EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R0589-20170711

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 589/2008 tat- 23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/589/2017-07-11

02008R0589 — MT — 11.07.2017 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 589/2008

tat-23 ta’ Ġunju 2008

dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd

(ĠU L 163 24.6.2008, p. 6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 598/2008 ta’ l-24 ta’ Ġunju 2008

  L 164

14

25.6.2008

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010

  L 159

13

25.6.2010

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 342/2013 tas-16 ta’ April 2013

  L 107

4

17.4.2013

►M4

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 458/2013 tas-16 ta’ Mejju 2013

  L 133

17

17.5.2013

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

►M6

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1185 tal-20 ta' April 2017

  L 171

113

4.7.2017




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 589/2008

tat-23 ta’ Ġunju 2008

dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd



Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2, tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u fil-punti 5 u 7.3 ta’ l-Anness I, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplikaw kif jixraq.

Barra dan, id-definizzjonijiet ta’ l-espressjonijiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli għall-għan ta’ dan ir-Regolament:

(a) “pakkett”, pakkett li jikkontjeni l-bajd tal-Klassi A jew B, ħlief il-pakketti ta’ trasport u l-kontenituri tal-bajd industrijali;

(b) “bejgħ farrad”, il-bejgħ bl-imnut tal-bajd lill-konsumatur finali, li mhux f’pakketti;

(ċ) “kollettur”, kull stabbiliment irreġistrat skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 awtorizzat li jiġbor il-bajd mingħand produttur bil-ħsieb li jintbagħtu f’ċentru ta’ l-ippakkjar, għal suq li jbiegħ esklussivament lill-bejjiegħa bl-ingrossa li l-impriżi tagħhom huma approvati bħala ċentri ta’ l-ippakkjar, jew għal industrija ta’ l-ikel u dik li mhijiex ta’ l-ikel;

(d) “data sa meta għandu jinbiegħ”, il-limitu massimu ta’ żmien li fih il-bajda għandha tasal għand il-konsumatur finali skond il-punt 3 tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni X ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(e) “l-industrija ta’ l-ikel”, kull stabbiliment li jipproduċi prodotti b’bażi ta’ bajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem, li jeskludi l-kejterers bil-massa;

(f) “l-industrija li mhux ta’ l-ikel”, kull intrapriża li tipproduċi prodotti li jikkontjenu l-bajd, mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem;

(g) “kejterers”, l-entitajiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 1, tad-Direttiva 2000/13/KE;

(h) “bajd industrijali”, il-bajd mhux maħsub għall-konsum mill-bniedem;

▼M4

(i) “lott” tfisser il-bajd f’pakketti jew farrad mill-istess sit wieħed ta’ produzzjoni jew ċentru tal-ippakkjar, li jinsab f’post wieħed, bl-istess data waħda ta’ meta tbied jew id-data minima ta’ kemm iservi prodott tal-ikel jew id-data tal-ippakkjar, l-istess metodu ta’ trobbija u, fil-każ tal-bajd ikklassifikat, l-istess klassifika tal-kwalità u tal-piż;

▼B

(j) “ippakkjar mill-ġdid”, it-trasferiment fiżiku tal-bajd f’pakkett ieħor jew l-immarkar mill-ġdid ta’ pakkett li diġà fih il-bajd;

(k) “bajd”, il-bajd fil-qoxra — ħlief il-bajd imkisser, mill-inkubatur jew insajjar — li hu prodott minn tiġieġ ta’ l-ispeċi Gallus gallus u huma adattati għall-konsum mill-bniedem jew għall-preparazzjoni ta’ prodotti b’bażi ta’ bajd;

(l) “bajd imkisser”, il-bajd li għandu difetti fil-qoxra u fil-membrana li jwassal biex il-kontenut tagħhom ikun espost;

(m) “bajd mill-inkubatur”, il-bajd minn meta jitpoġġew fl-inkubatur;

(n) “tqegħid fuq is-suq”, il-bajd li jinżamm bi ħsieb li jinbiegħ, inkluż il-bejgħ, il-ħażna, l-ippakkjar, l-ittikkettjar, it-tqassim jew kull tip ieħor ta’ trasferiment, kemm mingħajr ħlas jew le;

(o) “operatur”, produttur jew kull persuna fiżika jew morali oħra li tintervjeni fit-tqegħid tal-bajd fuq is-suq;

(p) “sit tal-produzzjoni”, stabbiliment li jkabbar it-tiġieġ tal-bajd, irreġistrat skond id-Direttiva 2002/4/KE tal-Kummissjoni ( 1 );

(q) “ċentru ta’ l-ippakkjar”, ċentru ta’ l-ippakkjar fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li huwa awtorizzat skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 5, ta’ dan ir-Regolment, u fejn il-bajd huwa klassifikat skond il-kawlità u l-piż tiegħu;

(r) “konsumatur finali”, l-aħħar xerrej ta’ oġġett ta’ l-ikel, li mhux ser juża dan l-oġġett fil-qafas ta’ operazzjoni jew ta’ attività tas-settur ta’ l-ikel;

(s) “kodiċi tal-produttur”, in-numru ta’ distinzjoni tas-sit tal-produzzjoni skond il-punt 2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE.

Artikolu 2

Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-bajd

1.  Il-bajd tal-Klassi A jippreżentaw il-karatteristiċi ta’ kwalità li ġejjin:

(a) il-qoxra u l-epiderma: nodfa, sħaħ, b’forma normali;

(b) il-kobor ta’ l-arja: għoli li ma jaqbiżx is-6 millimetri, li ma jiċċaqlaqx; madankollu, għall-bajd li jitpoġġa fuq is-suq bil-marka “extra”, din m’għandhiex taqbeż l-4 millimetri;

(ċ) l-isfar tal-bajd: jidher bħala dell biss meta jsirlu l-eżami fid-dawl tax-xemgħa, mingħajr kontorn li jidher b’mod ċar, jiċċaqlaq kemm kemm meta tiġi mdawra l-bajda, u jirritorna għall-pożizzjoni ċentrali;

(d) l-abjad: trasparenza ċara;

(e) mikrobu: żvilupp imperċepibbli;

(f) materja estranja: mhux permessibbli;

(g) riħa estranja: mhux permessibbli.

2.  Il-bajd tal-Klassi A m’għandux jinħasel jew jitnaddaf, la qabel u l-anqas wara l-klassifikazzjoni, ħlief skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3.

3.  Il-bajd tal-Klassi A m’għandux ikun trattat għal preservazzjoni jew imkessaħ f’bini jew fl-impjanti li fihom it-temperatura tinżamm b’mod artifiċjali aktar għolja minn + 5 °C. Madankollu, il-bajd li jinżamm f’temperatura anqas minn 5 °C matul it-trasport għal mhux aktar minn 24 siegħa, jew f’post tal-bejgħ, għal mhux aktar minn 72 siegħa, m’għandux jitqies bħala mkessaħ.

4.  Il-bajd tal-Klassi B huwa l-bajd li ma jippreżentax il-karatteristiċi ta’ kwalità li jidhru fil-paragrafu 1. Il-bajd tal-Klassi A li ma jippreżentax aktar il-karatteristiċi msemmija jista’ jitniżżel għall-Klassi B.

Artikolu 3

Il-bajd maħsul

1.  L-Istati Membri li, fl-1 ta’ Ġunju 2003, awtorizzaw iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar biex jaħslu l-bajd jistgħu jżommu din l-awtorizzazzjoni, sakemm dawn iċ-ċentri jikkonformaw mal-gwidi nazzjonali relattivi għas-sistemi tal-ħasil tal-bajd. Il-bajd maħsul jista jitpoġġa fuq is-suq biss fuq l-Istati Membri li jagħtu din it-tip ta’ awtorizzazzjoni.

2.  L-Istati Membri stipulati fil-paragrafu 1 jinkoraġġixxu t-twessiħ tal-gwidi nazzjonali tal-prattika tajba fil-qasam tas-sistemi maħsuba għall-ħasil tal-bajd mill-operaturi ta’ l-industrija ta’ l-ikel, skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Artikolu 4

Il-klassifikazzjoni tal-bajd tal-Klassi A skond il-piż

1.  Il-bajd tal-Klassi A huwa klassifikat skond il-kategoriji tal-piż li ġejjin:

(a) XL — kbir ħafna: piż superjuri jew ugwali għal 73 g;

(b) L — kbir: piż superjuri jew ugwali għal 63 g u anqas minn 73 g;

(ċ) M — medju: piż superjuri jew ugwali għal 53 g u anqas minn 63 g;

(d) S — żgħir: piż inferjuri għal 53 g.

2.  Il-klassifika tal-piż hija indikata permezz ta’ ittri jew marki korrispondenti definiti fil-paragrafu 1, jew minn kumbinazzjoni tat-tnejn, li tista’ tiġi miżjuda minn varjazzjonijiet ta’ piż korrispondenti. Jistgħu jintużaw marki oħra supplementari, sakemm dawn ma jikkaġunawx tfixkil ma’ l-ittri jew il-marki definiti fil-paragrafu 1 u jkunu konformi mad-Direttiva 2000/13/KE.

3.  Bħala deroga għall-paragrafu 1, meta l-bajd tal-Klassi A ta’ qisien differenti jiġi ppakkjat flimkien fl-istess pakkett, il-piż nett minimu tal-bajd għandu jkun indikat fi grammi u l-marka “Bajd ta’ qisien differenti”, jew marka simili, għandha titpoġġa fuq il-faċċata ta’ barra tal-pakkett.

Artikolu 5

Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar

1.  Huma biss iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jikklassifikaw u jippakkjaw il-bajd u jpoġġu t-tikketti fuq il-pakketti tagħhom.

Huma biss l-intrapriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti f’dan l-Artikolu li huma approvati bħala ċentri ta’ l-ippakkjar.

2.  L-awtorità kompetenti tawtorizza liċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jikklassifikaw il-bajd u tagħti numru taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar lil kull operatur li jkollu lokali u tagħmir tekniku adattat li jippermetti l-klassifikazzjoni tal-bajd għal kull Klassi ta’ kwalità u ta’ piż. Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jaħdmu biss għall-industrija ta’ l-ikel u mhux ta’ l-ikel m’għandhomx ikollhom it-tagħmir tekniku għall-klassifikazzjoni tal-bajd bil-piż.

L-awtorità kompetenti tagħti liċ-ċentru ta’ l-ippakkjar kodiċi ta’ ċentru ta’ l-ippakkjar li jibda mill-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ l-Istat Membri konċernat, li jidher fil-punt 2.2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE.

3.  Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom ikollhom tagħmir tekniku neċessarju għal manipulazzjoni adegwata tal-bajd. Dan jinkludu, skond il-każ:

(a) tagħmir tad-dawl adattat, awtomatiku jew sorveljat il-ħin kollu minn impjegati, li jippermetti l-eżaminazzjoni separata tal-kwalità ta’ kull bajda, jew tagħmir ieħor adattat;

(b) apparat biex ikejjel l-ispazju ta’ l-arja;

(ċ) tagħmir għall-klassifikazzjoni tal-bajd skond il-piż;

(d) miżien approvat jew diversi mwieżen approvati biex jintiżen il-bajd;

(e) sistema ta’ mmarkar tal-bajd.

4.  L-awtorizzazzjoni stipulata fil-paragrafi 1 u 2 tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe mument jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jibqgħux jiġu sodisfatti.

Artikolu 6

Żmien applikabbli għall-klassifikazzjoni, għall-immarkar u għall-ippakkjar tal-bajd kif ukoll għall-immarkar tal-pakketti

1.  Il-bajd huwa kklassifikat, immarkat u ppakkjat fi żmien għaxart jiem wara d-data li jkun inbied.

2.  Il-bajd impoġġi fuq is-suq skond l-Artikolu 14 huwa kklassifikat, immarkat u ppakkjat fi żmen erbat ijiem wara d-data li jinbied.

3.  Id-data minima ta’ kemm iservi prodott ta’ l-ikel stipulata fil-punt d) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 12, għandha tkun immarkata fil-mument ta’ l-ippakkjar skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 9, tad-Direttiva 2000/13/KE.

Artikolu 7

Informazzjoni li tidher fuq il-pakketti tat-trasport

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolment (KE) Nru 178/2002, fuq is-sit tal-produzzjoni, il-produttur ipoġġi l-informazzjoni li ġejja fuq kull pakkett ta’ trasport li jikkonċerna l-bajd:

(a) l-isem u l-indirizz tal-produttur;

(b) il-kodiċi tal-produttur;

(ċ) in-numru ta’ bajd u/jew il-piż tagħhom;

(d) il-jum jew il-perjodu li fih ikun inbied;

(e) id-data li fiha ntbagħtu.

Meta ċ-ċentri ta’ l-ippakkjar ikunu pprovduti b’bajd mhux ippakkjat li ġejjin mill-unitajiet ta’ produzzjoni tagħhom stess, li jkunu jinstabu fuq l-istess sit, l-informazzjoni tista’ titpoġġa fuq il-pakketti tat-trasport, fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar.

2.  L-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 titpoġġa fuq il-pakkett tat-trasport u tidher fid-dokumenti ta’ l-akkompanjament. Kopja ta’ dawn id-dokumenti tinżamm minn kull operatur li jrid jirċievi l-bajd. Id-dokumenti oriġinali jinżammu miċ-ċentru ta’ l-ippakkjar li jkompli bil-klassifikazzjoni tal-bajd.

Meta l-lotts li jirċievi kollettur jinqasmu mil-ġdid biex jintagħtu lil aktar minn operatur wieħed, id-dokumenti li jakkompanjaw jistgħu jiġu sostitwiti minn tikketti adattati mwaħħla fuq il-kontenituri tat-trasport, sakemm dawn jinkludu l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1.

3.  L-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 imwaħħla fuq il-pakkett tat-trasport mhumiex emendati u jibqgħu fuq il-pakkett imsemmi sakemm il-bajd ma jiġix irtirat minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu, l-immarkar, l-ippakkjar immedjat jew trasformazzjoni oħra.

Artikolu 8

L-immarkar tal-bajd maħsub għal tqassim bejn il-fruntieri

1.  Il-bajd li jitqassam minn sit ta’ produzzjoni lil kollettur, ċentru ta’ l-ippakkjar jew industrija mhux ta’ l-ikel li jinstabu fi Stat Membru ieħor għandu jkun immarkat bil-kodiċi tal-produttur qabel ma joħroġ mill-post tal-produzzjoni.

2.  Stat Membru li fuq it-territorju tiegħu jkun hemm sit tal-produzzjoni jista’ jagħti deroga mir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 meta l-produttur ikun iffirma kuntratt ta’ konsenja ma’ ċentru ta’ l-ippakkjar li jinstab fi Stat Membru ieħor li jkun jinħtieġ l-immarkar skond dan ir-Regolament. Din id-deroga tingħata biss fuq talba taż-żewġ operaturi kkonċernati u permezz ta’ ftehim bil-miktub approvat minn qabel mill-Istat Membru fejn jinstab iċ-ċentru ta’ l-ippakkjar. F’każ bħal dan, kopja tal-kuntratt tal-konsenja għandha tintbagħat mal-konsenja.

3.  Iż-żmien minimu tal-kuntratt tal-konsenja stipulat fil-paragrafu 2 ma jistax ikun anqas minn xahar.

4.  Is-servizzi ta’ l-ispezzjoni stipulati fl-Artikolu 24, ta’ l-Istat Membru konċernat u ta’ kull Stat Membru ta’ tranżitu, għandhom ikunu infurmati qabel l-għotja tad-deroga prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.  Il-bajd tal-Klassi B li jitpoġġa fuq is-suq fi Stat Membru ieħor huwa mmarkat skond it-tieni sentenza tal-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u, jekk ikun il-każ, għandu jkollu indikazzjoni skond l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament sabiex ikun żgurat li wieħed jista’ jiddistingwih faċilment mill-bajd tal-Klassi A.

Artikolu 9

Il-kodiċi tal-produttur

1.  Il-kodiċi tal-produttur hija magħmula minn ċifra u ittri previsti fil-punt 2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE. Dan irid ikun jidher faċilment u jinqara b’mod ċar u jrid ikun ta’ l-anqas għoli 2 mm.

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, meta ma jkunx possibbli, għal raġunijiet tekniċi, li jkun immarkat il-bajd maqsum jew maħmuġ, l-immarkar tal-kodiċi tal-produttur mhux obbligatorju.

Artikolu 10

Indikazzjonijiet fuq il-bajd tal-Klassi B

L-indikazzjoni stipulata fil-punt 1 ta’ l-Anness XIV, A, III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 hija ċirku b’dijametru minimu ta’ 12-il mm madwar l-ittra “B” li l-għoli minimu tagħha huwa ta’ 5 mm, jew ponta ta; kulur li jidher sew b’dijametru minimu ta’ 5 mm.

▼M1

Artikolu 11

L-immarkar tal-bajd li jitwassal direttament lill-industrija ta’ l-ikel

1.  Ħlief fejn hemm dispożizzjoni mod ieħor fil-leġislazzjoni sanitarja, l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet lill-operaturi mill-obbligi ta' l-immarkar li dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Anness XIV, A, III, (1) u fl-Anness XIV, A, IV (3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, fuq talba tagħhom stess, f’każ li l-bajd jitwassal direttament mill-post tal-produzzjoni għal għand l-industrija ta’ l-ikel.

2.  Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu:

(a) L-Istati Membri fejn ikun stabbilit il-post tal-produzzjoni għandhom jinfurmaw b’mod xieraq lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati dwar l-għotja tad-deroga dwar l-immarkar qabel ma titwettaq kwalunkwe kunsinna;

(b) meta d-deroga tkun tikkonċerna fornitur stabbilit f’pajjiż terz, il-bajd għandu jitwassal lill-industrija bil-kundizzjoni li l-post tal-wasla finali tiegħu għall-ipproċessar jiġi vverifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jkun qed jagħti l-eżenzjoni;

(ċ) il-kunsinna għandha tkun parti mir-responsabbiltà sħiħa ta' l-operatur ta' l-industrija ta' l-ikel, li jaċċetta li juża l-bajd biss għall-ipproċessar kif xieraq.

▼B

Artikolu 12

L-immarkar tal-pakketti

1.  Il-pakketti li jikkontjenu l-bajd tal-Klassi A għandu jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’mod li jista’ jidher faċilment u li jinqara b’mod ċar:

(a) il-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar;

(b) il-Klassi tal-kwalità; il-pakketti huma identifikati bil-marka “Klassi A” jew bl-ittra “A” kemm flimkien u kemm mingħajr in-nota “frisk”;

(ċ) il-Klassi tal-piż skond il-pargrafu 2 ta’ l-Artikolu 4, ta’ dan ir-Regolament;

(d) id-data minima ta’ kemm iservi prodott skond l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament;

(e) in-nota “bajd maħsul” għall-bajd maħsul skond l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(f) bħala kundizzjoni partikolari ta’ konservazzjoni skond il-punt 6) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3, tad-Direttiva 2000/13/KE, indikazzjoni li tirrakkomanda lill-konsumaturi li jikkonservaw il-bajd fil-friġġ wara li jixtruhom.

2.  Minbarra l-ħtiġijiet iffissati fil-paragrafu 1, il-pakketti li jkun fihom il-bajd tal-Klassi A għandu jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’mod li jidher faċilment u li jinqara b’mod ċar, indikazzjoni tal-metodu tat-trobbija.

Għall-identifikazzjoni tal-metodu ta’ trobbija, jintużaw il-marki:

(a) għat-trobbija tradizzjonali u biss jekk il-kundizzjonijiet korrispondenti ffissati fl-Anness II ikunu sodisfatti, il-marki stabbiliti fil-parti A ta’ l-Anness I;

(b) għall-metodu tal-produzzjoni bijoloġiku, il-marki stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tal-Kunsill ( 2 ).

It-tifsira tal-kodiċi tal-produttur hija spjegata fuq il-faċċata ta’ barra jew ta’ ġewwa tal-pakkett.

Meta t-tiġieġ tal-bajd ikunu trabbew f’istallazzjonijiet ta’ produzzjoni konformi għall-ħtiġijiet iffissati fil-Kapitolu III tad-Direttiva 1999/74/KE, l-identifikazzjoni tal-metodu tat-trobbija tista’ tkun kompletata minn waħda mill-indikazzjonijiet elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

3.  Il-paragrafu 2 japplika mingħajr preġudizzju għall-miżuri tekniċi nazzjonali li jmorru lil hinn mill-ħtiġijiet minimi stabbiliti għall-Anness II u japplikaw biss għall-produtturi ta’ l-Istat Membru konċernat, sakemm dawn ikunu kompatibbli mad-dritt Komunitarju.

4.  Il-pakketti li jkun fihom il-bajd tal-Klassi B jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’mod li jidher faċilment u li jinqara b’mod ċar:

(a) il-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar;

(b) il-Klassi tal-kwalità; il-pakketti huma identifikati kemm bil-marka “Klassi B”, kemm bl-ittra “B”;

(ċ) id-data ta’ l-ippakkjar.

5.  F’dak li jikkonċerna l-pakketti tal-bajd prodotti fuq it-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li t-tikketti jitwaħħlu b’tali mod li dawn jitqattgħu meta jinfetaħ il-pakkett.

Artikolu 13

L-indikazzjoni tad-data minima kemm iservi l-prodott

Id-data minima ta’ kemm iservi l-prodott stipulata fil-punt 5) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 3, tad-Direttiva 2000/13/KE hija ffissata għal mhux aktar tard minn tmienja w għoxrin jum wara li jkun inbied il-bajd. Meta jkun indikat perjodu li fih inbied, id-data minima ta’ kemm iservi l-prodott hija determinata mill-ewwel jum ta’ dan il-perjodu.

Artikolu 14

Pakkett li jkollu l-marka “extra”

1.  Il-marka “extra” jew “extra fresh” tista’ tintuża bħala indikazzjoni supplementari ta’ kwalità fuq il-pakketti tal-bajd tal-Klassi A sad-disa’ jum wara li jkun inbied il-bajd.

2.  Meta jintużaw il-marki stipulati fil-paragrafu 1, id-data li fih inbied u d-data limitu ta’ disat ijiem jitpoġġew fuq il-pakkett b’mod li jidhru faċilment u li jinqraw b’mod ċar.

Artikolu 15

L-indikazzjoni tal-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ tal-bajd

Meta tintuża indikazzjoni tal-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ tal-bajd, japplikaw r-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a) tista’ ssir referenza għaċ-ċereali li huma parti mill-għalf meta dawn jikkostitwixxu ta’ l-anqas 60 % mill-piż tar-riċetta ta’ l-għalf awtorizzat, li massimu ta’ 15 % minnhom ikunu prodotti li joħorġu miċ-ċereali;

(b) mingħajr preġudizzju għal-livell minimu ta’ 60 % stipulat fil-punt a), meta ssir referenza għal ċereal speċifiku, dan għandu jikkostitwixxi ta’ l-anqas 30 % tar-riċetta ta’ l-għalf li tintuża. Meta ssir referenza għal diversi ċereali, kull wieħed minnhom għandu jikkostitwixxi ta’ l-anqas 5 % mir-riċetta ta’ l-għalf utilizzata.

Artikolu 16

L-informazzjoni li għandha tintwera għal bejgħ ta’ bajd farrad

Meta l-bajd jinbiegħ farrad, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata b’mod li jidher faċilment u jinqara b’mod ċar lill-konsumaturi finali:

(a) il-klassi ta’ kwalità;

(b) il-klassi tal-piż skond l-Artikolu 4;

(ċ) indikazzjoni tal-metodu tat-trobbija bl-istess mod kif stipulat fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12;

(d) spjegazzjoni relattiva għat-tifsira tal-kodiċi tal-produttur;

(e) id-data minima ta’ kemm iservi l-prodott.

Artikolu 17

Il-kwalità tal-pakketti

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu X ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-pakketti għandhom ikunu tali li jipproteġu mill-iskossi, xotti, nodfa u fi stat tajjeb, u magħmula b’materjal li jipproteġi lill-bajd mill-irwejjaħ barranin u minn riskji ta’ deterjorazzjoni fil-kwalità.

Artikolu 18

Il-bajd industrijali

Il-bajd industrijali għandu jitpoġġa fuq is-suq f’kotenituri li jkollhom strixxa jew tikketta ħamra.

L-istrixxa jew it-tikketta għandu jkollhom:

(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur li ser jirċievi l-bajd;

(b) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur li jkun bagħat il-bajd;

(ċ) in-nota “bajd industrijali” b’ittri kbar li jkunu għoljin 2mm, kif ukoll il-kliem “mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem” b’ittri li jkunu ta’ l-anqas għoljin 8 mm.

Artikolu 19

L-ippakkjar mill-ġdid

Il-bajd tal-Klassi A li jkun ġie ppakkjat jista’ jerġa’ jiġi ppakkjat mill-ġdid biss miċ-ċentri ta’ l-ippakkjar. Il-bajd li jkun f’kull pakkett irid ikun ġej mill-istess lott.

Artikolu 20

Ir-reġistri li jinżammu mill-produtturi

1.  Il-produtturi jirreġistraw l-informazzjoni dwar il-metodi tat-trobbija, billi jippreċiżaw għal kull metodu wżat:

(a) id-data ta’ l-istallazzjoni, l-età fil-mument ta’ l-istallazzjoni u n-numru ta’ tiġieġ tal-bajd;

(b) id-data tal-qatla u n-numru ta’ tiġieġ maqtula;

(ċ) il-produzzjoni tal-bajd ta’ kull jum;

(d) in-numru u/jew il-piż tal-bajd mibjugħ jew mibgħut ta’ kull jum b’metodi oħra;

(e) l-isem u l-indirizz tax-xerrejja.

2.  Meta l-metodu ta’ l-ikel huwa indikat skond l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A.III ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-produtturi jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja billi jippreċiżaw għal kull metodu ta’ ikel utilizzat:

(a) il-kwantità u t-tip ta’ ikel mogħti jew imħallat fuq il-post;

(b) id-data tal-kunsinna ta’ l-għalf.

3.  Meta produttur jipprattika metodi differenti ta’ trobbija fuq l-istess sit ta’ produzzjoni, l-informazzjoni stipulata fil-paragrafi 1 u 2 huma analizzati għal kull gallinar.

4.  Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, minflok iżommu reġistri ta’ bejgħ u ta’ tqassim, il-produtturi jistgħu jżommu l-fatturi u n-noti tal-kunsinji fil-fajls li jkollhom ir-rimarki stipulati fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 21

Ir-reġistri li jinżammu mill-kolletturi

1.  Il-kolletturi għandhom jirreġistraw b’mod separat, għal kull mod ta’ trobbija u għal kull jum:

(a) il-kwantità ta’ bajd miġbur, analizzati għal kull produttur, b’indikazzjoni ta’ l-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-produttur, kif ukoll id-data jew il-perjodu li fih inbied;

(b) il-kwantità tal-bajd mhux ikklassfikat imqassam fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar adattat, analizzati għal kull produttur, b’indikazzjoni ta’ l-isem, l-indirizz u l-kodiċi taċ-ċnetru ta’l-ippakkjar, kif ukoll id-data jew il-perjodu li fih inbied;

2.  Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, minflok iżommu reġistri ta’ bejgħ u ta’ tqassim, il-kolletturi jistgħu jżommu l-fatturi u n-noti tal-kunsinji fil-fajls li jkollhom ir-rimarki stipulati fil-paragrafu 1.

Artikolu 22

Ir-reġistri li jinżammu miċ-ċentri ta’ l-ippakkjar

1.  Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar jirreġistraw b’mod separat, għal kull metodu ta’ tkabbir u għal kull jum:

(a) il-kwantitajiet ta’ bajd mhux klassifikat li huma jirċievu, analizzati għal kull produttur, b’indikazzjoni ta’ l-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-produttur kif ukoll id-data jew il-perjodu li fih inbied;

(b) wara l-klassifikazzjoni tal-bajd, il-kwantitajiet għal kull Klassi tal-kwalità u tal-piż;

(ċ) il-kwantitajiet tal-bajd ikklassifikat irċevut li ġej minn ċentri oħra ta’ l-ippakkjar, b’indikazzjoni tal-kodiċi ta’ dawn iċ-ċentri u d-data minima ta’ kemm iservi l-prodott;

(d) il-kwantitajiet tal-bajd mhux klassifikat mqassma lil ċentri oħra ta’ l-ippakkjar, analizzati għal kull produttur, b’indikazzjoni tal-kodiċi taċ-ċentri u d-data jew il-perjodu li fih inbied;

(e) in-numru u/jew il-piż tal-bajd imqassam, għal kull klassi ta’ kwalità u ta’ piż, għal kull data ta’ l-ippakkjar għall-bajd tal-Klassi B jew id-data minima ta’ kemm iservi l-prodott għall-bajd tal-Klassi A, u għal kull xerrej, b’indikazzjoni ta’ l-isem u l-indirizz ta’ dan ta’ l-aħħar.

Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom iżommu rendikont ta’ l-istokk fiżiku, aġġornat ta’ kull ġimgħa.

2.  Meta l-bajd tal-Klassi A u l-ippakkjar tiegħu jkollhom l-indikazzjoni tal-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ tal-bajd skond l-Artikolu 15, iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jużaw dan it-tip ta’ indikazzjonijiet għandhom jirreġistrawhom b’mod separat, skond il-paragrafu 1.

3.  Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, minflok iżommu reġistri ta’ bejgħ u ta’ tqassim, iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar jistgħu jżommu l-fatturi u n-noti tal-kunsinji fil-fajls li jkollhom ir-rimarki stipulati fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 23

Iż-żmien massimu stipulat biex jinżammu r-reġistri

Ir-reġistri u l-fajls stipulati fil-paragrafu 2 fl-Artikolu 7,u fl-Artikoli 20, 21 u 22 jinżammu għal perjodu minimu ta’ tnax-il xahar li jibda jgħodd mid-data minn meta nħolqu.

Artikolu 24

Il-kontrolli

1.  L-Istati Membri jaħtru s-servizzi ta’ l-ispezzjoni responsabbli li jikkontrollaw ir-rispett ta’ dan ir-Regolament.

▼M3

2.  Is-servizzi tal-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiċċekkjaw il-prodotti koperti minn dan ir-Regolament fl-istadji differenti tal-kummerċjalizzazzjoni, skont kif ikun xieraq. Minbarra l-verifiki permezz tat-teħid ta’ kampjuni aleatorji, għandhom isiru verifiki abbażi ta’ analiżi tar-riskji, filwaqt li jitqiesu t-tip u l-ammont ta’ materjal ipproċessat fl-istabbiliment ikkonċernat, kif ukoll ir-reġistri tal-passat tal-operatur rigward il-konformità man-normi tat-tqegħid fuq is-suq applikabbli għall-bajd.

▼B

3.  Għall-bajd tal-Klassi A impurtati minn pajjiżi terzi, il-kontrolli stipulati fil-paragrafu 2 għandhom isiru meta dan jgħaddi mid-dwana jew qabel ma jinħareġ għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Il-bajd tal-Klassi B impurtati minn pajjiżi terzi jinħareġ għaċ-ċirkolazzjoni libera biss biss ladarba d-destinazzjoni finali tiegħu lejn industrija ta’ l-ipproċessar tkun ġiet iċċekkjata meta dan jgħaddi mid-dwana.

4.  Minbarra l-kontrolli permezz ta’ servejs, l-operaturi jkunu suġġetti għal kontrolli li r-ritmu tagħhom jiġi stabbilit mis-servizzi ta’ l-ispezzjoni fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskji stipulata fil-paragrafu 2, ta’ l-anqas b’kunsiderazzjoni għal:

(a) ir-riżultat tal-kontrolli preċedenti;

(b) il-kumplessità tal-mezzi tat-tqegħid fuq is-suq li jgħaddu minnhom il-bajd;

(ċ) il-grad ta’ segmentazzjoni fl-istabbiliment tal-produzzjoni jew ta’ l-ippakkjar;

(d) il-kwantità tal-bajd prodott jew ippakkjat;

(e) kull bidla sostanzjali fin-natura tal-bajd prodotti jew ipproċessati jew fil-mod tat-tqegħid fuq is-suq meta mqabbla mas-snin preċedenti.

5.  Il-kontrolli għandhom jitwettqu b’mod regolari u mingħajr avviż minn qabel. Ir-reġistri msemmija fl-Artikolu 20, 21 u 22 għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tas-servizzi ta’ l-ispezzjoni ma’ l-ewwel talba.

Artikolu 25

Id-deċiżjonijiet relattivi għan-nuqqas ta’ konformità

1.  F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, li tiġi nnutata matul il-visti previsti fl-Artikolu 24, id-deċiżjonijiet tas-servizzi ta’ l-ispezzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati biss għal-lott kontrollat kollu.

2.  Fil-każ li l-lott ikkontrollat ma jitqiesx konformi ma’ dan ir-Regolament, is-servizz ta’ l-ispezzjoni kkonċernat irid iwaqqaf it-tqegħid fuq is-suq jew, jekk il-lott ikun ġej minn pajjiż terz, l-importazzjoni, fejn u sakemm ma tingħatax prova li dan ikun konformi ma’ dan ir-Regolament.

3.  Is-servizz ta’ l-ispezzjoni li jkun wettaq il-kontroll għandu jivverifika jekk il-lott mhux aċċettat ikunx qed isir konformi ma’ dan ir-Regolament jew jekk dan ikunx qed jiġi implimentat.

Artikolu 26

It-tolleranza għad-difetti fil-kwalità

1.  It-tolleranzi li ġejjin huma aċċettati matul il-kontroll tal-lotts tal-bajd tal-Klassi A:

(a) fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar, sa qabel ma jintbagħtu: 5 % tal-bajd li jippreżenta difetti fil-kwalità;

(b) fl-istadji l-oħra tat-tqegħid fuq is-suq: 7 % tal-bajd li jippreżenta difetti fil-kwalità.

2.  Għall-bajd li jitpoġġa fuq is-suq bl-indikazzjonijiet “extra” jew “extra fresh”, ma tiġi aċċettata l-ebda tolleranza għall-għoli ta’ l-ispazju ta’ l-arja matul il-kontroll imwettaq matul l-ippakkjar jew matul l-importazzjoni.

3.  Il-perċentwali msemmija fil-paragrafu 1 jiġu rdoppjati meta l-lott ikkontrollat ikun ta’ anqas minn 180 bajda.

Artikolu 27

It-tolleranza fil-piż tal-bajd

1.  Ħlief fil-każ previst fil-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 4, għandha tiġi applikata tolleranza għall-piż ta’ kull bajda matul il-kontroll ta’ lott ta’ bajd tal-Klassi A. Tali lott jista’ jinkludi massimu ta’ 10 % tal-bajd tal-kategoriji tal-piż li jqarreb dak immarkat fuq il-pakkett, imma mhux aktar minn 5 % tal-bajd tal-Klassi tal-piż immedjatament anqas.

2.  Il-perċentwali msemmija fil-paragrafu 1 jiġu rduppjati meta l-lott ikkontrollat ikollu anqas minn 180 bajda.

Artikolu 28

It-tolleranza fl-immarkar tal-bajd

Hija aċċettata tolleranza ta’ 20 % ta’ bajd li jkollhom il-marki li ma jinqrawx matul il-kontroll tal-lotts u tal-pakketti.

Artikolu 29

Il-bajd maħsub għall-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi

Il-bajd ippakkjat u maħsub għall-esportazzjoni jista’ jirrispetta rekwiżiti oħra minbarra dawk ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ta’ dan ir-Regolament, f’dak li jikkonċerna l-kwalità, l-immarkar u l-ittikkettjar, jew rekwiżiti supplementari.

Artikolu 30

Il-bajd impurtat

1.  Kull evalwazzjoni ta’ l-ekwivalenza tar-regoli, stipulata fil-punt 1, A, IV, ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandha tinkludi evalwazzjoni ta’ l-osservanza mill-operaturi ta’ pajjiżi terzi tar-rekwiżiti ffissati minn dan ir-Regolament. Din għandha tkun aġġornata regolarment.

Il-Kummissjoni tippubblika r-riżultati ta’ l-evalwazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.  Il-bajd impurtat minn pajjiżi terzi għandu jkun immarkat b’mod ċar u li jinqara fil-pajjiż ta’ l-oriġini bil-kodiċi ISO 3166 tal-pajjiż.

3.  Fin-nuqqas ta’ garanziji suffiċjenti fir-rigward ta’ l-ekwivalenza tar-regoli, stipulata fil-punt 3, A, IV, ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-pakketti li jikkontjenu l-bajd impurtat mill-pajjiżi kkonċernati jkollhom fuq il-faċċata ta’ barra b’mod li jidher faċilment u jinqara b’mod ċar indikazzjoni:

(a) tal-pajjiż ta’ l-oriġini;

(b) tal-mod tat-trobbija (“mhux konformi man-normi KE”).

▼M6 —————

▼B

Artikolu 32

In-notifika ta’ infrazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ mezzi elettroniċi u fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, kull infrazzjoni li jinnutaw — jew li jkollhom suspett qawwi li qed isseħħ — mis-servizzi ta’ l-ispezzjoni u li tkun tista’ xxekkel l-iskambji intrakomunitarji fis-settur tal-bajd. Jiġi deċiż li dawn l-iskambji kienu mxekkla partikolarment f’każ ta’ infrazzjonijiet gravi mwettqa mill-operaturi li jipproduċu jew li jpoġġu fuq is-suq il-bajd li huma maħsuba biex jinbiegħu fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 33

L-eċċezzjoni għad-dipartimenti Franċiżi ta’ barra

1.  B’deroga għall-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 2, il-bajd maħsub għall-bejgħ bl-imnut fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra jista’ jintbagħat f’dawn id-dipartimenti fi stat imkessaħ. F’dan il-każ, id-data tal-bejgħ rakkomandata tista’ tittawwal għal tlieta u tletin jum.

2.  Fil-każ stipulat fil-paragrafu 1 ta’ dan Artikolu, minbarra r-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 12 u 16, il-marka “bajd imkessaħ” kif ukoll l-informazzjoni li tikkonċerna t-tkessiħ jidhru fuq barra tal-pakkett.

Il-marka ta’ distinzjoni għall-“bajd imkessaħ” hija trijangolu ekwilaterali b’ġenb ta’ l-anqas ta’ 10 mm.

Artikolu 34

Eċċezzjonijiet għal ċerti reġjuni tal-Finlandja

Il-bajd mibjugħ direttament mill-produttur lill-punti ta’ bejgħ fir-reġjuni elenkati fl-Anness III m’humiex suġġetti għar-rekwiżiti ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-mod tat-tkabbir xorta waħda jrid ikun indikat, skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12, u għall-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 35

L-evalwazzjoni ta-prattika relattiva għall-ittikkettjar volontarju

Sad-data tal-31 ta’ Diċembru 2009 l-aktar tard, il-Kummissjoni trid tagħmel evalwazzjoni ta’ l-użu ta’ l-ittikkettjar volontarju skond l-aħħar sentenza tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12, bil-ħsieb li dan isir obbligatorju, jekk ikun il-każ.

Artikolu 36

Is-sanzjonijiet

L-Istati Membri L-Istati Membri japplikaw sanzjonijiet għall-infrazzjonijiet għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Is-sanzjonijiet previsti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u diswassivi.

▼M2

Artikolu 37

In-notifiki

1.  Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  In-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f'dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 3 ).

▼B

Artikolu 38

Ir-revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 557/2007 huwa revokat b’effett mill-1 ta’ Lulju 2008.

Ir-referenzi magħmula għar-Regolament irrevokat u għar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 għandhom jitqiesu bħala referenza għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni li tidher fl-Anness IV.

Artikolu 39

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak li fih ikun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

L-Artikolu 33 huwa applikabbli sat-30 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



PARTI A

Marki stipulati fil-punt a) tat-tieni sentenza, tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12

Il-kodiċi Lingwi

1

2

3

BG

“Яйца от кокошки – свободно отглеждане на открито”

“Яйца от кокошки – подово отглеждане”

“Яйца от кокошки – клетъчно отглеждане”

ES

“Huevos de gallinas camperas”

“Huevos de gallinas criadas en el suelo”

“Huevos de gallinas criadas en jaula”

CS

“Vejce nosnic ve volném výběhu”

“Vejce nosnic v halách”

“Vejce nosnic v klecích”

DA

“Frilandsæg”

“Skrabeæg”

“Buræg”

DE

“Eier aus Freilandhaltung”

“Eier aus Bodenhaltung”

“Eier aus Käfighaltung”

ET

“Vabalt peetavate kanade munad”

“Õrrekanade munad”

“Puuris peetavate kanade munad”

EL

“Αυγά ελεύθερης βοσκής”

“Αυγά αχυρώνα ή αυγά στρωμνής”

“Αυγά κλωβοστοιχίας”

EN

“Free range eggs”

“Barn eggs”

“Eggs from caged hens”

FR

“Œufs de poules élevées en plein air”

“Œufs de poules élevées au sol”

“Œufs de poules élevées en cage”

▼M5

HR

“Jaja iz slobodnog uzgoja”

“Jaja iz štalskog (podnog) uzgoja”

“Jaja iz kaveznog (baterijskog) uzgoja”

▼B

GA

“Uibheacha saor-raoin”

“Uibheacha sciobóil”

“Uibheacha ó chearca chúbarnaí”

IT

“Uova da allevamento all'aperto”

“Uova da allevamento a terra”

“Uova da allevamento in gabbie”

LV

“Brīvās turēšanas apstākļos dētās olas”

“Kūtī dētas olas”

“Sprostos dētas olas”

LT

“Laisvai laikomų vištų kiaušiniai”

“Ant kraiko laikomų vištų kiaušiniai”

“Narvuose laikomų vištų kiaušiniai”

HU

“Szabad tartásban termelt tojás”

“Alternatív tartásban termelt tojás”

“Ketreces tartásból származó tojás”

MT

“Bajd tat-tiġieg imrobbija barra”

“Bajd tat-tiġieġ imrobbija ma’ l-art”

“Bajd tat-tiġieġ imrobbija fil-ġaġeġ”

NL

“Eieren van hennen met vrije uitloop”

“Scharreleieren”

“Kooieieren”

PL

“Jaja z chowu na wolnym wybiegu”

“Jaja z chowu ściółkowego”

“Jaja z chowu klatkowego”

PT

“Ovos de galinhas criadas ao ar livre”

“Ovos de galinhas criadas no solo”

“Ovos de galinhas criadas em gaiolas”

RO

“Ouă de găini crescute în aer liber”

“Ouă de găini crescute în hale la sol”

“Ouă de găini crescute în baterii”

SK

“Vajcia z chovu na voľnom výbehu”

“Vajcia z podostieľkového chovu”

“Vajcia z klietkového chovu”

SL

“Jajca iz proste reje”

“Jajca iz hlevske reje”

“Jajca iz baterijske reje”

FI

“Ulkokanojen munia”

“Lattiakanojen munia”

“Häkkikanojen munia”

SV

“Ägg från utehöns”

“Ägg från frigående höns inomhus”

“Ägg från burhöns”



PARTI B

Marki stipulati fr-raba’ sentenza tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12

Il-kodiċi tal-lingwi

 

BG

“Уголемени клетки”

ES

“Jaulas acondicionadas”

CS

“Obohacené klece”

DA

“Stimulusberigede bure”

DE

“ausgestalteter Käfig”

ET

“Täiustatud puurid”

EL

“Αναβαθμισμένοι/Διευθετημένοι κλωβοί”

EN

“Enriched cages”

FR

“Cages aménagées”

▼M5

HR

“Obogaćeni kavezi”

▼B

GA

“Cásanna Saibhrithe”

IT

“Gabbie attrezzate”

LV

“Uzlaboti būri”

LT

“Pagerinti narveliai”

HU

“Feljavított ketrecek”

MT

“Gaġeg arrikkiti”

NL

“Aangepaste kooi” of “Verrijkte kooi”

PL

“Klatki ulepszone”

PT

“Gaiolas melhoradas”

RO

“Cuști îmbunătățite”

SK

“Obohatené klietky”

SL

“Obogatene kletke”

FI

“Varustellut häkit”

SV

“Inredd bur”




ANNESS II

Rekwiżiti minimi li jridu jiġu sodisfatti mis-sistemi ta’ produzzjoni għall-metodi differenti ta’ trobbija tat-tiġieġ tal-bajd

1. Il-“bajd tat-tiġieġ li jitrabba barra” irid ikun prodott f’farms li jissodisfaw ta’ l-anqas il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE tal-Kunsill.

Il-kundizzjonijiet li ġejjin iridu jkunu sodisfatti b’mod partikolari:

a) matul il-ġurnata, it-tiġieġ irid ikollhom aċċess illimitat għal barra; dan ir-rekwiżit madankollu ma jeskludix li produttur ikun jista’ jillimita l-aċċess għal dan l-ispazju għal perjodu ta’ żmien limitat fil-għodu, skond il-prattika tajba ta’ l-agrikoltura, u partikolarment il-prattika tajba għat-tkabbir;

meta restrizzjonijiet oħra, inkluż ir-restrizzjonijiet ordnati mill-veterinarju, adottati skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja għal fini tal-ħarsien tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali, ikollhom l-effett li jillimitaw l-aċċess tat-tiġieġ għal spazji esterni, it-tqegħid tal-bajd fuq is-suq bħala “bajd tat-tiġieġ li jitrabba barra” tista’ titkompla matul iż-żmien tar-restrizzjoni, imma mhux jekk din iddum għal aktar minn tnax-il ġimgħa;

b) l-ispazju estern aċċessibbli għat-tiġieġ irid ikun, fil-parti l-kbira, miksi bil-veġetazzjoni u ma jista’ jintuża għal ebda użu ieħor, jekk dan mhux bħala ġonna tal-frott, imsaġar jew mergħat tal-bhejjem, sakemm dan l-użu ta’ l-aħħar ma jkunx awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti;

c) id-densità tal-popolazzjoni ta’ l-ispazju estern fl-ebda mument ma jista’ jeċċedi l-2 500 tiġieġa għal kull ettaru ta’ art li tkun għad-dispożizzjoni tagħhom, jiġifieri tiġieġa għal kull 4 metri kwadri; madankollu, meta kull tiġieġa jkollha minimu ta’ 10 metri kwadri, tiġi prattikata rotazzjoni li t-tiġieġ ikollhom aċċess liberu għal kull spazju matul il-ħajja kollha tal-qatgħa, kull reċint utilizzat irid jiggarantixxi fi kwalunkwe ħin ta’ l-anqas 2.5 metri kwadri għal kull tiġieġa;

d) l-ispazji fil-beraħ ma jistgħux ikunu estiżi lil hinn minn raġġ ta’ 150 metru mill-eqreb fetħa ta’ bini; madankollu, estensjoni sa 350 m mill-eqreb fetħa tal-bini hija awtorizzata sakemm numru suffiċjenti ta’ kenn stipulat fil-punt 3) b) ii) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, tad-Direttiva 1999/74/KE ma tkunx maqsuma b’mod uniformi fuq il-fetħa kollha ta’ l-anqas f’erba’ postijiet ta’ kenn għal kull ettaru.

2. Il-“bajd tat-tiġieġ imrobbi ma’ l-art” irid ikun prodott fl-istabbilimenti tat-trobbija li jissodisfaw ta’ l-anqas il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE.

3. Il-“bajd tat-tiġieġ imrobbija fil-gaġeġ” iridu jkunu prodotti fl-istabbilimenti tat-trobbija li jissodisfaw ta’ l-anqas:

a) il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE, sal-31 ta’ Diċembru 2011, jew

b) il-kundizzjonijiet iffissati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/74/KE.

4. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-derogi għall-punti 1 u 2 ta’ dan l-Anness għall-istabbilimenti ta’ anqas minn 350 tiġieġa tal-bajd jew il-postijiet ta’ trobbija li jrabbu tiġieġ tal-bajd għat-trobbija f’dak li jikkonċerna l-obbligi stipulati fil-punt 1) d) tat-tieni frażi tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, u fil-punti 1) e) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, fil-punt 2) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, fil-punt 3) a) i) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, u l-punt 3) b) i) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 4, tad-Direttiva 1999/74/KE.




L-ANNESS III

Ir-Reġjuni tal-Finlandja stipulati fl-Artikolu 34

Il-provinċji li ġejjin:

 Lappi,

 Oulu,

 ir-reġjuni ta’ Karelia ta’ Fuq u ta’ Savo ta’ Fuq fil-provinċja tal-Finlandja tal-Lvant,

 Åland.




ANNESS IV



It-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Artikolu 38

Ir-Regolament (KE) Nru 1028/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 557/2007

Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 1, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-frażi ta’ introduzzjoni

L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-frażi ta’ introduzzjoni

L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-punti a) sa j)

L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-punti a) sa j)

L-Artikolu 2, il-punti 1) sa 9)

L-Artikolu 1, it-tieni sentenza, il-punti k) sa s)

L-Artikolu 2

L-Artikolu 2

L-Artikolu 3

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5, il-paragrafu 1

L-Artikolu 5, il-paragrafu 1, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 5, il-paragrafu 1

L-Artikolu 5, il-paragrafu 1, it-tieni sentenza

L-Artikolu 5, il-paragrafu 2

L-Artikolu 5, il-paragrafu 2, l-ewwel sentenza

L-Artikolu 5, il-paragrafu 2

L-Artikolu 5, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza

L-Artikolu 5, il-paragrafu 3

L-Artikolu 5, il-paragrafu 3

L-Artikolu 5, il-paragrafu 3

L-Artikolu 5, il-paragrafu 4

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6

L-Artikolu 7

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

L-Artikolu 8

L-Artikolu 9

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 10

L-Artikolu 11, il-paragrafu 2

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12

L-Artikolu 12

L-Artikolu 13

L-Artikolu 13

L-Artikolu 14

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15

L-Artikolu 15

L-Artikolu 16

L-Artikolu 16

L-Artikolu 17

L-Artikolu 17

L-Artikolu 18

L-Artikolu 18

L-Artikolu 19

L-Artikolu 19

L-Artikolu 20

L-Artikolu 20

L-Artikolu 21

L-Artikolu 21

L-Artikolu 22

L-Artikolu 22

L-Artikolu 23

L-Artikolu 23

L-Artikolu 7

L-Artikolu 24, il-paragrafi 1, 2 u 3

L-Artikolu 24

L-Artikolu 24, il-paragrafi 4 u 5

L-Artikolu 25

L-Artikolu 25

L-Artikolu 26

L-Artikolu 26

L-Artikolu 27

L-Artikolu 27

L-Artikolu 28

L-Artikolu 28

L-Artikolu 29

L-Artikolu 29

L-Artikolu 30

L-Artikolu 30

L-Artikolu 31

L-Artikolu 31

L-Artikolu 32

L-Artikolu 32

L-Artikolu 33

L-Artikolu 33

L-Artikolu 34

L-Artikolu 34

L-Artikolu 35

L-Artikolu 35

L-Artikolu 8

L-Artikolu 36

L-Artikolu 9

L-Artikolu 37

L-Artikolu 36

L-Artikolu 38

L-Artikolu 37

L-Artikolu 39

L-ANNESS I

L-ANNESS I

L-ANNESS II

L-ANNESS II

L-ANNESS III

L-ANNESS III

L-ANNESS IV

L-ANNESS IV

L-ANNESS V



( 1 ) ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44.

( 2 ) ĠU L 198 tat-22.7.1991, p. 1.

( 3 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.

Top