EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010D0788-20150422

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal- 20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/788/2015-04-22

2010D0788 — MT — 22.04.2015 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/788/PESK

tal-20 ta’ Diċembru 2010

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK

(ĠU L 336, 21.12.2010, p.30)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/699/PESK tal-20 ta’ Ottubru 2011

  L 276

50

21.10.2011

 M2

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/848/PESK tas-16 ta’ Diċembru 2011

  L 335

83

17.12.2011

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/811/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2012

  L 352

50

21.12.2012

 M4

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/46/PESK tat-22 ta’ Jannar 2013

  L 20

65

23.1.2013

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/147/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014

  L 79

42

18.3.2014

 M6

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/862/PESK tal-1 ta' Diċembru 2014

  L 346

36

2.12.2014

►M7

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/620 tal-20 ta' April 2015

  L 102

43

21.4.2015




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/788/PESK

tal-20 ta’ Diċembru 2010

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Mejju 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo ( 1 ) wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fil-31 ta' Marzu 2008 tar-Riżoluzzjoni 1807 (2008) (“UNSCR 1807 (2008)”).

(2)

Fl-1 ta' Diċembru 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR 1533 (2004)”) emenda l-lista ta' persuni u entitajiet li kienu soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Il-proċedura biex jiġi emendat l-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tinkludi l-għoti, lill-persuni u l-entitajiet magħżula, tar-raġunijiet għall-elenkar sabiex tingħatalhom l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jintbagħtu osservazzjonijiet jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ.

(4)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u notevolment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata f'konformità ma' dawk id-drittijiet u prinċipji.

(5)

Din id-Deċiżjoni tirrispetta bis-sħiħ ukoll l-obbligi tal-Istati Membri skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà.

(6)

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK għandha għalhekk titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri implimentattivi tal-Unjoni huma mniżżla fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 889/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo ( 2 ) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi ristrettivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo ( 3 ),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

1.  Il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u kwalunkwe materjal relatat ta' kull tip, direttament jew indirettament, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dak imsemmi qabel lill-entitajiet kollha mhux governattivi u lill-individwi li joperaw fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' Stati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jużaw il-bandiera tagħhom, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le.

2.  Għandu wkoll ikun ipprojbit li:

(a) jingħataw, jinbiegħu, isir forniment jew trasferiment ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' attivitajiet militari u mal-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta' rikambju għal dak imsemmi qabel, direttament jew indirettament lill-entitajiet kollha mhux governattivi u lill-individwi kollha li joperaw fit territorju tar-RDK;

(b) jingħata finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari, inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat, jew għal kwalunkwe għotja, bejgħ, provvista, jew trasferiment ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn, direttament jew indirettament lill-entitajiet mhux governattivi u l-individwi kollha li joperaw fit-territorju tar-RDK.

Artikolu 2

1.  L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:

▼M7

(a) il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u kwalunkwe materjal relatat jew l-għoti ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija finanzjarji u servizzi oħrajn relatati mal-armi u materjal relatat maħsubin biss għas-sostenn ta' jew l-użu mill-Missjoni tal- Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO);

▼B

(b) il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' lbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-RDK minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-mezzi tax-xandir u ħaddiema umanitarji u fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss;

(c) il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir militari non-letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew l-għoti ta' għajnuna u taħriġ tekniku, relatati ma' tali tagħmir non-letali;

▼M5

(d) il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u kwalunkwe materjal relatat, jew il-forniment ta' assistenza jew taħriġ finanzjarju jew tekniku relatat, maħsuba biss għall-appoġġ tat-Task Force Reġjonali għall-Unjoni Afrikana jew l-użu minnha.

▼B

2.  Il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u ta' kwalunkwe materjal relatat jew l-għoti ta' servizzi jew għajnuna u taħriġ tekniku msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

3.  L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont il-UNSCR 1533 (2004) (Kumitat tas-Sanzjonijiet) notifika minn qabel ta' kull kunsinna ta' armi u materjal relatat għar-RDK, jew b’kwalunkwe għoti ta' għajnuna teknika, finanzjarja, servizzi ta' senserija u servizzi oħrajn relatati ma' attivitajiet militari fir-RDK, minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 (a) u (b). Tali notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq, l-utent aħħari, id-data proposta għall-kunsinna u l-itinerarju ta' kunsinni bil-baħar.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kunsinni taħt il-paragrafu 1 fuq bażi ta' każ b’każ, b’kont sħiħ meħud tal-kriterji stabbiliti fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari ( 4 ). L-Istati Membri għandhom jeħtieġu salvagwardji adegwati kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjonijiet mogħtijin skont il-paragrafu 2 u, fejn ikun adatt, jieħdu provvedimenti għar-ripatrijazzjoni tal-armi u l-materjal relatat ikkonsenjati.

▼M7

Artikolu 3

Il-miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2) għandhom jiġu imposti fuq persuni u entitajiet deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-ingaġġ fi jew biex jagħtu appoġġ atti li jimminaw il-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK. Tali atti jinkludu:

(a) li jaġixxu kontra l-embargo fuq l-armi u l-miżuri relatati kif imsemmi fl-Artikolu 1;

(b) li jkunu politiċi u militari ta' gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatriazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti li jappartjenu lil dawk il-gruppi;

(c) li jkunu mexxejja politiċi u militari ta' milizzji Kongoliżi, inklużi dawk li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-kombattenti tagħhom fil-proċessi ta' diżarm, id-demobilizzazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid;

(d) li jirreklutaw jew jużaw it-tfal f'konflitti armati fir-RDK bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

(e) li jkunu involuti fl-ippjanar, it-tmexxija, jew li jipparteċipaw fl-immirar ta' tfal jew nisa f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt armat, inkluż il-qtil u l-mankament, l-istupru u vjolenza sesswali oħra, il-ħtif, l-ispostament furzat, u attakki fuq skejjel u sptarijiet;

(f) li jfixklu l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fir-RDK;

(g) li jappoġġaw individwi jew entitajiet inklużi gruppi armati, involuti f'attivitajiet destabbilizzanti fir-RDK permezz tal-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali, inklużi d-deheb jew l-annimali selvaġġi kif ukoll il-prodotti mill-annimali selvaġġi;

(h) li jaġixxu f'isem jew li huma mmexxija minn individwu jew entità indikata, jew li jaġixxu f'isem jew li huma mmexxija minn entità li hija proprjetà ta' individwu jew entità deżinjati;

(i) li jippjanaw, imexxu, jisponsorjaw jew jieħdu sehem f'attakki kontra l- MONUSCO jew il-persunal tan-NU;

(j) li jipprovdu appoġġ finanzjarju, materjali, jew teknoloġiku għal, jew prodotti jew servizzi lil individwu jew entità deżinjati.

Il-persuni u l-entitajiet rilevanti huma elenkati fl-Anness.

▼B

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-persuni msemmijin fl-Artikolu 3.

2.  Il-paragrafu 1 m'għandux jobbliga lil Stat Membru li jiċħad id-dħul taċ-ċittadini tiegħu stess fit-territorju tiegħu.

3.  Il-paragrafu 1 m’għandux japplika meta l-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

(a) jiddetermina minn qabel u fuq bażi ta' każ b’każ li d-dħul jew it-transitu ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' bżonn umanitarju, inkluż obbligu reliġjuż,

(b) jikkonkludi li eżenzjoni tkun qed tiffavorixxi l-objettivi tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà, jiġifieri l-paċi u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali fir-RDK u l-istabbiltà fir-reġjun,

(c) jawtorizza minn qabel u fuq bażi ta' każ b’każ it-transitu ta' individwi li sejrin lura lejn it-territorju tal-Istat tan-nazzjonalità tagħhom jew li qed jieħdu sehem fi sforzi biex jitressqu lejn il-ġustizzja persuni li wettqu ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-liġi umanitarja internazzjonali,

jew meta tali dħul jew transitu jkun meħtieġ biex jitwettaq il-proċess ġudizzjarju.

4.  F’każijiet fejn, skont il-paragrafu 3, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta' persuni indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni konċernati minnha.

Artikolu 5

1.  Il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħrajn u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta' jew huma kkontrollati direttament jew indirettament mill-persuni jew l-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 3 jew li huma fil-pussess ta' entitajiet li huma l-proprjetà ta' jew huma kkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif identifikati fl-Anness, għandhom ikunu ffriżati.

2.  Fl-ebda każ m'għandhom fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jsiru disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni jew l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi, assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a) meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlasijiet ta' oġġetti tal-ikel, kiri jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, premji tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi pubbliċi;

(b) maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u r-rimborż ta' spejjeż assoċjati mal-għoti ta' servizzi legali;

(c) maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġi nazzjonali, għal servizzi ta' rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta' fondi ffriżati, jew assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra;

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru konċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u approvazzjoni minn dan tal-aħħar;

(e) is-suġġett ta' rahan jew sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali, f’liema każ il-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dak ir-rahan jew dik is-sentenza bil-kondizzjoni li r-rahan jew is-sentenza kienu ddaħħlu qabel l-inklużjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-persuna jew l-entità kkonċernata, u mhix għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 3, wara notifika mill-Istat Membru konċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

4.  L-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3(a), (b) u (c) jistgħu jsiru wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-Istati Membru konċernat tal-intenzjoni tiegħu li jawtorizza, fejn ikun adatt, l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien erbat ijiem tax-xogħol minn tali notifika.

5.  Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta’:

(a) imgħax jew introjti oħrajn fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew seħħew qabel id-data meta dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi,

bil-kondizzjoni li kull tali imgħax, qligħ u ħlasijiet oħrajn ikomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 6

Il-Kunsill għandu jemenda l-lista li tinsab fl-Anness abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 7

1.  Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenkaw persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna jew l-entità kkonċernata, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, sabiex b'hekk tali persuna jew entità tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

2.  Fejn jintbagħtu osservazzjonijiet jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew l-entità kkonċernata kif meħtieġ.

Artikolu 8

1.  L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.  L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward ta' persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness għandu jinkludi wkoll id-data tal-inklużjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, emendata jew mħassra kif ikun adatt, kif iddeterminat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 10

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK hija b’dan imħassra.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

▼M7




ANNESS

(a) Lista ta' persuni msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5.

1.   Eric BADEGE

Data tat-Twelid: 1971.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont ir-rapport finali tal-15 ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, “… Il-Logutenent Kurunell Eric Badege kien sar il-punt ċentrali tal-M23 f'Masisi u mexxa operazzjonijiet konġunti …” ma' mexxej militari ieħor. Barra minn hekk, “serje ta' attakki kkoordinati li saru f'Awwissu [2012] mil-Logutenent Kurunell Badege … ippermettew lill-M23 jiddestabbilizza parti konsiderevoli mit-territorju ta' Masisi.” Skont ex kombattenti, il-Logutenent Kurunell Badege … aġixxa skont l-ordnijiet tal-Kurunell Makenga meta orkestra l-attakki. Bħala kmandant militari tal-M23, Badege hu responsabbli għal ksur serju immirat kontra tfal u nisa f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, kien hemm diversi inċidenti kbar ta' qtil bla diskriminazzjoni ta' ċivili, fosthom nisa u tfal. Minn Mejju 2012 Raia Mutomboki, taħt il-kmand tal-M23, qatlu mijiet ta' ċivili f'serje ta' attakki kkoordinati. F'Awwissu, Badege wettaq attakki konġunti li involvew il-qtil bla diskriminazzjoni ta' ċivili. Ir-rapport ta' Novembru tal-Grupp ta' Esperti jiddikjara li dawn l-attakki ġew orkestrati b'mod konġunt minn Badege u l-Kurunell Makoma Semivumbi Jacques.

Skont ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti, mexxejja lokali minn Masisi ddikjaraw li Badege kkmanda dawn l-attakki tar-Raia Mutomboki fuq l-art. Skont artikolu tar-Radju Okapi tat-28 ta' Lulju 2012, “l-amministratur ta' Masisi ħabbar dan is-Sibt, 28 ta' Lulju, id-diżerzjoni tal-kmandant tat-Tieni Battaljun tal-410 Reġiment tal-bażi FARDC Nyabiondo, daqs tletin kilometru Majjistral ta' Goma fit-Tramuntana ta' Kivu. Skont dan, il-Kurunell Eric Badege u iktar minn mitt suldat nhar il-Ġimgħa rħewla lejn Rubay, 80 kilometru Tramuntana ta' Nabiondo. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata minn diversi sorsi.” Skont artikolu tat-23 ta' Novembru 2012 tal-BBC, l-M23 ġie ffurmat meta ex membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra kondizzjonijiet u pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta' paċi tat-23 ta' Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fl-FARDC. L-M23 huwa impenjat f'operazzjonijiet militari attivi sabiex jieħu kontroll ta' territorju fil-Lvant tar-RDK, skont ir-rapport tal-IPIS ta' Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu għall-kontroll ta' diversi bliet u rħula fil-Lvant tar-RDK fl-24 u l-25 ta' Lulju 2012; l-M23 attakka lill-FARDC f'Rumangabo fis-26 ta' Lulju 2012; l-M23 keċċew lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta' Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta' Goma fl-20 ta' Novembru 2012. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, diversi ex kombattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew rekrutati bħala suldati tfal tal-M23. Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra.

Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra “[h]uwa ried jabbandunana,” bħala spjegazzjoni għaliex it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, “[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad dik kienet immedjatament il-mewt tagħhom.”

2.   Frank Kakolele BWAMBALE

Deżinjazzjoni: Ġeneral tal-FARDC.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni Oħra: Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f'Kinshasa. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-gvern tar-RDK, inkluż il-parteċipazzjoni f'missjoni tal-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011. L-awtoritajiet tar-RDK arrestawh f'Diċembru 2013 f'Beni, Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, talli allegatament imblokka l-proċess tad-DDR.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ex mexxej tal-RCD-ML, eżerċita influwenza fuq linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RCD-ML, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Ġeneral tal-FARDC, mingħajr kariga minn Ġunju 2011. Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f'Kinshasa. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-gvern tar-RDK, inkluż il-parteċipazzjoni f'missjoni ta' STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011.

3.   Gaston IYAMUREMYE

Deżinjazzjoni: a) President tal-FDLR, b) it-tieni Viċi President tal-FDLR-FOCA.

Indirizz: Minn Ġunju 2014, ibbażat fil-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu.

Data tat-Twelid: 1948.

Post tat-Twelid: a) Distrett ta' Musanze, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda, b) Ruhengeri, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

Informazzjoni oħra: Brigadier Ġenerali.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont bosta sorsi, inkluż il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, Gaston Iyamuremye huwa t-tieni viċi president tal-FDLR u huwa kkunsidrat bħala membru ewlieni tat-tmexxija militari u politika tal-FDLR. Gaston Iyamuremye mexxa wkoll l-uffiċċju ta' Ignace Murwanashyaka (President tal-FDLR) f'Kibua, ir-RDK sa Diċembru 2009. President tal-FDLR u t-Tieni Viċi President tal-FDLR-FOCA, minn Ġunju 2011, ibbażat f'Kalonge, il-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu.

4.   Innocent KAINA

Post tat-Twelid: Bunagana, territorju ta' Rutshuru, RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.

Informazzjoni oħra: Fi Rwanda sa minn tard fl-2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Innocent Kaina bħalissa huwa Kmandant Settorjali fil-Mouvement du 23 Mars (M23). Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tal-liġi internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem. F'Lulju 2007 it-Tribunal Militari tal-Gwarniġġjon ta' Kinshasa sab lil Kaina responsabbli għal atti kriminali kontra l-umanità li saru fid-Distrett ta' Ituri, bejn Mejju 2003 u Diċembru 2005. Huwa nħeles fl-2009 bħala parti mill-ftehim ta' paċi bejn il-gvern Kongoliż u s-CNDP. Fi ħdan il-FARDC fl-2009, huwa kien ħati ta' eżekuzzjonijiet, ħtif u mankamenti fit-territorju ta' Masisi. Bħala Kmandant taħt it-tmexxija tal-Ġeneral Ntaganda, huwa ta bidu għar-ribelljoni tal-ex CNDP fit-territorju ta' Rutshuru f'April 2012. Huwa żgura s-sigurtà ta' dawk li rribellaw barra minn Masisi. Bejn Mejju u Awwissu 2012, huwa mexxa r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' aktar minn 150 tifel u tifla għar-ribelljoni tal-M23, u spara lis-subien li ppruvaw jaħarbu. F'Lulju 2012 ivjaġġa lejn Berunda u Degho għal attivitajiet ta' mobilizzazzjoni u reklutaġġ għall-M23.

5.   Jérôme KAKWAVU BUKANDE

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Mogħti l-grad ta' Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, inżamm fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra. F'Novembru 2014, ingħata sentenza minn qorti militari tar-RDK għal għaxar snin priġunerija għal stupru, qtil, u tortura.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ex President tal-UCD/FAPC. Il-kontroll tal-FAPC ta' postijiet illegali fuq il-fruntiera bejn l-Uganda u r-RDK — rotta ta' transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Bħala President tal-FAPC, huwa eżerċita influwenza fuq il-politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentement, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (SRSG) għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri fl-2002. Wieħed minn ħames uffiċjali anzjani tal-FARDC li ġew akkużati b'delitti serji li kienu jinvolvu l-vjolenza sesswali u li l-każijiet tagħhom kienu tressqu għall-attenzjoni tal-Gvern mill-Kunsill tas-Sigurtà waqt iż-żjara tiegħu fl-2009. Mogħti l-grad ta' Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, miżmum fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra.

6.   Germain KATANGA

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Maħtur Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Instab ħati f'Mejju 2014 mill-QKI għal 12-il sena ħabs għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità. Attwalment il-ħabs fin-Netherlands.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kap tal-FRPI. Involut fi trasferimenti ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Maħtur Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Il-proċess tiegħu beda f'Novembru 2009.

7.   Thomas LUBANGA

Post tat-Twelid: Ituri, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Trasferit għall-QKI fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' erbatax-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza. Attwalment il-ħabs fin-Netherlands.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Trasferit għall-QKI mill-awtoritajiet tar-RDK fis-17 ta' Marzu 2006. Il-proċess tiegħu beda f'Jannar 2009 u mistenni jintemm fl-2011. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' erbatax-il sena ħabs. Huwa appella mis-sentenza tal-qorti.

8.   Sultani MAKENGA

Data tat-Twelid: 25 ta' Diċembru 1973.

Post tat-Twelid: Rutshuru, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 13 ta' Novembru 2012.

Informazzjoni oħra: Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Fl-Uganda sa minn tard fl-2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sultani Makenga huwa mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Bħala mexxej ta' M23 (magħruf ukoll bħala l-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża), Sultani Makenga wettaq u huwa responsabbli għal ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi nisa u tfal fil-mira f'sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati, inkluż qtil u mankament, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Huwa kien ukoll responsabbli għal ksur tal-liġi internazzjonali relatat mal-azzjonijiet ta' M23 fir-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'kunflitti armati fir-RDK. Taħt il-kmand ta' Sultani Makenga, l-M23 wettaq atroċitajiet estensivi kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK. Skont xhieda u rapporti, il-militanti li operaw taħt il-kmand ta' Sultani Makenga wettqu stupri madwar it-territorju ta' Rutshuru kontra nisa u tfal, li wħud minnhom kien għad kellhom biss 8 snin, bħala parti minn politika biex jikkonsolidaw il-kontroll fit-territorju ta' Rutshuru. Taħt il-kmand ta' Makenga, M23 għamel kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fir-RDK u fir-reġjun, kif ukoll qatel, immanka, u darab għexieren ta' tfal. Ħafna mir-rekluti tfal furzati kienu taħt l-età ta' 15-il sena. Makenga ġie rrappurtat ukoll li rċieva armi u materjal relatat bi ksur ta' miżuri meħuda mir-RDK biex timplimenta l-embargo fuq l-armi, inklużi ordinanzi domestiċi fuq l-importazzjoni u l-pussess ta' armi u materjal relatat. L-azzjonijiet ta' Makenga bħala l-mexxej ta' M23 inkludew ksur serju tal-liġi internazzjonali u atroċitajiet kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, u ggravaw il-kundizzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà, spostament, u kunflitt fir-reġjun. Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

9.   Khawa Panga MANDRO

Data tat-Twelid: 20 ta' Awwissu 1973.

Post tat-Twelid: Bunia, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Miżmum il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, sussegwentement trasferit għall-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. F'Awwissu 2014, qorti militari tar-RDK f'Kisangani sabitu ħati għal reati tal-gwerra u reati kontra l-umanità, u kkundannatu għal disa' snin ħabs, u ordnatlu jħallas madwar USD 85 000 lill-vittmi tiegħu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ex President ta' PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-2001 sal-2002. Miżmum il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, sussegwentement trasferit għall-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. Minn Ġunju 2011 miżmum fil-Ħabs Ċentrali ta' Makala, f'Kinshasa.

10.   Callixte MBARUSHIMANA

Data tat-Twelid: 24 ta' Lulju 1963.

Post tat-Twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni oħra: Arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009 u ttrasferit għall-Aja fil-25 ta' Jannar 2011, iżda ġie meħlus mill-QKI fl-aħħar tal-2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR u Viċi President tal-kmand militari għoli tal-FDLR sal-arrest tiegħu. Mexxej Politiku/Militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, skont ir-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009 u ttrasferit fl-Aja fil-25 ta' Jannar 2011.

11.   Iruta Douglas MPAMO

Indirizz: Gisenyi, ir-Rwanda (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: a) 28 ta' Diċembru 1965, b) 29 ta' Diċembru 1965.

Post tat-Twelid: a) Bashali, Masisi, ir-RDK, b) Goma, ir-RDK, c) Uvira, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Mhijiex magħrufa l-okkupazzjoni minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC).

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħha ntużaw biex jipprovdu għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi ta' informazzjoni taħt forma oħra dwar titjiriet u merkanziji apparentament sabiex jippermetti l-ksur tal-embargo fuq l-armi. Mhijiex magħrufa l-okkupazzjoni minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC).

12.   Sylvestre MUDACUMURA

Indirizz: Il-Foresta ta' Kikoma, ħdejn Bogoyi, Walikale, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Kmandant militari tal-FDLR-FOCA, kif ukoll l-ewwel Viċi President politiku u kap tal-Kmand Għoli tal-FOCA, b'hekk ġew ikkombinati l-funzjonijiet ta' kmand militari u politiku ġenerali minn mindu ġew arrestati l-kapijiet tal-FDLR fl-Ewropa. Mill-2014, ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-FDLR fi Nganga, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant tal-FDLR, jeżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika, u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fi traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mudacumura (jew membri tal-persunal) kien f'komunikazzjoni telefonika mal-mexxej tal-FDLR Murwanashyaka fil-Ġermanja, inkluż fiż-żmien tal-Massakru ta' Busurungi f'Mejju 2009, u mal-kmandant militari l-Maġġur Guillaume waqt l-operazzjonijiet Umoja Wetu u Kimia II fl-2009. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 27 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2007. Kmandant militari tal-FDLR-FOCA, kif ukoll l-ewwel Viċi President politiku u kap tal-Kmand Għoli tal-FOCA, b'hekk ġew ikkombinati l-funzjonijiet ta' kmand militari u politiku ġenerali minn mindu ġew arrestati l-kapijiet tal-FDLR fl-Ewropa.

13.   Leodomir MUGARAGU

Indirizz: Il-Kwartieri Ġenerali ta' FDLR fil-Foresta ta' Kikoma, ħdejn Bogoyi, Walikale, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: a) 1954 b) 1953.

Post tat-Twelid: a) Kigali, ir-Rwanda b) Rushashi, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

Informazzjoni oħra: Kap tal-Persunal tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont rapportar minn sorsi miftuħa u rapportar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap tal-Persunal tal-Forces Combattantes Abucunguzi/Forza Kombattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR. Skont rappurtar uffiċjali Mugaragu jagħmel pjanijiet f'livell għoli għall-operazzjonijiet militari tal-FDLR fil-Lvant tar-RDK. Kap tal-Persunal tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni.

14.   Leopold MUJYAMBERE

Indirizz: Nyakaleke (ix-Xlokk ta' Mwenga), in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK.

Data tat-Twelid: a)17 ta' Marzu 1962, b) Bejn wieħed u ieħor 1966.

Post tat-Twelid: Kigali, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni oħra: Minn tard fl-2014, aġent Deputat Kmandant tal-FDLR/FOCA, ibbażat f'Nganga, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA/il-Brigati ta' Riżerva (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn in-nofs jew aktar tal-età bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Minn Ġunju 2011, Kmandant tas-settur operattiv tan-Nofsinhar ta' Kivu, issa msejjaħ “Amazon” tal-FDLR-FOCA.

15.   Jamil MUKULU

Deżinjazzjoni: a) Kap tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), b) Kmandant, Forzi Demokratiċi Alleati.

Data tat-Twelid: a) 1965, b) 1 ta' Jannar 1964.

Post tat-Twelid: Il-Villaġġ ta' Ntoke, Sotto Kontea ta' Ntenjeru, Distrett ta' Kayunga, Uganda.

Nazzjonalità: Ugandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' Ottubru 2011.

Informazzjoni oħra: Sa tard fl-2014, ma kienx magħruf fejn jinsab; madankollu hu maħsub li jinsab fit-Tramuntana ta' Kivu, fir-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont rapportar minn sorsi miftuħa u rapportar uffiċjali, inklużi r-rapporti tal-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU dwar ir-RDK, is-Sur Jamil Mukulu huwa l-mexxej militari tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), grupp armat barrani li jopera fir-RDK li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti tal-ADF, kif deskritt fil-paragrafu 4(b) tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008). Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU dwar ir-RDK irrapporta li Mukulu pprovda tmexxija u appoġġ materjali lill-ADF, grupp armat li jopera fit-territorju tar-RDK. Skont bosta sorsi, inklużi r-rapporti tal-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU dwar ir-RDK, Jamil Mukulu kompla wkoll ikollu influwenza fuq il-linji ta' politika, ipprovda finanzjament u żamm kmand dirett u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-ADF fuq il-post, inkluża s-superviżjoni ta' rabtiet ma' netwerks terroristiċi internazzjonali.

16.   Ignace MURWANASHYAKA

Titolu: Dr

Data tat-Twelid: 14 ta' Mejju 1963.

Post tat-Twelid: a) Butera, Rwanda, b) Ngoma, Butare, Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Sostitwit minn Gaston Iamuremye, magħruf bħala “Rumuli”, bħala President tal-FDLR-FOCA. Il-proċess ta' Murwanashyaka għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President tal-FDLR, u kmandant suprem tal-forzi armati tal-FDLR, jeżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika, u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fi traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. F'komunikazzjoni telefonika mal-kmandanti militari tal-FDLR fuq il-post (inkluż matul il-massakru f'Busurungi f'Mejju 2009); ta ordinijiet militari lill-kmandanti għoljin; involut fil-koordinazzjoni tat-trasferiment ta' armi u munizzjon lill-unitajiet tal-FDLR u t-twassil ta' struzzjonijiet speċifiċi għall-użu; amministra somom kbar ta' flus li rriżultaw mill-bejgħ illeċitu ta' riżorsi naturali f'żoni taħt il-kontroll tal-FDLR. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kellu responsabbiltà ta' kmand bħala l-President u l-kmandant militari tal-FDLR għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-FDLR fil-Lvant tal-Kongo. Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Sostitwit minn Gaston Iamuremye, magħruf bħala “Rumuli”, bħala President tal-FDLR-FOCA. Il-proċess ta' Murwanashyaka għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża.

17.   Straton MUSONI

Data tat-Twelid: a) 6 ta' April 1961, b) 4 ta' Ġunju 1961.

Post tat-Twelid: Mugambazi, Kigali, Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Il-proċess ta' Musoni għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża. Sostitwit minn Sylvestre Mudacumura bħala l-ewwel Viċi President tal-FDLR.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Permezz tat-tmexxija tiegħu tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK, Musoni qiegħed jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1649 (2005). Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Il-proċess ta' Musoni għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża. Sostitwit minn Sylvestre Mudacumura bħala l-ewwel Viċi President tal-FDLR.

18.   Jules MUTEBUTSI

Data tat-Twelid: 1964.

Post tat-Twelid: Minembwe, in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Kien Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-għaxar Reġjun Militari f'April 2004, ġie mkeċċi minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Minn dak iż-żmien qed jgħix f'semilibertà f'Kigali (mhux awtorizzat jitlaq mill-pajjiż).

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ingħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Implikat fir-riċeviment ta' armi barra l-istrutturi tal-FARDC u l-forniment ta' provvisti lil gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Kien Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-għaxar Reġjun Militari f'April 2004, ġie mkeċċi minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Minn dak iż-żmien qed jgħix f'semilibertà f'Kigali (mhux awtorizzat jitlaq mill-pajjiż).

19.   Baudoin NGARUYE WA MYAMURO

Titolu: Mexxej militari tal-Mouvement du 23 Mars (M23).

Deżinjazzjoni: Brigadier Ġenerali.

Indirizz: Rubavu/Mudende, ir-Rwanda.

Data tat-Twelid: a) 1 ta' April 1978 b) 1978.

Post tat-Twelid: a) Bibwe, ir-RDK b) Lusamambo, it-territorju ta' Lubero, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: FARDC ID 1-78-09-44621-80.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.

Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tard fl-2014, jgħix fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

F'April 2012, Ngaruye mexxa r-ribelljoni tal-ex CNDP, magħruf bħala l-Mouvement du 23 Mars (M23), taħt l-ordnijiet tal-Ġeneral Ntaganda. Bħalissa huwa għandu t-tielet l-ogħla kariga fost il-kmandanti militari fl-M23. Il-Grupp ta' esperti dwar ir-RDK preċedentement kienu rrakkomandaw li jiġi deżinjat fl-2008 u l-2009. Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi internazzjonali. Huwa rrekluta u ħarreġ mijiet ta' tfal għall-M23 bejn l-2008 u l-2009 u mbagħad lejn tmiem l-2010. Huwa wettaq qtil, mankament u ħtif, ħafna drabi bin-nisa fil-mira. Huwa responsabbli għal eżekuzzjonijiet u tortura tad-diżerturi fl-M23. Fl-2009 fil-FARDC, huwa ta l-ordnijiet biex jinqatlu l-irġiel kollha fil-villaġġ ta' Shalio, f'Walikale. Huwa pprovda wkoll armi, munizzjonijiet u salarji f'Masisi u Walikale taħt l-ordnijiet diretti mingħand Ntaganda. Fl-2010 orkestra l-ispostament furzat u l-esproprjazzjoni tal-popolazzjonijiet fiż-żona ta' Lukopfu. Huwa kien ukoll involut b'mod estensiv fin-netwerks kriminali fi ħdan il-FARDC li jagħmlu qligħ mill-kummerċ minerali li wassal għal tensjonijiet u vjolenza mal-Kurunell Innocent Zimurinda fl-2011. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16.3.2013 f'Gasizi/Rubavu.

20.   Mathieu, Chui NGUDJOLO

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. Inħeles minn kull akkuża miġjuba kontrih mill-QKI f'Diċembru 2012. Wara li ġie rilaxxat mill-kustodja, ġie arrestat mill-awtoritajiet Netherlandiżi, u ressaq talba għall-asil fin-Netherlands. Il-Prosekuzzjoni appellat id-deċiżjoni tal-QKI; is-seduti saru f'Ottubru 2014 u d-deċiżjoni ilha pendenti sa minn Diċembru 2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kap tal-Persunal tal-FNI u ex Kap tal-Persunal tal-FRPI, eżerċita influwenza fuq linji ta' politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena f'Ituri fl-2006. Arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. Inħeles minn kull akkuża miġjuba kontrih mill-QKI f'Diċembru 2012. Wara li ġie rilaxxat mill-kustodja, ġie arrestat mill-awtoritajiet Netherlandiżi, u ressaq talba għall-asil fin-Netherlands.

21.   Floribert Ngabu NJABU

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit fl-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil. F'Lulju 2014, huwa ġie ddeportat min-Netherlands lejn ir-RDK, fejn huwa kien tqiegħed taħt arrest.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President ta' FNI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit fl-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil; il-każ bħalissa jinsab taħt appell.

22.   Laurent NKUNDA

Data tat-Twelid: a) 6 ta' Frar 1967 b) 2 ta' Frar 1967.

Post tat-Twelid: Katoyi, Kivu tat-Tramuntana, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Kien il-Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998-2006; Uffiċjal Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradit għad-delitti li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwisjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda appellaw quddiem il-Qorti Militari tar-Rwanda.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ingħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Irċieva armi barra l-FARDC bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 264 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2007. Kien il-Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998-2006; Uffiċjal Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradizt għad-delitti li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwisjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda bdew proċedura mal-Qorti Militari tar-Rwanda. Għad għandu xi influwenza fuq ċerti elementi tas-CNDP.

23.   Felicien NSANZUBUKIRE

Deżinjazzjoni: Kap tal-ewwel battaljun tal-FDLR/FOCA, ibbażat fiż-żona Uvira-Sange tan-Nofsinhar ta' Kivu.

Indirizz: Magunda, it-territorju ta' Mwenga, in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: 1967.

Post tat-Twelid: a) Murama, Kigali, Rwanda, b) Rubungo, Kigali, Rwanda, c) Kinyinya, Kigali, Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

Informazzjoni oħra: Membru tal-FDLR mill-inqas mill-1994 u jopera fil-Lvant tar-RDK minn Ottubru 1998.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Felicien Nsanzubukire ssorvelja u kkoordina t-traffikar ta' munizzjon u armi bejn mill-inqas Novembru 2008 u April 2009 mir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, permezz tal-Lag Tanganyika, lejn unitajiet tal-FDLR ibbażati fiż-żoni Uvira u Fizi tan-Nofsinhar ta' Kivu. Kap tal-ewwel battaljun tal-FDLR-FOCA, ibbażat fiż-żona Uvira-Sange tan-Nofsinhar ta' Kivu. Membru tal-FDLR mill-inqas mill-1994 u jopera fil-Lvant tar-RDK minn Ottubru 1998.

24.   Pacifique NTAWUNGUKA

Deżinjazzjoni: Kmandant, is-Settur Opeattiv tat-Tramuntana ta' Kivu “SONOKI” tal-FDLR-FOCA.

Indirizz: Matembe, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1964, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1964.

Post tat-Twelid: Gaseke, Provinċja ta' Gisenyi, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni oħra: Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu. Minn tard fl-2014, ibbażat fiż-żona Tongo, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn in-nofs jew aktar tal-età bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu.

25.   James NYAKUNI

Nazzjonalità: Ugandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sħab fil-kummerċ ma' Jerome Kakwavu, b'mod partikolari f'kuntrabandu fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta' armi u materjal militari fi trakkijiet li ma jiġux iċċekkjati. Ksur tal-embargo fuq l-armi u l-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom joperaw b'mod militari.

26.   Stanislas NZEYIMANA

Deżinjazzjoni: Viċi kmandant tal-FDLR-FOCA.

Indirizz: Mukobervwa, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1966 b) 28 ta' Awwissu 1966 c) Bejn wieħed u ieħor fl-1967.

Post tat-Twelid: Mugusa, Butare, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni oħra: Għeb waqt li kien fit-Tanzanija kmieni fl-2013. Mhux magħruf fejn jinsab minn tard fl-2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Viċi Kmandant tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn in-nofs jew aktar tal-età bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà.

27.   Dieudonné OZIA MAZIO

Data tat-Twelid: 6 ta' Ġunju 1949.

Post tat-Twelid: Ariwara, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skemi finanzjarji ma' Jerome Kakwavu u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, li ppermetta li provvisti u flus kontanti isiru disponibbli għal Kakwavu u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008.

28.   Jean-Marie Lugerero RUNIGA

Deżinjazzjoni: M23, President.

Indirizz: Rubavu/Mudende, ir-Rwanda.

Data tat-Twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1960, b) 9 ta' Settembru 1966.

Post tat-Twelid: Bukavu, ir-RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tard fl-2014, residenti fir-Rwanda.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Dokument tad-9 ta' Lulju 2012 iffirmat mill-mexxej tal-M23 Sultani Makenga ħatar lil Runiga bħala l-koordinatur tal-qasam politiku tal-M23. Skont id-dokument, il-ħatra ta' Runiga nħolqot minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-kawża tal-M23. Runiga huwa msemmi bħala l-'President' tal-M23 f'entrati fis-sit tal-Internet tal-grupp. Ir-rwol mexxej tiegħu huwa kkorraborat mir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, li jirriferi għal Runiga bħala l-'mexxej tal-M23'. Skont artikolu tat-13 ta' Diċembru 2012 tal-Associated Press, Runiga wera lill-Associated Press lista ta' talbiet li huwa qal ser jiġu ppreżentati lill-gvern tal-Kongo. Inklużi fit-talbiet huma r-riżenja ta' Kabila u x-xoljiment tal-assemblea nazzjonali. Runiga indika li jekk jingħata l-opportunità, l-M23 jista' jerġa' jieħu Goma. “U għall-mument mhux ser nirtiraw,” qal Runiga lill-Associated Press. Huwa indika wkoll li l-fergħa politika tal-M23 għandha terġa' tieħu l-kontroll ta' Goma bħala prekondizzjoni għan-negozjati. “Naħseb li l-membri tagħna li qegħdin f'Kampala jirrappreżentawna. Fi żmien debitu, ser inkun hemm jien ukoll. Qed nistenna li jiġu organizzati l-affarijiet u meta Kabila jkun hemm, jien immur ukoll,” qal Runiga. Skont artikolu tas-26 ta' Novembru 2012 f'Le Figaro, Runiga ltaqa' mal-President tar-RDK Kabila fl-24 ta' Novembru 2012 biex jibda diskussjonijiet. Separatament, f'intervista ma' Le Figaro, Runiga stqarr, “L-M23 huwa kompost primarjament minn ex membri militari tal-FARDC li telqu biex jipprotestaw kontra n-nuqqas ta' osservanza tal-patti tat-23 ta' Marzu 2009.”

Huwa żied jgħid, “Is-suldati tal-M23 huma diżerturi mill-armata li telqu bl-armi tagħhom f'idejhom. Reċentement, aħna rkuprajna ħafna tagħmir minn bażi militari f'Bunagana. Għal issa, dan jippermettielna li kull jum nieħdu lura t-territorju u li nimbuttaw lura l-attakki kollha mill-FARDC. Ir-rivoluzzjoni tagħna hija Kongoliża, immexxjia mill-Kongoliżi, għall-poplu Kongoliż.” Skont artikolu ta' Reuters tat-22 ta' Novembru 2012, Runiga stqarr li l-M23 kellu l-kapaċità li jżomm Goma wara li l-forzi tal-M23 ġew imsaħħa minn suldati Kongoliżi li rribellaw mill-FARDC: “L-ewwel nett għandna armata dixxiplinata, u għandna wkoll is-suldati tal-FARDC li ngħaqdu magħna. Dawn huma ħutna, ser jitħarrġu mill-ġdid u jiġu riabilitati, imbagħad ser naħdmu magħhom.” Skont artikolu tas-27 ta' Novembru 2012 ippubblikat f'The Guardian, Runiga indika li l-M23 ser jirrifjuta li jobdi appell minn mexxejja reġjonali tal-Konferenza Internazzjonali tal-Lagi l-Kbar li jitilqu minn Goma sabiex iħejju t-triq għal taħdidiet ta' paċi. Minflok, Runiga stqarr li l-irtirar tal-M23 minn Goma jkun ir-riżultat, mhux prekondizzjoni, tan-negozjati. Skont ir-Rapport Finali tal-15 ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, Runiga mexxa delegazzjoni li marret Kampala, l-Uganda fid-29 ta' Lulju 2012 u ffinalizza l-aġenda ta' 21 punt tal-moviment tal-M23 qabel in-negozjati antiċipati fil-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar. Skont artikolu tat-23 ta' Novembru 2012 tal-BBC, l-M23 ġie ffurmat meta ex membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra kondizzjonijiet u pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta' paċi tat-23 ta' Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fl-FARDC.

L-M23 huwa impenjat f'operazzjonijiet militari attivi sabiex jieħu kontroll ta' territorju fil-Lvant tar-RDK, skont ir-rapport tal-IPIS ta' Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu għall-kontroll ta' diversi bliet u rħula fil-Lvant tar-RDK fl-24 u l-25 ta' Lulju 2012; l-M23 attakka lill-FARDC f'Rumangabo fis-26 ta' Lulju 2012; l-M23 keċċew lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta' Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta' Goma fl-20 ta' Novembru 2012. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, diversi ex kombattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew rekrutati bħala suldati tfal tal-M23. Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra “[h]uwa ried jabbandunana,” bħala spjegazzjoni għaliex it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, “[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad dak wassal immedjatament għall-mewt tagħhom.” Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu.

29.   Ntabo Ntaberi SHEKA

Deżinjazzjoni: Kap Kmandant, Nduma Defence of Congo, grupp Mayi Mayi Sheka

Data tat-Twelid: 4 ta' April 1976.

Post tat-Twelid: Territorju ta' Walikalele, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta' Novembru 2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ntabo Ntaberi Sheka, Kap Kmandant tal-fergħa politika tal-Mayi Mayi Sheka, huwa l-mexxej politiku tal-grupp armat Kongoliż li jimpedixxi d-diżarm, id-demobilizzazzjoni, jew ir-reintegrazzjoni tal-ġellieda. Il-Mayi Mayi Sheka huwa grupp ta' milizzja bbażat fil-Kongo li jopera minn bażijiet fit-territorju ta' Walikale fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Il-grupp Mayi Mayi Sheka wettaq attakki fuq minjieri fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, inkluż it-teħid tal-kontroll tal-minjieri ta' Bisiye u l-estorsjoni minn persuni tal-lokal. Ntabo Ntaberi Sheka wettaq ukoll ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati t-tfal. Ntabo Ntaberi Sheka ppjana u ordna sensiela ta' attakki fit-territorju ta' Walikale mit-30 ta' Lulju sat-2 ta' Awwissu 2010, biex jikkastiga l-popolazzjonijiet lokali akkużati li kkollaboraw mal-forzi tal-Gvern Kongoliż. Matul l-attakki, tfal ġew stuprati u maħtufin, soġġetti għal xogħol furzat u soġġetti għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Il-grupp ta' milizzja Mayi Mayi Sheka wkoll jirrekluta bil-forza lis-subien u jżomm tfal fl-iskjeramenti tagħhom mill-attivitajiet ta' reklutaġġ.

30.   Bosco TAGANDA

Indirizz: Goma, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: Bejn l-1973 u l-1974.

Post tat-Twelid: Bigogwe, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap tal-Persunal tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn mindu ġie arrestat Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Viċi Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR “Umoja Wetu”, “Kimia II”, u “Amani Leo” fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta' Kivu. Daħal fir-Rwanda f'Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f'idejn l-uffiċjali tal-QKI f'Kigali fit-22 ta' Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI fl-Aja, in-Netherlands. Fid-9 ta' Ġunju 2014, il-QKI ikkonfermat 13-il akkuża ta' delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta' delitti kontra l-umanità kontrih; il-proċess huwa ppjanat li jibda fit-2 ta' Ġunju 2015.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant militari tal-UPC/L, li jeżerċita influwenza fuq linji ta' politika u jżomm il-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa' barra l-FARDC. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri fl-2002 u l-2003, u kellu responsabbiltà diretta u/jew ta' kmand f'155 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2009. Bħala Kap tal-Persunal tas-CNDP, kellu responsabbiltà diretta u ta' kmand għall-massakru f'Kiwanja (Novembru 2008). Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Minn Ġunju 2011, huwa jgħix f'Goma u huwa s-sid ta' azjendi agrikoli kbar fiż-żona ta' Ngungu, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap tal-Persunal tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn mindu ġie arrestat Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Viċi Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR “Umoja Wetu”, “Kimia II”, u “Amani Leo” fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta' Kivu. Daħal fir-Rwanda f'Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f'idejn l-uffiċjali tal-QKI f'Kigali fit-22 ta' Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI fl-Aja, fejn inqrawlu l-akkużi kontrih fi smigħ preliminari fis-26 ta' Marzu.

31.   Innocent ZIMURINDA

Deżinjazzjoni: a) M23, Bde Comd,

Grad: Kurunell, b) Kurunell fl-FARDC.

Indirizz: Rubavu, Mudende.

Data tat-Twelid: a) 1 ta' Settembru 1972, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1975, c) 16 ta' Marzu 1972.

Post tat-Twelid: a) Ngungu, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK, b) Masisi, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

Informazzjoni oħra: Ġie integrat fl-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda de facto żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-kariga u jilbes l-uniformi li ħarġet ġdida tal-FARDC. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tard fl-2014, residenti fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont diversi sorsi, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, fil-kapaċità tiegħu bħala wieħed mill-kmandanti tal-231 Brigata tal-FARDC, ta ordnijiet li rriżultaw fil-massakru ta' aktar minn 100 rifuġjat Rwandi, il-biċċa l-kbira nisa u tfal, waqt operazzjoni militari fiż-żona ta' Shalio f'April 2009. Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK irrapporta li xhieda kienu raw b'għajnejhom stess lil-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda jirrifjuta li jeħles lil tlitt itfal mill-kmand tiegħu f'Kahlehe, fid-29 ta' Awwissu 2009. Skont bosta sorsi, qabel l-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, f'Novembru 2008 pparteċipa f'operazzjoni tas-CNDP li rriżultat fil-massakru ta' 89 pajżan, inklużi nisa u tfal, fir-reġjun ta' Kiwanja.

F'Marzu 2010, 51 grupp għad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed jaħdmu fil-Lvant tar-RDK allegaw li Zimurinda kien responsabbli għal diversi abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem li kienu jinvolvu l-qtil ta' għadd kbir ta' pajżana, inklużi nisa u tfal, bejn Frar 2007 u Awwissu 2007. Fl-istess ilment, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda ġie akkużat li kien responsabbli għall-istupru ta' għadd kbir ta' nisa u bniet. Skont dikjarazzjoni tal-21 ta' Mejju 2010 mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, Innocent Zimurinda kien involut fl-eżekuzzjoni arbitrarja ta' suldati tfal, inkluż matul l-operazzjoni Kimia II. Skont l-istess dikjarazzjoni, huwa ċaħad l-aċċess lill-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) biex jiċċekkjaw it-truppi għal minorenni. Skont il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, il-Logutenent Kurunell Zimurinda għandu responsabbiltà diretta u ta' kmand għar-reklutaġġ ta' tfal u għaż-żamma ta' tfal fi truppi taħt il-kmand tiegħu. Ġie integrat fl-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda de facto żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-kariga u jilbes l-uniformi li ħarġet ġdida tal-FARDC. Huwa jibqa' leali għal Bosco Ntaganda. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tard fl-2014, residenti fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda.

(b) Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4, u 5.

1.   ADF

Indirizz: Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Ġunju 2014.

Informazzjoni Oħra: Minn Diċembru 2014, l-ADF inqasam f'diversi gruppi żgħar. Jamil Mukulu jmexxi grupp wieħed, li fih diversi mexxejja għolja tal-ADF, u jinsab f'post mhux magħruf, probabbilment fil-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu. Seka Baluku jmexxi l-grupp ewlieni l-ieħor, li jopera fil-foresta fil-Grigal tal-belt ta' Beni fil-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu. L-ADF għandu wkoll netwerk ta' appoġġ mifrux fir-RDK, fl-Uganda, fir-Rwanda, u possibilment f'pajjiżi oħrajn.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Forzi Demokratiċi Alleati (“ADF”) inħoloq fl-1995 u jinsab fiż-żona muntanjuża tal-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda. Skont ir-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“GOE”), hekk kif jikkwota lill-uffiċjali tal-Uganda u s-sorsi tan-NU, fl-2013 l-ADF kellhom saħħa stmata ta' bejn 1 200 sa 1 500 ġellied armat li jinsabu fit-territorju tal-Grigal ta' Beni tal-provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, qrib il-fruntiera mal-Uganda. Dawn l-istess sorsi jistmaw is-sħubija totali tal-ADF — inklużi n-nisa u t-tfal — għal bejn 1 600 u 2 500 . Minħabba l-operazzjonijiet militari offensivi mill-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u l-Missjoni tal-Organizzazzjoni għall-Istabilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUSCO) li saru fl-2013 u fl-2014, l-ADF ferrex il-ġellieda tiegħu f'bosta bażijiet iżgħar, u ċaqlaq lin-nisa u t-tfal għal żoni fil-Punent ta' Beni, u mal-fruntiera bejn Ituri u t-Tramuntana ta' Kivu. Il-kmandant militari tal-ADF huwa Hood Lukwago u l-kap suprem tiegħu huwa l-individwu li ġie milqut mis-sanzjonijiet Jamil Mukulu.

L-ADF wettaq ksur serju tal-liġi internazzjonali u l-UNSCR 2078 (2012), inkluż kif dettaljat hawn taħt.

L-ADF irrekluta u uża suldati tfal bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli (il-paragrafu 4(d) tal-UNSCR)

Ir-rapport finali tal-2013 tal-GOE iddikjara li l-GOE għamel intervista lil tliet ex ġellieda tal-ADF li kienu ħarbu matul l-2013 u li ddeskrivew kif dawk li jirreklutaw mill-ADF fl-Uganda jattiraw lin-nies lejn ir-RDK b'wegħdiet foloz ta' impjieg (għall-adulti) u edukazzjoni b'xejn (għat-tfal) u mbagħad iġegħluhom jingħaqdu mal-ADF. Skont ir-rapport tal-GOE ukoll, ex ġellieda tal-ADF qalu lill-GOE li l-gruppi ta' taħriġ tal-ADF tipikament jinkludu rġiel adulti u subien u żewġ subien li ħarbu mill-ADF fl-2013 qalu lill-GOE li huma kienu rċevew taħriġ militari mill-ADF. Ir-rapport tal-GOE jinkludi wkoll rakkont tat-taħriġ tal-ADF minn “ex suldat tifel tal-ADF”.

Skont ir-rapport finali tal-2012 tal-GOE, ir-rekluti tal-ADF jinkludu tfal, kif intwera mill-każ tal-persuna li tirrekluta tal-ADF li nqabad mill-awtoritajiet tal-Uganda f'Kasese ma' sitt subien fi triqtu lejn ir-RDK f'Lulju 2012.

Eżempju speċifiku tar-reklutaġġ tal-ADF u l-użu tat-tfal jidher f'ittra tas-6 ta' Jannar 2009 mill-Ex Direttur tal-Afrika tal-Human Rights Watch, Georgette Gagnon, lill-Ex Ministru tal-Ġustizzja tal-Uganda, Kiddhu Makubuyu, li tgħid li tifel bl-isem ta' Bushobozi Irumba ġie sekwestrat fl-età ta' disa' snin mill-ADF fl-2000. Huwa kellu jipprovdi trasport u servizzi oħra lil ġellieda tal-ADF.

Barra minn hekk, “The Africa Report” ikkwotat allegazzjonijiet li l-ADF allegatament qed jirrekluta tfal mill-età żgħira ta' għaxar snin bħala suldati tfal u kelliem tal-Uganda People's Defence Force (UPDF) ġie kkwotat li ddikjara li l-UPDF salva 30 tifel minn kamp ta' taħriġ f'Buvuma Island f'Lake Victoria.

L-ADF wettaq ukoll għadd kbir ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u tad-dritt umanitarju internazzjonali kontra nisa u tfal, inkluż il-qtil, il-mankament u l-vjolenza sesswali (il-paragrafu 4(e) tal-UNSCR).

Skont ir-rapport finali tal-2013 tal-GOE, fl-2013 l-ADF attakka għadd kbir ta' rħula, li wassal biex aktar minn 66 000 persuna ħarbet lejn l-Uganda. Dawn l-attakki naqqsu l-popolazzjoni ta' żona kbira, li minn dak iż-żmien l-ADF qed jikkontrolla billi jaħtaf jew joqtol persuni li jirritornaw fl-irħula tagħhom. Bejn Lulju u Settembru 2013, l-ADF qata' ras mill-inqas ħames persuni fiż-żona ta' Kamango, spara lil ħafna oħrajn, u ssekwestra għexieren oħra. Dawn l-azzjonijiet itterrorizzaw lill-popolazzjoni lokali u żamm lin-nies lura milli jirritornaw lejn darhom.

Il-Global Horizontal Note, mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rappurtar ta' ksur serju kontra t-tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat — irrapporta lill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati (CAAC) li matul il-perijodu ta' rappurtar minn Ottubru sa Diċembru 2013, l-ADF kien responsabbli għal 14 mit-18-il persuna maqtula ddokumentati, inkluż f'inċident fil-11 ta' Diċembru 2013, fit-territorju Beni, it-Tramuntana ta' Kivu, meta l-ADF attakka il-villaġġ ta' Musuku, fejn qatel 23 persuna, inkluż 11-il tifel u tifla (tlett ibniet u tmien subien), ta' età bejn xahrejn u 17-il sena. Il-vittmi kollha kienu ġew mutilati b'mod sever bil-machetes, inklużi żewġt itfal li ssalvaw mill-attakk.

Ir-Rapport ta' Marzu 2014 tas-Segretarju Ġenerali dwar Vjolenza Sesswali Relatata ma' Konlitt jidentifika lill-Forzi Demokratiċi Alleati — Armata Nazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Uganda fuq il-lista tiegħu ta' “Partijiet issuspettati b'mod kredibbli li wettqu jew li kienu responsabbli għal stupru jew forom oħra ta' vjolenza sesswali f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat.”

L-ADF ipparteċipa wkoll f'attakki kontra forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO (il-paragrafu 4(i) tal-UNSCR).

Fl-aħħar nett, il-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) irrappurtat li l-ADF wettaq mill-inqas żewġ attakki fuq il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO. L-ewwel wieħed, fl-14 ta' Lulju 2013, kien attakk fuq pattulja tal-MONUSCO fit-triq bejn Mbau u Kamango. Dettalji dwar dan l-attakk jinsabu fir-rapport finali tal-2013 tal-GOE. It-tieni attakk seħħ fit-3 ta' Marzu 2014. Vettura tal-MONUSCO ġiet attakkata bil-granati għaxar kilometri mill-ajruport Mavivi f'Beni, li rriżulta fit-tidrib ta' ħames membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi.

2.   BUTEMBO AIRLINES (BAL)

Indirizz: Butembo, RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kisoni Kambale (miet fil-5 ta' Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb tal-FNI, razzjonijiet u armi bejn Mongbwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK.

3.   COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL); GREAT LAKES BUSINESS COMPANY (GLBC)

Indirizz: a) Avenue Président Mobutu, Goma, ir-RDK, b) Gisenyi, ir-Rwanda, c) PO BOX 315, Goma, ir-RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Minn Diċembru 2008, GLBC ma kienx baqagħlha inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta' Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet skont ir-Riżoluzzjoni 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta' armi u munizzjon bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Minn Diċembru 2008, GLBC ma kienx baqagħlha inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.

4.   CONGOMET TRADING HOUSE

Indirizz: Data tad-deżinjazzjoni tan-NU:

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: M'għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Congomet Trading House (li preċedentement kienet imniżżla fil-lista bħala Congocom) kienet proprjetà ta' Kisoni Kambale (li miet fil-5 ta' Lulju 2007 u li sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008). Kambale kiseb kważi l-produzzjoni kollha tad-deheb fid-distrett ta' Mongbwalu, li kien ikkontrollat mill-FNI. L-FNI kiseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). M'għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, it-Tramuntana ta' Kivu.

5.   FORCES DEMOCRATIQUES DE LIBERATION DU RWANDA (FDLR)

Indirizz: a) it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK b) in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni oħra: Indirizz elettroniku: Fdlr@fmx.de; fldrrse@yahoo.fr; fdlr@gmx.net; fdlrsrt@gmail.com; humura2020@gmail.com

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

L-FDLR huwa wieħed mill-akbar gruppi armati barranin li joperaw fit-territorju tar-RDK. Il-grupp ġie ffurmat fl-2000, u wettaq ksur serju tad-dritt internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati nisa u tfal f'konflitt armat, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali u l-ispostament furzat. Skont rapport tal-2010 minn Amnesty International, il-FDLR kienu responsabbli għall-qtil ta' sitta u disgħin persuna ċivili f'Busurguni, fit-territorju ta' Walikale. Uħud mill-vittmi ġew maħruqin ħajjin f'darhom. Skont l-istess sors, f'Ġunju 2010, ċentru mediku ta' NGO irrapporta madwar sittin każ fix-xahar ta' tfajliet u nisa li kienu ġew stuprati fin-nofsinhar tat-territorju ta' Lubero, fit-Tramuntana ta' Kivu minn gruppi armati inkluż l-FDLR. Skont rapport tal-20 ta' Diċembru 2010 mill-Human Rights Watch (HRW), kien hemm evidenza dokumentata li l-FDLR attivament kienu qed jirreklutaw it-tfal. Il-HRW identifika tal-inqas 83 tifel Kongoliż taħt l-età ta' 18-il sena, uħud fl-età żgħira ta' 14-il sena, li ġew reklutati bil-forza mill-FDLR. F'Jannar tal-2012, l-HRW irrapporta li kombattenti tal-FDLR attakkaw għadd kbir ta' rħula fit-territorju ta' Masisi, u qatlu sitt persuni ċivili, stupraw żewġ nisa, u ħatfu tal-inqas 48 persuna.

Skont rapport ta' Ġunju 2012 mill-HRW, f'Mejju 2012 ġellieda tal-FDLR attakkaw persuni ċivili f'Kamananga u Lumenje, fil-provinċja tan-Nofsinhar ta' Kivu, kif ukoll f'Chambucha, territorju ta' Walikale, u rħula fiż-żona ta' Ufumandu tat-territorju ta' Masisi, provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu. F'dawn l-attakki, ġellieda tal-FDLR b'machetes u skieken qattgħu għall-mewt għexieren ta' persuni ċivili, inklużi ħafna tfal. Skont ir-Rapport ta' Ġunju 2012 tal-Grupp ta' Esperti, l-FDLR attakka diversi rħula fin-Nofsinhar ta' Kivu mill-31 ta' Diċembru 2011 sal-4 ta' Jannar 2012. Investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li tal-inqas 33 persuna, inklużi 9 itfal u 6 nisa, kienu nqatlu, jew maħruqin ħajjin, dekapitati jew billi sparawlhom matul l-attakk. Barra minn hekk, ġew stuprati mara u tifla. Ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Ġunju 2012 jistqarr ukoll li investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li l-FDLR immassakra tal-inqas 14-il persuna ċivili, inklużi 5 nisa u 5 itfal fin-Nofsinhar ta' Kivu f'Mejju 2012. Skont ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012, in-NU iddokumenta tal-inqas 106 inċident ta' vjolenza sesswali mwettaq mill-FDLR bejn Diċembru 2011 u Settembru 2012. Ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012 jinnota li, skont investigazzjoni tan-NU, l-FDLR stupra seba' nisa fil-lejl tal-10 ta' Marzu 2012, inkluża minorenni, f'Kalinganya, fit-territorju ta' Kabare. L-FDLR reġa' attakka r-raħal fl-10 ta' April 2012 u stupra tlieta min-nisa għat-tieni darba. Ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti jirrapporta wkoll il-qtil ta' 11-il persuna mill-FDLR f'Bushibwambombo, Kalehe fis-6 ta' April 2012, u l-involviment tal-FDLR fil-qtil ta' 19-il persuna oħra fit-territorju Masisi, inklużi ħames minorenni u sitt nisa, f'Mejju. Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari.

Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali, is-sekwestru, u l-ispostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha 8 snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-kunflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.

6.   M23

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni Oħra: Indirizz elettroniku: mouvementdu23mars1@gmail.com

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari. Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali, is-sekwestru, u l-ispostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha 8 snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-kunflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.

7.   MACHANGA LTD

Indirizz: Plot 55 A, Upper Kololo Terrace, Kampala, l-Uganda.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarji ta' Machanga baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Machanga xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarju preċedenti ta' Machanga, Rajendra Kumar, u ħuh Vipul Kumar, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.

8.   TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPEMENT (NGO)

Indirizz: Goma, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Goma, b'kumitati provinċjali fin-Nofsinhar ta' Kivu, f'Kasai Oċċidentali, Kasai Orjentali u Maniema. Uffiċjalment waqqfu l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President huwa Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali tat-Tramuntana ta' Kivu Robert Seninga u Bertin Kirivita.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Implikata fil-ksur tal-embargo fuq l-armi billi provdiet għajnuna lill-RCD-G, b'mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport tal-armi u t-truppi, kif ukoll billi ttrasportat armi għad-distribuzzjoni lil partijiet tal-popolazzjoni f'Masisi u Rutshuru, fit-Tramuntana ta' Kivu, fil-bidu tal-2005. Goma, b'kumitati provinċjali fin-Nofsinhar ta' Kivu, f'Kasai Oċċidentali, Kasai Orjentali u Maniema. Uffiċjalment waqqfu l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President huwa Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali tat-Tramuntana ta' Kivu Robert Seninga u Bertin Kirivita.

9.   UGANDA COMMERCIAL IMPEX (UCI) LTD

Indirizz: a) Plot 22, Kanjokya Street, Kamwokya, Kampala, Uganda (Tel. +256 41 533 578/9), b) PO BOX 22709, Kampala, Uganda.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb. (Diretturi s-Sur Jamnadas V. LODHIA — magħruf bħala “Chuni”- u t-tfal tiegħu s-Sur Kunal J. LODHIA u Jitendra J. LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ingħalqu. Id-diretturi ta' UCI baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

UCI xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi “l-għoti ta' għajnuna” lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb. (Ex diretturi s-Sur J.V. LODHIA — magħruf bħala “Chuni”- u ibnu s-Sur Kunal LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ngħalqu. Il-proprjetarju preċedenti ta' UCI, J.V. Lodhia u ibnu Kumal Lodhia, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.



( 1 ) ĠU L 127, 15.5.2008, p. 84.

( 2 ) ĠU L 152, 15.6.2005, p. 1.

( 3 ) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.

( 4 ) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.

Top