EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02007L0023-20130704

Consolidated text: Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Mejju 2007 dwar it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/23/2013-07-04

2007L0023 — MT — 04.07.2013 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA 2007/23/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Mejju 2007

dwar it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 154, 14.6.2007, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT (UE) Nru 1025/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Ottubru 2012

  L 316

12

14.11.2012

►M2

DIRETTIVA 2013/29/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-12 ta’ Ġunju 2013

  L 178

27

28.6.2013




▼B

DIRETTIVA 2007/23/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Mejju 2007

dwar it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),

Billi:

(1)

Il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istati Membri fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta' oġġetti pirotekniċi huma diverġenti, b'mod partikolari fir-rigward ta' aspetti bħall-karatteristiċi tas-sikurezza u tal-prestazjoni.

(2)

Dawk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi, ġaladarba jistgħu jikkawżaw ostakoli għall-kummerċ fil-Komunità, għandhom jiġu armonizzati sabiex jiggarantixxu l-moviment liberu ta' oġġetti pirotekniċi fis-suq intern waqt li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għas-sikurezza u ta' protezzjoni għall-konsumaturi u għall-utenti aħħarija professjonali.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta' esplożivi għall-użu ċivili ( 3 ) teskludi l-oġġetti pirotekniċi mill-ambitu tagħha u tafferma li l-oġġetti pirotekniċi jeħtieġu miżuri adatti sabiex jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumaturi u s-sikurezza tal-pubbliku u li hija ppjanata Direttiva addizzjonali f'dan il-qasam.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi ( 4 ) tistabbilixxi rekwiżiti ta' sikurezza għall-istabbilimenti fejn ikun hemm preżenti esplożivi, inklużi sustanzi pirotekniċi.

(5)

Fi ħdan it-tifsira ta' oġġetti pirotekniċi għandhom ikunu inklużi, logħob tan-nar, oġġetti pirotekniċi teatrali u oġġetti pirotekniċi maħsuba għal raġunijiet tekniċi, bħal ġeneraturi tal-gass użati għall-airbags jew għall-pretensioners taċ-ċinturini tas-sikurezza.

(6)

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal oġġetti pirotekniċi li għalihom japplikaw id-Direttiva 96/98/KE tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu ( 5 ) u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti msemmija fiha.

(7)

Sabiex jiġu żgurati livelli għolja xierqa ta' protezzjoni, l-oġġetti pirotekniċi għandhom jiġu kategorizzati primarjament skond il-livell ta' periklu tagħhom fir-rigward tat-tip ta' użu, ta' l-iskop jew tal-livell ta' ħoss tagħhom.

(8)

Skond il-prinċipji stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar approċċ ġdid lejn l-armonizzazzjoni u l-istandards tekniċi ( 6 ), oġġett pirotekniku għandu jikkonforma ma' din id-Direttiva meta l-oġġett jitqiegħed fis-suq Komunitarju għall-ewwel darba. Fid-dawl tal-festi reliġjużi, kulturali u tradizzjonali fl-Istati Membri, il-logħob tan-nar magħmul mill-manifattur għall-użu tiegħu stess u li jkun ġie approvat minn Stat Membru għall-użu fit-territorju tiegħu m'għandux jitqies bħala mqiegħed fis-suq u għalhekk m'għandux ikun meħtieġ jikkonforma ma' din id-Direttiva.

(9)

Fid-dawl tal-perikli inerenti fl-użu ta' oġġetti pirotekniċi, huwa kunsiljabbli li jiġu stabbiliti l-limiti ta' età għall-bejgħ tagħhom lil konsumaturi u għall-użu tagħhom, u li jkun żgurat li t-tikketti tagħhom juru informazzjoni suffiċjenti u adegwata għall-użu bla periklu, sabiex ikunu protetti s-saħħa tal-bniedem, is-sikurezza u l-ambjent. Huwa meħtieġ li jsiru provvedimenti sabiex ċerti oġġetti pirotekniċi jkunu disponibbli biss għal speċjalisti awtorizzati li jkollhom il-konoxxenza, il-kapaċitajiet u l-esperjenza neċessarji. Huwa kunsiljabbli li, fir-rigward ta' oġġetti pirotekniċi għall-vetturi, ir-rekwiżiti għall-ittikkettar iqisu l-prattika kurrenti kif ukoll il-fatt li dawn l-oġġetti huma fornuti esklussivament lil utenti professjonali.

(10)

L-użu ta' oġġetti pirotekniċi u, b'mod partikolari, l-użu tal-logħob tan-nar, huwa suġġett għal drawwiet u tradizzjonijiet kulturali diverġenti ħafna fl-Istati Membri rispettivi. Minħabba f'hekk, huwa meħtieġ li l-Istati Membri ikunu permessi jieħdu miżuri nazzjonali sabiex jillimitaw l-użu jew il-bejgħ ta' ċerti kategoriji ta' logħob tan-nar lill-pubbliku ġenerali għal raġunijiet ta' sigurtà jew sikurezza pubblika.

(11)

Huwa kunsiljabbli li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza għall-oġġetti pirotekniċi sabiex ikun protett il-konsumatur u sabiex jiġu evitati l-aċċidenti.

(12)

Ir-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat li l-oġġetti pirotekniċi jikkonformaw ma' din id-Direttiva u b'mod partikolari ma' dawk ir-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza għandha tkun tal-manifattur. Jekk il-manifattur ma jkunx stabbilit fil-Komunità, huwa meħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika li timporta oġġett pirotekniku fil-Komunità tassigura li l-manifattur wettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva jew tassumi l-obbligi kollha tal-manifattur.

(13)

Fejn ikunu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza, m'għandux ikun possibbli għall-Istati Membri li jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu l-moviment liberu ta' l-oġġetti pirotekniċi. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali dwar il-ħruġ ta' liċenzji lil manifatturi, distributuri u importaturi mill-Istati Membri.

(14)

Sabiex jiffaċilitaw il-proċess ta' prova ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza qegħdin jiġu żviluppati standards armonizzati għat-tfassil, manifattura u ttestjar ta' oġġetti pirotekniċi.

(15)

L-istandards armonizzati Ewropej huma mfassla, adottati u mmodifikati mill-Kumitat għall-Istandardizzazzjoni Ewropea (CEN), mill-Kumitat għall-Istandardizzazzjoni Elettro-teknika (CENELEC) u mill-Istitut Ewropew ta' l-Istandards fit-Telekomunikazzjoni (ETSI). Dawn l-organizzazzjonijiet huma rikonoxxuti bħala kompetenti għall-adozzjoni ta' standards armonizzati, li huma jfasslu skond il-linji gwida ġenerali għall-koperazzjoni bejnhom u l-Kummissjoni Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea ta' Kummerċ Ħieles ( 7 ), u skond il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni ( 8 ). Fir-rigward ta' oġġetti pirotekniċi għall-vetturi, l-orjentament internazzjonali ta' l-industrija Ewropea tal-fornituri tal-vetturi għandu jiġi rifless billi jitqiesu l-istandards internazzjonali rilevanti ta' l-ISO.

(16)

Konformement ma' l-“Approċċ il-Ġdid lejn l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tekniċi” huwa kunsiljabbli li l-oġġetti pirotekniċi manifatturati b'konformità ma' l-istandards armonizzati jibbenefikaw minn preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza msemmija f'din id-Direttiva.

(17)

Il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 dwar il-moduli għall-fażijiet diversi tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u r-regoli għat-twaħħil u għall-użu tal-marka ta' konformità CE li huma maħsubin sabiex jintużaw fid-direttivi ta' armonizzazzjoni teknika ( 9 ), introduċa mezzi armonizzati sabiex jiġu applikati proċeduri għall-evalwazzjoni tal-konformità. L-applikazzjoni ta' dawn il-moduli lill-oġġetti pirotekniċi se tagħmilha possibbli li tiġi determinata r-responsabbiltà tal-manifatturi u tal-korpi involuti fil-proċedura ta' evalwazzjoni tal-konformità billi titqies in-natura ta' l-oġġetti pirotekniċi konċernati.

(18)

Huwa kunsiljabbli li l-gruppi ta' oġġetti pirotekniċi li jkunu simili fit-tfassil, fil-funzjoni jew fil-prestazzjoni jiġu evalwati mill-korpi notifikati bħala familji ta' prodotti.

(19)

Huwa meħtieġ li, sabiex jitqiegħdu fis-suq, l-oġġetti pirotekniċi jkollhom il-marka CE sabiex juru l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva sabiex ikunu jistgħu jiċċirkolaw liberament fil-Komunità.

(20)

Skond l-“Approċċ il-Ġdid lejn l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tekniċi”, hemm bżonn ta' proċedura għal klawsola ta' salvagwardja li tippermetti l-possibbiltà tal-kontestazzjoni tal-konformità ta' oġġett pirotekniku jew ta' fallimenti. Għaldaqstant, l-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu l-miżuri adegwati kollha sabiex jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkollhom il-marka CE, jew sabiex jirtiraw dawn il-prodotti mis-suq jekk dawn jipperikolaw is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur meta jintużaw għar-raġunijiet li għalihom ikunu maħsuba.

(21)

Fir-rigward tas-sikurezza fit-trasport, ir-regoli dwar it-trasport ta' oġġetti pirotekniċi huma koperti minn konvenzjonijiet u ftehim internazzjonali, inklużi r-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi.

(22)

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u jassiguraw li dawn ir-regoli jiġu implimentati. Huwa meħtieġ li l-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(23)

Huwa fl-interessi tal-manifattur u ta' l-importatur li jiġu forniti prodotti sikuri sabiex jiġu evitati spejjeż ta' responsabbiltà għal prodotti difettużi li jagħmlu ħsara lill-individwi u lill-propjetà privata. F'dan ir-rigward, id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar responsabbiltà għal prodotti difettużi ( 10 ) tikkomplementa din id-Direttiva, ladarba dik id-Direttiva timponi sistema ta' responsabbiltà stretta fuq il-manifatturi u l-importaturi u tiżgura livell xieraq ta' protezzjoni għall-konsumaturi. Barra minn hekk, din id-Direttiva tistipula li korpi notifikati għandhom ikunu assigurati b'mod adegwat fir-rigward ta' l-attivitajiet professjonali tagħhom, ħlief jekk ir-responsabbiltà tagħhom tintrefa' mill-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu jkun direttament responsabbli għat-testijiet.

(24)

Huwa vitali li jsir provvediment għal perjodu transizzjonali sabiex ikun possibbli li l-liġijiet nazzjonali f'oqsma speċifiċi jiġu adattati gradwalment. Jeħtieġ li l-manifatturi u l-importaturi jingħataw iż-żmien sabiex jeżerċitaw kwalunkwe dritt skond ir-regoli nazzjonali fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva sabiex, per eżempju, ibigħu l-istokk tagħhom ta' prodotti manifatturati. Barra minn hekk, il-perjodi transizzjonali speċifiċi previsti għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jagħtu iżjed żmien għall-adozzjoni ta' standards armonizzati u jassiguraw l-implimentazzjoni rapida ta' din id-Direttiva sabiex tiżdied il-protezzjoni tal-konsumatur.

(25)

Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(26)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 11 ).

(27)

B'mod partikolari, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta miżuri Komunitarji fir-rigward ta' rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, ta' rekwiżiti ta' l-ittikkettar ta' oġġetti pirotekniċi u ta' adattamenti fil-progress tekniku ta' l-Annessi II u III relatati mar-rekwiżiti ta' sikurezza u ma' proċeduri ta' l-evalwazzjoni tal-konformità. Ladarba dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, jew sabiex jissupplimentawha biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, huwa meħtieġ li jiġu adottati b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(28)

Konformement mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet ( 12 ), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li jillustraw, kemm jista' jkun possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Għanijiet u ambitu ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli bil-ħsieb li jinkiseb il-moviment liberu ta' l-oġġetti pirotekniċi fis-suq intern, filwaqt li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u ta' sigurtà pubblika u l-protezzjoni u s-sikurezza tal-konsumaturi, u tqis l-aspetti rilevanti relatati mal-protezzjoni ta' l-ambjent.

2.  Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza li l-oġġetti pirotekniċi għandhom jissodisfaw sabiex jitqiegħdu fis-suq.

3.  Din id-Direttiva tapplika għal oġġetti pirotekniċi kif definiti fl-Artikolu 2(1) sa (5).

4.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a) oġġetti pirotekniċi maħsuba għall-użu mhux kummerċjali, skond il-liġi nazzjonali, mill-forzi armati, mill-pulizija jew mid-dipartimenti tat-tifi tan-nar;

(b) tagħmir li jaqa' fl-ambitu tad-Direttiva 96/98/KE;

(ċ) oġġetti pirotekniċi maħsuba għall-użu fl-industrija ta' l-ajruspazju;

(d) kapsi (percussion caps) maħsuba speċifikament għal ġugarelli li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE tat-3 ta' Mejju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli ( 13 );

(e) esplożivi li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 93/15/KEE;

(f) munizzjon, jiġifieri projettili u karigi propulsivi u munizzjon in bjank użat f'armi tan-nar li jistgħu jinġarru minn persuna, armi tan-nar oħrajn u artillerija.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

1. “Oġġett pirotekniku” tfisser kwalunkwe oġġett li fih sustanzi esplożivi jew taħlita esplożiva ta' sustanzi mfassla sabiex jipproduċu sħana, dawl, ħoss, gass jew duħħan jew taħlita ta' dawn l-effetti permezz ta' reazzjonijiet kimiċi esotermiċi sostnuti minnhom infushom.

2. “Tqegħid fis-suq” tfisser l-ewwel tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq Komunitarju ta' prodott individwali, sabiex jitqassam u/jew jintuża, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk bla ħlas. Il-logħob tan-nar magħmul minn manifattur għall-użu tiegħu stess u approvat minn Stat Membru għall-użu fit-territorju tiegħu m'għandux jitqies bħala mqiegħed fis-suq.

3. “Logħob tan-nar” tfisser oġġett pirotekniku maħsub għall-finijiet ta' divertiment.

4. “Oġġetti pirotekniċi teatrali” tfisser oġġetti pirotekniċi mfassla għall-użu fuq palk, ġewwa jew barra, inklużi produzzjonijiet ċinematografiċi u televiżivi, jew għal xi użu simili.

5. “Oġġetti pirotekniċi għall-vetturi” tfisser komponenti ta' apparat ta' sikurezza fil-vetturi, li jikkontjenu sustanzi pirotekniċi użati sabiex jattivaw dan l-apparat jew apparat ieħor.

6. “Manifattur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tfassal u/jew timmanifattura oġġett pirotekniku, jew li tqabbad lil min ifassal u jimmanifattura tali oġġett, bil-ħsieb li jqiegħdu fis-suq taħt isimha jew bit-trademark tagħha.

7. “Importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tagħmel oġġett pirotekniku, li joriġina minn pajjiż terz, disponibbli fis-suq Komunitarju għall-ewwel darba fil-kors tan-negozju tagħha.

8. “Distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista li tagħmel oġġett pirotekniku disponibbli fis-suq fil-kors tan-negozju tagħha.

9. “Standard armonizzat” tfisser standard Ewropew adottat minn korp Ewropew ta' l-istandardizzazzjoni taħt mandat mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE u li magħhom il-konformità ma tkunx obbligatorja.

10. “Persuna b'konoxxenza speċjalizzata” tfisser persuna awtorizzata minn Stat Membru sabiex timmaniġġa u/jew tuża fit-territorju tiegħu logħob tan-nar tal-kategorija 4, oġġetti pirotekniċi teatrali tal-kategorija T2 u/jew oġġetti pirotekniċi oħra tal-kategorija P2 kif definiti fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

Kategorizzazzjoni

1.  L-oġġetti pirotekniċi għandhom jiġu kategorizzati mill-manifattur skond it-tip ta' użu, skop jew livell ta' periklu tagħhom, inkluż il-livell ta' ħoss tagħhom. Il-korpi notifikati msemmija fl-Artikolu 10 għandhom jikkonfermaw il-kategorizzazzjoni bħala parti mill-proċeduri ta' evalwazzjoni tal-konformità skond l-Artikolu 9.

Il-kategorizzazzjoni għandha tkun kif ġej:

(a)  Logħob tan-nar

Kategorija 1:

logħob tan-nar li jippreżenta periklu żgħir ħafna u livell ta' ħoss negliġibbli u li jkun maħsub sabiex jintuża f'zoni ristretti, inkluż logħob tan-nar maħsub għall-użu f'bini domestiku;

Kategorija 2:

logħob tan-nar li jippreżenta periklu żgħir u livell ta' ħoss baxx u li jkun maħsub sabiex jintuża barra, f'zoni ristretti;

Kategorija 3:

logħob tan-nar li jippreżenta periklu medju, u li jkun maħsub sabiex jintuża barra, f'zoni kbar fil-miftuħ, u li l-livell ta' ħoss tiegħu ma jkunx ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem;

Kategorija 4:

logħob tan-nar li jippreżenta periklu kbir u li jkun maħsub sabiex jintuża biss minn persuni b'konoxxenza speċjalizzata (magħruf komunement bħala “logħob tan-nar għal użu professjonali”) u li l-livell ta' ħoss tiegħu ma jkunx ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem.

(b)  Oġġetti pirotekniċi teatrali

Kategorija T1:

oġġetti pirotekniċi għall-użu fuq il-palk li jippreżentaw periklu żgħir;

Kategorija T2:

oġġetti pirotekniċi għall-użu fuq il-palk li jkunu maħsuba għall-użu biss ta' persuni b'konoxxenza speċjalizzata.

(ċ)  Oġġetti pirotekniċi oħra

Kategorija P1:

oġġetti pirotekniċi diversi minn logħob tan-nar u oġġetti pirotekniċi teatrali li jippreżentaw periklu żgħir;

Kategorija P2:

oġġetti pirotekniċi diversi minn logħob tan-nar u oġġetti pirotekniċi teatrali li jkunu maħsuba biss għall-immaniġġar jew użu minn persuni b'konoxxenza speċjalizzata.

2.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-proċeduri li bihom huma jidentifikaw u jawtorizzaw persuni b'konoxxenza speċjalizzata.

Artikolu 4

L-obbligi tal-manifattur, ta' l-importatur u tad-distributur

1.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi mqiegħda fis-suq jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza stabbiliti fl-Anness I.

2.  Jekk il-manifattur ma jkunx stabbilit fil-Komunità, l-importatur ta' l-oġġetti pirotekniċi għandu jiżgura li l-manifattur issodisfa l-obbligi kollha tiegħu taħt din id-Direttiva jew għandu jassumi dawn l-obbligi huwa stess.

L-importatur jista' jinżamm responsabbli mill-awtoritajiet u mill-korpi fil-Komunità fir-rigward ta' dawk l-obbligi.

3.  Id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta skond il-liġi Komunitarja applikabbli. B'mod partikolari għandhom jivverifikaw li l-oġġett pirotekniku jkollu l-marka jew marki rekwiżiti ta' konformità u li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa.

4.  Il-manifatturi ta' l-oġġetti pirotekniċi għandhom:

(a) jippreżentaw l-oġġett pirotekniku lil korp notifikat, kif imsemmi fl-Artikolu 10, li għandu jwettaq evalwazzjoni tal-konformità skond l-Artikolu 9; u

(b) iwaħħlu l-marka CE ma', u jittikkettaw, l-oġġett pirotekniku skond l-Artikolu 11, u l-Artikolu 12 jew l-Artikolu 13.

Artikolu 5

It-tqegħid fis-suq

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adegwati kollha sabiex jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti imposti minn din id-Direttiva, ikollhom il-marka CE, u jikkonformaw ma' l-obbligi relatati ma' l-evalwazzjoni tal-konformità.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adegwati kollha sabiex jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi ma jkollhomx il-marka CE bla dritt.

Artikolu 6

Moviment liberu

1.  L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu milli jitqiegħdu fis-suq l-oġġetti pirotekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti imposti minn din id-Direttiva.

2.  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx jipprekludu miżuri meħuda minn Stat Membru, liema miżuri jkunu ġustifikati għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, sigurtà jew sikurezza, jew protezzjoni ambjentali, li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-pussess, l-użu u/jew il-bejgħ lill-pubbliku ġenerali tal-logħob tan-nar tal-kategoriji 2 u 3, ta' oġġetti pirotekniċi teatrali u ta' oġġetti pirotekniċi oħra.

3.  F'fieri kummerċjali, esibizzjonijiet u wirjiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' oġġetti pirotekniċi, l-Istati Membri m'għandhomx jimpedixxu l-wiri u l-użu ta' l-oġġetti pirotekniċi li ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, sakemm ikun hemm sinjal viżibbli li jindika, b'mod ċar, l-isem u d-data tal-fiera kummerċjali, ta' l-esibizzjoni jew wirja konċernata u li l-oġġetti la jkunu konformi u lanqas ikunu disponibbli għall-bejgħ sakemm ma jinġibux konformi mill-manifattur, fejn tali manifattur ikun stabbilit fil-Komunità, jew mill-importatur. Waqt attivitajiet bħal dawn għandhom jittieħdu l-miżuri adegwati ta' sikurezza skond il-rekwiżiti stabbiliti mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat.

4.  L-Istati Membri m'għandhomx jimpedixxu l-moviment liberu u l-użu ta' l-oġġetti pirotekniċi manifatturati għall-finijiet ta' riċerka, żvilupp u ttestjar u li ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, sakemm ikun hemm sinjal viżibbli li jindika, b'mod ċar, li dawn la jkunu konformi u lanqas ikunu disponibbli għal finijiet oħra ħlief dawk ta' riċerka, żvilupp u ttestjar.

Artikolu 7

Il-limiti ta' età

1.  L-oġġetti pirotekniċi ma għandhomx jinbigħu jew diversament jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi taħt il-limiti ta' età li ġejjin:

(a)  Logħob tan-nar

Kategorija 1: 12-il sena.

Kategorija 2: 16-il sena.

Kategorija 3: 18-il sena.

(b)  Oġġetti pirotekniċi oħra u oġġetti pirotekniċi teatrali

Kategoriji T1 u P1: 18-il sena.

2.  L-Istati Membri jistgħu jżidu l-limiti ta' età taħt il-paragrafu 1 fejn ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, sigurtà jew sikurezza. L-Istati Membri jistgħu wkoll inaqqsu l-limiti ta' età għal persuni li jkunu ħadu jew qegħdin jieħdu taħriġ vokazzjonali.

3.  Il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri m'għandhomx ibigħu jew diversament jagħmlu disponibbli l-oġġetti pirotekniċi li ġejjin, ħlief lil persuni b'konoxxenza speċjalizzata:

(a) logħob tan-nar tal-kategorija 4,

(b) oġġetti pirotekniċi tal-kategorija P2 u oġġetti pirotekniċi teatrali tal-kategorija T2.

Artikolu 8

Standards armonizzati

1.  Il-Kummissjoni tista', skond il-proċeduri stabbiliti mid-Direttiva 98/34/KE, titlob lill-korpi Ewropej ta' l-istandardizzazzjoni sabiex ifasslu jew jirrivedu l-istandards Ewropej sabiex jappoġġjaw din id-Direttiva jew tinkoraġġixxi lill-korpi internazzjonali rilevanti sabiex ifasslu jew jirrivedu standards internazzjonali.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi ta' dawn l-istandards armonizzati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istandards armonizzati pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea jkunu rikonoxxuti u adottati. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-oġġetti pirotekniċi li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva, li jikkonformaw ma' l-istandards nazzjonali rilevanti li jittrasponu l-istandards armonizzati ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea bħala konformi mar-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza stipulati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta' l-istandards nazzjonali li jittrasponu dawk l-istandards armonizzati.

Meta l-Istati Membri jadottaw traspożizzjonijiet nazzjonali ta' l-istandards armonizzati, huma għandhom jippubblikaw in-numri ta' referenza ta' dawk it-traspożizzjonijiet.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 9

Il-proċeduri ta' evalwazzjoni tal-konformità

Għall-evalwazzjoni tal-konformità ta' oġġetti pirotekniċi, il-manifattur għandu jsegwi waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a) il-proċedura ta' l-eżami tat-tip tal-KE (Modulu B) imsemmija fit-Taqsima 1 ta' l-Anness II, u, skond kif jagħżel il-manifattur, jew:

(i) il-proċedura tal-konformità mat-tip (Modulu C) imsemmija fit-Taqsima 2 ta' l-Anness II, jew

(ii) il-proċedura ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità fil-produzzjoni (Modulu D) imsemmija fit-Taqsima 3 ta' l-Anness II, jew

(iii) il-proċedura ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott (Modulu E) imsemmija fit-Taqsima 4 ta' l-Anness II;

(b) il-proċedura tal-verifika ta' l-unità (Modulu G) msemmija fit-Taqsima 5 ta' l-Anness II; jew

(ċ) il-proċedura għall-assigurazzjoni sħiħa tal-kwalità tal-prodott (Modulu H) imsemmija fit-Taqsima 6 ta' l-Anness II, sa fejn tikkonċerna logħob tan-nar tal-kategorija 4.

Artikolu 10

Il-korpi notifikati

1.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li jkunu ħatru sabiex iwettqu l-proċeduri għall-evalwazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 9, flimkien mal-kompiti speċifiċi li dawn il-korpi jkunu nħatru sabiex iwettqu u n-numri ta' identifikazzjoni li jkunu ngħatawlhom mill-Kummissjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, fil-websajt tagħha, lista tal-korpi notifikati u n-numri tagħhom ta' identifikazzjoni u l-kompiti li għalihom ikunu ġew notifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.

3.  L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness III għall-evalwazzjoni tal-korpi li dwarhom għandha tiġi nnotifikata l-Kummissjoni. Dawk il-korpi li jissodisfaw il-kriterji ta' evalwazzjoni stabbiliti mill-istandards armonizzati rilevanti għall-korpi notifikati għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji minimi rilevanti.

4.  Stat Membru li jkun innotifika lill-Kummissjoni b'xi korp partikolari għandu jirtira n-notifika jekk jiskopri li dak il-korp ma jibqax jissodisfa l-kriterji minimi msemmija fil-paragrafu 3. Huwa għandu jinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan.

5.  Jekk tiġi rtirata n-notifika ta' xi korp, l-attestazzjonijiet ta' konformità u d-dokumenti relatati li ġew provduti mill-korp konċernat għandhom jibqgħu validi, sakemm ma jiġix stabbilit li jeżisti riskju imminenti u dirett għas-saħħa u għas-sikurezza.

6.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fil-websajt tagħha l-avviż ta' l-irtirar tan-notifika tal-korp konċernat.

Artikolu 11

L-obbligu li titwaħħal il-marka CE

1.  Wara li tkun tlestiet b'suċċess l-evalwazzjoni tal-konformità skond l-Artikolu 9, il-manifatturi għandhom iwaħħlu l-marka CE b'mod viżibbli, leġibbli u indelibbli fuq l-oġġetti pirotekniċi stess jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq pjanċa ta' identifikazzjoni mwaħħla magħhom jew fuq il-pakkett. Il-pjanċa ta' identifikazzjoni għandha tkun imfassla b'tali mod li l-użu mill-ġdid tagħha jkun impossibbli.

Il-mudell li għandu jintuża għall-marka CE għandu jkun skond id-Deċiżjoni 93/465/KEE.

2.  L-ebda marka jew iskrizzjoni li tista' tikkonfondi lil terzi dwar it-tifsira u l-forma tal-marka CE m'għandha tiġi mwaħħla fuq oġġetti pirotekniċi. Kwalunkwe marka oħra tista' titwaħħal fuq oġġetti pirotekniċi sakemm dan ma jnaqqasx il-viżibbiltà u l-leġibbiltà tal-marka CE.

3.  Fejn oġġetti pirotekniċi jkunu suġġetti għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tkopri aspetti oħra, u tippreskrivi t-twaħħil, tal-marka CE, din il-marka għandha tindika li dawk l-oġġetti jkunu wkoll preżunti bħala konformi mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni l-oħra li tapplika għalihom.

Artikolu 12

L-ittikkettar ta' oġġetti diversi minn oġġetti pirotekniċi għall-vetturi

1.  Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi diversi minn oġġetti pirotekniċi għall-vetturi jkunu adegwatament ittikkettati b'mod viżibbli, leġibbli u indelibbli bil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li fih l-oġġett jinbiegħ lill-konsumatur.

2.  L-ittikkettar ta' oġġetti pirotekniċi għandu jinkludi bħala minimu, l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew, fejn il-manifattur ma jkunx stabbilit fil-Komunità, l-isem tal-manifattur u l-isem u l-indirizz ta' l-importatur, l-isem u t-tip ta' l-oġġett, il-limiti minimi ta' età kif indikat fl-Artikolu 7(1) u (2), il-kategorija rilevanti u l-istruzzjonijiet għall-użu, is-sena ta' produzzjoni għal-logħob tan-nar tal-kategoriji 3 u 4, u, fejn ikun il-każ, distanza minima ta' sikurezza. L-ittikkettar għandu jinkludi l-kwantità ekwivalenti netta (NEQ) ta' materjal esplożiv attiv.

3.  Addizzjonalment, il-logħob tan-nar għandu juri l-informazzjoni minima li ġejja:

Kategorija 1:

fejn ikun il-każ: “għall-użu barra biss” u distanza minima ta' sikurezza.

Kategorija 2:

“għall-użu barra biss” u, fejn ikun il-każ, distanza jew distanzi minimi ta' sikurezza.

Kategorija 3:

“għall-użu barra biss” u distanza jew distanzi minimi ta' sikurezza.

Kategorija 4:

“għall-użu biss minn persuni b'konoxxenza speċjalizzata” u distanza jew distanzi minimi ta' sikurezza.

4.  Addizzjonalment, l-oġġetti pirotekniċi teatrali għandhom jinkludu l-informazzjoni minima li ġejja:

Kategorija T1:

fejn ikun il-każ: “għall-użu barra biss” u distanza minima ta' sikurezza.

Kategorija T2:

“għall-użu minn persuni b'konoxxenza speċjalizzata biss” u distanza jew distanzi minimi ta' sikurezza.

5.  Jekk fuq l-oġġetti pirotekniċi ma jkunx hemm spazju suffiċjenti għar-rekwiżiti ta' l-ittikkettar imsemmijin fil-paragrafi 2 sa 4, l-informazzjoni għandha tingħata fuq l-iżgħar parti tal-pakkett.

6.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għal oġġetti pirotekniċi li jkunu eżibiti fil-fieri kummerċjali, f'wirjiet u f'dimostrazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' l-oġġetti pirotekniċi, kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), jew li jkunu manifatturati għall-finijiet ta' riċerka, żvilupp u ttestjar, kif imsemmi fl-Artikolu 6(4).

Artikolu 13

L-ittikkettar ta' oġġetti pirotekniċi għall-vetturi

1.  L-ittikkettar ta' oġġetti pirotekniċi għall-vetturi għandu jinkludi l-isem tal-manifattur jew, fejn il-manifattur ma jkunx stabbilit fil-Komunità, l-isem ta' l-importatur, l-isem u t-tip ta' l-oġġett u l-istruzzjonijiet ta' sikurezza.

2.  Jekk fuq l-oġġett ma jkunx hemm spazju suffiċjenti għar-rekwiżiti ta' l-ittikkettar imsemmijin fil-paragrafu 1, l-informazzjoni għandha tingħata fuq il-pakkett.

3.  Għandha tingħata lil-utenti professjonali, fil-lingwa mitluba minnhom, skeda ta' data ta' sikurezza magħmula skond l-Anness tad-Direttiva 2001/58/KE tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2001 li temenda għat-tieni darba d-Direttiva 91/155/KEE ( 14 ).

L-iskeda ta' data ta' sikurezza tista' tkun provduta fuq karta jew elettronikament, sakemm l-indirizzat ikollu l-mezzi neċessarji sabiex jaċċedi għaliha.

Artikolu 14

Is-sorveljanza tas-suq

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adegwati kollha sabiex jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi, jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk, meta jkunu korrettament maħżuna u użati għall-għan li huma jkunu maħsuba għalih, huma ma jkunux ta' periklu għas-saħħa u għas-sikurezza tal-persuni.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu spezzjonijiet regolari ta' l-oġġetti pirotekniċi mad-dħul tagħhom fil-Komunità u fis-siti fejn jiġu maħżuna u manifatturati.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adegwati sabiex jiżguraw li meta oġġetti pirotekniċi jiġu trasferiti fil-Komunità, jiġu rispettati r-rekwiżiti, imposti minn din id-Direttiva, ta' sikurezza u siġurtà pubblika u ta' protezzjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jagħmlu sorveljanza adegwata fuq il-prodotti mqiegħda fis-suq filwaqt li titqies adegwatament il-preżunzjoni tal-konformità tal-prodotti li jkollhom il-marka CE.

5.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kull sena dwar l-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq.

6.  Fejn Stat Membru jaċċerta ruħu li xi oġġett pirotekniku, li jkollu l-marka CE, akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE u użat skond l-għan li jkun maħsub għalih, jista' jipperikola s-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, huwa għandu jieħu l-miżuri provviżorji adegwati kollha sabiex jirtira dak l-oġġett mis-suq, jipprojbixxi t-tqegħid tiegħu fis-suq jew jirrestrinġi l-moviment liberu tiegħu. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

7.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-websajt tagħha l-ismijiet ta' l-oġġetti li, skond il-paragrafu 6, ikunu ġew irtirati mis-suq, ikunu ġew ipprojbiti jew ikollhom jitqiegħdu fis-suq suġġetti għal xi restrizzjoni.

Artikolu 15

Informazzjoni rapida dwar prodotti li jippreżentaw riskji serji

Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet suffiċjenti sabiex jemmen li xi oġġett pirotekniku jippreżenta riskju serju għas-saħħa u/jew sikurezza tal-persuni fil-Komunità, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan u jagħmel evalwazzjoni adegwata. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-isfond u bir-riżultati ta' l-evalwazzjoni.

Artikolu 16

Klawsola ta' salvagwardja

1.  Fejn Stat Membru ma jaqbilx mal-miżuri provviżorji meħuda minn Stat Membru ieħor skond l-Artikolu 14(6) jew fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li miżuri bħal dawn imorru kontra l-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-partijiet kollha konċernati, tevalwa l-miżuri u tieħu pożizzjoni dwar jekk il-miżuri ikunux ġustifikati jew le. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri dwar il-pożizzjoni tagħha u tinforma lill-partijiet interessati.

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri nazzjonali ikunu ġustifikati, l-Istati Membri l-oħra għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-oġġett perikoluż jiġi rtirat mis-suq nazzjonali tagħhom u jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri nazzjonali ma jkunux ġustifikati, l-Istat Membru konċernat għandu jirtirhom.

2.  Fejn il-miżuri provviżorji msemmija fil-paragrafu 1 ikunu bbażati fuq xi nuqqas fl-istandards armonizzati, il-Kummissjoni għandha tirriferi l-kwistjoni lill-Kumitat Permanenti mwaqqaf mid-Direttiva 98/34/KE jekk l-Istat Membru li ta bidu lill-miżuri jżomm il-pożizzjoni tiegħu, u l-Kummissjoni jew dak l-Istat Membru għandhom jibdew il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8.

3.  Fejn xi oġġett pirotekniku ma jikkonformax iżda jkollu l-marka CE, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu azzjoni adegwata kontra kull min waħħal il-marka u għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 17

Il-miżuri li jinvolvu rifjut jew restrizzjoni

1.  Kwalunkwe miżura li tittieħed skond din id-Direttiva,

(a) sabiex tipprojbixxi jew tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq ta' prodott; jew

(b) sabiex tirtira prodott mis-suq,

għandha tispeċifika r-raġunijiet eżatti li għalihom hija tkun ittieħdet. Miżuri bħal dawn għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tiġi informata bir-rimedji disponibbli lilha skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru konċernat, u bil-limiti ta' żmien li għalihom dawn ir-rimedji jkunu suġġetti.

2.  Fil-każ ta' miżura msemmija fil-paragrafu 1, il-parti konċernata għandha jkollha l-opportunità li tressaq il-fehmiet tagħha bil-quddiem, ħlief meta konsultazzjoni bħal din ma tkunx possibbli minħabba l-urġenza tal-miżura li jkollha tittieħed, skond kif ikun ġustifikat b'mod partikolari minn rekwiżiti ta' saħħa jew sikurezza pubblika.

Artikolu 18

Miżuri implimentattivi

1.  Il-miżuri li ġejjin, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissuplimentawha biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(2):

(a) adattamenti neċessarji sabiex titqies kwalunkwe emenda fil-futur magħmula lil rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti;

(b) adattamenti fil-progress tekniku ta' l-Annessi II u III;

(ċ) adattamenti tar-rekwiżiti ta' l-ittikkettar stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13.

2.  Il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(3):

(a) it-twaqqif ta' sistema ta' rintraċċament, inkluż numru ta' reġistrazzjoni u reġistru fil-livell ta' l-UE sabiex ikunu identifikati t-tipi ta' oġġetti pirotekniċi u l-manifattur tagħhom;

(b) it-twaqqif ta' kriterji komuni għall-ġbir u aġġornament regolari ta' data dwar inċidenti relatati ma' oġġetti pirotekniċi.

Artikolu 19

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

Artikolu 20

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jadottaw ukoll il-miżuri neċessarji li jippermettulhom li jżommu kunsinni ta' oġġetti pirotekniċi li jonqsu milli jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

Artikolu 21

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa l-4 ta' Jannar 2010, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għanhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

2.  Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet sa l-4 ta' Lulju 2010 għal-logħob tan-nar tal-kategoriji 1, 2 u 3 u sa l-4 ta' Lulju 2013 għall-oġġetti pirotekniċi l-oħra, għal-logħob tan-nar tal-kategorija 4 u għall-oġġetti pirotekniċi teatrali.

3.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

5.  L-awtorizzazzjonijiet nazzjonali mogħtija qabel id-data rilevanti indikata fil-paragrafu 2 għandhom jibqgħu validi fit-territorju ta' l-Istat Membru li jkun ta l-awtorizzazzjoni sad-data ta' skadenza tagħhom jew sa għaxar snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, skond liema minn dawn il-perjodi jkun l-iqsar.

6.  B'deroga mill-paragrafu 5, l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-oġġetti pirotekniċi għall-vetturi mogħtija qabel id-data rilevanti indikata fil-paragrafu 2 għandhom jibqgħu validi sa l-iskadenza tagħhom.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 23

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

Rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza

(1) Kull oġġett pirotekniku għandu jkollu l-karatteristiċi operattivi speċifikati mill-manifattur lill-korp notifikat sabiex ikunu żgurati l-akbar sikurezza u affidabbiltà.

(2) Kull oġġett pirotekniku għandu jkun imfassal u mmanifatturat b'tali mod li, mingħajr periklu, ikun jista' jintrema bi proċess adatt li jħalli effett minimu fuq l-ambjent.

(3) Kull oġġett pirotekniku għandu jiffunzjona korrettament meta jintuża għall-għan li għalih huwa jkun maħsub.

Kull oġġett pirotekniku għandu jiġi ttestjat taħt kondizzjonijiet realistiċi. Jekk dan ma jkunx possibbli f'laboratorju, it-testijiet għandhom isiru fil-kondizzjonijiet li fihom ikun sejjer jintuża l-oġġett pirotekniku.

L-informazzjoni u l-kwalitajiet li ġejjin – fejn applikabbli – għandhom jiġu kkunsidrati jew ittestjati:

(a) Il-kwalitajiet tat-tfassil, tal-kostruzzjoni u tal-karatteristiċi, inkluża l-kompożizzjoni kimika dettaljata (il-massa u l-perċentwali ta' sustanzi użati) u d-dimensjonijiet;

(b) L-istabbiltà fiżika u kimika ta' l-oġġett pirotekniku fil-kondizzjonijiet ambjentali normali kollha li wieħed jista' jipprevedi;

(ċ) Is-sensittività għall-immaniġġar u għat-trasport normali li wieħed jista' jipprevedi;

(d) Il-kompatibbiltà tal-komponenti kollha fir-rigward ta' l-istabbiltà kimika tagħhom;

(e) Ir-reżistenza ta' l-oġġett pirotekniku għall-umdità fejn ikun maħsub li jintuża f'kondizzjonijiet umdi jew imxarrba u fejn is-sikurezza jew l-affidabbiltà tiegħu jistgħu jkunu milquta ħażin mill-umdità;

(f) Ir-reżistenza għal temperaturi baxxi u għolja, fejn l-oġġett pirotekniku ikun maħsub li jinżamm jew li jkun użat f'temperaturi bħal dawn u s-sikurezza u l-affidabbiltà tiegħu jistgħu jiġu milquta ħażin bit-tkessiħ jew tisħin ta' komponent jew ta' l-oġġett pirotekniku kollu;

(g) Il-karatteristiċi ta' sikurezza maħsuba sabiex jimpedixxu l-bidu jew it-tqabbid qabel il-waqt jew b'mod involontarju;

(h) Istruzzjonijiet u, fejn meħtieġ, markaturi adegwati fir-rigward ta' l-immaniġġar, ħżin, użu (inklużi distanzi ta' sikurezza) u rimi mingħajr periklu fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru reċipjenti;

(i) Il-kapaċità ta' l-oġġett pirotekniku, ta' l-ippakkjar tiegħu jew tal-komponenti l-oħra li jifilħu għad-deterjorament taħt kondizzjonijiet normali ta' ħżin li wieħed jista' jipprevedi;

(j) L-ispeċifikazzjoni ta' l-apparat u aċċessorji kollha meħtieġa u l-istruzzjonijiet għall-funzjonament mingħajr periklu ta' l-oġġett pirotekniku.

Waqt it-trasport u l-immaniġġar normali, ħlief jekk speċifikat mill-istruzzjonijiet tal-manifattur, l-oġġetti pirotekniċi għandhom jinkludu l-kompożizzjoni piroteknika.

▼M2 —————

▼B

(5) Il-gruppi varji ta' oġġetti pirotekniċi għandhom mill-inqas jikkonformaw ukoll mar-rekwiżiti li ġejjin:

A.   Logħob tan-nar

(1) Il-manifattur għandu jqassam il-logħob tan-nar f'kategoriji differenti skond l-Artikolu 3 karatterizzati skond il-kontenut esplożiv nett, id-distanzi ta' sikurezza, il-livell tal-ħoss, jew aspetti simili. Il-kategorija għandha tkun indikata b'mod ċar fuq it-tikketta.

(a) Għal-logħob tan-nar tal-kategorija 1, għandhom ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) id-distanza ta' sikurezza għandha tkun mill-anqas 1 m. Madankollu, fejn ikun il-każ, id-distanza ta' sikurezza tista' tkun inqas;

(ii) il-livell massimu tal-ħoss m'għandux jaqbeż 120 dB (A, imp), jew livell ta' ħoss ekwivalenti mkejjel b'metodu adegwat ieħor, mid-distanza ta' sikurezza;

(iii) il-kategorija 1 m'għandhiex tinkludi baraxxijiet (bangers), batteriji tal-baraxxijiet, baraxxijiet “flash” u batteriji tal-baraxxijiet “flash”;

(iv) it-“throwdowns” fil-kategorija 1 m'għandhomx jikkontjenu aktar minn 2,5 mg ta' silver fulminate.

(b) Għal-logħob tan-nar tal-kategorija 2, għandhom ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) id-distanza ta' sikurezza għandha tkun mill-anqas 8 m. Madankollu, fejn ikun il-każ, id-distanza ta' sikurezza tista' tkun inqas;

(ii) il-livell massimu tal-ħoss m'għandux jaqbeż 120 dB (A, imp), jew livell ta' ħoss ekwivalenti mkejjel b'metodu adegwat ieħor, mid-distanza ta' sikurezza.

(ċ) Għal-logħob tan-nar tal-kategorija 3, għandhom ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) id-distanza ta' sikurezza għandha tkun mill-anqas 15 m. Madankollu, fejn ikun il-każ, id-distanza ta' sikurezza tista' tkun inqas,

(ii) il-livell massimu tal-ħoss m'għandux jaqbeż 120 dB (A, imp), jew livell ta' ħoss ekwivalenti mkejjel b'metodu adegwat ieħor, mid-distanza ta' sikurezza.

(2) Il-logħob tan-nar jista' jkun magħmul biss minn materjal li jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju għas-saħħa, għall-proprjetà u għall-ambjent mill-fdalijiet.

(3) Il-metodu tat-tqabbid għandu jidher b'mod ċar jew għandu jkun indikat permezz ta' tikketta jew istruzzjonijiet.

(4) Il-logħob tan-nar m'għandux jiċċaqlaq b'mod erratiku u imprevedibbli.

(5) Il-logħob tan-nar tal-kategoriji 1, 2 u 3 għandu jkun protett mit-tqabbid involontarju permezz ta' għatu protettiv, jew mil-pakkett, jew mill-kostruzzjoni ta' l-oġġett. Il-logħob tan-nar tal-kategorija 4 għandu jkun protett mit-tqabbid involontarju bil-metodi speċifikati mill-manifattur.

B.   Oġġetti pirotekniċi oħra

(1) L-oġġetti pirotekniċi għandhom ikunu mfassla b'tali mod li jnaqqas ir-riskju għas-saħħa, għall-proprjetà u għall-ambjent waqt l-użu normali.

(2) Il-metodu tat-tqabbid għandu jidher b'mod ċar jew għandu jkun indikat permezz ta' tikketta jew istruzzjonijiet.

(3) L-oġġett pirotekniku għandu jkun imfassal b'tali mod li jnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju għas-saħħa, għall-proprjetà u għall-ambjent mill-fdalijiet meta l-oġġett jitqabbad b'mod involontarju.

(4) Fejn ikun il-każ, l-oġġett pirotekniku għandu jiffunzjona korrettament sad-data ta' “l-iskadenza” speċifikata mill-manifattur.

Ċ.   L-apparat tat-tqabbid

(1) L-apparat għat-tqabbid għandu jkun kapaċi jitqabbad b'mod affidabbli u jkun ta' kapaċità suffiċjenti ta' tqabbid fil-kondizzjonijiet kollha prevedibbli ta' użu normali.

(2) It-tagħmir għat-tqabbid għandu jkun protett kontra skariki elettrostatiċi fil-kondizzjonijiet kollha prevedibbli ta' użu u ħżin normali.

(3) It-tagħmir elettriku tat-tqabbid għandu jkun protett kontra kampi elettromanjetiċi fil-kondizzjonijiet kollha prevedibbli ta' użu u ħżin normali.

(4) L-għata tal-miċeċ għandha tkun ta' saħħa mekkanika adegwata u għandha tipproteġi adegwatament il-mili esplożiv meta tkun suġġetta għat-tensjoni mekkanika normali li wieħed jista' jipprevedi.

(5) Il-parametri għall-perjodi tat-tqabbid tal-miċeċ għandhom ikunu pprovduti ma' l-oġġett.

(6) Il-karatteristiċi elettriċi (eż. kurrent bla nar, reżistenza, eċċ.) tat-tagħmir elettriku tat-tqabbid għandhom ikunu pprovduti ma' l-oġġett.

(7) Il-fili tat-tagħmir elettriku tat-tqabbid għandhom ikunu suffiċjentement iżolati u ta' saħħa mekkanika suffiċjenti, inkluża s-solidità tal-konnessjoni mat-tagħmir tat-tqabbid, b'kont meħud ta' l-użu li għalih ikunu maħsuba.




ANNESS II

Proċeduri ta' evalwazzjoni tal-konformità

1.   MODULU B: eżami tat-tip tal-KE

1. Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li permezz tagħha korp notifikat jaċċerta u jafferma li kampjun, rappreżentattiv tal-produzzjoni kkunsidrata, jissodisfa d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2007/23/KE (minn hawn' il quddiem imsejħa “din id-Direttiva”).

2. L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip tal-KE għandha tiġi depożitata mill-manifattur mal-korp notifikat ta' l-għażla tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a) l-isem u l-indirizz tal-manifattur,

(b) dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma ġietx depożitata ma' l-ebda korp notifikat ieħor,

(ċ) id-dokumenti tekniċi, kif deskritti fil-punt 3.

L-applikant għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korp notifikat kampjun rappreżentattiv tal-produzzjoni kkunsidrata, minn hawn il quddiem imsejjaħ “tip”. Il-korp notifikat jista’ jitlob aktar kampjuni jekk ikunu meħtieġa sabiex jitwettaq il-programm ta' l-ittestjar.

3. Id-dokumenti tekniċi għandhom jagħmlu possibbli l-evalwazzjoni tal-konformità ta' l-oġġett mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Huma għandhom, sa fejn ikun rilevanti għal tali evalwazzjoni, ikopru t-tfassil, il-manifattura u l-funzjonament ta' l-oġġett u jinkludu, sa fejn ikun rilevanti għall-evalwazzjoni:

(a) deskrizzjoni ġenerali tat-tip,

(b) id-disinni u d-dijagrammi konċettwali tat-tfassil u tal-manifattura tal-komponenti, tal-montaġġi separati, taċ-ċirkwiti, eċċ.,

(ċ) id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet neċessarji sabiex jinftiehmu d-disinni u d-dijagrammi u l-funzjonament ta' l-oġġett,

(d) lista ta' l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, applikati kompletament jew parzjalment, u d-deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati sabiex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza ta' din id-Direttiva fejn l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva ma ġewx applikati,

(e) ir-riżultati tal-kalkoli tat-tfassil li saru, l-eżamijiet li twettqu, eċċ.,

(f) ir-rapporti tat-testijiet.

4. Il-korp notifikat għandu:

(a) jeżamina d-dokumenti tekniċi, jivverifika li t-tip ġie manifatturat konformement ma' dawk id-dokumenti u jidentifika l-elementi li ġew imfassla skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva kif ukoll il-komponenti li ġew imfassla mingħajr ma ġew applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawk l-istandards armonizzati;

(b) jagħmel jew ikun għamel l-eżamijiet adegwati u t-testijiet neċessarji sabiex jikkontrolla jekk, fejn ma ġewx applikati l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx ir-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza ta' din id-Direttiva;

(ċ) jagħmel jew ikun għamel l-eżamijiet adegwati u t-testijiet neċessarji sabiex jikkontrolla jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika l-istandards armonizzati rilevanti, dawn ġewx applikati;

(d) jiftiehem ma' l-applikant fejn se jsiru l-eżamijiet u t-testijiet neċessarji.

5. Fejn it-tip jissodisfa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva, il-korp notifikat joħroġ ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jikkontjeni l-isem u l-indirizz tal-manifattur, ir-riżultati ta' l-eżami u d-data neċessarja għall-identifikazzjoni tat-tip approvat.

Lista tal-partijiet rilevanti tad-dokumenti tekniċi għandha tiġi annessa maċ-ċertifikat u tinżamm kopja ta' din il-lista mill-korp notifikat.

Fejn lill-manifattur jiġi rifjutat ċertifikat tat-tip, il-korp notifikat għandu jipprovdi raġunijiet dettaljati għal dan ir-rifjut.

Għandu jsir provvediment għal proċedura ta' appell.

6. L-applikant għandu jinforma lill-korp notifikat li jkollu d-dokumenti tekniċi dwar iċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE bil-modifiki kollha fl-oġġett approvat li għandu jirċievi approvazzjoni addizzjonali fejn dawn it-tibdiliet jistgħu jolqtu l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew mal-kondizzjonijiet preskritti għall-użu ta' l-oġġett. Din l-approvazzjoni addizzjonali għandha tingħata fil-forma ta' addizzjoni maċ-ċertifikat oriġinali ta' l-eżami tat-tip tal-KE.

7. Kull korp notifikat għandu jikkomunika lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni rilevanti dwar iċ-ċertifikati ta' l-eżami tat-tip tal-KE u l-addizzjonijiet maħruġa jew irtirati.

8. Il-korpi notifikati l-oħra jistgħu jirċievu kopji taċ-ċertifikati ta' l-eżami tat-tip tal-KE u/jew kull addizzjoni magħmula lilhom. L-Annessi taċ-ċertifikati għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-korpi notifikati l-oħra.

9. Il-manifattur għandu iżomm kopji taċ-ċertifikati ta' l-eżami tat-tip tal-KE u kull addizzjoni magħmula lilhom mad-dokumenti tekniċi għal perjodu ta' mhux inqas minn 10 snin wara l-aħħar data tal-manifattura ta' l-oġġett konċernat.

Fejn il-manifattur ma jkunx stabbilit fil-Komunità, l-obbligu li jinżammu disponibbli d-dokumenti tekniċi jkun r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed l-oġġett fis-suq.

2.   MODULU C: Il-konformità mat-tip

1. Dan il-modulu jiddeskrivi dik il-parti tal-proċedura li permezz tagħha l-manifattur jiżgura u jiddikjara li l-oġġetti pirotekniċi konċernati huma konformi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva li japplikaw għalihom. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma' kull oġġett pirotekniku u jikkompila dikjarazzjoni ta' konformità bil-miktub.

2. Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżgura li l-proċess tal-manifattura jiżgura l-konformità ta' l-oġġett pirotekniku mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE u mar-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza ta' din id-Direttiva.

3. Il-manifattur għandu jżomm kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data tal-manifattura ta' l-oġġett konċernat.

Fejn il-manifattur ma jkunx stabbilit fil-Komunità, l-obbligu li jinżammu disponibbli d-dokumenti tekniċi jkun ir-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq.

4. Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel jew iqabbad lil min jagħmel eżamijiet fuq l-oġġett f'intervalli fuq bażi każwali. Għandu jiġi eżaminat kampjun adegwat, meħud fuq il-post mill-korp notifikat, ta' l-oġġett lest, u għandhom isiru testijiet adegwati, definiti fl-istandard armonizzat applikabbli msemmi fl-Artikolu 8, jew testijiet ekwivalenti sabiex tiġi kontrollata l-konformità ta' l-oġġett mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Fil-każ li kampjun wieħed jew aktar minn wieħed ta' l-oġġett eżaminati ma jkunux konformi, il-korp notifikat għandu jieħu l-miżuri adegwati.

Taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat, il-manifattur għandu jwaħħal in-numru ta' identifikazzjoni ta' dak il-korp waqt il-proċess tal-manifattura.

3.   MODULU D: L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-produzzjoni

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-manifattur li jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punt 2 jiżgura u jiddikjara li l-oġġetti pirotekniċi konċernati jkunu f'konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE u jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma' kull oġġett u jikkompila dikjarazzjoni ta' konformità bil-miktub. Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata min-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-monitoraġġ imsemmi fil-punt 4.

2. Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta' kwalità għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni u ttestjar tal-prodott finali kif speċifikat fil-punt 3. Huwa għandu jkun suġġett għall-monitoraġġ imsemmi fil-punt 4.

3.   Is-sistema ta' kwalità

3.1. Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sistema tiegħu ta' kwalità ma' korp notifikat ta' l-għażla tiegħu, fir-rigward ta' l-oġġetti pirotekniċi konċernati.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a) l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija ta' l-oġġett pirotekniku, ikkunsidrata,

(b) id-dokumenti dwar is-sistema ta' kwalità,

(ċ) id-dokumenti tekniċi li jappartjenu lit-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE.

3.2. Is-sistema ta' kwalità għandha tiżgura l-konformità ta' l-oġġetti pirotekniċi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE u mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta' linji politiċi, proċeduri u istruzzjonijiet miktuba. Id-dokumenti tas-sistema ta' kwalità għandhom jippermettu interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta' kwalità, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-records ta' kwalità.

Huma għandhom, b'mod partikolari, jinkludu deskrizzjoni adegwata ta':

(a) l-għanijiet ta' kwalità u l-istruttura ta' l-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat ta' l-amministrazzjoni rigward il-kwalità ta' l-oġġetti pirotekniċi,

(b) it-teknika, il-proċessi, u l-azzjonijiet sistematiċi tal-manifattura, tal-kontroll tal-kwalità u ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità li se jintużaw,

(ċ) l-eżamijiet u t-testijiet li se jitwettqu qabel, waqt u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha se jitwettqu,

(d) ir-records tal-kwalità, bħar-rapporti ta' ispezzjonijiet u d-data tat-testijiet, id-data tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat,

(e) il-mezzi ta' monitoraġġ tal-ksib tal-kwalità meħtieġa ta' l-oġġetti pirotekniċi u tal-funzjonament effettiv tas-sistema ta' kwalità.

3.3. Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta' kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2. Għandu jippreżumi konformità ma' dawk ir-rekwiżiti fir-rigward ta' sistemi ta' kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat rilevanti. Il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b'esperjenza sabiex ikun jista’ jevalwa t-teknoloġija rilevanti tal-prodott. Il-proċedura ta' l-evalwazzjoni għandha tinkludi żjara ta' ispezzjoni fis-sit tal-manifattur.

Għandha tiġi notifikata deċiżjoni debitament sostanzjata lill-manifattur. Hija għandha tikkontjeni r-riżultati ta' l-eżami.

3.4. Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta' kwalità kif approvata u jżommha f'livell adegwat u effiċjenti.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta' kwalità informat b'kull bidla proposta fis-sistema ta' kwalità.

Il-korp notifikat għandu jeżamina l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità, kif mibdula, tibqax tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx ħtieġa ta' evalwazzjoni ġdida.

Għandha tiġi notifikata deċiżjoni debitament sostanzjata lill-manifattur. Hija għandha tikkontjeni r-riżultati ta' l-eżami.

4.   Il-monitoraġġ taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1. L-għan tal-monitoraġġ huwa li jiġi żgurat li l-manifattur iwettaq, kif dovut, l-obbligi imposti mis-sistema approvata ta' kwalità.

4.2. Il-manifattur għandu jippermetti li l-korp notifikat ikollu aċċess għall-finijiet ta' ispezzjoni għas-siti tal-manifattura, ta' l-ispezzjoni, ta' l-ittestjar u tal-ħżin u jipprovdilu l-informazzjoni neċessarja kollha, b'mod partikolari:

(a) id-dokumenti tas-sistema ta' kwalità,

(b) ir-records tal-kwalità, bħar-rapporti ta' ispezzjonijiet u d-data tat-testijiet, id-data tal-kalibrazzjoni, ir-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

4.3. Il-korp notifikat għandu perjodikament jagħmel verifiki sabiex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta' kwalità u jipprovdi rapport tal-verifika lill-manifattur.

4.4. Addizzjonalment, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat il-korp notifikat jista’, jekk ikunu meħtieġa, jagħmel testijiet jew iqabbad lil min jagħmilhom sabiex jivverifika li s-sistema ta' kwalità tiffunzjona korrettament. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b'rapport taż-żjara u, jekk ikun sar test, b'rapport tat-test.

5. Il-manifattur għandu, għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data tal-manifattura ta' l-oġġett, iżomm għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

(a) id-dokument imsemmi fil-punt 3.1(b),

(b) id-dokumenti marbuta ma' l-aġġornament imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.4,

(ċ) id-deċiżjonijiet u r-rapporti tal-korp notifikat li jissemmew fir-raba' subparagrafu tal-punt 3.4, u fil-punti 4.3 u 4.4.

6. Kull korp notifikat għandu jgħaddi lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjonijiet, tas-sistemi ta' kwalità, maħruġa jew irtirati.

4.   MODULU E: L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-manifattur li jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punt 2 jiżgura u jiddikjara li l-oġġetti pirotekniċi konċernati jkunu f'konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta' l-eżami tat-tip tal-KE. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma' kull oġġett u jikkompila dikjarazzjoni ta' konformità bil-miktub. Il-marka CE tkun akkumpanjata min-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-monitoraġġ imsemmi fil-punt 4.

2. Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta' kwalità għall-ispezzjoni u ttestjar ta' l-oġġett pirotekniku finali kif speċifikat fil-punt 3. Huwa għandu jkun suġġett għall-monitoraġġ imsemmi fil-punt 4.

3.   Is-sistema ta' kwalità

3.1. Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni mal-korp notifikat ta' l-għażla tiegħu għall-evalwazzjoni tas-sistema ta' kwalità fir-rigward ta' l-oġġetti pirotekniċi tiegħu.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a) l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija, ta' l-oġġett pirotekniku, ikkunsidrata,

(b) id-dokumenti dwar is-sistema ta' kwalità,

(ċ) id-dokumenti tekniċi li jappartjenu għat-tip approvat u kopja taċ-ċertifikat ta' leżami tat-tip tal-KE.

3.2. Taħt is-sistema ta' kwalità, kull oġġett pirotekniku għandu jiġi eżaminat u għandhom isiru testijiet adegwati kif definit fl-istandard jew standards armonizzati rilevanti msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva jew testijiet ekwivalenti sabiex jivverifikaw il-konformità ta' l-oġġett mar-rekwiżiti rilevanti ta' din id-Direttiva.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta' linji politiċi, proċeduri u istruzzjonijiet miktuba. Id-dokumenti tas-sistema ta' kwalità għandhom jippermettu interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta' kwalità, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-records ta' kwalità.

Huma għandhom, b'mod partikolari, jinkludu deskrizzjoni adegwata ta':

(a) l-għanijiet ta' kwalità u l-istruttura ta' l-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat ta' l-amministrazzjoni rigward il-kwalità tal-prodott,

(b) l-eżami u t-testijiet li jkunu se jsiru wara l-manifattura,

(ċ) il-mezzi ta' monitoraġġ tal-funzjonament effettiv tas-sistema ta' kwalità,

(d) ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta' ispezzjonijiet u d-data tat-test, id-data tal-kalibrazzjoni, u r-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

3.3. Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta' kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2. Għandu jippreżumi konformità ma' dawn ir-rekwiżiti fir-rigward tas-sistemi ta' kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat rilevanti.

Il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b'esperjenza fl-evalwazzjoni tat-teknoloġija rilevanti tal-prodott. Il-proċedura ta' l-evalwazzjoni għandha tinkludi żjara ta' ispezzjoni fis-sit tal-manifattur.

Għandha tiġi nnotifikata deċiżjoni debitament sostanzjata dwar l-ispezzjonijiet lill-manifattur. Din għandha tikkontjeni r-riżultati ta' l-eżami.

3.4. Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta' kwalità kif approvata u jżommha f'livell adegwat u effiċjenti.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta' kwalità informat b'kull bidla proposta fis-sistema ta' kwalità.

Il-korp notifikat għandu jeżamina l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità, kif mibdula, tibqax tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx ħtieġa ta' evalwazzjoni ġdida.

Għandha tiġi nnotifikata deċiżjoni debitament sostanzjata dwar l-ispezzjonijiet lill-manifattur. Din għandha tikkontjeni r-riżultati ta' l-eżami.

4.   Il-monitoraġġ taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1. L-għan tal-monitoraġġ huwa li jiġi żgurat li l-manifattur iwettaq, kif dovut, l-obbligi imposti mis-sistema approvata ta' kwalità.

4.2. Il-manifattur għandu jippermetti li l-korp notifikat ikollu aċċess għall-finijiet ta' ispezzjoni għas-siti tal-manifattura, ta' l-ispezzjoni, ta' l-ittestjar u tal-ħżin u jipprovdilu l-informazzjoni neċessarja kollha, b'mod partikolari:

(a) id-dokumenti tas-sistema ta' kwalità,

(b) id-dokumenti tekniċi,

(ċ) ir-rekords tal-kwalità, bħar-rapporti ta' ispezzjonijiet u d-data tat-test, id-data ta' kalibrazzjoni u r-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

4.3. Il-korp notifikat għandu perjodikament jagħmel verifiki sabiex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta' kwalità u għandu jipprovdi rapport tal-verifika lill-manifattur.

4.4. Addizzjonalment, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat il-korp notifikat jista’, jekk ikunu meħtieġa, jagħmel testijiet jew iqabbad lil min jagħmilhom sabiex jiġi vverifikat li s-sistema ta' kwalità tiffunzjona korrettament. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b'rapport taż-żjara u, jekk ikun sar xi test, b'rapport tat-test.

5. Il-manifattur għandu, għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data tal-manifattura ta' l-oġġett, iżomm għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

(a) id-dokumenti msemmija fil-punt 3.1. (b),

(b) id-dokumenti marbuta ma' l-aġġornament imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.4,

(ċ) id-deċiżjonijiet u r-rapporti tal-korp notifikat imsemmija fir-raba' subparagrafu tal-punt 3.4, u fil-punti 4.3 u 4.4.

6. Kull korp notifikat għandu jgħaddi lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjonijiet, tas-sistemi ta' kwalità, maħruġa jew irtirati.

5.   MODULU G: Il-verifika ta' l-unità

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-manifattur jiżgura u jiddikjara li l-oġġett pirotekniku li ngħatalu ċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 2 jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti ta' din id-Direttiva. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE ma' l-oġġett u jikkompila dikjarazzjoni ta' konformità.

2. Il-korp notifikat għandu jeżamina l-oġġett pirotekniku u jagħmel it-testijiet adegwati kif stabbilit fl-istandard jew standards armonizzati rilevanti msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, jew testijiet ekwivalenti, sabiex jiżgura l-konformità ta' l-oġġett mar-rekwiżiti rilevanti ta' din id-Direttiva.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew iqabbad lil min iwaħħal, in-numru ta' identifikazzjoni fuq l-oġġett pirotekniku approvat u jikkompila ċertifikat ta' konformità dwar it-testijiet li jkunu saru.

3. L-għan tad-dokumenti tekniċi huwa li tkun tista' ssir l-evalwazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u li jkunu jistgħu jinftiehmu t-tfassil, il-manifattura u l-funzjonament ta' l-oġġett pirotekniku.

Fejn ikun meħtieġ għall-evalwazzjoni, id-dokumenti għandhom jikkontjenu:

(a) deskrizzjoni ġenerali tat-tip,

(b) id-disinni u d-dijagrammi konċettwali tat-tfassil u tal-manifattura tal-komponenti, tal-montaġġi separati u taċ-ċirkwiti,

(ċ) id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet neċessarji sabiex jinftiehmu d-disinni u d-dijagrammi konċettwali tat-tfassil u tal-manifattura tal-komponenti, tal-montaġġi separati u taċ-ċirkwiti u l-funzjonament ta' l-oġġett pirotekniku,

(d) lista ta' l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva, applikati kompletament jew parzjalment, u d-deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati sabiex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza ta' din id-Direttiva fejn l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva ma ġewx applikati,

(e) ir-riżultati tal-kalkoli li saru fit-tfassil u ta' l-eżamijiet li twettqu,

(f) ir-rapporti tat-testijiet.

6.   MODULU H: Assigurazzjoni sħiħa ta' kwalità

1. Dan il-modulu jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-manifattur li jissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-punt 2 jiżgura u jiddikjara li l-oġġetti konċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Il-manifattur jew l-importatur tiegħu għandu jwaħħal il-marka CE ma' kull oġġett u jikkompila dikjarazzjoni ta' konformità bil-miktub. Il-marka CE tkun akkumpanjata min-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għall-monitoraġġ imsemmi fil-punt 4.

2. Il-manifattur għandu jopera sistema approvata ta' kwalità għat-tfassil, għall-produzzjoni, għall-ispezzjoni u ttestjar tal-prodott finali kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għall-monitoraġġ imsemmi fil-punt 4.

3.   Is-sistema ta' kwalità

3.1. Il-manifattur għandu jiddepożita applikazzjoni għall-evalwazzjoni tas-sistema tiegħu ta' kwalità ma' korp notifikat.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a) l-informazzjoni kollha rilevanti għall-kategorija, ta' l-oġġett pirotekniku, ikkunsidrata,

(b) id-dokumenti dwar is-sistema ta' kwalità.

3.2. Is-sistema ta' kwalità għandha tiżgura l-konformità ta' l-oġġetti mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

L-elementi, ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta' linji politiċi, proċeduri u istruzzjonijiet miktuba. Id-dokumenti tas-sistema ta' kwalità għandhom jippermettu interpretazzjoni konsistenti tal-programmi ta' kwalità, tal-pjanijiet, tal-manwali u tar-records ta' kwalità.

Huma għandhom, b'mod partikolari, jinkludu deskrizzjoni adegwata ta':

(a) l-objettivi ta' kwalità kif ukoll l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet u s-setgħat ta' l-amministrazzjoni fir-rigward tat-tfassil u tal-kwalità tal-prodott;

(b) l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kostruzzjoni, inklużi l-istandards applikabbli, kif ukoll, jekk l-istandards imsemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva ma ġewx kompletament applikati, il-mezzi li bhom għandu jiġi żgurat li r-rekwiżiti bażiċi rilevanti ta' din id-Direttiva ġew sodisfatti;

(ċ) it-teknika għall-kontroll u l-evalwazzjoni tar-riżultati ta' l-iżvilupp, tal-proċessi u ta' l-azzjonijiet sistematiċi li jiġu użati fl-iżvilupp tal-prodotti li jaqgħu fil-kategorija konċernata ta' prodotti;

(d) it-teknika tal-manifattura, tal-kontroll tal-kwalità u ta' l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-proċessi u l-azzjonijiet sistematiċi applikati;

(e) l-eżamijiet u t-testijiet li se jsiru qabel, waqt u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jsiru;

(f) ir-records tal-kwalità, bħar-rapporti ta' l-ispezzjonijiet u d-data tat-testijiet, id-data tal-kalibrazzjoni, u r-rapporti dwar il-kwalifiki ta l-persunal konċernat;

(g) il-mezzi li bihom jiġu mmonitorjati t-twettiq tat-tfassil meħtieġ u l-kisba tal-kwalità tal-prodott kif ukoll il-funzjonament effettiv tas-sistema ta' kwalità.

3.3. Il-korp notifikat għandu jevalwa s-sistema ta' kwalità sabiex jiddetermina jekk tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2. Għandu jippreżumi konformità ma' dawk ir-rekwiżiti fir-rigward ta' sistemi ta' kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat rilevanti.

Il-grupp tal-verifika għandu jkollu mill-inqas membru wieħed b'esperjenza sabiex ikun jista’ jevalwa t-teknoloġija rilevanti tal-prodott. Il-proċedura ta' l-evalwazzjoni għandha tinkludi żjara ta' ispezzjoni lis-sit tal-manifattur.

Għandha tiġi nnotifikata deċiżjoni debitament sostanzjata dwar l-ispezzjonijiet lill-manifattur. Din għandha tikkontjeni r-riżultati ta' l-eżami.

3.4. Il-manifattur għandu jimpenja ruħu li jwettaq l-obbligi tas-sistema ta' kwalità kif approvata u jżommha f'livell adegwat u effiċjenti.

Il-manifattur għandu jżomm il-korp notifikat li approva s-sistema ta' kwalità informat b'kull bidla proposta fis-sistema ta' kwalità.

Il-korp notifikat għandu jeżamina l-bidliet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità, kif mibdula, tibqax tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punt 3.2 jew jekk hemmx ħtieġa ta' evalwazzjoni ġdida.

Għandha tiġi nnotifikata deċiżjoni debitament sostanzjata dwar l-ispezzjonijiet lill-manifattur. Din għandha tikkontjeni r-riżultati ta' l-eżami.

4.   Il-monitoraġġ mill-KE taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1. L-għan tal-monitoraġġ mill-KE huwa li jiġi żgurat li l-manifattur iwettaq, kif dovut, l-obbligi imposti mis-sistema approvata ta' kwalità.

4.2. Il-manifattur għandu jippermetti li l-korp notifikat ikollu aċċess għall-finijiet ta' ispezzjoni għas-siti tal-manifattura, ta' l-ittestjar u tal-ħżin u jipprovdilu l-informazzjoni neċessarja kollha, b'mod partikolari:

(a) id-dokumenti tas-sistema ta' kwalità;

(b) ir-rekords tal-kwalità meħtieġa mis-sistema ta' kwalità għall-qasam ta' l-iżvilupp bħar-riżultati ta' l-analiżi, tal-kalkoli u tat-testijiet;

(ċ) ir-rekords tal-kwalità meħtieġa mis-sistema ta' kwalità għall-qasam ta' l-iżvilupp bħar-rapporti ta' ispezzjonijiet u d-data tat-test, id-data ta' kalibrazzjoni, u r-rapporti dwar il-kwalifiki tal-persunal konċernat.

4.3. Il-korp notifikat għandu perjodikament jagħmel verifiki sabiex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika s-sistema ta' kwalità u għandu jipprovdi rapport tal-verifika lill-manifattur.

4.4. Addizzjonalment, il-korp notifikat jista’ jagħmel żjarat għall-għarrieda lill-manifattur. Waqt dawn iż-żjarat il-korp notifikat jista’, jekk ikun meħtieġ, jagħmel testijiet jew iqabbad lil min jagħmilhom sabiex jiġi vverifikat li s-sistema ta' kwalità tiffunzjona korrettament. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-manifattur b'rapport taż-żjara u, jekk ikun sar xi test, b'rapport tat-test.

5. Il-manifattur għandu, għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin wara l-aħħar data tal-manifattura ta' l-oġġett, iżomm għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

(a) id-dokument imsemmi fil-punt 3.1(b);

(b) id-dokumenti marbuta ma' l-aġġornament imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.4;

(ċ) id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li jissemmew fir-raba' subparagrafu tal-punt 3.4, u fil-punti 4.3 u 4.4.

6. Kull korp notifikat għandu jgħaddi lill-korpi notifikati l-oħra l-informazzjoni rilevanti dwar l-approvazzjonijiet, tas-sistemi ta' kwalità, maħruġa jew irtirati.




ANNESS III

Il-kriterji minimi li għandhom jiġu kunsidrati mill-Istati Membri għall-korpi responsabbli mill-evalwazzjonijiet tal-konformità

1. Il-korp, id-direttur tiegħu u l-persunal responsabbli sabiex iwettqu t-testijiet ta' verifika m'għandhomx ikunu l-persuna li tagħmel it-tfassil, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur jew l-importatur ta' l-oġġetti pirotekniċi li jispezzjonaw, lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta' xi waħda minn dawn il-partijiet. Huma m'għandhomx ikunu involuti la direttament u lanqas bħala rappreżentanti awtorizzati fit-tfassil, fil-kostruzzjoni, fil-kummerċjalizzazzjoni, fil-manutenzjoni jew fl-importazzjoni ta' tali oġġetti. Dan ma jipprekludix il-possibbiltà ta' skambji ta' informazzjoni teknika bejn il-manifattur u l-korp.

2. Il-korp u l-persunal tiegħu għandhom jagħmlu t-testijiet ta' verifika bl-ogħla grad ta' integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u persważjoni, partikolarment finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta' l-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultat tal-verifiki.

3. Il-korp għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-persunal meħtieġ u jkollu l-faċilitajiet meħtieġa sabiex ikun jista' jwettaq adegwatament il-kompiti amministrattivi u tekniċi konnessi mal-verifika; għandu jkollu wkoll aċċess għat-tagħmir meħtieġ għal verifika speċjali.

4. Il-persunal responsabbli għall-ispezzjoni għandu jkollu:

(a) taħriġ tekniku u professjonali tajjeb,

(b) konoxxenza sodisfaċenti tar-rekwiżiti tat-testijiet li jagħmel u esperjenza adegwata ta' dawn it-testijiet,

(ċ) il-kapaċità li jfassal ċertifikati, records u rapporti meħtieġa sabiex jawtentikaw it-twettiq tat-testijiet.

5. L-imparzjalità tal-persunal li jagħmel l-ispezzjoni għandha tkun garantita. Ir-remunerazzjoni tiegħu m'għandhiex tiddipendi min-numru ta' testijiet li jagħmel jew mir-riżultati ta' dawn it-testijiet.

6. Il-korp għandu jkopri ruħu b'assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili sakemm l-Istat ma jassumix ir-responsabbiltà tiegħu skond il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru stess ma jkunx direttament responsabbli għat-testijiet.

7. Il-persunal tal-korp għandu josserva s-segretezza professjonali rigward l-informazzjoni kollha li jakkwista waqt il-kompiti tiegħu (ħlief vis-à-vis l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta' l-Istat fejn isiru l-attivitajiet tagħhom) taħt din id-Direttiva jew taħt kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tagħtiha effett.




ANNESS IV

Il-marka ta' konformità

Il-marka ta' konformità CE għandha tikkonsisti mill-inizjali “CE” bil-forma li ġejja:

image

Jekk il-marka tiġi mċekkna jew imkabbra, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn gradwat hawn fuq għandhom ikunu rispettati.



( 1 ) ĠU C 195, 18.8.2006, p. 7.

( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' April 2007.

( 3 ) ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 4 ) ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 97).

( 5 ) ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).

( 6 ) ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

( 7 ) ĠU C 91, 16.4.2003, p. 7.

( 8 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

( 9 ) ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23.

( 10 ) ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 141, 4.6.1999, p. 20).

( 11 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

( 12 ) 1. ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

( 13 ) ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1.

( 14 ) ĠU L 212, 7.8.2001, p. 24.

Top