Help Print this page 

Document 02004R0809-20130828

Title and reference
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad- 29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/809/2013-08-28
Multilingual display
Text

2004R0809 — MT — 28.08.2013 — 008.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 809/2004

tad-29 ta' April 2004

li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 149, 30.4.2004, p.3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1787/2006 ta’ l-4 ta' Diċembru 2006

  L 337

17

5.12.2006

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 211/2007 tas-27 ta’ Frar 2007

  L 61

24

28.2.2007

►M3

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1289/2008 tat-12 ta' Diċembru 2008

  L 340

17

19.12.2008

►M4

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 311/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2011

  L 103

13

13.4.2012

►M5

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 486/2012 tat-30 ta’ Marzu 2012

  L 150

1

9.6.2012

►M6

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 862/2012 tal-4 ta’ Ġunju 2012

  L 256

4

22.9.2012

 M7

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 621/2013 tal-21 ta’ Marzu 2013

  L 177

14

28.6.2013

►M8

REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 759/2013 tat-30 ta’ April 2013

  L 213

1

8.8.2013




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 809/2004

tad-29 ta' April 2004

li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)



Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jkun ippubblikat meta titoli jkunu offruti lill-pubbliku jew introdotti kummerċjalment u li tmemenda d-Direttiva 2001/34/KE ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 7, l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 14(8) u l-Artikolu 15(7) tagħhom,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat tar-Regolaturi ta' Titoli Ewropej (KERT) ( 2 ) għal parir tekniku,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/71/KE tistabbilixxi l-prinċipji li għandhom ikunu osservati meta jitħejjew prospetti. Dawn il-prinċipji jeħtieġ li jkunu supplementati sa fejn jikkonċerna l-informazzjoni li għandha tingħata fihom, il-format u l-aspetti tal-pubblikazzjoni, l-informazzjoni li għandha tkun inkorporata b'referenza fi prospett u d-disseminazzjoni tar-reklami.

(2)

Skond it-tip ta' l-emittent jew it-titoli involuti, għandha tkun stabbilita tipoloġija ta' ħtiġijiet minimi ta' informazzjoni li tikkorrispondi għal dawk l-iskedi li fil-prattika huma l-aktar applikati. Dawn l-iskedi għandhom ikunu bbażati fuq il-punti ta' l-informazzjoni meħtieġa fl-“I standards ta' Żvelar tal-IOSCO għall-offerti trans-konfini u elenkus inizjali” (parti I) u dwar l-iskedi eżistenti tad-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 dwar id-dħul ta' titoli fil-elenkus uffiċjali tal-boroż u dwar l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata dwar dawn it-titoli.

(3)

L-informazzjoni mogħtija mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat, skond dan ir-Regolament, għandha tkun suġġetta għad-disposizzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data.

(4)

Għandha tingħata attenzjoni, f'dawk il-każi fejn il-prospett jikkonsisti f'dokumenti separati, id-duplikazzjoni ta' l-informazzjoni għandha tkun evitata; għal dan il-għan għandhom jitpoġġew skedi dettaljati separati għad-dokument ta' reġistrazzjoni u għan-nota tat-titoli, adattata għat-tipi partikolari ta' l-emittent u tat-titoli konċernati, sabiex ikun kopert kull tip ta' titolu.

(5)

L-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat għandhom id-dritt li jinkludu fi prospett jew prospett bażi informazzjoni adizzjonali li tmur 'l hinn mill-punti ta' l-informazzjoni previsti fl-iskedi u fil-building blocks. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali pprovduta għandha tkun xierqa għat-tip tat-titoli jew in-natura ta' l-emittent involut.

(6)

F'ħafna każi, minħabba l-varjetà ta' l-emittenti, it-tipi tat-titoli, l-involviment jew le ta' terza persuna bħala garanti, jekk hemm elenku jew le eċċ, skeda waħda ma tagħtix l-informazzjoni xierqa għal investitur li jagħmel id-deċiżjoni ta' investiment tiegħu. Għalhekk għandha tkun possibbli il-kombinazzjoni ta' l-iskedi varji. Għandha tkun stabbilita tabella bla tmiem ta' kombinazzjonijiet, li tipprovdi kombinazzjonijiet differenti ta' skedi possibbli u “building blocks” għall-ħafna mit-tipi differenti ta' titoli, sabiex tassisti lill-emittenti meta jħejju l-prospett.

(7)

L-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' l-ishma għandha tkun applikabbli lill-ishma u titoli oħrajn trasferibbli ekwivalenti għall-ishma imma anke għal titoli oħrajn li jippermettu adeżjoni għall-kapital ta' l-emittent permezz ta' konverżjoni jew skambju. Fil-każ ta' l-aħħar din l-iskeda m' għandhiex tintuża meta l-ishma primarji li għandhom jiġu offruti ikunu diġa nħarġu qabel il-ħruġ tat-titoli li jippermettu adeżjoni għall-kapital ta' l-emittent; madankollu din l-iskeda għandha tintuża meta l-ishma ggarantiti li għandhom jiġu offruti ikunu diġa nħarġu imma għadhom mhux introdotti kummerċjalment f'suq regolat.

(8)

L-iżvelar volontarju tat-tbassir tal-profitt fid-dokument ta' reġistrazzjoni ta' l-ishma għandu jkun ippreżentat b'mod konsistenti u komparabbli u għandu jkun akkumpanjat b'dikjarazzjoni ippreparata minn accountants jew awdituri indipendenti. Din l-informazzjoni m'għandhiex tkun konfuża ma' l-iżvelar ta' xejriet magħrufa jew informazzjoni oħra fattwali b'impatt materjali fuq il-prospetti ta' l-emittenti. Barra minn hekk, għandhom jipprovdu spejgazzjoni dwar kwalunkwe tibdil fil-politika ta' żvelar li tikkonċerna t-tbassir tal-profitt meta tissupplementa prospett jew it-tħejjija ta' prospett.

(9)

Hija meħtieġa informazzjoni finanzjarja pro forma f'każ ta' tibdil gross sinifikanti, i. e. varjazzjoni ta' aktar minn 25 % relattiva għal indikatur wieħed jew aktar tad-daqs tal-kummerċ ta' l-emittent, fis-sitwazzjoni ta' emittent minħabba xi operazzjoni partikolari, bl-eċċezzjoni ta' dawk is-sitwazzjonijiet fejn ikun jinħtieġ ikkontjar magħqud.

(10)

L-iskeda għan-nota ta' l-ishma tat-titoli għandha tkun applikabbli lil kwalunkwe klassi ta' ishma minħabba li tikkunsidra l-informazzjoni dwar id-deksrizzjoni tad-drittijiet marbuta mat-titoli u l-proċedura għall-eserċitar ta' kwalunkwe drittijiet marbuta mat-titoli.

(11)

Xi titoli ta' debitu bħall-bonds strutturati jiġbru fihom ċertu elementi ta' titolu derivattiv, għalhekk għandhom ikunu nklużi ħtiġijiet addizzjonali ta' żvelar li jikkonċernaw lill-komponent derivattiv fil-ħlas ta' l-imgħax fl-iskeda tan-nota tat-titoli għal titoli ta' debitu.

(12)

Il-“building blocks” addizzjonali li jikkonċernaw il-garanzija għandhom japplikaw għall-kwalunkwe obbligazzjoni skond kwalunkwe tip ta' titolu.

(13)

Id-dokument ta' reġistrazzjoni tat-titoli ggarantiti b'attiv m'għandux japplika għall-bonds fuq self ta' proprjetà kif previst f'Artikolu 5(4)(b) tad-Direttiva 2003/71/KE u bonds oħrajn koperti. L-istess għandu japplika għall-“building blocks” addizzjonali għat-titoli ggarantiti b'attiv li jridu jkunu kkombinati man-nota tat-titoli għat-titoli ta' debitu.

(14)

Investituri fi kwantitjiet kbar għandhom jitħallew jagħmlu d-deċiżjoni ta' investiment tagħhom fuq elementi oħrajn u differenti minn dawk ikkunsidrati mill-investituri fi kwantitajiet zgħar. Għalhekk jeħtieġ kontenut differenzat tal-prospett għal titoli ta' debitu u derivattivi immirat għal dawk l-investituri li jixtru titoli ta' debitu jew titoli derivattivi b'denominazzjoni kull unità ta' mill-anqas EUR 50 000 jew denominazzjoni f'munita oħra iżda l-valur ta' din id-denominazzjoni minima meta kkonvertita f'EWRO jammonta għal mill-anqas EWRO 50 000.

(15)

Fil-kuntest tar-riċevuti depositorji, għandha titpoġġa emfażi fuq l-emittent ta' l-ishma primarji u mhux fuq l-emittent tar-riċevuta depositorja. Fejn ikun hemm rikors legali għad-depositu minbarra ksur ta' l-obbligi ta' fiduċja jew ta' aġenzija tiegħu, it-taqsima tal-fatturi ta' riskju fil-prospett għandu jkun fiha l-informazzjoni sħiħa dwar dan il-fatt u fuq iċ-ċirkostanzi ta' dan ir-rikors. Meta jitħejja prospett bħala dokument tripartit (i.e. dokument ta' reġistrazzjoni, nota tat-titoli u sommarju), id-dokument ta' reġistrazzjoni għandu jkun limitat għall-informazzjoni dwar id-depositu.

(16)

L-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni tal-banek għandha tkun applikabbli għall-banek minn pajjiżi terzi li ma jaqgħux fid-definizzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu prevista f'Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar it-teħid u t-tmexxija tal-kummerċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu ( 3 ) imma li għandhom l-uffiċċju rreġsitrat tagħhom fi l-Istat li huma membru ta' l-OKED.

(17)

Jekk xi aġent bi skop speċjali joħroġ titoli ta' debitu u derivattivi iggarantiti minn xi bank, m'għandux juża l-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni tal-banek.

(18)

L-iskeda “nota tat-titoli għal titoli derivattivi” għandha tkun applikabbli għal titoli li m'humiex koperti bi skedi oħrajn u building blocks. L-iskop ta' din l-iskeda huwa ddeterminat bir-referenza liż-żewġ kategoriji ġeneriċi oħrajn ta' ishma u titoli ta' debitu. Sabiex tipprovdi spjegazzjoni ċara u komprensiva biex tgħin lill-investituri jifhmu kif huwa affetwat il-valur ta' l-investiment tagħhom mill-valur tal-garanzija, l-emittenti għandhom jitħallew jużaw eżempji xierqa fuq bażi voluntarja. Bħala eżempju, għal xi titoli derivattivi kumplessi, l-eżempji jistgħu ikunu l-aktar mod effettiv biex tkun spjegata in-natura ta' dawn it-titoli.

(19)

L-informazzjoni addizzjonali “building blocks” fuq is-sehem iggarantit għal ċertu titoli ekwità għandha tiżdied fuq in-nota tat-titoli għat-titoli ta' debitu jew l-istrumenti ta' sostituzzjoni li jirreferu għall-“informazzjoni meħtieġa dwar il-garanzija” tan-nota tat-titoli ta' l-iskeda għal titoli derivattivi, li jiddipendu fuq il-karatteristiċi tat-titoli maħruġa.

(20)

L-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali jew lokali huma barra mill-iskop tad-Direttiva 2003/71/KE. Madankollu, jistgħu jagħżlu li jipproduċu prospett skond din id-Direttiva. Emittenti sovrani ta' pajjiżi terzi u l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom huma barra mill-iskop tad-Direttiva 2003/71/KE u huma obbligati li jipproduċu prospett jekk jixtiequ jagħmlu offerta pubblika ta' titoli fil-Komunità jew jixtiequ li t-titoli tagħhom jiġu introdotti kummerċjalment f'suq regolat. Għall dawk il-każi, għandhom jintużaw skedi partikolari għat-titoli maħruġa mill-Istati, l-awtoritajiet reġjonali u kummerċjali tagħhom u minn korpi internazzjonali pubbliċi.

(21)

Prospett bażi u t-termini finali tiegħu għandhu jkun fih l-istess informazzjoni bħal prospett. Il-prinċipji ġenerali applikabbli għall-prospett huma applikabbli wkoll għat-termini finali. Minkejja dan, fejn it-termini finali m'humiex inklużi fil-prospett bażi m'għandhomx bżonn li jkunu approvati mill-awtorità kompetenti.

(22)

Għal xi kategoriji ta' emittenti l-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li titlob informazzjoni adattata li tmur 'l hinn mill-punti ta' informazzjoni inklużi fl-iskedi u l-building blocks minħabba n-natura partikolari ta' l-attivitajiet imwettqa minn dawk l-emittenti. Hija meħtieġa lista preċiża u ristrettiva ta' l-emittenti li għalihom tista' tkun meħtieġa informazzjoni adattata. Il-ħtiġijiet ta' l-informazzjoni adattata għal kull kategorija ta' emittenti inkluża f'din il-lista għandha tkun xierqa u proporzjonata skond it-tip ta' kummerċ involut. Il-Kumitat tar-Regolaturi ta' Titoli Ewropej jista' jipprova b'mod attiv li jilħaq konverġenza fuq dawn il-ħtiġijiet ta' informazzjoni fi ħdan il-Komunità. L-inklużjoni ta' kategoriji ġodda fil-lista għandha tkun ristretta għal dawk il-każi fejn dan huwa ġġustifikat.

(23)

Fil-każ ta' tipi kompletament ġodda ta' titoli li ma jistgħux ikunu koperti mill-iskedi eżistenti jew xi waħda mill-kombinazzjonijiet tagħhom, l-emittent għandu xorta jkollu l-possibiltà li japplika għall-approvazzjoni ta' prospett. F'dawk il-każi huwa għandu jitħalla jiddiskuti ma' l-awtorità kompetenti il-kontenut ta' l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta. Il-prospett approvat mill-awtorità kompetenti taħt dawk iċ-ċirkostanzi għandu jibbenefika minn passaport wieħed stabbilit fid-Direttiva 2003/71/KE. L-awtorità kompetenti għandha dejjem tipprova ssib similaritajiet u dejjem tuża skedi eżistenti kemm jista' jkun. Kwalunkwe ħtiġijiet addizzjonali ta' informazzjoni għandhom ikunu proporzjonati u xierqa għat-tip tat-titoli involuti.

(24)

Ċertu punti ta' informazzjoni mitluba fl-iskedi u l-building blocks jew punti ta' informazzjoni ekwivalenti m'humiex relevanti għal titolu partikolari u għalhekk jista' ma jkunx applikabbli f'xi każi speċifiċi; f'dawk il-każi l-emittent għandu jkollu l-possibilità li jħalli din l-informazzjoni barra.

(25)

Il-flessibilità imtejba fl-artikulazzjoni tal-prospett bażi bit-termini finali tiegħu imqabbel ma' prospett ta' ħarġa waħda m'għandux ifixkel l-adeżjoni faċli għall-materjal ta' l-informazzjoni għall-investituri.

(26)

Dwar il-prospetti bażi, għandu jkun iċċarat b'mod identifikabbli faċilment liema tip ta' informazzjoni tkun trid tiġi nkluża bħala termini finali. Din il-ħtieġa għandha tkun ssodisfata b'numru ta' modi differenti, bħala eżempju, jekk il-prospett bażi fih spazji vojta biex tiddaħħal kwalunkwe informazzjoni fit-termini finali jew jekk il-prospett bażi fih lista ta' l-informazzjoni nieqsa.

(27)

Fejn dokument wieħed jinkludi aktar minn prospett bażi wieħed u koll prospett bażi ikun jeħtieġ l-approvazzjoni ta' awtorità kompetenti differenti ta' l-oriġini, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi għandhom jaġixxu f'koperazzjoni u, fejn meħtieġ, jittrasferixxu l-approvazzjoni tal-prospett skond l-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2003/71/KE, sabiex l-approvazzjoni minn awtorità kompetenti waħda biss tkun suffiċjenti għad-dokument kollu.

(28)

Informazzjoni finanzjarja storika kif meħtieġa fl-iskedi għandha prinċipalment tkun ippreżentata skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-i standard internazzjonali ta' l-ikkontjar ( 4 ) jew l-i standards ta' l-ikkontjar ta' l-Istati Membri. Għandhom jiġu stabbiliti, madankollu, ħtiġijiet speċifiċi għal emittenti ta' pajjiżi terzi.

(29)

Għall-iskopijiet tal-pubblikazzjoni tad-dokument imsemmi f' Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/71/KE, l-emittenti għandhom jitħallew jagħżlu il-metodu tal-pubblikazzjoni li huma jikkunsidraw bħala adegwat fost dawk imsemmija f'Artikolu 14 ta' dik id-Direttiva. Fl-għażla tal-metodu tal-pubblikazzjoni għandhom jikkunsidraw l-għan tad-dokument u l-investituri għandu jkollhom permess għal adeżjoni mgħaġġla u kost-effiċjenti għal dik l-informazzjoni.

(30)

L-għan ta' l-inkorporazzjoni b'referenza, kif prevista f'Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/71/KE, huwa li jissimplifika u jnaqqas l-ispejjeż tat-tħejjija ta' prospett; madankollu dan l-għan m'għandux jinkiseb għad-detriment ta' interessi oħrajn li l-prospett huwa intenzjonat li jipproteġi. Bħala eżempju, il-fatt li l-lok naturali ta' l-informazzjoni meħtieġa huwa l-prospett, u li l-informazzjoni għandha tkun ippreżentata f'forma faċli u kompresiva, għandhom ikunu kkunsidrati wkoll. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ligwa użata għall-informazzjoni inkorporata b'referenza u l-konsistenza tagħha mal-prospett innifsu. L-informazzjoni inkorporata b'referenza tista' tirreferi għal informazzjoni storika, madankollu jekk din l-informazzjoni m'hijiex aktar relevanti minħabba bidla materjali, dan għandu jissemma b'mod ċar fil-prospett u l-informazzjoni aġġornata għandha tiġi pprovduta wkoll.

(31)

Fejn prospett huwa ppubblikat f'forma elettronika, huma meħtieġa miżuri addizzjonali ta' sigurtà meta mqabbel ma' mezzi tradizzjonali ta' pubblikazzjoni, billi jintużaw l-aħjar prattiċi disponibbli, sabiex tinżamm l-integrità ta' l-informazzjoni, biex tkun evitata manipulazzjoni jew modifikazzjoni minn persuni mhux awtorizzati, biex ikun evitat li tinbidel il-komprensibilità tagħha u biex wieħed jeħles minn konsegwenzi kuntrarji possibbli minn approċċi differenti ta' titoli offruti lill-pubbliku f'pajjiżi terzi.

(32)

Il-ġurnal magħżul għall-pubblikazzjoni tal-prospett għandu jkollu firxa wiesgħa ta' distribuzzjoni u cirkolazzjoni kbira.

(33)

Stat Membru ta' l-oriġini għandu jitħalla jitlob il-pubblikazzjoni ta' avviż li jgħid kif tqiegħed għad-disposizzjoni l-prospett u minn fejn jista'jinkiseb mill-pubbliku. Fejn l-Istat Membru ta' l-oriġini jitlob il-pubblikazzjoni ta' avviżi fil-leġislazzjoni tiegħu, il-kontenut ta' avviż bħal dan għandu jinżamm sal-punti meħtieġa ta' l-informazzjoni sabiex tkun evitata duplikazzjoni mas-sommarju. Dawn l-Istati Membri ta' l-oriġini jistgħu jitolbu wkoll li jiġi ppublikat avviż addizzjonali dwar it-termini finali ta' prospett bażi.

(34)

Sabiex tkun iffaċilitata iċ-ċentralizzazzjoni ta' l-informazzjoni utli għall-investituri għandha tkun inkluża referenza fil-lista tal-prospetti approvati li tkun impoġġija fuq il-websajt ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini, li tindika kif prospett kien ippubblikat u minn fejn jista' jinkiseb.

(35)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità effettiva mar-regoli tar-reklamar li jikkonċernaw l-offerti pubbliċi u d-dħul f'kummerċ f'suq regolat. Għandha tinkiseb kordinazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti f'offerti trans-konfini jew dħul f'kummerċ trans-konfini.

(36)

Minħabba l-intervall bejn il-bidu fis-seħħ tar-Regolament (KE) No 1606/2002 u l-produzzjoni ta' uħud mill-effetti tiegħu, għandhom ikunu previsti numru ta' arranġamenti transitorji għall-informazzjoni finanzjarja storika inkluża fi prospett, sabiex ikun evitat piż eċċessiv fuq l-emittenti u jitħallew jadattaw il-mod kif jippreparaw u jippreżentaw l-informazzjoni finanzjarja storika f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara il-bidu fis-seħħ tad-Direttiva 2003/71/KE.

(37)

L-obbligazzjoni li tissemma mill-ġdid fi prospett l-informazzjoni finanzjarja storika skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 ma tkoprix titoli b'denominazzjoni kull unità ta' mill-anqas EUR 50000; konsegwentament arranġamenti transitorji bħal dawn m'humiex meħtieġa għal titoli bħal dawn.

(38)

Għal raġunijiet ta' koerenza huwa xieraq li dan ir-Regolament jibda japplika mid-data tat-trasposizzjoni tad-Direttiva 2003/71/KE.

(39)

Billi il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU I

Materji tas-suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Materji tas-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

1. il-format tal-prospett imsemmi f'Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/71/KE;

2. il-ħtiġijiet ta' l-informazzjoni minimi li għandhom ikunu inklużi fi prospett previsti f'Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/71/KE;

▼M5 —————

▼B

4. il-modalitajiet li magħhom l-informazzjoni tista' tkun inkorporata b'referenza fi prospett previsti f'Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/71/KE;

5. il-metodi tal-pubblikazzjoni ta' prospett sabiex ikun żgurat li l-prospett ikun disponibbli pubblikament skond l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/71/KE;

6. il-metodi tad-disseminazzjoni tar-reklami imsemmija f'Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/71/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b'żieda ma' dawk stabbiliti fid-Direttiva 2003/71/KE:

1. “skeda” tfisser lista tal-ħtiġijiet ta' l-informazzjoni minimi adattati għan-natura partikolari tat-tipi differenti ta' l-emittenti u/jew it-titoli differenti involuti;

2. building block” tfisser lista tal-ħtiġijiet ta' l-informazzjoni addizzjonali, mhux inkluża f'xi waħda mill-iskedi, li għandha tiżdied ma' waħda jew aktar mill-iskedi, skond il-każ, li tiddependi fuq it-tip ta' l-istrument u/jew operazzjoni li għalihom jitħejja prospett jew prospett bażi;

3. “fatturi ta' riskju” tfisser lista ta' riskji li huma speċifiċi għas-sitwazzjoni ta' l-emittent u/jew it-titoli u li huma materjali biex jittieħdu deċiżjonijiet ta' investiment;

4. “aġent bi skop speċjali” tfisser emittent li l-oġġetti u l-iskopijiet tiegħu huma primarjament il-ħruġ tat-titoli;

5. “titoli ggarantiti b'attiv” tfisser titoli li:

(a) jirrapreżentaw xi interess f'attiv, inkluż kwalunkwe dritijiet intenzjonati biex jiżguraw li jingħata s-servizz ta', jew li jiġu riċevuti jew il-prontezza tar-riċevuti mis-sidien ta' l-attiv ta' ammonti pagabbli wara dan; jew

(b) huma ggarantiti b'attiv u li t-termini tiegħu jipprovdu pagamenti li jikkonċernaw pagamenti jew tbassir raġonevoli ta' pagamenti kkalkulati b'referenza għall-attiv identifikat jew identifikabbli;

6. “impriża ta' l-investiment kollettiv taħt umbrella” tfisser impriża ta' investiment kollettiv investit f'impriża waħda jew aktar ta' investiment kollettiv, li l-attiv tagħhom jikkonsisti fi klassi(jiet) jew deskrizzjoni(jiet) separati ta' titoli;

7. “impriża ta' l-investiment kollettiv fuq proprjetà” tfisser impriża ta' investiment kollettiv li l-għan ta' l-investiment tagħha huwa l-parteċipazzjoni fiż-żamma ta' propjetà għal żmien twil;

8. “korp internazzjonali pubbliku” tfisser entità legali ta' natura pubblika stabbilita bi trattat internazzjonali bejn Stati sovrani u li minnhom Stat Membru jew aktar huma membri;

9. “reklam” tfisser avviżi:

(a) li jikkonċernaw offerta speċifika ta' titoli lill-pubbliku jew dħul f'kummerċ f'suq regolat; u

(b) li jfittxu li jippromwovu speċifikament is-sottoskrizzjoni potenzali jew l-akkwist ta' titoli.

10. “tbassir tal-profitt” tfisser forma ta' kliem li tiddikjara espressivament jew b'implikazzjoni tindika figura jew figura minima jew massima dwar il-livell tal-profitt jew telf mistenni għall-perjodu finanzjarju kurrenti u/jew il-perjodi finanzjarji sussegwenti għal dak il-perjodu, jew ikollha informazzjoni li minnha ikun jista' jsir kalkolu ta' tali figura dwar profitti jew telf futuri, anke jekk l-ebda figura partikolari ma tissemmau l-kelma “profitt” ma tintużax.

11. “stima tal-profitt” tfisser tbassir tal-profitt għal perjodu finanzjarju li jkun skada u li għalih ikunu għadhom ma ġew ippubblikati ebda riżultati.

12. “informazzjoni regolata” tfisser l-informazzjoni kollha li l-emittent, jew kwalunkwe persuna li tkun applikat biex iddaħħal titoli għal kummerċ f'suq regolat mingħajr il-permess ta' l-emittent, ikunu mitluba li jiżvelaw skond id-Direttiva 2001/34/KE jew skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

▼M5

13. “Ħruġ ta’ drittijiet”, tfisser kwalunkwe ħruġ ta’ drittijiet statutorji ta’ prelazzjoni li jippermetti s-sottoskrizzjoni ta’ ishma ġodda u huwa indirizzat biss lill-azzjonisti eżistenti. Il-ħruġ ta’ drittijiet jinkludi wkoll ħruġ fejn id-drittijiet statutorji ta’ prelazzjoni jiġu annullati u sostitwiti bi strument jew dispożizzjoni li tagħti kważi l-istess drittijiet lill-azzjonisti eżistenti meta dawak id-drittijiet jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-azzjonisti jiġu offruti d-drittijiet b’xejn;

(b) l-azzjonisti jkunu intitolati li jieħdu ishma ġodda fi proporzjon mal-holdings eżistenti tagħhom, jew, fil-każ ta’ titoli oħra li jagħtu dritt ta’ parteċipazzjoni fil-ħruġ tal-ishma, fi propozjon għall-intitolamenti tagħhom għall-ishma sottostanti;

(c) id-drittijiet ta’ sottoskrizzjoni jkunu negozjabbli u trasferibbli jew, jekk le, l-ishma li jirriżultaw mid-drittijiet jinbiegħu fl-aħħar tal-perjodu tal-offerta għall-benefiċċju ta’ dawk l-azzjonisti li ma ħadux dawk l-intitolamenti;

(d) l-emittent jista’, fir-rigward tal-intitolamenti msemmija fil-punt (b), li jimponi limiti jew restrizzjonijiet jew l-esklużjonijiet u jagħmlu arranġamenti li jikkunsidra xierqa biex jittratta mal-ishma tat-teżor u d-drittijiet frazzjonali, u mar-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi jew minn awtorità regolatorja fi kwalunkwe pajjiż jew territorju;

(e) il-perjodu minimu matul liema l-ishma jistgħu jiġu akkwistati jkun simili għall-perjodu għall-akkwist ta’ drittijiet statutorji ta’ prelazzjoni skont l-Artikolu 29(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE ( 5 );

(f) wara l-iskadenza tal-perjodu tal-eżerċizzju, id-drittijiet jiskadu.

Artikolu 2a

Kategoriji ta’ informazzjoni fil- prospett bażi u t-termini finali

1.  Il-kategoriji stabbiliti fl-Anness XX għandhom jiddeterminaw il-grad ta’ flessibbiltà li permezz tiegħu l-informazzjoni tista’ tingħata fil-prospett bażi jew it-termini finali. Il-kategoriji għandom jiġu definiti kif ġej:

(a) “Kategorija A” tfisser l-informazzjoni rilevanti li għandha tkun inkluża fil-prospett bażi. Din l-informazzjoni ma tistax titħalla barra biex tiddaħħal aktar tard fit-termini finali.

(b) “Kategorija B” tfisser li l-prospett bażi għandu jinkludi l-prinċipji ġenerali kollha marbuta mal-informazzjoni meħtieġa u biss id-dettalji li mhumiex magħrufa fiż-żmien l-approvazzjoni tal-prospett bażi jistgħu jitħallew barra biex jiddaħħlu aktar tard fit-termini finali.

(c) “Kategorija C” tfisser li l-prospett bażi jista’ jinkludi biss spazju riservat biex tiddaħħal aktar tard l-informazzjoni li ma kinetx magħrufa fiż-żmien l-approvazzjoni tal-prospett bażi. Tali informazzjoni rilevanti għandha imbagħad tiġi inkluża fit-termini finali.

2.  Fejn il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/71/KE japplikaw għandu jkun meħtieġ suppliment.

Fejn dawk il-kundizzjonijiet ma japplikawx, l-emittent, offerent jew il-persuna li tkun qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat għandha tippubblika avviż tal-bidla.

▼B



KAPITOLU II

Informazzjoni minima

▼M5

Artikolu 3

L-informazzjoni minima li għandha tiġi inkluża fi prospett

Prospett għandu jitħejja billi tintuża skeda waħda jew permezz ta’ taħlita tal-iskedi u l-komponenti stipulati f’dan ir-Regolament.

▼M6

Prospett għandu jkun fih il-punti ta’ informazzjoni meħtieġa fl-Annessi I sa XVII u fl-Annessi XX sa XXX skont it-tip ta’ emittent jew ħruġ u titoli involuti. Soġġett għall-Artikolu 4a(1), awtorità kompetenti ma għandhiex teħtieġ li prospett jinkludi punti ta’ informazzjoni li mhumiex inklużi fl-Annessi I sa XVII jew fl-Annessi XX sa XXX.

▼M5

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligu msemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/71/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, meta tapprova prospett bażi skont l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva, tista’ tirrikjedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, li tiġi kompluta l-informazzjoni provduta mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat, għal kull wieħed mill-punti tal-informazzjoni.

Fejn l-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat hi mitluba tinkludi sommarju ta’ prospett, skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, meta tapprova dak il-prospett skont l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva, tista’ tirrikjedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, li ċerta informazzjoni provduta fil-prospett, tiġi inkluża wkoll fis-sommarju.

▼B

Artikolu 4

L-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' l-ishma

1.  Għad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' l-ishma għandha tingħata l-informazzjoni skond l-iskeda stabbilita fl-Anness I.

2.  L-iskeda stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal li ġej:

(1) ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma;

(2) titoli oħrajn li huma konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) jistgħu ikunu kkonvertiti jew skambjati f'ishma jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma, skond id-diskrezzjoni ta' l-emittent jew l-investitur, jew fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-mument tal-ħruġ, jew billi jagħtu, bi kwalunkwe mod ieħor jew, il-possibilità li jkunu akkwistati ishma jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma; u

(b) iżda li dawn l-ishma jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma jinħarġu jew se jinħarġu mill-emittent tat-titolu u għadhom ma ġewx ikkummerċjati f'suq regolat jew suq ekwivalenti barra l-Komunità fil-ħin ta' l-approvazzjoni tal-prospett li jkopri t-titoli, u li l-ishma primarji jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma jistgħu ikunu forniti u riżolti fiżikament.

▼M2

Artikolu 4a

Dokument ta’ skeda għar-reġistrazzjoni ta’ ishmaf’każijiet ta’ storja finanzjarja kumplessajew impenn finanzjarju importanti

1.  Meta t-titolu jkun kopert mill-Artikolu 4(2) u l-emittent ikollu storja finanzjarja kumplessa, jew għamel impenn finanzjarju importanti, u b’konsegwenza huwa neċessarju li fid-dokument ta' reġistrazzjoni jkun hemm inkluż ċerti elementi ta' informazzjoni finanzjarja rigward entità oħra għajr l-emittent, sabiex jiġi sodisfatt l-obbligu stipulat fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/71KE, dawk l-elementi ta’ informazzjoni finanzjarja għandhom jitqiesu li jirreferu għall-emittent. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitanti għandha, f’każijiet bħal dawn titlob lill-emittent, lill-offerent jew lill-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ, tinkludi dawk l-elementi ta' informazzjoni fid-dokument ta' reġistrazzjoni.

Dawk l-elementi ta’ informazzjoni finanzjarja jistgħu jinkludu informazzjoni pro forma mfassla b’konformità ma’ l-Anness II. F’dan il-kuntest, meta l-emittent ikun għamel impenn finanzjarju importanti, kull informazzjoni pro forma trid turi l-effetti mbassra tat-transazzjoni li l-emittent ikun ftiehem li ser jagħmel, u r-referenzi f'Anness II għal “it-transazzjoni” għandhom jinqraw skond dan.

2.   ►M5  L-awtorità kompetenti għandha tibbaża kwalunkwe talba skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 20.1 tal-Anness I, il-punt 15.1 tal-Anness XXIII, il-punt 20.1 tal-Anness XXV, il-punt 11.1 tal-Anness XXVII u l-punt 20.1 tal-Anness XXVIII fir-rigward tal-kontenut tal-informazzjoni finanzjarja u l-prinċipji applikabbli tal-kontabbiltà u tal-awditjar, soġġett għal kwalunkwe modifika li tkun xierqa fid-dawl ta’ kwalunkwe wieħed mill-fatturi li ġejjin: ◄

(a) in-natura tat-titoli;

(b) in-natura u l-firxa ta’ informazzjoni li tkun diġà qiegħda fil-prospett, u l-eżistenza ta’ informazzjoni finanzjarja rigward entità oħra għajr l-emittent f’forma li tista’ tkun inkluża fi prospett mingħajr modifika;

(c) il-fatti tal-każ, inkluż is-sustanza ekonomika tat-transazzjonijiet li bihom l-emittent jkun akkwista jew iddispona mill-intrapriża tan-negozju tiegħu jew kwalunkwe parti minnha, u n-natura speċifika ta’ dik l-intrapriża;

(d) il-kapaċità ta’ l-emittent li jikseb informazzjoni finanzjarja rigward entità oħra bi sforz raġonevoli.

Meta, fil-każ individwali, l-obbligu stipulat f'Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/71/KE jista’ jitħares b’iktar minn mod wieħed, il-preferenza għandha tingħata lill-irħas jew l-inqas mod oneruż.

3.  Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà skond il-liġi nazzjonali ta’ kwalunkwe persuna, inklużi l-persuni msemmija f’Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/71/KE, għall-informazzjoni inkluża fil-prospett. Partikolarment, dawk il-persuni ser ikunu responabbli għall-inkużjoni fid-dokument ta' reġistrazzjoni ta' kwalunkwe intestatura ta' informazzjoni meħtieġa mill-awtorità kompetenti skond paragrafu 1.

4.  Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, l-emittent għandu jitqies li għandu storja finanzjarja kumplessa jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin japplikaw

▼M5

(a) l-impenn kollu tan-negozju tiegħu fiż-żmien meta tħejja l-prospett ma kienx rappreżentata preċiżament fl-informazzjoni finanzjarja storika li huwa meħtieġ jipprovdi skont il-punti 20.1 tal-Anness I, 15.1 tal-Anness XXIII, 20.1 tal-Anness XXV, 11 tal-Anness XXVII u 20.1 tal-Anness XXVIII;

▼M2

(b) dik l-ineżattezza teffettwa l-abilità ta' investatur milli jagħmel evalwazzjoni infurmata skond kif imsemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/71/KE; u

(c) informazzjoni relatata ma' l-intrpriża tan-negozju tiegħu li hija meħtieġa sabiex l-investatur jagħmel evalwazzjoni bħal din hija inkluża fl-informazzjoni finanzjarja relatata ma' enità oħra.

5.  Ghall-għanijiet ta’ paragrafu 1, emittent jitqies li għamel impenn finanzjarju importanti jekk ikun għamel ftehim li jorbtu li jagħmel transazzjoni li, meta ssir, aktarx li twassal għal bidla kumplessiva importanti.

F’dan il-kuntest, il-fatt li ftehim jistipula, skond il-kundizzjonijiet, jekk transazzjoni ssirx jew le, inkluż l-approvazzjoni minn awtorità regolatorja, ma jipprevjenix li dak il-ftehim jitqies li jorbot jekk hemm ċertezza raġjonevoli li dawk il-kundizzjonijiet ser jitwettqu.

Partikolarment, ftehim jitqies li jorbot meta t-twettiq ta’ transazzjoni titqies ikkundizzjonata mir-riżultat ta’ l-offerta tat-titoli li huma is-suġġett tal-prospett jew, fil-każ ta’ proposta għat-teħid ta’ pussess (takeover), jekk l-offerta għat-titoli li huma s-suġġett tal-prospett għandha l-għan li tiffinanzja dik l-akkwiżizzjoni.

▼M5

6.  Għall-finijiet tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, u tal-punti 20.2 tal-Anness I, 15.2 tal-Anness XXIII u 20.2 tal-Anness XXV, bidla grossa sinifikanti tfisser varjazzjoni ta’ aktar minn 25 %, relattiva għal indikatur wieħed jew aktar tad-daqs tan-negozju tal-emittent, fis-sitwazzjoni ta’ emittent.

▼B

Artikolu 5

Building block ta' informazzjoni finanzjarja pro forma

Għall-informazzjoni finanzjarja pro forma, għandha tingħata l-informazzjoni skond il-building block stabbilit fl-Anness II.

Qabel l-informazzjoni finanzjarja pro forma għandu jkun hemm paragrafu ta' introduzzjoni u spjegazzjoni li jiddikjara f'termini ċari l-iskop ta' l-inklużjoni ta' din l-informazzjoni fil-prospett.

Artikolu 6

L-iskeda tan-nota ta' l-ishma tat-titoli

1.  Għan-nota ta' l-ishma tat-titoli huwa meħtieġ li l-informazzjoni tingħata skond l-iskeda stabbilita fl-Anness III.

2.  L-iskeda għandha tapplika għal ishma u titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma.

▼M8

3.  Fejn ishma b’digrieti jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati l-ishma tal-emittent u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda stabbilita fl-Anness XII minbarra l-punt 4.2.2 għandha tingħata wkoll.

▼B

Artikolu 7

L-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' titoli ta' debitu u derivattivi għal titoli b'denominazzjoni kull unità ta' anqas minn EUR  ►M5  100 000 ◄

Għad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' titoli ta' debitu u derivattivi li jikkonċerna titoli li m'humiex koperti b'Artikolu 4 b'denominazzjoni kull unità ta' anqas minn EUR  ►M5  100 000 ◄ jew, fejn m'hemmx denominazzjoni individwali, għal titoli li jistgħu jiġu akkwistati mal-ħruġ għal anqas minn EUR  ►M5  100 000 ◄ kull titolu, l-informazzjoni għandha tingħata skond l-iskeda stabbilita fl-Anness IV.

Artikolu 8

L-iskeda tan-nota tat-titoli għal titoli ta' debitu b'denominazzjoni kull unità ta' anqas minn EUR ►M5  100 000 ◄

1.  Għan-nota tat-titoli għal titoli ta' debitu b'denominazzjoni kull unità ta' anqas minn EUR ►M5  100 000 ◄  l-informazzjoni għandha tingħata skond l-iskeda stabbilita fl-Anness V.

2.  L-iskeda għandha tapplika għal debitu fejn l-emittent għandu obbligazzjoni li tirriżulta mal-ħruġ li jħallas lill-investitur 100 % tal-valur nominali u b'żieda mal-ħlas ta' l-imgħax ukoll.

▼M8

3.  Fejn titoli ta’ dejn huma skambjabbli jew konvertibbli f’ishma diġà ammessi għall-kummeċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa minn punt 4.2.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness XII għandha tingħata wkoll.

4.  Fejn it-titoli ta’ dejn huma konvertibbli jew skambjabbli f’ishma li huma jew se jkunu maħruġa mill-emittent tat-titolu tad-dejn jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tagħha u dawn l-ishma sottostanti mhumiex diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat, informazzjoni dwar l-emittent tal-ishma sottostanti għandha tingħata wkoll skont il-punti 3.1 u 3.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness III jew, kif ikun il-każ, tal-iskeda proporzjonata stipulat fl-Anness XXIV.

5.  Fejn titoli ta’ dejn b’digrieti jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati l-ishma tal-emittent u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda stabbilita fl-Anness XII minbarra l-punt 4.2.2 għandha tingħata wkoll.

▼B

Artikolu 9

Building block tal-garanziji

Għall-garanziji l-informazzjoni għandha tingħata skond il-building block stabbilit fl-Anness VI.

▼M5

Il-punt 3 tal-Anness VI ma għandux japplika fejn Stat Membru jaġixxi bħala garanti.

▼B

Artikolu 10

L-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni għal titoli ggarantiti b'attiv

Għad-dokument ta' reġistrazzjoni għal titoli ggarantiti b'attiv l-informazzjoni għandha tingħata skond l-iskeda stabbilita fl-Anness VII.

Artikolu 11

Building block tat-titoli ggarantiti b'attiv

Għall-building block ta' l-informazzjoni addizzjonali għan-nota tat-titoli għal titoli ggarantiti b'attiv l-informazzjoni għandha tingħata skond il-building block stabbilit fl-Anness VIII.

Artikolu 12

L-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni tat-titoli ta' debitu u derivattivi għal titoli b'denominazzjoni kull unità ta' mill-anqas EUR ►M5  100 000 ◄

Għad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' titoli ta' debitu u derivattivi li jikkonċernaw titoli li m'humiex koperti b'Artikolu 4 b'denominazzjoni kull unità ta' mill-anqas EUR ►M5  100 000 ◄ jew, fejn m'hemmx denominazzjoni individwali, għal titoli li jistgħu jiġu akkwistati mal-ħruġ għal mill-anqas EUR ►M5  100 000 ◄ kull titolu, l-informazzjoni għandha tingħata skond l-iskeda stabbilita fl-Anness IX

Artikolu 13

L-iskeda tar-riċevuti tad-depositu

Għal riċevuti ta' depositi maħruġa fuq ishma l-informazzjoni għandha tingħata skond l-iskeda stabbilita fl-Anness X.

Artikolu 14

L-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni tal-banek

1.  Għad-dokument ta' reġistrazzjoni tal-banek għal titoli ta' debitu u derivattivi u dawk it-titoli li m'humiex koperti b'Artikolu 4 l-informazzjoni għandha tingħata skond l-iskeda stabbilita fl-Anness XI.

2.  L-iskeda stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal istituzzjonijiet ta' kreditu kif iddefinit fil-punt (a) ta' l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2000/12/KE kif ukol għal istituzzjonijiet ta' kreditu ta' pajjiżi terzi li ma jaqgħux taħt din id- definizzjoni imma għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi stat li huwa membru ta' l-OKED.

Dawn l-entitajiet jistgħu anke jużaw alternattivament l-iskedi tad-dokument ta' reġistrazzjoni previsti skond l-Artikli 7 u 12.

Artikolu 15

L-iskeda tan-nota tat-titoli għal titoli derivattivi

1.  Għan-nota tat-titoli għal titoli derivattivi l-informazzjoni għandha tingħata skond l-iskeda stabbilita fl-Anness XII.

▼M8

2.  L-iskeda għandha tapplika għal titoli li mhumiex fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-iskedi l-oħrajn tan-nota tat-titoli msemmija fl-Artikoli 6, 8 u 16, ħlief għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3), l-Artikolu 8(3) u (5) u l-Artikolu 16(3) u (5). L-iskeda għandha tapplika għal ċerti titoli fejn il-ħlas u/jew it-twettiq ta’ obbligi huma marbuta ma’ sottostanti.

▼B

Artikolu 16

L-iskeda tan-nota tat-titoli għal titoli ta' debitu b'denominazzjoni kull unità ta' mill-anqas EUR  ►M5  100 000 ◄

1.  Għan-nota tat-titoli għal titoli ta' debitu b'denominazzjoni kull unità ta' mill-anqas EUR  ►M5  100 000 ◄  l-informazzjoni għandha tingħata skond l-iskeda stabbilita fl-Anness XIII.

2.  L-iskeda għandha tapplika għal debitu fejn l-emittent għandu obbligazzjoni li tirriżulta mal-ħruġ li jħallas lill-investitur 100 % tal-valur nominali u b'żieda mal-ħlas ta' l-imgħax ukoll.

▼M8

3.  Fejn titoli ta’ dejn huma skambjabbli jew konvertibbli f’ishma diġà ammessi għall-kummeċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa minn punt 4.2.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness XII għandha tingħata wkoll.

4.  Fejn it-titoli ta’ dejn huma konvertibbli jew skambjabbli f’ishma li huma jew se jkunu maħruġa mill-emittent tat-titolu tad-dejn jew minn entità li tappartjeni għall-grupp tagħha u dawn l-ishma sottostanti mhumiex diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat, informazzjoni dwar l-emittent tal-ishma sottostanti għandha tingħata wkoll skont il-punti 3.1 u 3.2 tal-iskeda stipulata fl-Anness III jew, kif ikun il-każ, tal-iskeda proporzjonata stipulat fl-Anness XXIV.

5.  Fejn titoli ta’ dejn b’digrieti jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati l-ishma tal-emittent u dawn l-ishma ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda stabbilita fl-Anness XII minbarra l-punt 4.2.2 għandha tingħata wkoll.

▼B

Artikolu 17

Building block ta' l-informazzjoni addizzjonali fuq is-sehem iggarantit

1.  Għall-informazzjoni addizzjonali dwar is-sehem iggarantit, id-deksrizzjoni tas-sehem iggarantit għandha tingħata skond il-building block stabbilit fl-Anness XIV.

Barra minn hekk, jekk l-emittent tas-sehem iggarantit huwa entità li tappartjeni lill-istess grupp, l-informazzjoni meħtieġa mill-iskeda imsemmija f'Artikolu 4 għandha tingħata dwar dak l-emittent.

2.  L-informazzjoni addizzjonali imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tapplika biss għal dawk it-titoli li jikkonformaw maż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(1) jistgħu ikunu kkonvertiti jew skambjati f'ishma jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma, skond id-diskrezzjoni ta' l-emittent jew l-investitur, jew fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-mument tal-ħruġ, jew billi jagħtu, bi kwalunkwe mod ieħjew, il-possibilità li jkunu akkwistati ishma jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma; u

▼M8

(2) sakemm dawn l-ishma jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma jinħarġu jew se jinħarġu mill-emittent tat-titolu, minn entità li tappartjeni lill-grupp ta’ dak l-emittent jew minn parti terza u għadhom ma ġewx ikkummerċjati f’suq regolat jew suq ekwivalenti barra l-Unjoni fil-ħin tal-approvazzjoni tal-prospett li jkopri t-titoli, u li l-ishma sottostanti jew titoli trasferibbli oħrajn ekwivalenti għal ishma jistgħu jkunu forniti u riżolti fiżikament.

▼B

Artikolu 18

L-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni għal impriżi ta' investiment kollettiv tat-tip closed-end

1.  Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skond il-punti 1, 2, 3, 4, 5.1, 7, 9.1, 9.2.1, 9.2.3, 10.4, 13, 14, 15, 16, 17.2, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25 ta' l-Anness I, għad-dokument ta' reġistrazzjoni għal titoli maħruġa mill-impriżi ta' investiment kollettiv tat-tip closed-end l-informazzjoni għandha tingħata skond l-iskeda stabbilita fl-Anness XV.

2.  L-iskeda għandha tapplika għal impriżi ta' investiment kollettiv tat-tip closed-end li għandhom portafoll ta' attiv f'isem investituri li:

(1) huma rikonoxxuti mill-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih huma nkorporati bħala impriża ta' investiment kollettiv tat-tip closed end; jew

(2) ma jieħdux u ma jfittxux li jieħdu kontroll legali jew maniġerjali ta' kwalunkwe wieħed mill-emittenti ta' l-investimenti ggarantiti tagħhom. F'każ bħal dan, il-kontroll legali u/jew il-parteċipazzjoni fil-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni ta' l-emittent(i) garanti jistgħu jittieħdu fejn din l-azzjoni hija inċidentali għall-għan primarju ta' l-investiment, meħtieġa għall-protezzjoni ta' l-azzjonisti u f'ċirkostanzi biss fejn l-impriża ta' investiment kollettiv mhux se jeżerċita kontroll maniġerjali sinifikanti fuq l-operazzjonijiet ta' l-emittent(i) garanti.

Artikolu 19

L-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni għall-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-awtoritajiet reġjonali u kummerċjali tagħhom

1.  Għad-dokument ta' reġistrazzjoni għal titoli maħruġa mill-Istati Membri, mill-pajjiżi terzi u l-awtoritajiet reġjonali u kummerċjali tagħhom l-informazzjoni għandha tingħata skond l-iskeda stabbilita fl-Anness XVI.

2.  L-iskeda għandha tapplika għat-tipi kollha ta' titoli maħruġa mill-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-awtoritajiet reġjonali u kummerċjali tagħhom.

Artikolu 20

L-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni għall-korpi internazzjonali pubbliċi u għal emittenti ta' titoli ta' debitu ggarantiti minn stat membru ta' l-OKED

1.  Għad-dokument ta' reġistrazzjoni għal titoli maħruġa mill-korpi internazzjonali pubbliċi u għal titoli primarji bla kondizzjoni u rrevokabilment, fuq il-bażi tal-leġislazzjoni nazzjonali, minn stat li huwa membru ta' l-OKED l-informazzjoni għandha tingħata skond l-iskeda stabbilita fl-Anness XVII.

2.  L-iskeda għandha tapplika:

 għat-tipi kollha ta' titoli maħruġa mill-korpi internazzjonali pubbliċi,

 għal titoli ta' debitu ggarantiti bla kondizzjoni u rrevokabilment, fuq il-bażi tal-leġislazzjoni nazzjonali, minn stat li huwa membru ta' l-OKED.

▼M6

Artikolu 20a

Il-modulu tal-informazzjoni addizzjonali għall-kunsens mogħti skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE

1.  Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, il-prospett għandu jinkludi dan li ġej:

(a) l-informazzjoni addizzjonali stabbilita fit-Taqsimiet 1 u 2 A tal-Anness XXX fejn il-kunsens mogħti jingħata lil intermedjarju finanzjarju wieħed speċifikat jew aktar;

(b) informazzjoni addizzjonali stabbilita fit-Taqsimiet 1 u 2B tal-Anness XXX fejn l-emittent jew il-persuna responsabbli għat-tfassil tal-prospett tagħżel li tagħti l-kunsens tagħha lill-intermedjarji finanzjarji kollha.

2.  Fejn intermedjarju finanzjarju ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet mehmuża mal-kunsens kif żvelat fil-prospett, ikun meħtieġ prospett ġdid skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE.

▼B

Artikolu 21

Kombinazzjoni ta' skedi u building blocks

1.  L-użu tal-kombinazzjonijiet previst fit-tabella stabbilita fl-Anness XVIII għandu jkun mandatorju meta jitħejjew prospetti għat-tipi ta' titoli li għalihom jikkorrispondu dawn il-kombinazzjonijiet skond din it-tabella.

Madankollu, għal titoli mhux koperti minn dawn il-kombinazzjonijiet jistgħu jintużaw aktar kombinazzjonijiet.

2.  L-aktar skeda komprensiva u strinġenti tad-dokument ta' reġistrazzjoni, i.e. l-aktar skeda li tinħtieġ informazzjoni fit-termini tan-numru tal-punti ta' informazzjoni u l-grad ta' l-informazzjoni inkluża fihom, tista'dejjem tintuża biex jinħarġu titoli li għalihom hija prevista skeda komprensiva u strinġenti tad-dokument ta' reġistrazzjoni, skond il-gradi ta' skedi li ġejjin:

(1) skeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' l-ishma;

(2) skeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' titoli ta' debitu u derivattivi għal titoli b'denominazzjoni kull unità ta' anqas minn EUR  ►M5  100 000 ◄ ;

(3) skeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' titoli ta' debitu u derivattivi għal titoli b'denominazzjoni kull unità ta' mill-EUR  ►M5  100 000 ◄ .

▼M5

3.  L-emittent, l-offerent u l-persuna li qed titlob l-ammissjoni għan-negozju f’suq regolat jistgħu jagħżlu li jħejju prospett skont l-iskedi proporzjonati stabbiliti fl-Annessi XXIII biex XXIX minflok l-iskedi stabbiliti fl-Annessi I, III, IV, IX, X u XI kif deskritt hawn taħt u sakemm il-kondizzjonijiet rispettivi stabbiliti fl-Artikoli 26a, 26b u 26c jkunu ssodisfati.

Fejn l-emittent, l-offerent u l-persuna li qed titlob l-ammissjoni għan-negozju f’suq regolat jagħmel dik l-għażla:

(a) ir-referenza għall-Anness I fl-Anness XVIII għandha tinqara bħala referenza għall-Annessi XXIII jew XXV;

(b) ir-referenza għall-Anness III fl-Anness XVIII għandha tinqara bħala referenza għall-Annessi XXIV;

(c) ir-referenza għall-Anness IV fl-Anness XVIII għandha tinqara bħala referenza għall-Annessi XXVI;

(d) ir-referenza għall-Anness IX fl-Anness XVIII għandha tinqara bħala referenza għall-Annessi XXVII;

(e) ir-referenza għall-Anness X fl-Anness XVIII għandha tinqara bħala referenza għall-Annessi XXVIII;

(f) ir-referenza għall-Anness XI fl-Anness XVIII għandha tinqara bħala referenza għall-Annessi XXIX.

▼B

Artikolu 22

L-informazzjoni minima li trid tkun inkluża fi prospett bażi u t-termini finali tiegħu

▼M5

1.  Prospett bażi għandu jitfassal permezz ta’ skeda jew komponent wieħed jew kombinazzjoni tagħhom provduti f’dan ir-Regolament skont il-kombinazzjonijiet għal tipi varji ta’ titoli stabbiliti fl-Anness XVIII.

▼M6

Prospett ta’ bażi għandu jkun fih il-punti ta’ informazzjoni meħtieġa fl-Annessi I sa XVII, fl-Anness XX u fl-Annessi XXIII sa XXX skont it-tip ta’ emittent u titoli involuti. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jesiġu li prospett ta’ bażi jinkludi punti ta’ informazzjoni li mhumiex inklużi fl-Annessi I sa XVII, fl-Anness XX jew fl-Annessi XXIII sa XXX.

▼M5

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligu msemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/71/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, meta tapprova prospett bażi skont l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva, tista’ tirrikjedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, li tiġi kompluta l-informazzjoni provduta mill-emittent, l-offerent jew il-persuna li qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat, għal kull wieħed mill-punti tal-informazzjoni.

Fejn l-emittent, l-offerent u l-persuna qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat fi prospett bażi skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, għal kull wieħed mill-punti tal-informazzjoni. Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tapprova l-prospett bażi skont l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva, tista’ tirrikjedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, li ċertu informazzjoni provduta fil-prospett bażi, tiġi inkluża wkoll fis-sommarju.

▼M5

1a.  Il-prospett bażi jista’ jinkludi opzjonijiet fir-rigward tal-informazzjoni kategorizzata bħala Kategorija A, Kategorija B u Kategorija C, meħtieġa mill-iskedi u l-komponenti rilevanti tan-nota dwar it-titoli, u kif stabbilit fl-Annessi XX. It-termini finali għandhom jistabbilixxu liema minn dawn l-opzjonijiet hija applikabbli għall-ħruġ individwali, billi jirreferu għat-taqsimiet rilevanti tal-prospett bażi jew permezz tar-riproduzzjoni ta’ din l-informazzjoni.

▼B

2.  L-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat jistgħu iħallu barra punti ta' informazzjoni li ma jkunux magħrufa meta l-prospett bażi ikun approvat li jkun jista' jkun magħruf biss fil-ħin tal-ħruġ individwali.

3.  L-użu tal-kombinazzjonijiet previst fit-tabella stabbilita fl-Anness XVIII għandu jkun mandatorju meta jitħejjew prospetti bażi għat-tipi ta' titoli li għalihom jikkorrispondu dawn il-kombinazzjonijiet skond din it-tabella.

Madankollu, għal titoli mhux koperti minn dawn il-kombinazzjonijiet jistgħu jintużaw aktar kombinazzjonijiet.

▼M5

4.  It-termini finali mehmuża ma’ prospett bażi għandhom jinkludu biss dan li ġej:

(a) fi ħdan l-iskedi varji tan-noti dwar it-titoli skont liema jitfassal il-prospett bażi, dawk il-punti ta’ informazzjoni kategorizzati bħala Kategoriji B u C, kif deskritt fl-Anness XX. Fejn punt ma jkunx applikabbli għal prospett, il-punt għandu jidher fit-termini finali bil-kliem “mhux applikabbli”;

(b) fuq bażi volontarja, kwalunkwe “informazzjoni addizzjonali” stipulata fl-Anness XXI;

(c) kwalunkwe replika ta’, jew referenza għal opzjonijiet diġà previsti fil-prospett bażi, li huma applikabbli għall-ħruġ individwali;

It-termini finali ma għandhomx jemendaw jew jissostitwixxu kwalunkwe informazzjoni fil-prospett bażi.

▼B

5.  Minbarra l-punti ta' informazzjoni stabbiliti fl-iskedi u building blocks imsemmija fl-Artikli 4 sa 20 l-informazzjoni li ġejja għandha tkun inkluża fil-prospett bażi:

1. indikazzjoni dwar l-informazzjoni li se tkun inkluża fit-termini finali;

▼M5

1a. taqsima li tinkludi mudell, il-“forma tat-termini finali”, li trid tintmela għal kull ħruġ individwali;

▼B

2. il-metodu tal-pubblikazzjoni tat-termini finali; jekk l-emittent m'huwiex f'posizzjoni li jistabbilixxi, fil-ħin ta' l-approvazzjoni tal-prospett, il-metodu tal-pubblikazzjoni tat-termini finali, indikazzjoni ta' kif il-pubbliku se jkun informat dwar liema metodu se jintuża għall-pubblikazzjoni tat-termini finali;

3. fil-każ ta' ħruġ ta' titoli non ekwità skond il-punt (a) ta' l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2003/71/KE, deskrizzjoni ġenerali tal-programm.

6.  Il-kategoriji ta' titoli li ġejjin biss jistgħu ikunu inklużi fi prospett bażi u t-termini finali tiegħu li jkopru ħruġ ta' tipi varji ta' titoli:

1. titoli ggarantiti b'attiv;

2. digrieti li jaqgħu taħt l-Artikolu 17;

3. titoli non-ekwità previsti taħt il-punt (b) ta' l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2003/71/KE;

4. it-titoli non-ekwità l-oħrajn kollha inkluż digrieti bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija f'(2).

Fit-tħejjija ta' prospett bażi l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat għandha tissepara b'mod ċar l-informazzjoni speċifika dwar kull wieħed mit-titoli differenti inklużi f'dawn il-kategoriji.

7.  Fejn jiġri avveniment mistenni skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/71/KE bejn iż-żmien li l-prospett bażi kien approvat u l-egħluq finali ta' l-offerta ta' kull ħarġa tat-titoli taħt il-prospett bażi jew, skond kif ikun il-każ, iż-żmien li fih jibda l-kummerċ tat-titoli f'suq regolat, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat għandhom jippubblikaw supplement qabel l-egħluq finali ta' l-offerta jew id-dħul f'kummerċ ta' dawn it-titoli.

▼M5

Fejn l-emittent ikollu bżonn iħejji suppliment dwar l-informazzjoni fil-prospett bażi li jirrelata ma’ ħruġ speċifiku wieħed biss jew ma’ diversi ħruġ speċifiċi, id-dritt tal-investituri li jirtiraw l-aċċettazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2003/71/KE għandu japplika biss għal ħruġ relevanti u mhux għal kwalunkwe ħruġ ieħor ta’ titoli skont il-prospett bażi.

▼B

Artikolu 23

Adattamenti għall-informazzjoni minima mogħtija fil-prospetti u prospetti bażi

1.  Minkejja l-Artikli 3 it-tieni paragrafu u 22(1) it-tieni sottoparagrafu, fejn l-attivitajiet ta' l-emittent jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji inklużi fl-Anness XIX, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini, wara li tikkunsidra in-natura speċifika ta' l-attivitajiet involuti, tista' titlob għal informazzjoni adattata, b'żieda mal-punti ta' informazzjoni ininklużi fl-iskedi u building blocks stabbiliti fl-Artikli 4 sa 20, inkluż, fejn xieraq, valutazzjoni jew xi rapport ieħjew ta' espert dwar l-attiv ta' l-emittent, sabiex jikkonforma ma' l-obbligazzjoni imsemmija f'Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/71/KE. L-awtorità kompetenti għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni tagħha.

Sabiex tinkiseb l-inklużjoni ta' kategorija ġdida fl-Anness XIX Stat Membru għandu jinnotifika ix-xewqa tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha taġġorna din il-lista billi ssegwi l-proċedura tal-Kumitat prevista f'Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/71/KE.

2.  Permezz ta' deroga mill-Artikli 3 sa 22, fejn l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat japplikaw għall-approvazzjoni tal-prospett jew prospett bażi għal titolu li m'huwiex l-istess imma komparabbli għat-tipi varji tat-titoli imsemmija fit-tabell tal-kombinazzjonijiet stabbiliti fl-Anness XVIII, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat għandhom iżidu l-punti ta' informazzjoni relevanti minn skeda ta' nota tat-titoli oħra prevista fl-Artikli 4 sa 20 għall-iskeda tan-nota tat-titoli ewlenija magħżula. Din iż-żieda għandha ssir skond il-karatteristiċi ewlenin tat-titoli offruti lill-pubbliku jew introdotti kummerċjalment f'suq regolat.

3.  Permezz ta' deroga mill-Artikli 3 sa 22, fejn l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat japplikaw għall-approvazzjoni tal-prospett jew prospett bażi għal tip ġdid ta' titolu, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat għandha tinnotifika l-abbozz tal-prospett jew prospett bażi lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini.

L-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi, b'konsultazzjoni ma' l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat, liema informazzjoni għandha tkun inkluża fil-prospett jew prospett bażi sabiex tikkonforma ma' l-obbligazzjoni imsemmija f'Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/71/KE. L-awtorità kompetenti għandha minnufih tinforma lill-Kummissjoni tagħha.

Id-deroga imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu għandha tapplika biss fil-każ ta' tip ġdid ta' titolu li għandu karatteristiċi kompletament differenti mit-tipi varji tat-titoli imsemmija fl-Anness XVIII, jekk il-karatteristiċi ta' dan it-titolu ġdid huma tali li ma tkunx applikabbli xi kombinazzjoni tal-punti ta' informazzjoni differenti imsemmija fl-iskedi u building blocks previsti fl-Artikli 4 sa 20.

4.  Permezz ta' deroga mill-Artikli 3 sa 22, fil-każijiet fejn wieħed mill-punti ta' informazzjoni meħtieġa f'waħda mill-iskedi jew building blocks imsemmija fl-Artikli 4 sa 20 jew informazzjoni ekwivalenti ma jkunx applikabbli għall-emittent, għall-offerent jew għat-titoli li dwarhom għandu x'jaqsam il-prospett, dik l-informazzjoni għandha titħalla barra.

▼M5

Artikolu 24

L-kontenut tas-sommarju tal-prospett, tal-prospett bażi u tal-ħruġ individwali

1.  L-emittent, l-offerent u l-persuna li qed titlob l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat għandu jiddetermina l-kontenut dettaljat tas-sommarju msemmi fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/71/KE skont dan l-Artikolu.

Sommarju għandu jinkludi l-punti tal-informazzjoni prinċipali stipulati fl-Anness XXII. Fejn punt ma jkunx applikabbli għal prospett, dak il-punt għandu jidher fis-sommarju bil-kliem “mhux applikabbli”. It-tul tas-sommarju għandu jqis il-kumplessità ta’ emittent u t-titoli offerti iżda ma għandux jaqbeż is-7 % tat-tul tal-prospett jew 15-il paġna, skont liema jkun l-itwal. Ma għandux jinkludi kontroreferenzi għal partijiet oħra tal-prospett.

L-ordni tat-taqsimiet u tal-elementi tal-Anness XXII hija obbligatorja. Is-sommarji għandhom ikunu abbozzati f’lingwaġġ ċar, filwaqt li jippreżentaw l-informazzjoni prinċipali b’mod faċilment aċċessibbli u li jinftiehem. Fejn emittent mhuwiex obbligat li jinkludi sommarju fi prospett skont l-Artikolu 5(2), tad-Direttiva 2003/71/KE iżda jipproduċi taqsima b’ħarsa ġenerali fil-prospett, din it-taqsima ma għandhiex tiġi intitolata “Sommarju” sakemm l-emittent ma jikkonformax mar-rekwiżiti kollha tad-divulgazzjoni għas-sommarji stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Anness XXII.

2.  Is-sommarju ta’ prospett bażi jista’ jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a) informazzjoni inkluża fil-prospett bażi;

(b) opzjonijiet għal informazzjoni meħtieġa mill-iskeda tan-nota dwar it-titoli u l-komponent(i) tagħha;

(c) informazzjoni meħtieġa mill-iskeda tan-nota dwar it-titoli u l-komponent(i) tagħha titħalla vojta biex tintmela aktar tard fit-termini finali.

3.  Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jipprovdi l-informazzjoni prinċipali tas-sommarju tal-prospett bażi flimkien mal-partijiet rilevanti tat-termini finali. Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jkun fih dan li ġej:

(a) l-informazzjoni tas-sommarju tal-prospett bażi li hija rilevanti biss għall-ħruġ individwali;

(b) l-opzjonijiet li jkunu jinsabu fil-prospett bażi li huma rilevanti biss għall-ħruġ individwali kif determinat fit-termini finali;

(c) l-informazzjoni rilevanti mogħtija fit-termini finali li preċendentament kienet tħalliet barra fil-prospett bażi.

Fejn it-termini finali jirreferu għal diversi titoli li jvarjaw biss f’xi dettalji limitati ħafna, bħall-prezz tal-ħruġ jew id-data tal-maturità, sommarju wieħed tal-ħruġ individwali jista’ jiġi mehmuż ma’ dawk it-titoli kollha, sakemm l-informazzjoni li tirreferi għat-titoli differenti tkun segregata b’mod ċar.

Is-sommarju tal-ħruġ individwali għandu jkun soġġett għall-istess rekwiżiti bħat-termini finali u għandu jiġi anness magħhom.

▼B



KAPITOLU III

Il-format tal-prospett, prospett bażi u s-supplementi

Artikolu 25

Il-format tal-prospett

1.  Fejn l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat jagħżlu, skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2003/71/KE li jħejju prospett bħala dokument wieħed, il-prospett għandu jikkonsisti fil-partijiet li ġejjin u fl-ordni li ġejja:

1. werrej ċar u dettaljat;

2. is-sommarju previst f'Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/71/KE;

3. il-fatturi ta' riskju marbuta ma' l-emittent u t-tip ta' titolu kopert mill-ħarġa;

4. il-punti ta' informazzjoni l-oħrajn inklużi fl-iskedi u building blocks li magħhom ikun tħejjal-prospett.

2.  Fejn l-emittent, l-offerent jew il-il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat jagħżlu, skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2003/71/KE li jħejju prospett li jikkonsisti f'dokumenti separati, in-nota tat-titoli u d-dokument ta' reġistrazzjoni għandhom it-tnejn li huma jikkonsistu fil-partijiet li ġejjin u fl-ordni li ġejja:

1. werrej ċar u dettaljat;

2. skond kif ikun il-każ, il-fatturi ta' riskju marbuta ma' l-emittent u t-tip ta' titolu kopert mill-ħarġa;

3. il-punti ta' informazzjoni l-oħrajn inklużi fl-iskedi u building blocks li magħhom ikun tħejja l-prospett.

3.  Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat għandhom ikunu ħielsa li jiddefenixxu l-ordni fil-presentazzjoni tal-punti ta' informazzjoni meħtieġa inklużi fl-iskedi u building blocks li magħhom ikun tħejja l-prospett.

4.  Fejn l-ordni tal-punti ma tikkoinċidix ma' l-ordni ta' l-informazzjoni prevista fl-iskedi u building blocks li magħhom ikun tħejja l-prospett, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini tista' titlob lill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat biex jipprovdu lista b'referenza doppja bl-iskop ta' l-iċċekkjar tal-prospett qabel l-approvazzjoni tiegħu. Din il-lista għandha tidentifika l-paġni fejn kull punt jista' jinsab fil-prospett.

5.  Fejn is-sommarju ta' prospett irid ikun supplementat skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/71/KE, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat għandhom jiddeċiedu fuq il-bażi ta' każ każ jekk għandhomx jintegraw l-informazzjoni l-ġdida fis-sommarju oriġinali billi jipproduċu s-sommarju l-ġdid, jew billi jipproduċu supplement għas-sommarju.

Jekk l-informazzjoni l-ġdida tkun integrata fis-sommarju oriġinali, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat għandhom jiżguraw li l-investituri ikunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-bidliet, b'mod partikolari permezz ta' noti taħt.

▼M5

Fi kwalunkwe każ, ma għandux ikun meħteiġ iffajljar ta’ termini finali u sommarju tal-ħruġ individwali anness miegħu korrispondenti għal offerti magħmula qabel il-produzzjoni ta’ sommarju ġdid jew suppliment għas-sommarju.

▼B

Artikolu 26

Il-format tal-prospett bażi u t-termini finali tiegħu

1.  Fejn l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat jagħżlu, skond l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2003/71/KE li jħejju prospett bażi, il-prospett bażi għandu jikkonsisti fil-partijiet li ġejjin u fl-ordni li ġejja:

1. werrej ċar u dettaljat;

2. is-sommarju previst f'Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/71/KE;

3. il-fatturi ta' riskju marbuta ma' l-emittent u t-tip ta' titolu jew titoli kopert mill-ħarġa jew ħarġiet;

4. il-punti ta' informazzjoni l-oħrajn inklużi fl-iskedi u building blocks li magħhom ikun tħejja l-prospett.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat għandhom ikunu ħielsa li jiddefenixxu l-ordni fil-presentazzjoni tal-punti ta' informazzjoni meħtieġa inklużi fl-iskedi u building blocks li magħhom ikun tħejja l-prospett. L-informazzjoni fuq it-titoli differenti li jkunu jinsabu fil-prospett bażi għandhom ikunu sseparati b'mod ċar.

3.  Fejn l-ordni tal-punti ma tikkoinċidix ma' l-ordni ta' l-informazzjoni prevista fl-iskedi u building blocks li magħhom ikun tħejja l-prospett, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini tista' titlob lill-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat biex jipprovdu lista b'referenza doppja bl-iskop ta' l-iċċekkjar tal-prospett qabel l-approvazzjoni tiegħu. Din il-lista għandha tidentifika l-paġni fejn kull punt jista' jinsab fil-prospett.

4.  Fil-każ li l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat qabel ikunu irreġistraw dokument ta' reġistrazzjoni għal tip partikolari ta' titolu u, fi stadju ieħor wara, jagħżlu li jħejju prospett bażi f'konformità mal-kondizzjonijiet previsti fil-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2003/71/KE, il-prospett bażi għandu jkun fih:

1. l-informazzjoni li tkun tinsab fid-dokument ta' reġistrazzjoni preċedentament jew simultanjament irreġistrat u approvat għandha tkun inkorporata b'referenza, skond il-kondizzjonijiet previsti f'Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament;

2. l-informazzjoni li b'mod ieħor tkun tinsab fin-nota tat-titoli relevanti mingħajr it-termini finali fejn it-termini finali m'humiex inklużi fil-prospett bażi.

▼M5

5.  It-termini finali għandhom jiġu ppreżentati fil-forma ta’ dokument separat jew jiġi inkluż fil-prospett bażi. It-termini finali għandhom jitħejjew f’forma faċilment analizzabbli u komprensibbli.

Il-punti tal-iskeda tan-nota dwar it-titoli rilevanti u l-komponenti tagħha, li huma inklużi fil-prospett bażi ma għandhomx ikunu riprodotti fit-termini finali.

L-emittent, l-offerent u l-persuna li qed titlob l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat jistgħu jinkludu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali stipulata fl-Anness XXI fit-termini finali.

Għandha tiddaħħal fit-termini finali dikjarazzjoni ċara u prominenti li tindika:

(a) li t-termini finali jkunu ġew imħejjija għall-fini tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2003/71/KE u jridu jinqraw flimkien mal-prospett bażi u s-suppliment(i) tiegħu;

(b) meta prospett bażi u suppliment(i) ikunu ppubblikati skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/71/KE;

(c) li sabiex tinkiseb l-informazzjoni kollha kemm il-prospett bażi u t-termini finali jridu jinqraw flimkien;

(d) li sommarju tal-ħruġ individwali huwa anness mat-termini finali.

It-termini finali jistgħu jinkludu l-firma tar-rappreżentant legali tal-emittent jew il-persuna responsabbli għall-prospett skont il-liġi nazzjonali rilevanti jew mill-firma tagħhom it-tnejn.

5a.  It-termini finali u s-sommarju tal-ħruġ individwali għandhom jitfasslu fl-istess lingwa rispettivament bħall-verżjoni approvata tal-forma tat-termini finali tal-prospett bażi u bħas-sommarju tal-prospett bażi.

Meta t-termini finali jiġu kkomunikati tal-Istat Membru ospitanti jew, jekk hemm iktar minn Stat Membru ospitanti, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 2003/71/KE, għandhom japplikaw ir-regoli tal-lingwa li ġejjin għat-termini finali u s-sommarju anness:

(a) meta s-sommarju tal-prospett bażi jeħtieġ li jiġi tradott skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/71/KE, is-sommarju għall-ħruġ individwali anness mat-termini finali għandu jiġi soġġett għall-istess rekwiżiti ta’ traduzzjoni bħas-sommarju tal-prospett bażi;

(b) meta l-prospett bażi jrid jiġi tradott skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/71/KE, it-termini finali u s-sommarju tal-ħruġ individwali annessi miegħu, għandhom jiġu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ traduzzjoni bħal tal-prospett bażi.

L-emittent għandu jikkomunika dawk it-traduzzjonijiet, flimkien mat-termini finali, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew, jekk hemm iktar minn Stat Membru ospitanti, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti.

▼B

6.  Fejn xi prospett bażi jirreferi għal titoli differenti, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat għandhom jinkludu sommarju wieħed fil-prospett bażi għat-titoli kollha. L-informazzjoni dwar it-titoli differenti li tkun tinsab fis-sommarju, madankollu, għandha tkun isseparata b'mod ċar.

7.  Fejn is-sommarju tal-prospett bażi irid ikun supplementat skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/71/KE, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat għandhom jiddeċiedu fuq il-bażi ta' każ każ jekk l-informazzjoni l-ġdida għadhiex tkun integrata fis-sommarju oriġinali billi jipproduċu sommarju ġdid, jew billi jipproduċu supplement għas-sommarju.

Jekk l-informazzjoni l-ġdida tkun integrata fis-sommarju oriġinali tal-prospett bażi billi jipproduċu sommarju ġdid, l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat għandhom jiżguraw li l-investituri ikunu jistgħu jidentifikaw faċilment il-bidliet, b'mod partikolari permezz ta' noti taħt.

8.  L-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu li jidħlu f'kummerċ f'suq regolat jistgħu jiġbru f'dokument wieħed prospett bażi wieħed jew aktar differenti.

▼M5



KAPITOLU IIIa

REĠIM PROPORZJONAT TA’ DIVULGAZZJONI

Artikolu 26a

Skeda proporzjonata għal ħruġ ta’ drittijiet

1.  L-iskedi proporzjonati stabbiliti fl-Annessi XXIII u XXIV għandhom japplikaw għall-ħruġ ta’ drittijiet, sakemm l-emittent ikollu ishma tal-istess klassi diġà ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew f’faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fl-punt 15 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

2.  Emittenti li l-ishma tagħhom tal-istess klassi huma diġà ammessi għan-negozjar f’faċilità multilaterali tan-negozjar jistgħu jagħmlu użu mill-iskeda stipulata fl-Annessi XXIII u XXIV biss meta r-regoli ta’ dik il-faċilità multilaterali tan-negozjar jinkludu dan li ġej:

(a) Dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-emittenti jippubblikaw rapporti finanzjarji annwali u rapporti ta’ awditjar fi żmien sitt xhur wara tmiem kull sena finanzjarja, rapporti finanzjarji ta’ kull sitt xhur fi żmien erba’ xhur wara tmien l-ewwel sitt xhur ta’ kull sena finanzjarja, u informazzjoni interna kif definit fil-punt 1 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6/KE skont l-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva;

(b) Dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-emittenti jagħmlu r-rapporti u l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) disponibbli għall-pubbliku billi jippubblikawhom fuq il-websajts tagħhom;

(c) dispożizzjonijiet li jipprevjenu abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq skont id-Direttiva 2003/6/KE.

3.  Dikjarazzjoni fil-bidu tal-prospett għandha tindika biċ-ċar li l-ħruġ ta’ drittijiet huwa indirizzat lill-azzjonisti tal-emittent u li l-livell ta’ divulgazzjoni tal-prospett huwa proporzjonat għal dak it-tip ta’ ħruġ.

Artikolu 26b

Skedi proporzjonati għall-intrapriżi żgħar u medji u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa

L-iskedi proporzjonati stabbiliti fl-Annessi XXV sa XXVIII għandhom japplikaw meta titoli maħruġa minn intrapriżi żgħar u medji u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar f’suq regolat li jinsab jew li jopera fi Stat Membru.

Madankollu, intrapriżi żgħar u medji u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa jistgħu minflok jagħżlu li jfasslu prospett skont l-iskedi stabbiliti fl-Annessi I sa XVII u XX sa XXIV.

Artikolu 26c

Rekwiżiti proporzjonati għal ħruġ minn istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tad-Direttiva 2003/71/KE

L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu titoli msemmija fl-Artikolu 1(2)(j) tad-Direttiva 2003/71/KE li jħejju prospett skont l-Artikolu 1(3) ta’ dik id-Direttiva jistgħu jagħżlu li jinkludu fil-prospett tagħhom informazzjoni finanzjarja storika li tkopri biss l-aħħar sena finanzjarja, jew il-perjodu iqsar li fih l-emittent ikun ilu jopera, skont l-Anness XXIX ta’ dak ir-Regolament.

▼B



KAPITOLU IV

Informazzjoni u inkorporazzjoni b’referenza

▼M5 —————

▼B

Artikolu 28

L-arranġamenti għall-inkorporazzjoni b'referenza

1.  L-informazzjoni tista' tkun inkorporata b'referenza fi prospett jew prospett bażi, b'mod speċjali jekk tkun tinsab f'wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

1. informazzjoni finanzjarja annwali u proviżorja;

2. dokumenti ippreparati fl-okkażjoni ta' xi operazzjoni speċifika bħal merger jew de-merger;

3. dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapporti ta' l-awditur;

4. memorandum u artikli ta' assoċjazzjoni;

5. prospetti u/jew prospetti bażi preċedentament approvati w ippubblikati;

6. informazzjoni regolata;

7. ċirkolarijiet lid-detenturi tat-titoli.

2.  Id-dokumenti li jkun fihom l-informazzjoni li tista' tkun inkorporata b'referenza fi prospett jew prospett bażi jew fid-dokumenti li jiġbru dan kollu fihom għandhom jitħejjew skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/71/KE.

3.  Jekk xi dokument li jista' jkun inkorporat b'referenza ikun fih informazzjoni li jkun sarilha tibdil materjali, il-prospett jew prospett bażi għandhom jiddikjaraw din iċ-ċirkostanza u għandhom jagħtu l-informazzjoni aġġornata.

4.  L-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ f'suq regolat jistgħu jinkorporaw informazzjoni fi prospett jew prospett bażi billi jagħmlu referenza biss għal ċertu partijiet tad-dokument, iżda għandhom jiddikjaraw li l-partijiet mhux inkorporati huma jew mhux relevanti għall-investitur jew koperta x'imkien ieħor fil-prospett.

5.  Meta jinkoporaw l-informazzjoni b'referenza, l-emittenti, l-offerenti jew il-persuni li jitolbu li jidħlu f'kummerċ f'suq regolat għandhom ifittxu li ma jipperikolawx il-protezzjoni ta' l-investitur fit-termini tal-komprensibilità u l-aċċessibilità ta' l-informazzjoni.



KAPITOLU V

Il-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni tar-reklami

Artikolu 29

Il-pubblikazzjoni f'forma elettronika

1.  Il-pubblikazzjoni tal-prospett jew prospett bażi f'forma elettronika, jew skond il-punti (c) (d) u (e) ta' l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, inkella bħala mezz addizzjonali ta' disponibilità, għandha tkun skond il-ħtiġijiet li ġejjin:

1. il-prospett jew prospett bażi għandhom ikunu aċċessibbli faċilment meta wieħed jidħol fil-websajt;

2. il-format tal-fajl għandu jkun b'mod li l-prospett jew prospett bażi ma jkunx jista' jiġi mmodifikat;

3. il-prospett jew prospett bażi għandu jkun fih ħajperlinks, bl-eċċezzjoni ta' links għal indirizzi elettroniċi fejn tkun disponibbli informazzjoni inkorporata b'referenza;

4. l-investituri għandu jkollhom il-possibilità li jniżżlu u jistampa l-prospett jew prospett bażi.

L-eċċezzjoni imsemmija fil-punt 3 ta' l-ewwel sottoparagrafu għandu jkun validu biss għad-dokumenti inkorporati b'referenza; dawn id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli b'arranġamenti tekniċi faċli u mmedjati.

2.  Jekk xi prospett jew prospett bażi dwar offerta ta' titoli lill-pubbliku ikun disponibbli fuq il-websajts ta' l-emittenti u l-intermedjarji finanzjarji jew tas-swieq regolati, dawn għandhom jieħdu l-miżuri, biex jevitaw milli jimmiraw għal residenti fl-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi fejn mhux qed issir l-offerta ta' titoli lill-pubbliku, bħall-inklużjoni ta' disclaimer dwar lil min hija ndirizzata l-offerta.

Artikolu 30

Il-pubblikazzjoni fil-ġurnali

1.  Sabiex tikkonforma mal-punt (a) ta' l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2003/71/KE il-pubblikazzjoni ta' prospett jew prospett bażi għandha ssir f'ġurnal ta' informazzjoni ġenerali jew finanzjarja li għandu skop nazzjonali jew supra-reġjonali;

2.  Jekk l-awtorità kompetenti tkun ta' l-opinjoni li l-ġurnal magħżul għall-pubblikazzjoni ma jikkonformax mal-ħtiġijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, għandha tistabbilixxi ġurnal li ċ-ċirkolazzjoni tiegħu tkun meqjusa xierqa għal dan l-iskop wara li tikkunsidra, b'mod partikolari, il-post ġeografiku, in-numru ta' abitanti u d-drawwiet tal-qari f'kull Stat Membru.

Artikolu 31

Il-pubblikazzjoni ta' l-avviż

1.  Jekk xi Stat Membru jagħmel użu mill-possibilità, imsemmija f'Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/71/KE, li jitlob il-pubblikazzjoni ta' avviż li jgħid kif il-prospett jew prospett bażi ikun disponibbli u fejn jista' jinkiseb mill-pubbliku, dak l-avviż għandu jkun ippubblikat f'ġurnal li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-pubblikazzjoni tal-prospetti skond l-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament.

Jekk l-avviż ikun jikkonċerna xi prospett jew prospett bażi ippubblikat bl-iskop biss li jiddaħħlu titoli għal kummerċ f'suq regolat fejn diġa jkunu ddaħħlu titoli ta' l-istess klassi, jista' minflok jiġi ppubblikat fil-gazzetta ta' dak is-suq regolat, irrespettivament minn jekk il-gazzetta tiġix stampata fuq karta jew f'forma elettronika.

2.  L-avviż għandu jkun ippubblikat mhux aktar tard mill-jum ta' xogħol li jkun imiss wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-prospett jew prospett bażi skond l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/71/KE.

3.  L-avviż għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

1. l-identifikazzjoni ta' l-emittent;

2. it-tip, il-klassi u l-ammont tat-titoli offruti u/jew li dwarhom issir l-applikazzjoni għad-dħul f'kummerċ, iżda dawn l-elementi iridu jkunu magħrufa fil-ħin tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż;

3. il-kalendarju intenzjonat ta' l-offerta/dħul f'kummerċ;

4. dikjarazzjoni li l-prospett jew prospett bażi ġie ppubblikat u fejn jista' jinkiseb;

5. jekk il-prospett jew prospett bażi ġie ppubblikat f'forma stampata, l-indirizzi fejn u l-perjodu ta' żmien li matulu dawn il-forom stampati ikunu disponibbli għall-pubbliku;

6. jekk il-prospett jew prospett bażi kien ippubblikat f'forma elettronika, l-indirizzi li lilhom għandhom jirreferu l-investituri biex jitolbu kopja stampata;

7. id-data ta' l-avviż.

Artikolu 32

Il-lista ta' prospetti approvati

Il-lista ta' prospetti u prospetti bażi approvati ippubblikata fuq il-websajt ta' l-awtorità kompetenti, skond l-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2003/71/KE, għandha ssemmi kemm minn dawn il-prospetti huma disponibbli u fejn jistgħu jinkisbu.

Artikolu 33

Il-pubblikazzjoni tat-termini finali ta' prospetti bażi

Il-metodu tal-pubblikazzjoni tat-termini finali li jikkonċernaw prospett bażi m'għandux għalfejn ikun l-istess bħal dak użat għall-prospett bażi sakemm il-metodu tal-pubblikazzjoni użat huwa wieħed mill-metodi ta' pubblikazzjoni indikati f'Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/71/KE.

Artikolu 34

Id-disseminazzjoni tar-reklami

Ir-reklami li jikkonċernaw offerta lill-pubbliku ta' titoli jew dħul f'kummerċ f'suq regolat jistgħu ikunu ddisseminati lill-pubbliku mill-partijiet interessati, bħall-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob li tidħol f'kummerċ, l-intermedjarji finanzjarji li jipparteċipaw fil-pjazzament u/jew sottoskrizzjoni ta' titoli, b'mod speċjali permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni li ġejjin:

1. materja stampata indirizzata jew le;

2. messaġġ elettroniku jew reklam riċevut permezz ta' telefon ċellulari jew pager;

3. ittra standard;

4. reklamar fl-istampa b'forma ta' l-ordni jew mingħajrha;

5. katalogu;

6. telefon b'intervent uman jew mingħajru;

7. seminars u presentazzjonijiet;

8. radju;

9.  videophone;

10.  videotext;

11. posta elettronika;

12. magna tal-facsimile (fax);

13. televiżjoni;

14. avviż;

15.  bill;

16. kartellun;

17.  brochure;

18.  web posting inkluż banners ta' l-internet.

▼M5

Fejn ma jkunx meħtieġ prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE, kwalukwe reklam għandu jinkludi twissija dwar dan sakemm l-emittent, l-offerent jew il-persuna li tkun qed titlob għall-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat ma tagħżilx li tippubblika prospett li jikkonforma mad-Direttiva 2003/71/KE u ma’ dan ir-Regolament.

▼B



KAPITOLU VI

Disposizzjonijiet transitorji u finali

Artikolu 35

Informazzjoni finanzjarja storika

1.  L-obbligazzjoni għal emittenti tal-Komunità li fil-prospett jiddikjaraw mill-ġdid l-informazzjoni finanzjarja storika skond r-Regolament (KE) Nru 1606/2002, stabbilita fl-Anness I il-punt 20.1, l-Anness IV il-punt 13.1, l-Anness VII il-punt 8.2, l-Anness X il-punt 20.1 u l-Anness XI il-punt 11.1 m'għandhomx japplikaw għal kwalunkwe perjodu qabel l-1 ta' Jannar 2004 jew, fejn emittent għandu titoli introdotti kummerċjalment f'suq regolat fl-1 ta' Lulju 2005, sakemm l-emittent ikun ippubblika l-ewwel kontijiet ikkonsolidati tiegħu skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

2.  Fejn emittent tal-Komunità huwa suġġett għal disposizzjonijiet nazzjonali transitorji adottati skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, l-obbligazzjoni li fil-prospett li jiddikjara mill-ġdid l-informazzjoni finanzjarja storika ma tapplikax għal kwalunkwe perjodu qabel l-1 ta' Jannar 2006 jew, fejn emittent għandu titoli introdotti kummerċjalment f'suq regolat fl-1 ta' Lulju 2005, sakemm l-emittent ikun ippubblika l-ewwel kontijiet ikkonsolidati tiegħu skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

3.  Sa 1 ta' Jannar 2007 l-obbligazzjoni li fil-prospett ssir dikjarazzjoni mill-ġdid ta' l-informazzjoni finanzjarja storika skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, stabbilita fl-Anness I il-punt 20.1, l-Anness IV il-punt 13.1, l-Anness VII il-punt 8.2, l-Anness X il-punt 20.1 u l-Anness XI il-punt 11.1 m'għandhomx japplikaw għal emittenti mill-pajjiżi terzi:

1. li għandhom it-titoli tagħhom introdotti kummerċjalment f'suq regolat fl-1 ta' Jannar 2007; u

2. li ppreżentaw u ppreparaw l-informazzjoni finanzjarja storika skond l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar tal-pajjiż terz.

F'dan il-każ, l-informazzjoni finanzjarja storika għandha tkun akkumpanjata b'informazzjoni aktar dettaljata u/jew addizzjonali jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji inklużi fil-prospett ma jagħtux stampa vera u ġusta ta' l-attiv u l-passiv, tal-posizzjoni finanzjarja u tal-profitt u t-telf ta' l-emittent.

4.  Emittenti ta' pajjiż terz li jkunu ppreparaw l-informazzjoni finanzjarja storika skond standards aċċettati internazzjonalment kif imsemmi f'Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jistgħu jużaw din l-informazzjoni fi kwalunkwe prospett irreġistrat qabel l-1 ta' Jannar 2007, mingħajr ma jkunu obbligati li jagħmlu dikjarazzjoni mill-ġdid.

▼M3

5.  Mill-1 ta' Jannar 2009, l-emittenti ta' pajjiżi terzi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni finanzjarja storika tagħhom skond wieħed jew l-ieħor minn dawn l-istandards tal-kontabbiltà li ġejjin:

(a) l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(b) l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju bil-kundizzjoni li n-noti dwar ir-rapporti finanzjarji vverifikati li jiffurmaw parti mill-informazzjoni finanzjarja storika jkun fihom stqarrija espliċita u bla riserva li dawn ir-rapporti finanzjarji jikkonformaw mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju skond l-IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanz jarji;

(c) il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tal-Ġappun;

(d) il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tal-Istati Uniti tal-Amerika.

▼M4

Minbarra l-istandards imsemmija fl-ewwel subparagrafu, mill-1 ta’ Jannar 2012, l-emittenti ta’ pajjiżi terzi jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni finanzjarja storika tagħhom skont l-istandards li ġejjin:

(a) Il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina;

(b) il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati tal-Ġappun;

(ċ) Il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati tar-Repubblika tal-Korea.

▼M5

5a.  Emittenti ta’ pajjiżi terzi mhumiex soġġetti għal rekwiżit, taħt punt 20.1 tal-Anness I; punt 13.1 tal-Anness IV; punt 8.2 tal-Anness VII; punt 20.1 tal-Anness X; punt 11.1 tal-Anness XI; punt 15.1 tal-Anness XXIII; punt 20.1 tal-Anness XXV; punt 13.1 tal-Anness XXVI; punt 20.1 tal-Anness XXVIII; jew punt 11 tal-Anness XXIX, li jiddikjaraw mill-ġdid l-informazzjoni finanzjarja storika, inkluża fi prospett u rilevanti għas-snin finanzjarji qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2015 jew wara, jew għal rekwiżit taħt punt 8.2.bis tal-Anness VII; punt 11.1 tal-Anness IX; punt 20.1.bis tal-Anness X; punt 11.1 tal-Anness XXVII; punt 20.1 tal-Anness XXVIII, li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi bejn l-Istandards Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji ta’ kontabbiltà skont liema titfassal din l-informazzjoni relatata mas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2015 jew wara, sakemm l-informazzjoni finanzjarja storika ma titħejjiex skont il-Prinċipji ta’ Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati tar-Repubblika tal-Indja.

▼M3 —————

▼B

6.  Id-disposizzjonijiet ta' Artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-Anness VI, il-punt 3.

Artikolu 36

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-Istati Membri fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Annessi I sa XVII: Skedi u building blocks

Anness XVIII: Tabella ta' kombinazzjonijiet ta' skedi u building blocks

Anness XIX: Lista ta' emittenti speċjalisti




ANNESS I

Il-ħtiġijiet minimi ta' żvelar għad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' l-ishma (skeda)



1.

PERSUNI RESPONSABBLI

1.1.

Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fid-Dokument ta' Reġistrazzjoni u, kif ikun il-każ, għal ċertu partijiet tiegħu, ma', fil-każ ta' l-aħħar, indikazzjoni ta' dawn il-partijiet. Fil-każ ta' persuni naturali inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni ta' l-emittent indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta' persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċju reġistrat.

1.2.

Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta' reġistrazzjoni hija, sa' fejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha. Skond kif ikun il-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċertu partijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fil-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha.

2.

AWDITURI STATUTORJI

2.1.

L-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awdituri ta' l-emittent għall-perjodu kopert mil-informazzjoni finanzjarja storika (flimkien mas-sħubija f'korp professjonali).

2.2.

Jekk xi awdituri irriżenjaw, tneħħew jew ma ġewx maħtura mill-ġdid matul il-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, indika d-dettalji jekk huma relevanti.

3.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA MAGĦŻULA

3.1.

Informazzjoni finanzjarja storika magħżula li tikkonċerna l-emittent, ippreżentata għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, u kwalunkwe perjodu finanzjarju proviżorju sussegwenti, fl-istess munita bħall-informazzjoni finanzjarja.

L-informazzjoni finanzjarja storika magħżula għandha tipprovdi il-figuri ewlenin li jispjegaw fil-qosor il-kondizzjoni finanzjarja ta' l-emittent.

3.2.

Jekk tkun pprovduta xi informazzjoni finanzjarja magħżula għall-perjodi proviżorji, trid tiġi pprovduta wkoll informazzjoni komparattiva mill-istess perjodu fis-sena finanzjarja ta' qabel, ħlief li l-ħtieġa għall-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ tkun sodisfatta bil-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta' l-aħħar tas-sena.

4.

FATTURI TA' RISKJU

Żvelar prominenti ta' fatturi ta' riskju li huma speċifiċi għall-emittent jew l-industrija tiegħu fit-taqsima intitolata “Fatturi ta' riskju”.

5.

INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

5.1.

L-istorja u l-iżvilupp ta' l-emittent

5.1.1.

L-isem legali u kummerċjali ta' l-emittent

5.1.2.

Il-post ta' registrazzjoni ta' l-emittent u n-numru ta' reġistrazzjoni tiegħu

5.1.3.

Id-data ta' l-inkorporazzjoni u t-tul tal-validità ta' l-emittent, ħlief fejn hija ndefinita

5.1.4.

Il-forma domiċiljari u legali ta' l-emittent, il-leġislazzjoni li taħtha jopera l-emittent, il-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni tiegħu, u l-indirizz u n-numru tat-telefon ta' l-uffiċċju reġistrat tiegħu (jew il-post prinċipali tan-negozju jekk differenti mill-uffiċju reġistrat)

5.1.5.

L-avvenimenti importanti fl-iżvilupp tan-negozju ta' l-emittent.

5.2.

Investimenti

5.2.1.

Deskrizzjoni, (inkluż l-ammont) ta' l-investimenti prinċipali ta' l-emittent għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika sad-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

5.2.2.

Deskrizzjoni ta' l-investimenti prinċipali ta' l-emittent li huma attivi, inkluż id-distribuzzjoni ġeografika ta' dawn l-investimenti (lokali u barra) u l-metodu ta' finanzjament (intern jew estern)

5.2.3.

Informazzjoni dwar l-investimenti prinċipali futuri ta' l-emittent li fuqhom il-korpi maniġerjali diġa għamlu rabtiet sodi.

6.

SOMMARJU DWAR IN-NEGOZJU

6.1.

L-attivitajiet prinċipali

6.1.1.

Deskrizzjoni tan-natura ta' l-operazzjonijiet u l-attivitajiet prinċipali ta' l-emittent, u l-fatturi ewlenin li jikkonċernawhom, li jispjegaw il-kategoriji ewlenin tal-prodotti mibjugħa u/jew is-servizzi imwettqa għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika; u

6.1.2.

Indikazzjoni ta' kwalunkwe prodotti u/jew servizzi ġodda sinifikanti li ġew introdotti u, jekk l-iżvilupp ta' prodotti jew servizzi ġodda ikun pubblikament żvelat, għandu jissemma l-istat ta' dan l-iżvilupp.

6.2.

Swieq prinċipali

Deskrizzjoni tas-swieq prinċipali li fihom jikkompeti l-emittent, inkluż rendikont tad-dħul totali skond il-kategorija ta' l-attività u s-suq ġeografiku għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika.

6.3.

Fejn l-informazzjoni mogħtija skond il-punti 6.1 u 6.2 kienet influwenzata minn fatturi eċċezzjonali, semmi dan il-fatt.

6.4.

Jekk huwa relevanti għan-negozju jew profitabilità ta' l-emittent, sommarju ta' l-informazzjoni dwar il-grad tad-dipendenza ta' l-emittent, fuq il-patenti jew liċenzi, kuntratti industrijali, kummerċjali jew finanzjarji jew proċessi ġodda tal-manifattura.

6.5.

Il-bażi għal kwalunkwe dikjarazzjonijiet magħmula mill-emittent dwar il-posizzjoni kompettitiva tiegħu.

7.

L-ISTRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

7.1.

Jekk l-emittent huwa parti minn grupp, deskrizzjoni qasira tal-grupp u tal-posizzjoni ta' l-emittent fil-grupp.

7.2.

Lista tas-sussidjarji sinifikanti ta' l-emittent, inkluż l-isem, il-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni jew residenza, il-proporzjon ta' l-interess proprjetarju u, jekk differenti, il-proporzjon tal-saħħa tal-vot li għandu.

8.

PROPRJETÀ, IMPJANTI W APPARAT

8.1.

Informazzjoni dwar kwalunkwe attiv fiss tanġibbli eżistenti jew ippjanat, inkluż proprjetajiet mikrija, u kwalunkwe impedimenti maġġuri fuqhom.

8.2.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe kwistjonijiet ambjentali li jistgħu jaffetwaw l-utilizzazzjoni ta' l-attiv fiss tanġibbli ta' l-emittent l-attiv fiss tanġibbli.

9.

REVIŻJONI OPERATTIVA U FINANZJARJA

9.1.

Il-kondizzjoni finanzjarja

Sakemm mhux kopert x'imkien ieħor fid-dokument ta' reġistrazzjoni, ipprovdi deskrizzjoni tal-kondizzjoni finanzjarja ta' l-emittent, tibdil fil-kondizzjoni finanzjarja u r-riżultati ta' l-operazzjonijiet għal kull sena u perjodu proviżorju, li għalihom l-informazzjoni finanzjarja storika hija meħtieġa, inkluż il-kawżi tat-tibdil materjali minn sena għal sena fl-informazzjoni finanzjarja sa fejn huwa meħtieġ biex ikun mifhum in-negozju sħiħ ta' l-emittent.

9.2.

Ir-riżultati operattivi

9.2.1.

Informazzjoni dwar fatturi sinifikanti, inkluż avvenimenti mhux tas-soltu jew mhux frekwenti jew żviluppi ġodda, li jaffetwaw materjalment id-dħul mill-operazzjonijiet ta' l-emittent, li tindika kemm id-dħul kien affetwat.

9.2.2.

Fejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jiżvelaw tibdil materjali fil-bejgħ u d-dħul nett, ipprovdi diskussjoni narrattiva tar-raġunijiet għal dan it-tibdil.

9.2.3.

Informazzjoni dwar kwalunkwe policies governattivi, ekonomiċi, fiskali, monetarji jew politiċi jew fatturi li affetwaw materjalment, jew jistgħu jaffetwaw materjalment, direttament jew indirettament, l-operazzjonijiet ta' l-emittent.

10.

IR-RIŻORSI KAPITALI

10.1.

Informazzjoni dwar ir-riżorsi kapitali ta' l-emittent (kemm għal żmien qasir jew twil);

10.2.

Spjegazzjoni tas-sorsi u l-ammonti ta', u deskrizzjoni narrattiva, taċ-ċirkolazzjonijiet tal-flus ta' l-emittent;

10.3.

Informazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta' self u l-istruttura ta' finanzjament ta' l-emittent;

10.4.

Informazzjoni dwar kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-użu tar-riżorsi kapitali li affetwaw materjalment, jew jistgħu jaffetwaw materjalment, direttament jew indirettament, l-operazzjonijiet ta' l-emittent.

10.5.

Informazzjoni dwar is-sorsi ta' finanzjament antiċipati meħtieġa biex ikunu ssodisfati l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punti 5.2.3 u 8.1.

11.

RIĊERKA U ŻVILUPP, PATENTI U LIĊENZI

Fejn hu relevanti, ipprovdi deskrizzjoni tal-politika ta' riċerka u żvilupp ta' l-emittent għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, inkluż l-ammont minfuq fuq l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp iffinanzjati mill-emittent.

12.

INFORMAZZJONI DWAR XEJRIET

12.1.

Ix-xejriet riċenti l-aktar sinifikanti fil-produzzjoni, il-bejgħ u l-inventarju, u l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ mit-tmiem ta' l-aħħar sena finanzjarja sad-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

12.2.

Informazzjoni dwar kwalunkwe xejriet magħrufa, inċertezzi, talbiet, rabtiet jew avvenimenti li raġonevolment x'aktarx li jkollhom effett materjali fuq il-prospetti ta' l-emittent għal mill-anqas is-sena finanzjarja kurrenti.

13.

TBASSIR JEW STIMI TAL-PROFITT

Jekk emittent jagħżel li jinkludi tbassir tal-profitt jew stima tal-profitt id-dokument ta' reġistrazzjoni irid ikun fih l-informazzjoni stabbilita fil-punti 13.1 u 13.2.

13.1.

Dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-teoriji prinċipali li fuqhom l-emittent ibbaża t-tbassir, jew l-istima tiegħu.

Għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn it-teoriji dwar il-fatturi li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni jistgħu jinfluwenzaw u t-teoriji dwar il-fatturi li huma esklussivament barra mill-influwenza tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni; it-teoriji iridu jkunu jinftehmu mill-investituri, ikunu speċifiċi u preċiżi u ma jikkonċernawx l-eżattezza ġenerali ta' l-istimi marbuta mat-tbassir.

▼M6

13.2.

Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata, u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni meħtieġa ta’ spjegazzjoni għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk tkun differenti minn dik responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova dik l-informazzjoni;

(b)  accountants jew awdituri indipendenti qablu li din l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss;

(c)  din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.

▼B

13.3.

It-tbassir tal-profitt jew l-istima iridu jkunu ppreparati fuq bażi komparabbli ma' l-informazzjoni finanzjarja storika.

13.4.

Jekk it-tbassir tal-profitt fi prospett li diġa ġie ppubblikat mill-emittent għadu dovut, ipprovdi dikjarazzjoni li tistabbilixxi jekk it-tbassir għadux korrett jew le fil-ħin tad-dokument ta' reġistrazzjoni, u spegazzjoni dwar għaliex dan it-tbassir m'għadux validu jekk dan ikun il-każ.

14.

KORPI AMMINISTRATTIVI, MANIĠERJALI, U TA' SUPERVIŻJONI U L-AMMINISTRAZZJONI GĦOLJA

14.1.

L-ismijiet, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet tal-persuni li ġejjin ta' l-emittent u indikazzjoni ta' l-attivitajiet prinċipali imwettqa minnhom “l barra minn dak l-emittent fejn dawn huma sinifikanti fil-kuntest ta' dak l-emittent:”

(a)  il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni;

(b)  is-sħab b'responsabbiltà mhux limitata, fil-każ ta' sħubija limitata b'kapital azzjonarju;

(ċ)  il-fundaturi, jekk l-emittent ilu stabbilit għal anqas minn ħames snin; u

(d)  kwalunkwe manager għoli li huwa relevanti biex jistabbilixxi li l-emittent għandu l-kompetenza u l-esperjenza xierqa għall-ġestjoni tan-negozju ta' l-emittent.

Fil-każ ta' kull membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni ta' l-emittent u ta' kull persuna imsemmija fil-punti (b) u (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu, id-dettalji tal-kompetenza maniġerjali u l-esperjenza relevanti ta' din il-persuna u l-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-ismijiet tal-kumpanniji u partnerships li tagħhom din il-persuna kienet membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni tagħhom jew sħab fi kwalunkwe żmien fil-ħames snin ta' qabel, b'indikazzjoni dwar jekk l-individwu għadux jew le membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni jew sħab tagħhom. Mhux meħtieġ li ssir lista tas-sussidjarji kollha ta' l-emittent li tagħhom il-persuna hija wkoll membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni;

(b)  kwalunkwe kundanni mill-qorti fuq offiżi ta' frodi għal mill-anqas il-ħames snin ta' qabel;

(ċ)  dettalji ta' kwalunkwe fallimenti, ordnijiet ta' amministrazzjoni jew likwidazzjonijiet li magħhom il-persuna deskritta f'(a) u (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu li kienet qed taġixxi fil-kapaċità ta' kwalunkwe waħda mill-posizzjonijiet stabbiliti f'(a) u (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu kienet assoċjata għal mill-anqas il-ħames snin ta' qabel;

(d)  dettalji ta' kwalunkwe inkriminazzjoni pubblika uffiċjali u/jew sanzjonijiet ta' din il-persuna minn awtoritajiet statutorji jew regolatorji (inkluż korpi professjonali maħtura) u jekk din il-persuna qatt kienitx skwalifikata mill-qorti milli taġixxi bħala membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni ta' emittent jew milli taġixxi fil-ġestjoni jew il-kondotta ta' l-affari ta' kwalunkwe emittent għal mill-anqas il-ħames snin ta' qabel.

Jekk m'hemmx informazzjoni bħal din x'tiġi żvelata, trid issir dikjarazzjoni li tikkonferma dan.

14.2.

Konflitti ta' interess ta' korpi amministrattivi, maniġerjali, u ta' superviżjoni u ta' l-amministrazzjoni għolja

Konflitti ta' interess potenzali bejn kwalunkwe doveri ta' l-emittent, tal-persuni imsemmija fil-punt 14.1 u l-interessi privati tagħhom u jew doveri oħrajn għandhom jiġu ddikjarati b'mod ċar. Fil-każ li m'hemmx konflitti bħal dawn, trid issir dikjarazzjoni li tikkonferma dan.

Kwalunkwe arranġament jew ftehim ma' azzjonisti maġġuri, konsumaturi, fornituri jew oħrajn, li magħom kwalunkwe persuna imsemmija fil-punt 14.1 kienet magħżula bħala membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni jew membru ta' l-amministrazzjoni għolja.

Dettalji ta' kwalunkwe restrizzjonijiet maqbula mill-persuni imsemmija fil-punt 14.1 dwar it-tnaqqis matul perjodu speċifiku ta' żmien fil-valur detenut fit-titoli ta' l-emittent.

15.

REMUNERAZZJONI U BENEFIĊĊJI

Dwar l-aħħar sena finanzjarja sħiħa għal dawk il-persuni imsemmija fil-punti (a) u (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu tal-punt 14.1:

15.1.

L-ammont ta' remunerazzjoni imħallsa (inkluż kwalunkwe kumpens ta' kontinġenza jew diferit), u benefiċċji in natura mogħtija lil persuni bħal dawn mill-emittent u s-sussidjarji tiegħu għal servizzi fil-kapaċitajiet kollha lill-emittent u s-sussidjarji tiegħu minn kwalunkwe persuna.

Din l-informazzjoni trid tingħata fuq bażi individwali sakemm ma jkunx meħtieġ żvelar individwali fil-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-emittent u ma jkunx żvelat pubblikament b'mod ieħor mill-emittent.

15.2.

L-ammonti totali imwarrba jew akkumulati mill-emittent jew is-sussidjarji tagħhom biex jipprovdi pensjoni, ta' l-irtirar jew benefiċċji simili.

16.

PRATTIĊI TAL-BORD

Dwar l-aħħar sena finanzjarja sħiħa ta' l-emittent, u sakemm mhux speċifikat b'mod ieħor, dwar dawk il-persuni imsemmija fil-punt (a) ta' l-ewwel sottoparagrafu ta' 14.1:

16.1.

Id-data ta' l-iskadenza tal-kariga kurrenti, jekk applikabbli, u l-perjodu li matulu l-persuna serviet f'din il-kariga.

16.2.

Informazzjoni dwar kuntratti ta' servizz tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni ma' l-emittent jew ta' kwalunkwe miss-sussidjarji tagħhom li jipprovdu benefiċċji fit-tmiem ta' l-impjieg, jew dikjarazzjoni negattiva xierqa.

16.3.

Informazzjoni dwar il-kumitat ta' l-awditjar u l-kumitat ta' remunerazzjoni ta' l-emittent, inkluż l-ismijiet tal-membri tal-kumitat u sommarju dwar it-termini ta' referenza li taħthom jopera l-kumitat.

16.4.

Dikjarazzjoni dwar jekk l-emittent jikkonformax jew le mar-reġim(i) tat-tmexxija korporattiva tal-pajjiż tiegħu ta' l-inkorporazzjoni. Fil-każ li l-emittent ma jikkonformax ma' reġim bħal dan, trid tiġi inkluża dikjarazzjoni li tikkonferma dan flimkien ma' spjegazzjoni dwar għaliex l-emittent ma jikkonformax ma' reġim bħal dan.

17.

IMPJEGATI

17.1.

Jew in-numru ta' impjegati fit-tmiem tal-perjodu jew il-medja ta' kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika sad-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni (u t-tibdil f'dawn in-numri, jekk relevanti) u, jekk possibbli u relevanti, rendikont tal-persuni impjegati skond il-kategorija ewlenija ta' l-attività u l-post ġeografiku. Jekk l-emittent jimpjega numru sinifikanti ta' impjegati temporanji, inkludi informazzjoni dwar in-numru medju ta' impjegati temporanji matul is-sena finanzjarja l-aktar riċenti.

17.2.

Pussess ta' isħma u l-għażliet fuq l-istokk

Dwar kull persuna imsemmija fil-punti (a) u (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu tal-punt 14.1. ipprovdi informazzjoni dwar il-pussess ta' l-ishma u kwalunkwe għażliet fuq dawn l-ishma ta' l-emittent fid-data prattikabbli l-aktar riċenti.

17.3.

Deskrizzjoni dwar kwalunkwe arranġamenti biex l-imġjegati jiġu nvoluti fil-kapital ta' l-emittent.

18.

L-AZZJONISTI MAĠĠURI

18.1.

Safejn l-emittent ikun jaf, l-isem ta' kwalunkwe persuna ħlief jekk membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni li, direttament jew indirettament, għandha interess fil-kapital jew id-drittijiet tal-vot ta' l-emittent li huma notifikati taħt il-liġi nazzjonali ta' l-emittent, flimkien ma' l-ammont ta' kull interess ta' din il-persuna jew, jekk m'hemmx persuni bħal dawn, dikjarazzjoni negattiva xierqa.

18.2.

Jekk l-azzjonisti maġġuri ta' l-emittent għandhomx drittijiet tal-vot differenti, jew dikjarazzjoni negattiva xierqa.

18.3.

Safejn l-emittent ikun jaf, għid jekk l-emittent direttament jew indirettament għandux sid jew huwa kkontrollat u minn min u ddeskrivi in-natura ta' dan il-kontroll u ddeskrivi il-miżuri fis-seħħ biex ikun żgurat li dan il-kontroll ma jkunx abbużat.

18.4.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe arranġamenti, magħrufa mill-emittent, li t-tħaddim tagħhom jista' f'xi data sussegwenti jirriżulta f'tibdil fil-kontroll ta' l-emittent.

19.

OPERAZZJONIJIET TA' PARTIJIET RELATATI

Dettalji ta' operazzjonijiet ta' partijiet relatati (li għal dawn l-iskopijiet huma dawk stabbiliti fl-I standards adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002), li l-emittent jidħol fihom matul il-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika u sad-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni, għandhom jiġu żvelati skond l-i standard rispettiv adottat skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jekk applikabbli.

Jekk dawn l-i standards ma japplikawx għall-emittent l-informazzjoni li ġejja trid tiġi żvelata:

(a)  in-natura u l-grad ta' kwalunkwe operazzjonijiet li huma – bħala operazzjoni waħda jew fl-intier tagħhom – relevanti għall-emittent. Fejn operazzjonijiet ta' partijiet relatati bħal dawn m'humiex konklużi wara ċertu żmien ipprovdi spjegazzjoni dwar għaliex dawn l-operazzjonijiet ma ġewx konklużi wara ċertu żmien. Fil-każ ta' self li għadu ma tħallasx inkluż garanziji ta' kwalunkwe tip indika l-ammont dovut;

(b)  l-ammont jew il-perċentwali li tagħhom l-operazzjonijiet ta' partijiet relatati jifformaw parti tal-valur tal-bejgħ ta' l-emittent.

20.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA LI TIKKONĊERNA L-ATTIV U L-PASSIV TA' EMITTENT, IL-POSIZZJONI FINANZJARJA U L-PROFITTI U T-TELF

20.1.

Informazzjoni finanzjarja storika

Informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri t-tlett snin finanzjarji l-aktar riċenti (jew perjodu simili iqsar li fih l-emittent kien qed jopera), u r-rapport ta' awditjar dwar kull sena. ►M2   Jekk emittent jkun biddel id-data tar-referenza tal-kontabilità tiegħu matul il-perjodu li għalih intalbet l-informazzjoni finanzjarja storika, l-informazzjoni storika vverifikata trid tkopri mill-inqas 36 xahar, jew il-perjodu kollu li l-emittent ilu jopera, liema jkun l-anqas. ◄ Din l-informazzjoni finanzjarja trid tkun ippreparata skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali ta' l-Istat Membru għal emittenti mill-Komunità. Għal emittenti minn pajjiż terz, din l-informazzjoni finanzjarja trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Jekk din l-informazzjoni finanzjarja m'hijiex ekwivalenti għal dawn l-i standards, għandha tiġi ppreżentata fil-forma ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji ddikjarati mill-ġdid.

L-informazzjoni finanzjarja storika awditjata ta' l-aħħar sentejn għandha tkun ippreżentata u ppreparata f'forma konsistenti ma' dik li tkun se tiġi adottata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ippubblikati li jmiss ta' l-emittent b'kunsiderazzjoni għall-i standards ta' l-ikkontjar u l-politika u l-leġislazzjoni applikabbli għal dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali bħal dawn.

Jekk l-emittent kien qed jopera fl-isfera kurrenti ta' l-attività ekonomika għal anqas minn sena, l-informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri dak il-perjodu għandha tkun ippreparata skond l-i standards applikabbli għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar ta' l-Istat Membru national meta l-emittent ikun mill-Komunità. Għal emittenti ta' pajjiż terz, l-informazzjoni finanzjarja storika trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar internazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Din l-informazzjoni finanzjarja storika trid tkun awditjata.

Jekk din l-informazzjoni finanzjarja awditjata tkun ppreparata skond l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar, l-informazzjoni finanzjarja meħtieġa taħt dan it-titlu trid tinkludi mill-anqas:

(a)  karta tal-bilanċ;

(b)  dikjarazzjoni tad-dħul;

(ċ)  dikjarazzjoni li turi jew it-tibdil kollu f'ekwità jew it-tibdil f'ekwità ħlief dak li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' kapital ma' sidien u distribuzzjonijiet lil sidien;

(d)  dikjarazzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-flus;

(e)  il-politika ta' l-ikkontjar u noti ta' spjegazzjoni.

L-informazzjoni finanzjarja storika annwali trid tkun awditjata indipendentament jew rapportata b'mod li tagħtix jew le, għall-iskopijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni, stampa vera u ġusta, skond l-i standards ta' l-awditajar applikabbli fi Stat Membru jew standard ekwivalenti.

20.2.

Informazzjoni finanzjarja pro forma

Fil-każ ta' tibdil gross sinifikanti, deskrizzjoni ta' kif l-operazzjoni setgħet affetwat l-attiv u l-passiv u d-dħul ta' l-emittent, kieku l-operazzjoni saret fil-bidu tal-perjodu rrapportat jew fid-data rrapportata.

Din il-ħtieġa normalment tkun sodisfatta bl-inklużjoni ta' l-informazzjoni finanzjarja pro forma.

Din l-informazzjoni finanzjarja pro forma għandha tiġi ppreżentata kif stabbilit fl-Anness II u u trid tinkludi l-informazzjoni indikata fih.

L-informazzjoni finanzjarja pro forma trid tkun akkumpanjata b'rapport ippreparat minn standard jew awdituri indipendenti.

20.3.

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji

Jekk l-emittent jipprepara kemm id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tiegħu u kemm dawk kkonsolidati, inkludi mill-anqas id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali kkonsolidati fid-dokument ta' reġistrazzjoni.

20.4.

Awditjar ta' l-informazzjoni finanzjarja annwali storika

20.4.1.

Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika ġiet awditjata. Jekk ir-rapporti ta' l-awditjar dwar l-informazzjoni finanzjarja storika kienu rrifjutati mill-awdituri statutorji jew jekk fihom kwalifiki jew disclaimers, dan ir-rifjut jew dawn il-kwalifiki jew disclaimers għandhom ikunu riprodotti kollha u r-raġunijiet mogħtija.

20.4.2.

Indikazzjoni ta' informazzjoni oħra fid-dokument ta' reġistrazzjoni li kienet awditjata mill-awdituri.

20.4.3.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja fid-dokument ta' reġistrazzjoni m'hijiex meħuda mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ta' l-emittent agħti s-sors ta' l-informazzjoni u ddikjara li l-informazzjoni m'hijiex awditjata.

20.5.

Iż-żmien ta' l-aħħar informazzjoni finanzjarja

20.5.1.

L-aħħar sena ta' l-informazzjoni finanzjarja awditjata ma tistax tkun qabel waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  18-il xahar mid-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni jekk l-emittent jinkludi dikjarazzjonijiet finanzjarji proviżorji awditjati fid-dokument ta' reġistrazzjoni;

(b)  15-il xahar mid-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni jekk l-emittent jinkludi dikjarazzjonijiet finanzjarji proviżorji mhux awditjati fid-dokument ta' reġistrazzjoni.

20.6.

Informazzjoni finanzjarja proviżorja u informazzjoni oħra

20.6.1.

Jekk l-emittent ippubblika informazzjoni finanzjarja kull tlett xhur jew kull sitt xhur mid-data ta' l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tiegħu, dawn iridu jkunu inklużi fid-dokument ta' reġistrazzjoni. Jekk l-informazzjoni finanzjarja ta' kull tlett xhur jew kull sitt xhur kienet riveduta jew awditjata, ir-rapport ta' l-awditjar jew reviżjoni iridu jkunu nklużi wkoll. Jekk l-informazzjoni finanzjarja ta' kull tlett xhur jew kull sitt xhur m'hijiex awditjata jew ma ġietx riveduta dan il-fatt irid jissemma.

20.6.2.

Jekk id-dokument ta' reġistrazzjoni huwa datat aktar minn disa' xhur wara t-tmiem ta' l-aħħar sena finanzjarja awditjata, għandu jkun fih informazzjoni finanzjarja proviżorja, li tista' ma tkunx awditjata (f'dan il-każ dan il-fatt irid jissemma) li tkopri mill-anqas l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja.

L-informazzjoni finanzjarja proviżorja trid tinkludi dikjarazzjonijiet komparattivi għall-istess perjodu tas-sena finanzjarja ta' qabel, ħlief li l-ħtieġa li l-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ tista' tkun sodisfatta bil-preżentazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta' l-aħħar tas-sena.

20.7.

Il-politika tad-dividendi

Deskrizzjoni tal-politika ta' l-emittent fuq id-distribuzzjonijiet ta' dividendi u kwalunkwe restrizzjonijiet fuqhom.

20.7.1.

L-ammont tad-dividend kull sehem għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika aġġustata, fejn in-numru ta' l-ishma ta' l-emittent inbidel, biex ikun komparabbli.

20.8.

Proċeduri legali u ta' arbitraġġ

Informazzjoni dwar kwalunkwe proċeduri governattivi, legali jew ta' arbitraġġ (inkluż kwalunkwe proċeduri bħal dawn li huma pendenti jew mhedda u li l-emittent jaf bihom), matul perjodu li jkopri mill-anqas it-12-il xahar ta' qabel li jista' jkollhom, jew kellhom effetti sinifikanti fuq il-passat riċenti tal-posizzjoni finanzjarja jew il-profittabilità ta' l-emittent u/jew il-grupp tiegħu, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

20.9.

Tibdil sinifikanti fil-posizzjoni finanzjarja jew kummerċjali ta' l-emittent

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe tibdil sinifikanti fil-posizzjoni finanzjarja jew kummerċjali tal-grupp li seħħ mit-tmiem ta' l-aħħar perjodu finanzjarju li għalih ġew ippubblikati jew informazzjoni finanzjarja awditjata inkella informazzjoni finanzjarja proviżorja, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

21.

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

21.1.

Kapital azzjonarju

L-informazzjoni li ġejja skond id-data tal-karta tal-bilanċ l-aktar riċenti inkluż fl-informazzjoni finanzjarja storika:

21.1.1.

L-ammont ta' kapital maħruġ, u għal kull klassi ta' kapital azzjonarju:

(a)  in-numru ta' l-ishma awtorizzati;

(b)  in-numru ta' l-ishma maħruġa u mħallsa kollha u maħruġa imma mhux imħallsa kollha;

(ċ)  il-valur par kull sehem, jew li l-ishma m'għandhomx valur par; u

(d)  rikonċiljazzjoni tan-numru ta' ishma pendenti fil-bidu u t-tmiem tas-sena. Jekk tħallas aktar minn 10 % tal-kapital għal attiv li m'huwiex flus kontanti fil-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, iddikjara dan il-fatt.

21.1.2.

Jekk hemm ishma li ma jirrepreżentawx kapital, agħti n-numru u l-karatteristiċi ewlenin ta' dawn l-ishma.

21.1.3.

In-numru, il-book value u l-face value ta' l-ishma ta' l-emittent miżmuma mill-, jew f'isem, l-emittent innifsu jew minn sussidjarji ta' l-emittent.

21.1.4.

L-ammont ta' kwalunkwe titoli konvertibbli, titoli skmabjabbli jew titoli b'digrieti, b'indikazzjoni tal-kondizzjonijiet li jħarsuhom u l-proċeduri għall-konverżjoni, skambju jew sottoskrizzjoni.

21.1.5.

Informazzjoni dwar it-termini ta' kwalunkwe drittijiet ta' akkwist u jew l-obbligazzjonijiet fuq kapital awtorizzat imma mhux maħruġ jew ftehim biex jiżdied il-kapital.

21.1.6.

Informazzjoni dwar kwalunkwe kapital ta' kwalunkwe membru tal-grupp li huwa taħt għażla jew maqbul b'kondizzjoni jew bla kondizzjoni li jitpoġġa taħt għażla u dettalji ta' dawn l-għażliet inkluż dawk il-persuni li dawn l-għażliet jikkonċernaw.

21.1.7.

Storja tal-kapital azzjonarju, b'emfażi fuq informazzjoni dwar kwalunkwe tibdil, għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika.

21.2.

Memorandum u Artikli ta' Assoċjazzjoni

21.2.1.

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti u l-iskopijiet ta' l-emittent u fejn jistgħu jinstabu fil-memorandum u artikli ta' assoċjazzjoni.

21.2.2.

Sommarju ta' kwalunkwe disposizzjonijiet ta' l-artikli ta' assoċjazzjoni, statuti, karta jew bylaws ta' l-emittent, dwar il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni.

21.2.3.

Deskrizzjoni tad-drittijiet, preferenzi u restrizzjonijiet marbuta ma' kull klassi ta' l-ishma eżistenti.

21.2.4.

Deskrizzjoni ta' x'azzjoni hija meħtieġa biex jinbidlu d-drittijiet ta' detenturi ta' l-ishma, li tindika fejn il-kondizzjonijiet huma aktar sinifikanti milli meħtieġ bil-liġi.

21.2.5.

Deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet li jħarsu l-mod li bih jissejħu l-laqgħat ġenerali annwali u l-laqgħat ġenerali annwali straordinarji ta' l-azzjonisti inkluż il-kondizzjonijiet tad-dħul.

21.2.6.

Deskrizzjoni qasira ta' kwalunkwe disposizzjoni ta' l-artikli ta' assoċjazzjoni, statuti, karta jew bylaws ta' l-emittent li jista' jkollha effett ta' dewmien, diferiment jew prevenzjoni ta' tibdil fil-kontroll ta' l-emittent.

21.2.7.

Indikazzjoni ta' disposizzjonijiet ta' artikli ta' assoċjazzjoni, statuti, karta jew bylaws, jekk hemm, li jħarsu l-limitu ta' proprjetà li fuqu l-proprjetà ta' azzjonist trid tiġi żvelata.

21.2.8.

Deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet imposti mill-memorandum u l-artikli ta' assoċjazzjoni, statuti, karta jew bylaw li jħarsu t-tibdil fil-kapital, fejn dawn il-kondizzjonijiet huma aktar stretti milli meħtieġ bil-liġi.

22.

KUNTRATTI RELEVANTI

Sommarju ta' kull kuntratt relevanti, ħlief kuntratti li daħlu fis-seħħ fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, li għalihom emittent jew kwalunkwe membru tal-grupp huwa kontraenti, għas-sentejn li jiġu immedjatament qabel il-pubblikazzjoni tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

Sommarju ta' kwalunkwe kuntratt ieħor (li mhux kuntratt li daħal fis-seħħ fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ) li ddaħħal fis-seħħ minn kwalunkwe membru tal-grupp li fih kwalunkwe disposizzjoni li taħtha kwalunkwe membru tal-grupp għandu kwalunkwe obbligazzjoni jew dritt li huwa relevanti għall-grupp fid-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

23.

INFORMAZZJONI TA' TERZI PERSUNI U DIKJARAZZJONI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA' KWALUNKWE INTERESS

23.1.

Fejn dikjarazzjoni jew rapport li huwa attribwit lil xi persuna bħala espert jiġu inklużi fid-dokument ta' reġistrazzjoni, ipprovdi isem din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interessi relevanti jekk hemm ta' l-emittent. Jekk ir-rapport tħejja fuq talba ta' l-emittent ipprovdi dikjarazzjoni li tikkonferma li dikjarazzjoni jew rapport huma nklużi, il-forma u l-kuntest li fih huma inklużi, bil-kunsens tal-persuna li awtorizzat il-kontenut ta' dik il-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

23.2.

Meta s-sors ta' l-informazzjoni tkun terza persuna, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni kienet riprodotta b'mod eżatt u li safejn jaf l-emittent u safejn jista' jaċċerta mill-informazzjoni ppubblikata minn dik it-terza persuna, ma tħallew barra ebda fatti li jagħmlu l-informazzjoni riprodotta mhux eżatta jew li tqarraq. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) ta' l-informazzjoni.

24.

DOKUMENTI MURIJA

Dikjarazzjoni li għal kemm idum validu d-dokument ta' reġistrazzjoni id-dokumenti (jew kopji tiegħu), fejn applikabbli, jistgħu jiġu spezzjonati:

(a)  il-memorandum u l-artikli ta' assoċjazzjoni ta' l-emittent;

(a)  ir-rapporti, l-ittri, u d-dokumenti l-oħrajn kollha, l-informazzjoni finanzjarja storika, ivvalutar u dikjarazzjonijiet ippreparati minn kwalunkwe espert fuq talba ta' l-emittent li kwalunkwe parti minnhom hija inkluża jew imsemmija fid-dokument ta' reġistrazzjoni;

(ċ)  l-informazzjoni finanzjarja storika ta' l-emittent jew, fil-każ ta' grupp, l-informazzjoni finanzjarja storika għall-emittent u l-impriżi sussidjarji tiegħu għal kull waħda mis-sentejn finanzjarji li jippreċedu l-pubblikazzjoni tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

Indikazzjoni ta' fejn id-dokumenti murija jistgħu jiġu spezzjonati, b'mezzi fiżiċi jew elettroniċi.

25.

INFORMAZZJONI DWAR PROPRJETÀ

 

Informazzjoni dwar l-impriżi li fihom l-emittent għandu proporzjon tal-kapital li x'aktarx li jkollu effett sinifikanti fuq l-istima ta' l-attiv u l-passiv, il-posizzjoni finanzjarja jew il-profitti u t-telf tiegħu stess.




ANNESS II

Building block ta' l-informazzjoni finanzjarja pro forma



1.

L-informazzjoni pro forma trid inkludi deskrizzjoni ta' l-operazzjonijiet, in-negozji jew l-entitajiei involuti u l-perjodu li għalih jirreferu, u għandha tiddikjara b'mod ċar dan li ġej:

(a)  l-iskop li għalih ġiet ippreparata;

(b)  il-fatt li ġiet ippreparata għal skopijiet demostrattivi biss;

(ċ)  il-fatt li minħabba n-natura tagħha, l-informazzjoni finanzjarja pro forma tindirizza sitwazzjoni ipotetika u, għalhekk, ma tirrapreżentax il-posizzjoni finanzjarja jew riżultati attwali tal-kumpannija.

2.

Sabiex tippreżenta l-informazzjoni finanzjarja pro forma, tista' tiġi inkluża karta tal-bilanċ u kont tal-profitt u t-telf, u magħhom noti ta' spjegazzjoni, skond iċ-ċirkostanzi.

3.

L-informazzjoni finanzjarja pro forma trid normalment tkun ippreżentata f'format ta' kolonni, li jikkonsisti fl-:

(a)  informazzjoni storika mhux aġġustata;

(b)  aġġustamenti pro forma; u

(ċ)  informazzjoni finanzjarja pro forma riżultanti fl-aħħar kolonna.

Is-sorsi ta' l-informazzjoni finanzjarja pro forma għandhom jiġu ddikjarati u, jekk applikabbli, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tan-negozji jew entitajiet akkwistati għandhom jiġu nklużi fil-prospett

4.

L-informazzjoni pro forma trid tiġi ppreparata b'mod konsistenti mal-politika ta' l-ikkontjar adottata mill-emittent fl-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji jew dawk li jmiss u għandha tidentifika dan li ġej:

(a)  il-bażi li fuqha ġiet ippreparata;

(b)  is-sors ta' kull punt ta' informazzjoni u aġġustament.

5.

L-informazzjoni pro forma tista' tiġi ppubblikata biss dwar:

(a)  il-perjodu finanzjarju kurrenti;

(b)  il-perjodu finanzjarju l-aktar riċenti li tlesta; u/jew

(ċ)  perjodu proviżorju l-aktar riċenti li għalih giet jew se tiġi ippubblikata jew qed tiġi ppubblikata informazzjoni relevanti mhux aġġustata fl-istess dokument.

6.

Aġġustamenti pro forma dwar l-informazzjoni finanzjarja pro forma trid tkun:

(a)  murija b'mod ċar u spjegat;

(b)  direttament attribwibbli lill-operazzjoni;

(ċ)  evidenzata fattwalment.

Barra minn hekk, dwar id-dikjarazzjoni pro forma tal-profitt u t-telf jew iċ-ċirkulazzjoni tal-flus, dawn iridu jidentifikaw b'mod ċar min huma dawk li mistennija li jkollhom impatt kontinwu fuq l-emittent u dawk li m'humiex.

7.

Ir-rapport ippreparat mill-accountants jew awdituri indipendenti għandu jiddikjara li fl-opinjoni tagħhom:

(a)  l-informazzjoni finanzjarja pro forma tħejjiet b'mod korrett fuq il-bażi ddikjarata;

(b)  din il-bażi hija konsistenti mal-politika ta' l-ikkontjar ta' l-emittent.




ANNESS III

Ħtiġijiet minimi ta' żvelar għan-nota tas-sehem tat-titoli (skeda)



1.

PERSUNI RESPONSABBLI

1.1.

Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett u, skond kif ikun il-każ, għal ċertu partijiet minnu, ma', fil-każ ta' l-aħħar, indikazzjoni dwar dawn il-partijiet. Fil-każ ta' persuni naturali inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni ta' l-emittent indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta' persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċċju reġistrat.

1.2.

Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għall-prospett li, wara li ngħatat l-attenzjoni kollha raġonevoli biex ikun żgurat li l-informazzjoni tal-prospett hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista' taffetwa l-importanza tagħha. Skond kif ikun il-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċertu partijiet tal-prospett li, wara li ngħatat l-attenzjoni kollha raġonevoli biex ikun żgurat li l-informazzjoni fil-parti tal-prospett li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista' taffetwa l-importanza tagħha.

2.

FATTURI TA' RISKJU

 

Żvelar prominenti ta' fatturi ta' riskju li huma relevanti għat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment sabiex ikun evalwat ir-riskju tas-suq assoċjat ma' dawn it-titoli fit-taqsima imsemmija “Fatturi ta' riskju”.

▼M6

3.

INFORMAZZJONI ESSENZJALI

▼B

3.1.

Dikjarazzjoni dwar il-kapital li jaħdem bih l-emittent

Dikjarazzjoni mill-emittent li, fl-opinjoni tiegħu, il-kapital li jaħdem bih huwa suffiċjenti għall-ħtiġijiet preżenti ta' l-emittent jew, jekk le, kif jipproponi li jipprovdi l-kapital addizzjonali meħtieġ biex jaħdem bih.

3.2.

Kapitalizzazzjoni u indebtedness

Dikjarazzjoni tal-kapitalizzazzjoni u l-indebtedness (b'distinzjoni bejn indebtedness ggarantit u mhux ggarantit, assigurat u mhux assigurat) f'data li m'hijiex qabel 90 jum qabel id-data tad-dokument. Indebtedness jinkludi wkoll indebtedness indirett u ta' kontinġenza.

3.3.

Interess ta' persuni naturali u ġuridiċi involuti fil-ħarġa/offerta

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe interess, inkluż dawk ta' konflitt li huma relevanti għall-ħarġa/offerta, li tagħti d-dettalji tal-persuni involuti u n-natura ta' l-interess.

3.4.

Raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjtu

Raġunijiet għall-offerta u, fejn applikabbli, l-ammont nett stmat ta' l-introjtu maqsum f'kull użu prinċipali intenzjonat u ppreżentat skond l-ordni ta' priorità ta' dan l-użu. Jekk l-emittent jaf li l-introjtu antiċipat mhux se jkun suffiċjenti biex jiffinanzja l-użu kollu propost, agħti l-ammont u s-sorsi ta' fondi oħrajn meħtieġa. Iridu jingħataw dettalji dwar l-użu ta' l-introjtu, b'mod partikolari meta jkunu qed jintużaw biex ikun akkwistat attiv, ħlief meta dan isir fit-tmexxija ordinarja tan-negozju, biex jiffinanzja akkwisti mħabbra ta' negozji oħrjan, jew biex ineħħi, inaqqas jew jirtira indebtedness.

4.

INFORMAZZJONI DWAR IT-TITOLI LI SE JIĠU OFFRUTI/INTRODOTTI KUMMERĊJALMENT

4.1.

Deskrizzjoni tat-tip u tal-klassi tat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment, inkluż l-ISIN (in-numru ta' identifikazzjoni ta' siġurtà internazzjonali) jew kodiċi simili ta' identifikazzjoni ta' sigurtà.

4.2.

Il-leġislazzjoni li taħtha nħolqu t-titoli.

4.3.

Indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex f'forma reġistrata jew f'forma ta' bearer u jekk it-titoli humiex f'forma ċċertifikata jew f'forma ta' book-entry. Fil-każ ta' l-aħħar, l-isem u l-indirizz ta' l-entità li għandha l-inkarigu li żżomm dawn ir-rekords.

4.4.

Munita tal-ħarġa tat-titoli.

4.5.

Deskrizzjoni tad-drittijiet marbuta mat-titoli, inkluż kwalunkwe limitazzjonijiet ta' dawn id-drittijiet, u l-proċedura għall-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet.

Drittijiet ta' dividendi:

— Dat/a/i fiss/a/i li fihom jirriżulta d-dritt,

— Il-limitu ta' żmien li kif jiskadi jintemm id-dritt għad-dividend u indikazzjoni tal-persuna li l-iskadenza tkun favuru,

— Restrizzjonijiet ta' dividendi u proċeduri għal detenturi mhux residenti,

— Ir-rata ta' dividend jew il-metodu tal-kalkolu, il-perjodiċità u n-natura kumulattiva jew mhux kumulattiva tal-ħlas tiegħu.

Drittijiet tal-vot.

Drittijiet ta' sottoskrizzjoni antiċipata f'offerti għal sottoskrizzjoni ta' titoli ta' l-istess klassi.

Dritt għal sehem fil-profitti ta' l-emittent.

Drittijiet għal sehem fi kwalunkwe riżultat żejjed fil-każ ta' likwidazzjoni.

Disposizzjonijiet ta' xiri mill-ġdid.

Disposizzjonijiet ta' konverżjoni.

4.6.

Fil-każ ta' ħarġiet ġodda, dikjarazzjoni tar-riżoluzzjonijiet, awtorizzazzjoni u approvazzjoni li bis-saħħa tagħhom it-titoli ġew jew se jiġu maħluqa u/jew maħruġa.

4.7.

Fil-każ ta' ħarġiet ġodda, id-data mistennija tal-ħarġa tat-titoli.

4.8.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-trasferibbiltà tat-titoli.

4.9.

Indikazzjoni ta' l-eżistenza ta' kwalunkwe tentattivi ta' takeover mandatorji u/jew regoli squeeze-out u sell-out dwar it-titoli.

4.10.

Indikazzjoni ta' tentattivi pubbiċi ta' takeover minn terzi persuni dwar l-ekwità ta' l-emittent, li seħħew matul l-aħħar sena finanzjarja u s-sena finanzjarja kurrenti. Irid jiġi ddikjarat il-prezz jew it-termini ta' kambju marbuta ma' dawn l-offerti u dak li jirriżulta minnu.

4.11.

Dwar il-pajjiż ta' l-uffiċċju reġistrat ta' l-emittent u l-pajjiż(i) fejn qed issir l-offerta jew qed jintlaba d-dħul f'kummerċ:

— informazzjoni dwar taxxi fuq id-dħul mit-titoli miżmuma minn ras-il għajn,

— indikazzjoni dwar jekk l-emittent jassumix r-responsabbiltà biex iżomm ta-taxxi minn ras-il għajn.

5.

TERMINI U KONDIZZJONIJIET TA' L-OFFERTA

5.1.

Il-kondizzjonijiet, statistika ta' l-offerta, il-kalendarju mistenni u l-azzjoni meħtieġa biex tapplika għall-offerta

5.1.1.

Kondizzjonijiet li l-offerta hija suġġetta għalihom.

5.1.2.

L-ammont totali tal-ħarġa/offerta, b'distinzjoni bejn it-titoli offruti għall-bejgħ u dawk offruti għas-sottoskrizzjoni; jekk l-ammont m'huwiex fiss, deskrizzjoni ta' l-arrangamenti u ż-żmien biex l-amonnt definittiv ta' l-offerta jitħabbar lill-pubbliku.

5.1.3.

Il-perjodu ta' żmien, inkluż kwalunkwe emendi possibbli, li matulu l-offerta se tkun miftuħa u deskrizzjoni tal-proċess ta' l-applikazzjoni.

5.1.4.

Indikazzjoni ta' meta, u taħt liema ċirkostanzi, l-offerta tista' tiġi annullata jew sospiża u jekk tistax tiġi rtirata wara li jkun beda n-negozju.

5.1.5.

Deskrizzjoni tal-possibilità li jitnaqqsu sottoskrizzjonijiet u l-mod li bih ssir rifużjoni ta' ammonti ta' ħlas żejjed mill-applikanti.

5.1.6.

Dettalji ta' l-ammonti minimi u/jew massimi ta' l-applikazzjoni (f'numru ta' titoli jew f'ammont aggregat biex ikun investit).

5.1.7.

Indikazzjoni tal-perjodu li matulu tista' tiġi rtirata applikazzjoni, iżda li l-investituri jitħallew jiritraw is-sottoskrizzjoni tagħhom.

5.1.8.

Il-metodu u l-limiti ta' żmien biex jitħallsu t-titoli u għall-fornitura tat-titoli.

5.1.9.

Deskrizzjoni sħiħa tal-mod u d-data li fiha r-riżultati ta' l-offerta isiru pubbliċi.

5.1.10.

Il-proċedura għall-eżerċizzju ta' kwalunkwe dritt ta' sottoskrizzjoni antiċipata, in-negozjabiltà ta' drittijiet ta' sottoskrizzjoni u t-trattament ta' drittijiet ta' sottoskrizzjoni mhux eżerċitati.

5.2.

Pjan ta' distribuzzjoni u allokar

5.2.1.

Il-kategoriji varji ta' investituri potenzali li lilhom huma offruti t-titoli. Jekk l-offerta qed issir simultanjament fis-swieq ta' żewġ pajjiżi jew aktar u jekk xi tranche ġie jew se jiġi rriservat għal xi uħud minn dawn, indika kwalunkwe tranche bħal dan.

5.2.2.

Safejn jaf l-emittent, indikazzjoni dwar jekk l-azzjonisti maġġuri jew il-membri tal-korpi maniġerjali, ta' superviżjoni jew amministrattivi ta' l-emittent għandhomx l-intenzjoni li jkollhom sottoskrizzjoni fl-offerta, jew jekk kwalunkwe persuna għandhiex l-intenzjoni li jkollha sottoskrizzjoni għal aktar minn ħamsa fil-mija ta' l-offerta.

5.2.3.

Żvelar ta' pre-allokar:

(a)  id-diviżjoni fi tranches ta' l-offerta inkluż it-tranches istituzzjonali, ta' kwantitajiet zgħar u ta' l-impjegati ta' l-emittent u kwalunkwe tranches oħrajn;

(b)  il-kondizzjonijiet li taħthom jista' jintuża l-irkuprar, id-daqs massimu ta' irtirar bħal dan u kwalunkwe perċentwalii minimi applikabbli għal tranches individwali;

(ċ)  il-metodu jew metodi ta' l-allokar li għandhom jintużaw għat-tranche ta' kwantitajiet zgħar u ta' l-impjegati ta' l-emittent fil-każ ta' sottoskrizzjoni akbar minn dawn it-tranches;

(d)  deskrizzjoni ta' kwalunkwe trattament preferenzali pre-determinat li għandu jingħata lil ċertu klassijiet ta' investituri jew ċertu gruppi ta' affinità (inkluż programmi tal-ħbieb u tal-familja) fl-allokar, il-perċentwali ta' l-offerta rriservata għat-trattament preferenzali u l-kriterji għall-inklużjoni tagħha fi klassijiet jew gruppi bħal dawn;

(e)  jekk it-trattament ta' sottoskrizzjonijiet jew ta' applikazzjonijiet ta' sottoskrizzjoni fl-allokar jistax jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' mill-liema ditta jsiru;

(f)  il-mira ta' allokazzjoni minima individwali antiċipata jekk hemm fit-tranche ta' kwantitajiet zgħar;

(g)  il-kondizzjonijiet għall-egħluq ta' l-offerta kif ukoll id-data li fiha l-offerta tista' tingħalaq l-aktar kmieni;

(h)  jekk jitħallewx jidħlu jew le sottoskrizzjonijiet multipli, u fejn ma jitħallewx, kif kwalunkwe sottoskrizzjonijiet multipli jiġu pproċessati.

5.2.4.

Il-proċess tan-notifika ta' l-ammont allokat lill-applikanti u indikazzjoni dwar jekk in-negozju jistax jibda qabel issir in-notifika.

5.2.5.

Allokazzjoni żejda u “green shoe”:

(a)  l-eżistenza u d-daqs ta' kwalunkwe faċilità ta' allokazzjoni żejda u/jew “green shoe”.

(b)  il-perjodu ta' l-eżistenza tal-faċilità ta' l-allokazzjoni żejda u/jew “green shoe”.

(ċ)  kwalunkwe kondizzjonijiet għall-użu tal-faċilità ta' l-allokazzjoni żejda jew l-eżerċizzju tal-“green shoe”.

5.3.

L-ipprezzar

5.3.1.

Indikazzjoni tal-prezz li bih it-titoli se jkunu offruti. Jekk il-prezz mhux magħruf jew jekk m'hemmx suq stabbilit u/jew likwidu għat-titoli, indika il-metodu biex ikun stabbilit il-prezz ta' l-offerta, inkluż dikjarazzjoni dwar min stabbilixxa l-kriterji jew huwa formalment responsabbli biex jistabbilixxi dan. Indikazzjoni ta' l-amount ta' kwalunkwe spejjeż u taxxi imposti speċifikament fuq is-sottoskrittur jew ix-xerrej.

5.3.2.

Il-proċess għall-iżvelar tal-prezz ta' l-offerta.

5.3.3.

Jekk id-detenturi ta' l-ekwità ta' l-emittent għandhom drittjiet ta' xiri antiċipat u dan id-dritt huwa ristrett jew irtirat, indikazzjoni tal-bażi tal-prezz tal-ħarġa jekk il-ħarġa hija għall-flus kontanti, flimkien mar-raġunijiet għal u l-benefiċjarji ta' din ir-restrizzjoni jew irtirar.

5.3.4

Fejn hemm jew jista' jkun hemm diskrepanza relevanti bejn il-prezz ta' l-offerta lill-pubbliku u l-ispiża effettiva fi flus kontanti tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni jew ta' l-amministrazzjoni għolja, jew persuni affiljati, ta' titoli akkwistati minnhom f'operazzjonijiet matul l-aħħar sena, jew li jista' jkollhom id-dritt li jakkwistaw, inkludi paragun bejn il-kontribuzzjoni tal-pubbliku ta' l-offerta pubblika proposta u l-kontribuzzjoni effettiva fi flus kontanti ta' dawn il-persuni.

5.4.

Pjazzament u garanziji

5.4.1

L-isem u l-indirizz tal-kordinatur(i) ta' l-offerta globali u ta' partijiet mill-offerta u, safejn jaf l-emittent jew l-offerent, tal-pjazzaturi fil-pajjiżi varji fejn issir l-offerta.

5.4.2

L-isem u l-indirizz ta' kwalunkwe aġenti tal-ħlas u aġenti tad-depositu f'kull pajjiż.

5.4.3.

L-isem u l-indirizz ta' l-entitajiet li jiftehmu li jiggarantixxu il-ħarġa fuq bażi ta' impenn sod, u l-isem u l-indirizz ta' l-entitajiet li jiftehmu li jagħmlu l-ħarġa mingħajr impenn sod jew skond arranġamenti ta' “l-aħjar sforz”. Indikazzjoni tal-karatteristiċi relevanti tal-ftehim, inkluż il-kwoti. Fejn mhux il-ħarġa kollha tkun iggarantita, dikjarazzjoni tal-parti mhux koperta. Indikazzjoni ta' l-ammont globali tal-kummissjoni li tiggarantixxi u tal-kummissjoni tal-pjazzament.

5.4.4.

Meta l-ftehim tal-garanzija jintlaħaq jew ikun se jintlaħaq.

6.

ID-DĦUL F'KUMMERĊ U L-ARRANĠAMENTI TAN-NEGOZJU

6.1.

Indikazzjoni dwar jekk it-titoli offruti humiex jew jekk hux se jkunu s-suġġett ta' applikazzjoni għad-dħul f'kummerċ, bil-għan tad-distribuzzjoni tagħhom f'suq regolat jew swieq oħrajn ekwivalenti b'indikazzjoni tas-swieq imsemmija. Din iċ-ċirkostanza trid tissemma, mingħajr ma tinħoloq l-impressjoni li d-dħul f'kummerċ se jkun neċessarjament approvat. Jekk ikunu magħrufa, id-data l-aktar kmieni li fihom it-titoli se jkunu introdotti kummerċjalment.

6.2.

Is-swieq regolati kollha jew swieq ekwivalenti li fihom, safejn jaf l-emittent, diġà huma introdotti kummerċjalment titoli ta' l-istess klassi tat-titoli li se jkunu offruti jew introdotti kummerċjalment.

6.3.

Jekk simultanjament jew kważi simultanjament bil-ħolqien ta' titoli li għalihom issir talba għal dħul f'suq regolat jiġu sottoskritti jew ippjazzati privatament titoli ta' l-istess klassi jew jekk jinħolqu titoli ta' klassijiet oħrajn għal pjazzament pubbliku jew privat, agħti d-dettalji tan-natura ta' dawn l-operazzjonijiet u tan-numru u l-karatteristiċi tat-titoli li jikkonċernawhom.

6.4.

Dettalji ta' l-entitajiet li għandhom impenn sod li jaġixxu bħala intermedjarji f'kummerċ sekondarju, li jipprovdu likwidità permezz ta' applikazzjonijiet u rati ta' offerti u deskrizzjoni tat-termini ewlenin ta' l-impenn tagħhom.

6.5.

Stabbilizzazzjoni: fejn emittent jew azzjonist bejjiegħ ta għażla ta' allokazzjoni żejda jew huwa b'mod ieħor propost li l-attivitajiet ta' l-istabbilizzazzjoni tal-prezz jistgħu jiddaħħlu b'konnessjoni ma' xi offerta:

6.5.1.

Il-fatt li din l-istabbilizzazzjoni tista' tittieħed, li m'hemm ebda assigurazzjoni li se tittieħed u li tista' titwaqqaf fi kwalunkwe żmien.

6.5.2.

Il-bidu u t-tmiem tal-perjodu li matulu tista' sseħħ l-istabbilizzazzjoni.

6.5.3.

L-identità ta' min jimmaniġġja l-istabbilizzazzjoni għal kull ġurisdizzjoni relevanti sakemm din m'hijiex magħrufa fil-ħin tal-pubblikazzjoni.

6.5.4.

Il-fatt li l-operazzjonijiet ta' stabbilizzazzjoni jistgħu jirriżultaw fi prezz tas-suq li huwa ogħla minn dak li jipprevali f'sitwazzjoni differenti.

7.

DETENTURI TA' TITOLI LI JINBIEGĦU

7.1.

L-isem u l-indirizz tan-negozju tal-persuna jew entità li toffri li tbigħ it-titoli, in-natura ta' kwalunkwe uffiċċju ta' posizzjoni jew relazzjoni relevanti oħra li l-persuni bejjiegħa kellhom fl-aħħar tlett snin ma' l-emittent jew kwalunkwe mill-predeċessuri jew affiljati tiegħu.

7.2.

In-numru u l-klassi ta' titoli offruti bi flus kontanti minn kull detentur ta' titoli li jinbiegħu.

7.3.

Ftehim ta' lock-up

Il-partijiet involuti.

Il-kontenut u l-eċċezzjonijiet tal-ftehim.

Indikazzjoni tal-perjodu tal-lock-up.

8.

SPIŻA TAL-ĦARĠA/OFFERTA

8.1.

L-introjtu nett totali u stima ta' l-ispejjeż totali tal-ħarġa/offerta.

9.

TAĦLITA

9.1.

L-ammont u l-perċentwali tat-taħlita immedjata li tirriżulta mill-offerta.

9.2.

Fil-każ ta' offerta ta' sottoskrizzjoni lil detenturi ta' ekwità eżistenti, l-ammont u l-perċentwali tat-taħlita immedjata jekk ma jagħmlux sottoskrizzjoni ma' l-offerta l-ġdida.

10.

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

10.1.

Jekk jissemmew konsulenti b'konnessjoni mal-ħarġa fin-Nota tat-titoli, dikjarazzjoni tal-kapaċità li fiha aġixxew il-konsulenti.

10.2.

Indikazzjoni ta' informazzjoni oħra fin-Nota tat-titoli li kienet awditjata jew riveduta mill-awdituri statutorji u fejn l-awdituri ipproduċew rapport. Riproduzzjoni tar-rapport jew, bil-permess ta' l-awtorità kompetenti, sommarju tar-rapport.

10.3.

Fejn tkun inkluża dikjarazzjoni jew rapport attribwit lil xi persuna bħala espert fin-Nota tat-titoli, ipprovdi l-isem, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interess relevanti ta' dawn il-persuni ta' l-emittent jekk hemm. Jekk ir-rapport tħejja fuq talba ta' l-emittent għandha ssir dikjarazzjoni li tikkonferma li dikjarazzjoni jew rapport bħal dan huma inklużi, fil-forma u l-kuntest li fih huma nklużi, bil-kunsens tal-persuna li awtorizza l-kontenut ta' dik il-parti tan-Nota tat-titoli.

10.4.

Meta s-sors ta' l-informazzjoni tkun terza persuna, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni kienet riprodotta b'mod eżatt u li safejn jaf l-emittent u safejn jista' jaċċerta mill-informazzjoni ppubblikata minn dik it-terza persuna, ma tħallew barra ebda fatti li jagħmlu l-informazzjoni riprodotta mhux eżatta jew li tqarraq. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) ta' l-informazzjoni.




ANNESS IV

Il-ħtiġijiet minimi ta' żvelar għad-dokument ta' reġistrazzjoni (skeda) għat-titoli ta' debitu u derivattivi

(Titoli ta' debitu u derivattivi b'denominazzjoni kull unità ta' anqas minn EUR  ►M5  100 000 ◄ )



1.

PERSUNI RESPONSABBLI

1.1.

Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fid-Dokument ta' Reġistrazzjoni u, kif ikun il-każ, għal ċertu partijiet tiegħu, ma', fil-każ ta' l-aħħar, indikazzjoni ta' dawn il-partijiet. Fil-każ ta' persuni naturali inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni ta' l-emittent indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta' persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċju reġistrat.

1.2.

Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta' reġistrazzjoni hija, sa' fejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha. Skond kif ikun il-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċertu partijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fil-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha.

2.

AWDITURI STATUTORJI

2.1.

L-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awdituri ta' l-emittent għall-perjodu kopert mil-informazzjoni finanzjarja storika (flimkien mas-sħubija f'korp professjonali).

2.2.

Jekk xi awdituri irriżenjaw, tneħħew jew ma ġewx maħtura mill-ġdid matul il-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, indika d-dettalji jekk huma relevanti.

3.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA MAGĦŻULA

3.1.

Informazzjoni finanzjarja storika magħżula li tikkonċerna l-emittent, ippreżentata għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, u kwalunkwe perjodu finanzjarju proviżorju sussegwenti, fl-istess munita bħall-informazzjoni finanzjarja.

L-informazzjoni finanzjarja storika magħżula għandha tipprovdi il-figuri ewlenin li jispjegaw fil-qosor il-kondizzjoni finanzjarja ta' l-emittent.

3.2.

Jekk tkun pprovduta xi informazzjoni finanzjarja magħżula għall-perjodi proviżorji, trid tiġi pprovduta wkoll informazzjoni komparattiva mill-istess perjodu fis-sena finanzjarja ta' qabel, ħlief li l-ħtieġa għall-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ tkun sodisfatta bil-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta' l-aħħar tas-sena.

4.

FATTURI TA' RISKJU

Żvelar prominenti ta' fatturi ta' riskju li jistgħu jaffetwaw il-kapaċità ta' l-emittent li jwettaq l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt it-titoli lill-investituri fit-taqsima intitolata “Fatturi ta' riskju”.

5.

INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

5.1.

L-istorja u l-iżvilupp ta' l-emittent

5.1.1.

L-isem legali u kummerċjali ta' l-emittent

5.1.2.

Il-post ta' registrazzjoni ta' l-emittent u n-numru ta' reġistrazzjoni tiegħu

5.1.3.

Id-data ta' l-inkorporazzjoni u t-tul tal-validità ta' l-emittent, ħlief fejn hija ndefinita

5.1.4.

Il-forma domiċiljari u legali ta' l-emittent, il-leġislazzjoni li taħtha jopera l-emittent, il-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni tiegħu, u l-indirizz u n-numru tat-telefon ta' l-uffiċċju reġistrat tiegħu (jew il-post prinċipali tan-negozju jekk differenti mill-uffiċju reġistrat);

5.1.5.

kwalunkwe avvenimenti riċenti partikolari għall-emittent li huma ta' portata materjali relevanti għall-evalwazzjoni tas-solvibbiltà ta' l-emittent.

5.2.

Investimenti

5.2.1.

Deskrizzjoni ta' l-investimenti prinċipali magħmula mid-data ta' l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji ippubblikati.

5.2.2.

Informazzjoni dwar l-investimenti prinċipali futuri ta' l-emittent li fuqhom il-korpi maniġerjali diġa għamlu rabtiet sodi.

5.2.3.

Informazzjoni dwar is-sorsi antiċipati tal-fondi meħtieġa biex jitwettqu l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punt 5.2.2.

6.

SOMMARJU DWAR IN-NEGOZJU

6.1.

L-attivitajiet prinċipali

6.1.1.

Deskrizzjoni ta' l-attivitajiet prinċipali ta' l-emittent li tispjega l-kategoriji ewlenin tal-prodotti mibjugħa u/jew is-servizzi mwettqa; u

6.1.2.

indikazzjoni ta' kwalunkwe prodotti u/jew attivitajiet ġodda sinifikanti.

6.2.

Swieq prinċipali

Deskrizzjoni qasira tas-swieq prinċipali li fihom jikkompeti l-emittent.

6.3.

Il-bażi għal kwalunkwe dikjarazzjonijiet magħmula mill-emittent dwar il-posizzjoni kompettitiva tiegħu.

7.

L-ISTRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

7.1.

Jekk l-emittent huwa parti minn grupp, deskrizzjoni qasira tal-grupp u tal-posizzjoni ta' l-emittent fil-grupp.

7.2.

Jekk l-emittent huwa dipendenti fuq entitajiet oħrajn fil-grupp, dan irid jissemma b'mod ċar flimkien ma' spjegazzjoni ta' din id-dipendenza.

8.

INFORMAZZJONI DWAR XEJRIET

8.1.

Inkludi dikjarazzjoni li ma kien hemm l-ebda tibdil relevanti kuntrarju fil-prospetti ta' l-emittent mid-data ta' l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tiegħu.

Fil-każ li l-emittent mhux f'posizzjoni li jagħmel dikjarazzjoni bħal din, ipprovdi d-dettalji ta' dan it-tibdil relevanti kuntrarju.

8.2.

Informazzjoni dwar kwalunkwe xejriet magħrufa, inċertezzi, talbiet, rabtiet jew avvenimenti li raġonevolment x'aktarx li jkollhom effett materjali fuq il-prospetti ta' l-emittent għal mill-anqas is-sena finanzjarja kurrenti.

9.

TBASSIR JEW STIMI TAL-PROFITT

Jekk emittent jagħżel li jinkludi tbassir tal-profitt jew stima tal-profitt id-dokument ta' reġistrazzjoni irid ikun fih l-informazzjoni stabbilita fil-punti 9.1 u 9.2:

9.1.

Dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-teoriji prinċipali li fuqhom l-emittent ibbaża t-tbassir, jew l-istima tiegħu.

Għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn it-teoriji dwar il-fatturi li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni jistgħu jinfluwenzaw u t-teoriji dwar il-fatturi li huma esklussivament barra mill-influwenza tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni; it-teoriji iridu jkunu jinftehmu mill-investituri, ikunu speċifiċi u preċiżi u ma jikkonċernawx l-eżattezza ġenerali ta' l-istimi marbuta mat-tbassir.

▼M6

9.2.

Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata, u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti b’mod sostanzjali maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk tkun differenti minn dik responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova dik l-informazzjoni;

(b)  accountants jew awdituri indipendenti qablu li din l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss;

(c)  din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.

▼B

9.3.

It-tbassir tal-profitt jew l-istima iridu jkunu ppreparati fuq bażi komparabbli ma' l-informazzjoni finanzjarja storika.

10.

KORPI AMMINISTRATTIVI, MANIĠERJALI, U TA' SUPERVIŻJONI

10.1.

L-ismijiet, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet tal-persuni li ġejjin ta' l-emittent u indikazzjoni ta' l-attivitajiet prinċipali imwettqa minnhom 'l barra mill-emittent fejn dawn huma sinifikanti fil-kuntest ta' dak l-emittent:

(a)  il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni;

(b)  is-sħab b'responsabbiltà mhux limitata, fil-każ ta' sħubija limitata b'kapital azzjonarju;

10.2.

Konflitti ta' interess ta' korpi amministrattivi, maniġerjali, u ta' superviżjoni

Konflitti ta' interess potenzali bejn kwalunkwe doveri ta' l-emittent, tal-persuni imsemmija fil-punt 10.1 u l-interessi privati tagħhom u jew doveri oħrajn għandhom jiġu ddikjarati b'mod ċar. Fil-każ li m'hemmx konflitti bħal dawn, trid issir dikjarazzjoni li tikkonferma dan.

11.

PRATTIĊI TAL-BORD

11.1.

Dettalji dwar il-kumitat ta' l-awditjar ta' l-emittent, inkluż l-ismijiet tal-membri tal-kumitat sommarju tat-termini ta' referenza li taħthom jaħdem il-kumitat.

11.2.

Dikjarazzjoni dwar jekk l-emittent jikkonformax jew le mar-reġim(i) tat-tmexxija korporattiva tal-pajjiż tiegħu ta' l-inkorporazzjoni. Fil-każ li l-emittent ma jikkonformax ma' reġim bħal dan, trid tiġi inkluża dikjarazzjoni li tikkonferma dan flimkien ma' spjegazzjoni dwar għaliex l-emittent ma jikkonformax ma' reġim bħal dan.

12.

L-AZZJONISTI MAĠĠURI

12.1.

Safejn l-emittent ikun jaf, għid jekk l-emittent direttament jew indirettament għandux sid jew huwa kkontrollat u minn min u ddeskrivi in-natura ta' dan il-kontroll u ddeskrivi il-miżuri fis-seħħ biex ikun żgurat li dan il-kontroll ma jkunx abbużat.

12.2.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe arranġamenti, magħrufa mill-emittent, li t-tħaddim tagħhom jista' f'xi data sussegwenti jirriżulta f'tibdil fil-kontroll ta' l-emittent.

13.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA LI TIKKONĊERNA L-ATTIV U L-PASSIV TA' EMITTENT, IL-POSIZZJONI FINANZJARJA U L-PROFITTI U T-TELF

13.1.

Informazzjoni finanzjarja storika

Informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri s-sentejn finanzjarji l-aktar riċenti (jew perjodu simili iqsar li fih l-emittent kien qed jopera), u r-rapport ta' awditjar dwar kull sena. ►M2   Jekk emittent jkun biddel id-data tar-referenza tal-kontabilità tiegħu matul il-perjodu li għalih intalbet l-informazzjoni finanzjarja storika, l-informazzjoni storika vverifikata trid tkopri mill-inqas 24 xahar, jew il-perjodu kollu li l-emittent ilu jopera, liema jkun l-anqas. ◄ Din l-informazzjoni finanzjarja trid tkun ippreparata skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali ta' l-Istat Membru għal emittenti mill-Komunità. Għal emittenti minn pajjiż terz, din l-informazzjoni finanzjarja trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Jekk din l-informazzjoni finanzjarja m'hijiex ekwivalenti għal dawn l-i standards, għandha tiġi ppreżentata fil-forma ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji ddikjarati mill-ġdid.

L-informazzjoni finanzjarja storika tas-sena l-aktar riċenti għandha tkun ippreżentata u ppreparata f'forma konsistenti ma' dik li tkun se tiġi adottata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ippubblikati li jmiss ta' l-emittent b'kunsiderazzjoni għall-i standards ta' l-ikkontjar u l-politika u l-leġislazzjoni applikabbli għal dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali bħal dawn.

Jekk l-emittent kien qed jopera fl-isfera kurrenti ta' l-attività ekonomika għal anqas minn sena, l-informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri dak il-perjodu għandha tkun ippreparata skond l-i standards applikabbli għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar ta' l-Istat Membru national meta l-emittent ikun mill-Komunità. Għal emittenti ta' pajjiż terz, l-informazzjoni finanzjarja storika trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar internazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Din l-informazzjoni finanzjarja storika trid tkun awditjata.

Jekk din l-informazzjoni finanzjarja awditjata tkun ppreparata skond l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar, l-informazzjoni finanzjarja meħtieġa taħt dan it-titlu trid tinkludi mill-anqas:

(a)  karta tal-bilanċ;

(b)  dikjarazzjoni tad-dħul;

(ċ)  dikjarazzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-flus; u

(d)  il-politika ta' l-ikkontjar u noti ta' spjegazzjoni.

L-informazzjoni finanzjarja storika annwali trid tkun awditjata indipendentament jew rapportata b'mod li tagħtix jew le, għall-iskopijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni, stampa vera u ġusta, skond l-i standards ta' l-awditajar applikabbli fi Stat Membru jew standard ekwivalenti.

13.2.

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji

Jekk l-emittent jipprepara kemm id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tiegħu u kemm dawk kkonsolidati, inkludi mill-anqas id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali kkonsolidati fid-dokument ta' reġistrazzjoni.

13.3.

Awditjar ta' l-informazzjoni finanzjarja annwali storika

13.3.1.

Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika ġiet awditjata. Jekk ir-rapporti ta' l-awditjar dwar l-informazzjoni finanzjarja storika kienu rrifjutati mill-awdituri statutorji jew jekk fihom kwalifiki jew disclaimers, dan ir-rifjut jew dawn il-kwalifiki jew disclaimers għandhom ikunu riprodotti kollha u r-raġunijiet mogħtija.

13.3.2.

Indikazzjoni ta' informazzjoni oħra fid-dokument ta' reġistrazzjoni li kienet awditjata mill-awdituri.

13.3.3.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja fid-dokument ta' reġistrazzjoni m'hijiex meħuda mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ta' l-emittent agħti s-sors ta' l-informazzjoni u ddikjara li l-informazzjoni m'hijiex awditjata.

13.4.

Iż-żmien ta' l-aħħar informazzjoni finanzjarja

13.4.1.

L-aħħar sena ta' l-informazzjoni finanzjarja awditjata ma tistax tkun eqdem minn 18 -il xahar mid-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

13.5.

Informazzjoni finanzjarja proviżorja u informazzjoni oħra

13.5.1.

Jekk l-emittent ippubblika informazzjoni finanzjarja kull tlett xhur jew kull sitt xhur mid-data ta' l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tiegħu, dawn iridu jkunu inklużi fid-dokument ta' reġistrazzjoni. Jekk l-informazzjoni finanzjarja ta' kull tlett xhur jew kull sitt xhur kienet riveduta jew awditjata, ir-rapport ta' l-awditjar jew reviżjoni iridu jkunu nklużi wkoll. Jekk l-informazzjoni finanzjarja ta' kull tlett xhur jew kull sitt xhur m'hijiex awditjata jew ma ġietx riveduta dan il-fatt irid jissemma.

13.5.2.

Jekk id-dokument ta' reġistrazzjoni huwa datat aktar minn disa' xhur wara t-tmiem ta' l-aħħar sena finanzjarja awditjata, għandu jkun fih informazzjoni finanzjarja proviżorja, li tkopri mill-anqas l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja. Jekk l-informazzjoni finanzjarja proviżorja m'hijiex awditjata iddikjara dan il-fatt.

L-informazzjoni finanzjarja proviżorja trid tinkludi dikjarazzjonijiet komparattivi għall-istess perjodu tas-sena finanzjarja ta' qabel, ħlief li l-ħtieġa li l-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ tista' tkun sodisfatta bil-preżentazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta' l-aħħar tas-sena.

13.6.

Proċeduri legali u ta' arbitraġġ

Informazzjoni dwar kwalunkwe proċeduri governattivi, legali jew ta' arbitraġġ (inkluż kwalunkwe proċeduri bħal dawn li huma pendenti jew mhedda u li l-emittent jaf bihom), matul perjodu li jkopri mill-anqas it-12-il xahar ta' qabel li jista' jkollhom, jew kellhom effetti sinifikanti fuq il-passat riċenti tal-posizzjoni finanzjarja jew il-profittabilità ta' l-emittent u/jew il-grupp tiegħu, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

13.7.

Tibdil sinifikanti fil-posizzjoni finanzjarja jew kummerċjali ta' l-emittent

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe tibdil sinifikanti fil-posizzjoni finanzjarja jew kummerċjali tal-grupp li seħħ mit-tmiem ta' l-aħħar perjodu finanzjarju li għalih ġew ippubblikati jew informazzjoni finanzjarja awditjata inkella informazzjoni finanzjarja proviżorja, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

14.

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

14.1.

Kapital azzjonarju

14.1.1.

L-ammont tal-kapital maħruġ, in-numru u l-klassijiet ta' l-ishma li huma komposti minnhom b'dettalji tal-karatteristiċi prinċipali, il-parti tal-kapital maħruġ li għad trid titħallas, b'indikazzjoni tan-numru, jew il-valur totali nominali, u t-tip ta' l-ishma li għadhom ma tħallsux, maqsuma fejn applikabbli skond il-grad ta' ħlas tagħhom.

14.2.

Memorandum u Artikli ta' Assoċjazzjoni

14.2.1.

Ir-reġistru u n-numru ta' reġistrazzjoni fih, jekk applikabbli, u deskrizzjoni ta' l-oġġetti u l-iskopijiet ta' l-emittent u fejn jistgħu jinstabu fil-memorandum u artikli ta' assoċjazzjoni

15.

KUNTRATTI RELEVANTI

Sommarju qasir ta' kull kuntratt relevanti li ma daħlux fis-seħħ fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, li jistgħu jirriżultaw fi kwalunkwe membru tal-grupp li huwa marbut b'obbligazzjoni jew dritt li huma relevanti għall-kapaċità ta' l-emittent li jwettaq l-obbligazzjoni tiegħu lejn id-detenturi ta' titoli dwar titoli maħruġa.

16.

INFORMAZZJONI TA' TERZI PERSUNI U DIKJARAZZJONI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA' KWALUNKWE INTERESS

16.1.

Fejn dikjarazzjoni jew rapport li huwa attribwit lil xi persuna bħala espert jiġu inklużi fid-dokument ta' reġistrazzjoni, ipprovdi isem din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interessi relevanti jekk hemm ta' l-emittent. Jekk ir-rapport tħejja fuq talba ta' l-emittent ipprovdi dikjarazzjoni li tikkonferma li dikjarazzjoni jew rapport huma nklużi, il-forma u l-kuntest li fih huma inklużi, bil-kunsens tal-persuna li awtorizzat il-kontenut ta' dik il-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

16.2.

Meta s-sors ta' l-informazzjoni tkun terza persuna, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni kienet riprodotta b'mod eżatt u li safejn jaf l-emittent u safejn jista' jaċċerta mill-informazzjoni ppubblikata minn dik it-terza persuna, ma tħallew barra ebda fatti li jagħmlu l-informazzjoni riprodotta mhux eżatta jew li tqarraq. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) ta' l-informazzjoni.

17.

DOKUMENTI MURIJA

Dikjarazzjoni li għal kemm idum validu d-dokument ta' reġistrazzjoni id-dokumenti (jew kopji tiegħu), fejn applikabbli, jistgħu jiġu spezzjonati:

(a)  il-memorandum u l-artikli ta' assoċjazzjoni ta' l-emittent;

(b)  ir-rapporti, l-ittri, u d-dokumenti l-oħrajn kollha, l-informazzjoni finanzjarja storika, ivvalutar u dikjarazzjonijiet ippreparati minn kwalunkwe espert fuq talba ta' l-emittent li kwalunkwe parti minnhom hija inkluża jew imsemmija fid-dokument ta' reġistrazzjoni;

(ċ)  l-informazzjoni finanzjarja storika ta' l-emittent jew, fil-każ ta' grupp, l-informazzjoni finanzjarja storika għall-emittent u l-impriżi sussidjarji tiegħu għal kull waħda mis-sentejn finanzjarji li jippreċedu l-pubblikazzjoni tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

Indikazzjoni ta' fejn id-dokumenti murija jistgħu jiġu spezzjonati, b'mezzi fiżiċi jew elettroniċi.




ANNESS V

Il-ħtiġijiet minimi ta' żvelar għan-nota tat-titoli għat-titoli ta' debitu (skeda)

(Titoli ta' debitu b'denominazzjoni kull unità ta' anqas minn EUR ►M5  100 000 ◄ )



1.

PERSUNI RESPONSABBLI

1.1.

Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett u, kif ikun il-każ, għal ċertu partijiet tiegħu, ma', fil-każ ta' l-aħħar, indikazzjoni ta' dawn il-partijiet. Fil-każ ta' persuni naturali inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni ta' l-emittent indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta' persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċju reġistrat.

1.2.

Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għall-prospett li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fil-prospett hija, sa' fejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnu li jista jaffetwa l-importanza tiegħu. Skond kif ikun il-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċertu partijiet tal-prospett li l-informazzjoni li tinsab fil-parti tal-propsett li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnu li jista jaffetwa l-importanza tiegħu.

2.

FATTURI TA' RISKJU

2.1.

Żvelar prominenti ta' fatturi ta' riskju li huma relevanti għat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment sabiex ikun evalwat ir-riskju tas-suq assoċjat ma' dawn it-titoli fit-taqsima imsemmija “Fatturi ta' riskju”.

▼M6

3.

INFORMAZZJONI ESSENZJALI

▼B

3.1.

Interess ta' persuni naturali u ġuridiċi involuti fil-ħarġa/offerta

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe interess, inkluż dawk ta' konflitt li huma relevanti għall-ħarġa/offerta, li tagħti d-dettalji tal-persuni involuti u n-natura ta' l-interess.

3.2.

Raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjtu

Raġunijiet għall-offerta jekk differenti milli tagħmel profitt u/jew protezzjoni għal ċertu riskji. Fejn applikabbli, żvelar ta' l-ispejjeż totali stmati tal-ħarġa/offerta u l-ammont nett stmat ta' l-introjtu. Dawn l-ispejjeż u l-introjtu għandhom jinqasmu f'kull użu prinċipali intenzjonat u ppreżentati skond l-ordni ta' priorità ta' dan l-użu. Jekk l-emittent jaf li l-introjtu antiċipat mhux se jkun suffiċjenti biex jiffinanzja l-użu kollu propost, agħti l-ammont u s-sorsi ta' fondi oħrajn meħtieġa.

4.

INFORMAZZJONI DWAR IT-TITOLI LI SE JIĠU OFFRUTI/INTRODOTTI KUMMERĊJALMENT

4.1.

Deskrizzjoni tat-tip u tal-klassi tat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment, inkluż l-ISIN (in-numru ta' identifikazzjoni ta' siġurtà internazzjonali) jew kodiċi simili ta' identifikazzjoni ta' sigurtà.

4.2.

Il-leġislazzjoni li taħtha nħolqu t-titoli.

4.3.

Indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex f'forma reġistrata jew f'forma ta' bearer u jekk it-titoli humiex f'forma ċċertifikata jew f'forma ta' book-entry. Fil-każ ta' l-aħħar, l-isem u l-indirizz ta' l-entità li għandha l-inkarigu li żżomm dawn ir-rekords.

4.4.

Munita tal-ħarġa tat-titoli.

4.5.

Il-livell tat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment, inkluż sommarji ta' kwalunkwe klawsoli li huma intenzjonati li jaffetwaw il-livell jew jissubordinaw it-titoli għal kwalunkwe passiv ta' l-emittent preżenti jew futur.

4.6.

Deskrizzjoni tad-drittijiet marbuta mat-titoli, inkluż kwalunkwe limitazzjonijiet ta' dawn id-drittijiet, u l-proċedura għall-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet.

▼M5

4.7.

Ir-rata ta’ imgħax nominali u d-dispożizzjonijiet relatati mal-imgħax pagabbli:

— Id-data minn meta l-imgħax isir pagabbli u d-dati dovuti għall-imgħax.

— Il-limitu ta’ żmien fuq il-validità tal-pretensjonijiet għal imgħax u ripagament tal-kapital.

Fejn ir-rata mhijiex fissa, dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-tip ta’ sottostanti, deskrizzjoni tas-sottostanti li fuqha hija bbażata u tal-metodu użat sabiex issir relazzjoni bejn is-sottostanti u r-rata u indikazzjoni fejn tista’ tinkiseb l-informazzjoni dwar il-passat u aktar prestazzjoni tas-sottostanti u l-volatilità tiegħu.

— Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe avveniment ta’ tfixkil fis-suq jew ta’ tfixkil fis-saldu li jaffettwa lis-sottostanti.

— Regoli ta’ aġġustament fir-rigward ta’ avvenimenti li jikkonċernaw is-sottostanti.

— L-isem tal-aġent tal-kalkolu.

Jekk it-titolu jkollu komponent derivattiv fil-pagament tal-imgħax, ipprovdi spjegazzjoni ċara u komprensiva sabiex l-investituri jkunu jistgħu jifhmu kif il-valur tal-investiment tagħhom jiġi affettwat mill-valur tal-istrument jew strumenti sottostanti, speċjalment fiċ-ċirkostanzi fejn ir-riskji huma l-aktar evidenti.

▼B

4.8.

Id-data ta' maturità u l-arranġamenti għall-ħlas lura tas-self, inkluż il-proċeduri tal-pagamenti. Fejn huwa ikkontemplat ħlas lura bil-quddiem, fuq l-inizjattiva ta' l-emittent jew tad-detentur, dan għandu jkun deskritt, u jissemmew it-termini u l-kondizzjonijiet tal-ħlas lura.

4.9.

Indikazzjoni ta' yield. Iddeskrivi l-metodu li bih jiġi kkalkolat il-yield f'forma sommarja.

4.10.

Rappreżentazzjoni ta' detenturi ta' titoli ta' debitu inkluż identifikkazzjoni ta' l-organizzazzjoni li tirrapreżenta lill-investituri u d-disposizzjonijiet li japplikaw għal din ir-rappreżentazzjoni. Indikazzjoni ta' minn fejn il-pubbliku jista' jkollu adeżjoni għall-kuntratti li jikkonċernaw dawn il-forom ta' rappreżentazzjoni.

4.11.

Fil-każ ta' ħarġiet ġodda, dikjarazzjoni tar-riżoluzzjonijiet, awtorizzazzjoni u approvazzjoni li bis-saħħa tagħhom it-titoli ġew jew se jiġu maħluqa u/jew maħruġa.

4.12.

Fil-każ ta' ħarġiet ġodda, id-data mistennija tal-ħarġa tat-titoli.

4.13.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-trasferibbiltà tat-titoli.

4.14.

Dwar il-pajjiż ta' l-uffiċċju reġistrat ta' l-emittent u l-pajjiż(i) fejn qed issir l-offerta jew qed jintlaba d-dħul f'kummerċ:

— informazzjoni dwar taxxi fuq id-dħul mit-titoli miżmuma minn ras-il għajn,

— indikazzjoni dwar jekk l-emittent jassumix r-responsabbiltà biex iżomm ta-taxxi minn ras-il għajn.

5.

TERMINI U KONDIZZJONIJIET TA' L-OFFERTA

5.1.

Il-kondizzjonijiet, statistika ta' l-offerta, il-kalendarju mistenni u l-azzjoni meħtieġa biex tapplika għall-offerta

5.1.1.

Kondizzjonijiet li l-offerta hija suġġetta għalihom.

5.1.2.

L-ammont totali tal-ħarġa/offerta; jekk l-ammont m'huwiex fiss, deskrizzjoni ta' l-arrangamenti u ż-żmien biex l-amonnt definittiv ta' l-offerta jitħabbar lill-pubbliku.

5.1.3.

Il-perjodu ta' żmien, inkluż kwalunkwe emendi possibbli, li matulu l-offerta se tkun miftuħa u deskrizzjoni tal-proċess ta' l-applikazzjoni.

5.1.4

Deskrizzjoni tal-possibilità li jitnaqqsu sottoskrizzjonijiet u l-mod li bih ssir rifużjoni ta' ammonti ta' ħlas żejjed mill-applikanti.

5.1.5.

Dettalji ta' l-ammonti minimi u/jew massimi ta' l-applikazzjoni (f'numru ta' titoli jew f'ammont aggregat biex ikun investit).

5.1.6.

Il-metodu u l-limiti ta' żmien biex jitħallsu t-titoli u għall-fornitura tat-titoli.

5.1.7.

Deskrizzjoni sħiħa tal-mod u d-data li fiha r-riżultati ta' l-offerta isiru pubbliċi.

5.1.8.

Il-proċedura għall-eżerċizzju ta' kwalunkwe dritt ta' sottoskrizzjoni antiċipata, in-negozjabiltà ta' drittijiet ta' sottoskrizzjoni u t-trattament ta' drittijiet ta' sottoskrizzjoni mhux eżerċitati.

5.2.

Pjan ta' distribuzzjoni u allokar

5.2.1.

Il-kategoriji varji ta' investituri potenzali li lilhom huma offruti t-titoli. Jekk l-offerta qed issir simultanjament fis-swieq ta' żewġ pajjiżi jew aktar u jekk xi tranche ġie jew se jiġi rriservat għal xi uħud minn dawn, indika kwalunkwe tranche bħal dan.

5.2.2.

Proċess tan-notifika ta' l-ammont allokat lill-applikanti u indikazzjoni dwar jekk in-negozju jistax jibda qabel issir in-notifika.

5.3.

L-ipprezzar

5.3.1.

Indikazzjoni tal-prezz mistenni li bih it-titoli se jkunu offruti jew il-metodu biex ikun stabbilit il-prezz u l-proċess għall-iżvelar tiegħu. Indika l-amount ta' kwalunkwe spejjeż u taxxi imposti speċifikament fuq is-sottoskrittur jew ix-xerrej.

5.4.

Pjazzament u garanziji

5.4.1

L-isem u l-indirizz tal-kordinatur(i) ta' l-offerta globali u ta' partijiet mill-offerta u, safejn jaf l-emittent jew l-offerent, tal-pjazzaturi fil-pajjiżi varji fejn issir l-offerta.

5.4.2

L-isem u l-indirizz ta' kwalunkwe aġenti tal-ħlas u aġenti tad-depositu f'kull pajjiż.

5.4.3.

L-isem u l-indirizz ta' l-entitajiet li jiftehmu li jiggarantixxu il-ħarġa fuq bażi ta' impenn sod, u l-isem u l-indirizz ta' l-entitajiet li jiftehmu li jagħmlu l-ħarġa mingħajr impenn sod jew skond arranġamenti ta' “l-aħjar sforz”. Indikazzjoni tal-karatteristiċi relevanti tal-ftehim, inkluż il-kwoti. Fejn mhux il-ħarġa kollha tkun iggarantita, dikjarazzjoni tal-parti mhux koperta. Indikazzjoni ta' l-ammont globali tal-kummissjoni li tiggarantixxi u tal-kummissjoni tal-pjazzament.

5.4.4.

Meta l-ftehim tal-garanzija jintlaħaq jew ikun se jintlaħaq.

6.

ID-DĦUL F'KUMMERĊ U L-ARRANĠAMENTI TAN-NEGOZJU

6.1.

Indikazzjoni dwar jekk it-titoli offruti humiex jew jekk hux se jkunu s-suġġett ta' applikazzjoni għad-dħul f'kummerċ, bil-għan tad-distribuzzjoni tagħhom f'suq regolat jew swieq oħrajn ekwivalenti b'indikazzjoni tas-swieq imsemmija. Din iċ-ċirkostanza trid tissemma, mingħajr ma tinħoloq l-impressjoni li d-dħul f'kummerċ se jkun neċessarjament approvat. Jekk ikunu magħrufa, id-data l-aktar kmieni li fihom it-titoli se jkunu introdotti kummerċjalment.

6.2.

Is-swieq regolati kollha jew swieq ekwivalenti li fihom, safejn jaf l-emittent, diġà huma introdotti kummerċjalment titoli ta' l-istess klassi tat-titoli li se jkunu offruti jew introdotti kummerċjalment.

6.3.

L-isem u l-indirizz ta' l-entitajiet li għandhom impenn sod li jaġixxu bħala intermedjarji f'kummerċ sekondarju, li jipprovdu likwidità permezz ta' applikazzjonijiet u rati ta' offerti u deskrizzjoni tat-termini ewlenin ta' l-impenn tagħhom.

7.

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

7.1.

Jekk jissemmew konsulenti b'konnessjoni mal-ħarġa fin-Nota tat-titoli, dikjarazzjoni tal-kapaċità li fiha aġixxew il-konsulenti.

7.2.

Indikazzjoni ta' informazzjoni oħra fin-Nota tat-titoli li kienet awditjata jew riveduta mill-awdituri statutorji u fejn l-awdituri ipproduċew rapport. Riproduzzjoni tar-rapport jew, bil-permess ta' l-awtorità kompetenti, sommarju tar-rapport.

7.3.

Fejn tkun inkluża dikjarazzjoni jew rapport attribwit lil xi persuna bħala espert fin-Nota tat-titoli, ipprovdi l-isem, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interess relevanti ta' dawn il-persuni ta' l-emittent jekk hemm. Jekk ir-rapport tħejja fuq talba ta' l-emittent għandha ssir dikjarazzjoni li tikkonferma li dikjarazzjoni jew rapport bħal dan huma inklużi, fil-forma u l-kuntest li fih huma nklużi, bil-kunsens tal-persuna li awtorizza l-kontenut ta' dik il-parti tan-Nota tat-titoli.

7.4.

Meta s-sors ta' l-informazzjoni tkun terza persuna, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni kienet riprodotta b'mod eżatt u li safejn jaf l-emittent u safejn jista' jaċċerta mill-informazzjoni ppubblikata minn dik it-terza persuna, ma tħallew barra ebda fatti li jagħmlu l-informazzjoni riprodotta mhux eżatta jew li tqarraq. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) ta' l-informazzjoni.

7.5.

Il-livell ta' kreditu assenjati lil xi emittent jew it-titoli ta' debitu tiegħu fuq talba jew bil-koperazzjoni ta' l-emittent fil-proċess ta' l-assenjar ta' dan il-livell. Spjegazzjoni qasira tat-tifsira ta' dawn il-livelli jekk din kienet ippubblikata preċedentament minn min jassenja l-livelli.




ANNESS VI

Il-ħtiġijiet ta' żvelar minimi għall-garanziji

(building block addizzjonali)



1.

IN-NATURA TAL-GARANZIJA

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe arranġament intenzjonat li jiżgura li kwalunkwe obbligazzjoni relevanti għall-ħarġa titwettaq, kemm jekk fil-forma ta' garanzija, surety, Ftehim Keep well, polza ta' assigurazzjoni Mono-line jew impenni ekwivalenti oħrajn (minn hawn “il quddiem imsejħa ġenerikament bħala” garanziji “u min jipprovdihom bħala” garanti “għall-konvenzjenza).”

Bla ħsara għal dan ta' hawn fuq, arranġamenti bħal dawn jikkonsistu f'impenni biex ikunu żgurati l-obbligazzjonijiet li jitħallsu lura t-titoli ta' debitu u/jew il-ħlas ta' l-imgħax u d-deskrizzjoni għandha tistabbilixxi kif l-arranġament huma ntenzjonati li jiżguraw li jsiru l-pagamenti ggarantiti.

2.

L-ISKOP TAL-GARANZIJA

Għandhom jiġu żvelati dettalji dwar it-termini u l-kondizzjonijiet u l-iskop tal-garanzija. Bla ħsara għall-ġeneralità ta' dawn ta' hawn fuq, dawn id-dettalji għandhom ikopru kwalunkwe kondizzjonalità fuq l-applikazzjoni tal-garanzija fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas taħt it-termini tat-titolu u t-termini relevanti ta' kwalunkwe assigurazzjoni mono-line jew ftehim keep well bejn l-emittent u l-garanti. Għandhom jiġu żvelati dettalji wkoll dwar kwalunkwe saħħa ta' veto tal-garanti b'konnessjoni ma' tibdil ta' drittijiet għal detenturi ta' titoli, kif ħafna drabi jkun hemm fil-każ ta' assigurazzjoni Mono-line.

3.

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI ŻVELATA DWAR IL-GARANTI

Il-garanti għandu jiżvela informazzjoni dwaru nnifsu bħal li kieku kien l-emittent ta' dak l-istess tip ta' titolu li huwa suġġett għall-garanzija.

4.

DOKUMENTI MURIJA

Indikazzjoni tal-postijiet fejn il-pubbliku jista' jkollu adeżjoni għall-kuntratti relevanti u dokumenti oħrajn li jikkonċernaw il-garanzija.




ANNESS VII

Ir-rekwiżiti minimi ta' svelar għad-Dokument ta' Reġistrazzjoni tat-Titoli Ggarantiti bl-Attiv (skeda)



1.

PERSUNI RESPONSABBLI

1.1.

Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fid-dokument ta' reġistrazzjoni u, kif ikun il-każ, għal ċertu partijiet tiegħu, ma', fil-każ ta' l-aħħar, indikazzjoni ta' dawn il-partijiet. Fil-każ ta' persuni naturali inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni ta' l-emittent indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta' persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċju reġistrat.

1.2.

Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta' reġistrazzjoni hija, sa' fejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha. Skond kif ikun il-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċertu partijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fil-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha.

2.

AWDITURI STATUTORJI

2.1.

L-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awdituri ta' l-emittent għall-perjodu kopert mil-informazzjoni finanzjarja storika (flimkien mas-sħubija f'korp professjonali).

3.

FATTURI TA' RISKJU

3.1

Id-dokument għandu jiżvela b'mod prominenti fatturi ta' riskju li huma speċifiċi għall-emittent jew l-industrija tiegħu fit-taqsima intitolata “Fatturi ta' riskju”.

4.

INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

4.1.

Dikjarazzjoni dwar jekk l-emittent kienx stabbilit bħala aġent bi skop speċjali jew entità bl-iskop li joħroġ titoli ggarantiti b'attiv;

4.2.

L-isem legali u kummerċjali ta' l-emittent;

4.3.

Il-post ta' registrazzjoni ta' l-emittent u n-numru ta' reġistrazzjoni tiegħu;

4.4.

Id-data ta' l-inkorporazzjoni u t-tul tal-validità ta' l-emittent, ħlief fejn hija ndefinita;

4.5.

Il-forma domiċiljari u legali ta' l-emittent, il-leġislazzjoni li taħtha jopera l-emittent, il-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni tiegħu, u l-indirizz u n-numru tat-telefon ta' l-uffiċċju reġistrat tiegħu (jew il-post prinċipali tan-negozju jekk differenti mill-uffiċju reġistrat).

4.6.

Deskrizzjoni tal-kapital awtorizzat u maħruġ ta' l-emittent u l-ammont ta' kwalunkwe kapital li sar qbil li jinħareġ, in-numru u l-klassijiet tat-titoli li huma komposti minnhom.

5.

SOMMARJU DWAR IN-NEGOZJU

5.1.

Deskrizzjoni qasira ta' l-attivitajiet prinċipali ta' l-emittent.

5.2.

Sommarju globali dwar il-partijiet kontraenti fil-programm ta' ħruġ ta' titoli inkluż informazzjoni dwar il-pussess jew kontroll dirett jew indirett bejn dawn il-partijiet.

6.

KORPI AMMINISTRATTIVI, MANIĠERJALI, U TA' SUPERVIŻJONI

6.1.

L-ismijiet, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet tal-persuni li ġejjin ta' l-emittent u indikazzjoni ta' l-attivitajiet prinċipali imwettqa minnhom 'l barra mill-emittent fejn dawn huma sinifikanti fil-kuntest ta' dak l-emittent:

(a)  il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni;

(b)  is-sħab b'responsabbiltà mhux limitata, fil-każ ta' sħubija limitata b'kapital azzjonarju;

7.

L-AZZJONISTI MAĠĠURI

7.1.

Safejn l-emittent ikun jaf, għid jekk l-emittent direttament jew indirettament għandux sid jew huwa kkontrollat u minn min u ddeskrivi in-natura ta' dan il-kontroll u ddeskrivi il-miżuri fis-seħħ biex ikun żgurat li dan il-kontroll ma jkunx abbużat.

8.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA LI TIKKONĊERNA L-ATTIV U L-PASSIV TA' EMITTENT, IL-POSIZZJONI FINANZJARJA U L-PROFITTI U T-TELF

8.1.

Fejn, mid-data ta' l-inkorporazzjoni jew l-istabbiliment, xi emittent ma bediex l-operazzjonijiet tiegħu u ma saru ebda dikjarazzjonijiet finanzjarji fid-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni, għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni li tikkonferma dan fid-dokument ta' reġistrazzjoni.

8.2.

Informazzjoni finanzjarja storika

Fejn, mid-data ta' l-inkorporazzjoni jew l-istabbiliment, xi emittent beda l-operazzjonijiet tiegħu u diġà saru dikjarazzjonijiet finanzjarji, id-dokument ta' reġistrazzjoni irid ikun fih informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri s-sentejn finanzjarji l-aktar riċenti (jew perjodu simili iqsar li fih l-emittent kien qed jopera), u r-rapport ta' awditjar dwar kull sena. ►M2   Jekk emittent jkun biddel id-data tar-referenza tal-kontabilità tiegħu matul il-perjodu li għalih intalbet l-informazzjoni finanzjarja storika, l-informazzjoni storika vverifikata trid tkopri mill-inqas 24 xahar, jew il-perjodu kollu li l-emittent ilu jopera, liema jkun l-anqas. ◄ Din l-informazzjoni finanzjarja trid tkun ippreparata skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali ta' l-Istat Membru għal emittenti mill-Komunità. Għal emittenti minn pajjiż terz, din l-informazzjoni finanzjarja trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Jekk din l-informazzjoni finanzjarja m'hijiex ekwivalenti għal dawn l-i standards, għandha tiġi ppreżentata fil-forma ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji ddikjarati mill-ġdid.

L-informazzjoni finanzjarja storika tas-sena l-aktar riċenti għandha tkun ippreżentata u ppreparata f'forma konsistenti ma' dik li tkun se tiġi adottata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ippubblikati li jmiss ta' l-emittent b'kunsiderazzjoni għall-i standards ta' l-ikkontjar u l-politika u l-leġislazzjoni applikabbli għal dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali bħal dawn.

Jekk l-emittent kien qed jopera fl-isfera kurrenti ta' l-attività ekonomika għal anqas minn sena, l-informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri dak il-perjodu għandha tkun ippreparata skond l-i standards applikabbli għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar ta' l-Istat Membru national meta l-emittent ikun mill-Komunità. Għal emittenti ta' pajjiż terz, l-informazzjoni finanzjarja storika trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar internazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Din l-informazzjoni finanzjarja storika trid tkun awditjata.

 

Jekk din l-informazzjoni finanzjarja awditjata tkun ppreparata skond l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar, l-informazzjoni finanzjarja meħtieġa taħt dan it-titlu trid tinkludi mill-anqas:

(a)  karta tal-bilanċ;

(b)  dikjarazzjoni tad-dħul;

(ċ)  il-politika ta' l-ikkontjar u noti ta' spjegazzjoni.

L-informazzjoni finanzjarja storika annwali trid tkun awditjata indipendentament jew rapportata b'mod li tagħtix jew le, għall-iskopijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni, stampa vera u ġusta, skond l-i standards ta' l-awditajar applikabbli fi Stat Membru jew standard ekwivalenti.

8.2bis

Dan il-paragrafu għandu jintuża biss għall-ħarġiet ta' titoli ggarantiti b'attiv li għandhom denominazzjoni kull unità ta' mill-anqas EUR ►M5  100 000 ◄ .

Fejn, mid-data ta' l-inkorporazzjoni jew l-istabbiliment, xi emittent beda l-operazzjonijiet tiegħu u diġà saru dikjarazzjonijiet finanzjarji, id-dokument ta' reġistrazzjoni irid ikun fih informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri s-sentejn finanzjarji l-aktar riċenti (jew perjodu simili iqsar li fih l-emittent kien qed jopera), u r-rapport ta' awditjar dwar kull sena. ►M2   Jekk emittent jkun biddel id-data tar-referenza tal-kontabilità tiegħu matul il-perjodu li għalih intalbet l-informazzjoni finanzjarja storika, l-informazzjoni storika vverifikata trid tkopri mill-inqas 24 xahar, jew il-perjodu kollu li l-emittent ilu jopera, liema jkun l-anqas. ◄ Din l-informazzjoni finanzjarja trid tkun ippreparata skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali ta' l-Istat Membru għal emittenti mill-Komunità. Għal emittenti minn pajjiż terz, din l-informazzjoni finanzjarja trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Jekk dan mhux il-każ, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fid-dokument ta' reġistrazzjoni:

(a)  dikjarazzjoni prominenti li l-informazzjoni finanzjarja inkluża fid-dokument ta' reġistrazzjoni ma ġietx ippreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar internazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u li jista' jkun hemm differenzi relevanti fl-informazzjoni finanzjarja li kieku r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 kien applikat għall-informazzjoni finanzjarja storika;

(b)  immedjatament wara l-informazzjoni finanzjarja storika deskrizzjoni narrattiva tad-differezi bejn l-i standards ta' l-ikkontjar internazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji ta' l-ikkontjar adottati mill-emittent fil-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tiegħu.

L-informazzjoni finanzjarja storika tas-sena l-aktar riċenti għandha tkun ippreżentata u ppreparata f'forma konsistenti ma' dik li tkun se tiġi adottata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ippubblikati li jmiss ta' l-emittent b'kunsiderazzjoni għall-i standards ta' l-ikkontjar u l-politika u l-leġislazzjoni applikabbli għal dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali bħal dawn.

Jekk l-informazzjoni finanzjarja awditjata hija ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali, l-informazzjoni finanzjarja meħtieġa taħt dan it-titlu trid tinkludi mill-anqas dan li ġej:

 

(a)  karta tal-bilanċ;

(b)  dikjarazzjoni tad-dħul;

(ċ)  il-politika ta' l-ikkontjar u noti ta' spjegazzjoni.

L-informazzjoni finanzjarja storika annwali trid tkun awditjata indipendentament jew rapportata b'mod li tagħtix jew le, għall-iskopijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni, stampa vera u ġusta, skond l-i standards ta' l-awditajar applikabbli fi Stat Membru jew standard ekwivalenti. Jekk dan mhux il-każ, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fid-dokument ta' reġistrazzjoni:

(a)  dikjarazzjoni prominenti li tiżvela liema standards ta' awditjar ġew applikati;

(b)  spjegazzjoni ta' kwalunkwe nuqqas ta' osservanza ta' l-I standards ta' Awditjar Internazzjonali.

8.3.

Proċeduri legali u ta' arbitraġġ

Informazzjoni dwar kwalunkwe proċeduri governattivi, legali jew ta' arbitraġġ (inkluż kwalunkwe proċeduri bħal dawn li huma pendenti jew mhedda u li l-kumpannija taf bihom), matul perjodu li jkopri mill-anqas it-12-il xahar ta' qabel li jista' jkollhom, jew kellhom effetti sinifikanti fuq il-passat riċenti tal-posizzjoni finanzjarja jew il-profittabilità ta' l-emittent u/jew il-grupp tiegħu, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

8.4.

Il-fatturi negattivi importanti tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-emitent.

Fejn l-emittent ipprepara d-dikjarazzjonijiet finanzjarji, inkludi dikjarazzjoni li ma kienx hemm tibdil relevanti kuntrarju fil-posizzjoni finanzjarja jew fil-prospetti ta' l-emittent mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati. Fejn kien hemm tibdil relevanti kuntrarju, dan irid ikun żvelat fid-dokument ta' reġistrazzjoni.

9.

INFORMAZZJONI TA' TERZI PERSUNI U DIKJARAZZJONI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA' KWALUNKWE INTERESS

9.1.

Fejn dikjarazzjoni jew rapport li huwa attribwit lil xi persuna bħala espert jiġu inklużi fid-dokument ta' reġistrazzjoni, ipprovdi isem din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interessi relevanti jekk hemm ta' l-emittent. Jekk ir-rapport tħejja fuq talba ta' l-emittent ipprovdi dikjarazzjoni li tikkonferma li dikjarazzjoni jew rapport huma nklużi, il-forma u l-kuntest li fih huma inklużi, bil-kunsens tal-persuna li awtorizzat il-kontenut ta' dik il-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

9.2.

Meta s-sors ta' l-informazzjoni tkun terza persuna, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni kienet riprodotta b'mod eżatt u li safejn jaf l-emittent u safejn jista' jaċċerta mill-informazzjoni ppubblikata minn dik it-terza persuna, ma tħallew barra ebda fatti li jagħmlu l-informazzjoni riprodotta mhux eżatta jew li tqarraq. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) ta' l-informazzjoni.

10.

DOKUMENTI MURIJA

10.1.

Dikjarazzjoni li għal kemm idum validu d-dokument ta' reġistrazzjoni id-dokumenti (jew kopji tiegħu), fejn applikabbli, jistgħu jiġu spezzjonati:

(a)  il-memorandum u l-artikli ta' assoċjazzjoni ta' l-emittent;

(b)  ir-rapporti, l-ittri, u d-dokumenti l-oħrajn kollha, l-informazzjoni finanzjarja storika, ivvalutar u dikjarazzjonijiet ippreparati minn kwalunkwe espert fuq talba ta' l-emittent li kwalunkwe parti minnhom hija inkluża jew imsemmija fid-dokument ta' reġistrazzjoni;

 

(ċ)  l-informazzjoni finanzjarja storika ta' l-emittent jew, fil-każ ta' grupp, l-informazzjoni finanzjarja storika għall-emittent u l-impriżi sussidjarji tiegħu għal kull waħda mis-sentejn finanzjarji li jippreċedu l-pubblikazzjoni tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

Indikazzjoni ta' fejn id-dokumenti murija jistgħu jiġu spezzjonati, b'mezzi fiżiċi jew elettroniċi.




ANNESS VIII

Il-Ħtiġijiet Minimi Ta' Żvelar Għall-Building Block addizzjonali Tat-Titoli Ggarantiti B'attiv



1.

IT-TITOLI

1.1.

Id-denominazzjoni minima tal-ħarġa.

1.2.

Fejn tkun żvelata informazzjoni dwar impriża/obbligant li m'humiex involuti fil-ħarġa, ipprovdi konferma li l-informazzjoni li tikkonċ erna l-impriża/obbligant kienet riprodotta b'mod eżatt mill-informazzjoni ippubblikata mill-impriża/obbligant. Safejn jaf l-emittent u safejn jista' jaċċerta mill-informazzjoni ppubblikata mill-impriża/obbligant ma tħallew barra ebda fatti li jagħmlu l-informazzjoni riprodotta mhux eżatta jew li tqarraq.

Barra minn hekk, identifika s-sors(i) ta' l-informazzjoni fin-Nota tat-titoli li kienet riprodotta fl-informazzjoni ippubblikata mill-impriża/obbligant.

2.

L-ATTIV PRIMARJU

2.1.

Konferma li l-attiv assigurat li qed jiggarantixxi l-ħarġa għandu karatteristiċi li juru l-kapaċità li jipproduċi l-fondi biex jiffinanzja kwalunkwe pagamenti dovuti u pagabbli fuq it-titoli.

2.2.

Dwar pool ta' attiv diskret li jiggarantixxi l-ħarġa:

2.2.1.

Il-ġurisdizzjoni legali li minnha il-pool ta' l-attiv huwa mmexxi

2.2.2.

(a)  Fil-każ ta' numru zgħir ta' obbliganti identifikabbli faċilment, deskrizzjoni ġenerali ta' kull obbligant.

(b)  Fil-każi l-oħrajn kollha, deskrizzjoni ta': il-karatteristiċi ġenerali ta' l-obbliganti; u l-ambjent ekonomiku, kif ukoll informazzjoni ta' statistika globali imsemmija fl-attiv assigurat.

2.2.3.

in-natura legali ta' l-attiv;

2.2.4.

id-data/i ta' l-iskadenza jew il-maturità ta' l-attiv;

2.2.5.

l-ammont ta' l-attiv;

2.2.6.

il-proporzjon tas-self mal-valur jew il-livell ta' kollateralizzazzjoni;

2.2.7.

il-metodu ta' l-oriġinazzjoni jew kreazzjoni ta' l-attiv, u għal fethim ta' self u kreditu, il-kriterji prinċipali tas-self u indikazzjoni ta' kwalunkwe self li ma jissodisfax dawn il-kriterji u kwalunkwe drittijiet jew obbligazzjonijiet li jagħmlu pagamenti futuri;

2.2.8.

indikazzjoni ta' rapreżentazzjonijiet sinfikanti u kollaterali mogħtija lill-emittent dwar l-attiv;

2.2.9.

kwalunkwe drittijiet ta' sostituzzjoni ta' l-attiv u deskrizzjoni tal-mod li bih isir dan u t-tip ta' l-attiv li jista' jiġi ssotitwit; jekk hemm kwalunkwe kapacità li jkun sostitwit attiv b'attiv ta' klassi jew kwalità differenti trid issir dikjarazzjoni dwar dan flimkien ma' deskrizzjoni ta' l-impatt ta' din is-sostituzzjoni;

2.2.10.

deskrizzjoni ta' kwalunkwe poloz ta' assigurazzjoni relevanti li jikkonċernaw l-attiv. Kwalunkwe konċentrazzjoni fuq assiguratur wieħed trid tkun żvelata jekk relevanti għall-operazzjoni.

2.2.11.

Fejn l-attiv jikkonsisti fl-obbligazzjonijiet ta' 5 jew anqas obbliganti li huma persuni ġuridiċi jew fejn l-obbligant jammonta għal 20 % jew aktar ta' l-attiv, jew fejn l-obbligant jammonta għal parti relevanti ta' l-attiv, safejn ikun jaf l-emittent u/jew ikun jista' jaċċerta mill-informazzjoni ippubblikata mill-obbligant(i) indika waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  informazzjoni dwar kull obbligant daqs li kieku kien emittent li qed iħejji dokument ta' reġistrazzjoni għal titoli ta' debitu u derivattivi b'denominazzjoni individwali ta' mill-anqas EUR ►M5  100 000 ◄ ;

(b)  jekk obbligant jew garanti għandhom titoli diġà introdotti kummerċjalment f'suq regolat jew suq ekwivalenti jew l-obbligazzjonijiet huma ggarantiti minn entità introdotta kummerċjalment f'suq regolat jew suq ekwivalenti, l-isem, l-indirizz, il-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni, in-natura tan-negozju u l-isem tas-suq li fih ikun ddaħħlu it-titoli tagħhom.

2.2.12.

Jekk teżisti relazzjoni li hija relevanti għall-ħarġa, bejn l-emittent, il-garanti u l-obbligant, agħti d-dettalji tat-termini prinċipali ta' din ir-relazzjoni.

2.2.13.

Fejn l-attiv jikkonsisti f'obbligazzjonijiet li m'humiex innegozjati f'suq regolat jew suq ekwivalenti, deskrizzjoni tat-termini prinċipali u l-kondizzjonijiet ta' l-obbligazzjonijiet.

2.2.14.

Fejn l-attiv jikkonsisti f'titoli ekwità li huma introdotti kummerċjalment f'suq regolat jew suq ekwivalenti indika dan li ġej:

(a)  deskrizzjoni tat-titoli;

(b)  deskrizzjoni tas-suq li fih huma nnegozjati inkluż id-data ta' meta kienu stabbiliti, kif tigi ippubblikata l-informazzjoni dwar il-prezz, indikazzjoni ta' volumi ta' negozju kull jum, informazzjoni dwar il-livell li għandu s-suq fil-pajjiż u l-isem ta' l-awtorità regolatorja tas-suq;

(ċ)  il-frekwenza li biha l-prezzijiet tat-titoli relevanti, ikunu ippubblikati.

2.2.15.

Fejn aktar minn għaxra (10) fil-mija ta' l-attiv jikkonsisti f'titoli ekwità li m'humiex innegozjati f'suq regolat jew suq ekwivalenti, deskrizzjoni ta' dawn it-titoli ekwità u informazzjoni ekwivalenti għal dik li tkun tinsab fl-iskeda għad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' l-ishma dwar kull emittent ta' dawn it-titoli.

2.2.16.

Fejn parti relevanti ta' l-attiv hija assigurata jew ggarantita bi propjetà mmobbli, rapport ta' vvalutar li jikkonċerna l-propjetà li jistabbilixxi kemm il-valur tal-proprjetà u ċ-ċirkolazzjonijiet tal-flus/dħul.

M'hijiex meħtieġa konformità ma' dan l-iżvelar jekk il-ħarġa hija ta' titoli ggarantiti b'self fuq proprjetà bħala assigurazzjoni, fejn ma kienx hemm ivvalutar mill-ġdid tal-proprjetajiet għall-iskop tal-ħarġa, u jkun iddikjarat b'mod ċar li l-ivvalutar ikkwotat huwa tad-data ta' l-oriġinazzjoni tas-self fuq proprjetà inizjali oriġinali.

2.3.

Dwar pool ta' attiv immaniġġjat attivament u li jiggarantixxi l-ħarġa:

2.3.1.

informazzjoni ekwivalenti għal dik li tinsab fil-punti 2.1 u 2.2 li tippermetti l-istima tat-tip, il-kwalità, is-suffiċjenza u l-likwidità tat-tipi ta' l-attiv fil-portafoll li jkun se jassigura l-ħarġa;

2.3.2.

il-parametri li fihom jistgħu isiru l-investimenti, l-isem u d-deskrizzjoni ta' l-entità responsabbli għal dan l-immaniġġjar inkluż deskrizzjoni tal-kompetenza u l-esperjenza ta' dik l-entità, sommarju tad-disposizzjonijiet li jikkonċernaw it-terminazzjoni tal-ħatra ta' din l-entità u l-ħatra ta' entità maniġerjali alternattiva, u deskrizzjoni tar-relazzjoni ta' dik l-entità'ma' kwalunkwe partijiet oħrajn kontraenti fil-ħarġa.

2.4.

Fejn emittent jipproponi li joħroġ aktar titoli ggarantiti bl-istess attiv, dikjarazzjoni prominenti li tikkonferma dan u sakemm dawn it-titoli addizzjonali m'humiex fungible ma' jew huma subordinati għal dawk il-klassijiet ta' debitu eżistenti, deskrizzjoni ta' kif id-detenturi ta' dik il-klassi se jkunu informati.

3.

L-ISTRUTTURA U Ċ-ĊIRKOLAZZJONI TAL-FLUS

3.1.

Deskrizzjoni ta' l-struttura ta' l-operazzjoni, inkluż, jekk meħtieġ, diagramma ta' l-istruttura.

3.2.

Deskrizzjoni ta' l-entitajiet li qed jipparteċipaw fil-ħarġa u deskrizzjoni tal-funzjonijiet li għandhom jitwettqu minnhom.

3.3.

Deskrizzjoni tal-metodu u d-data tal-bejgħ, it-trasferiment, novazzjoni jew allokar ta' l-attiv jew ta' kwalunkwe drittijiet u/jew l-obbligazzjonijiet fl-attiv ta' l-emittent jew, fejn applikabbli, il-mod li bih u l-perjodu ta' żmien li fih l-introjtu mill-ħarġa se jkun investit kollu mill-emittent.

3.4.

Spjegazzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-fondi inkluż:

3.4.1.

kif iċ-ċirkolazzjoni tal-flus mill-attiv se twettaq l-obbligazzjonijiet ta' l-emittent's lejn id-detenturi tat-titoli, inkluż, jekk meħtieġ, tabella ta' finanzjament u deskrizzjoni tat-teoriji użati fl-iżvilupp ta' din it-tabella;

3.4.2.

informazzjoni dwar kwalunkwe titjib fil-kreditu, indikazzjoni ta' fejn jistgħu iseħħu nuqqasijiet relevanti fil-likwidità potenzali u d-disponibbiltà ta' kwalunkwe għajnuniet għall-likwidità u indikazzjoni ta' disposizzjonijiet stabbiliti biex ikopru r-riskji ta' nuqqasijiet fl-imgħax/kapital;

3.4.3.

bla ħsara għall-punt 3.4.2, dettalji ta' kwalunkwe finanzjament ta' debitu subordinat;

3.4.4.

indikazzjoni ta' kwalunkwe parametri ta' investiment għal investiment ta' taż-żejjed li jibqa' minn likwidità temporanja u deskrizzjoni tal-partijiet responsabbli għal investiment bħal dan;

3.4.5.

kif jinġabru l-pagamenti li jikkonċernaw l-attiv;

3.4.6.

l-ordni ta' priorità ta' pagamenti magħmula mill-emittent lid-detenturi tal-klassi tat-titoli imsemmija;

3.4.7.

dettalji ta' kwalunkwe arranġamenti oħrajn li fuqhom jiddependu l-pagamenti ta' imgħax u kapital;

3.5.

l-isem, l-indirizz u l-attivitajiet tan-negozju sinifikanti ta' l-oriġinaturi ta' l-attiv assigurat.

3.6.

Fejn id-dħul minn, u/jew il-pagament lura ta' titolu huma marbuta mar-rendiment jew kreditu ta' attiv ieħor li mhux attiv ta' l-emittent, il-punti 2.2 u 2.3 huma meħtieġa;

3.7.

l-isem, l-indirizz u l-attivitajiet tan-negozju sinifikanti ta' l-amministratur, l-aġent tal-kalkolu jew ekwivalenti, flimkien ma' sommarju tar-responsabbiltajiet ta' l-amministratur/aġenti tal-kalkolu, ir-relazzjoni tagħhom ma' l-oriġinatur jew il-kreatur ta' l-attiv u s-sommarju tad-disposizzjonijiet li jikkonċernaw it-terminazzjoni tal-ħatra ta' l-amministratur/aġenti tal-kalkolu u l-ħatra ta' amministratur/aġenti tal-kalkolu alternattivi;

3.8.

l-ismijiet u l-indirizzi u deskrizzjoni qasira ta':

(a)  kwalunkwe kontropartijiet ta' bdil u kwalunkwe fornituri ta' forom oħrajn materjali ta' titjib fil-kreditu/likwidità;

(b)  il-banek li fihom jinsabu l-kontijiet ewlenin li jikkonċernaw l-operazzjoni.

4.

L-IRRAPPORTAR TA' WARA L-ĦARĠA

4.1.

Indikazzjoni fil-prospett dwar jekk huwiex jew le intenzjonat li jipprovdi informazzjoni dwar l-operazzjoni wara l-ħruġ tagħha dwar titoli li għandhom ikunu introdotti kummerċjalment u r-rendiment tal-kollateral primarju. Fejn l-emittent indika li għandu l-intenzjoni li jirraporta din l-informazzjoni, semmi fil-prospett liema informazzjoni se tkun rapportata, minn fejn din l-informazzjoni tista' tinkiseb, u l-frekwenza li biha din l-informazzjoni se tkun irrapportata.




ANNESS IX

Ir-Rekwiżiti Minimi Ta' Svelar Għad-Dokument Ta' Reġistrazzjoni Tat-Titoli Ta' Debitu U Derivattivi (skeda)

(Titoli ta' debitu u derivattivi b' denominazzjoni ta' mill-anqas EUR ►M5  100 000 ◄ kull unità)



1.

PERSUNI RESPONSABBLI

1.1.

Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fid-dokument ta' reġistrazzjoni u, kif ikun il-każ, għal ċertu partijiet tiegħu, ma', fil-każ ta' l-aħħar, indikazzjoni ta' dawn il-partijiet. Fil-każ ta' persuni naturali inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni ta' l-emittent indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta' persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċju reġistrat.

1.2.

Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta' reġistrazzjoni hija, sa' fejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha. Skond kif ikun il-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċertu partijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fil-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha.

2.

AWDITURI STATUTORJI

2.1.

L-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awdituri ta' l-emittent għall-perjodu kopert mil-informazzjoni finanzjarja storika (flimkien mas-sħubija f'korp professjonali).

2.2.

Jekk xi awdituri irriżenjaw, tneħħew jew ma ġewx maħtura mill-ġdid matul il-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, indika d-dettalji jekk huma relevanti.

3.

FATTURI TA' RISKJU

3.1.

Żvelar prominenti ta' fatturi ta' riskju li jistgħu jaffetwaw il-kapaċità ta' l-emittent li jwettaq l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt it-titoli lill-investituri fit-taqsima intitolata “Fatturi ta' riskju”.

4.

INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

4.1.

L-istorja u l-iżvilupp ta' l-emittent

4.1.1.

L-isem legali u kummerċjali ta' l-emittent;

4.1.2.

Il-post ta' registrazzjoni ta' l-emittent u n-numru ta' reġistrazzjoni tiegħu;

4.1.3.

Id-data ta' l-inkorporazzjoni u t-tul tal-validità ta' l-emittent, ħlief fejn hija ndefinita;

4.1.4.

Il-forma domiċiljari u legali ta' l-emittent, il-leġislazzjoni li taħtha jopera l-emittent, il-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni tiegħu, u l-indirizz u n-numru tat-telefon ta' l-uffiċċju reġistrat tiegħu (jew il-post prinċipali tan-negozju jekk differenti mill-uffiċju reġistrat);

4.1.5.

kwalunkwe avvenimenti riċenti partikolari għall-emittent li huma ta' portata materjali relevanti għall-evalwazzjoni tas-solvibbiltà ta' l-emittent.

5.

SOMMARJU DWAR IN-NEGOZJU

5.1.

L-attivitajiet prinċipali:

5.1.1

Deskrizzjoni qasira ta' l-attivitajiet prinċipali ta' l-emittent fejn għandhom jissemmew il-kategoriji ewlenin ta' prodotti mibjugħa u/jew servizzi mwettqa;

5.1.2.

Il-bażi għal kwalunkwe dikjarazzjonijiet fid-dokument ta' reġistrazzjoni magħmula mill-emittent dwar il-posizzjoni kompetittiva tiegħu.

6.

L-ISTRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

6.1.

Jekk l-emittent huwa parti minn grupp, deskrizzjoni qasira tal-grupp u tal-posizzjoni ta' l-emittent fil-grupp.

6.2.

Jekk l-emittent huwa dipendenti fuq entitajiet oħrajn fil-grupp, dan għandu jissemma b'mod ċar flimkien ma' spjegazzjoni ta' din id-dipendenza.

7.

INFORMAZZJONI DWAR XEJRIET

7.1.

Inkludi dikjarazzjoni li ma kien hemm l-ebda tibdil relevanti kuntrarju fil-prospetti ta' l-emittent mid-data ta' l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tiegħu.

Fil-każ li l-emittent mhux f'posizzjoni li jagħmel dikjarazzjoni bħal din, ipprovdi d-dettalji ta' dan it-tibdil relevanti kuntrarju.

8.

TBASSIR JEW STIMI TAL-PROFITT

Jekk emittent jagħżel li jinkludi tbassir tal-profitt jew stima tal-profitt id-dokument ta' reġistrazzjoni irid ikun fih l-informazzjoni stabbilita fil-punti 8.1 u 8.2:

8.1.

Dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-teoriji prinċipali li fuqhom l-emittent ibbaża t-tbassir, jew l-istima tiegħu.

Għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn it-teoriji dwar il-fatturi li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni jistgħu jinfluwenzaw u t-teoriji dwar il-fatturi li huma esklussivament barra mill-influwenza tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni; it-teoriji iridu jkunu jinftehmu mill-investituri, ikunu speċifiċi u preċiżi u ma jikkonċernawx l-eżattezza ġenerali ta' l-istimi marbuta mat-tbassir.

8.2.

Kwalunkwe tbassir tal-profitt stabbilit fid-dokument ta' reġistrazzjoni irid ikun akkumpanjat b'dikjarazzjoni li tikkonferma li t-tbassir imsemmi kien ippreparat korrettament fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi ta' l-ikkontjar hija konsistenti mal-politika ta' l-ikkontjar ta l-emittent.

8.3.

It-tbassir tal-profitt jew l-istima iridu jkunu ppreparati fuq bażi komparabbli ma' l-informazzjoni finanzjarja storika.

9.

KORPI AMMINISTRATTIVI, MANIĠERJALI, U TA' SUPERVIŻJONI

9.1.

L-ismijiet, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet tal-persuni li ġejjin ta' l-emittent u indikazzjoni ta' l-attivitajiet prinċipali imwettqa minnhom 'l barra mill-emittent fejn dawn huma sinifikanti fil-kuntest ta' dak l-emittent:

(a)  il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni;

(b)  is-sħab b'responsabbiltà mhux limitata, fil-każ ta' sħubija limitata b'kapital azzjonarju;

9.2.

Konflitti ta' interess ta' korpi amministrattivi, maniġerjali, u ta' superviżjoni

Konflitti ta' interess potenzali bejn kwalunkwe doveri ta' l-emittent, tal-persuni imsemmija fil-punt 9.1 u l-interessi privati tagħhom u jew doveri oħrajn għandhom jiġu ddikjarati b'mod ċar. Fil-każ li m'hemmx konflitti bħal dawn, trid issir dikjarazzjoni li tikkonferma dan.

10.

L-AZZJONISTI MAĠĠURI

10.1.

Safejn l-emittent ikun jaf, għid jekk l-emittent direttament jew indirettament għandux sid jew huwa kkontrollat u minn min u ddeskrivi in-natura ta' dan il-kontroll u ddeskrivi il-miżuri fis-seħħ biex ikun żgurat li dan il-kontroll ma jkunx abbużat.

10.2.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe arranġamenti, magħrufa mill-emittent, li t-tħaddim tagħhom jista' f'xi data sussegwenti jirriżulta f'tibdil fil-kontroll ta' l-emittent.

11.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA LI TIKKONĊERNA L-ATTIV U L-PASSIV TA' EMITTENT, IL-POSIZZJONI FINANZJARJA U L-PROFITTI U T-TELF

11.1.

Informazzjoni finanzjarja storika

Informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri s-sentejn finanzjarji l-aktar riċenti (jew perjodu simili iqsar li fih l-emittent kien qed jopera), u r-rapport ta' awditjar dwar kull sena. ►M2   Jekk emittent jkun biddel id-data tar-referenza tal-kontabilità tiegħu matul il-perjodu li għalih intalbet l-informazzjoni finanzjarja storika, l-informazzjoni storika vverifikata trid tkopri mill-inqas 24 xahar, jew il-perjodu kollu li l-emittent ilu jopera, liema jkun l-anqas. ◄ Din l-informazzjoni finanzjarja trid tkun ippreparata skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali ta' l-Istat Membru għal emittenti mill-Komunità. Għal emittenti minn pajjiż terz, din l-informazzjoni finanzjarja trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Jekk dan mhux il-każ, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fid-dokument ta' reġistrazzjoni:

(a)  dikjarazzjoni prominenti li l-informazzjoni finanzjarja inkluża fid-dokument ta' reġistrazzjoni ma ġietx ippreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar internazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u li jista' jkun hemm differenzi relevanti fl-informazzjoni finanzjarja li kieku r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 kien applikat għall-informazzjoni finanzjarja storika;

(b)  immedjatament wara l-informazzjoni finanzjarja storika deskrizzjoni narrattiva tad-differezi bejn l-i standards ta' l-ikkontjar internazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji ta' l-ikkontjar adottati mill-emittent fil-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tiegħu.

L-informazzjoni finanzjarja storika tas-sena l-aktar riċenti għandha tkun ippreżentata u ppreparata f'forma konsistenti ma' dik li tkun se tiġi adottata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ippubblikati li jmiss ta' l-emittent b'kunsiderazzjoni għall-i standards ta' l-ikkontjar u l-politika u l-leġislazzjoni applikabbli għal dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali bħal dawn.

Jekk l-informazzjoni finanzjarja awditjata hija ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali, l-informazzjoni finanzjarja meħtieġa taħt dan it-titlu trid tinkludi mill-anqas dan li ġej:

(a)  karta tal-bilanċ;

(b)  dikjarazzjoni tad-dħul;

(ċ)  il-politika ta' l-ikkontjar u noti ta' spjegazzjoni.

L-informazzjoni finanzjarja storika annwali trid tkun awditjata indipendentament jew rapportata b'mod li tagħtix jew le, għall-iskopijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni, stampa vera u ġusta, skond l-i standards ta' l-awditajar applikabbli fi Stat Membru jew standard ekwivalenti. Jekk dan mhux il-każ, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fid-dokument ta' reġistrazzjoni:

(a)  dikjarazzjoni prominenti li tiżvela liema standards ta' awditjar ġew applikati;

(b)  spjegazzjoni ta' kwalunkwe nuqqas ta' osservanza ta' l-I standards ta' Awditjar Internazzjonali.

11.2.

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji

Jekk l-emittent jipprepara kemm id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tiegħu u kemm dawk kkonsolidati, inkludi mill-anqas id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali kkonsolidati fid-dokument ta' reġistrazzjoni.

11.3.

Awditjar ta' l-informazzjoni finanzjarja annwali storika

11.3.1.

Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika ġiet awditjata. Jekk ir-rapporti ta' l-awditjar dwar l-informazzjoni finanzjarja storika kienu rrifjutati mill-awdituri statutorji jew jekk fihom kwalifiki jew disclaimers, dan ir-rifjut jew dawn il-kwalifiki jew disclaimers għandhom ikunu riprodotti kollha u r-raġunijiet mogħtija.

11.3.2.

Indikazzjoni ta' informazzjoni oħra fid-dokument ta' reġistrazzjoni li kienet awditjata mill-awdituri.

11.3.3.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja fid-dokument ta' reġistrazzjoni m'hijiex meħuda mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ta' l-emittent agħti s-sors ta' l-informazzjoni u ddikjara li l-informazzjoni m'hijiex awditjata.

11.4.

Iż-żmien ta' l-aħħar informazzjoni finanzjarja

11.4.1.

L-aħħar sena ta' l-informazzjoni finanzjarja awditjata ma tistax tkun eqdem minn 18-il xahar mid-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

11.5.

Proċeduri legali u ta' arbitraġġ

Informazzjoni dwar kwalunkwe proċeduri governattivi, legali jew ta' arbitraġġ (inkluż kwalunkwe proċeduri bħal dawn li huma pendenti jew mhedda u li l-emittent jaf bihom), matul perjodu li jkopri mill-anqas it-12-il xahar ta' qabel li jista' jkollhom, jew kellhom effetti sinifikanti fuq il-passat riċenti tal-posizzjoni finanzjarja jew il-profittabilità ta' l-emittent u/jew il-grupp tiegħu, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

11.6.

Tibdil sinifikanti fil-posizzjoni finanzjarja jew kummerċjali ta' l-emittent

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe tibdil sinifikanti fil-posizzjoni finanzjarja jew kummerċjali tal-grupp li seħħ mit-tmiem ta' l-aħħar perjodu finanzjarju li għalih ġew ippubblikati jew informazzjoni finanzjarja awditjata inkella informazzjoni finanzjarja proviżorja, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

12.

KUNTRATTI RELEVANTI

Sommarju qasir ta' kull kuntratt relevanti li ma daħlux fis-seħħ fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, li jistgħu jirriżultaw fi kwalunkwe membru tal-grupp li huwa marbut b'obbligazzjoni jew dritt li huma relevanti għall-kapaċità ta' l-emittent li jwettaq l-obbligazzjoni tiegħu lejn id-detenturi ta' titoli dwar titoli maħruġa.

13.

INFORMAZZJONI TA' TERZI PERSUNI U DIKJARAZZJONI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA' KWALUNKWE INTERESS

13.1.

Fejn dikjarazzjoni jew rapport li huwa attribwit lil xi persuna bħala espert jiġu inklużi fid-dokument ta' reġistrazzjoni, ipprovdi isem din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interessi relevanti jekk hemm ta' l-emittent. Jekk ir-rapport tħejja fuq talba ta' l-emittent ipprovdi dikjarazzjoni li tikkonferma li dikjarazzjoni jew rapport huma nklużi, il-forma u l-kuntest li fih huma inklużi, bil-kunsens tal-persuna li awtorizzat il-kontenut ta' dik il-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

13.2.

Informazzjoni minn terzi persuni

Meta s-sors ta' l-informazzjoni tkun terza persuna, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni kienet riprodotta b'mod eżatt u li safejn jaf l-emittent u safejn jista' jaċċerta mill-informazzjoni ppubblikata minn dik it-terza persuna, ma tħallew barra ebda fatti li jagħmlu l-informazzjoni riprodotta mhux eżatta jew li tqarraq. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) ta' l-informazzjoni.

14.

DOKUMENTI MURIJA

Dikjarazzjoni li għal kemm idum validu d-dokument ta' reġistrazzjoni id-dokumenti (jew kopji tiegħu), fejn applikabbli, jistgħu jiġu spezzjonati:

(a)  il-memorandum u l-artikli ta' assoċjazzjoni ta' l-emittent;

(b)  ir-rapporti, l-ittri, u d-dokumenti l-oħrajn kollha, l-informazzjoni finanzjarja storika, ivvalutar u dikjarazzjonijiet ippreparati minn kwalunkwe espert fuq talba ta' l-emittent li kwalunkwe parti minnhom hija inkluża jew imsemmija fid-dokument ta' reġistrazzjoni;

(ċ)  l-informazzjoni finanzjarja storika ta' l-emittent jew, fil-każ ta' grupp, l-informazzjoni finanzjarja storika għall-emittent u l-impriżi sussidjarji tiegħu għal kull waħda mis-sentejn finanzjarji li jippreċedu l-pubblikazzjoni tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

Indikazzjoni ta' fejn id-dokumenti murija jistgħu jiġu spezzjonati, b'mezzi fiżiċi jew elettroniċi.




ANNESS X

Il-ħtiġijiet minimi ta' żvelar għar-riċevuti tad-depositu maħruġa fuq ishma (skeda)



 

INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT TA' L-ISHMA PRIMARJI

1.

PERSUNI RESPONSABBLI

1.1.

Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett u, kif ikun il-każ, għal ċertu partijiet tiegħu, ma', fil-każ ta' l-aħħar, indikazzjoni ta' dawn il-partijiet. Fil-każ ta' persuni naturali inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni ta' l-emittent indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta' persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċju reġistrat.

1.2.

Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għall-prospett li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fil-prospett hija, sa' fejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnu li jista jaffetwa l-importanza tiegħu. Skond kif ikun il-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċertu partijiet tal-prospett li l-informazzjoni li tinsab fil-parti tal-propsett li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnu li jista jaffetwa l-importanza tiegħu.

2.

AWDITURI STATUTORJI

2.1.

L-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awdituri ta' l-emittent għall-perjodu kopert mil-informazzjoni finanzjarja storika (flimkien mas-sħubija f'korp professjonali).

2.2.

Jekk xi awdituri irriżenjaw, tneħħew jew ma ġewx maħtura mill-ġdid matul il-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, indika d-dettalji jekk huma relevanti.

3.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA MAGĦŻULA

3.1.

Informazzjoni finanzjarja storika magħżula li tikkonċerna l-emittent, ippreżentata għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, u kwalunkwe perjodu finanzjarju proviżorju sussegwenti, fl-istess munita bħall-informazzjoni finanzjarja.

L-informazzjoni finanzjarja storika magħżula għandha tipprovdi il-figuri ewlenin li jispjegaw fil-qosor il-kondizzjoni finanzjarja ta' l-emittent.

3.2.

Jekk tkun pprovduta xi informazzjoni finanzjarja magħżula għall-perjodi proviżorji, trid tiġi pprovduta wkoll informazzjoni komparattiva mill-istess perjodu fis-sena finanzjarja ta' qabel, ħlief li l-ħtieġa għall-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ tkun sodisfatta bil-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta' l-aħħar tas-sena.

4.

FATTURI TA' RISKJU

Żvelar prominenti ta' fatturi ta' riskju li huma speċifiċi għall-emittent jew l-industrija tiegħu fit-taqsima intitolata “Fatturi ta' riskju”.

5.

INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

5.1.

L-istorja u l-iżvilupp ta' l-emittent

5.1.1.

L-isem legali u kummerċjali ta' l-emittent;

5.1.2.

Il-post ta' registrazzjoni ta' l-emittent u n-numru ta' reġistrazzjoni tiegħu;

5.1.3.

Id-data ta' l-inkorporazzjoni u t-tul tal-validità ta' l-emittent, ħlief fejn hija ndefinita

5.1.4.

Il-forma domiċiljari u legali ta' l-emittent, il-leġislazzjoni li taħtha jopera l-emittent, il-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni tiegħu, u l-indirizz u n-numru tat-telefon ta' l-uffiċċju reġistrat tiegħu (jew il-post prinċipali tan-negozju jekk differenti mill-uffiċju reġistrat);

5.1.5.

L-avvenimenti importanti fl-iżvilupp tan-negozju ta' l-emittent.

5.2.

Investimenti

5.2.1.

Deskrizzjoni, (inkluż l-ammont) ta' l-investimenti prinċipali ta' l-emittent għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika sad-data tal-prospett;

5.2.2.

Deskrizzjoni ta' l-investimenti prinċipali ta' l-emittent li huma attivi, inkluż id-distribuzzjoni ġeografika ta' dawn l-investimenti (lokali u barra) u l-metodu ta' finanzjament (intern jew estern)

5.2.3.

Informazzjoni dwar l-investimenti prinċipali futuri ta' l-emittent li fuqhom il-korpi maniġerjali diġa għamlu rabtiet sodi.

6.

SOMMARJU DWAR IN-NEGOZJU

6.1.

L-attivitajiet prinċipali

6.1.1.

Deskrizzjoni tan-natura ta' l-operazzjonijiet u l-attivitajiet prinċipali ta' l-emittent, u l-fatturi ewlenin li jikkonċernawhom, li jispjegaw il-kategoriji ewlenin tal-prodotti mibjugħa u/jew is-servizzi imwettqa għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika;

6.1.2.

Indikazzjoni ta' kwalunkwe prodotti u/jew servizzi ġodda sinifikanti li ġew introdotti u, jekk l-iżvilupp ta' prodotti jew servizzi ġodda ikun pubblikament żvelat, għandu jissemma l-istat ta' dan l-iżvilupp.

6.2.

Swieq prinċipali

Deskrizzjoni tas-swieq prinċipali li fihom jikkompeti l-emittent, inkluż rendikont tad-dħul totali skond il-kategorija ta' l-attività u s-suq ġeografiku għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika.

6.3.

Fejn l-informazzjoni mogħtija skond il-punti 6.1 u 6.2 kienet influwenzata minn fatturi eċċezzjonali, semmi dan il-fatt.

6.4.

Jekk huwa relevanti għan-negozju jew profitabilità ta' l-emittent, sommarju ta' l-informazzjoni dwar il-grad tad-dipendenza ta' l-emittent, fuq il-patenti jew liċenzi, kuntratti industrijali, kummerċjali jew finanzjarji jew proċessi ġodda tal-manifattura.

6.5.

Il-bażi għal kwalunkwe dikjarazzjonijiet magħmula mill-emittent dwar il-posizzjoni kompettitiva tiegħu.

7.

L-ISTRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

7.1.

Jekk l-emittent huwa parti minn grupp, deskrizzjoni qasira tal-grupp u tal-posizzjoni ta' l-emittent fil-grupp.

7.2.

Lista tas-sussidjarji sinifikanti ta' l-emittent, inkluż l-isem, il-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni jew residenza, il-proporzjon ta' l-interess proprjetarju u, jekk differenti, il-proporzjon tal-saħħa tal-vot li għandu.

8.

PROPRJETÀ, IMPJANTI W APPARAT

8.1.

Informazzjoni dwar kwalunkwe attiv fiss tanġibbli eżistenti jew ippjanat, inkluż proprjetajiet mikrija, u kwalunkwe impedimenti maġġuri fuqhom.

8.2.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe kwistjonijiet ambjentali li jistgħu jaffetwaw l-utilizzazzjoni ta' l-attiv fiss tanġibbli ta' l-emittent l-attiv fiss tanġibbli.

9.

REVIŻJONI OPERATTIVA U FINANZJARJA

9.1.

Il-kondizzjoni finanzjarja

Sakemm mhux kopert x'imkien ieħor fid-dokument ta' reġistrazzjoni, ipprovdi deskrizzjoni tal-kondizzjoni finanzjarja ta' l-emittent, tibdil fil-kondizzjoni finanzjarja u r-riżultati ta' l-operazzjonijiet għal kull sena u perjodu proviżorju, li għalihom l-informazzjoni finanzjarja storika hija meħtieġa, inkluż il-kawżi tat-tibdil materjali minn sena għal sena fl-informazzjoni finanzjarja sa fejn huwa meħtieġ biex ikun mifhum in-negozju sħiħ ta' l-emittent.

9.2.

Ir-riżultati operattivi

9.2.1.

Informazzjoni dwar fatturi sinifikanti, inkluż avvenimenti mhux tas-soltu jew mhux frekwenti jew żviluppi ġodda, li jaffetwaw materjalment id-dħul mill-operazzjonijiet ta' l-emittent, li tindika kemm id-dħul kien affetwat.

9.2.2.

Fejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jiżvelaw tibdil materjali fil-bejgħ u d-dħul nett, ipprovdi diskussjoni narrattiva tar-raġunijiet għal dan it-tibdil.

9.2.3.

Informazzjoni dwar kwalunkwe policies governattivi, ekonomiċi, fiskali, monetarji jew politiċi jew fatturi li affetwaw materjalment, jew jistgħu jaffetwaw materjalment, direttament jew indirettament, l-operazzjonijiet ta' l-emittent.

10.

IR-RIŻORSI KAPITALI

10.1.

Informazzjoni dwar ir-riżorsi kapitali ta' l-emittent (kemm għal żmien qasir jew twil);

10.2.

Spjegazzjoni tas-sorsi u l-ammonti ta', u deskrizzjoni narrattiva, taċ-ċirkolazzjonijiet tal-flus ta' l-emittent;

10.3.

Informazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta' self u l-istruttura ta' finanzjament ta' l-emittent;

10.4.

Informazzjoni dwar kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-użu tar-riżorsi kapitali li affetwaw materjalment, jew jistgħu jaffetwaw materjalment, direttament jew indirettament, l-operazzjonijiet ta' l-emittent.

10.5.

Informazzjoni dwar is-sorsi ta' finanzjament antiċipati meħtieġa biex ikunu ssodisfati l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punti 5.2.3 u 8.1.

11.

RIĊERKA U ŻVILUPP, PATENTI U LIĊENZI

Fejn hu relevanti, ipprovdi deskrizzjoni tal-politika ta' riċerka u żvilupp ta' l-emittent għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, inkluż l-ammont minfuq fuq l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp iffinanzjati mill-emittent.

12.

INFORMAZZJONI DWAR XEJRIET

12.1.

Ix-xejriet riċenti l-aktar sinifikanti fil-produzzjoni, il-bejgħ u l-inventarju, u l-ispejjeż u l-prezzijiet tal-bejgħ mit-tmiem ta' l-aħħar sena finanzjarja sad-data tal-prospett.

12.2.

Informazzjoni dwar kwalunkwe xejriet magħrufa, inċertezzi, talbiet, rabtiet jew avvenimenti li raġonevolment x'aktarx li jkollhom effett materjali fuq il-prospetti ta' l-emittent għal mill-anqas is-sena finanzjarja kurrenti.

13.

TBASSIR JEW STIMI TAL-PROFITT

Jekk emittent jagħżel li jinkludi tbassir tal-profitt jew stima tal-profitt il-prospett irid ikun fih l-informazzjoni stabbilita fil-punti 13.1 u 13.2.

13.1.

Dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-teoriji prinċipali li fuqhom l-emittent ibbaża t-tbassir, jew l-istima tiegħu.

Għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn it-teoriji dwar il-fatturi li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni jistgħu jinfluwenzaw u t-teoriji dwar il-fatturi li huma esklussivament barra mill-influwenza tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni; it-teoriji iridu jkunu jinftehmu mill-investituri, ikunu speċifiċi u preċiżi u ma jikkonċernawx l-eżattezza ġenerali ta' l-istimi marbuta mat-tbassir.

▼M6

13.2.

Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjara li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk tkun differenti minn dik responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova dik l-informazzjoni;

(b)  accountants jew awdituri indipendenti qablu li l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss;

(c)  din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.

▼B

13.3.

It-tbassir tal-profitt jew l-istima iridu jkunu ppreparati fuq bażi komparabbli ma' l-informazzjoni finanzjarja storika.

13.4.

Jekk it-tbassir tal-profitt fi prospett li diġa ġie ppubblikat mill-emittent għadu dovut, ipprovdi dikjarazzjoni li tistabbilixxi jekk it-tbassir għadux korrett jew le fil-ħin tad-dokument ta' reġistrazzjoni, u spegazzjoni dwar għaliex dan it-tbassir m'għadux validu jekk dan ikun il-każ.

14.

KORPI AMMINISTRATTIVI, MANIĠERJALI, U TA' SUPERVIŻJONI U L-AMMINISTRAZZJONI GĦOLJA

14.1.

L-ismijiet, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet tal-persuni li ġejjin ta' l-emittent u indikazzjoni ta' l-attivitajiet prinċipali imwettqa minnhom 'l barra minn dak l-emittent fejn dawn huma sinifikanti fil-kuntest ta' dak l-emittent:

(a)  il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni;

(b)  is-sħab b'responsabbiltà mhux limitata, fil-każ ta' sħubija limitata b'kapital azzjonarju;

(ċ)  il-fundaturi, jekk l-emittent ilu stabbilit għal anqas minn ħames snin;

(d)  kwalunkwe manager għoli li huwa relevanti biex jistabbilixxi li l-emittent għandu l-kompetenza u l-esperjenza xierqa għall-ġestjoni tan-negozju ta' l-emittent.

In-natura ta' kwalunkwe relazzjoni fil-familja bejn kwalunkwe wieħed minn dawn il-persuni.

Fil-każ ta' kull membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni ta' l-emittent u ta' kull persuna imsemmija fil-punti (b) u (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu, id-dettalji tal-kompetenza maniġerjali u l-esperjenza relevanti ta' din il-persuna u l-informazzjoni li ġejja:

(a)  l-ismijiet tal-kumpanniji u partnerships li tagħhom din il-persuna kienet membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni tagħhom jew sħab fi kwalunkwe żmien fil-ħames snin ta' qabel, b'indikazzjoni dwar jekk l-individwu għadux jew le membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni jew sħab tagħhom. Mhux meħtieġ li ssir lista tas-sussidjarji kollha ta' l-emittent li tagħhom il-persuna hija wkoll membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni;

(b)  kwalunkwe kundanni mill-qorti fuq offiżi ta' frodi għal mill-anqas il-ħames snin ta' qabel;

(ċ)  dettalji ta' kwalunkwe fallimenti, ordnijiet ta' amministrazzjoni jew likwidazzjonijiet li magħhom il-persuna deskritta fil-punti (a) u (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu li kienet qed taġixxi fil-kapaċità ta' kwalunkwe waħda mill-posizzjonijiet stabbiliti f'(a) u (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu kienet assoċjata għal mill-anqas il-ħames snin ta' qabel;

(d)  dettalji ta' kwalunkwe inkriminazzjoni pubblika uffiċjali u/jew sanzjonijiet ta' din il-persuna minn awtoritajiet statutorji jew regolatorji (inkluż korpi professjonali maħtura) u jekk din il-persuna qatt kienitx skwalifikata mill-qorti milli taġixxi bħala membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni ta' emittent jew milli taġixxi fil-ġestjoni jew il-kondotta ta' l-affari ta' kwalunkwe emittent għal mill-anqas il-ħames snin ta' qabel.

Jekk m'hemmx informazzjoni bħal din x'tiġi żvelata, trid issir dikjarazzjoni li tikkonferma dan.

14.2.

Konflitti ta' interess ta' korpi amministrattivi, maniġerjali, u ta' superviżjoni u ta' l-amministrazzjoni għolja

Konflitti ta' interess potenzali bejn kwalunkwe doveri ta' l-emittent, tal-persuni imsemmija fil-punt 14.1 u l-interessi privati tagħhom u jew doveri oħrajn għandhom jiġu ddikjarati b'mod ċar. Fil-każ li m'hemmx konflitti bħal dawn, trid issir dikjarazzjoni li tikkonferma dan.

Kwalunkwe arranġament jew ftehim ma' azzjonisti maġġuri, konsumaturi, fornituri jew oħrajn, li magħom kwalunkwe persuna imsemmija fil-punt 14.1 kienet magħżula bħala membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni jew membru ta' l-amministrazzjoni għolja.

Dettalji ta' kwalunkwe restrizzjonijiet maqbula mill-persuni imsemmija fil-punt 14.1 dwar it-tnaqqis matul perjodu speċifiku ta' żmien fil-valur detenut fit-titoli ta' l-emittent.

15.

REMUNERAZZJONI U BENEFIĊĊJI

Dwar l-aħħar sena finanzjarja sħiħa għal dawk il-persuni imsemmija fil-punti (a) u (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu tal-punt 14.1:

15.1.

L-ammont ta' remunerazzjoni imħallsa (inkluż kwalunkwe kumpens ta' kontinġenza jew diferit), u benefiċċji in natura mogħtija lil persuni bħal dawn mill-emittent u s-sussidjarji tiegħu għal servizzi fil-kapaċitajiet kollha lill-emittent u s-sussidjarji tiegħu minn kwalunkwe persuna.

Din l-informazzjoni trid tingħata fuq bażi individwali sakemm ma jkunx meħtieġ żvelar individwali fil-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-emittent u ma jkunx żvelat pubblikament b'mod ieħor mill-emittent.

15.2.

L-ammonti totali imwarrba jew akkumulati mill-emittent jew is-sussidjarji tagħhom biex jipprovdi pensjoni, ta' l-irtirar jew benefiċċji simili.

16.

PRATTIĊI TAL-BORD

Dwar l-aħħar sena finanzjarja sħiħa ta' l-emittent, u sakemm mhux speċifikat b'mod ieħor, dwar dawk il-persuni imsemmija fil-punt (a) ta' l-ewwel sottoparagrafu ta' 14.1:

16.1.

Id-data ta' l-iskadenza tal-kariga kurrenti, jekk applikabbli, u l-perjodu li matulu l-persuna serviet f'din il-kariga.

16.2.

Informazzjoni dwar kuntratti ta' servizz tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni ma' l-emittent jew ta' kwalunkwe miss-sussidjarji tagħhom li jipprovdu benefiċċji fit-tmiem ta' l-impjieg, jew dikjarazzjoni negattiva xierqa.

16.3.

Informazzjoni dwar il-kumitat ta' l-awditjar u l-kumitat ta' remunerazzjoni ta' l-emittent, inkluż l-ismijiet tal-membri tal-kumitat u sommarju dwar it-termini ta' referenza li taħthom jopera l-kumitat.

16.4.

Dikjarazzjoni dwar jekk l-emittent jikkonformax jew le mar-reġim(i) tat-tmexxija korporattiva tal-pajjiż tiegħu ta' l-inkorporazzjoni. Fil-każ li l-emittent ma jikkonformax ma' reġim bħal dan, trid tiġi inkluża dikjarazzjoni li tikkonferma dan flimkien ma' spjegazzjoni dwar għaliex l-emittent ma jikkonformax ma' reġim bħal dan.

17.

IMPJEGATI

17.1.

Jew in-numru ta' impjegati fit-tmiem tal-perjodu jew il-medja ta' kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika sad-data tal-prospett (u t-tibdil f'dawn in-numri, jekk relevanti) u, jekk possibbli u relevanti, rendikont tal-persuni impjegati skond il-kategorija ewlenija ta' l-attività u l-post ġeografiku. Jekk l-emittent jimpjega numru sinifikanti ta' impjegati temporanji, inkludi informazzjoni dwar in-numru medju ta' impjegati temporanji matul is-sena finanzjarja l-aktar riċenti.

17.2.

Pussess ta' isħma u l-għażliet fuq l-istokk

Dwar kull persuna imsemmija fil-punti (a) u (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu tal-punt 14.1. ipprovdi informazzjoni dwar il-pussess ta' l-ishma u kwalunkwe għażliet fuq dawn l-ishma ta' l-emittent fid-data prattikabbli l-aktar riċenti.

17.3.

Deskrizzjoni dwar kwalunkwe arranġamenti biex l-imġjegati jiġu nvoluti fil-kapital ta' l-emittent.

18.

L-AZZJONISTI MAĠĠURI

18.1.

Safejn l-emittent ikun jaf, l-isem ta' kwalunkwe persuna ħlief jekk membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni li, direttament jew indirettament, għandha interess fil-kapital jew id-drittijiet tal-vot ta' l-emittent li huma notifikati taħt il-liġi nazzjonali ta' l-emittent, flimkien ma' l-ammont ta' kull interess ta' din il-persuna jew, jekk m'hemmx persuni bħal dawn, dikjarazzjoni negattiva xierqa.

18.2.

Jekk l-azzjonisti maġġuri ta' l-emittent għandhomx drittijiet tal-vot differenti, jew dikjarazzjoni negattiva xierqa.

18.3.

Safejn l-emittent ikun jaf, għid jekk l-emittent direttament jew indirettament għandux sid jew huwa kkontrollat u minn min u ddeskrivi in-natura ta' dan il-kontroll u ddeskrivi il-miżuri fis-seħħ biex ikun żgurat li dan il-kontroll ma jkunx abbużat.

18.4.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe arranġamenti, magħrufa mill-emittent, li t-tħaddim tagħhom jista' f'xi data sussegwenti jirriżulta f'tibdil fil-kontroll ta' l-emittent.

19.

OPERAZZJONIJIET TA' PARTIJIET RELATATI

Dettalji ta' operazzjonijiet ta' partijiet relatati (li għal dawn l-iskopijiet huma dawk stabbiliti fl-I standards adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002), li l-emittent jidħol fihom matul il-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika u sad-data tal-prospett għandhom jiġu żvelati skond l-i standard rispettiv adottat skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jekk applikabbli.

Jekk dawn l-i standards ma japplikawx għall-emittent l-informazzjoni li ġejja trid tiġi żvelata:

(a)  in-natura u l-grad ta' kwalunkwe operazzjonijiet li huma – bħala operazzjoni waħda jew fl-intier tagħhom – relevanti għall-emittent. Fejn operazzjonijiet ta' partijiet relatati bħal dawn m'humiex konklużi wara ċertu żmien ipprovdi spjegazzjoni dwar għaliex dawn l-operazzjonijiet ma ġewx konklużi wara ċertu żmien. Fil-każ ta' self li għadu ma tħallasx inkluż garanziji ta' kwalunkwe tip indika l-ammont dovut;

(b)  l-ammont jew il-perċentwali li tagħhom l-operazzjonijiet ta' partijiet relatati jifformaw parti tal-valur tal-bejgħ ta' l-emittent.

20.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA LI TIKKONĊERNA L-ATTIV U L-PASSIV TA' EMITTENT, IL-POSIZZJONI FINANZJARJA U L-PROFITTI U T-TELF

20.1.

Informazzjoni finanzjarja storika

Informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri t-tlett snin finanzjarji l-aktar riċenti (jew perjodu simili iqsar li fih l-emittent kien qed jopera), u r-rapport ta' awditjar dwar kull sena. ►M2   Jekk emittent jkun biddel id-data tar-referenza tal-kontabilità tiegħu matul il-perjodu li għalih intalbet l-informazzjoni finanzjarja storika, l-informazzjoni storika vverifikata trid tkopri mill-inqas 36 xahar, jew il-perjodu kollu li l-emittent ilu jopera, liema jkun l-anqas. ◄ Din l-informazzjoni finanzjarja trid tkun ippreparata skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali ta' l-Istat Membru għal emittenti mill-Komunità. Għal emittenti minn pajjiż terz, din l-informazzjoni finanzjarja trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Jekk din l-informazzjoni finanzjarja m'hijiex ekwivalenti għal dawn l-i standards, għandha tiġi ppreżentata fil-forma ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji ddikjarati mill-ġdid.

L-informazzjoni finanzjarja storika awditjata ta' l-aħħar sentejn għandha tkun ippreżentata u ppreparata f'forma konsistenti ma' dik li tkun se tiġi adottata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ippubblikati li jmiss ta' l-emittent b'kunsiderazzjoni għall-i standards ta' l-ikkontjar u l-politika u l-leġislazzjoni applikabbli għal dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali bħal dawn.

Jekk l-emittent kien qed jopera fl-isfera kurrenti ta' l-attività ekonomika għal anqas minn sena, l-informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri dak il-perjodu għandha tkun ippreparata skond l-i standards applikabbli għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar ta' l-Istat Membru national meta l-emittent ikun mill-Komunità. Għal emittenti ta' pajjiż terz, l-informazzjoni finanzjarja storika trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar internazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Din l-informazzjoni finanzjarja storika trid tkun awditjata.

Jekk din l-informazzjoni finanzjarja awditjata tkun ppreparata skond l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar, l-informazzjoni finanzjarja meħtieġa taħt dan it-titlu trid tinkludi mill-anqas:

(a)  karta tal-bilanċ;

(b)  dikjarazzjoni tad-dħul;

(ċ)  dikjarazzjoni li turi jew it-tibdil kollu f'ekwità jew it-tibdil f'ekwità ħlief dak li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' kapital ma' sidien u distribuzzjonijiet lil sidien;

(d)  dikjarazzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-flus;

(e)  il-politika ta' l-ikkontjar u noti ta' spjegazzjoni.

L-informazzjoni finanzjarja storika annwali trid tkun awditjata indipendentament jew rapportata b'mod li tagħtix jew le, għall-iskopijiet tal-prospett, stampa vera u ġusta, skond l-i standards ta' l-awditajar applikabbli fi Stat Membru jew standard ekwivalenti.

20.1bis

Dan il-paragrafu jista'jintuża biss għall-ħarġiet ta' riċevuti ta' depositi li għandhom denominazzjoni kull unità ta' mill-anqas EUR ►M5  100 000 ◄ .

Informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri l-aħħar tlett snin finanzjarji (jew perjodu simili iqsar li fih l-emittent kien qed jopera), u r-rapport ta' awditjar dwar kull sena. ►M2  Jekk emittent jkun biddel id-data tar-referenza tal-kontabilità tiegħu matul il-perjodu li għalih intalbet l-informazzjoni finanzjarja storika, l-informazzjoni storika vverifikata trid tkopri mill-inqas 36 xahar, jew il-perjodu kollu li l-emittent ilu jopera, liema jkun l-anqas. ◄ Din l-informazzjoni finanzjarja trid tkun ippreparata skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali ta' l-Istat Membru għal emittenti mill-Komunità. Għal emittenti minn pajjiż terz, din l-informazzjoni finanzjarja trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Jekk dan mhux il-każ, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fil-prospett:

(a)  dikjarazzjoni prominenti li l-informazzjoni finanzjarja inkluża fid-dokument ta' reġistrazzjoni ma ġietx ippreparata skond l-i standards internazzjonali ta' l-ikkontjar adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 ta' r-Regolament (KE) No 1606/2002 u li jista' jkun hemm differenza materjali fl-informazzjoni finanzjarja la darba r-Regolament (KE) No 1606/2002 kien ġie applikat għall-informazzjoni finanzjarja storika;

(b)  immedjatament wara l-informazzjoni finanzjarja storika deskrizzjoni narrattiva tad-differezi bejn l-i standards ta' l-ikkontjar internazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji ta' l-ikkontjar adottati mill-emittent fil-preparazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tiegħu.

L-informazzjoni finanzjarja storika awditjata ta'l-aħħar sentejn għandha tkun ippreżentata u ppreparata f'forma konsistenti ma' dik li tkun se tiġi adottata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ippubblikati li jmiss ta' l-emittent b'kunsiderazzjoni għall-i standards ta' l-ikkontjar u l-politika u l-leġislazzjoni applikabbli għal dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali bħal dawn.

Jekk l-informazzjoni finanzjarja awditjata hija ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali, l-informazzjoni finanzjarja meħtieġa taħt dan it-titlu trid tinkludi mill-anqas dan li ġej:

(a)  karta tal-bilanċ;

(b)  dikjarazzjoni tad-dħul;

(ċ)  dikjarazzjoni li turi jew it-tibdil kollu f'ekwità jew it-tibdil f'ekwità ħlief dak li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' kapital ma' sidien u distribuzzjonijiet lil sidien;

(d)  dikjarazzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-flus;

(e)  il-politika ta' l-ikkontjar u noti ta' spjegazzjoni.

L-informazzjoni finanzjarja storika annwali trid tkun awditjata indipendentament jew rapportata b'mod li tagħtix jew le, għall-iskopijiet tal-prospett, stampa vera u ġusta, skond l-i standards ta' l-awditajar applikabbli fi Stat Membru jew standard ekwivalenti. Jekk dan mhux il-każ, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fil-prospett:

(a)  dikjarazzjoni prominenti li tiżvela liema standards ta' awditjar ġew applikati;

(b)  spjegazzjoni ta' kwalunkwe nuqqas ta' osservanza ta' l-I standards ta' Awditjar Internazzjonali.

20.2.

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji

Jekk l-emittent jipprepara kemm id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tiegħu u kemm dawk kkonsolidati, inkludi mill-anqas id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali kkonsolidati fil-prospett.

20.3.

Awditjar ta' l-informazzjoni finanzjarja annwali storika

20.3.1.

Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika ġiet awditjata. Jekk ir-rapporti ta' l-awditjar dwar l-informazzjoni finanzjarja storika kienu rrifjutati mill-awdituri statutorji jew jekk fihom kwalifiki jew disclaimers, dan ir-rifjut jew dawn il-kwalifiki jew disclaimers għandhom ikunu riprodotti kollha u r-raġunijiet mogħtija.

20.3.2.

Indikazzjoni ta' informazzjoni oħra fil-prospett li kienet awditjata mill-awdituri.

20.3.3.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja fil-prospett m'hijiex meħuda mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ta' l-emittent agħti s-sors ta' l-informazzjoni u ddikjara li l-informazzjoni m'hijiex awditjata.

20.4.

Iż-żmien ta' l-aħħar informazzjoni finanzjarja

20.4.1.

L-aħħar sena ta' l-informazzjoni finanzjarja awditjata ma tistax tkun qabel:

(a)  18-il xahar mid-data tal-prospett jekk l-emittent jinkludi dikjarazzjonijiet finanzjarji proviżorji awditjati fil-prospett;

(b)  15-il xahar mid-data tal-prospett jekk l-emittent jinkludi dikjarazzjonijiet finanzjarji proviżorji mhux awditjati fil-prospett.

20.5.

Informazzjoni finanzjarja proviżorja u informazzjoni oħra

20.5.1.

Jekk l-emittent ippubblika informazzjoni finanzjarja kull tlett xhur jew kull sitt xhur mid-data ta' l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tiegħu, dawn iridu jkunu inklużi fil-prospett. Jekk l-informazzjoni finanzjarja ta' kull tlett xhur jew kull sitt xhur kienet riveduta jew awditjata, ir-rapport ta' l-awditjar jew reviżjoni iridu jkunu nklużi wkoll. Jekk l-informazzjoni finanzjarja ta' kull tlett xhur jew kull sitt xhur m'hijiex awditjata jew ma ġietx riveduta dan il-fatt irid jissemma.

20.5.2.

Jekk il-prospett huwa datat aktar minn disa' xhur wara t-tmiem ta' l-aħħar sena finanzjarja awditjata, għandu jkun fih informazzjoni finanzjarja proviżorja, li tista' ma tkunx awditjata (f'dan il-każ dan il-fatt irid jissemma) li tkopri mill-anqas l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja.

L-informazzjoni finanzjarja proviżorja trid tinkludi dikjarazzjonijiet komparattivi għall-istess perjodu tas-sena finanzjarja ta' qabel, ħlief li l-ħtieġa li l-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ tista' tkun sodisfatta bil-preżentazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta' l-aħħar tas-sena.

20.6.

Il-politika tad-dividendi

Deskrizzjoni tal-politika ta' l-emittent fuq id-distribuzzjonijiet ta' dividendi u kwalunkwe restrizzjonijiet fuqhom.

20.6.1.

L-ammont tad-dividend kull sehem għal kull sena finanzjarja għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika aġġustata, fejn in-numru ta' l-ishma ta' l-emittent inbidel, biex ikun komparabbli.

20.7.

Proċeduri legali u ta' arbitraġġ

Informazzjoni dwar kwalunkwe proċeduri governattivi, legali jew ta' arbitraġġ (inkluż kwalunkwe proċeduri bħal dawn li huma pendenti jew mhedda u li l-emittent jaf bihom), matul perjodu li jkopri mill-anqas it-12-il xahar ta' qabel li jista' jkollhom, jew kellhom effetti sinifikanti fuq il-passat riċenti tal-posizzjoni finanzjarja jew il-profittabilità ta' l-emittent u/jew il-grupp tiegħu, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

20.8.

Tibdil sinifikanti fil-posizzjoni finanzjarja jew kummerċjali ta' l-emittent

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe tibdil sinifikanti fil-posizzjoni finanzjarja jew kummerċjali tal-grupp li seħħ mit-tmiem ta' l-aħħar perjodu finanzjarju li għalih ġew ippubblikati jew informazzjoni finanzjarja awditjata inkella informazzjoni finanzjarja proviżorja, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

21.

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

21.1.

Kapital azzjonarju

L-informazzjoni li ġejja skond id-data tal-karta tal-bilanċ l-aktar riċenti inkluż fl-informazzjoni finanzjarja storika:

21.1.1.

L-ammont ta' kapital maħruġ, u għal kull klassi ta' kapital azzjonarju:

(a)  in-numru ta' l-ishma awtorizzati;

(b)  in-numru ta' l-ishma maħruġa u mħallsa kollha u maħruġa imma mhux imħallsa kollha;

(ċ)  il-valur par kull sehem, jew li l-ishma m'għandhomx valur par;

(d)  rikonċiljazzjoni tan-numru ta' ishma pendenti fil-bidu u t-tmiem tas-sena. Jekk tħallas aktar minn 10 % tal-kapital għal attiv li m'huwiex flus kontanti fil-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, iddikjara dan il-fatt.

21.1.2.

Jekk hemm ishma li ma jirrepreżentawx kapital, agħti n-numru u l-karatteristiċi ewlenin ta' dawn l-ishma.

21.1.3.

In-numru, il-book value u l-face value ta' l-ishma ta' l-emittent miżmuma mill-, jew f'isem, l-emittent innifsu jew minn sussidjarji ta' l-emittent.

21.1.4.

L-ammont ta' kwalunkwe titoli konvertibbli, titoli skmabjabbli jew titoli b'digrieti, b'indikazzjoni tal-kondizzjonijiet li jħarsuhom u l-proċeduri għall-konverżjoni, skambju jew sottoskrizzjoni.

21.1.5.

Informazzjoni dwar it-termini ta' kwalunkwe drittijiet ta' akkwist u jew l-obbligazzjonijiet fuq kapital awtorizzat imma mhux maħruġ jew ftehim biex jiżdied il-kapital.

21.1.6.

Informazzjoni dwar kwalunkwe kapital ta' kwalunkwe membru tal-grupp li huwa taħt għażla jew maqbul b'kondizzjoni jew bla kondizzjoni li jitpoġġa taħt għażla u dettalji ta' dawn l-għażliet inkluż dawk il-persuni li dawn l-għażliet jikkonċernaw.

21.1.7.

Storja tal-kapital azzjonarju, b'emfażi fuq informazzjoni dwar kwalunkwe tibdil, għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika.

21.2.

Memorandum u Artikli ta' Assoċjazzjoni

21.2.1.

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti u l-iskopijiet ta' l-emittent u fejn jistgħu jinstabu fil-memorandum u artikli ta' assoċjazzjoni.

21.2.2.

Sommarju ta' kwalunkwe disposizzjonijiet ta' l-artikli ta' assoċjazzjoni, statuti, karta jew bylaws ta' l-emittent, dwar il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni.

21.2.3.

Deskrizzjoni tad-drittijiet, preferenzi u restrizzjonijiet marbuta ma' kull klassi ta' l-ishma eżistenti.

21.2.4.

Deskrizzjoni ta' x'azzjoni hija meħtieġa biex jinbidlu d-drittijiet ta' detenturi ta' l-ishma, li tindika fejn il-kondizzjonijiet huma aktar sinifikanti milli meħtieġ bil-liġi.

21.2.5.

Deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet li jħarsu l-mod li bih jissejħu l-laqgħat ġenerali annwali u l-laqgħat ġenerali annwali straordinarji ta' l-azzjonisti inkluż il-kondizzjonijiet tad-dħul.

21.2.6.

Deskrizzjoni qasira ta' kwalunkwe disposizzjoni ta' l-artikli ta' assoċjazzjoni, statuti, karta jew bylaws ta' l-emittent li jista' jkollha effett ta' dewmien, diferiment jew prevenzjoni ta' tibdil fil-kontroll ta' l-emittent.

21.2.7.

Indikazzjoni ta' disposizzjonijiet ta' artikli ta' assoċjazzjoni, statuti, karta jew bylaws, jekk hemm, li jħarsu l-limitu ta' proprjetà li fuqu l-proprjetà ta' azzjonist trid tiġi żvelata.

21.2.8.

Deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet imposti mill-memorandum u l-artikli ta' assoċjazzjoni, statuti, karta jew bylaw li jħarsu t-tibdil fil-kapital, fejn dawn il-kondizzjonijiet huma aktar stretti milli meħtieġ bil-liġi.

22.

KUNTRATTI RELEVANTI

Sommarju ta' kull kuntratt relevanti, ħlief kuntratti li daħlu fis-seħħ fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, li għalihom emittent jew kwalunkwe membru tal-grupp huwa kontraenti, għas-sentejn li jiġu immedjatament qabel il-pubblikazzjoni tal-prospett.

Sommarju ta' kwalunkwe kuntratt ieħor (li mhux kuntratt li daħal fis-seħħ fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ) li ddaħħal fis-seħħ minn kwalunkwe membru tal-grupp li fih kwalunkwe disposizzjoni li taħtha kwalunkwe membru tal-grupp għandu kwalunkwe obbligazzjoni jew dritt li huwa relevanti għall-grupp fid-data tal-prospett.

23.

INFORMAZZJONI TA' TERZI PERSUNI U DIKJARAZZJONI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA' KWALUNKWE INTERESS

23.1.

Fejn dikjarazzjoni jew rapport li huwa attribwit lil xi persuna bħala espert jiġu inklużi fil-prospett ipprovdi isem din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interessi relevanti jekk hemm ta' l-emittent. Jekk ir-rapport tħejja fuq talba ta' l-emittent ipprovdi dikjarazzjoni li tikkonferma li dikjarazzjoni jew rapport huma nklużi, il-forma u l-kuntest li fih huma inklużi, bil-kunsens tal-persuna li awtorizzat il-kontenut ta' dik il-parti tal-prospett.

23.2.

Meta s-sors ta' l-informazzjoni tkun terza persuna, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni kienet riprodotta b'mod eżatt u li safejn jaf l-emittent u safejn jista' jaċċerta mill-informazzjoni ppubblikata minn dik it-terza persuna, ma tħallew barra ebda fatti li jagħmlu l-informazzjoni riprodotta mhux eżatta jew li tqarraq. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) ta' l-informazzjoni.

24.

DOKUMENTI MURIJA

Dikjarazzjoni li għal kemm idum validu l-prospett id-dokumenti (jew kopji tiegħu), fejn applikabbli, jistgħu jiġu spezzjonati:

(a)  il-memorandum u l-artikli ta' assoċjazzjoni ta' l-emittent;

(b)  r-rapporti, l-ittri, u d-dokumenti l-oħrajn kollha, l-informazzjoni finanzjarja storika, ivvalutar u dikjarazzjonijiet ippreparati minn kwalunkwe espert fuq talba ta' l-emittent li kwalunkwe parti minnhom hija inkluża jew imsemmija fil-prospett;

(ċ)  l-informazzjoni finanzjarja storika ta' l-emittent jew, fil-każ ta' grupp, l-informazzjoni finanzjarja storika għall-emittent u l-impriżi sussidjarji tiegħu għal kull waħda mis-sentejn finanzjarji li jippreċedu l-pubblikazzjoni tal-prospett.

Indikazzjoni ta' fejn id-dokumenti murija jistgħu jiġu spezzjonati, b'mezzi fiżiċi jew elettroniċi.

25.

INFORMAZZJONI DWAR PROPRJETÀ

25.1.

Informazzjoni dwar l-impriżi li fihom l-emittent għandu proporzjon tal-kapital li x'aktarx li jkollu effett sinifikanti fuq l-istima ta' l-attiv u l-passiv, il-posizzjoni finanzjarja jew il-profitti u t-telf tiegħu stess.

26.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RIĊEVUTI TA' DEPOSITU TA' L-EMITTENT

26.1.

L-isem, l-uffiċċju reġistrat u l-istabbiliment prinċipali amministrattiv jekk differenti mill-uffiċju reġistrat.

26.2.

Id-data ta'l-inkorporazzjoni u t-tul tal-validità ta' l-emittent, ħlief fejn indefinita.

26.3.

Il-leġislazzjoni li taħtha jaħdem l-emittent u l-forma legali li adotta taħt din il-leġislazzjoni.

27.

INFORMAZZJONI DWAR L-ISHMA PRIMARJI

27.1.

Deskrizzjoni tat-tip u tal-klassi tat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment, inkluż l-ISIN (in-numru ta' identifikazzjoni ta' siġurtà internazzjonali) jew kodiċi simili ta' identifikazzjoni ta' sigurtà.

27.2.

Il-leġislazzjoni li taħtha nħolqu l-ishma primarji.

27.3.

Indikazzjoni dwar jekk l-ishma primarji humiex f'forma reġistrata jew f'forma ta' bearer u jekk l-ishma primarji humiex f'forma ċċertifikata jew f'forma ta' book-entry. Fil-każ ta' l-aħħar, l-isem u l-indirizz ta' l-entità li għandha l-inkarigu li żżomm dawn ir-rekords.

27.4.

Munita ta' l-ishma primarji.

27.5.

Deskrizzjoni tad-drittijiet marbuta ma' l-ishma primarji, inkluż kwalunkwe limitazzjonijiet ta' dawn id-drittijiet, u l-proċedura għall-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet.

27.6.

Drittijiet ta' dividendi:

(a)  dat/a/i fiss/a/i li fihom jirriżulta d-dritt;

(b)  il-limitu ta' żmien li kif jiskadi jintemm id-dritt għad-dividend u indikazzjoni tal-persuna li l-iskadenza tkun favuru;

(c)  restrizzjonijiet ta' dividendi u proċeduri għal detenturi mhux residenti;

(d)  ir-rata ta' dividend jew il-metodu tal-kalkolu, il-perjodiċità u n-natura kumulattiva jew mhux kumulattiva tal-ħlas tiegħu.

27.7.

Drittijiet tal-vot

Drittijiet ta' sottoskrizzjoni antiċipata f'offerti għal sottoskrizzjoni ta' titoli ta' l-istess klassi

Dritt għal sehem fil-profitti ta' l-emittent

Drittijiet għal sehem fi kwalunkwe riżultat żejjed fil-każ ta' likwidazzjoni

Disposizzjonijiet ta' xiri mill-ġdid

Disposizzjonijiet ta' konverżjoni

27.8.

Id-data tal-ħarġa ta' l-ishma primarji jekk qed jinħolqu ishma primarji ġodda għall-ħruġ tar-riċevuti ta' depositi u jekk ma jeżistux fil-ħin tal-ħruġ tar-riċevuti ta' depositi.

27.9.

Jekk qed jinħolqu ishma primarji ġodda għall-ħruġ tar-riċevuti ta' depositi, agħti r-riżoluzzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet u l-approvazzjonijiet li bihom l-ishma primarji inħolqu se jinħolqu u/jew maħruġa.

27.10.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-trasferibbiltà libera ta' l-ishma primarji.

27.11.

Dwar il-pajjiż ta' l-uffiċċju reġistrat ta' l-emittent u l-pajjiż(i) fejn qed issir l-offerta jew jintalab id-dħul f'kummerċ:

(a)  informazzjoni dwar taxxi fuq id-dħul mill-ishma primarji miżmuma minn ras-il għajn;

(b)  indikazzjoni dwar jekk l-emittent jassumix r-responsabbiltà biex iżomm ta-taxxi minn ras-il għajn.

27.12.

Indikazzjoni ta' l-eżistenza ta' kwalunkwe tentattivi ta' takeover mandatorji u/jew regoli squeeze-out u sell-out dwar l-ishma primarji.

27.13.

Indikazzjoni ta' tentattivi pubbiċi ta' takeover minn terzi persuni dwar l-ekwità ta' l-emittent, li seħħew matul l-aħħar sena finanzjarja u s-sena finanzjarja kurrenti. Irid jiġi ddikjarat il-prezz jew it-termini ta' kambju marbuta ma' dawn l-offerti u dak li jirriżulta minnu.

27.14.

Ftehim ta' lock-up:

— il-partijiet involuti,

— il-kontenut u l-eċċezzjonijiet tal-ftehim.

— indikazzjoni tal-perjodu tal-lock up.

27.15.

Informazzjoni dwar azzjonisti bejjiegħa jekk hemm

27.15.1.

L-isem u l-indirizz tan-negozju tal-persuna jew entità li toffri li tbigħ l-ishma primarji, in-natura ta' kwalunkwe uffiċċju ta' posizzjoni jew relazzjoni relevanti oħra li l-persuni bejjiegħa kellhom fl-aħħar tlett snin ma' l-emittent jew kwalunkwe mill-predeċessuri jew affiljati tiegħu.

27.16.

Taħlita

27.16.1.

L-ammont u l-perċentwali ta' taħlita immedjata li tirriżulta mill-offerta tar-riċevuti ta' depositi.

27.16.2.

Fil-każ ta' offerta ta' sottoskrizzjoni ta' riċevuti ta' depositi lil azzjonisti eżistenti, semmi l-ammont u l-perċentwali ta' taħlitas immedjati jekk ma jagħmlux sottoskrizzjoni għall-offerta tar-riċevuti ta' depositi.

27.17.

Informazzjoni addizzjonali fejn hemm offerta jew dħul f'kummerċ simultanji jew kważi simultanji ta' l-istess klassi ta' ishma primarji bħal dawk l-ishma primarji li fuqhom qed jinħarġu r-riċevuti ta' depositi.

27.17.1.

Jekk simultanjament jew kważi simultanjament bil-ħolqien ta' riċevuti ta' depositi li għalihom issir talba għal dħul f'suq regolat jiġu sottoskritti jew ippjazzati privatament ishma primarji ta' l-istess klassi bħal dawk li fuqhom ikun nħarġu riċevuti ta' depositi, agħti d-dettalji tan-natura ta' dawn l-operazzjonijiet u tan-numru u l-karatteristiċi ta' l-ishma primarji li jikkonċernawhom.

27.17.2.

Żvela s-swieq regolati kollha jew swieq ekwivalenti li fihom, safejn jaf l-emittent tar-riċevuti ta' depositi, ishma primarji ta' l-istess klassi ta' dawk li fuqhom qed jinħarġu r-riċevuti ta' depositi huma offruti jew introdotti kummerċjalment.

27.17.3.

Safejn jaf l-emittent tar-riċevuti ta' depositi, indikazzjoni dwar jekk l-azzjonisti maġġuri jew il-membri tal-korpi maniġerjali, ta' superviżjoni jew amministrattivi ta' l-emittent għandhomx l-intenzjoni li jkollhom sottoskrizzjoni fl-offerta, jew jekk kwalunkwe persuna għandhiex l-intenzjoni li jkollha sottoskrizzjoni għal aktar minn ħamsa fil-mija ta' l-offerta.

28.

INFORMAZZJONI DWAR IR-RIĊEVUTI TA' DEPOSITI

28.1.

Deskrizzjoni tat-tip u tal-klassi tar-riċevuti ta' depositi offruti u/jew introdotti kummerċjalment

28.2.

Il-leġislazzjoni li taħtha nħolqu r-riċevuti ta' depositi.

28.3.

Indikazzjoni dwar jekk ir-riċevuti ta' depositi humiex f'forma reġistrata jew f'forma ta' bearer u jekk ir-riċevuti ta' depositi humiex f'forma ċċertifikata jew f'forma ta' book-entry. Fil-każ ta' l-aħħar, l-isem u l-indirizz ta' l-entità li għandha l-inkarigu li żżomm dawn ir-rekords.

28.4.

Munita tar-riċevuti ta' depositi.

28.5.

Deskrizzjoni tad-drittijiet marbuta mar-riċevuti ta' depositi, inkluż kwalunkwe limitazzjonijiet ta' dawn id-drittijiet, u l-proċedura għall-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet

28.6.

Jekk id-drittijiet ta' dividend marbuta mar-riċevuti ta' depositi huma differenti mid-drittijiet ta' dividend żvelati dwar dawn semmi dan li ġej dwar id-drittijiet ta' dividend:

(a)  dat/a/i fiss/a/i li fihom jirriżulta d-dritt;

(b)  il-limitu ta' żmien li kif jiskadi jintemm id-dritt għad-dividend u indikazzjoni tal-persuna li l-iskadenza tkun favuru;

(ċ)  restrizzjonijiet ta' dividendi u proċeduri għal detenturi mhux residenti;

(d)  ir-rata ta' dividend jew il-metodu tal-kalkolu, il-perjodiċità u n-natura kumulattiva jew mhux kumulattiva tal-ħlas tiegħu.

28.7.

Jekk id-drittijiet tal-vot marbuta mar-riċevuti ta' depositi huma differenti mid-drittijiet tal-vot żvelati dwar l-ishma primarji semmi dan li ġej dwar dawn id-drittijiet:

— drittijiet tal-vot.

— drittijiet ta' sottoskrizzjoni antiċipata f'offerti għal sottoskrizzjoni ta' titoli ta' l-istess klassi.

— dritt għal sehem fil-profitti ta' l-emittent.

— drittijiet għal sehem fi kwalunkwe riżultat żejjed fil-każ ta' likwidazzjoni.

— disposizzjonijiet ta' xiri mill-ġdid.

— disposizzjonijiet ta' konverżjoni.

28.8.

Iddeskrivi l-eżerċizzju ta' u l-benefiċċji mid-drittijiet marbuta ma' l-ishma primarji, b'mod partikolari id-drittijiet tal-vot, il-kondizzjonijiet li fuqhom l-emittent tar-riċevuti ta' depositi jista' jeżerċita' dawn id-drittijiet, u miżuri intiżi biex jinkisbu l-istruzzjonijiet tad-detenturi tar-riċevuti ta' depositi - u d-dritt għal sehem fil-profitti u kwalunkwe riżultat żejjed fil-każ ta' likwidazzjoni li ma jiġix mgħoddi lid-detentur tar-riċevuti ta' depositi.

28.9.

Id-data mistennija tal-ħarġa tar-riċevuti ta' depositi.

28.10.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-trasferibbiltà libera tar-riċevuti ta' depositi.

28.11.

Dwar il-pajjiż ta' l-uffiċċju reġistrat ta' l-emittent u l-pajjiż(i) fejn qed issir l-offerta jew jintalab id-dħul f'kummerċ:

(a)  informazzjoni dwar taxxi fuq id-dħul mir-riċevuti ta' depositi miżmuma minn ras-il għajn;

(b)  indikazzjoni dwar jekk l-emittent jassumix r-responsabbiltà biex iżomm ta-taxxi minn ras-il għajn.

28.12.

Garanziji bankarji jew garanziji oħrajn marbuta mar-riċevuti ta' depositi u intenzjonati li jiggarantixxu l-obbligazzjonijiet ta' l-emittent.

28.13.

Possibiltà li tinkiseb il-fornitura tar-riċevuti ta' depositi fl-ishma oriġinali u l-proċedura għal dan il-fornitura.

29.

INFORMAZZJONI DWAR IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET TA' L-OFFERTA TAR-RIĊEVUTI TA' DEPOSITI

29.1.

Il-kondizzjonijiet, statistika ta' l-offerta, il-kalendarju mistenni u l-azzjoni meħtieġa biex tapplika għall-offerta

29.1.1.

L-ammont totali tal-ħarġa/offerta, b'distinzjoni bejn it-titoli offruti għall-bejgħ u dawk offruti għas-sottoskrizzjoni; jekk l-ammont m'huwiex fiss, deskrizzjoni ta' l-arrangamenti u ż-żmien biex l-amonnt definittiv ta' l-offerta jitħabbar lill-pubbliku.

29.1.2.

Il-perjodu ta' żmien, inkluż kwalunkwe emendi possibbli, li matulu l-offerta se tkun miftuħa u deskrizzjoni tal-proċess ta' l-applikazzjoni.

29.1.3.

Indikazzjoni ta' meta, u taħt liema ċirkostanzi, l-offerta tista' tiġi annullata jew sospiża u jekk tistax tiġi rtirata wara li jkun beda n-negozju.

29.1.4.

Deskrizzjoni tal-possibilità li jitnaqqsu sottoskrizzjonijiet u l-mod li bih ssir rifużjoni ta' ammonti ta' ħlas żejjed mill-applikanti.

29.1.5.

Dettalji ta' l-ammonti minimi u/jew massimi ta' l-applikazzjoni (f'numru ta' titoli jew f'ammont aggregat biex ikun investit).

29.1.6.

Indikazzjoni tal-perjodu li matulu tista' tiġi rtirata applikazzjoni, iżda li l-investituri jitħallew jiritraw is-sottoskrizzjoni tagħhom.

29.1.7.

Il-metodu u l-limiti ta' żmien biex jitħallsu t-titoli u għall-fornitura tat-titoli.

29.1.8.

Deskrizzjoni sħiħa tal-mod u d-data li fiha r-riżultati ta' l-offerta isiru pubbliċi.

29.1.9.

Il-proċedura għall-eżerċizzju ta' kwalunkwe dritt ta' sottoskrizzjoni antiċipata, in-negozjabiltà ta' drittijiet ta' sottoskrizzjoni u t-trattament ta' drittijiet ta' sottoskrizzjoni mhux eżerċitati.

29.2.

Pjan ta' distribuzzjoni u allokar

29.2.1.

Il-kategoriji varji ta' investituri potenzali li lilhom huma offruti t-titoli. Jekk l-offerta qed issir simultanjament fis-swieq ta' żewġ pajjiżi jew aktar u jekk xi tranche ġie jew se jiġi rriservat għal xi uħud minn dawn, indika kwalunkwe tranche bħal dan.

29.2.2.

Safejn jaf l-emittent, indikazzjoni dwar jekk l-azzjonisti maġġuri jew il-membri tal-korpi maniġerjali, ta' superviżjoni jew amministrattivi ta' l-emittent għandhomx l-intenzjoni li jkollhom sottoskrizzjoni fl-offerta, jew jekk kwalunkwe persuna għandhiex l-intenzjoni li jkollha sottoskrizzjoni għal aktar minn ħamsa fil-mija ta' l-offerta.

29.2.3.

Żvelar ta' pre-allokar:

29.2.3.1.

Id-diviżjoni fi tranches ta' l-offerta inkluż it-tranches istituzzjonali, ta' kwantitajiet zgħar u ta' l-impjegati ta' l-emittent u kwalunkwe tranches oħrajn.

29.2.3.2.

Il-kondizzjonijiet li taħthom jista' jintuża l-irkuprar, id-daqs massimu ta' irtirar bħal dan u kwalunkwe perċentwalii minimi applikabbli għal tranches individwali.

29.2.3.3.

Il-metodu jew metodi ta' l-allokar li għandhom jintużaw għat-tranches ta' kwantitajiet zgħar u ta' l-impjegati ta' l-emittent fil-każ ta' sottoskrizzjoni akbar minn dawn it-tranches.

29.2.3.4.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe trattament preferenzali pre-determinat li għandu jingħata lil ċertu klassijiet ta' investituri jew ċertu gruppi ta' affinità (inkluż programmi tal-ħbieb u tal-familja) fl-allokar, il-perċentwali ta' l-offerta rriservata għat-trattament preferenzali u l-kriterji għall-inklużjoni tagħha fi klassijiet jew gruppi bħal dawn.

29.2.3.5.

Jekk it-trattament ta' sottoskrizzjonijiet jew ta' applikazzjonijiet ta' sottoskrizzjoni fl-allokar jistax jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' mill-liema ditta jsiru.

29.2.3.6.

Il-mira ta' allokazzjoni minima individwali antiċipata jekk hemm fit-tranches ta' kwantitajiet zgħar.

29.2.3.7.

Il-kondizzjonijiet għall-egħluq ta' l-offerta kif ukoll id-data li fiha l-offerta tista' tingħalaq l-aktar kmieni;

29.2.3.8.

Jekk jitħallewx jidħlu jew le sottoskrizzjonijiet multipli, u fejn ma jitħallewx, kif kwalunkwe sottoskrizzjonijiet multipli jiġu pproċessati.

29.2.3.9.

Il-proċess tan-notifika ta' l-ammont allokat lill-applikanti u indikazzjoni dwar jekk in-negozju jistax jibda qabel issir in-notifika.

29.2.4.

Allokazzjoni żejda u “green shoe”:

29.2.4.1.

L-eżistenza u d-daqs ta' kwalunkwe faċilità ta' allokazzjoni żejda u/jew “green shoe”.

29.2.4.2.

Il-perjodu ta' l-eżistenza tal-faċilità ta' l-allokazzjoni żejda u/jew “green shoe”.

29.2.4.3.

Kwalunkwe kondizzjonijiet għall-użu tal-faċilità ta' l-allokazzjoni żejda jew l-eżerċizzju tal-“green shoe”.

29.3.

L-ipprezzar

29.3.1.

Indikazzjoni tal-prezz li bih it-titoli se jkunu offruti. Jekk il-prezz mhux magħruf jew jekk m'hemmx suq stabbilit u/jew likwidu għat-titoli, indika il-metodu biex ikun stabbilit il-prezz ta' l-offerta, inkluż dikjarazzjoni dwar min stabbilixxa l-kriterji jew huwa formalment responsabbli biex jistabbilixxi dan. Indikazzjoni ta' l-amount ta' kwalunkwe spejjeż u taxxi imposti speċifikament fuq is-sottoskrittur jew ix-xerrej.

29.3.2.

Il-proċess għall-iżvelar tal-prezz ta' l-offerta.

29.3.3.

Fejn hemm jew jista' jkun hemm diskrepanza relevanti bejn il-prezz ta' l-offerta lill-pubbliku u l-ispiża effettiva fi flus kontanti tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni jew ta' l-amministrazzjoni għolja, jew persuni affiljati, ta' titoli akkwistati minnhom f'operazzjonijiet matul l-aħħar sena, jew li jista' jkollhom id-dritt li jakkwistaw, inkludi paragun bejn il-kontribuzzjoni tal-pubbliku ta' l-offerta pubblika proposta u l-kontribuzzjoni effettiva fi flus kontanti ta' dawn il-persuni.

29.4.

Pjazzament u garanziji

29.4.1.

L-isem u l-indirizz tal-kordinatur(i) ta' l-offerta globali u ta' partijiet mill-offerta u, safejn jaf l-emittent jew l-offerent, tal-pjazzaturi fil-pajjiżi varji fejn issir l-offerta.

29.4.2.

L-isem u l-indirizz ta' kwalunkwe aġenti tal-ħlas u aġenti tad-depositu f'kull pajjiż.

29.4.3.

L-isem u l-indirizz ta' l-entitajiet li jiftehmu li jiggarantixxu il-ħarġa fuq bażi ta' impenn sod, u l-isem u l-indirizz ta' l-entitajiet li jiftehmu li jagħmlu l-ħarġa mingħajr impenn sod jew skond arranġamenti ta' “l-aħjar sforz”. Indikazzjoni tal-karatteristiċi relevanti tal-ftehim, inkluż il-kwoti. Fejn mhux il-ħarġa kollha tkun iggarantita, dikjarazzjoni tal-parti mhux koperta. Indikazzjoni ta' l-ammont globali tal-kummissjoni li tiggarantixxi u tal-kummissjoni tal-pjazzament.

29.4.4.

Meta l-ftehim tal-garanzija jintlaħaq jew ikun se jintlaħaq.

30.

ID-DĦUL F'KUMMERĊ U L-ARRANĠAMENTI TAN-NEGOZJU FIR-RIĊEVUTI TA' DEPOSITI

30.1.

Indikazzjoni dwar jekk it-titoli offruti humiex jew jekk hux se jkunu s-suġġett ta' applikazzjoni għad-dħul f'kummerċ, bil-għan tad-distribuzzjoni tagħhom f'suq regolat jew swieq oħrajn ekwivalenti b'indikazzjoni tas-swieq imsemmija. Din iċ-ċirkostanza trid tissemma, mingħajr ma tinħoloq l-impressjoni li d-dħul f'kummerċ se jkun neċessarjament approvat. Jekk ikunu magħrufa, id-data l-aktar kmieni li fihom it-titoli se jkunu introdotti kummerċjalment.

30.2.

Is-swieq regolati kollha jew swieq ekwivalenti li fihom, safejn jaf l-emittent, diġà huma introdotti kummerċjalment titoli ta' l-istess klassi tat-titoli li se jkunu offruti jew introdotti kummerċjalment.

30.3.

Jekk simultanjament jew kważi simultanjament bil-ħolqien ta' titoli li għalihom issir talba għal dħul f'suq regolat jiġu sottoskritti jew ippjazzati privatament titoli ta' l-istess klassi jew jekk jinħolqu titoli ta' klassijiet oħrajn għal pjazzament pubbliku jew privat, agħti d-dettalji tan-natura ta' dawn l-operazzjonijiet u tan-numru u l-karatteristiċi tat-titoli li jikkonċernawhom.

30.4.

L-isem u l-indirizz ta' l-entitajiet li għandhom impenn sod li jaġixxu bħala intermedjarji f'kummerċ sekondarju, li jipprovdu likwidità permezz ta' applikazzjonijiet u rati ta' offerti u deskrizzjoni tat-termini ewlenin ta' l-impenn tagħhom.

30.5.

Stabbilizzazzjoni: fejn emittent jew azzjonist bejjiegħ ta għażla ta' allokazzjoni żejda jew huwa b'mod ieħor propost li l-attivitajiet ta' l-istabbilizzazzjoni tal-prezz jistgħu jiddaħħlu b'konnessjoni ma' xi offerta:

30.6.

Il-fatt li din l-istabbilizzazzjoni tista' tittieħed, li m'hemm ebda assigurazzjoni li se tittieħed u li tista' titwaqqaf fi kwalunkwe żmien.

30.7.

Il-bidu u t-tmiem tal-perjodu li matulu tista' sseħħ l-istabbilizzazzjoni.

30.8.

L-identità ta' min jimmaniġġja l-istabbilizzazzjoni għal kull ġurisdizzjoni relevanti sakemm din m'hijiex magħrufa fil-ħin tal-pubblikazzjoni.

30.9.

Il-fatt li l-operazzjonijiet ta' stabbilizzazzjoni jistgħu jirriżultaw fi prezz tas-suq li huwa ogħla minn dak li jipprevali f'sitwazzjoni differenti.

▼M6

31.

INFORMAZZJONI ESSENZJALI DWAR IL-ĦRUĠ TAL-IRĊEVUTI DEPOŻITARJI

▼B

31.1.

Raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjtu

31.1.1.

Raġunijiet għall-offerta u, fejn applikabbli, l-ammont nett stmat ta' l-introjtu maqsum f'kull użu prinċipali intenzjonat u ppreżentat skond l-ordni ta' priorità ta' dan l-użu. Jekk l-emittent jaf li l-introjtu antiċipat mhux se jkun suffiċjenti biex jiffinanzja l-użu kollu propost, agħti l-ammont u s-sorsi ta' fondi oħrajn meħtieġa. Iridu jingħataw dettalji dwar l-użu ta' l-introjtu, b'mod partikolari meta jkunu qed jintużaw biex ikun akkwistat attiv, ħlief meta dan isir fit-tmexxija ordinarja tan-negozju, biex jiffinanzja akkwisti mħabbra ta' negozji oħrjan, jew biex ineħħi, inaqqas jew jirtira indebtedness.

31.2.

Interess ta' persuni naturali u ġuridiċi involuti fil-ħarġa/offerta

31.2.1.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe interess, inkluż dawk ta' konflitt li huma relevanti għall-ħarġa/offerta, li tagħti d-dettalji tal-persuni involuti u n-natura ta' l-interess.

31.3.

Fatturi ta' riskju

31.3.1.

Żvelar prominenti ta' fatturi ta' riskju li huma relevanti għat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment sabiex ikun evalwat ir-riskju tas-suq assoċjat ma' dawn it-titoli fit-taqsima imsemmija “Fatturi ta' riskju”.

32.

L-ISPIŻA TAL-ĦARĠA/OFFERTA TAR-RIĊEVUTI TA' DEPOSITI

32.1.

L-introjtu nett totali u stima ta' l-ispejjeż totali tal-ħarġa/offerta.




ANNESS XI

Il-Ħtiġijiet Minimi Ta' Żvelar Għad-Dokument Ta' Reġistrazzjoni Tal-Banek (Skeda)



1.

PERSUNI RESPONSABBLI

1.1.

Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fid-Dokument ta' Reġistrazzjoni u, kif ikun il-każ, għal ċertu partijiet tiegħu, ma', fil-każ ta' l-aħħar, indikazzjoni ta' dawn il-partijiet. Fil-każ ta' persuni naturali inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni ta' l-emittent indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta' persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċju reġistrat.

1.2.

Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta' reġistrazzjoni hija, sa' fejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha. Skond kif ikun il-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċertu partijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fil-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha.

2.

AWDITURI STATUTORJI

2.1.

L-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awdituri ta' l-emittent għall-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika (flimkien mas-sħubija f'korp professjonali).

2.2.

Jekk xi awdituri irriżenjaw, tneħħew jew ma ġewx maħtura mill-ġdid matul il-perjodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, indika d-dettalji jekk huma relevanti.

3.

FATTURI TA' RISKJU

3.1.

Żvelar prominenti ta' fatturi ta' riskju li jistgħu jaffetwaw il-kapaċità ta' l-emittent li jwettaq l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt it-titoli lill-investituri fit-taqsima intitolata “Fatturi ta' riskju”.

4.

INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

4.1.

L-istorja u l-iżvilupp ta' l-emittent

4.1.1.

L-isem legali u kummerċjali ta' l-emittent;

4.1.2.

Il-post ta' registrazzjoni ta' l-emittent u n-numru ta' reġistrazzjoni tiegħu;

4.1.3.

Id-data ta' l-inkorporazzjoni u t-tul tal-validità ta' l-emittent, ħlief fejn hija ndefinita;

4.1.4.

Il-forma domiċiljari u legali ta' l-emittent, il-leġislazzjoni li taħtha jopera l-emittent, il-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni tiegħu, u l-indirizz u n-numru tat-telefon ta' l-uffiċċju reġistrat tiegħu (jew il-post prinċipali tan-negozju jekk differenti mill-uffiċju reġistrat);

4.1.5.

kwalunkwe avvenimenti riċenti partikolari għall-emittent li huma ta' portata materjali relevanti għall-evalwazzjoni tas-solvibbiltà ta' l-emittent.

5.

SOMMARJU DWAR IN-NEGOZJU

5.1.

L-attivitajiet prinċipali:

5.1.1

Deskrizzjoni qasira ta' l-attivitajiet prinċipali ta' l-emittent fejn għandhom jissemmew il-kategoriji ewlenin ta' prodotti mibjugħa u/jew servizzi mwettqa;

5.1.2.

Indikazzjoni ta' kwalunkwe prodotti u/jew attivitajiet ġodda sinifikanti.

5.1.3.

Swieq prinċipali

Deskrizzjoni qasira tas-swieq prinċipali li fihom jaħdem l-emittent.

5.1.4.

Il-bażi għal kwalunkwe dikjarazzjonijiet fid-dokument ta' reġistrazzjoni magħmula mill-emittent dwar il-posizzjoni kompetittiva tiegħu.

6.

L-ISTRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

6.1.

Jekk l-emittent huwa parti minn grupp, deskrizzjoni qasira tal-grupp u tal-posizzjoni ta' l-emittent fil-grupp.

6.2.

Jekk l-emittent huwa dipendenti fuq entitajiet oħrajn fil-grupp, dan għandu jissemma b'mod ċar flimkien ma' spjegazzjoni ta' din id-dipendenza.

7.

INFORMAZZJONI DWAR XEJRIET

7.1.

Inkludi dikjarazzjoni li ma kien hemm l-ebda tibdil relevanti kuntrarju fil-prospetti ta' l-emittent mid-data ta' l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tiegħu.

Fil-każ li l-emittent mhux f'posizzjoni li jagħmel dikjarazzjoni bħal din, ipprovdi d-dettalji ta' dan it-tibdil relevanti kuntrarju.

7.2.

Informazzjoni dwar kwalunkwe xejriet magħrufa, inċertezzi, talbiet, rabtiet jew avvenimenti li raġonevolment x'aktarx li jkollhom effett materjali fuq il-prospetti ta' l-emittent għal mill-anqas is-sena finanzjarja kurrenti.

8.

TBASSIR JEW STIMI TAL-PROFITT

Jekk emittent jagħżel li jinkludi tbassir tal-profitt jew stima tal-profitt id-dokument ta' reġistrazzjoni irid ikun fih l-informazzjoni stabbilita fil-punti 8.1 u 8.2:

8.1.

Dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-teoriji prinċipali li fuqhom l-emittent ibbaża t-tbassir, jew l-istima tiegħu.

Għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn it-teoriji dwar il-fatturi li l-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni jistgħu jinfluwenzaw u t-teoriji dwar il-fatturi li huma esklussivament barra mill-influwenza tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni; it-teoriji iridu jkunu jinftehmu mill-investituri, ikunu speċifiċi u preċiżi u ma jikkonċernawx l-eżattezza ġenerali ta' l-istimi marbuta mat-tbassir.

▼M6

8.2.

Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)  il-persuna responsabbli minn din l-informazzjoni finanzjarja, jekk tkun differenti minn dik responsabbli mill-prospett inġenerali, tapprova dik l-informazzjoni;

(b)  accountants jew awdituri indipendenti qablu li l-informazzjoni finanzjarja hija konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss;

(c)  din l-informazzjoni finanzjarja ma ġietx awditjata.

▼B

8.3.

It-tbassir tal-profitt jew l-istima iridu jkunu ppreparati fuq bażi komparabbli ma' l-informazzjoni finanzjarja storika.

9.

KORPI AMMINISTRATTIVI, MANIĠERJALI, U TA' SUPERVIŻJONI

9.1.

L-ismijiet, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet tal-persuni li ġejjin ta' l-emittent u indikazzjoni ta' l-attivitajiet prinċipali imwettqa minnhom 'l barra mill-emittent fejn dawn huma sinifikanti fil-kuntest ta' dak l-emittent:

(a)  il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni;

(b)  is-sħab b'responsabbiltà mhux limitata, fil-każ ta' sħubija limitata b'kapital azzjonarju;

9.2.

Konflitti ta' interess ta' korpi amministrattivi, maniġerjali, u ta' superviżjoni

Konflitti ta' interess potenzali bejn kwalunkwe doveri ta' l-emittent, tal-persuni imsemmija fil-punt 9.1 u l-interessi privati tagħhom u jew doveri oħrajn għandhom jiġu ddikjarati b'mod ċar. Fil-każ li m'hemmx konflitti bħal dawn, trid issir dikjarazzjoni li tikkonferma dan.

10.

L-AZZJONISTI MAĠĠURI

10.1.

Safejn l-emittent ikun jaf, għid jekk l-emittent direttament jew indirettament għandux sid jew huwa kkontrollat u minn min u ddeskrivi in-natura ta' dan il-kontroll u ddeskrivi il-miżuri fis-seħħ biex ikun żgurat li dan il-kontroll ma jkunx abbużat.

10.2.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe arranġamenti, magħrufa mill-emittent, li t-tħaddim tagħhom jista' f'xi data sussegwenti jirriżulta f'tibdil fil-kontroll ta' l-emittent.

11.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA LI TIKKONĊERNA L-ATTIV U L-PASSIV TA' EMITTENT, IL-POSIZZJONI FINANZJARJA U L-PROFITTI U T-TELF

11.1.

Informazzjoni finanzjarja storika

Informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri s-sentejn finanzjarji l-aktar riċenti (jew perjodu simili iqsar li fih l-emittent kien qed jopera), u r-rapport ta' awditjar dwar kull sena. ►M2  Jekk emittent jkun biddel id-data tar-referenza tal-kontabilità tiegħu matul il-perjodu li għalih intalbet l-informazzjoni finanzjarja storika, l-informazzjoni storika vverifikata trid tkopri mill-inqas 24 xahar, jew il-perjodu kollu li l-emittent ilu jopera, liema jkun l-anqas. ◄ Din l-informazzjoni finanzjarja trid tkun ippreparata skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali ta' l-Istat Membru għal emittenti mill-Komunità. Għal emittenti minn pajjiż terz, din l-informazzjoni finanzjarja trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards ta' l-ikkontjar nazzjonali tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Jekk din l-informazzjoni finanzjarja m'hijiex ekwivalenti għal dawn l-i standards, għandha tiġi ppreżentata fil-forma ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji ddikjarati mill-ġdid.

L-informazzjoni finanzjarja storika tas-sena l-aktar riċenti għandha tkun ippreżentata u ppreparata f'forma konsistenti ma' dik li tkun se tiġi adottata fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ippubblikati li jmiss ta' l-emittent b'kunsiderazzjoni għall-i standards ta' l-ikkontjar u l-politika u l-leġislazzjoni applikabbli għal dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali bħal dawn.

Jekk l-emittent kien qed jopera fl-isfera kurrenti ta' l-attività ekonomika għal anqas minn sena, l-informazzjoni finanzjarja storika awditjata li tkopri dak il-perjodu għandha tkun ippreparata skond l-i standards applikabbli għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jew jekk mhux applikabbli l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar ta' l-Istat Membru nazzjonali meta l-emittent ikun mill-Komunità. Għal emittenti ta' pajjiż terz, l-informazzjoni finanzjarja storika trid tiġi ppreparata skond l-i standards ta' l-ikkontjar internazzjonali adottati skond il-proċedura ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew skond l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar tal-pajjiż terz ekwivalenti għal dawn l-i standards. Din l-informazzjoni finanzjarja storika trid tkun awditjata.

Jekk din l-informazzjoni finanzjarja awditjata tkun ppreparata skond l-i standards nazzjonali ta' l-ikkontjar, l-informazzjoni finanzjarja meħtieġa taħt dan it-titlu trid tinkludi mill-anqas:

(a)  karta tal-bilanċ;

(b)  dikjarazzjoni tad-dħul;

(ċ)  fil-każ ta' dħul ta' titoli f'kummerċ f'suq regolat biss, dikjarazzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-flus;

(d)  Il-politika tal-kontabilità u n-noti ta' spjegazzjoni.

L-informazzjoni finanzjarja storika annwali trid tkun awditjata indipendentament jew rapportata b'mod li tagħtix jew le, għall-iskopijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni, stampa vera u ġusta, skond l-i standards ta' l-awditajar applikabbli fi Stat Membru jew standard ekwivalenti.

11.2.

Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji

Jekk l-emittent jipprepara kemm id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tiegħu u kemm dawk kkonsolidati, inkludi mill-anqas id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali kkonsolidati fid-dokument ta' reġistrazzjoni.

11.3.

Awditjar ta' l-informazzjoni finanzjarja annwali storika

11.3.1.

Dikjarazzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika ġiet awditjata. Jekk ir-rapporti ta' l-awditjar dwar l-informazzjoni finanzjarja storika kienu rrifjutati mill-awdituri statutorji jew jekk fihom kwalifiki jew disclaimers, dan ir-rifjut jew dawn il-kwalifiki jew disclaimers għandhom ikunu riprodotti kollha u r-raġunijiet mogħtija.

11.3.2.

Indikazzjoni ta' informazzjoni oħra fid-dokument ta' reġistrazzjoni li kienet awditjata mill-awdituri.

11.3.3.

Fejn l-informazzjoni finanzjarja fid-dokument ta' reġistrazzjoni m'hijiex meħuda mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ta' l-emittent agħti s-sors ta' l-informazzjoni u ddikjara li l-informazzjoni m'hijiex awditjata.

11.4.

Iż-żmien ta' l-aħħar informazzjoni finanzjarja

11.4.1.

L-aħħar sena ta' l-informazzjoni finanzjarja awditjata ma tistax tkun eqdem minn 18 -il xahar mid-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

11.5.

Informazzjoni finanzjarja proviżorja u informazzjoni oħra

11.5.1

Jekk l-emittent ippubblika informazzjoni finanzjarja kull tlett xhur jew kull sitt xhur mid-data ta' l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati tiegħu, dawn iridu jkunu inklużi fid-dokument ta' reġistrazzjoni. Jekk l-informazzjoni finanzjarja ta' kull tlett xhur jew kull sitt xhur kienet riveduta jew awditjata, ir-rapport ta' l-awditjar jew reviżjoni iridu jkunu nklużi wkoll. Jekk l-informazzjoni finanzjarja ta' kull tlett xhur jew kull sitt xhur m'hijiex awditjata jew ma ġietx riveduta dan il-fatt irid jissemma.

11.5.2.

Jekk id-dokument ta' reġistrazzjoni huwa datat aktar minn disa' xhur wara t-tmiem ta' l-aħħar sena finanzjarja awditjata, għandu jkun fih informazzjoni finanzjarja proviżorja, li tkopri mill-anqas l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja. Jekk l-l-informazzjoni finanzjarja proviżorja m'hijiex awditjata iddikjara dan il-fatt.

L-informazzjoni finanzjarja proviżorja trid tinkludi dikjarazzjonijiet komparattivi għall-istess perjodu tas-sena finanzjarja ta' qabel, ħlief li l-ħtieġa li l-informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ tista' tkun sodisfatta bil-preżentazzjoni tal-karta tal-bilanċ ta' l-aħħar tas-sena.

11.6

Proċeduri legali u ta' arbitraġġ

Informazzjoni dwar kwalunkwe proċeduri governattivi, legali jew ta' arbitraġġ (inkluż kwalunkwe proċeduri bħal dawn li huma pendenti jew mhedda u li l-emittent jaf bihom), matul perjodu li jkopri mill-anqas it-12-il xahar ta' qabel li jista' jkollhom, jew kellhom effetti sinifikanti fuq il-passat riċenti tal-posizzjoni finanzjarja jew il-profittabilità ta' l-emittent u/jew il-grupp tiegħu, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

11.7.

Proċeduri legali u ta' arbitraġġ

Informazzjoni dwar kwalunkwe proċeduri governattivi, legali jew ta' arbitraġġ (inkluż kwalunkwe proċeduri bħal dawn li huma pendenti jew mhedda u li l-emittent jaf bihom), matul perjodu li jkopri mill-anqas it-12-il xahar ta' qabel li jista' jkollhom, jew kellhom effetti sinifikanti fuq il-passat riċenti tal-posizzjoni finanzjarja jew il-profittabilità ta' l-emittent u/jew il-grupp tiegħu, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa dikjarazzjoni negattiva xierqa.

12.

KUNTRATTI RELEVANTI

Sommarju qasir ta' kull kuntratt relevanti li ma daħlux fis-seħħ fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, li jistgħu jirriżultaw fi kwalunkwe membru tal-grupp li huwa marbut b'obbligazzjoni jew dritt li huma relevanti għall-kapaċità ta' l-emittent li jwettaq l-obbligazzjoni tiegħu lejn id-detenturi ta' titoli dwar titoli maħruġa.

13.

INFORMAZZJONI TA' TERZI PERSUNI U DIKJARAZZJONI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA' KWALUNKWE INTERESS

13.1.

Fejn dikjarazzjoni jew rapport li huwa attribwit lil xi persuna bħala espert jiġu inklużi fid-dokument ta' reġistrazzjoni, ipprovdi isem din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interessi relevanti jekk hemm ta' l-emittent. Jekk ir-rapport tħejja fuq talba ta' l-emittent ipprovdi dikjarazzjoni li tikkonferma li dikjarazzjoni jew rapport huma nklużi, il-forma u l-kuntest li fih huma inklużi, bil-kunsens tal-persuna li awtorizzat il-kontenut ta' dik il-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

13.2.

Meta s-sors ta' l-informazzjoni tkun terza persuna, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni kienet riprodotta b'mod eżatt u li safejn jaf l-emittent u safejn jista' jaċċerta mill-informazzjoni ppubblikata minn dik it-terza persuna, ma tħallew barra ebda fatti li jagħmlu l-informazzjoni riprodotta mhux eżatta jew li tqarraq. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) ta' l-informazzjoni.

14.

DOKUMENTI MURIJA

Dikjarazzjoni li għal kemm idum validu d-dokument ta' reġistrazzjoni id-dokumenti (jew kopji tiegħu), fejn applikabbli, jistgħu jiġu spezzjonati:

(a)  il-memorandum u l-artikli ta' assoċjazzjoni ta' l-emittent;

(b)  ir-rapporti, l-ittri, u d-dokumenti l-oħrajn kollha, l-informazzjoni finanzjarja storika, ivvalutar u dikjarazzjonijiet ippreparati minn kwalunkwe espert fuq talba ta' l-emittent li kwalunkwe parti minnhom hija inkluża jew imsemmija fid-dokument ta' reġistrazzjoni;

(ċ)  l-informazzjoni finanzjarja storika ta' l-emittent jew, fil-każ ta' grupp, l-informazzjoni finanzjarja storika għall-emittent u l-impriżi sussidjarji tiegħu għal kull waħda mis-sentejn finanzjarji li jippreċedu l-pubblikazzjoni tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

Indikazzjoni ta' fejn id-dokumenti murija jistgħu jiġu spezzjonati, b'mezzi fiżiċi jew elettroniċi.




ANNESS XII

ĦTIĠIJIET MINIMI TA' ŻVELAR GĦAN-NOTA TAT-TITOLI GĦAL TITOLI DERIVATTIVI (SKEDA)



1.

PERSUNI RESPONSABBLI

1.1.

Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett u, skond kif ikun il-każ, għal ċertu partijiet minnu, ma', fil-każ ta' l-aħħar, indikazzjoni dwar dawn il-partijiet. Fil-każ ta' persuni naturali inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni ta' l-emittent indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta' persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċċju reġistrat.

1.2.

Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għall-prospett li, wara li ngħatat l-attenzjoni kollha raġonevoli biex ikun żgurat li l-informazzjoni tal-prospett hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista' taffetwa l-importanza tagħha. Skond kif ikun il-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċertu partijiet tal-prospett li, wara li ngħatat l-attenzjoni kollha raġonevoli biex ikun żgurat li l-informazzjoni fil-parti tal-prospett li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista' taffetwa l-importanza tagħha.

2.

FATTURI TA' RISKJU

 

Żvelar prominenti ta' fatturi ta' riskju li huma relevanti għat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment sabiex ikun evalwat ir-riskju tas-suq assoċjat ma' dawn it-titoli fit-taqsima imsemmija “Fatturi ta' riskju”. Dan għandu jinkludi twissija ta' riskju fis-sens li l-investituri jistgħu jitilfu l-valur ta' l-investiment kollu tagħhom jew parti minnu, skond kif ikun il-każ, u/jew, jekk l-obbligazzjoni ta' l-investitur m'hijiex limitata għall-valur ta' l-investiment tiegħu, trid issir dikjarazzjoni ta' dan il-fatt, flimkien ma' deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom tirriżulta din l-obbligazzjoni addizzjonali u l-effett finanzjarju probabbli tiegħu.

▼M6

3.

INFORMAZZJONI ESSENZJALI

▼B

3.1.

Interess ta' persuni naturali u ġuridiċi involuti fil-ħarġa/offerta

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe interess, inkluż dawk ta' konflitt li huma relevanti għall-ħarġa/offerta, li tagħti d-dettalji tal-persuni involuti u n-natura ta' l-interess.

3.2.

Raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjtu jekk mhux biex isir profitt u/jew ikunu illimitati ċertu riskji

Jekk ikunu żvelati r-raġunijiet għall-offerta u l-użu ta' l-introjtu ipprovdi l-introjtu nett totali u stima ta' l-ispejjeż totali tal-ħarġa/offerta.

4.

INFORMAZZJONI DWAR IT-TITOLI LI SE JIĠU OFFRUTI/INTRODOTTI KUMMERĊJALMENT

4.1.

Informazzjoni dwar it-titoli

4.1.1.

Deskrizzjoni tat-tip u tal-klassi tat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment, inkluż l-ISIN (in-numru ta' identifikazzjoni ta' siġurtà internazzjonali) jew kodiċi simili ta' identifikazzjoni ta' sigurtà.

4.1.2.

Spjegazzjoni ċara u komprensiva biex tgħin lill-investituri jifhmu kif il-valur ta' l-investiment tagħhom ikun affetwat mill-valur ta' l-istrument (i) iggarantiti, speċjalment taħt ċirkostanzi li fihom ir-riskji huma aktar evidenti sakemm it-titoli ma jkollhomx denominazzjoni kull unità ta' mill-anqas EUR  ►M5  100 000 ◄ jew sakemm ma jistgħux jiġu akkwistati għal mill-anqas EUR  ►M5  100 000 ◄ kull titolu.

4.1.3.

Il-leġislazzjoni li taħtha nħolqu t-titoli.

4.1.4.

Indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex f'forma reġistrata jew f'forma ta' bearer u jekk it-titoli humiex f'forma ċċertifikata jew f'forma ta' book-entry. Fil-każ ta' l-aħħar, l-isem u l-indirizz ta' l-entità li għandha l-inkarigu li żżomm dawn ir-rekords.

4.1.5.

Munita tal-ħarġa tat-titoli.

4.1.6.

Il-livell tat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment, inkluż sommarji ta' kwalunkwe klawsoli li huma intenzjonati li jaffetwaw il-livell jew jissubordinaw it-titoli għal kwalunkwe passiv ta' l-emittent preżenti jew futur.

4.1.7.

Deskrizzjoni tad-drittijiet marbuta mat-titoli, inkluż kwalunkwe limitazzjonijiet ta' dawn id-drittijiet, u l-proċedura għall-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet.

4.1.8.

Fil-każ ta' ħarġiet ġodda, dikjarazzjoni tar-riżoluzzjonijiet, awtorizzazzjoni u approvazzjoni li bis-saħħa tagħhom it-titoli ġew jew se jiġu maħluqa u/jew maħruġa.

4.1.9.

Id-data tal-ħarġa tat-titoli.

4.1.10.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-trasferibbiltà libera tat-titoli.

4.1.11.

— Id-data ta' l-iskadenza jew il-maturità tat-titoli derivattivi.

— Id-dta ta' l-eżerċizzju jew id-data finali tar-referenza.

4.1.12.

Deskrizzjoni tal-proċedura ta' kif jiġu riżolti t-titoli derivattivi.

4.1.13.

Deskrizzjoni ta' kif jirriżulta kwalunkwe dħul minn titoli derivattivi, id-data tal-ħlas jew id-data tal-fornitura, u l-mod kif tiġi kkalkolata.

4.1.14.

Dwar il-pajjiż ta' l-uffiċċju reġistrat ta' l-emittent u l-pajjiż(i) fejn qed issir l-offerta jew qed jintlaqa' d-dħul f'kummerċ:

(a)  informazzjoni dwar taxxi fuq id-dħul mit-titoli miżmuma minn ras-il għajn;

(b)  indikazzjoni dwar jekk l-emittent jassumix r-responsabbiltà biex iżomm ta-taxxi minn ras-il għajn.

4.2.

Informazzjoni li tikkonċerna l-garanzija

4.2.1.

Il-prezz ta' l-eżerċizzju jew il-prezz finali ta' referenza tal-garanzija.

4.2.2.

Dikjarazzjoni li tistabbilixxi it-tip tal-garanzija u d-dettalji ta' minn fejn tista' tinkiseb l-informazzjoni dwar il-garanzija:

— indikazzjoni dwar minn fejn tista' tinkiseb informazzjoni dwar ir-rendiment passat u addizjonali tal-garanzija u l-volatilità tagħha,

— fejn il-garanzija hija titolu,

— 

— l-isem ta' l-emittent tat-titolu,

— l-ISIN (in-numru ta' identifikazzjoni tas-sigurta' internazzjonali) jew il-kodiċi ta' identifikazzjoni tas-sigurtà simili,

►M6  

— fejn is-sottostanti huwa indiċi:

— 

— l-isem tal-indiċi.

— deskrizzjoni tal-indiċi jekk ikun kompost mill-emittent jew kwalunkwe entità legali li tagħmel parti mill-istess grupp.

— deskrizzjoni, tal-indiċi li jiġi pprovdut minn entità legali jew persuna naturali li taġixxi flimkien mal-emittent jew f’ismu, sakemm il-prospett ma jkunx fih id-dikjarazzjonijiet li ġejjin:

— 

— is-sett komplet ta’ regoli tal-indiċi u l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-indiċi huma aċċessibbli liberament fuq il-websajt tal-emittent jew tal-fortnitur tal-indiċi;

— u

— ir-regoli governattivi (inkluż il-metodoloġija tal-indiċi għall-għażla u l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-komponenti tal-indiċi, id-deskrizzjoni ta’ avvenimenti li jfixklu s-suq u r-regoli ta’ aġġustament) huma bbażati fuq kriterji oġġettivi u ddeterminati minn qabel.

— Jekk l-indiċi ma jkunx kompost mill-emittent, fejn tista’ tinkiseb l-informazzjoni dwar l-indiċi.

 ◄

— fejn il-garanzija hija rata ta' imgħax,

— 

— deskrizzjoni tar-rata ta' l-imgħax,

— oħrajn:

— Fejn il-garanzija ma taqax fil-kategoriji speċifikati fuq, in-nota tat-titoli għandu jkollha l-informazzjoni ekwivalenti.

— fejn il-garanzija hija basket ta' garanziji,

— 

— żvelar tal-piżijiet relevanti ta' kull garanzija fil-basket.

4.2.3.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe avvenimenti ta' taqlib fis-suq jew taqlib fl-issettiljar li jistgħu jaffetwaw il-garanzija

4.2.4.

Regoli ta' aġġustar dwar avvenimenti li jikkonċernaw il-garanzija.

5.

TERMINI U KONDIZZJONIJIET TA' L-OFFERTA

5.1.

Il-kondizzjonijiet, statistika ta' l-offerta, il-kalendarju mistenni u l-azzjoni meħtieġa biex tapplika għall-offerta

5.1.1.

Kondizzjonijiet li l-offerta hija suġġetta għalihom.

5.1.2.

L-ammont totali tal-ħarġa/offerta, jekk l-ammont m'huwiex fiss, deskrizzjoni ta' l-arrangamenti u ż-żmien biex l-amonnt definittiv ta' l-offerta jitħabbar lill-pubbliku.

5.1.3.

Il-perjodu ta' żmien, inkluż kwalunkwe emendi possibbli, li matulu l-offerta se tkun miftuħa u deskrizzjoni tal-proċess ta' l-applikazzjoni.

5.1.4.

Dettalji ta' l-ammonti minimi u/jew massimi ta' l-applikazzjoni (f'numru ta' titoli jew f'ammont aggregat biex ikun investit).

5.1.5.

Il-metodu u l-limiti ta' żmien biex jitħallsu t-titoli u għall-fornitura tat-titoli.

5.1.6.

Deskrizzjoni sħiħa tal-mod u d-data li fiha r-riżultati ta' l-offerta isiru pubbliċi.

5.2.

Pjan ta' distribuzzjoni u allokar

5.2.1.

Il-kategoriji varji ta' investituri potenzali li lilhom huma offruti t-titoli. Jekk l-offerta qed issir simultanjament fis-swieq ta' żewġ pajjiżi jew aktar u jekk xi tranche ġie jew se jiġi rriservat għal xi uħud minn dawn, indika kwalunkwe tranche bħal dan.

5.2.2.

Il-proċess tan-notifika ta' l-ammont allokat lill-applikanti u indikazzjoni dwar jekk in-negozju jistax jibda qabel issir in-notifika.

5.3.

L-ipprezzar

 

Indikazzjoni tal-prezz li bih it-titoli mistennija jkunu offruti jew il-metodu ta' kif ikun iddeterminat il-prezz u l-process għall-iżvelar tiegħu. Indika l-ammont ta' kwalunkwe spejjeż u taxxi imposti speċifikament fuq is-sottoskrittur jew ix-xerrej.

5.4.

Pjazzament u garanziji

5.4.1

L-isem u l-indirizz tal-kordinatur(i) ta' l-offerta globali u ta' partijiet mill-offerta u, safejn jaf l-emittent jew l-offerent, tal-pjazzaturi fil-pajjiżi varji fejn issir l-offerta.

5.4.2

L-isem u l-indirizz ta' kwalunkwe aġenti tal-ħlas u aġenti tad-depositu f'kull pajjiż.

5.4.3.

L-isem u l-indirizz ta' l-entitajiet li jiftehmu li jiggarantixxu il-ħarġa fuq bażi ta' impenn sod, u l-isem u l-indirizz ta' l-entitajiet li jiftehmu li jagħmlu l-ħarġa mingħajr impenn sod jew skond arranġamenti ta' “l-aħjar sforz”. Indikazzjoni tal-karatteristiċi relevanti tal-ftehim, inkluż il-kwoti. Fejn mhux il-ħarġa kollha tkun iggarantita, dikjarazzjoni tal-parti mhux koperta.

5.4.4.

Meta l-ftehim tal-garanzija jintlaħaq jew ikun se jintlaħaq.

5.4.5.

L-isem u l-indirizz ta' l-aġent ta' l-ikkalkolar.

6.

ID-DĦUL F'KUMMERĊ U L-ARRANĠAMENTI TAN-NEGOZJU

6.1.

Indikazzjoni dwar jekk it-titoli offruti humiex jew jekk hux se jkunu s-suġġett ta' applikazzjoni għad-dħul f'kummerċ, bil-għan tad-distribuzzjoni tagħhom f'suq regolat jew swieq oħrajn ekwivalenti b'indikazzjoni tas-swieq imsemmija. Din iċ-ċirkostanza trid tissemma, mingħajr ma tinħoloq l-impressjoni li d-dħul f'kummerċ se jkun neċessarjament approvat. Jekk ikunu magħrufa, id-data l-aktar kmieni li fihom it-titoli se jkunu introdotti kummerċjalment.

6.2.

Is-swieq regolati kollha jew swieq ekwivalenti li fihom, safejn jaf l-emittent, diġà huma introdotti kummerċjalment titoli ta' l-istess klassi tat-titoli li se jkunu offruti jew introdotti kummerċjalment.

6.3.

L-isem u l-indirizz ta' l-entitajiet li għandhom impenn sod li jaġixxu bħala intermedjarji f'kummerċ sekondarju, li jipprovdu likwidità permezz ta' applikazzjonijiet u rati ta' offerti u deskrizzjoni tat-termini ewlenin ta' l-impenn tagħhom.

7.

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

7.1.

Jekk jissemmew konsulenti b'konnessjoni mal-ħarġa fin-Nota tat-titoli, dikjarazzjoni tal-kapaċità li fiha aġixxew il-konsulenti.

7.2.

Indikazzjoni ta' informazzjoni oħra fin-Nota tat-titoli li kienet awditjata jew riveduta mill-awdituri statutorji u fejn l-awdituri ipproduċew rapport. Riproduzzjoni tar-rapport jew, bil-permess ta' l-awtorità kompetenti, sommarju tar-rapport.

7.3.

Fejn tkun inkluża dikjarazzjoni jew rapport attribwit lil xi persuna bħala espert fin-Nota tat-titoli, ipprovdi l-isem, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interess relevanti ta' dawn il-persuni ta' l-emittent jekk hemm. Jekk ir-rapport tħejja fuq talba ta' l-emittent għandha ssir dikjarazzjoni li tikkonferma li dikjarazzjoni jew rapport bħal dan huma inklużi, fil-forma u l-kuntest li fih huma nklużi, bil-kunsens tal-persuna li awtorizza l-kontenut ta' dik il-parti tan-Nota tat-titoli.

7.4.

Meta s-sors ta' l-informazzjoni tkun terza persuna, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni kienet riprodotta b'mod eżatt u li safejn jaf l-emittent u safejn jista' jaċċerta mill-informazzjoni ppubblikata minn dik it-terza persuna, ma tħallew barra ebda fatti li jagħmlu l-informazzjoni riprodotta mhux eżatta jew li tqarraq. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) ta' l-informazzjoni.

7.5.

Indikazzjoni fil-prospett dwar jekk l-emittent huwiex jew le intenzjonat li jipprovdi informazzjoni wara l-ħruġ tat-titoli. Fejn l-emittent indika li għandu l-intenzjoni li jirraporta din l-informazzjoni, semmi fil-prospett liema informazzjoni se tkun rapportata, minn fejn din l-informazzjoni tista' tinkiseb.




ANNESS XIII

IL-ĦTIĠIJIET MINIMI TA' ŻVELAR GĦAN-NOTA TAT-TITOLI GĦAT-TITOLI TA' DEBITU B'DENOMINAZZJONI KULL UNITÀ TA' ANQAS MINN EUR  ►M5  100 000 ◄ (SKEDA)



1.

PERSUNI RESPONSABBLI

1.1.

Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fil-prospett u, kif ikun il-każ, għal ċertu partijiet tiegħu, ma', fil-każ ta' l-aħħar, indikazzjoni ta' dawn il-partijiet. Fil-każ ta' persuni naturali inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni ta' l-emittent indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta' persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċju reġistrat.

1.2.

Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għall-prospett li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fil-prospett hija, sa' fejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnu li jista jaffetwa l-importanza tiegħu. Skond kif ikun il-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċertu partijiet tal-prospett li l-informazzjoni li tinsab fil-parti tal-propsett li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnu li jista jaffetwa l-importanza tiegħu.

2.

FATTURI TA' RISKJU

 

Żvelar prominenti ta' fatturi ta' riskju li huma relevanti għat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment sabiex ikun evalwat ir-riskju tas-suq assoċjat ma' dawn it-titoli fit-taqsima imsemmija “Fatturi ta' riskju”.

▼M6

3.

INFORMAZZJONI ESSENZJALI

▼B

 

Interess ta' persuni naturali u ġuridiċi involuti fil-ħarġa/offerta

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe interess, inkluż dawk ta' konflitt li huma relevanti għall-ħarġa/offerta, li tagħti d-dettalji tal-persuni involuti u n-natura ta' l-interess.

4.

INFORMAZZJONI DWAR IT-TITOLI LI SE JIĠU INTRODOTTI KUMMERĊJALMENT

4.1.

L-amount totali tat-titoli li qed ikunu introdotti kummerċjalment.

4.2.

Deskrizzjoni tat-tip u tal-klassi tat-titoli offruti u/jew introdotti kummerċjalment, inkluż l-ISIN (in-numru ta' identifikazzjoni ta' siġurtà internazzjonali) jew kodiċi simili ta' identifikazzjoni ta' sigurtà.

4.3.

Il-leġislazzjoni li taħtha nħolqu t-titoli.

4.4.

Indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex f'forma reġistrata jew f'forma ta' bearer u jekk it-titoli humiex f'forma ċċertifikata jew f'forma ta' book-entry. Fil-każ ta' l-aħħar, l-isem u l-indirizz ta' l-entità li għandha l-inkarigu li żżomm dawn ir-rekords.

4.5.

Munita tal-ħarġa tat-titoli.

4.6.

Il-livell tat-titoli introdotti kummerċjalment, inkluż sommarji ta' kwalunkwe klawsoli li huma intenzjonati li jaffetwaw il-livell jew jissubordinaw it-titoli għal kwalunkwe passiv ta' l-emittent preżenti jew futur.

4.7.

Deskrizzjoni tad-drittijiet marbuta mat-titoli, inkluż kwalunkwe limitazzjonijiet ta' dawn id-drittijiet, u l-proċedura għall-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet.

▼M5

4.8.

Ir-rata ta’ imgħax nominali u d-dispożizzjonijiet relatati mal-imgħax pagabbli:

— Id-data minn meta l-imgħax isir pagabbli u d-dati dovuti għall-imgħax.

— Il-limitu ta’ żmien fuq il-validità tal-pretensjonijiet għal imgħax u ripagament tal-kapital.

Fejn ir-rata mhijiex fissa, dikjarazzjoni li tistabbilixxi t-tip ta’ sottostanti u deskrizzjoni tas-sottostanti li fuqha hija bbażata u tal-metodu użat sabiex issir relazzjoni bejn is-sottostanti u r-rata.

— Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe avveniment ta’ tfixkil fis-suq jew ta’ tfixkil fis-saldu li jaffettwa lis-sottostanti.

— Regoli ta’ aġġustament fir-rigward ta’ avvenimenti li jikkonċernaw is-sottostanti.

— L-isem tal-aġent tal-kalkolu.

▼B

4.9.

Id-data ta' maturità u l-arranġamenti għall-ħlas lura tas-self, inkluż il-proċeduri tal-pagamenti. Fejn huwa ikkontemplat ħlas lura bil-quddiem, fuq l-inizjattiva ta' l-emittent jew tad-detentur, dan għandu jkun deskritt, u jissemmew it-termini u l-kondizzjonijiet tal-ħlas lura.

4.10.

Indikazzjoni ta' yield.

4.11.

Rappreżentazzjoni ta' detenturi ta' titoli ta' debitu inkluż identifikkazzjoni ta' l-organizzazzjoni li tirrapreżenta lill-investituri u d-disposizzjonijiet li japplikaw għal din ir-rappreżentazzjoni. Indikazzjoni ta' minn fejn il-pubbliku jista' jkollu adeżjoni għall-kuntratti li jikkonċernaw dawn il-forom ta' rappreżentazzjoni.

4.12.

Fil-każ ta' ħarġiet ġodda, dikjarazzjoni tar-riżoluzzjonijiet, awtorizzazzjoni u approvazzjoni li bis-saħħa tagħhom it-titoli ġew jew se jiġu maħluqa u/jew maħruġa.

4.13.

Id-data tal-ħarġa tat-titoli.

4.14.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-trasferibbiltà libera tat-titoli.

5.

ID-DĦUL F'KUMMERĊ U L-ARRANĠAMENTI TAN-NEGOZJU

5.1.

Indikazzjoni tas-suq fejn it-titoli se jkunu nnegozjati u li ghal dan il-għan kien ippubblikat prospett. Jekk ikun magħruf, agħti id-dati l-aktar kmieni li fihom it-titoli se jkunu introdotti kummerċjalment.

5.2.

L-isem u l-indirizz ta' kwalunkwe aġenti tal-ħlas u aġenti tad-depositu f'kull pajjiż.

6.

L-ISPEJJEŻ TAD-DĦUL F'KUMMERĊ

 

Stima ta' l-ispejjeż totali marbuta mad-dħul f'kummerċ.

7.

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

7.1.

Jekk jissemmew konsulenti b'konnessjoni mal-ħarġa fin-Nota tat-titoli, dikjarazzjoni tal-kapaċità li fiha aġixxew il-konsulenti.

7.2.

Indikazzjoni ta' informazzjoni oħra fin-Nota tat-titoli li kienet awditjata jew riveduta mill-awdituri statutorji u fejn l-awdituri ipproduċew rapport. Riproduzzjoni tar-rapport jew, bil-permess ta' l-awtorità kompetenti, sommarju tar-rapport.

7.3.

Fejn tkun inkluża dikjarazzjoni jew rapport attribwit lil xi persuna bħala espert fin-Nota tat-titoli, ipprovdi l-isem, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interess relevanti ta' dawn il-persuni ta' l-emittent jekk hemm. Jekk ir-rapport tħejja fuq talba ta' l-emittent għandha ssir dikjarazzjoni li tikkonferma li dikjarazzjoni jew rapport bħal dan huma inklużi, fil-forma u l-kuntest li fih huma nklużi, bil-kunsens tal-persuna li awtorizza l-kontenut ta' dik il-parti tan-Nota tat-titoli.

7.4.

Meta s-sors ta' l-informazzjoni tkun terza persuna, ipprovdi konferma li din l-informazzjoni kienet riprodotta b'mod eżatt u li safejn jaf l-emittent u safejn jista' jaċċerta mill-informazzjoni ppubblikata minn dik it-terza persuna, ma tħallew barra ebda fatti li jagħmlu l-informazzjoni riprodotta mhux eżatta jew li tqarraq. Barra minn hekk, identifika s-sors(i) ta' l-informazzjoni.

7.5.

Il-livell ta' kreditu assenjati lil xi emittent jew it-titoli ta' debitu tiegħu fuq talba jew bil-koperazzjoni ta' l-emittent fil-proċess ta' l-assenjar ta' dan il-livell.




ANNESS XIV

▼M8

Komponent ta’ informazzjoni addizzjonali fuq is-sehem sottostanti

▼B

1. Deskrizzjoni tas-sehem primarju

1.1. Iddeskrivi it-tip u l-klassi ta' l-ishma

1.2. Il-leġislazzjoni li taħtha nħolqu jew se jinħolqu t-titoli.

1.3. Indikazzjoni dwar jekk it-titoli humiex f'forma reġistrata jew f'forma ta' bearer u jekk it-titoli humiex f'forma ċċertifikata jew f'forma ta' book-entry. Fil-każ ta' l-aħħar, l-isem u l-indirizz ta' l-entità li għandha l-inkarigu li żżomm dawn ir-rekords.

1.4. Indikazzjoni tal-munita tal-ħruġ ta' l-ishma

1.5. Deskrizzjoni tad-drittijiet marbuta mat-titoli, inkluż kwalunkwe limitazzjonijiet ta' dawn id-drittijiet, u l-proċedura għall-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet:

 Drittijiet ta' dividendi:

 

 dat/a/i fiss/a/i li fihom jirriżulta d-dritt,

 il-limitu ta' żmien li kif jiskadi jintemm id-dritt għad-dividend u indikazzjoni tal-persuna li l-iskadenza tkun favuru,

 restrizzjonijiet ta' dividendi u proċeduri għal detenturi mhux residenti,

 ir-rata ta' dividend jew il-metodu tal-kalkolu, il-perjodiċità u n-natura kumulattiva jew mhux kumulattiva tal-ħlas tiegħu.

 Drittijiet tal-vot

 Drittijiet ta' sottoskrizzjoni antiċipata f'offerti għal sottoskrizzjoni ta' titoli ta' l-istess klassi

 Dritt għal sehem fil-profitti ta' l-emittent

 Drittijiet għal sehem fi kwalunkwe riżultat żejjed fil-każ ta' likwidazzjoni

 Disposizzjonijiet ta' xiri mill-ġdid

 Disposizzjonijiet ta' konverżjoni

1.6. Fil-każ ta' ħarġiet ġodda, agħti r-riżoluzzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet u l-approvazzjonijiet li bihom l-ishma inħolqu jew se jinħolqu u/jew maħruġa u indikazzjoni tad-data tal-ħruġ.

1.7. Fejn u meta l-ishma se jkunu jew ġew introdotti kummerċjalment.

1.8. Deskrizzjoni ta' kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-trasferibbiltà libera ta' l-ishma.

1.9. Indikazzjoni ta' l-eżistenza ta' kwalunkwe tentattivi ta' takeover mandatorji u/jew regoli squeeze-out u sell-out dwar l-ishma.

1.10. Indikazzjoni ta' tentattivi pubbiċi ta' takeover minn terzi persuni dwar l-ekwità ta' l-emittent, li seħħew matul l-aħħar sena finanzjarja u s-sena finanzjarja kurrenti. Irid jiġi ddikjarat il-prezz jew it-termini ta' kambju marbuta ma' dawn l-offerti u dak li jirriżulta minnu.

1.11. L-impatt ta' l-eżerċizzju tad-dritt fuq is-sehem primarju ta' l-emittent u l-effett potenzali ta' taħlita fuq l-azzjonisti.

2. Meta l-emittent tal-garanzija huwa entità li tappartjeni lill-istess grupp, l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta fuq dan l-emittent hija dik meħtieġa mid-dokument ta' reġistrazzjoni ta' l-iskeda ta' l-ishma.




ANNESS XV

Il-ħtiġijiet minimi ta' żvelar għad-dokument ta' reġistrazzjoni għal titoli maħruġa minn impriżi ta' investiment kollettiv tat-tip closed-end (skeda)



 

Minbarra l-informazzjoni meħtieġa f'din l-iskeda, l-impriża ta' investiment kollettiv trid tipprovdi l-informazzjoni li ġejja kif meħtieġ fil-paragrafi w il-punti 1, 2, 3, 4, 5.1, 7, 9.1, 9.2.1, 9.2.3, 10.4, 13, 14, 15, 16, 17.2, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25 fl-Anness I (il-ħtiġijiet minimi ta' żvelar għad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' l-ishma skeda).

1.0

L-għan u l-politika ta' l-investiment

1.1.

Deskrizzjoni dettaljata ta' l-għan u l-politika ta' l-investiment ta' l-impriża ta' investiment kollettiv u deskrizzjoni ta' kif l-għanijiet u l-politika ta' l-investiment jistgħu ivarjaw inkluż kwalunkwe ċirkostanzi li fihom din il-varjazzjoni tkun teħtieġ l-approvazzjoni ta' l-investituri. Deskrizzjoni ta' kwalunkwe teknika u strumenti li jistgħu jintużaw fl-immaniġġjar ta' l-impriża ta' investiment kollettiv.

1.2.

Il-limiti ta' self u/jew poter ta' l-impriża ta' investiment kollettiv. Jekk m'hemmx limiti bħal dawn, inkludi dikjarazzjoni li tikkonferma dan.

1.3.

L-istatus regolatorju ta' l-impriża ta' investiment kollettiv flimkien ma' l-isem ta' kwalunkwe regolatur fil-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni tagħha.

1.4.

Il-profil ta' investitur tipiku li għalih hija mfassla l-impriża ta' investiment kollettiv.

2.

Restrizzjonijiet fuq l-investiment

2.1.

Dikjarazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-investiment li japplikaw għall-impriża ta' investiment kollettiv, jekk hemm, u indikazzjoni dwar kif id-detenturi tat-titoli jiġu nfurmati fuq azzjonijiet li jieħu l-amministratur ta' l-investiment fil-każ ta' ksur ta' dawn ir-restrizzjonijiet.

2.2.

Fejn aktar minn 20 % ta' l-attiv gross ta' kwalunkwe impriża ta' investiment kollettiv (ħlief fejn japplikaw il-punti 2.3 jew 2.5) jista' jiġi:

(a)  investit fi, direttament jew indirettament, jew misluf lil kwalunkwe emittent garanti (inkluż is-sussidjarji jew affiljati ta' l-emittent primarju); jew

(b)  investit f'impriża ta' investiment kollettivi jew aktar fejn tista' tinvesti aktar minn 20 % ta' l-attiv gross tagħha f'impriżi ta' investiment kollettiv oħrajn (tat-tip open-end u/jew closed-end); jew

(ċ)  esposti għall-evalwazzjoni tal-valur tal-kreditu u tas-solvibbiltà ta' kwalunkwe kontraparti (inkluż is-sussidjarji jew l-affiljati tagħhom);

l-informazzjoni li ġejja trid tiġi żvelata:

(i)  informazzjoni dwar kull emittent/impriża ta' investiment kollettiv/kontraparti primarju bħal li kieku kien l-emittent għall-iskopijiet tal-ħtiġijiet minimi ta' żvelar għall-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' l-ishma (fil-każ ta' (a)) jew il-ħtiġijiet minimi ta' żvelar għall-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni għal titoli maħruġa mill-impriża ta' investiment kollettiv tat-tip closed-end (fil-każ ta' (b)) jew il-ħtiġijiet minimi ta' żvelar għall-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni għal titoli ta' debitu u derivattivi b'denominazzjoni individwali kull unità ta' mill-anqas EUR ►M5  100 000 ◄ (fil-każ ta' (c)); jew

(ii)  jekk it-titoli maħruġa mill-emittent/impriża ta' investiment kollettiv/kontraparti primarju diġa ġew introdotti kummerċjalment f'suq regolat jew suq ekwivalenti jew l-obbligazzjonijiet huma ggarantiti minn entità introdotta kummerċjalment f'suq regolat jew suq ekwivalenti, l-isem, l-indirizz, il-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni, in-nature tan-negozju u l-isem tas-suq li fih iddaħħlu t-titoli.

Din il-ħtieġa m'għandhiex tapplika fejn jinqabżu l-20 % minħabba apprezzament jew diprezzament, tibdil fir-rati tal-kambju, jew permezz ta' drittijiet, bonusijiet, jew benefiċċji f'kapital jew permezz ta' kwalunkwe azzjoni oħra li taffetwa kull detentur ta' dan l-investiment, sakemm l-amministratur ta' l-investiment jagħti attenzjoni lill-limitu stabbilit meta jkun qed jikkunsidra il-portafoll ta' l-investiment.

2.3.

Fejn xi impriża ta' investiment kollettiv tista' tinvesti aktar minn 20 % ta' l-attiv gross tagħha f'impriżi ta' investiment kollettiv oħrajn (open ended u/jew closed ended), deskrizzjoni ta' jekk u kif inhu mifrux ir-riskju fil-każ ta' dawn l-investimenti. Barra minn hekk, il-punt 2.2 għandu japplika, b'mod globali, għall-investimenti primarji tagħha bħal li kieku dawn l-investimenti saru direttament.

2.4.

B'referenza għall-punt (c) tal-punt 2.2, jekk jitpoġġa kollateral biex ikopri dik il-parti esposta għal kwalunkwe kontraparti ta' aktar minn 20 % ta' l-attiv gross ta' l-impriża ta' investiment kollettiv, iridu jingħataw id-dettalji ta' dawn l-arranġamenti tal-kollateral.

2.5.

Fejn xi impriża ta' investiment kollettiv tista' tinvesti aktar minn 40 % ta' l-attiv gross tagħha f'impriża ta' investiment kollettiv oħra trid tingħata informazzjoni dwar waħda minn dawn li ġejjin:

(a)  informazzjoni dwar kull impriża ta' investiment kollettiv primarja bħal li kieku kien l-emittent għall-iskopijiet tal-ħtiġijiet minimi ta' żvelar għall-iskeda tad-dokument ta' reġistrazzjoni għal titoli maħruġa minn impriża ta' investiment kollettiv tat-tip closed-end;

(b)  jekk it-titoli maħruġa mill-impriża ta' investiment kollettiv primarja diġa ġew introdotti kummerċjalment f'suq regolat jew suq ekwivalenti jew l-obbligazzjonijiet huma ggarantiti minn entità introdotta kummerċjalment f'suq regolat jew suq ekwivalenti, l-isem, l-indirizz, il-pajjiż ta' l-inkorporazzjoni, in-natura tan-negozju u l-isem tas-suq li fih jiddaħħlu it-titoli tagħhom.

2.6.

Oġġetti fiżiċi

Fejn impriża ta' investiment kollettiv tinvesti direttament f'oġġetti fiżiċi semmi dan il-fatt u l-perċentwali li jkun investit b'dan il-mod.

2.7.

Proprjetà ta' impriża ta' investiment kollettiv

Fejn xi impriża ta' investiment kollettiv tkun impriża ta' investiment kollettiv fil-proprjetà, semmi dan il-fatt, il-perċentwali tal-portafoll li huwa investit fil-proprjetà, kif ukoll deskrizzjoni tal-proprjetà u kwalunkwe spejjeż tal-materjal li jikkonċernaw l-akkwist u l-pussess ta' proprjetà bħal din. Barra minn hekk, irid jiġi inkluż rapport ta' l-ivvalutar ta' dawn il-proprjetajiet.

L-iżvelar tal-punt 4.1. japplika għal:

(a)  l-entità li tagħmel l-ivvalutar;

(b)  kwalunkwe entità oħra responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proprjetà.

2.8.

Strumenti/strumenti monetarji tas-suq/muniti finanzjarji derivattivi

Fejn xi impriża ta' investiment kollettiv tinvesti fi strumenti, strumenti monetarji tas-suq jew muniti ħlief jekk għall-iskopijiet ta' ġestjoni effiċjenti tal-portafoll (i.e. għall-iskop uniku ta' tnaqqis, trasferibbiltà jew eliminazzjoni tar-riskju ta' l-investiment fl-investimenti primarji ta' l-impriża ta' l-investiment kollettiv, inkluż kwalunkwe teknika jew strumenti użati biex tingħata protezzjoni kontra r-riskji tal-kambju u l-kreditu), dikjarazzjoni dwar jekk dawn l-investimenti humiex użati għal skopijiet ta' llimitar jew ta' investiment, u deskrizzjoni dwar jekk u kif inhu mifrux ir-riskju fil-każ ta' dawn l-investimenti.

2.9.

Il-punt 2.2 ma japplikax għal investiment f'titoli maħruġa jew ggarantiti mill-gvern, aġenzija tal-gvern jew strumentalità ta' kwalunkwe Stat Membru, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tiegħu, jew Stat Membru ta' l-OKED.

▼M6

2.10.

Il-punt (a) tas-subpunt 2.2 ma japplikax għall-investiment kollettiv li l-għan tal-investiment tiegħu huwa li jittraċċa, mingħajr modifika materjali, dak ta’ indiċi ppubblikat u bbażat u rikonoxxut b’mod wiesa’. Dikjarazzjoni li tistabbilixxi dettalji dwar minn fejn tista’ tinkiseb l-informazzjoni dwar l-indiċi għandha tiġi inkluża.

▼B

3.

Il-fornituri tas-servizzi ta' l-applikant

3.1.

L-ammont totali attwali jew stmat tal-miżati kollha relevanti imħallsa direttament jew indirettament mill-impriża ta' l-investiment kollettiv għal kwalunkwe servizzi skond arranġamenti magħmula fid-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni jew qabel u deskrizzjoni ta' kif dawn il-miżati jiġu kkalkulati.

3.2.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżati imħallsa direttament jew indirettament mill-impriża ta' l-investiment kollettiv li ma jistgħux jiġu kkwantifikati taħt il-punt 3.1 u li huma jew jistgħu ikunu relevanti.

3.3.

Jekk kwalunkwe fornitur ta' servizzi lill-impriża ta' l-investiment kollettiv jirċievi kwalunkwe benefiċċji minn terza persuna (ħlief impriża ta' investiment kollettiv) permezz tal-fornitura ta' kwalunkwe servizzi lill-impriża ta' l-investiment kollettiv, u dawn il-benefiċċji jistgħu ma jakkumulawx għall-impriża ta' l-investiment kollettiv, trid issir dikjarazzjoni li tikkonferma dan, l-isem ta' din it-terza persuna, jekk disponibbli, u deskrizzjoni tan-natura tal-benefiċċji.

3.4.

L-isem tal-fornitur tas-servizzi li huwa responsabbli biex ikun stabbilit u kkalkolat il-valur nett ta' l-attiv ta' l-impriża ta' l-investiment kollettiv.

3.5.

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe konflitti ta' interess potenzali relevanti li jista' jagħmel kwalunkwe fornitur ta' servizzi lill-impriża ta' investiment kollettiv bejn l-obbligi tagħhom lejn l-impriża ta' l-investiment kollettiv u l-obbligi tagħhom lejn terzi persuni u l-interessi l-oħrajn tagħhom. Deskrizzjoni ta' kwalunkwe arranġamenti fis-seħħ biex jindirizzaw dawn il-konflitti potenzali.

4.

Amministraturi/konsulenti ta' l-investiment

4.1.

Hu meħtieġ li tkun żvelata informazzjoni dwar kwalunkwe amministratur ta' l-investiment skond il-punti 5.1.1 sa 5.1.4 u, jekk relevanti, skond il-punt 5.1.5 ta' l-Anness I flimkien ma' deskrizzjoni ta' l-istatus regolatorju u l-esperjenza tiegħu.

4.2.

Dwar kwalunkwe entità li tipprovdi pariri dwar investiment li jikkonċerna l-attiv ta' l-impriża ta' l-investiment kollettiv, l-isem u deskrizzjoni qasira ta' kull entità.

5.

Il-kustodja

5.1.

Deskrizzjoni sħiħa dwar kif se jinzamm l-attiv ta' l-impriża ta' l-investiment kollettiv u minn min u kwalunkwe fiduċjarju jew relazzjoni simili bejn l-impriża ta' l-investiment kollettiv u kwalunkwe terza persuna fejn jikkonċerna l-kustodja:

Fejn jinħatar xi kustodju, trustee, jew fiduċjarju ieħor:

(a)  trid tiġi żvelata informazzjoni kif meħtieġ skond il-punti 5.1.1 sa 5.1.4 u, jekk relevanti, skond il-punt 5.1.5 ta' l-Anness I;

(b)  deskrizzjoni ta' l-obbligazzjonijiet ta' din il-persuna taħt il-kustodja jew ftehim simili;

(ċ)  kwalunkwe arranġamenti ta' kustodja ddelegati;

(d)  l-istatus regolatorju ta' din il-persuna u d-delegi.

5.2.

Fejn kwalunkwe entità ħlief dawk l-entitajiet imsemmija fil-punt 5.1, għandha kwalunkwe attiv ta' l-impriża ta' l-investiment kollettiv, deskrizzjoni dwar kif jinżamm dan l-attiv flimkien ma' deskrizzjoni dwar kwalunkwe riskji addizzjonali.

6.

L-ivvalutar

6.1.

Deskrizzjoni dwar kemm-il darba, u dwar il-prinċipji ta' l-ivvalutar u l-metodu li bih, il-valur nett ta' l-attiv ta' l-impriża ta' l-investiment kollettiv se jkun stabbilit, b'distinzjoni bejn il-kategoriji ta' l-investimenti u dikjarazzjoni dwar kif il-valur nett ta' l-attiv se jkun ikkommunikat lill-investituri.

6.2.

Dettalji taċ-ċirkostanzi kollha li fihom jistgħu jiġi sospiż l-ivvalutar u dikjarazzjoni dwar kif se tiġi kkomunikata sospensjoni bħal din jew titpoġġa għad-disposizzjoni lill-investituri.

7.

Passiv maqsum

7.1.

Fil-każ ta' impriża ta' investiment kollettiv taħt umbrella, dikjarazzjoni ta' kwalunkwe passiv maqsum li jista' jkun hemm bejn klassijiet jew investimenti f'impriżi ta' investiment kollettiv oħrajn u kwalunkwe azzjoni meħuda biex tillimita passiv bħal dan.

8.

L-informazzjoni finanzjarja

8.1.

Fejn, mid-data ta' l-inkorporazzjoni jew minn meta kienet stabbilita, l-impriża ta' l-investiment kollettiv ma tibdiex taħdem u ma saru ebda dikjarazzjonijiet finanzjarji fid-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni, trid issir dikjarazzjoni li tikkonferma dan.

Fejn l-impriża ta' l-investiment kollettiv bdiet taħdem, japplikaw id-disposizzjonijiet tal-punt 20 ta' l-Anness I dwar il-Ħtiġijiet Minimi ta' Żvelar għad-dokument ta' reġistrazzjoni ta' l-ishma.

8.2.

Analiżi komprensiva u sinifikanti tal-portafoll ta' l-impriża ta' l-investiment kollettiv (jekk mhux awditjata, immarkata hekk b'mod ċar).

8.3.

Trid tkun inkluża indikazzjoni tal-valur nett ta' l-attiv l-aktar riċenti għal kull titolu fl-iskeda tan-nota tat-titoli (u, jekk mhux awditjata, immarkata hekk b'mod ċar).




ANNESS XVI

Il-Ħtiġijiet Minimi Ta' Żvelar Għad-Dokument Ta' Reġistrazzjoni Għal Titoli Maħruġa Mill-Istati Membri, Il-Pajjiżi Terzi U L-Awtoritajiet Reġjonali U Kummerċjali Tagħhom (Skeda)



1.

PERSUNI RESPONSABBLI

1.1.

Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fid-dokument ta' Reġistrazzjoni u, kif ikun il-każ, għal ċertu partijiet tiegħu, ma', fil-każ ta' l-aħħar, indikazzjoni ta' dawn il-partijiet. Fil-każ ta' persuni naturali inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni ta' l-emittent indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta' persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċju reġistrat.

1.2.

Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta' reġistrazzjoni hija, sa' fejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha. Skond kif ikun il-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċertu partijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fil-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha.

2.

FATTURI TA' RISKJU

Żvelar prominenti ta' fatturi ta' riskju li jistgħu jaffetwaw il-kapaċità ta' l-emittent li jwettaq l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt it-titoli lill-investituri fit-taqsima intitolata “Fatturi ta' riskju”.

3.

INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

3.1.

L-isem legali ta' l-emittent u deskrizzjoni qasira tal-posizzjoni ta' l-emittent fil-qafas tal-gvern nazzjonali.

3.2.

Il-post domiċiljari jew ġeografiku u l-forma legali ta' l-emittent u l-indirizz ta' kuntatt u n-numru tat-telefon tiegħu.

3.3.

Kwalunkwe avvenimenti riċenti relevanti għall-evalwazzjoni tas-solvibbiltà ta' l-emittent.

3.4.

Deskrizzjoni ta' l-ekonomija ta' l-emittent inkluż:

(a)  l-istruttura ta' l-ekonomija b'dettalji tas-setturi ewlenin ta' l-ekonomija;

(b)  il-prodott gross domestiku b'rendikont mis-setturi ekonomiċi ta' l-emittent għas-sentejn fiskali ta' qabel.

3.5.

Deskrizzjoni ġenerali tas-sistema politika u governattiva ta' l-emittent inkluż dettalji tal-korp governattiv ta' l-emittent.

4.

KUMMERĊ U FINANZI PUBBLIĊI

Informazzjoni li ġejja dwar is-sentejn fiskali ta' qabel id-data tad-dokument ta' reġistrazzjoni:

(a)  is-sistemi tat-taxxa u l-ibbaġitjar;

(b)  id-dejn gross pubbliku inkluż sommarju tad-dejn, l-istruttura tal-maturità tad-dejn pendenti (b'mod partikolari b'nota dwar dejn b'maturità residwa ta' anqas minn sena) u r-rekord tal-ħlas tad-dejn, u tal-partijiet tad-dejn iddenominati fil-munita domestika ta' l-emittent u f'muniti barranin;

(ċ)  il-kummerċ barrani u ċ-ċifri tal-bilanċ tal-pagamenti;

(d)  ir-riservi tal-kambju barranin inkluż kwalunkwe piżijiet potenzali għal dawn ir-riservi tal-kambju barranin bħala kuntratti jew derivattivi bil-quddiem;

(e)  il-posizzjoni finanzjarja u r-riżorsi inkluż depositi likwidi disponibbli fil-munita domestika;

(f)  iċ-ċifri tad-dħul u l-ħruġ.

Deskrizzjoni dwar kwalunkwe awditjar jew proċeduri ta' reviżjoni independenti tal-kontijiet ta' l-emittent.

5.

TIBDIL SINIFIKANTI

5.1.

Dettalji dwar kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-informazzjoni ipprovduta skond il-punt 4 li seħħ mill-aħħar ta' l-aħħar sena fiskali, jew dikjarazzjoni negattiva xierqa.

6.

PROĊEDURI LEGALI U TA' ARBITRAĠĠ

6.1

Informazzjoni dwar kwalunkwe proċeduri governattivi, legali jew ta' arbitraġġ (inkluż kwalunkwe proċeduri bħal dawn li huma pendenti jew mhedda u li l-emittent jaf bihom), matul perjodu li jkopri mill-anqas it-12-il xahar ta' qabel li jista' jkollhom, jew kellhom effetti sinifikanti fuq il-passat riċenti tal-posizzjoni finanzjarja jew il-profittabilità ta' l-emittent u/jew il-grupp tiegħu, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

6.2.

Informazzjoni dwar kwalunkwe immunità li l-emittent jista' jkollu mill-proċeduri legali.

7.

DIKJARAZZJONI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA' KWALUNKWE INTERESS

Fejn dikjarazzjoni jew rapport li huwa attribwit lil xi persuna bħala espert jiġu inklużi fid-dokument ta' reġistrazzjoni, ipprovdi isem din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki u l-interessi relevanti jekk hemm ta' l-emittent. Jekk ir-rapport tħejja fuq talba ta' l-emittent ipprovdi dikjarazzjoni li tikkonferma li dikjarazzjoni jew rapport huma nklużi, il-forma u l-kuntest li fih huma inklużi, bil-kunsens tal-persuna li awtorizzat il-kontenut ta' dik il-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni.

Safejn jaf l-emittent, ipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe interess li jikkonċerna dan l-espert li jista' jaffetwa l-indipendenza ta' l-espert fil-preparazzjoni tar-rapport.

8.

DOKUMENTI MURIJA

Dikjarazzjoni li għal kemm idum validu d-dokument ta' reġistrazzjoni id-dokumenti (jew kopji tiegħu), fejn applikabbli, jistgħu jiġu spezzjonati:

(a)  rapporti finanzjarji u ta' awditjar ta' l-emittent li jkopru l-aħħar sentejn fiskali u l-budget għas-sena fiskali kurrenti;

(b)  ir-rapporti, l-ittri, u d-dokumenti l-oħrajn kollha, ivvalutar u dikjarazzjonijiet ippreparati minn kwalunkwe espert fuq talba ta' l-emittent li kwalunkwe parti minnhom hija inkluża jew imsemmija fid-dokument ta' reġistrazzjoni;

Indikazzjoni ta' fejn id-dokumenti murija jistgħu jiġu spezzjonati, b'mezzi fiżiċi jew elettroniċi.




ANNESS XVII

Il-Ħtiġijiet Minimi Ta' Żvelar Għad-Dokument Ta' Reġistrazzjoni Għal Titoli Maħruġa Minn Korpi Pubbliċi Internazzjonali U Għal Titoli Ta' Debitu Ggarantiti Mill-Istat Membru Ta' L-OKED (skeda)



1.

PERSUNI RESPONSABBLI

1.1.

Il-persuni kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fid-dokument ta' Reġistrazzjoni u, kif ikun il-każ, għal ċertu partijiet tiegħu, ma', fil-każ ta' l-aħħar, indikazzjoni ta' dawn il-partijiet. Fil-każ ta' persuni naturali inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u ta' superviżjoni ta' l-emittent indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna; fil-każ ta' persuni ġuridiċi indika l-isem u l-uffiċju reġistrat.

1.2.

Dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fid-dokument ta' reġistrazzjoni hija, sa' fejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha. Skond kif ikun il-każ, dikjarazzjoni minn dawk responsabbli għal ċertu partijiet tad-dokument ta' reġistrazzjoni li, wara li ngħatat attenzjoni raġonevoli biex ikun żgurat li hekk huwa l-każ, l-informazzjoni li tinsab fil-parti tad-dokument ta' reġistrazzjoni li għaliha huma responsabbli hija, safejn jafu huma, skond il-fatti u ma tħalla xejn barra minnha li jista jaffetwa l-importanza tagħha.

2.

FATTURI TA' RISKJU

 

Żvelar prominenti ta' fatturi ta' riskju li jistgħu jaffetwaw il-kapaċità ta' l-emittent li jwettaq l-obbligazzjonijiet tiegħu taħt it-titoli lill-investituri fit-taqsima intitolata “Fatturi ta' riskju”.

3.

INFORMAZZJONI DWAR L-EMITTENT

3.1.

L-isem legali ta' l-emittent u deskrizzjoni qasira ta' l-istatus legali ta' l-emittent.

3.2.

Il-post ta' l-uffiċċju prinċipali u l-forma legali ta' l-emittent u l-indirizz ta' kuntatt u n-numru tat-telefon tiegħu.

3.3.

Dettalji tal-korp governattiv ta' l-emittent u deskrizzjoni ta' l-arranġamenti governattivi tiegħu, jekk hemm.

3.4.

Deskrizzjoni qasira tal-funzjonijiet u l-iskopijiet ta' l-emittent.

3.5.

Is-sorsi tal-finanzjament, il-garanziji u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn duvuti lill-emittent mill-membri tiegħu.

3.6.

Kwalunkwe avvenimenti riċenti relevanti għall-evalwazzjoni tas-solvibbiltà ta' l-emittent.

3.7.

Lista tal-membri ta' l-emittent.

4.

INFORMAZZJONI FINANZJARJA

4.1.

Iż-żewġ dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati ippubblikati l-aktar riċenti ippreparati skond il-prinċipji ta' l-ikkontjar u l-awditjar adottati mill-emittent, u deskrizzjoni qasira ta' dawn il-prinċipji ta' l-ikkontjar u l-awditjar.

Dettalji dwar kwalunkwe tibdil sinfikanti fil-posizzjoni finanzjarja ta' l-emittent li seħħew mid-data ta' l-aħħar finanzjarja dikjarazzjoni annwali awditjata ippubblikata, jew dikjarazzjoni negattiva xierqa.

5.

PROĊEDURI LEGALI U TA' ARBITRAĠĠ

5.1

Informazzjoni dwar kwalunkwe proċeduri governattivi, legali jew ta' arbitraġġ (inkluż kwalunkwe proċeduri bħal dawn li huma pendenti jew mhedda u li l-emittent jaf bihom), matul perjodu li jkopri mill-anqas it-12-il xahar ta' qabel li jista' jkollhom, jew kellhom effetti sinifikanti fuq il-passat riċenti tal-posizzjoni finanzjarja jew il-profittabilità ta' l-emittent u/jew il-grupp tiegħu, jew ipprovdi dikjarazzjoni negattiva xierqa.

5.2.

Informazzjoni dwar kwalunkwe immunità li l-emittent jista' jkollu mill-proċeduri legali skond dokument kostitwenti tiegħu.

6.

DIKJARAZZJONI MINN ESPERTI U DIKJARAZZJONIJIET TA' KWALUNKWE INTERESS

 

Fejn dikjarazzjoni jew rapport li huwa attribwit lil xi persuna bħala espert jiġu inklużi fid-dokument ta' reġistrazzjoni, ipprovdi isem din il-persuna, l-indirizz tan-negozju, il-kwalifiki. Jekk ir-rapport tħejja fuq talba ta' l-emittent ipprovdi dikjarazzjoni li tikkonferma dan, li dikjarazzjoni jew rapport huma nklużi, fil-forma u l-kuntest li fih huma inklużi, bil-kunsens ta' dik il-persuna.

Safejn jaf l-emittent, ipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe konflitt ta' interess li jikkonċerna lil dan l-espert li jista' jaffetwa l-indipendenza ta' l-espert fil-preparazzjoni tar-rapport.

7.

DOKUMENTI MURIJA

 

Dikjarazzjoni li għal kemm idum validu d-dokument ta' reġistrazzjoni id-dokumenti (jew kopji tiegħu), fejn applikabbli, jistgħu ikunu disponibbli jekk mitlub:

(a)  rapporti annwali u ta' awditjar ta' l-emittent li jkopru kull waħda mill-aħħar sentejn fiskali ippreparati mill-emittent skond il-prinċipji ta' l-ikkontjar u l-awditjar;

(b)  ir-rapporti, l-ittri, u d-dokumenti l-oħrajn kollha, ivvalutar u dikjarazzjonijiet ippreparati minn kwalunkwe espert fuq talba ta' l-emittent li kwalunkwe parti minnhom hija inkluża jew imsemmija fid-dokument ta' reġistrazzjoni;

(ċ)  d-dokument kostitwenti ta' l-emittent.

Indikazzjoni ta' fejn id-dokumenti murija jistgħu jiġu spezzjonati, b'mezzi fiżiċi jew elettroniċi.

▼M8




ANNESS XVIII

PARTI I

Tabella ta’ kombinazzjonijiet



Nru

ANNESS XVIII

Parti I

DOKUMENT TA’ REĠISTRAZZJONI

SKEDI

KOMPONENTI

SKEDI

TIPI TA’ TITOLI

Sehem

Dejn u derivattivi

(< EUR 100 000)

Dejn u derivattivi

(> jew = EUR 100 000)

Titoli abbażi ta’ assi

Dejn u derivattivi tal-Banek

Informazzjoni pro forma

(jekk applikabbli)

Impriza ta’ Investiment Kollettiv tat-Tip closed-end

L-Istati u l-Awtoritajiet Regjonali u Lokali tagħhom

Korpi Internazzjonali Pubblici/titoli ta’ dejn iggarantiti minn stat membru tal-OECD

1

Ishma (ishma preferenzali, ishma li jistgħu jiġu mifdija, ishma bi drittijiet ta’ sottoskrizzjoni preferenzali, eċċ...)

 
 
 
 
 
 
 
 
 

2

Titoli ta’ dejn (titoli ta’ dejn vanilla, introjtu minn titoli ta’ dejn, titoli tad-dejn strutturat, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ inqas minn EUR 100 000

 

JEW

 
 

JEW

 
 
 
 

3

Titoli ta’ dejn (titoli ta’ dejn vanilla, introjtu minn titoli ta’ dejn, titoli tad-dejn strutturat, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ mill-inqas EUR 100 000

 
 

JEW

 

JEW

 
 
 
 

4

Titoli ta’ dejn ggarantiti minn parti terza

 

JEW

JEW

 

JEW

 
 
 
 

5

Titoli derivattivi ggarantiti minn parti terza

 

JEW

JEW

 

JEW

 
 
 
 

6

Titoli abbażi ta’ assi

 
 
 
 
 
 
 
 
 

7

Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew grupp ammessi f’suq regolat

 

JEW

JEW

 

JEW

 
 
 
 

8

Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza li mhux ammessi f’suq regolat

L-emittent ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli

 

JEW

JEW

 

JEW

 
 
 
 

L-emittent ta’ Ishma (Sottostanti)

 
 
 
 
 
 
 
 
 

9

Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal emittent li mhux ammessi f’suq regolat

 
 
 
 
 
 
 
 
 

10

Titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-grupp ta’ emittent li mhux ammessi f’suq regolat

L-emittent ta’ titoli ta’ dejn skambjabbli jew konvertibbli

 

JEW

JEW

 

JEW

 
 
 
 

L-emittent ta’ Ishma (Sottostanti)

 
 
 
 
 
 
 
 
 

11

Titoli ta’ dejn b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat

 
 
 
 
 
 
 
 
 

12

Ishma b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat

 
 
 
 
 
 
 
 
 

13

Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist tal-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’suq regolat

 
 
 
 
 
 
 
 
 

14

Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt tal-akkwist tal-ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat

 

JEW

JEW

 

JEW

 
 
 
 

15

Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist ta’ ishma ta’ emittenti jew grupp ammessi f’suq regolat u titoli derivattivi marbuta ma’ garanzija li m’hijiex ishma ta’ emittent jew grupp mhux ammessi f’suq regolat (inkluż kwalunkwe titoli derivattivi li jagħtu dritt li jiġu riżolti bi flus kontanti)

 

JEW

JEW

 

JEW

 
 
 
 



Nru

ANNESS XVIII

Parti I

NOTA TAT-TITOLI

SKEDI

KOMPONENTI ADDIZZJONALI

TIPI TA’ TITOLI

Sehem

Dejn

(< EUR 100 000)

Dejn

(> jew = EUR 100 000)

Titoli derivattivi

Garanziji

Titoli abbażi ta’ assi

Sehem sottostanti

1

Ishma (ishma preferenzali, ishma li jistgħu jiġu mifdija, ishma bi drittijiet ta’ sottoskrizzjoni preferenzali, eċċ...)

 
 
 
 
 
 
 

2

Titoli ta’ Dejn (Titoli ta’ Dejn vanilla, Titoli ta’ Dejn fuq dħul, Titoli ta’ Dejn Strutturati, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ inqas minn EUR 100 000

 
 
 
 
 
 
 

3

Titoli ta’ dejn (titoli ta’ dejn vanilla, introjtu minn titoli ta’ dejn, titoli tad-dejn strutturat, eċċ...) b’denominazzjoni ta’ mill-inqas EUR 100 000

 
 
 
 
 
 
 

4

Titoli ta’ Dejn ggarantiti minn parti terza

 

JEW

JEW

 
 
 
 

5

Titoli derivattivi ggarantiti minn parti terza

 
 
 
 
 
 
 

6

Titoli abbażi ta’ assi

 

JEW

JEW

 
 
 
 

7

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza jew ishma ta’ emittenti jew ta’ grupp ammessi f’suq regolat

 

JEW

JEW

U biss il-punt 4.2.2

 
 
 

8

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma ta’ parti terza mhux ammessi f’suq regolat

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli

 

JEW

JEW

 
 
 
 

Ishma (sottostanti)

 
 
 
 
 
 

U minbarra l-punt 2

9

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-emittent mhux ammessi f’suq regolat

U biss il-punti 3.1 u 3.2

JEW

JEW

 
 
 
 

10

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli f’ishma tal-grupp ta’ emittent mhux ammessi f’suq regolat

Titoli ta’ Dejn skambjabbli jew konvertibbli

 

JEW

JEW

 
 
 
 

Ishma (sottostanti)

U biss il-punti 3.1 u 3.2

 
 
 
 
 
 

11

Titoli ta’ dejn b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat

 

JEW

JEW

U minbarra l-punt 4.2.2

 
 
 

12

Ishma b’digrieti li jakkwistaw l-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’kummerċ f’suq regolat

 
 
 

U minbarra l-punt 4.2.2

 
 
 

13

Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist tal-ishma tal-emittenti mhux ammessi f’suq regolat

 
 
 

U minbarra l-punt 4.2.2

 
 
 

14

Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt tal-akkwist tal-ishma ta’ grupp mhux ammessi f’suq regolat

 
 
 

U minbarra l-punt 4.2.2

 
 
 

15

Titoli derivattivi li jagħtu d-dritt ta’ sottoskrizzjoni jew akkwist ta’ ishma ta’ emittenti jew grupp ammessi f’suq regolat u titoli derivattivi marbuta ma’ garanzija li m’hijiex ishma ta’ emittent jew grupp mhux ammessi f’suq regolat (inkluż kwalunkwe titoli derivattivi li jagħtu dritt li jiġu riżolti bi flus kontanti)

 
 
 
 
 
 
 

PARTI II

Tabella ta’ kombinazzjonijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ drittijiet ta’ titoli ta’ dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent u t-titoli tad-dejn konvertibbli jew skambjabbli f’ishma tal-emittent meta dawn il-kwistjonijiet ta’ drittijiet u titoli ta’ dejn jinħarġu minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) jew kumpaniji b’kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa (“Small Caps”) (reġim proporzjonat ta’ divulgazzjoni)

Madankollu, l-emittenti jistgħu jagħżlu li jfasslu prospett skont r-reġim tad-divulgazzjoni sħiħa.



Nru

ANNESS XVIII

Parti II: PDR

DOKUMENT TA’ REĠISTRAZZJONI

SKEDI

KOMPONENTI