Nyazi kien membru ta' kunsill reġjonali Taliban u maħtur bħala l-gvernatur Taliban tal-provinċja ta' Herat f'Mejju 2010.

Abdul Manan Nyazi huwa kmandant Taliban involut fit-trasport ta' bombi suwiċida lejn l-Afganistan.

(90)  Mohammed Omar Ghulam Nabi

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Mexxej tal-Fidili (“Amir ul-Mumineen”), l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1966, (b) 1960, (c) 1953. Post tat-twelid: (a) Ir-raħal ta' Naw Deh, Distrett ta' Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, (b) raħal ta' Noori, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Isem il-missier huwa Ghulam Nabi, magħruf ukoll bħala Mullah Musafir, (b) Għajnejh ix-xellugija nieqsa, (c) Ħaten Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada, (d) Huwa maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (e) Jappartjeni għat-tribù Hotak. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Mohammad Omar għandu t-titolu ta' 'Kmandant tal-Fidili tal-Emirat Islamiku tal-Afganistan' u huwa l-mexxej suprem tal-moviment Taliban fil-ġerarkija Talibana. Huwa ta kenn lil Usama bin Laden u lin-netwerk tal-Al-Qaida tiegħu fis-snin qabel l-attakki tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti. Huwa kien ilu jidderieġi lit-Taliban kontra l-Gvern tal-Afganistan u l-alleati tagħhom fl-Afganistan mill-2001.

Mohammed Omar jikkmanda lill-alleanza ta' mexxeja prominenti militari oħra fir-reġjun, bħal Jalaluddin Haqqani. Gulbuddin Hekmatyar ikkoopera wkoll ma' Mohammed Omar u t-Taliban.

▼M11

(91)  Abdul Jabbar Omari. (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Jabar (b) Muawin Jabbar)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Baghlan (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Zabul, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana. Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Hottak.

Data tal-indikazzjoni min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Jabbar Omari, minn Ġunju 2008, ħadem bħala viċi għal Amir Khan Haqqani u bħala kmandant ta’ grupp armat fid-distrett ta’ Siuri fil-provinċja ta’ Zabul. F’Ġunju 2008, bil-ħsieb li ssaħħaħ l-attività tagħhom fiż-żona, it-tmexxija Talibana ħatritu shadow governor għall-provinċja ta’ Zabul.

▼M3

(92)  Mohammad Ibrahim Omari. (magħruf ukoll bħala Ibrahim Haqqani)

Titlu: Alhaj. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Affarijiet tal-Fruntieri taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1958. Post tat-twelid: Garda Saray, Provinċja ta' Waza Zadran, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Ħu Jalaluddin Haqqani. Hu maħsub li qiegħed fl-l-Afganistan jew il-Pakistan fl-inħawi tal-fruntiera. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(93)  Nooruddin Turabi Muhammad Qasim (magħruf ukoll bħala (a)Noor ud Din Turabi (b) Haji Karim).

Titlu: (a) Mullah (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ġustizzja taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1963; (b) Bejn wieħed u ieħor 1955, (c) Bejn wieħed u ieħor 1956. Post tat-twelid: (a) Id-Distrett Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afgsnistan (b) Distrett ta' Chora, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, (c) Distrett ta' Dehrawood, Provinċja ta' Uruzgan Province, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Viċi għal Mullah Mohammed Omar. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Nooruddin Turabi Muhammad Qasim kien maħtur bħala kmandant militari Taliban fl-l-Afganistan min-nofs l-2009. Huwa kien maħtur bħala viċi għall-mexxej suprem Taliban Mohammed Omar u pparteċipa fil-laqgħat Talibani tax-shura sa mill-bidu tal-2009.

(94)  Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb).

Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Id-Distrett ta' Darzab, Provinċja ta' Faryab, l-Afganistan, (b) Id-Distrett ta' Qush Tepa, Provinċja ta' Jawzjan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta' Jawzjan fl-l-Afganistan tat-Tramuntana sal-2008, (b) Involut fit-traffikar tad-drogi, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Minn Mejju 2007, it-tmexxija Talibana poġġiet lil Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul responsabbli mill-provinċja ta' Jawzujan. Huwa kien ukoll il-membru Taliban responsabbli mill-l-Afganistan tat-Tramuntana minn Mejju 2007. Huwa maħsub li huwa involut fit-traffikar tad-drogi.

▼M14

(95)  Abdul Ghafar Qurishi Abdul Ghani (magħruf ukoll bħala Abdul Ghaffar Qureshi)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Attaché tar-Ripatriazzjoni, fl-Ambaxxata tat-Taliban, f'Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 1970, (b) 1967. Post tat-twelid: Raħal ta' Turshut, Distrett ta' Wursaj, Provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passaport: D 000933 (passaport Afgan maħruġ f'Kabul fit-13 ta' Settembru 1998). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 55130 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Indirizz: It-Taqsima Khairkhana Numru 3, Kabul, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar tad-drogi, (b) Jappartjeni għall-grupp etniku Tajik. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M3

(96)  Yar Mohammad Rahimi.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Komunikazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1953. Post tat-twelid: Ir-raħal ta' Talugan, Distrett ta' Panjwai, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban f'Ġunju 2009, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Nurzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M14

(97)  Mohammad Hasan Rahmani (magħruf ukoll bħala Gud Mullah Mohammad Hassan)

Titlu: Mullah. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Kandahar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: (a) Distrett Deh Rawud, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan (b) Distrett ta' Chora, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan, (c) Distrett ta' Charchino, Provinċja ta' Uruzgan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Għandu riġlejh tal-lemin prostetika, (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban sa min-nofs l-2013, kien viċi tal-Mullah Mohammed Omar minn Marzu 2010, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan (d) Jappartjeni għat-tribù Achekzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M3

(98)  Habibullah Reshad.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni, Ministeru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: Id-Distrett ta' Waghaz, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Kap (Intelligence) tal-Kunsill Militari Quetta mill-2009, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M4

(99)  Abdulhai Salek

Titlu: Maulavi Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Uruzgan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: Villaġġ ta' Awlyatak, Żona ta' Gardan Masjid, Distrett ta' Chaki Wardak, Provinċja ta' Maidan Wardak, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Allegatament miet fit-Tramuntana tal-Afganistan fl-1999, (b) Kien jappartjeni għat-tribù Wardak. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

▼M3

(100)  Hamdullah Sunani (magħruf ukoll bħala Sanani)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tad-Dar-ul-Efta (Dipatiment tal-Fatwa) tal-Qorti Suprema taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u l-ieħor 1923. Post tat-twelid: Id-Distrett ta' Dai Chopan, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Irrappurtat deċedut f'Diċembru 2001, (b) Kien jappartjeni għat-tribù Kakar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-pożizzjoni ta' Sanani bħala Kap tad-Dar-ul-Efta ġiet taħt il-Qorti Għolja taħt ir-reġim Taliban.

(101)  Noor Mohammad Saqib.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Prim Imħallef tal-Qorti Suprema taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1958. Post tat-twelid: (a) Id-Distrett ta' Bagrami, Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan, (b) Iż-żona Tarakhel, Distrett ta' Deh Sabz, Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Noord Mohammed Saqib huwa membru tat-tmexxija Talibana u kap tal-Kumitat Reliġjuż tagħha, li jaġixxi bħala fergħa ġudizzjarja tat-Taliban.

▼M14

(102)  Ehsanullah Sarfida Hesamuddin Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ehsanullah Sarfadi (b) Ehsanullah Sarfida)

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1962-1963. Post tat-twelid: Raħal ta' Khatak, Distrett ta' Gelan, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Sa minn nofs l-2007, huwa pprovda appoġġ lit-Taliban f'forma ta' armi u flus, (b) Maħsub li kien fir-reġjun tal-Golf, (c) Jappartjeni għat-tribù Taraki. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ehsanullah Sarfida kien ukoll President tal-Bank Ċentrali tat-Taliban. Aktar tard, huwa nħatar bħala l-Amministratur Taliban tal-Provinċji Maħtufa. Ehsanullah Sarfida kien membru tax-Shura Interna Talibana.

Ehsanullah Sarfida kien affiljat tal-Al-Qaida li pprovda appoġġ lit-Taliban fil-forma ta' armi u flus. Huwa kien il-kap tad-distrett ta' Marja, il-provinċja ta' Helmand, l-Afganistan, f'nofs l-2007.

(103)  Saduddin Sayyed (magħruf ukoll bħala (a) Sadudin Sayed, (b) Sadruddin)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Alhaj, (c) Mullah. Raġuni għall-elenkar: (a) Viċi Ministru tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali taħt ir-reġim Taliban, (b) Sindku tal-Belt ta' Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1968. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Chaman, Pakistan; (b) Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Konsulent tal-Kunsill Suprem Taliban sa min-nofs l-2013, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Barakzai. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-elenkar pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Saduddin Sayyed serva wkoll bħala Viċi Ministru tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tar-reġim Taliban. Il-lista ġiet aġġornata fit-8 ta' Marzu 2001 biex tirrifletti dan.

▼M3

(104)  Abdul Wali Seddiqi.

Titlu: Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, Konsulat Ġenerali Taliban, Peshawar, Pakistan. Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: Raħal ta' Zilzilay, Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000769 (passaport Afgan maħruġ fit-2.2.1997). Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-l-Afganistan jew il-Pakistan fl-inħawi tal-fruntiera. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(105)  Abdul Wahed Shafiq.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Gvernatur tal-Provinċja ta' Kabul (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M14

(106)  Said Ahmed Shahidkhel

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-elenkar: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: Raħal ta' Spandeh (Espandi 'Olya), Distrett ta' Andar, Provinċja ta' Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) F’lulju ta’ 2003 hu kien miżmum taħt kustodja f’Kabul, fl-Afganistan, (b) Rilaxxat minn taħt il-kustodja fl-2007, (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (d) Membru tal-kunsill tat-tmexxija Taliban sa minn nofs l-2013, (e) Jappartjeni għat-tribù Andar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M3

(107)  Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed (magħruf ukoll bħala (a) Akhtar Mohammad Mansour Khan Muhammad, (b) Akhtar Muhammad Mansoor, (c) Akhtar Mohammad Mansoor, (d) Naib Imam).

Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili u t-Trasport taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u l-ieħor 1960, (b) 1966. Post tat-twelid: (a) Raħal ta' Band-e-Timor, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: SE-011697 (numru tal-passaport Afgan maħruġ fil-25 ta' Jannar 1988 f'Kabul, skada fit-23 ta' Frar 2000). Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar tad-drogi mill-2011, primarjament permezz tal-Gerd-e- Jangal, l-Afganistan, (b) Attiv fil-provinċji ta' Khost, Paktia u Paktika, l-Afganistan minn Mejju 2007, (c) "Gvernatur" tat-Taliban ta' Kandaharas minn Mejju 2007, (d) Viċi għall-Mullah Abdul Ghani Baradar fil-Kunsill Suprem tat-Taliban mill-2009, (e) uffiċjal tat-Taliban responsabbli għal erba' provinċji fin-nofsinhar tal-l-Afganistan, (f) Wara l-arrest tal-Mullah Baradar fi Frar 2010 hu kien temporanjament - responsabbli għall-Kunsill Suprem tat-Taliban, (g) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (h) Jappartjeni għat-tribù Ishagzay. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed huwa membru prominenti tat-tmexxija Talibana. Huwa kien ripatrijat lejn l-l-Afganistan f'Settembru 2006 wara detenzjoni fil-Pakistan. Huwa involut fit-traffikar tad-drogi u kien attivi fil-provinċji ta' Khost, Paktia u Paktika fl-l-Afganistan minn Mejju 2007. Huwa kien ukoll il-“Gvernatur” Taliban ta' Kandahar minn Mejju 2007.

Huwa kien b'mod attiv involut f'attività antigovernattiva, b'mod partikolari, kien jirrekluta individwi mat-Taliban biex jiġġieldu kontra l-Gvern Afgan u l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà.

Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed kien il-viċi kap tax-shura Talibana suprema min-nofs l-2009. Huwa membru tal-kunsill tat-tmexxija Taliban u kien assenjat ir-rwol ta' Kap tal-Affarijiet Militari tal-"Kunsill Gerdi Jangal" Taliban qabel ma nħatar bħala viċi għal Mohammed Omar f'Marzu 2010. Fl-2010, Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed kien direttament responsabbli mill-attivitajiet Talibani f'erba' provinċji fin-Nofsinhar tal-Afganistan u kien maħtur bħala kap tax-shura ċivili Talibana mill-bidu tal-2010.

▼M14

(108)  Shamsuddin (magħruf ukoll bħala Pahlawan Shamsuddin)

Titlu: (a) Maulavi, (b) Qari. Raġuni għall-elenkar: Gvernatur tal-Provinċja ta' Wardak (Maidan) (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1968. Post tat-twelid: Id-Distrett ta' Keshim, Provinċja ta' Badakhshan, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Hu maħsub li qieghed fl-Afganistan/il-Pakistan/l-Iran fiż-żona ta fruntiera. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M5 —————

▼M4

(110)  Shams Ur-Rahman Abdul Zahir (magħruf bħala (a) Shamsurrahman (b) Shams-u-Rahman (c) Shamsurrahman Abdurahman, (d) Shams ur-Rahman Sher Alam).

Titlu: (a) Mullah (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Agrikoltura taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: Raħal ta' Waka Uzbin, Distrett ta' Sarobi, Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: (a) 2132370 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). (b) 812673 (karta ta' identifikazzjoni nazzjonali Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Involut fit-traffikar tad-drogi, (c) Jappartjeni għat-tribù Ghilzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

F'Ġunju 2007, Shams ur-Rahman Sher Alam kien il-membru Taliban responsabbli mill-provinċja ta' Kabul. Huwa kien responsabbli mill-operazzjonijiet militari tat-Taliban f'Kabul u fil-madwar tiegħu u kien involut f'ħafna attakki.

▼M3

(111)  Abdul Ghafar Shinwari

Titlu: Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, Konsulat Ġenerali tat-Taliban, Karachi, Pakistan. Data tat-twelid:29.3.1965. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000763 (maħruġ fid-9.1.1997). Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Jappartjeni għat-tribù Safi. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(112)  Mohammad Sarwar Siddiqmal Mohammad Masood (magħruf ukoll bħala Mohammad Sarwar Siddiqmal)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, Ambaxxata Talibana, Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Jani Khel, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 19657 (karta ta' identifikazzjoni Afgana (tazkira)). Informazzjoni oħra: Jappartjeni għat-tribù Mangal. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(113)  Sher Mohammad Abbas Stanekzai Padshah Khan.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tas-Saħħa Pubblika taħt ir-reġim Taliban. (b) Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: Qala-e-Abbas, iż-żona Shah Mazar, Distrett ta' Baraki Barak, Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Hu maħsub li jinsab fl-Afganistan jew il-Pakistan fl-inħawi tal-fruntiera. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M7

(114) Ahmad Taha Khalid Abdul Qadir.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Paktia (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: (a) Il-Provinċja ta’ Nangarhar, l-Afganistan, (b) Provinċja ta’ Khost, l-Afganistan, (c) Raħal ta’ Siddiq Khel, Distrett ta’ Naka, Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nangarhar mill-2011, (b) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Jappartjeni għat-tribù Zadran, (d) Soċju mill-qrib ta’ Sirajjudin Jallaloudine Haqqani. Data tan-nomina min-NU: 23.2.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġuni għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Taha kien ukoll Gvernatur taħt ir-reġim Taliban fil-provinċja ta’ Kunar fl-aħħar tal-2001. Huwa kien responsabbli mill-Provinċja ta’ Wardak għat-Taliban f’Settembru 2009.

▼M6 —————

▼M15

(116)  Abdul Raqib Takhari

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tar-Ripatrijazzjoni taħt ir-reġim tat-Taliban. (b) Membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli mill-provinċji ta' Takhar u Badakhshan f'Diċembru 2009. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: Raħal ta' Zardalu Darra, Distrett ta' Kalafgan, Provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Ikkonfermat bħala maqtul fis-17 ta' Frar f'Peshwar, il-Pakistan u midfun fil-Provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Data tan-nomina min-NU: 25.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Raqib Takhari kien membru tal-Kunsill Suprem tat-Taliban responsabbli għall-Provinċji ta' Takhar u Badakhshan f'Diċembru 2009.

▼M3

(117)  Walijan.

Titlu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta' Jawzjan (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: (a) Quetta, Pakistan; (b) Provinċja ta' Nimroz, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tas-Shura Talibana Gerd-e-Jangal u Kap tal-Kumitat Taliban tal-Ħabsin u r-Refuġjati, (b) Jappartjeni għat-tribù Ishaqzai. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(118)  Nazirullah Hanafi Waliullah (magħruf ukoll bħala Nazirullah Aanafi Waliullah).

Titlu: (a) Maulavi, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Kummerċjali, Ambaxxata Talibana, Islamabad, Pakistan. Data tat-twelid: 1962. Post tat-twelid: Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000912 (passaport Afgan maħruġ fit-30.6.1998). Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-Afganistan jew il-Pakistan fl-inħawi tal-fruntiera. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M15

(119)  Abdul-Haq Wassiq (magħruf ukoll bħala:(a)Abdul-Haq Wasseq, (b) Abdul Haq Wasiq).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor l-1975, (b) 1971. Post tat-twelid: Raħal ta' Gharib, Distrett ta' Khogyani, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Il-ħabs tal-Bajja ta' Guantanamo. Informazzjoni oħra: Miżmum fil-kustodja tal-Istati Uniti tal-Amerika mill-2011. Data tan-nomina min-NU: 31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul-Haq Wassiq huwa alleat ma' Gulbuddin Hekmatyar. Taħt ir-reġim Taliban, kellu pożizzjonijiet suċċessivi bħala kmandant lokali fil-provinċji ta' Nimroz u Kandahar. Huwa mbagħad sar Viċi Direttur Ġenerali tal-Intelligence, u kien jaħdem għal Qari Ahmadullah. F'din il-funzjoni, huwa kien responsabbli milli jieħu ħsieb ir-relazzjonijiet ma' ġellieda barranin marbuta mal-Al-Qaida u l-kampijiet ta' taħriġ tagħhom fl-Afganistan. Kien ukoll magħruf għall-metodi repressivi tiegħu kontra l-opponenti tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan.

▼M4

(120)  Mohammad Jawad Waziri.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Dipartiment tan-NU, Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1975. Post tat-twelid: (a) Disrett ta' Jaghatu, Provinċja ta' Maidan Wardak, l-Afganistan, (b) Distrett ta' Sharana, Provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jappartjeni għat-tribù Wazir . Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

▼M13

(121)  Sangeen Zadran Sher Mohammad (magħruf ukoll bħala (a) Sangin (b) Sangin Zadran (c) Sangeen Khan Zadran (d) Sangeen (e) Fateh (f) Noori)

Titlu: (a) Maulavi (tinkiteb ukoll: Maulvi), (b) Mullah. Data tat-twelid: (a) Bejn wieħed u ieħor 1976, (b) Bejn wieħed u ieħor 1979. Post tat-twelid: Tang Stor Khel, Distrett ta' Ziruk, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Shadow governor tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Paktika lejn tmiem l-2012. (b) Kmandant Għoli tan-Netwerk ta' Haqqani. (c) Logutenent Għoli għal Sirajuddin Lallaloudine Haqqani. (d) Jappartjeni għat-tribù Kharoti. (e) Irrappurtat deċedut f'Settembru 2013. Data tan-nomina min-NU: 16.08.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sangeen Zadran huwa mexxej tar-ribelljoni fil-provinċja ta' Paktika, l-Afganistan u kmandant tan-Netwerk ta' Haqqani. In-Netwerk ta' Haqqani, grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan, kien fuq quddiem tal-attività tar-ribelljoni fl-l-Afganistan, responsabbli għal ħafna attakki ta' profil għoli. Zadran jaġixxi bħala logutenent anzjan għall-mexxej tan-Netwerk ta' Haqqani Sirajuddin Haqqani.

Sangeen Zadran jgħin fit-tmexxija ta' ġellieda f'attakki fix-Xlokk kollu tal-Afganistan, u huwa maħsub li ppjana u kkoordina il-moviment ta' ġellieda barranin fl-Afganistan. Sangeen Zadran kien ukoll involut f'bosta attakki fejn intuża apparat splussiv improvizzat (IED).

Barra mir-rwol tiegħu f'dawn l-attakki, Sangeen Zadran kien ukoll involut fil-ħtif ta' Afgani u ċittadini barrani fir-reġjun tal-Fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

▼M3

(122)  Abdul Rahman Zahed (magħruf ukoll bħala Abdul Rehman Zahid).

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1963. Post tat-twelid: Distrett ta' Kharwar, Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(123)  Mohammad Zahid.

Titlu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, Ambaxxata Talibana, Islamabad, Pakistan. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: Il-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 001206 (maħruġ fis-17.7.2000). Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

▼M4

(124)  Faizullah Khan Noorzai (magħruf ukoll bħala: (a) Hajji Faizullah Khan Noorzai, (b) Haji Faizuulah Khan Norezai, (c) Haji Faizullah Khan, (d) Haji Fiazullah, (e) Haji Faizullah Noori, (f) Haji Faizullah Noor, (g) Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan (h) Haji Pazullah Noorzai, (i) Haji Mullah Faizullah).

Titlu: Haji. Indirizz: (a)Triq Boghra, ir-Raħal ta' Miralzei, Chaman, il-Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b)Kalay Rangin, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) 1962, (b) 1961, (c) bejn 1968 u 1970, (d) 1962. Post tat-twelid: (a) Lowy Kariz, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (b) Kadanay, Distrett ta' Spin Boldak Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan, (c) Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Finanzier prominenti Taliban. (b) Minn nofs 2009, ipprovda armi, munizzjon, splussivi u tagħmir mediku lill-ġellieda Talibani; ġabar fondi għat-Taliban, u pprovda taħriġ għalihom, fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan. (c) Qabel organizza u ffinanzja operazzjonijiet Talibani fil-Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. (d) Mill-2010, ivvjaġġa lejn u kellu negozji f'Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda, u l-Ġappun. (e) Jappartjeni għat-tribù Noorzai, is-sottotribù Miralzai. (f) Ħu Malik Noorzai. (g) Isem il-missier huwa Akhtar Mohammed (magħruf bħala: Haji Mira Khan). Data tan-nomina min-NU: 04.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sintesi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan serva bħala finanzier prominenti Taliban li miegħu investew fondi l-mexxejja kbar Talibani. Huwa ġabar aktar minn USD 100,000 għat-Taliban mid-donaturi fil-Golf u fl-2009 ta somma mill-flus tiegħu stess. Huwa appoġġa finanzjarjament ukoll lill-kmandant Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar u pprovda fondi biex jgħin fit-taħriġ tal-ġellieda Talibani u tal-Al-Qaida li kellhom imexxu l-attakki kontra l-Koalizzjoni u l-forzi militari Afgani. Minn nofs l-2005, Faizullah organizza u ffinanzja operazzjonijiet tat-Taliban fil-Provinċja ta' Kandahar, fl-Afganistan. Minbarra l-appoġġ finanzjarju tiegħu, Faizullah iffaċilita b'mod ieħor it-taħriġ u l-operazzjonijiet Talibani. Min-nofs l-2009, Faizullah ipprovda armi, munizzjon, splussivi u tagħmir mediku għall-ġellieda Talibani min-Nofsinhar tal-Afganistan. Minn nofs l-2008, Faizullah kien responsabbli għall-akkomodazzjoni ta' qattiela suwiċidi bil-bombi Talibani u li jittrasferihom mill-Pakistan għall-Afganistan. Faizullah ipprovda wkoll missili kontra inġenji tal-ajru għat-Taliban, għen biex imexxi lill-ġellieda Talibani madwar Provinċja ta' Helmand, fl-Afganistan, iffaċilita l-operazzjonijiet suwiċida bil-bombi Talibani, u ta radji u vetturi lill-membri Talibani fil-Pakistan.

Min-nofs l-2009, Faizullah mexxa madrassa (skola reliġjuża) fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan/Pakistan, fejn inġabru għexieren ta' eluf ta' dollari għat-Taliban. L-artijiet tal-madrassa ta' Faizullah intużaw biex jipprovdu taħriġ għall-ġellieda tat-Taliban fil-bini u l-użu ta' apparat splussiv improvizzat (IEDs). Tard fl-2007, il-madrassa ta' Faizullah serviet biex tħarreġ lill-ġellieda tal-Al-Qaida li iktar tard intbagħtu fil-Provinċja ta' Kandahar, fl-l-Afganistan.

Fl-2010, Faizullah kellu uffiċini u possibbilment proprjetajiet, inklużi lukandi, f'Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Faizullah ivvjaġġa regolarment lejn id-Dubai u l-Ġappun ma' ħuh, Malik Noorzai, biex jimporta karozzi, partijiet tal-karozzi, u ħwejjeġ. Mill-bidu tal-2006, Faizullah kellu negozji fid-Dubai u fil-Ġappun.

▼M15

(125)  Malik Noorzai (magħruf ukoll bħala: (a) Hajji Malik Noorzai, (b) Hajji Malak Noorzai, (c) Haji Malek Noorzai, (d) Haji Maluk, (e) Haji Aminullah).

Titolu: Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Finanzier Taliban. Indirizz: (a) Triq Boghra, Raħal ta' Miralzei, Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, (b) Kalay Rangin, Distrett ta' Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Data tat-twelid: (a) 1957, (b) 1960, (c) l-1 ta' Jannar 1963. Post tat-twelid: (a) belt konfinali ta' Chaman, il-Pakistan, (b) Pishin, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-passport: Passaport Pakistani numru FA0157612, inħareġ fit-23 ta' Lulju 2009, jiskadi fit-22 ta' Lulju 2014, ilu uffiċjalment ikkanċellat mill-2013, inħareġ f'isem Allah Muhammad. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali Pakistana 54201-247561-5, ilha uffiċjalment ikkanċellata mill-2013. Informazzjoni oħra: (a) Għandu negozji fil-Ġappun u jivvjaġġa spiss lejn Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda, u l-Ġappun. (b) Mill-2009 'l hawn, iffaċilita attivitajiet Talibani, inkluż permezz tar-reklutaġġ u l-forniment ta' appoġġ loġistiku. (c) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (d) Jappartjeni lit-tribù ta' Noorzai. (e) Ħu Faizullah Khan Noorzai. (f) Isem missieru huwa Haji Khudai Nazar. Data tan-nomina min-NU: 4.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Malik Noorzai huwa negozjant ibbażat fil-Pakistan li pprovda appoġġ finanzjarju lit-Taliban. Malik u ħuh, Faizullah Noorzai Akhtar Mohammed Mira Khan, investew miljuni ta' dollari f'diversi negozji għat-Taliban. Tard fl-2008, ir-rappreżentanti tat-Taliban avviċinaw lil Malik bħala negozjant li miegħu jinvestu fondi Talibani. Tal-inqas mill-2005, Malik ikkontribwixxa personalment ukoll għexieren ta' eluf ta' dollari u qassam mijiet ta' eluf ta' dollari lit-Taliban, li wħud minnhom inġabru minn donaturi fir-reġjun tal-Golf u l-Pakistan u wħud minnhom kienu l-flus ta' Malik stess. Malik kien responsabbli għal kont hawala fil-Pakistan li rċieva għexieren ta' eluf ta' dollari trasferiti mill-Golf kull ftit xhur biex jiġu appoġġati l-attivitajiet Talibani. Malik iffaċilita wkoll attivitajiet Talibani. Fl-2009, Malik kien serva bħala l-kap gwardjan ta' madrassa (skola reliġjuża) għal 16-il sena fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, li ntużat mit-Taliban għall-indottrinazzjoni u t-taħriġ ta' rekluti. Fost affarijiet oħra, Malik ta l-fondi li appoġġaw il-madrassa. Malik, flimkien ma' ħuh, qeda wkoll rwol fil-ħżin ta' vetturi li jintużaw fl-operazzjonijiet suwiċida Talibani bil-bombi u għen biex iċaqlaq ġellieda tat-Taliban madwar il-Provinċja ta' Helmand, fl-Afganistan. Malik għandu negozji fil-Ġappun u spiss iżur Dubai u l-Ġappun għan-negozju. Mill-2005 ' l hawn, Malik kellu negozju tal-importazzjoni tal-vetturi fl-Afganistan li importa vetturi minn Dubai u l-Ġappun. Huwa importa karozzi, partijiet tal-karozzi u ħwejjeġ minn Dubai u l-Ġappun għan-negozji tiegħu, li fihom investew żewġ kmandanti tat-Taliban. F'nofs l-2010, Malik u ħuh assiguraw ir-rilaxx ta' mijiet ta' kontejners tal-merkanzija, maħsuba li jiswew miljuni ta' dollari, li l-awtoritajiet Pakistani ssekwestraw iktar kmieni dik is-sena għax kienu tal-fehma li dawk li kellhom jirċevuhom kellhom konnessjoni mat-terroriżmu.

▼M11

(126)  Abdul Aziz Abbasin (magħruf ukoll bħala: Abdul Aziz Mahsud)

Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: Ir-Raħal ta’ Sheykhan Village, iż-Żona Pirkowti, Distrett ta’ Orgun, Provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Kmandant ewlieni fin-Netwerk Haqqani taħt Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. (b) Shadow Governor tat-Taliban għad-Distrett ta’ Orgun, Provinċja ta’ Paktika mill-bidu tal-2010. (c) Opera kamp ta’ taħriġ għal ġellieda mhux Afgani fil-Provinċja ta’ Paktika. (d) Kien involut fit-trasport ta’ armi lejn l-Afganistan.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 4.10.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Aziz Abbasin huwa kmandant ewlieni fin-Netwerk ta’ Haqqani, grupp ta’ militanti affiljati mat-Taliban li jopera mil-Lvant tal-Afganistan u l-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Sa minn kmieni fl-2010, Abbasin irċieva ordnijiet minn Sirajuddin Haqqani u nħatar minnu biex iservi bħala shadow governor tat-Taliban tad-Distrett Orgun, Provinċja ta’ Paktika, fl-Afganistan. Abbasin huwa kmandant ta’ grupp ta’ ġellieda Talibani u għen fit-tmexxija ta’ kamp ta’ taħriġ għall-ġellieda barranin ibbażati fProvinċja ta’ Paktika. Abbasin kien involut ukoll fl-attakk b’imbuskata ta’ vetturi li jfornu l-forzi tal-gvern Afgan u fit-trasport ta’ armi lejn l-Afganistan.

▼M3

(127)  Ahmad Zia Agha (magħruf ukoll bħala (a) Zia Agha (b) Noor Ahmad (c) Noor Ahmed (d) Sia Agha Sayeed)

Titlu: Haji. Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Uffiċċjal Anzjan Taliban b'responsabbiltajiet militari u finanzjarji mill-2011, (b) Mexxej tal-Kunsill Militari tat-Taliban mill-2010, (c) Fl-2008 u l-2009 serva bħala uffiċċjal finanzjarju u qassam l-flus lil-kmandanti Talibani fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

▼M13

(128)  Fazl Rabi (magħruf ukoll bħala (a) Fazl Rabbi, (b) Fazal Rabi, (c) Faisal Rabbi)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Uffiċjal għoli fil-Provinċja ta' Konar matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: (a) 1972, (b) 1975. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Kohe Safi, Provinċja ta' Parwan, l-Afganistan, (b) Provinċja ta' Kapisa, l-Afganistan, (c) Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, (d) Provinċja ta' Kabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jirrappreżenta u jipprovdi appoġġ finanzjarju u loġistiku lin-Netwerk ta' Haqqani, li hu bbażat fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Membru tal-Kunsill Finanzjarju Taliban. (c) Ivvajaġġa barra mill-pajjiż biex jiġbor fondi f'isem Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, Jalaluddin Haqqani, in-netwerk ta' Haqqani u t-Taliban. (d) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

(129)  Mohammad Aman Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Mohammed Aman, (b) Mullah Mohammed Oman, (c) Mullah Mohammad Aman Ustad Noorzai, (d) Mullah Mad Aman Ustad Noorzai, (e) Sanaullah)

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Raħal ta' Band Tumur, Distrett ta' Maiwand, Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Membru Għoli tat-Taliban mill-2011 bi dmirijiet finanzjarji, inkluż il-ġbir ta' fondi f'isem it-tmexxija. (b) Ipprovda appoġġ loġistiku għall-operazjonijiet tat-Taliban u kkanalizza r-rikavati mit-traffikar tad-drogi għax-xiri tal-armi. (c) Aġixxa bħala segretarju tal-mexxej Taliban il-Mullah Mohammed Omar u bħala l-messaġġier tiegħu fil-laqgħat ta' livell għoli tat-Taliban. (d) Assoċjat ukoll ma' Gul Agha Ishakzai. (e) Membru taċ-ċirklu ristrett tal-Mullah Mohammed Omar matul ir-reġim Taliban. Data tan-nomina min-NU:6.1.2012.

▼M15

(130)  Ahmed Jan Wazir Akhtar Mohammad (magħruf ukoll bħala: (a) Ahmed Jan Kuchi, (b) Ahmed Jan Zadran)

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Kmandant ewlieni tan-Netwerk ta' Haqqani, li hu bbażat fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Jaġixxi ta' deputat, kelliem u konsulent għall-mexxej għoli tan-Netwerk ta' Haqqani Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: Raħal ta' Barlach, Distrett ta' Qareh Bagh, Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Uffiċjal tal-Ministeru tal-Finanzi matul ir-reġim Taliban. (b) Jikkomunika mal-Kunsill Suprem tat-Taliban. (c) Ivvjaġġa barra mill-pajjiż. (d) Jikkomunika mal-kmandanti tat-Taliban fil-Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan, u jipprovdilhom flus, armi, tagħmir ta' komunikazzjoni u provvisti. (e) Maħsub li ilu mejjet mill-2013. Data tan-nomina min-NU: 6.1.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ahmed Jan Wazir huwa kmandant ewlieni fin-Netwerk ta' Haqqani; grupp ta' militanti affiljati mat-Taliban li jopera mir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Ahmed Jan Wazir jaġixxi bħala viċi, konsulent u kelliem għal Sirajuddin Haqqani, mexxej għoli tan-Netwerk ta' Haqqani, u jmexxi laqgħat f'isem in-Netwerk ta' Haqqani. Tard fl-2010, Ahmed Jan Wazir ivvjaġġa ma' membri għolja tan-Netwerk ta' Haqqani lejn il-Golf.

Ahmed Jan Wazir irrappreżenta n-Netwerk ta' Haqqani fi shura tat-Taliban u serva bħala intermedjarju bejn in-Netwerk ta' Haqqani u t-Taliban fil-Provinċja ta' Ghazni, l-Afganistan. Fl-2008, militanti tat-Taliban u ta' Al-Qaida ħatru lil Ahmed Jan Wazir bħala kmandant tat-Taliban fil-Provinċja ta' Ghazni. Huwa pprovda flus u provvisti, inklużi armi u tagħmir għall-komunikazzjoni lil kmandanti oħra tat-Taliban fil-Provinċja ta' Ghazni. Matul ir-reġim Taliban, huwa kien impjegat mill-Ministeru tal-Finanzi.

▼M3

(131)  Abdul Samad Achekzai (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Samad)

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru anzjan tat-Taliban responsabbli mill-fabbrikazzjoni ta' apparat splussiv improvizzat (IED). (b) Involut fir-reklutaġġ u l-iskjerament ta' qattiela suwiċidi bil-bombi biex iwettqu attakki fl-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:2.3.2012.

▼M15

(132)  Bakht Gul (magħruf ukoll bħala: (a) Bakhta Gul, (b) Bakht Gul Bahar, (c) Shuqib).

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Assistent tal-komunikazzjoni ta' Badruddin Haqqani (mejjet). (b) Jikkoordina wkoll il-moviment ta' ribelli, ġellieda barranin u armi ta' Haqqani fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tat-twelid: 1980. Post tat-Twelid: Raħal ta' Aki, Distrett ta' Zadran, Provinċja ta' Paktiya, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Indirizz: Miram Shah, it-Tramuntanta ta' Waziristan, iż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Informazzjoni oħra: Jappartjeni lit-tribù ta' Zadran. Data tan-nomina min-NU: 27.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Bahkt Gul ilu uffiċjal tal-komunikazzjoni ewlieni tan-Netwerk ta' Haqqani tal-inqas mill-2009, meta l-predeċessur tiegħu ġie arrestat fl-Afganistan. Mill-2011 'l hawn, Gul kompla jirrapporta direttament lil Badruddin Haqqani (mejjet), mexxej għoli tan-Netwek ta' Haqqani, u serva ta' intermedjarju għal dawk li xtaqu jikkuntattjawh. Ir-responsabbiltajiet ta' Gul jinkludu li jgħaddi rapporti minn kmandanti fl-Afganistan lil uffiċjali għolja tan-Netwerk ta' Haqqani, uffiċjali tal-mezzi tax-xandir tat-Taliban, u mezzi ta-xandir leġittimi fl-Afganistan. Gul jaħdem ukoll ma' uffiċjali tan-Netwerk ta' Haqqani, fosthom Badruddin Haqqani, biex jikkoordina l-moviment ta' ribelli, ġellieda barranin u armi tan-Netwerk ta' Haqqani fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan u l-Lvant tal-Afganistan. Mill-2010 'l hawn, Gul għadda ordnijiet operazzjonali mingħand Badruddin Haqqani lil ġellieda fl-Afganistan. Tard fl-2009, Gul qassam flus lil sottokmandanti tan-Netwerk ta' Haqqani li kienu qed jivvjaġġaw bejn Miram Shah u l-Afganistan.

▼M5

(133) Abdul Satar Abdul Manan (magħruf ukoll bħala (a) Haji Abdul Sattar Barakzai (b) Haji Abdul Satar (c) Haji Satar Barakzai (d) Abdulasattar).

Titolu: Haji. Data tat-Twelid: 1964. Post tat-Twelid: (a) Raħal ta’ Mirmandaw, Distrett ta’ Nahr-e Saraj, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan (b) Raħal ta’ Mirmadaw, Distrett ta’ Gereshk, Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan (c) Qilla Abdullah, Provinċja ta’ Baluchistan, il-Pakistan. Nru tal-passaport: AM5421691 (Passaport tal-Pakistan, jiskadi fil-11 ta’ Aww. 2013). Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: (a) Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali tal-Pakistan 5420250161699 (b) Numru ta’ Identifikazzjoni Nazzjonali Afgan 585629. Indirizz: (a) Kachray Road, Pashtunabad, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan (b) Nasrullah Khan Chowk, Pashtunabad Area, Baluchistan Province, Pakistan (c) Chaman, Baluchistan Province, Pakistan (d) Abdul Satar Food Shop, Ayno Mina 0093, Kandahar Province, Afghanistan. Informazzjoni oħra: (a) Sid konġunt ta’ Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange. (b) Assoċjat ukoll ma’ Khairullah Barakzai. (c) Jappartjeni għat-tribù ta’ Barakzai. (d) Isem il-missier huwa Hajji ‘Abd-al-Manaf. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva ta’ raġunijiet għall-elenkar mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Satar Abdul Manan huwa sid konġunt u operatur ta’ Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange. Satar u Khairullah Barakzai Khudai Nazar kienu s-sidien u l-operaturi konġunti ta’ hawalas (servizzi ta’ rimessa ta’ flus informali) magħrufa bħala HKHS fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai u mexxew fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Fl-aħħar tal-2009, Satat u Khairullah kellhom sħubija ugwali fl-HKHS. Satar kien il-fundatur ta’ HKHS u parti mir-raġuni li għaliha l-klijenti għażlu li jużaw l-HKHS kienet minħabba l-ismijiet magħrufa ta’ Satar u Khairullah. Satar ta eluf ta’ dollari lit-Taliban biex jappoġġa attivitajiet tat-Taliban fl-Afganistan u qassam fondi lit-Taliban billi uża l-hawala tiegħu. Fl-2010, Satar ipprovda għajnuna finanzjarja lit-Taliban, u kmandant tat-Taliban u l-assoċjati tiegħu jista’ jkun li ttrasferew eluf ta’ dollari permezz ta’ Satar bħala appoġġ għar-ribelljoni. Fl-aħħar tal-2009, Satar ospita membri għoljin tat-Taliban, ipprovda għexieren ta’ eluf ta’ dollari biex jgħin il-ġlieda tat-Taliban kontra l-Forzi ta’ Koalizzjoni f’Marjah, id-Distrett ta’ Nad’Ali, il-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, u għen biex jittrasporta lil membru tat-Taliban lejn Marjah. Fl-2008, Satar u Khairullah ġabru flus minn donaturi u qassmu l-fondi lit-Taliban billi użaw il-hawala tagħhom.

▼M15

(134)  Khairullah Barakzai Khudai Nazar (magħruf ukoll bħala (a) Haji Khairullah, (b) Haji Khair Ullah, (c) Haji Kheirullah, (d) Haji Karimullah, (e) Haji Khair Mohammad).

Titolu: Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Sid konġunt ta' Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange. Data tat-Twelid: 1965. Post tat-Twelid: (a) Raħal ta' Zumbaleh, Distrett ta' Nahr-e Saraj, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan (b) Raħal ta' Mirmadaw, Distrett ta' Gereshk, Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan. (c) Qilla Abdullah, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Nru tal-passaport: BP4199631 (Passaport Pakistani, jiskadi fil-25 ta' Ġunju 2014, ilu uffiċjalment ikkanċellat mill-2013). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' Identifikazzjoni Nazzjonali Pakistana 5440005229635, ilha uffiċjalment ikkanċellata mill-2013. Indirizz: Abdul Manan Chowk, Pashtunabad, Quetta, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat ukoll ma' Abdul Satar Abdul Manan. (b) Jappartjeni lit-tribù ta' Barakzai. (c) Isem missieru huwa Haji Khudai Nazar. (d) L-isem alternattiv ta' missieru huwa Nazar Mohammad. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Khairullah Barakzai Khudai Nazar huwa sid konġunt u operatur ta' Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange (HKHS). Minn tard fl-2009, Khairullah u Abdul Satar Abdul Manan kellhom sħubija ugwali fl-HKHS. Huma ħaddmu b'mod konġunt hawalas magħrufa bħala HKHS fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai u mexxew fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Minn kmieni fl-2010, Khairullah kien il-kap tal-fergħa tal-HKHS f'Kabul. Fl-2010, Khairullah kien hawaladar għat-tmexxija għolja tat-Taliban u pprovda għajnuna finanzjarja lit-Taliban. Khairullah, flimkien mas-sieħeb tan-negozju tiegħu Satar, ipprovda eluf ta' dollari lit-Taliban biex jappoġġa attivitajiet tat-Taliban fl-Afganistan. Mill-2008, Khairullah u Satar ġabru flus minn donaturi u qassmu l-fondi lit-Taliban billi użaw il-hawala tagħhom.

▼M11

(135)  Mohammed Qasim Mir Wali Khudai Rahim (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad Qasim, (b) Abdul Salam)

Titlu: Haji. Data tat-twelid: Bejn l-1975 u l-1976. Post tat-twelid: (a) Villaġġ ta’ Minar, Distrett ta’ Garmser, Provinċja ta’ Helmand, Afganistan, (b) Villaġġ ta’ Darweshan, Distrett ta’ Garmser, Provinċja ta’ Helmand. Nazzjonalità: Afgana. Nru ta’ identifikazzjoni nazzjonali: (a) Karta tal-identità nazzjonali Afgana (tazkira) numru 57388 maħruġa fid-Distrett ta’ Lashkar Gah, Provinċja ta’ Helmand, Afganistan (b) Numru tal-karta residenzjali 665, Ayno Maina, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Indirizz: (a)Wesh, Distrett ta’ Spin Boldak, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan, (b)Safaar Bazaar, Distrett ta’ Garmser, Provinċja ta’ Helmand, Afganistan(c)Numru tal-kamra 33, Sular 5, Sarafi Market, Belt ta’ Kandahar, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Proprjetarju ta’ Rahat Ltd. (b) Involut fil-forniment tal-armi għat-Taliban, inkluż apparat esplożiv improvviżat (IED). (c) Arrestat fl-2012 u taħt kustodja fl-Afganistan minn Jannar 2013. (d) Assoċjat ma’ Rahat Ltd.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 21.11.2012.

▼M7

(136) Abdul Rauf Zakir (alias Qari Zakir)

Titlu: Qari Data tat-twelid: Bejn l-1969 u l-1971 Post tat-Twelid: Provinċja ta’ Kabul, l-Afganistan Nazzjonalità: Afgana Informazzjoni oħra: (a) Kap tal-operazzjonijiet suwiċida għan-Netwerk ta’ Haqqan taħt Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u responsabbli għall-operazzjonijiet kollha fil-provinċji ta’ Kabul, Takhar, Kunduz u Baghlan. (b) Jissorvelja t-taħriġ tal-attakkanti suwiċida u jagħti struzzjonijiet dwar kif jinbena apparat esplożiv improvviżat (IEDs). Data tan-nomina min-NU: 5.11.2012.

▼M15

(137)  Ahmed Shah Noorzai Obaidullah (magħruf ukoll bħala:(a) Mullah Ahmed Shah Noorzai, (b) Haji Ahmad Shah, (c) Haji Mullah Ahmad Shah, (d) Maulawi Ahmed Shah, (e) Mullah Mohammed Shah).

Titolu: (a) Mullah (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ipprovda servizzi finanzjarji lil Ghul Agha Ishakzai u Talibani oħrajn fil-Provinċja ta' Helmand. Data tat-twelid: (a) l-1 ta' Jannar 1985(b) 1981 Post tat-twelid: Quetta, il-Pakistan. Nru tal-passaport: Passaport Pakistani numru NC5140251 maħruġ fit-23 ta' Ottubru 2009 jiskadi fit-22 ta' Ottubru 2014, ilu uffiċjalment ikkanċellat mill-2013. Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru tal-karta tal-identità nazzjonali Pakistana 54401-2288025-9, ilha uffiċjalment ikkanċellata mill-2013. Indirizz: Quetta, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) Huwa sid ta' u jopera r-Roshan Money Exchange. Data tan-nomina min-NU: 26.2.2013

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ahmed Shah Noorzai Obaidullah huwa sid ta' u jopera r-Roshan Money Exchange, li tipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali, jew teknoloġiku, jew servizzi finanzjarji u servizzi oħrajn lil jew b'appoġġ għat-Taliban. Ir-Roshan Money Exchange taħżen u tittrasferixxi fondi biex jappoġġaw operazzjonijiet militari tat-Taliban u r-rwol tat-Taliban fil-kummerċ tan-narkotiċi Afgan. Mill-2011 'l hawn, ir-Roshan Money Exchange kienet waħda mill-fornituri ta' servizzi ta' flus prinċipali (jew “hawalas”) użati mill-uffiċjali tat-Taliban fil-Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan.

Ahmed Shah ipprovda servizzi hawala lill-mexxejja tat-Taliban fil-Provinċja ta' Helman għal numru ta' snin u, mill-2011 'l hawn, kien fornitur fdat ta' servizzi ta' flus għat-Taliban. Kmieni fl-2012, it-Taliban ordna lil Ahmed Shah jittrasferixxi flus lil numru ta' hawalas f'Lashkar Gah, il-Provinċja ta' Helmand, minn fejn kmandant għoli tat-Taliban kien imbagħad jalloka l-fondi.

Tard fl-2011, Ahmed Shah ikkonsolida mijiet ta' eluf ta' dollari Amerikani biex jgħaddihom lill-Kummissjoni tal-Finanzi tat-Taliban u ttrasferixxa mijiet ta' eluf ta' dollari Amerikani għat-Taliban, inkluż lil kmandanti għolja tat-Taliban. Ukoll tard fl-2011, Ahmed Shah irċieva permezz tal-fergħa tal-hawala tiegħu fi Quetta, il-Pakistan, trasferiment f'isem it-Taliban, li minnu ntużaw flus biex jinxtara fertilizzant u komponenti għal apparat esplussiv improvizzat (IED), inklużi batteriji u niċċa detonatriċi. F'nofs l-2011, il-kap tal-kummissjoni tal-finanzi tat-Taliban Gul Agha Ishakzai ta struzzjonijiet lil Ahmed Shah biex jiddepożita diversi miljuni ta' dollari Amerikani fir-Roshan Money Exchange għat-Taliban. Gul Agha spjega li meta kien meħtieġ trasferiment ta' flus, hu kien jinforma lil Ahmed Shah min hu t-Taliban li kellu jirċevihom.

Ahmed Shah imbagħad kien jipprovdi l-fondi meħtieġa permezz tas-sistema tal-hawala tiegħu. Minn nofs l-2010, Ahmed Shah mexxa flus bejn il-Pakistan u l-Afganistan għal kmandanti tat-Taliban u għal traffikanti tan-narkotiċi. Barra mill-attivitajiet tiegħu ta' faċilitazzjoni, Ahmed Shah għamel donazzjonijiet ta' somom kbar ta' flus imma mhux speċifiċi lit-Taliban fl-2011.

▼M11

(138)  Adam Khan Achekzai (magħruf ukoll bħala (a) Maulavi Adam Khan, (b) Maulavi Adam)

Titlu: Maulavi. Data tat-twelid: (a) 1970 (b) 1972 (c) 1971 (d) 1973 (e) 1974 (f) 1975. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Indirizz:Chaman, Provinċja ta’ Baluchistan, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Informazzjoni oħra: (a) Produttur ta’ apparat esplożiv improvviżat u faċilitatur għat-Taliban. (b) Membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Badghis, l-Afganistan, f’nofs l-2010. (c) Ex membru tat-Taliban responsabbli għall-Provinċji ta’ Sar-e Pul u ta’ Samangan, l-Afghanistan. (d) Bħala kmandant militari tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Kandahar, l-Afghanistan, kien involut fl-organizzazzjoni ta’ attakki suwiċida fi provinċji ġirien. (e) Assoċjat ma’ Abdul Samad Achekzai.

Data tal-indikazzjoni min-NU: 16.4.2013.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrativ tar-raġunijiet għall-elenkar fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Adam Khan Achekzai ġie elenkat fis-16 ta’ April 2013 skont il-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2082 (2012) minħabba “parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma’, taħt isem, f’isem jew b’appoġġ għal” u "xi forma oħra ta’ appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta’" dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet nominati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Adam Khan Achekzai huwa manufattur ta’ apparat esplożiv improvviżat (IED) u faċilitatur għat-Taliban. Mill-2012, Adam bena IEDs u kien ħarreġ madwar 150 persuna li tagħmel IEDs f’appoġġ tat-Taliban. Minn tard fl-2010, Adam kien mexxej militari Taliban li kien responsabbli mill-produzzjoni ta’ IEDs u ġkieket esplożivi. Adam kien viċi tal-faċilitatur tat-Taliban għall-IED Abdul Samad Achekzai u, bħala viċi ta’ Samad, ikkoordina attivitajiet ta’ akkwist għan-netwerk.

Minbarra l-dmirijiet tiegħu ta’ faċilitazzjoni ta’ IEDs, Adam kellu rwoli oħrajn bħala mexxej tat-Taliban. Tard fl-2010, Adam ġie nominat Kap tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Badghis, l-Afganistan. Adam huwa wkoll l-ex-kap tat-Taliban għall-Provinċji ta’ Sar-e Pul u ta’ Samangan, l-Afghanistan. Bħala kmandant militari tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Qandahar, l-Afghanistan, Adam kien involut fl-organizzazzjoni ta’ attakki suwiċida fi provinċji ġirien.

▼M15

(139)  Qari Rahmat (magħruf ukoll bħala: Kari Rahmat).

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kmandant tat-Taliban tal-inqas minn Frar 2010. Indirizz: a) Raħal ta' Kamkai, Distrett ta' Achin, Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. b) Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Data tat-twelid: a) 1981 b) 1982. Post tat-twelid: Shadal (varjant Shadaal) Bazaar, Distrett ta' Achin, Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Jiġbor taxxi u jxaħħam f'isem it-Taliban. (b) Jikkoordina ma' u jipprovdi lill-aġenti tat-Taliban fil-Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan, informazzjoni, gwida, akkomodazzjoni u armi u qiegħed apparat esplussiv improvvizzat (IED) u mexxa attakki kontra l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF) u l-forzi Afgani. Data tan-nomina min-NU: 21.8.2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Qari Rahmat ilu kmandant tat-Taliban minn tal-inqas Frar 2010. Kmieni fl-2013, Rahmat serva bħala kmandant tat-Taliban fiż-żona ta' Shadaal Bazaar tad-Distrett ta' Achin, Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Rahmat idderieġa l-attivitajiet ta' madwar 300 aġent tat-Taliban fid-Distrett ta' Achin u pprovda gwida operazzjonali u armi lil dawn l-aġenti. Tard fl-2012, Rahmat mexxa attakk kontra l-forzi Afgani fid-Distrett ta' Kot, Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Min-nofs l-2012, Rahmat serva taħt ix-shadow kap Taliban tad-Distrett ta' Achin, Provinċja ta' Nangarhar, l-Afganistan. Matul dan iż-żmien, Rahmat kien faċilitatur Taliban li qiegħed apparat esplussiv improvvizzat u mexxa attakki kontra l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF) u l-forzi Afgani.

Rahmat jiġbor ukoll taxxi u jxaħħam f'isem it-Taliban. Minn kmieni fl-2013, Rahmat ġabar it-taxxi f'isem it-Taliban minn traffikanti tad-droga fi Shadaal Bazaar, Distrett ta' Achin, Provinċja ta' Nangarhar. Minn nofs l-2012, Rahmat kien inkarigat mill-ġbir tat-taxxi minn traffikanti tan-narkotiċi għat-Taliban.

Rahmat jipprovdi informazzjoni dwar intelligence lit-Taliban. Minn kmieni fl-2013, Rahmat ipprovda lis-superjuri Talibani tiegħu informazzjoni dwar l-attivitajiet ta' uffiċjali tal-gvern Afgan u tal-forzi tas-sigurtà Afgani fid-Distrett ta' Achin, Provinċja ta' Nangarhar. Rahmat ġabar intelligence għat-Taliban minn ħaddiema tal-Gvern Afgan minn nofs l-2012 u wettaq ukoll investigazzjonijiet biex jesponi informaturi tal-ISAF u tal-Gvern Afgan għall-benefiċċju tat-Taliban.

Rahmat ipprovda wkoll għajnuna letali, akkomodazzjoni, u gwida lill-ġellieda Talibani. Minn tard fl-2012, Rahmat ipprovda granati bi propulsjoni permezz ta' missili (RPGs — rocket-propelled grenades), mitraljatriċi ħfief PKM u azzarini tal-assalt AK-47 lit-Taliban. Rahmat ta wkoll kenn lil ġellieda tat-Taliban fil-pensjoni tiegħu u matul dan il-perijodu pprovda gwida tattika lill-ġellieda Talibani. Minn tard fl-2011, Rahmat kellu pensjoni fid-Distrett ta' Achin fejn spiss kienu joqogħdu membri tat-Taliban.

(140)  Qari Saifullah Tokhi (magħruf ukoll bħala:(a) Qari Saifullah, (b) Qari Saifullah Al Tokhi, (c) Saifullah Tokhi, (d) Qari Sahab).

Titolu: Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Shadow Viċi Gvernatur Taliban u kmandant operazzjonali fil-Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Indirizz: Żona Chalo Bawari, Belt ta' Quetta, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1964. Post tat-twelid: Ir-Raħal ta' Daraz, Distrett ta' Jaldak wa Tarnak, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fl-inħawi tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (b) Responsabbli għat-tqegħid ta' apparat esplussiv improvvizzat u l-organizzazzjoni ta' attakki suwiċida. (c) Deskrizzjoni fiżika: tul: 180 cm; piż: madwar 90 kg; korporatura: korporatura atletika; kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: aħmar; karnaġġjon: kannella medju. (d) Marki fiżiċi li jiddistingwu: wiċċ kbir tond, daqna sħiħa, u jzappap minħabba prosteżi tal-plastik fil-parti t'isfel ta' riġlu tax-xellug.

(e) Sfond etniku: Pashtun; Jappartjeni lit-tribù ta' Tokhi (kitba alternattiva tat-tribù: Torchi), is-subtribù ta' Barkozai (kitba alternattiva tat-tribù: Bakorzai), il-klann ta' Kishta Barkorzai (Barkorzai t'isfel). (f) Stat Ċivili: miżżewweġ. (g) Isem il-missier: Agha Mohammad. (h) Isem ħuh: Humdullah. Data tan-nomina min-NU: 19.3.2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Qari Saifullah Tokhi huwa shadow Viċi Gvernatur Taliban u kmandant operazzjonali fil-Lvant tal-Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Huwa kkmanda direttament żewġ gruppi ta' madwar 50 ġellieda Talibani u kellu l-kmand fuq kmandanti tat-Taliban fil-Provinċja ta' Zabul. Qari Saifullah Tokhi uża dawn il-gruppi biex jorganizza attivitajiet terroristiċi kontra l-Gvern tar-Repubblika Islamika tal-Afganistan u l-Forzi ta' Koalizzjoni fil-Lvant Provinċja ta' Zabul. Qari Saifullah Tokhi ħareġ ukoll ordnijiet lill-persuni subordinati għalih, wettaq attakki b'apparat esplussiv improvizzat (IED), attakki b'armi tan-nar ħfief, u attakki bil-missili fil-Provinċja ta' Zabul.

Tliet ġellieda Talibani nqatlu fil-lejl tat-2 ta' Diċembru 2012, fid-Distrett ta' Qalat, Provinċja ta' Zabul, l-Afganistan. Huma nqabdu jqiegħdu IEDs u għaldaqstant inqatlu. It-tlett irġiel kienu magħrufa bħala l-ġellieda ta' Qari Saifullah Tokhi.

Fl-14 ta' Jannar 2012, sitt ribelli Talibani subordnati għal Qari Saifullah Tokhi attakkaw konvoj tal-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF). Ir-ribelli Talibani attakkaw il-konvoj permezz ta' propulsjoni permezz ta' missili RPGs viċin ir-raħal ta' Abdul Haq Kalay, fid-Distrett ta' Tarnak Wa Jaldak.

Fit-28 ta' Settembru 2011, żewġ kamikazi bil-bombi taħt id-direzzjoni tal-kmandant Taliban Qari Saifullah Tokhi kienu qed jippjanaw attakki. Wieħed mill-kamikazi bil-bombi ppjana li jattakka l-iskwadra għar-rikostruzzjoni provinċjali (PRT — provincial reconstruction team) fid-Distrett ta' Qalat, il-Provinċja ta' Zabul. It-tieni kamikazi bil-bombi ppjana li jattakka l-bażi tal-ISAF fid-Distrett ta' Shajoy. Il-kamikazi bil-bombi ppjanaw li jattakkaw il-bażijiet tal-forzi ta' koalizzjoni bejn id-29 ta' Settembru u l-1 ta' Ottubru 2011.

Fl-20 ta' April 2011, it-Taliban, taħt it-tmexxija ta' Qari Saifullah Tokhi, wissa lin-netwerks lokali tat-telefonija ċellulari li kien ser iwaqqaf is-servizzi tagħhom fil-Provinċja ta' Zabul. Jekk is-servizzi ma jitwaqqfux skont id-direzzjoni tat-Taliban, it-Taliban hedded li jeqred l-antenni tagħhom tul it-toroq fil-Provinċja ta' Zabul.

Fil-25 ta' Novembru 2010, Qari Saifullah Tokhi ordna lil kmandant tat-Taliban u shadow subgvernatur tad-Distrett ta' Atghar, fil-Provinċja ta' Zabul, biex jittrasportaw armi ħfief lejn il-belt ta' Qalat, il-belt kapitali tal-Provinċja ta' Zabul. Il-vjeġġ kien fih madwar 25 azzarin tat-tip Kalashnikov, 10 machine guns, 5 RPGs, u 20 granata. Kamikazi bil-bombi ppjanaw li jużaw dawn l-armi kontra l-forzi tal-ISAF u l-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali Afgani, filwaqt li jimmiraw speċifikament lejn it-Tieni Brigata tal-Armata Nazzjonali Afgana u l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

(141)  Yahya Haqqani (magħruf ukoll bħala: (a) Yaya (b) Qari Sahab).

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Membru Għoli tan-Netwerk Haqqani (HQN). Indirizz: A Haqqani Madrassa fiż-Żona tal-Fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tat-twelid: a) 1982 b) 1978. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Involut mill-qrib fl-attivitajiet militari, finanzjarji u propagandisti tal-grupp. (b) Imweġġa' f'riġlu. (c) Isem missieru hu Hajji Meyawar Khan (mejjet). Data tan-nomina min-NU: 31.7.2014

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Yahya Haqqani huwa membru għoli tan-Netwerk Haqqani (HQN) li kien involut mill-qrib fl-attivitajiet militari, finanzjarji u propagandistiċi tal-grupp. Yahya aġixxa bħala kap de facto tal-grupp meta kienu assenti l-mexxejja l-aktar għolja Sirajuddin Jallaloudine Haqqani (ħaten Yahya), Badruddin Haqqani (mejjet, qabel fil-lista), u Khalil Haqqani. Yahya assuma wkoll doveri bħala persuna responsabbli għal-loġistika tal-HQN u ffaċilita l-finanzjament għall-kmandanti Haqqani inkluża persuna subordinata tal-kmandant, issa mejta, tal-HQN Sangin Zadran Sher Mohammad u kap tal-operazzjonijiet suwiċida tal-HQN, Abdul Rauf Zakir. Yahya għamilha wkoll ta' interpretu tal-Għarbi u messaġġier għal Sirajuddin Jallaloudine Haqqani.

Yahya mexxa attivitajiet sinifikanti ta' faċilitazzjoni b'appoġġ għall-attakki tal-HQN u attivitajiet oħrajn. Kmieni fl-2013 hu ffaċilita l-finanzjament għall-ġellieda tal-HQN. Kmieni fl-2013 ukoll, Yahya kkoordina t-trasferiment ta' provvisti mill-Emirati Għarab Magħquda lill-mexxej għoli tal-HQN Khalil Haqqani. Fl-2012, Yahya kkoordina d-distribuzzjoni ta' apparat esplussiv improvvizzat (IED) u tagħmir ta' komunikazzjoni, u eżamina wkoll it-tħejjijiet għall-attakk tas-7 ta' Awwissu 2012 mill-HQN fuq Bażi Operattiva Avvanzata ta' Koalizzjoni fil-Provinċja ta' Logar, l-Afganistan, fejn indarbu tlettax-il persuna, inklużi ħdax-il persuna ċivili Afgana. X'aktarx li Yahya kien jaf minn qabel bl-atakk ta' Ġunju 2011 fuq Intercontinental Hotel f'Kabul, l-Afganistan, immexxi minn Sirajuddin Haqqani u Badruddin Haqqani. Fl-attakk inqatlu tmintax-il persuna u tnax indarbu. Mill-2011 'l hawn, Yahya wassal flus mingħand Sirajuddin Haqqani lill-kmandanti tal-HQN għal operazzjonijiet.

Xi drabi, Yahya jagħmilha ta' kollegament bejn l-HQN u l-Al Qaida (AQ) u kellu rabtiet mal-AQ tal-inqas minn nofs l-2009. F'dan ir-rwol, Yahya pprovda flus lill-membri tal-AQ fir-reġjun għall-ispejjeż personali tagħhom. Min-nofs l-2009, hu kien il-kollegament primarju tal-HQN mal-ġellieda barranin, inklużi Għarab, Uzbeki u Ċeċeni.

Yahya mexxa u ġġestixxa wkoll attivitajiet ta' midja u ta' propaganda tal-HQN u t-Taliban. Minn kmieni fl-2012, Yahya ltaqa' ħafna drabi ma' Sirajuddin Haqqani biex jikseb l-approvazzjoni finali tal-vidjos propagandistiċi Talibani li jkun għamel Yahya. Yahya ħadem fuq affarijiet tal-HQN dwar media tal-inqas mill-2009 meta ħadem minn studjo tal-midja f'madrassa tal-HQN, jeditja vidjos mill-ġellieda Afgani. Minn tard fl-2011, Yahya akkwista flus għall-ispejjeż ta' midja tal-HQN minn Sirajuddin Haqqani jew minn wieħed mis-sostituti ta' Sirajuddin Haqqani.

Minn kmieni fl-2012, Yahya vvjaġġa madwar darbtejn fix-xahar, xi drabi ma' Saidullah Jan, biex jiltaqa' mal-emissarju finanzjarju tal-HQN, issa mejjet, Nasiruddin Haqqani.

(142)  Saidullah Jan (magħruf ukoll bħala: Abid Khan).

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Membru għoli tan-Netwerk ta' Haqqani Network (HQN) mill-2013.Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Distrett ta' Giyan, Provinċja ta' Paktika, l-Afganistan. Informazzjoni oħra: (a) Ipprovda appoġġ kritiku ta' faċilitazzjoni lil xufiera u lil vetturi li jittrasportaw munizzjon tal-HQN. (b) Involut ukoll fl-isforzi ta' reklutaġġ tal-grupp mill-2011 'l hawn. (c) Isem missieru huwa Bakhta Jan. Data tan-nomina min-NU: 31.7.2014

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Saidullah Jan ġie inkluż fil-lista fil-31 ta' Lulju 2014 skont il-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2160 (2014) minħabba “parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għal” u “xi forma oħra ta' atti jew attivitajiet ta' appoġġ ta'” dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet nominati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Saidullah Jan ilu membru għoli tan-Netwerk ta' Haqqani (HQN) mill-2013 li xi drabi għamilha wkoll ta' deputat tal-HQN, ta' kmandant tal-HQN għaż-Żona tat-Tramuntana tal-Afganistan u ta' koordinatur ewlieni tal-loġistika tal-HQN.

Tard fl-2013, Saidullah ipprovda appoġġ kritiku ta' faċilitazzjoni lil xufiera u lil vetturi li jittrasportaw munizzjon tal-HQN. Minn tard fl-2011, Saidullah kien ukoll involut fl-isforzi ta' reklutaġġ tal-grupp u mexxa l-evalwazzjoni ta' mill-inqas rekluta wieħed tal-HQN.

Tard fl-2013, Saidullah ivvjaġġa lejn il-Golf fil-kumpannija tal-persuni li jiġbru l-fondi għall-HQN Khalil Ahmed Haqqani (TI.H.150.11.), Fazl Rabi, u membri oħrajn tal-HQN inkluż faċilitatur tal-attakki. Fl-2010, Saidullah ivvjaġġa lejn il-Golf ma' grupp ta' mexxejja tal-HQN, inkluż uffiċjal tal-HQN, issa mejjet, Ahmed Jan Wazir Akhtar Mohammad.

Tard fl-2013, Saidullah allegatament kien fdat mill-membri tal-Al-Qaida bħala kollaboratur tal-HQN li seta' jgħin f'każ ta' kwalunkwe inkwiet inkluż arrest.

Minn kmieni fl-2012, Saidullah Jan xi drabi vvjaġġa ma' Yahya Haqqani biex jiltaqa' mal-emissarju finanzjarju tal-HQN, issa mejjet, Nasiruddin Haqqani.

(143)  Muhammad Omar Zadran (magħruf ukoll bħala: Mohammad-Omar Jadran).

Titolu: a) Maulavi b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tan-Netwerk Haqqani (HQN) li ilu jikkmanda aktar minn 100 militant attiv fil-Provinċja ta' Khost, l-Afganistan mill-2013. Data tat-twelid: 1958. Post tat-twelid: Raħal ta' Sultan Kheyl, Distrett ta' Spera, Provinċja ta' Khost, l-Afganistan. Indirizz: Żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Informazzjoni oħra: Involut fit-tħejjija ta' attakki kontra forzi Afgani u internazzjonali fl-Afganistan. Data tan-nomina min-NU: 31.7.2014

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Muhammad Omar Zadran (Omar) huwa mexxej tan-Netwerk Haqqani (HQN) li ilu mill-2013 jikkmanda aktar minn 100 militant attiv fil-Provinċja ta' Khost, l-Afganistan. Omar serva bħala Shadow Gvernatur Distrettwali tal-HQN, u mill-2005 bħala kmandant taħt il-mexxej tal-HQN Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, u ppjana jew kellu struzzjonijiet biex jippjana attakki f'isem l-HQN tal-inqas mill-2006. Omar ħadem mat-Taliban, fejn fl-2010 serva bħala membru tal-Kunsill Shura tat-Taliban stabbilit mit-Taliban biex jiddiskuti l-loġistika għal ribelli, ħtiġijiet, taħriġ, kompiti għall-kmandanti, u l-iskjerament ta' ċelloli terroristiċi fix-Xlokk tal-Afganistan. Fl-2010, Omar irċieva wkoll ordnijiet minn Sirajuddin Haqqani.

Omar ipparteċipa fit-tħejjija u l-ippjanar ta' attakki kontra ċittadini Afgani, il-Gvern Afgan, u l-persunal ta' Koalizzjoni fl-Afganistan f'isem kemm l-HQN kif ukoll it-Taliban. Kmieni fl-2013, Omar kien inkarigat mill-kuntrabandu ta' oġġetti esplożivi fl-Afganistan. Fl-2012, Omar u għadd kbir ta' membri oħrajn tal-HQN ħadmu fuq attakk b'apparat esplussiv improvizzat imqiegħed f'vettura kontra kamp tal-Forzi ta' Koalizzjoni u kien involut fl-ippjanar ta' attakki kontra truppi fil-Provinċja ta' Paktiya, l-Afganistan. Mill-2011 'l hawn, Omar kien involut fl-ippjanar ta' attakki suwiċida. Fl-2010, Omar ingħata l-kompitu minn kmandant tal-HQN biex jaħtaf u joqtol ċittadini Afgani lokali li jaħdmu għall-Forzi ta' Koalizzjoni fil-Provinċji ta' Khost, Paktia, Paktika, u Baghlan, l-Afganistan.

Fl-2010, Omar u mexxejja militanti oħra fir-reġjun qablu li jintensifikaw l-attakki kontra l-Gvern Afgan u l-Forzi ta' Koalizzjoni, jaħtfu diversi distretti u jikkontrollawhom, ifixklu l-elezzjonijiet tal-assemblea nazzjonali u l-operazzjonijiet għall-kostruzzjoni ta' toroq, u jirreklutaw żgħażagħ lokali.

▼M3

B.  Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

▼M7

(1) Haji Khairullah Haji Sattar money exhange (alias (a) Hai Khairullah Money Exchange (b) Haji Khair Ullah Money Service (c) Haji Salam Hawala (d) Haji Hakim Hawala (e) Haji Alim Hawala (f) Sarafi-yi Haji Khairullah Haji Satar Haji Esmatullah (g) Haji Khairullah- Haji Sattar Sarafi (h) Haji Khairullah and Abdul Sattar and Company

Indirizz: (a) Branch Office 1: i) Chohar Mir Road, Kandahari Bazaar, Quetta City, Baluchistan Province, Pakistan; ii) Room number 1, Abdul Sattar Plaza, Hafiz Saleem Street, Munsafi Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iii) Shop number 3, Dr Bano Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iv) Office number 3, Near Fatima Jinnah Road, Dr Bano Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan v) Kachara Road, Nasrullah Khan Chowk, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan vi) Wazir Mohammad Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan; (b) Branch Office 2: Peshawar, Khyber Paktunkhwa Province, Pakistan; (c) Branch Office 3: Moishah Chowk Road, Lahore, Punjab Province, Pakistan; (d) Branch Office 4: Karachi, Sindh Province, Pakistan; (e) Branch Office 5: i) Larran Road number 2, Chaman, Baluchistan Province, Pakistan ii) Chaman Central Bazaar, Chaman, Baluchistan Province, Pakistan; (f) Branch Office 6: Shop number 237, Shah Zada Market (magħruf ukoll bħala Sarai Shahzada), Puli Khisti area, Police District 1, Kabul, Afghanistan, Telefon: +93-202-103386, +93-202-101714, 0202-104748, Mobile: +93-797-059059, +93-702-222222 (g) Branch Office 7: i) Shops number 21 and 22, 2nd Floor, Kandahar City Sarafi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan ii) New Sarafi Market, 2nd Floor, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan iii) Safi Market, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan; (h) Branch Office 8: Gereshk City, Nahr-e Saraj District, Helmand Province, Afghanistan; (i) Branch Office 9: i) Lashkar Gah Bazaar, Lashkar Gah, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan ii) Haji Ghulam Nabi Market, 2nd Floor, Lashkar Gah District, Helmand Province, Afghanistan; (j) Branch Office 10: i) Suite numbers 196-197, 3rd Floor, Khorasan Market, Herat City, Herat Province, Afghanistan ii) Khorasan Market, Shahre Naw, District 5, Herat City, Herat Province, Afghanistan; (k) Branch Office 11: i) Sarafi Market, Zaranj District, Nimroz Province, Afghanistan ii) Ansari Market, 2nd Floor, Nimroz Province, Afghanistan; (l) Branch Office 12: Sarafi Market, Wesh, Spin Boldak District, Afghanistan; (m) Branch Office 13: Sarafi Market, Farah, Afghanistan; (n) Branch Office 14: Dubai, United Arab Emirates; (o) Branch Office 15: Zahedan, Iran; (p) Branch Office 16: Zabul, Iran. Numri tat-taxxa u tal-liċenzja: (a) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 1774308; (b) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 0980338; (c) Numru tat-Taxxa Nazzjonali tal-Pakistan: 3187777; (d) Numru tal-Liċenzja Afgan ta’ Fornitur ta’ Servizzi ta’ Flus: 044. Informazzjoni oħra: (a) Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange kien jintuża mit-tmexxija tat-Taliban biex jiġu ttrasferiti flus lil kmandanti tat-Taliban biex jiġu ffinanzjati ġellieda u operaturi fl-Afganistan fl-2011. (b) Assoċjat ma’ Abdul Sattar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange (HKHS) jappartjeni b’mod konġunt għal Abdul Satar Abdul Manan u Khairullah Barakzai Khudai Nazar. Satar u Khairullah ħaddmu skambji ta’ flus fl-Afganistan, il-Pakistan, u Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda. Mexxejja tat-Taliban użaw l-HKHS biex iqassmu flus lil gvernaturi alternattivi u kmandanti u biex jirċievu trasferimenti ta’ hawala (rimessa ta’ flus informali) għat-Taliban. Fl-2011, it-tmexxija tat-Taliban għaddiet flus lil kmandanti tat-Taliban fl-Afganistan bl-użu tal-HKHS. Lejn l-aħħar tal-2011, il-fergħa tal-HKHS f’Lashkar Gah, il-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, intużat biex tibgħat flus lill-gvernatur alternattiv tat-Taliban għall-Provinċja ta’ Helmand. F’nofs l-2011, kmandant tat-Taliban uża fergħa tal-HKHS fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex jiffinanzja ġellieda u operaturi fl-Afganistan. Wara li t-Taliban iddepożitaw ammont sinfikanti ta’ flus kontanti kull xahar ma’ din il-fergħa tal-HKHS, kmandanti tat-Taliban setgħu jaċċessaw il-fondi minn kwalunkwe fergħa tal-HKHS. Il-persunal tat-Taliban użaw l-HKHS fl-2010 biex jittrasferixxu flus lil hawalas fl-Afganistan fejn kmandanti operazzjonali setgħu jaċċessaw il-fondi. Lejn tmiem l-2009, il-mexxej tal-fergħa tal-HKHS f’Lashkar Gah ħa ħsieb il-moviment ta’ fondi tat-Taliban permezz tal-HKHS.

▼M5

(2) Roshan money exchange (magħruf ukoll bħala (a) Roshan Sarafi (b) Roshan Trading Company (c) Rushaan Trading Company (d) Roshan Shirkat (e) Maulawi Ahmed Shah Hawala (f) Mullah Ahmed Shah Hawala (g) Haji Ahmad Shah Hawala (h) Ahmad Shah Hawala).

Indirizz: (a) Branch Office 1: i) Shop number 1584, Furqan (variant Fahr Khan) Center, Chalhor Mal Road,Quetta, Baluchistan Province, Pakistan ii) Flat number 4, Furqan Center, Jamaluddin Afghani Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iii) Office number 4, 2nd Floor, Muslim Plaza Building, Doctor Banu Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan iv) Cholmon Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan v) Munsafi Road, Quetta, Baluchistan Province, Pakistan vi) Shop number 1, 1st Floor, Kadari Place, Abdul Samad Khan Street (next to Fatima Jena Road), Quetta, Baluchistan Province, Pakistan; (b) Branch Office 2: i) Safar Bazaar, Garmser District, Helmand Province, Afghanistan ii) Main Bazaar, Safar, Helmand Province, Afghanistan; (c) Branch Office 3: i) Haji Ghulam Nabi Market, Lashkar Gah, Helmand Province, Afghanistan ii) Money Exchange Market, Lashkar Gah, Helmand Province, Afghanistan iii) Lashkar Gah Bazaar, Helmand Province, Afghanistan; (d) Branch Office 4: Hazar Joft, Garmser District, Helmand Province, Afghanistan e) Branch Office 5: Ismat Bazaar, Marjah District, Helmand Province, Afghanistan; (e) Branch Office 6: Zaranj, Nimruz Province, Afghanistan; (f) Branch Office 7: i) Suite number 8, 4th Floor, Sarafi Market, District number 1, Kandahar City, Kandahar Province, Afghanistan ii) Shop number 25, 5th Floor, Sarafi Market, Kandahar City, Kandahar District, Kandahar Province, Afghanistan; (g) Branch Office 8: Lakri City, Helmand Province, Afghanistan; (h) Branch Office 9: Gerd-e-Jangal, Chaghi District, Baluchistan Province, Pakistan; (i) Branch Office 10: Chaghi, Chaghi District, Baluchistan Province, Pakistan; (j) Branch Office 11:Aziz Market, in front of Azizi Bank, Waish Border, Spin Boldak District, Kandahar Province, Afghanistan. Informazzjoni oħra: Roshan Money Exchange jaħżen u jittrasferixxi fondi biex jiġu appoġġati operazzjonijiet militari tat-Taliban u l-kummerċ tan-narkotiċi fl-Afganistan. Data tan-nomina min-NU: 29.6.2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva ta’ raġunijiet għall-elenkar mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Roshan Money Exchange (RMX) jaħżen u jittrasferixxi fondi biex jappoġġaw operazzjonijiet militari tat-Taliban u r-rwol tat-Taliban fil-kummerċ tan-narkotiċi Afgan. RMX kien wieħed mill-hawalas ewlenin (servizzi ta’ rimessa ta’ flus informali) użat minn uffiċjali tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Helmand sa mill-2011. Fl-2011, membru għoli tat-Taliban ġibed mijiet ta’ eluf ta’ dollari minn fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex iqassamhom lil gvernaturi provinċjali alternattivi tat-Taliban. Biex jiffinanzja r-ribelljoni tar-rebbiegħa fl-2011, il-gvernatur alternattiv tat-Taliban tal-Provinċja ta’ Helmand bagħat mijiet ta’ eluf ta’ dollari lill-RMX. Ukoll fl-2011, membru tat-Taliban irċieva għexieren ta’ eluf ta’ dollari mill-RMX biex jappoġġaw operazzjonijiet militari. Fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan ukoll żammet għexieren ta’ eluf ta’ dollari li kellhom jinġabru minn kmandant tat-Taliban. Fl-2010, f’isem il-gvernatur alternattiv tat-Taliban tal-Provinċja ta’ Helmand, membru tat-Taliban uża l-RMX biex jibgħat eluf ta’ dollari lir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Il-fergħa tal-RMX f’Lashkar Gah, il-Provinċja ta’ Helmand, intużat mit-Taliban biex jiġu ttrasferiti fondi għal operazzjonijiet lokali. Fl-2011, sottokmandant tat-Taliban ittrasferixxa għexieren ta’ eluf ta’ dollari lil kmandant tat-Taliban permezz tal-fergħa tal-RMX f’Lashkar Gah. It-Taliban bagħat ukoll fondi lill-fergħa tal-RMX f’Lashkar Gah biex jitqassmu lil kmandanti tat-Taliban fl-2010. Ukoll fl-2010, membru tat-Taliban uża l-RMX biex jibgħat għexieren ta’ eluf ta’ dollari lill-Provinċja ta’ Helmand u l-Provinċja ta’ Herat, l-Afganistan f’isem il-gvernatur alternattiv tat-Taliban tal-Provinċja ta’ Helmand.

Fl-2009, rappreżentant għoli tat-Taliban ġibed mijiet ta’ eluf ta’ dollari minn fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan biex jiffinanzja operazzjonijiet militari tat-Taliban fl-Afganistan. Il-flus mibgħuta lill-RMX oriġinaw fl-Iran. Fl-2008, mexxej tat-Taliban uża l-RMX biex jittrasferixxi għexieren ta’ eluf ta’ dollari mill-Pakistan għall-Afganistan. It-Taliban juża wkoll l-RMX biex jiffaċilita r-rwol tiegħu fil-kummerċ tan-narkotiċi Afgan. Fl-2011, uffiċjali tat-Taliban, inkluż il-gvernatur alternattiv tal-Provinċja ta’ Helmand, ittrasferew mijiet ta’ eluf ta’ dollari minn fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan lil hawalas fl-Afganistan għax-xiri ta’ narkotiċi f’isem uffiċjali tat-Taliban. Ukoll fl-2011, uffiċjal tat-Taliban ordna lil kmandanti tat-Taliban fil-Provinċja ta’ Helmand biex jittrasferixxu dħul mil-loppju permezz tal-RMX. Kap ta’ distrett tat-Taliban ittrasferixxa eluf ta’ dollari minn Marjah, il-Provinċja ta’ Helmand, l-Afganistan, għal fergħa tal-RMX fir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

▼M13

(3)  Rahat Ltd. (magħrufa wkoll bħala (a) Rahat Trading Company, (b) Haji Muhammad Qasim Sarafi, (c) New Chagai Trading, (d) Musa Kalim Hawala)

Indirizz: (a)Uffiċċju tal-Fergħa 1: Numru tal-kamra 33, Sular 5, Sarafi Market, Belt ta' Kandahar, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan(b)Uffiċċju tal-Fergħa 2: Numru tal-ħanut 4, Azizi Bank, Haji Muhammad Isa Market, Wesh, Spin Boldak, Provinċja ta' Kandahar, Afganistan(c)Uffiċċju tal-Fergħa 3: Safaar Bazaar, Distrett ta' Garmser, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(d)Uffiċċju tal-Fergħa 4: Lashkar Gah, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(e)Uffiċċju tal-Fergħa 5: Distrett ta' Gereshk, Provinċja ta' Helmand, Afganistan(f)Uffiċċju tal-Fergħa 6: Distrett ta' Zaranj, Provinċja ta' Nimroz, Afganistan, (g) Uffiċċju tal-Fergħa 7: i) Triq Dr. Barno, Quetta, Pakistan, ii) Haji Mohammed Plaza, Triq Tol Aram, viċin Triq Jamaluddin Afghani, Quetta, Pakistan, iii) Kandahari Bazaar, Quetta, Pakistan(h)Uffiċċju tal-Fergħa 8: Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, Pakistan(i)Uffiċċju tal-Fergħa 9: Chaghi Bazaar, Chaghi, Provinċja ta' Baluchistan, Pakistan(j)Uffiċċju tal-Fergħa 10: Zahedan, Provinċja ta' Zabol, Iran. Informazzjoni oħra: (a) Rahat Ltd. intużat mit-tmexxija Talibana għat-trasferiment ta' fondi li oriġinaw minn donaturi esterni u traffikar tan-narkotiċi għall-finanzjament tal-attività Talibana sa mill-2011 u l-2012. (b) Proprjeta' ta' Mohammed Qasim Mi Wali Khudai Rahim. (c) Assoċjat ukoll Mohammad Naim Barich Khudaidad. Data tan-nomina min-NU: 21.11.2012.

▼M7

(4) Haqqani Network (alias HQN)

Informazzjoni oħra: (a) Netwerk ta’ ġellieda Talibani kkonċentrati madwar il-fruntiera bejn il-Provinċja ta’ Khost, l-Afganistan u t-Tramuntana tal-Waziristan, il-Pakistan. (b) Twaqqaf minn Jalaluddin Haqqani u attwalment immexxi minn ibnu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Membri oħra elenkati jinkludu Nasiruddin Haqqani, Sangeen Zadran Sher Mohammad, Abdul Aziz Abbasin, Fazl Rabi, Ahmed Jan Wazir, Bakht Gul, Abdul Rauf Zakir. (c) Responsabbli mill-attakki suwiċida u qtil immirat kif ukoll ħtif f’Kabul u provinċji oħra tal-Afganistan. (d) Konness mal-Al-Qaida, il-Moviment Iżlamiku tal-Uzbekistan, Tehrik-e Taliban Pakistan, Lashkar I Jhangvi, u Jaish-IMohammed. Data tan-nomina min-NU: 5.11.2012

▼B




ANNESS II

LISTA TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTATI MEMBRI U INDIRIZZ GĦAN-NOTIFIKI LILL-KUMMISSJONI EWROPEA

(Għandha timtela mill-Istati Membri)

A. Awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru:

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id = 28519

GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral + Diplomacy/Global + Issues/International + Sanctions/

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/ Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

▼M12

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

▼B

ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

LITWANJA

http://www.urm.lt

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/sancties

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id = 12750&LNG = en&version=

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

SVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

B. Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew għal xi komunikazzjoni oħra magħha:

Kummissjoni Ewropea

Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel

Belġju

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel. (32 2) 295 5585



( 1 ) Ara paġna 57ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 2 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

( 3 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

( 4 ) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

( 5 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.

( 6 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 337/2000 tal-14 ta’ Frar 2000 dwar projbizzjoni ta’ titjir u friżar tal-fondi u ta’ riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Talibani tal-Afghanistan (ĠU L 43, 16.2.2000, p. 1).

( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU L 67, 9.3.2001, p. 1).

Top