Help Print this page 

Document 02004L0109-20131126

Title and reference
Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE
Multilingual display
Text

2004L0109 — MT — 26.11.2013 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA 2004/109/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Diċembru 2004

dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE

(ĠU L 390, 31.12.2004, p.38)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2008/22/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008

  L 76

50

19.3.2008

►M2

DIRETTIVA 2010/73/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-24 ta' Novembru 2010

  L 327

1

11.12.2010

►M3

DIRETTIVA 2010/78/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-24 ta’ Novembru 2010

  L 331

120

15.12.2010

►M4

DIRETTIVA 2013/50/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-22 ta’ Ottubru 2013

  L 294

13

6.11.2013




▼B

DIRETTIVA 2004/109/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Diċembru 2004

dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 44 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 2 ),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),

Billi:

(1)

Swieq ta' titoli li jkunu effiċjenti, trasparenti u integrati jikkontribwixxu għal suq waħdieni ġenwin fil-Komunità u jsostnu t-tkabbir u l-ħolqien ta' xogħol permezz ta' allokazzjoni aħjar tal-kapital u permezz ta' tnaqqis fl-ispejjeż. Il-komunikazzjoni ta' informazzjoni preċiża, komprensiva u fil-ħin dwar l-emittenti jibni kunfidenza dejjiema fl-investitur u jippermetti li ssir stima informata tar-rendiment u ta' l-assi tan-negozju tagħhom. Dan itejjeb kemm il-protezzjoni ta' l-investitur kif ukoll l-effiċjenza tas-suq.

(2)

Għal dan il-fini, l-emittenti ta' titoli għandhom jiżguraw trasparenza xierqa għall-investituri permezz ta' l-għoti regolari ta' informazzjoni. Għall-istess fini, l-azzjonisti, jew il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom id-dritt tal-vot jew l-istrumenti finanzjarji li jagħtu l-jedd li jinkisbu ishma eżistenti bi drittijiet tal-vot, għandhom jinformaw ukoll lill-emittenti bl-akkwist jew b'bidliet oħra f'holdings importanti f'kumpanniji sabiex dawn ta' l-aħħar ikunu f'posizzjoni li jżommu lill-pubbliku informat.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 1999, intitolata “Implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta' Azzjoni”, tidentifika serje ta' azzjonijiet li huma meħtieġa sabiex is-suq waħdieni għas-servizzi finanzjarji jitlesta. Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona ta' Marzu 2000 isejjaħ għall-implimentazzjoni ta' dak il-Pjan ta' Azzjoni sa l-2005. Il-Pjan ta' Azzjoni jenfasizza l-ħtieġa li titħejja Direttiva li ttejjeb ir-rekwiżiti ta' trasparenza. Din il-ħtieġa ġiet ikkonfermata mill-Kunsill Ewropew ta' Barċellona ta' Marzu 2002.

(4)

Din id-Direttiva għandha tkun kompatibbli mad-dmirijiet u mad-doveri konferiti fuq is-Sistema Ewropea ta' Banek ċentrali (SEBĊ) u fuq il-banek ċentrali ta' l-Istati Membri mit-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek ċentrali u tal-Bank ċentrali Ewropew; f'dan ir-rigward għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-banek ċentrali ta' l-Istati Membri li fil-preżent għandhom l-ishma tagħhom ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, sabiex ikun garantit li jiġu segwiti l-għanijiet primarji tal-liġi Komunitarja.

(5)

L-armonizzazzjoni akbar tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' informazzjoni perjodika u kontinwa għall-emittenti ta' titoli għandha twassal għal livell għoli ta' protezzjoni min-naħa ta' l-investitur fil-Komunità kollha. Madankollu, din id-Direttiva ma taffettwax il-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar unitajiet maħruġa minn impriżi ta' investiment kollettiv minbarra dawk tat-tip magħluq, jew dwar unitajiet akkwistati jew trasferiti f'impriżi bħal dawn.

(6)

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, is-sorveljanza ta' emittent jew ta' titoli ta' debitu, meta d-denominazzjoni ta' kull unità tkun inqas minn EUR 1 000, l-aħjar li ssir mill-Istat Membru fejn l-emittent jkollu l-uffiċju reġistrat tiegħu. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-konsistenza mad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ. ( 4 ) Bl-istess mod, għandha tkun introdotta ċerta flessibiltà sabiex l-emittenti minn pajjiżi terzi u l-kumpanniji tal-Komunità jkollhom għażla ta' Stat Membru ta' l-oriġini meta joħorġu titoli għajr dawk imsemmija hawn fuq.

(7)

Livell għoli ta' protezzjoni għall-investitur fil-Komunità kollha jgħin it-tneħħija ta' xkiel għall-ammissjoni ta' titoli fis-swieq regolati li jkunu jinsabu jew joperaw fi Stat Membru. Stati Membri għajr l-Istat Membru ta' l-oriġini m'għandhomx jitħallew jillimitaw l-ammissjoni ta' titoli fuq is-swieq regolati tagħhom permezz ta' l-imposizzjoni ta' rekwiżiti aktar stretti fir-rigward ta' l-informazzjoni perjodika u kontinwa dwar l-emittenti li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

(8)

It-tneħħija ta' xkiel fuq il-bażi tal-prinċipju ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini taħt din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa oqsma li mhumiex koperti b'din id-Direttiva, bħal ma huma d-drittijiet ta' l-azzjonisti li jintervjenu fl-amministrazzoni ta' l-emittent. Lanqas ma għandha taffettwa d-dritt ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini li jitlob lill-emittent sabiex jippubblika, barra dan kollu, l-informazzjoni regolata kollha jew partijiet minnha fil-gazzetti.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards ta'kontabilità internazzjonali ( 5 ) diġà witta t-triq għall-konverġenza ta' standards ta' rappurtaġġ finanzjarju madwar il-Komunità għall-emittenti li t-titoli tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li huma meħtieġa jħejju kontijiet ikkonsolidati. B'hekk, ġie diġà stabbilit reġim speċifiku għall-emittenti tat-titoli li jmur lil hinn mis-sistema ġenerali għall-kumpanniji kollha, kif stabbilit fid-Direttivi dwar il-Liġi tal-Kumpanniji. Din id-Direttiva tibni fuq dan il-metodu fir-rigward ta' rappurtaġġ finanzjarju annwali u interim, li jinkludi l-prinċipju li tingħata stampa vera u ġusta ta' l-attiv, tal-passiv, tal-posizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew it-telf ta' l-emittent. Dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor, bħala parti minn rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur, jirrappreżentaw ukoll bażi biżżejjed għall-għoti ta' din l-istampa vera u ġusta ta' l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja ta' l-emittent.

(10)

Rapport finanzjarju annwali għandu jiżgura li tingħata informazzjoni matul is-snin ladarba it-titoli ta' l-emittent jkunu ġew ammessi f'suq regolat. Li l-komparabbiltà tar-rapporti finanzjarji annwali ssir iżjed faċli hu utli biss għal investituri fi swieq tat-titoli jekk ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fi ħdan ċertu perjodu ta' żmien wara t-tmiem tas-sena finanzjarja. Fir-rigward ta' titoli ta' debitu li kienu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat qabel l-1 ta' Jannar 2005 u li nħarġu minn emittenti inkorporati f'pajjiż terz, l-Istat Membru ta' l-oriġini jista' taħt ċerti kondizzjonjiet jippermetti lill-emittenti sabiex ma jħejjux rapporti finanzjarji annwali skond l-istandards meħtieġa taħt din id-Direttiva.

(11)

Din id-Direttiva tintroduċi rapporti finanzjarji ta' kull sitt xhur aktar komprensivi għall-emittenti ammessi għall-kummerċ f'suq regolat. Dan għandu jippermetti lill-investituri sabiex jagħmlu stima aktar informata tas-sitwazzjoni ta' l-emittent.

(12)

Stat Membru ta' l-oriġini jista' jistabbilixxi eżenzjonijiet mid-dmir ta' rappurtaġġ ta' kull sitt xhur għall-emittenti ta' dejn fil-każ ta':

 istituzzjonijiet ta' kreditu li jaġixxu bħala emittenti żgħar ta' titoli ta' debitu, jew

 emittenti li jkunu diġà eżistenti mad-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, li esklussivament joħorġu titoli ta' debitu li jkunu garantiti bla kondizzjoni u b'mod irrevokabbli ggarantiti mill-Istat Membru ta' l-oriġini jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali tiegħu, jew

 matul perjodu transitorju ta' għaxar snin, fir-rigward biss ta' dawk it-titoli ta' debitu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat qabel l-1 ta' Jannar 2005 li jistgħu jinxtraw minn investituri professjonali biss. Jekk eżenzjoni bħal din tingħata mill-Istat Membru ta' l-oriġini, din tista' tiġi estiża fir-rigward ta' kwalunkwe titoli ta' debitu ammessi f'suq regolat minn hemm 'il quddiem.

(13)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jilqgħu l-impenn tal-Kummissjoni li tikkunsidra malajr li ttejjeb it-trasparenza fil-politika ta' rimunerazzjoni, ir-rimunerazzjoni totali mħallsa (inkluż kwalunkwe kumpens kontinġenti jew diferit) u benefiċċji in natura mogħtija lil kull membru tal-korpi amministrattivi, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza taħt il-Pjan ta' Azzjoni tagħha għall-“Immodernizzar tal-Liġi tal-Kumpanniji u t-Titjib tal-Kontroll tal-Kumpanniji fl-Unjoni Ewropea” tal-21 ta' Mejju 2003 u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel Rakkommandazzjoni fuq dan is-suġġett fil-futur qrib.

(14)

L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jinkoraġġixxi lill-emittenti li l-ishma tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li l-attivitajiet prinċipali tagħhom huma fl-industrija estrattiva sabiex jiżvelaw pagamenti lill-gvernijiet fir-rapport finanzjarju annwali tagħhom. L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jinkoraġġixxi wkoll żjieda fit-trasparenza ta' pagamenti bħal dawn fi ħdan il-qafas stabbilit fid-diversi fora finanzjarji internazzjonali.

(15)

Id-Direttiva ser tagħmel ukoll ir-rappurtaġġ ta' kull sitt xhur obbligatorju għall-emittenti ta' titoli ta' debitu biss fi swieq regolati. Għandhom jiġu pprovduti eżenzjonijiet biss għal swieq bl-ingrossa fuq il-bażi ta' denominazzjoni għal kull unità li tibda minn EUR 50 000, hekk kif mogħti fid-Direttiva 2003/71/KE. Fejn jinħarġu titoli ta' debitu taħt munita oħra, l-eżenzjonjiet għandhom ikunu possibbli biss fejn id-denominazzjoni għal kull unità f'munita bħal din, fid-data tal-ħruġ, tkun għallinqas ekwivalenti għal EUR 50 000.

(16)

Informazzjoni aktar fil-ħin u aktar affidabbli dwar ir-rendiment ta' l-emittent matul is-sena finanzjarja teħtieġ ukoll frekwenza ogħla ta' informazzjoni interim. Għalhekk għandu jiġi introdott obbligu li tiġi ppubblikata dikjarazzjoni ta' ġestjoni interim matul l-ewwel perjodu ta' sitt xhur u dikjarazzjoni ta' ġestjoni interim oħra matul it-tieni perjodu ta' sitt xhur tas-sena finanzjarja. Emittenti li diġà jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji ta' kull tliet xhur m'humiex meħtieġa li jippubblikaw dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni interim.

(17)

Għandhom ikunu applikabbli għall-emittent, għall-korpi ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza tiegħu, jew għall-persuni responsabbli fi ħdan l-emittent, regoli xierqa ta' responsabbiltà, kif stabbilit minn kull Stat Membru taħt il-liġi jew regolamenti nazzjonali tiegħu. Għandu jibqa' f'idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu l-firxa ta' din ir-responsabbiltà.

(18)

Il-pubbliku għandu jkun informat b'bidliet f'holdings importanti f'emittenti li l-ishma tagħhom jiġu negozjati f'suq regolat li jinsab jew li jopera fil-Komunità. Din l-informazzjoni għandha tippermetti lill-investituri sabiex jakkwistaw jew jittrasferixxu ishma filwaqt li jkunu mgħarrfa għal kollox bil-bidliet fl-istruttura tal-votazzjoni; għandha ttejjeb ukoll il-kontroll effettiv emittenti ta' ishma u t-trasparenza tas-suq in ġenerali fuq movimenti importanti ta' kapital. Informazzjoni dwar ishma jew strumenti finanzjarji kif stabbilit bl-Artikolu 13, ippreżentati bħala kollaterali, għandha tiġi pprovduta f'ċerti ċirkostanzi.

(19)

L-Artikoli 9 u 10(ċ) m'għadhomx japplikaw għalishma pprovduti lil jew mill-membri tas-SEBĊ fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom bħala awtoritajiet monetarji sakemm ma jiġux eżerċitati d-drittijiet tal-vot marbuta ma' ishma bħal dawn; ir-referenza għal “perjodu qasir” fl-Artikolu 11 għandu jinftiehem b'referenza għal operazzjonijiet ta' kreditu mwettqa skond it-Trattat u l-atti legali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), b'mod partikolari l-Linji ta' Gwida tal-BĊE dwar l-istrumenti u l-proċedura tal-politika monetarja u TARGET, u għal operazzjonijiet ta' kreditu bil-għan li jiġu mwettqa funzjonijiet ekwivalenti skond id-disposizzjonijiet nazzjonali.

(20)

Sabiex jiġi evitat xkiel bla bżonn għal ċerti parteċipanti tas-suq u sabiex jiġi ċċarat min fil-fatt jeżerċita influwenza fuq l-emittent, ma hemmx bżonn li tkun meħtieġa n-notifika ta' holdings importanti ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra kif stabbilit bl-Artikolu 13, li jistgħu jirriżultaw fid-dritt li jiġu akkwistati ishma fir-rigward ta' promoturi jew kustodji tas-swieq, jew ta' holdings ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji miksubin biss għal kumpens u ħlas, fil-limiti u l-garanziji li għandhom jiġu applikati fil-Komunità kollha. L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jitħalla jipprovdi eżenzjonijiet limitati fir-rigward ta' holdings ta' ishma f'kotba kummerċjali ta' istituzzjoni ta' krediti u ta' ditti ta' investment.

(21)

Sabiex jiġi ċċarat min fil-fatt huwa detentur importanti ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra fl-istess emittent fil-Komunità Ewropea kollha, impriżi parent ma għandhomx ikunu meħtieġa jgħoddu flimkien il-holdings tagħhom stess ma' dawk immaniġġjati mill-impriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (IIKTT) jew minn ditti ta' investiment, sakemm dawn l-impriżi jew ditti jeżerċitaw drittijiet tal-vot b'mod indipendenti mill-impriżi parent tagħhom u sakemm dawn jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet oħra.

(22)

L-informazzjoni kontinwa lil detenturi ta' titoli ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandha tkompli tkun ibbażata fuq il-prinċipju tat-trattament ugwali. Dan it-trattament ugwali għandu x'jaqsam biss ma' azzjonisti fl-istess posizzjoni u għalhekk ma jippreġudikax il-kwistjoni ta' kemm-il dritt tal-vot jista' jkun marbut ma' sehem partikolari. Bl-istess mod, detenturi ta' titoli ta' debitu li jkollhom l-istess gradwazzjoni għandhom ikomplu jibbenefikaw minn trattament ugwali, anki fil-każ ta' debitu sovran. Informazzjoni lil detenturi ta' ishma u/jew titoli ta' debitu f'laqgħat ġenerali għandha tkun iffaċilitata. B'mod partikolari, detenturi ta' ishma u/jew titoli ta' debitu li jkunu jinsabu barra mill-pajjiż għandhom ikunu involuti b'mod aktar attiv billi għandhom ikunu jistgħu jagħtu mandat lil prokuraturi sabiex jaġixxu f'isimhom. Għall-istess raġunijiet, għandu jiġi deċiż f'laqgħa ġenerali ta' detenturi ta' ishma u/jew titoli ta' debitu jekk l-użu ta' teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni moderni għandux isir realtà. F'dak il-każ, l-emittenti għandhom ipoġġu fis-seħħ arranġamenti sabiex b'mod effettiv jinformaw lid-detenturi ta' ishma u/jew titoli ta' debitu tagħhom, sa fejn ikun possibbli għalihom li jidentifikaw lil dawn id-detenturi.

(23)

It-tneħħija ta' xkiel u l-infurzar effettiv tar-rekwiżiti ta' informazzjoni ġodda fil-Komunità jitolbu wkoll kontroll adegwat mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini. Din id-Direttiva għandha għallinqas tipprovdi għal garanzija minima għad-disponibbiltà fil-ħin ta' informazzjoni bħal din. Għal din ir-raġuni, f'kull Stat Membru għandha tkun teżisti għallinqas sistema ta' fajling jew ta' ħżin waħda.

(24)

Kwalunkwe obbligu għal emittent sabiex jittraduċi l-informazzjoni kollha kontinwa u perjodika fil-lingwi relevanti kollha ta' l-Istati Membri kollha fejn it-titoli tiegħu huma ammessi għall-kummerċ ma jgħinx fl-integrazzjoni tas-swieq tat-titoli, iżda għandha effetti skoraġġanti fuq l-ammissjoni transkonfinali ta' titoli għall-kummerċ fuq swieq irregolati. Għalhekk, l-emittent f'ċerti każijiet għandu jkun intitolat li jipprovdi informazzjoni mfassla f'lingwa skond il-konswetudini fl-isfera tal-finanzi internazzjonali. Minħabba li hemm bżonn ta' sforz partikolari sabiex jiġu attirati investituri minn Stati Membri oħra u minn pajjiżi terzi, l-Istati Membri ma għandhomx aktar jimpedixxu lill-azzjonisti, lill-persuni li jeżerċitaw id-dritt tal-vot, jew lid-detenturi ta' strumenti finanzjarji, milli jagħmlu n-notifiki meħtieġa lill-emittent f'lingwa skond il-konswetudini fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

(25)

L-aċċess min-naħa ta' l-investituri għal informazzjoni dwar l-emittenti għandu jkun aktar organizzat fuq il-livell tal-Komunità sabiex jippromwovi b'mod attiv l-integrazzjoni tas-swieq kapitali Ewropej. L-investituri li ma jkunux jinsabu fl-Istat Membru ta' l-oriġini ta' l-emittent għandhom jitpoġġew fuq l-istess livell ta' l-investituri li jinsabu fl-Istat Membru ta' l-oriġini ta' l-emittent meta wieħed jkunu qed ifittxu aċċess għal informazzjoni bħal din. Dan jista' jintlaħaq jekk l-Istat Membru ta' l-oriġini jiżgura l-konformità ma' l-istandards minimi ta' kwalità għat-tixrid ta' l-informazzjoni fil-Komunità, kollha b'mod veloċi fuq bażi mhux diskriminatorja u skond it-tip ta' informazzjoni regolata in kwistjoni. Barra minn hekk, informazzjoni li tkun ġiet imxandra għandha tkun disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini b'mod ċentralizzat sabiex ikun jista' jinbena rettikolat Ewropew, aċċessibbli bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu minn investituri bl-imnut, filwaqt li ma jwassalx għal duplikazzjoni mhux meħtieġa ta' rekwiżiti ta' ppreżentar għall-emittenti. L-emittenti għandhom jibbenefikaw minn kompetizzjoni libera meta jagħżlu l-mezzi jew l-operaturi għall-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni taħt din id-Direttiva.

(26)

Sabiex l-aċċess ta' l-investitur għal informazzoni dwar kumpanniji jiġi simplifikat aktar madwar l-Istati Membri, għandu jitħalla f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza sabiex jifformulaw linji gwida għat-twaqqif ta' rettikolati elettroniċi, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' partijiet oħra kkonċernati, b'mod partikolari emittenti ta' titoli, investituri, parteċipanti fis-suq, operaturi ta' swieq regolati u fornituri ta' informazzjoni finanzjarja.

(27)

Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva ta' investituri u t-tħaddim sewwa tas-swieq regolati, ir-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata mill-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandhom japplikaw ukoll għal emittenti li ma għandhomx uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru u li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat. Għandu jiġi żgurat ukoll li kwalunkwe informazzjoni relevanti addizzjonali dwar emittenti tal-Komunità jew emittenti ta' pajjiż terz, li l-iżvelar tagħha jkun meħtieġ f'pajjiż terz iżda mhux fi Stat Membru, isir disponibbli għall-pubbliku fil-Komunità.

(28)

Għandha tinħatar awtorità kompetenti waħdanija f'kull Stat Membru sabiex tassumi r-responsabbiltà finali għas-sorveljanza tal-konformità mad-disposizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, kif ukoll għal kooperazzjoni internazzjonali. Din l-awtorità għandha tkun ta' natura amministrattiva, u l-indipendenza tagħha minn parteċipanti ekonomiċi għandha tiġi żgurata sabiex jiġi evitat kunflitt ta' interess. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità kompetenti oħra sabiex teżamina li dik l-informazzjoni msemmija f'din id-Direttiva tinġabar skond il-qafas ta' rappurtaġġ relevanti u filwaqt li jittieħdu miżuri xierqa fil-każ li jinstab li twettaq xi ksur; din l-awtorità ma teħtieġx li tkun ta' natura amministrattiva.

(29)

Iż-żieda fl-attivitajiet transkonfinali jeħtieġu kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, inkluż sett komprensiv ta' disposizzjonijiet għall-iskambju ta' informazzjoni u għal miżuri kawtelatorji. L-organizzazzjoni ta' dmirijiet regolatorji u ta' sorveljanza f'kull Stat Membru ma għandhiex timpedixxi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(30)

Fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Lulju 2000, il-Kunsill stabbilixxa l-Kumitat ta' l-Għorrief fir-rigward tar-regolament tas-swieq tat-titoli Ewropej. Fir-rapport finali tiegħu, dan il-Kumitat ippropona l-introduzzjoni ta' tekniċi leġislattivi ġodda bbażati fuq metodu b'erba' livelli, jiġifieri prinċipji essenzjali, miżuri tekniċi implimentattivi, kooperazzjoni bejn ir-regolaturi nazzjonali tat-titoli, u inforzar tal-liġi tal-Komunità. Din id-Direttiva għandha tkun limitata għal prinċipji wiesgħa ta' “qafas”, filwaqt li l-miżuri implimentattivi li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni bil-għajnuna tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/528/KE ( 6 ) għandhom jistabilixxu d-dettalji tekniċi.

(31)

Ir-Riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma ta' Marzu 2001 awtorizza r-rapport finali tal-Kumitat ta' l-Għorrief u l-metodu propost fuq erba'-livelli sabiex il-proċess regolatorju għall-leġislazzjoni tal-Komunità dwar titoli isir aktar effiċjenti u trasparenti.

(32)

Skond dik ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma, miżuri implimentattivi għandhom jintużaw aktar spiss, sabiex jiġi żgurat li d-disposizzjonijiet tekniċi jkunu jistgħu jinżammu aġġornati ma' l-iżviluppi tas-suq u s-sorveljaturi, u għandhom jiġu stabbiliti limiti ta' żmien għall-fażijiet kollha ta' l-implimentazzjoni tar-regoli.

(33)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar servizzi finanzjarji tawtorizza wkoll ir-rapport tal-Kumitat ta' l-Għorrief, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni solenni magħmula quddiem il-Parlament Ewropew fl-istess jum mill-President tal-Kummissjoni u l-ittra tat-2 ta' Ottubru 2001 indirizzata mill-Kummissjonarju għas-Suq Intern lill-President tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fir-rigward tas-salvagwardji għar-rwol tal-Parlament Ewropew f'dan il-proċess.

(34)

Il-Parlament Ewropew għandu jingħata perjodu ta' tlett xhur mill-ewwel trasmissjoni ta' l-abbozz tal-miżuri implimentattivi sabiex ikun jista' jeżaminhom u sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu. Iżda, f'każijiet urġenti u ġġustifikati kif dovut, dak il-perjodu jista' jiġi mqassar. Jekk matul dan il-perjodu, tgħaddi Riżoluzzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha teżamina l-abbozz tal-miżuri mill-ġdid.

(35)

Jistgħu jkunu meħtieġa miżuri tekniċi implimentattivi għar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva sabiex jiġu kkunsidrati żviluppi ġodda fis-swieq tat-titoli. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni, sakemm dawn ma jimmodifikawx l-elementi essenzjali ta' din id-Direttiva u sakemm il-Kummissjoni taġixxi skond il-prinċipji stabbiliti fiha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ewropew tat-Titoli.

(36)

Fl-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi tagħha skond din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:

 il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kunfidenza fis-swieq finanzjarji fost l-investituri billi jiġu promossi standards ta' trasparenza għoljin fis-swieq finanzjarji;

 il-ħtieġa li investituri jiġu pprovduti b'firxa wiesgħa ta' investimenti li jikkompetu u livell ta' trasparenza u protezzjoni mfassla għaċ-ċirkostanzi tagħhom;

 il-ħtieġa li jiġi żgurat li awtoritajiet regolatorji indipendenti jinfurzaw ir-regoli b'mod konsistenti, speċjalment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità ekonomika;

 il-ħtieġa għal livelli għoljin ta' trasparenza u ta' konsultazzjoni mal-parteċipanti kollha tas-suq u mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill;

 il-ħtieġa li tiġi mħeġġa l-innovazzjoni fis-swieq finanzjarji jekk dawn għandhom ikunu dinamiċi u effiċjenti;

 il-ħtieġa li tiġi żgurata l-integrità tas-suq permezz ta' monitoraġġ mill-qrib u reattiv ta' l-innovazzjoni finanzjarja;

 l-importanza li titnaqqas l-ispiża ta', u li jiġi miżjud l-aċċess għall-kapital;

 il-bilanċ ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-parteċipanti tas-suq fit-tul taż-żmien, inkluż impriżi żgħar u ta' daqs medju u investituri żgħar, fi kwalunkwe miżuri implimentattivi;

 il-ħtieġa li tiġi sostnuta l-kompetittività internazzjonali tas-swieq finanzjarji tal-Komunità mingħajr preġudizzju għall-estensjoni tant meħtieġa tal-kooperazzjoni internazzjonali;

 il-ħtieġa li tinkiseb bażi ugwali għall-parteċipanti kollha tas-suq billi jiġu stabbiliti regolamenti fil-Komunità kollha kull meta jkun xieraq;

 il-ħtieġa li jiġu rispettati d-differenzi fis-swieq nazzjonali fejn dawn ma jippreġudikawx bla bżonn il-koerenza tas-suq waħdieni;

 il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza ma' leġislazzjoni oħra tal-Komunità f'dan il-qasam, minħabba li żbilanċi fl-informazzjoni u nuqqas ta' trasparenza jistgħu jfixklu l-operazzjoni tas-swieq u fuq kollox jagħmlu ħsara lill-konsumaturi u lil investituri żgħar.

(37)

Sabiex tiġi żgurata li dawk ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva jew il-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu sodisfatti, kull ksur ta' dawn ir-rekwiżiti jew miżuri għandu jiġi skopert minnufih, u jekk ikun hemm bżonn, jkun soġġett għal pieni. Għal dak il-għan, il-miżuri u l-pieni għandhom ikunu dissważivi biżżejjed, proporzjonati u infurzati b'mod konsistenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu soġġetti għad-dritt ta' appell fil-qrati.

(38)

Din id-Direttiva għandha l-għan li ttejjeb ir-rekwiżiti ta' trasparenza eżistenti għal emittenti u investituri li jakkwistaw jew li jittrasferixxu holdings importanti f'emittenti li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat. Din id-Direttiva tissostitwixxi uħud mir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 dwar l-ammissjoni ta' titoli għall-elenkar uffiċjali f'borża u dwar l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata dwar dawk it-titoli. ( 7 ) Sabiex ir-rekwiżiti ta' trasparenza jinġabru f'att waħdieni, huwa meħtieġ li din tiġi emendata b'mod xieraq. Madankollu, emenda bħal din ma għandhiex taffettwa l-kapaċità ta' l-Istati Membri li jimponu rekwiżiti addizzjonali taħt l-Artikoli 42 sa 63 tad-Direttiva 2001/34/KE, li jibqgħu validi.

(39)

Din id-Direttiva hija konformi mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u fuq il-moviment liberu ta' data bħal din. ( 8 )

(40)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet findamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(41)

Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tiġi żgurata l-kunfidenza ta' l-investitur permezz ta' trasparenza ekwivalenti madwar il-Komunità kollha u b'hekk jiġi kompletat is-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità, u minħabba li dawn l-istess għanijiet jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fuq il-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx 'il hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(42)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni ( 9 ),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti fir-rigward ta' l-iżvelar ta' informazzjoni perjodika u kontinwa dwar emittenti li t-titoli tagħhom jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat li jkun jinsab jew li jkun jopera fi Stat Membru.

2.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal unitajiet maħruġa minn impriżi ta' investiment kollettiv minbarra dawk tat-tip magħluq, u għal unitajiet akkwistati jew trasferiti f'dawn l-impriżi ta' investiment kollettiv.

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-disposizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 16(3) u fil-paragrafi 2 sa 4 ta' l-Artikolu 18 għal titoli li jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat maħruġa minnhom jew mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom.

4.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 17 għall-banek ċentrali nazzjonali tagħhom fil-kapaċità tagħhom bħala emittenti ta' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jekk din l-ammissjoni tkun seħħet qabel 20 ta' Jannar 2005.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.  Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “titoli” tfisser titoli trasferibbli kif definiti fil-punt 18 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar swieq ta' strumenti finanzjarji ( 10 ), bl-eċċezzjoni ta' strumenti tas-suq tal-flus, kif definiti fil-punt 19 ta' l-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva li jkollhom maturità ta' inqas minn 12-il xahar, u li għalihom tista' tkun applikabbli l-leġislazzjoni nazzjonali;

(b) “titoli ta' debitu” tfisser bonds jew debiti f'forma oħra ta' titoli li jkunu trasferibbli, bl-eċċezzjoni ta' titoli li huma ekwivalenti għal ishma f'kumpanniji jew li, jekk jiġu konvertiti jew jekk id-drittijiet li jirriżultaw minnhom jiġu eżerċitati, jagħtu lok għal dritt għall-akkwist ta' ishma jew titoli ekwivalenti għal ishma;

(ċ) “suq regolat” tfisser suq kif definit fil-punt 14 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

▼M4

(d) “emittent” tfisser persuna fiżika, jew entità ġuridika regolata bid-dritt privat jew pubbliku, inkluż Stat, li t-titoli tagħha huma ammessi għal kummerċ f’suq regolat.

Fil-każ ta’ rċevuti ta’ depożiti ammessi għal kummerċ f’suq regolat, l-emittent ifisser l-emittent tat-titoli rappreżentati, kemm jekk dawk it-titoli jkunu ammessi għal kummerċ f’suq regolat kif ukoll jekk le;

▼B

(e) “azzjonista” tfisser kull persuna fiżika jew entità ġuridika regolata bid-dritt privat jew pubbliku, li jkollha, direttament jew indirettament:

(i) ishma ta' l-emittent f'isimha u fl-interess tagħha stess;

(ii) ishma ta' l-emittent f'ismu, iżda fl-interessi ta' persuna fiżika jew entità ġuridika oħra;

(iii) irċevuti ta' depożiti, f'liema każ id-detentur ta' irċevuta ta' depożiti għandu jitqies bħala l-azzjonista ta' l-ishma rappreżentati mill-irċevuti ta' depożiti.

(f) “impriżakontrollata” tfisser kull impriża

(i) li fiha persuna fiżika jew entità ġuridika jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot; jew

(ii) li fiha persuna fiżika jew entità ġuridika jkollha d-dritt li taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza u tkun fl-istess ħin azzjonista fi, jew membru ta', l-impriża in kwistjoni; jew

(iii) li fiha persuna fiżika jew entità ġuridika tkun azzjonista jew membru u waħidha tkun tikkontrolla l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta' l-azzjonisti jew tal-membri, rispettivament, skond ftehim li jkun sar ma azzjonisti jew membri oħrajn ta' l-impriżaimpriża in kwistjoni; jew

(iv) li fuqha persuna fiżika jew entità ġuridika jkollha d-dritt li teżerċita, jew fil-fatt teżerċita, influwenza dominanti jew kontroll;

(g) “impriżaimpriża ta' investiment kollettiv minbarra dik tat-tip magħluq” tfisser fondi komuni ta' investiment u kumpanniji ta' investiment:

(i) li l-għan tagħhom ikun l-investiment kollettiv ta' kapital provdut mill-pubbliku, u li joperaw fuq il-prinċipju tar-riskju mifrux; u

(ii) li l-unitajiet tagħhom, fuq talba tad-detentur ta' dawn l-unitajiet, jerġgħu jinxtraw jew jinfdew, direttament jew indirettament, mill-assi ta' dawk l-impriżi;

(h) “unitajiet ta' impriża ta' investiment kollettiv” tfisser titoli maħruġa minn impriża ta' investiment kollettiv u li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-parteċipanti f'din impriża fuq l-assi tagħha;

(i) “Stat Membru ta' l-oriġini” tfisser

▼M2

(i) fil-każ ta' emittent ta' titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun anqas minn EUR 1 000 jew emittent ta' ishma:

 meta l-emittent ikun inkorporat fl-Unjoni, l-Istat Membru fejn ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

▼M4

 fejn l-emittent ikun inkorporat f’pajjiż terz, l-Istat Membru magħżul mill-emittent minn fost l-Istati Membri li fihom it-titoli tiegħu huma ammessi għal kummerċ f’suq regolat. L-għażla tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha tibqa’ valida dment li l-emittent ma jkunx għażel Stat Membru ta’ oriġini ġdid taħt il-punt (iii) u jkun żvela l-għażla skont it-tieni paragrafu ta’ dan il-punt (i);

▼M2

Id-definizzjoni ta' Stat Membru “ta' domiċilju”għandha tkun applikabbli għat-titoli ta' debitu f'munita oħra apparti l-euro, sakemm il-valur ta' tali denominazzjoni għal kull unità tkun, fid-data tal-emissjoni, anqas minn EUR 1 000, sakemm ma tkunx kważi ekwivalenti għal EUR 1 000;

▼M4

(ii) għal kull emittent li mhuwiex kopert mill-punt (i), l-Istat Membru magħżul mill-emittent minn fost l-Istat Membru li fih l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, fejn applikabbli, u dawk l-Istati Membri fejn it-titoli tiegħu jkunu ammessi għal kummerċ f’suq regolat. L-emittent jista’ jagħżel Stat Membru wieħed biss bħala l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu. L-għażla tiegħu għandha tibqa’ valida għal tal-inqas tliet snin dment li t-titoli tiegħu jkunu għadhom ammessi għal kummerċ f’suq regolat fl-Unjoni jew dment li l-emittent ma jibdiex ikun kopert mill-punti (i) jew (iii) matul il-perijodu ta’ tliet snin;

▼M4

(iii) għal emittent li t-titoli tiegħu ma jibqgħux ammessi għal kummerċ f’suq regolat fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu kif definit fit-tieni inċiż tal-punt (i) jew fil-punt (ii) iżda minflok huma ammessi għal kummerċ fi Stat Membru ieħor wieħed jew aktar, ltali Stat Membru ta’ oriġini ġdid kif jista jagħżel l-emittent minn fost l-Istati Membri li fihom it-titoli tiegħu huma ammessi għal kummerċ f’suq regolat u, fejn applikabbli, l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

Emittent għandu jiżvela l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu kif imsemmi fil-punti (i), (ii) jew (iii) f’konformità mal-Artikolu 20 u 21. Barra minn hekk, emittent għandu jiżvela l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kollha.

Jekk l-emittent jonqos milli jiżvela l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu kif definit fit-tieni inċiż tal-punt (i) jew fil-punt (ii) fi żmien tliet xhur mid-data li fiha t-titoli tal-emittent jiġu ammessi għall-ewwel darba għal kummerċ f’suq regolat, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jkun l-Istat Membru fejn it-titoli tal-emittent huma ammessi għal kummerċ f’suq regolat. Fejm it-titoli tal-emittent huma ammessi għal kummerċ fi swieq regolati li jinsabu jew li qed joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed, dawk l-Istati Membri għandhom ikunu l-Istati Membri ta’ oriġini tal-emittent sakemm l-emittent jagħmel l-għażla sussegwenti ta’ Stat Membru ta’ oriġini wieħed u jiżvelha.

Għal emittent li t-titoli tiegħu jkunu diġà ammessi għal kummerċ f’suq regolat u li l-għażla tiegħu ta’ Stat Membru ta’ oriġini kif imsemmi fil-punti (i), (ii) u (iii) ma ġiex żvelata qabel is-27 ta’ Novembru 2015, il-perijodu ta’ tliet xhur għandu jibqa’ mis-27 ta’ Novembru 2015.

Emittent li jkun għażel Stat Membru ta’ oriġini kif isemmi fil-punti (i), (ii) jew (iii) u li jkun ikkomunika dik l-għażla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini qabel is-27 ta’ Novembru 2015 għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit taħt it-tieni paragrafu ta’ dan il-punt (i), ħlief jekk dan l-emittent jagħżel Stat Membru ta’ oriġini ieħor wara s-27 ta’ Novembru 2015.

(j) “Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru fejn it-titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, jekk dan ikun differenti mill-Istat Membru ta' l-oriġini;

(k) “informazzjoni regolata” tfisser l-informazzjoni kollha li l-emittent, jew kull persuna oħra li tkun applikat sabiex jiġu ammessi titoli għall-kummerċ f'suq regolat mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, hu meħtieġ jagħti taħt din id-Direttiva, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Jannar 2003 u tal-Kunsill dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż mis-suq) ( 11 ), jew skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru adottati skond l-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva;

(l) “mezzi elettroniċi” huma mezzi ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali), il-ħżin u t-trasmissjoni ta' data, li jkunu jużaw wajers, radju, teknoloġiji ottiċi, jew kull mezz elettromanjetiku ieħor;

(m) “kumpannija ta' ġestjoni” tfisser kumpannija kif definita fl-Artikolu 1a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (IIKTT) ( 12 );

(n) “market maker” tfisser persuna li tipparteċipa fis-swieq finanzjarji fuq bażi kontinwa u li tkun lesta li tinnegozja f'isimha stess billi tixtri u tbigħ strumenti finanzjarji bil-kapital proprjetarju tagħha bi prezzijiet stabbiliti minnha;

(o) “istituzzjoni ta' kreditu” tfisser impriża kif definita fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar il-bidu u eżerċizzju ta' kummerċ ta' istituzzjoni ta' kreditu ( 13 );

(p) “titoli maħruġa b'mod kontinwu jew ripetut” tfisser titoli ta' debitu maħruġa f'serje mill-istess entità jew mill-inqas żewġ ħarġiet separati ta' titoli ta' tip u/jew klassi simili;

▼M4

(q) “ftehim formali” tfisser ftehim li huwa vinkolanti skont il-liġi applikabbli.

▼B

2.  Għall-iskopijiet tad-definizzjoni ta' “impriża kontrollata” fil-paragrafu 1(f)(ii), id-drittijiet tad-detentur fir-rigward tal-votazzjoni, il-ħatra u t-tneħħija għandhom jinkludu d-drittijiet ta' kull impriża oħra kkontrollata mill-azzjonista u dawk ta' kull persuna fiżika jew entità ġuridika li taġixxi, għalkemm f'isimha stess, fl-interess ta' l-azzjonista jew ta' xi impriża oħra kkontrollata mill-azzjonista.

▼M4

2a.  Kwalunkwe referenza għal entitajiet ġuridiċi f’din id-Direttiva għandhom ikunu mifhumin bħala li tinkludi assoċjazzjonijiet ta’ negozju reġistrati mingħajr personalità ġuridika u fondi.

▼M3

3.  Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri dwar id-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

▼M1

Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari:

(a) tistabbilixxi, għall-fini tal-paragrafu 1(i)(ii), l-arranġamenti proċedurali li bihom min joħroġ titoli jista’ jagħmel l-għażla ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini;

(b) taġġusta, fejn xieraq għall-fini ta’ l-għażla ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini msemmi fil-paragrafu 1 (i)(ii), il-perjodu ta’ tliet snin fir-rigward tar-riżultati mgħoddija ta’ min joħroġ it-titoli fid-dawl ta’ kull obbligu ġdid taħt il-liġi tal-Komunità sabiex ikunu aċċettati għan-negozju fuq suq regolat; u

(ċ) tistabbilixxi, għall-fini tal-paragrafu 1(1), lista indikattiva tal-mezzi li m’għandhomx jitqiesu bħala mezzi elettroniċi, sabiex b’dan jittieħed f’kunsiderazzjoni l-Anness V għad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika ( 14 ) skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2).

▼M3

Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu għandhom ikunu stipulati permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b.

▼B

Artikolu 3

Integrazzjoni tas-swieq ta' titoli

▼M4

1.  L-Istat Membru ta’ oriġini jista’ jissoġġetta lill-emittent għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, ħlief li ma jistax jirrikjedi lill-emittenti li jippubblikaw informazzjoni finanzjarja perijodika fuq bażi aktar frekwenti mir-rapporti finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 4 u r-rapporti finanzjarji ta’ kull sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 5.

▼M4

1a.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri ta’ oriġini jistgħu jirrikjedu lill-emittenti biex jippubblikaw informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali fuq bażi aktar frekwenti mir-rapporti finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 4 u r-rapporti finanzjarji ta’ kull sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 5, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

 l-informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali ma tikkostitwixxix piż finanzjarju sproporzjonat fl-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari għal emittenti żgħar u ta’ daqs medju kkonċernati; u

 il-kontenut tal-informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali mitluba tkun proporzjonata tal-fatturi li jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet ta’ investiment mill-investituri fl-Istat Membru kkonċernat.

Qabel jiddeċiedu li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw kemm jekk tali rekwiżiti addizzjonali jistgħux iwasslu għal li tingħata attenzjoni eċċessiva fuq ir-riżultati u l-prestazzjoni tal-emittenti għal terminu qasir kif ukoll jekk huma jistax ikollhom impatt negattiv fuq il-ħila ta’ emittenti żgħar u ta’ daqs medju li jkollhom aċċess għas-swieq regolati.

Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jirrikjedu l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali minn emittenti li huma istituzzjonijiet finanzjarji.

L-Istat Membru ta’ oriġini ma jistax jissoġġetta detentur ta’ ishma, jew persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10 jew 13, għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, ħlief meta:

(i) jistabbilixxi livelli limiti ta’ notifika addizzjonali jew aktar baxxi minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 9(1) u li jirrikjedu notifiki ekwivalenti meta mqabbla ma’ livelli limiti bbażati fuq holdings kapitali;

(ii) japplika rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 12; jew

(iii) japplika liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fir-rigward ta’ offerti ta’ xiri, transazzjonijiet ta’ merger u transazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta’ kumpanniji, superviżati mill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar offerti ta’ xiri ( 15 ).

▼B

2.  Stat Membru ta' l-oriġini ma jistax:

(a) fir-rigward ta' ammissjoni ta' titoli f'suq regolat fit-territorju tiegħu, jimponi rekwiżiti ta' żvelar aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva jew fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE;

(b) fir-rigward tan-notifika ta' informazzjoni, jissoġġetta lid-detentur ta' ishma, lil xi persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikoli 10 jew 13, għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.



KAPITOLU II

INFORMAZZJONI PERJODIKA

Artikolu 4

Rapporti finanzjarji annwali

▼M4

1.  L-emittent għandu jagħmel pubbliku r-rapport finanzjarju annwali tiegħu sa mhux aktar tard minn erba’ xhur mit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja u għandu jiżgura li dan jibqa’ disponibbli pubblikament għal tal-inqas 10 snin.

▼B

2.  Ir-rapport finanzjarju annwali għandu jinkludi:

(a) id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati;

(b) ir-rapport ta' ġestjoni; u

(ċ) dikjarazzjonijiet mill-persuni responsabbli fi ħdan l-emittent, li l-ismijiet u l-funzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati b'mod ċar, fejn jgħidu li sa fejn jistgħu jkunu jafu, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji li ġew imħejjija skond is-sett applikabbli ta' l-istandards tal-kontabilità jagħtu l-istat sewwa u xieraq ta' l-attiv, il-passiv, il-posizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew telf ta' l-emittent u ta' l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni meta meħuda bħala total wieħed u li r-rapport ta' ġestjoni jinkludi analiżi ġusta ta' l-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju u l-posizzjoni ta' l-emittent u l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni meta meħuda bħala total wieħed, flimkien ma' deskrizzjoni tar-riskji ewlenin u l-inċertezzi li dawn jiffaċċjaw.

3.  Meta l-emittent ikun meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati skond is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar kontijiet ikkonsolidati ( 16 ), id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati għandhom jinkludu dawn il-kontijiet ikkonsolidati mħejjija skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-kontijiet annwali ta' kumpannija parent mħejjija skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn il-kumpannija parent tkun inkorporata.

Meta l-emittent ma jkunx meħtieġ li iħejji kontijiet ikkonsolidati, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati għandhom jinkludu l-kontijiet mħejjija skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn il-kumpannija tkun inkorporata.

4.  Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu verifikati skond l-Artikoli 51 u 51a tar-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji ( 17 ) u, jekk l-emittent ikun meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati, skond l-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE.

Ir-rapport tal-verifika, iffirmat mill-persuna jew persuni responsabbli għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, għandu jiġi żvelat lill-pubbliku b'mod sħiħ flimkien mar-rapport finanzjarju annwali.

5.  Ir-rapport ta' ġestjoni għandu jiġi mħejji skond l-Artikolu 46 tad-Direttiva 78/660/KEE u, jekk l-emittent ikun meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati, skond l-Artikolu 36 tad-Direttiva 83/349/KEE.

6.  Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tispeċifika l-kondizzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw il-mod kif rapport finanzjarju annwali pubblikat, inkluż ir-rapport tal-verifika, għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tadatta wkoll il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1.

▼M4

7.  B’effett mill-1 ta’ Jannar 2020 ir-rapporti finanzjarji annwali kollha għandhom jitħejjew f’format elettroniku uniku għar-rappurtar dment li tkun saret analiżi tal-kostbenefiċċju mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ).

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-format elettroniku għar-rappurtar, b’referenza dovuta għall-għażliet teknoloġiċi attwali u futuri. Qabel l-adozzjoni tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-EMSA għandha twettaq valutazzjoni adegwata ta’ formati elettroniċi għar-rappurtar possibbli u twettaq testijiet xierqa fuq il-post. L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 5

Rapporti finanzjarji ta' kull sitt xhur

▼M4

1.  Kull sitt xhur l-emittent ta’ ishma jew titoli ta’ debitu għandu jagħmel pubbliku rapport finanzjarju li jkopri l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja mill-aktar fis possibbli wara t-tmiem tal-perijodu rilevanti, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur wara dan. L-emittent għandu jiżgura li r-rapport finanzjarju ta’ kull sitt xhur jibqa’ disponibbli għall-pubbliku għal tal-inqas 10 snin.

▼B

2.  Ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur għandu jinkludi:

(a) is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor;

(b) rapport ta' ġestjoni interim; u

(ċ) dikjarazzjonijiet mill-persuni responsabbli fi ħdan l-emittent, li l-ismijiet u l-funzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati b'mod ċar, fejn jgħidu li sa fejn jistgħu jkunu jafu, is-sett fil-qosor tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji imħejji skond is-sett applikabbli ta' l-istandards tal-kontabilità jagħtu stampa jagħtu l-istat sewwa u xieraq ta' l-attiv, tal-passiv, tal-posizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew it-telf ta' l-emittent, jew ta' l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni meta meħuda bħala total wieħed skond il-paragrafu 3, u li r-rapport ta' ġestjoni interim jinkludi analiżi ġusta ta' l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 4.

3.  Meta l-emittent ikun meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati, is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor għandhom jiġu mħejjija skond l-istandards tal-kontabilità internazzjonali applikabbli għar-rapporti finanzjarji interim adottati skond il-proċedura stabbilita taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru. 1606/2002.

Meta l-emittent ma jkunx meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati, is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor għandu jinkludi għallinqas karta tal-bilanċ fil-qosor, kont tal-qligħ u tat-telf fil-qosor u noti ta' spjegazzjoni dwar dawn il-kontijiet. Għat-tħejjija tal-karta tal-bilanċ fil-qosor u l-kont tal-qligħ u tat-telf fil-qosor, l-emittent għandu jsegwi l-istess prinċipji ta' għarfien u ta' kalkolu bħal dawk użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji annwali.

4.  Ir-rapport ta' ġestjoni interim għandu jinkludi mill-inqas indikazzjoni ta' l-avvenimenti importanti li jkunu seħħew matul l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja, u l-impatt tagħhom fuq is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor, flimkien ma' deskrizzjoni tar-riskji ewlenin u l-inċertezzi għas-sitt xhur tas-sena finanzjarja li jkun fadal. Għall-emittenti ta' ishma, ir-rapport ta' ġestjoni interim għandu jinkludi wkoll it-transazzjonijiet rilevanti mal-partijiet relatati.

5.  Jekk ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur jkun ġie verifikat, ir-rapport tal-verifika għandu jiġi inkluż fl-intier tiegħu. L-istess għandu japplika fil-każ ta' reviżjoni ta' l-awdituri. Jekk ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur ma jkunx ġie verifikat jew rivedut mill-awdituri, l-emittent għandu jiddikjara dan fir-rapport tiegħu.

▼M3

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri, skont l-Artikolu 27(2) jew l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, biex tispeċifika r-rekwiżiti u tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari:

(a) tispeċifika l-kondizzjonijiet tekniċi li jirregolaw kif ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur li jkun ġie ppubblikat, inkluża r-reviżjoni ta' l-awdituri, għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku;

(b) tikkjarifika n-natura tar-reviżjoni ta' l-awdituri;

(ċ) tispeċifika l-kontenut minimu tal-karta tal-bilanċ u tal-kontijiet tal-qligħ u t-telf fil-qosor u n-noti ta' spjegazzjoni dwar dawn il-kontijiet, meta dawn ma jkunux ġew imħejjija skond l-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) No 1606/2002.

▼M3

Il-miżuri msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2). Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) għandhom jiġu stipulati permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b.

Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ tadatta wkoll il-perijodu tal-ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b.

▼M4

Artikolu 6

Rapport dwar pagamenti lill-gvernijiet

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-emittenti attivi fl-industriji estrattivi jew tal-injam primarju, kif definiti fl-Artikolu 41(1) u (2) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE ( 19 ) biex iħejju fuq bażi annwali, f’konformità mal-Kapitolu 10 ta’ dik id-Direttiva, rapport dwar ħlasijiet li jsiru lill-gvernijiet. Ir-rapport għandu jsir pubbliku tal-inqas sitt xhur wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja u għandu jibqa’ disponibbli għall-pubbliku għal tal-inqas għaxar snin. Il-ħlasijiet lill-gvernijiet għandhom jiġu rrappurtati f’livell konsolidat.

▼B

Artikolu 7

Responsabbiltà

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà għall-informazzjoni li għandha tiġi mħejjija u tkun disponibbli għall-pubbliku skond l-Artikoli 4, 5, 6 u 16 taqa' mill-inqas fuq l-emittent jew il-korpi amministrattivi, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza tiegħu u għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi tagħhom dwar ir-responsabbiltà japplikaw għall-emittenti, il-korpi imsemmija f'dan l-Artikolu jew il-persuni responsabbli fi ħdan l-emittenti.

Artikolu 8

Eżenzjonijiet

▼M4

1.  L-Artikoli 4 u 5 ma għandhomx japplikaw għall-emittenti li ġejjin:

(a) Stat, awtorità reġjonali jew lokali ta’ Stat, korp internazzjonali pubbliku li tiegħu huwa membru tal-inqas Stat Membru wieħed, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) stabbilita bil-Ftehim Qafas tal-EFSF u kwalunkwe mekkaniżmu ieħor stabbilit bl-għan li jippreserva l-istabbiltà finanzjarja tal-unjoni monetarja Ewropea billi jipprovdi assistenza finanzjarja temporanja lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri kemm jekk huma joħorġu ishma u titoli oħra kif ukoll jekk le; u

(b) emittent li joħroġ esklużivament titoli ta’ dejn ammessi għal kummerċ f’suq regolat, li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tal-inqas EUR 100 000 jew, fil-każ ta’ titoli ta’ dejn denominati f’munita oħra minbarra l-euro, meta l-valur ta’ tali denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-ħruġ, ekwivalenti għal tal-inqas EUR 100 000.

▼B

2.  L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jagħżel li ma japplikax l-Artikolu 5 għal istituzzjonijiet ta' kreditu li l-ishma tagħhom ma jkunux ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li jkunu, b'mod kontinwu jew ripetut, ħarġu biss titoli ta' debitu kemm-il darba l-ammont nominali totali ta' dawn it-titoli ta' debitu kollha jibqa' inqas minn EUR 100 000 000 u ma jkunux ippubblikaw prospett taħt id-Direttiva 2003/71/KE.

3.  L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jagħżel li ma japplikax l-Artikolu 5 għal emittenti li jkunu diġà jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/71/KE li joħorġu biss titoli ta' debitu garantiti mingħajr kondizzjonjiet u b'mod irrevokabbli mill-Istat Membru ta' l-oriġini jew minn waħda mill-awtoritajiet reġonali jew lokali tiegħu, f'suq regolat.

▼M4

4.  B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 4 u 5 ma għandhomx japplikaw għal emittenti li joħorġu esklużivament titoli ta’ dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tal-inqas EUR 50 000 jew, fil-każ ta’ titoli ta’ dejn denominati f’munita oħra minbarra l-euro, meta l-valur ta’ din id-denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-ħruġ, ekwivalenti għal tal-inqas EUR 50 000, li jkunu diġà ġew ammessi għal kummerċ f’suq regolat fl-Unjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2010, għall-perijodu li dawn it-titoli ta’ dejn ikunu pendenti.

▼B



KAPITOLU III

INFORMAZZJONI KONTINWA



SEZZJONI I

Informazzjoni dwar holdings importanti

Artikolu 9

Notifika dwar l-akkwist jew it-trasferiment ta' holdings importanti

1.  L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiżgura li, meta azzjonista jakkwista jew jittrasferixxi l-ishma ta' emittent li l-ishma tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li magħhom ikunu marbuta drittijiet tal-vot, dan l-azzjonista għandu jinnotifika lill-emittent dwar il-proporzjon ta' drittijiet tal-vot ta' l-emittent li jinsab f'idejn l-azzjonista b'konsegwenza ta' l-akkwist jew it-trasferiment meta dak il-proporzjon jilħaq, jaqbeż jew jinżel taħt il-limiti ta' 5 %, 10 %, 15 %, 20 %, 25 %, 30 %, 50 % u 75 %.

Id-drittijiet tal-vot għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta' l-ishma kollha li magħhom ikunu marbuta drittijiet tal-vot anki jekk dawn ikunu sospiżi. Minbarra dan, din l-informazzjoni għandha wkoll tingħata fir-rigward ta' l-ishma kollha li jkunu fl-istess klassi u li magħhom jkunu marbuta drittijiet tal-vot.

2.  L-Istati Membri ta' l-oriġini għandhom jiżguraw li l-azzjonisti jinnotifikaw lill-emittent dwar il-proporzjon ta' drittijiet tal-vot, meta dak il-proporzjon jilħaq, jaqbeż jew jinżel taħt il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1, minħabba xi avvenimenti li jbiddlu t-tqassim tad-drittijiet tal-vot, u abbażi ta' l-informazzjoni żvelata skond l-Artikolu 15. Meta l-emittent ikun inkorporat f'pajjiż terz, in-notifika għandha tkun magħmula għal avvenimenti ekwivalenti.

3.  L-Istat Membru ta' l-oriġini m'għandux għalfejn japplika:

(a) il-limitu ta' 30 %, fejn hu japplika limitu ta' terz;

(b) il-limitu ta' 75 %, fejn hu japplika limitu ta' żewġ terzi.

4.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika la għal ishma akkwistati unikament għal skopijiet ta' ta' kumpens jew ħlas fiċ-ċiklu qasir ta' ħlas użwali, u lanqas għal kuraturi li jżommu l-ishma fil-kapaċità tagħhom ta' kustodji, kemm-il darba dawn il-kustodji jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawn l-ishma biss fuq struzzjonijiet mogħtija bil-miktub jew b'mezzi elettroniċi.

5.  Dan l-Artikolu lanqas m'għandu japplika għall-akkwist jew it-trasferiment ta' holding importanti li jilħaq jew jaqbeż il-limitu ta' 5 % minn market maker fil-kapaċità ta' market maker, kemm-il darba:

(a) ikun awtorizzat mill-Istat Membru ta' l-oriġini tiegħu taħt id-Direttiva 2004/39/KE; u

(b) la jintervjeni fil-ġestjoni ta' l-emittent in kwistjoni u lanqas jeżerċita xi influwenza fuq l-emittent biex jixtri dawn l-ishma jew biex isostni l-prezz tagħhom.

▼M4

6.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għad-drittijiet għal vot miżmuma fil-portafoll tan-negozjar, kif definit fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpanniji ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 20 ), ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ kumpannija ta’ investiment bil-kondizzjoni li:

(a) id-drittijiet għal vot miżmuma fil-portafoll tan-negozjar ma jaqbżux 5 %, u

(b) id-drittijiet għal vot marbuta ma’ ishma miżmuma fil-portafoll tan-negozjar ma jiġux eżerċitati jew użati mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent.

▼M4

6a.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għad-drittijiet għal vot marbuta ma’ ishma miksubin għal finijiet ta’ stabbilizzazzjoni f’konformità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi tax-xiri lura u l-istabbilizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji ( 21 ), dment li d-drittijiet għal vot marbutin ma’ dawk l-ishma mhumiex eżerċitati jew użati b’xi mod ieħor bħala intervent fil-ġestjoni tal-emittent.

6b.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu ta’ kalkolu tal-livell limitu ta’ 5 % msemmi fil-paragrafi 5 u 6, inkluż fil-każ ta’ grupp ta’ kumpanniji, b’kont meħud tal-Artikolu 12(4) u (5).

L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Novembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mat-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M3

7.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 4 u 5.

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tispeċifika t-tul massimu taċ-“ċiklu qasir ta’ ħlas” imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll il-mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

▼M1

Minbarra dan, il-Kummissjoni tista’ tfassal lista ta’ l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2).

▼B

Artikolu 10

Akkwist jew trasferiment ta' proporzjonijiet importanti ta' drittijiet tal-vot

Ir-rekwiżiti ta' notifika definiti fil-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 9 għandhom japplikaw ukoll għal persuna fiżika jew entità ġuridika sa fejn din ikollha l-jedd li takkwista, jew tittrasferixxi, jew teżerċita drittijiet tal-vot f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin jew taħlita tagħhom:

(a) drittijiet tal-vot miżmuma minn terza persuna li magħha l-persuna hawn fuq imsemmija tkun ikkonkludiet ftehim, li jorbothom biex jadottaw, permezz ta' l-eżerċizzju kkonċertat tad-drittijiet tal-vot li jkollhom, posizzjoni komuni dejjiema dwar il-ġestjoni ta' l-emittent in kwistjoni;

(b) drittijiet tal-vot miżmuma minn parti terza skond ftehim konkluż ma' dik il-persuna dwar it-trasferiment temporanju u b'retribuzzjoni tad-drittijiet tal-vot in kwistjoni;

(ċ) id-drittijiet tal-vot marbuta ma' l-ishma li jkunu depożitati bħala kollaterali għand dik il-persuna jew entità, kemm-il darba l-persuna jew entità tikkontrolla d-drittijiet tal-vot u tiddikjara l-intenzjoni tagħha li teżerċitahom;

(d) drittijiet tal-vot marbuta ma' ishma li fihom dik il-persuna jkollha l-użufrutt;

(e) drittijiet tal-vot li huma miżmuma, jew li jistgħu jiġu eżerċitati skond it-tifsira tal-punti (a) sa (d), minn impriża kkontrollata minn dik il-persuna;

(f) drittijiet tal-vot marbuta ma' ishma despożitati ma' dik il-persuna li tista' teżerċita fid-diskrezzjoni tagħha fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi mill-azzjonisti;

(g) drittijiet tal-vot miżmuma minn terza persuna f'isimha stess fl-interess ta' dik il-persuna jew entità;

(h) drittijiet tal-vot li dik il-persuna tista' teżerċita bi prokura meta l-persuna jew entità tista' teżerċita d-drittijiet tal-vot fid-diskrezzjoni tagħha fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi mill-azzjonisti.

Artikolu 11

1.  L-Artikoli 9 u 10(ċ) m'għandhomx japplikaw għal ishma provduti lil jew mill-membri tas-SEBĊ fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom bħala awtoritajiet monetarji, inklużi ishma provduti lil jew minn membri ta' l-SEBĊ bħala rahan jew xiri mill-ġdid jew ftehim simili għal likwidità mogħtija għal skopijiet ta' politika monetarja jew fi ħdan sistema ta' ħlasijiet.

2.  L-eżenzjoni għandha tapplika għat-transazzjonijiet hawn fuq imsemmija għal li jkunu għal perjodu qasir u kemm-il darba d-drittijiet tal-vot li jiġu ma' dawn l-ishma ma jiġux eżerċitati.

Artikolu 12

Proċeduri dwar in-notifika u l-iżvelar ta' holdings importanti

1.  In-notifika meħtieġa taħt l-Artikoli 9 u 10 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) is-sitwazzjoni riżultanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' drittijiet tal-vot;

(b) il-katina ta' impriżi kkontrollati li permezz tagħhom id-drittijiet tal-vot huma miżmuma b'mod effettiv, jekk applikabbli;

(ċ) id-data meta l-limitu ntlaħaq jew inqabeż; u

(d) l-identità ta' l-azzjonista, anki jekk dak l-azzjonista ma jkunx intitolat li jeżerċita d-drittijiet tal-vot taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10, u tal-persuna fiżika jew entità ġuridika li għandha l-jedd li teżerċita d-drittijiet tal-vot fl-interess ta' dak l-azzjonista.

2.   ►M4  In-notifika lill-emittent għandha titwettaq fil-pront, iżda mhux aktar tard minn erbat ijiem ta’ negozjar wara d-data li fiha l-azzjonist, jew il-persuna fiżika jew il-persuna ġuridika msemmija fl-Artikolu 10, ◄

(a) isiru jafu dwar l-akkwist jew it-trasferiment jew dwar il-possibiltà li jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot, jew meta, fiċ-ċirkostanzi, kellhom isiru jafu bihom, irrispettivament mid-data li fiha l-akkwist, it-trasferiment jew il-possibilità li jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot tidħol fis-seħħ; jew

(b) jiġu infurmati dwar l-avveniment imsemmi fl-Artikolu 9(2).

3.  Impriża għandha tkun eżenti milli tagħti n-notifika meħtieġa skond il-paragrafu 1 jekk in-notifika ssir mill-impriża parent jew, meta l-impriża parent innifisha tkun impriża kontrollata, mill-impriża parent tagħha stess.

4.  L-impriża parent ta' kumpannija ta' ġestjoni m'għandhiex tkun meħtieġa li tiġbor flimkien il-holdings tagħha taħt l-Artikoli 9 u 10 u l-investimenti ġestiti mill-kumpannija ta' ġestjoni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 85/611/KEE, kemm-il darba dik il-kumpannija ta' ġestjoni teżerċita d-drittijiet tal-vot tagħha b'mod indipendenti mill-impriża parent.

Madanakollu, l-Artikoli 9 u 10 għandhom japplikaw meta l-impriża parent, jew xi impriża kontrollata oħra ta' l-impriża parent, tkun investiet f'holdings ġestiti minn din il-kumpannija ta' ġestjoni u l-kumpannija ta' ġestjoni ma jkollha ebda diskrezzjoni li teżerċita d-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawn il-holdings u tkun tista' teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot biss fuq struzzjonijiet diretti jew indiretti mill-impriża parent jew minn impriża kontrollata oħra ta' l- impriża parent.

5.  L-impriża parent ta' ditta ta' investiment awtorizzata taħt id-Direttiva 2004/39/KE mhijiex meħtieġa li tiġbor flimkien il-holdings tagħha taħt l-Artikoli 9 u 10 u l-holdings li din id-ditta ta' investimenti tiġġestixxi fuq bażi individwalizzata skond it-tifsira tal-punt 9 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, kemm-il darba:

 id-ditta ta' investiment tkun awtorizzata li tipprovdi din il-ġestjoni tal-portfolio taħt il-punt 4 tas-Sezzjoni A ta' l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

 tista' teżerċita biss id-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawn l-ishma fuq struzzjonijiet mogħtija bil-miktub jew b'mezzi elettroniċi jew jekk tiżgura li s-servizzi ta' ġestjoni ta' portfolio individwalizzati jitmexxew indipendentement minn kwalunkwe servizzi oħrajn taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk provduti taħt id-Direttiva 85/611/KEE billi jiġu stabbiliti mekkaniżmi approprjati; u

 id-ditta ta' investiment teżerċita d-drittijiet tal-vot tagħha b'mod indipendenti mill-impriża parent.

Madanakollu, l-Artikoli 9 u 10 għandhom japplikaw meta l-impriża parent, jew xi impriża oħra kkontrollata mill-impriża parent, tkun investiet f'holdings ġestit minn din id-ditta ta' investiment u d-ditta ta' investiment ma jkollha ebda diskrezzjoni li teżerċita d-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawn il-holdings u tista' teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot biss fuq struzzjonijiet diretti jew indiretti mill-impriża parent jew minn impriża kontrollata oħra ta' l-impriża parent.

6.  Malli tirċievi n-notifika skond il-paragrafu 1, iżda mhux iktar tard minn tlett ijiem tal-kummerċ wara, l-emittent għandu jagħmel pubbliku l-informazzjoni kollha li tkun tinsab fin-notifika.

7.  Stat Membru ta' l-oriġini jista' jeżenta lill-emittenti mill-ħtieġa li tinsab fil-paragrafu 6 jekk l-informazzjoni mniżżla fin-notifika tkun ġiet ippubblikata mill-awtorità kompetenti tiegħu, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21, malli jirċievi n-notifika, iżda mhux aktar tard minn tlett ijiem tal-kummerċ wara.

▼M3

8.  Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u biex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2, 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u(2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri:

▼M3 —————

▼B

(b) sabiex tiffissa kalendarju ta' “ġranet tal-kummerċ” għall-Istati Membri kollha;

(ċ) sabiex tistabbilixxi f'liema każijiet l-azzjonista, jew il-persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10, jew it-tnejn li huma, għandhom jagħmlu n-notifika neċessarja lill-emittent;

(d) sabiex jiġu ċċarati iċ-ċirkostanzi li taħthom l-azzjonista, jew il-persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10, kellhom isiru jafu bl-akkwist jew it-trasferiment;

(e) sabiex jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet ta' indipendenza li jridu jiġu sodisfatti mill-kumpanniji ta' ġestjoni u l-impriżi parent tagħhom jew minn ditti ta' investiment u l-impriżi parent tagħhom sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5.

▼M3 —————

▼M3

9.  Sabiex jiġu żgurati l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem “AETS”) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ( 22 ) tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard li għandhom jintużaw meta tiġi nnotifikata l-informazzjoni meħtieġa lill-emittent skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta tiġi ddepożitata l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(3).

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 13

▼M4

1.  Ir-rekwiżiti ta’ notifika stabbiliti fl-Artikolu 9 għandhom japplikaw ukoll għal persuna fiżika jew entità ġuridika li jkollha, direttament jew indirettament:

(a) strumenti finanzjarji li, mal-maturità, jagħtu lid-detentur, taħt ftehim formali, jew id-dritt mhux kondizzjonat ta’ akkwist jew id-diskrezzjoni fir-rigward tad-dritt tiegħu li jakkwista, ishma li magħhom ikun hemm marbuta drittijiet għal vot, diġà maħruġa, ta’ emittent li l-ishma tiegħu jkunu ammessi għal kummerċ f’suq regolat;

(b) strumenti finanzjarji li mhumiex inklużi fil-punt (a) iżda li jirreferu għall-ishma msemmija f’dak il-punt u li għandhom effett ekonomiku simili għal dak tal-istrumenti finanzjarji msemmija f’dak il-punt, kemm jekk jagħtu dritt għal saldu konkret kif ukoll jekk le.

In-notifika meħtieġa għandha tinkludi data disaggregata skont it-tip ta’ strumenti finanzjarji miżmuma skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u strumenti finanzjarji miżmuma skont il-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu, li tagħmel distinzjoni bejn l-istrumenti finanzjarji li jagħtu dritt għal saldu konkret u l-istrumenti finanzjarji li jagħtu dritt għal ħlas bi flus kontanti.

▼M4

1a.  L-għadd ta’ drittijiet għal vot għandu jiġi kkalkulat b’referenza għall-ammont kunċettwali sħiħ ta’ ishma sottostanti għall-istrument finanzjarju ħlief fejn l-istrument finanzjarju jipprevedi esklużivament ħlas bi flus kontanti, f’liema każ l-għadd ta’ drittijiet għal vot għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ “aġġustament delta”, billi jiġi mmultiplikat l-ammont kunċettwali ta’ ishma sottostanti mad-delta tal-istrument. Għal dan il-fini, id-detentur għandu jiġbor flimkien u jinnotifika l-istrumenti finanzjarji kollha relatati mal-istess emittent sottostanti. Għall-kalkolu tad-drittijiet għal vot għandhom jiġu kkunsidrati biss il-pożizzjonijiet twal. Il-pożizzjonijiet twal ma għandhomx jingħataw bil-valur nett ma’ pożizzjonijiet bin-nieqes relatati mal-istess emittent sottostanti.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) il-metodu biex jiġi kkalkulat l-għadd ta’ drittijiet għal vot imsemmi fl-ewwel subparagrafu fil-każ ta’ strumenti finanzjarji referenzati għal sett ta’ ishma jew indiċi; u

(b) il-metodi biex tiġi ddeterminata delta għall-fini li jiġu kkalkulati d-drittijiet għal vot relatati ma’ strumenti finanzjarji li jipprevedu esklużivament ħlas bi flus kontanti kif mitlub fl-ewwel subparagrafu.

L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Novembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1b.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala strumenti finanzjarji, dment li huma jissodisfaw kwalunkwe mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1:

(a) titoli trasferibbli;

(b) għażliet;

(c) futuri;

(d) tpartit;

(e) ftehimiet ta’ rata bil-quddiem;

(f) kuntratti għal differenzi; u

(g) kwalunkwe kuntratti jew ftehimiet oħra b’effetti ekonomiċi simili li jistgħu jiġu saldati fiżikament jew bi flus kontanti.

L-ESMA għandha tistabbilixxi u perijodikament taġġorna lista indikattiva ta’ strumenti finanzjarji li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ notifika skont il-paragrafu 1, b’kont meħud ta’ żviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji.

▼M4

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 27a u 27b, il-miżuri sabiex tispeċifika l-kontenuti tan-notifika li għandha ssir, il-perijodu tan-notifika u lil min għandha ssir in-notifika, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

▼M3

3.  Sabiex jiġu żgurati l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u biex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard li għandhom jintużaw meta tiġi nnotifikata l-informazzjoni meħtieġa lill-emittent skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta tinħażen l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(3).

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M4

4.  L-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4), (5) u (6) u fl-Artikolu 12(3), (4) u (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-rekwiżiti ta’ notifika taħt dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-każijiet li fihom l-eżenzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu japplikaw għal strumenti finanzjarji miżmuma minn persuna fiżika jew entità ġuridika li tkun qiegħda twettaq ordnijiet riċevuti minn klijenti jew tirrispondi għat-talbiet ta’ klijent għal kummerċ ħlief fuq bażi proprjetarja, jew pożizzjonijiet ta’ hedging li jirriżultaw minn tali negozjar.

L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Novembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 13a

Aggregazzjoni

1.  Ir-rekwiżiti ta’ notifika stabbiliti fl-Artikoli 9, 10 u 13 għandhom japplikaw ukoll għal persuna fiżika jew entità ġuridika meta l-għadd ta’ drittijiet għal vot miżmuma direttament jew indirettament minn tali persuna jew entità skont l-Artikolu 9 u 10, aggregat mal-għadd ta’ drittijiet għal vot relatati ma’ strumenti finanzjarji miżmuma direttament jew indirettament skont l-Artikolu 13 jilħaq, jaqbeż jew jinżel taħt il-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 9(1).

In-notifika meħtieġa taħt l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tinkludi analiżi tal-għadd ta’ drittijiet għal vot marbuta ma’ ishma miżmuma skont l-Artikoli 9 u 10 u tad-drittijiet għal vot marbuta ma’ strumenti finanzjarji skont it-tifsira tal-Artikolu 13.

2.  Id-drittijiet għal vot marbuta ma’ strumenti finanzjarji li diġà jkunu ġew notifikati skont l-Artikolu 13 għandhom jerġgħu jiġu notifikati meta l-persuna fiżika jew l-entità ġuridika tkun akkwistat l-ishma sottostanti u dik l-akkwiżizzjoni twassal biex l-għadd totali ta’ drittijiet għal vot marbuta mal-ishma maħruġa mill-istess emittent jilħaq jew jaqbeż il-livelli limitu stipulati fl-Artikolu 9(1).

▼B

Artikolu 14

1.  Meta emittent ta' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jakkwista jew jittrasferixxi l-ishma tiegħu, jew direttament jew inkella permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess imma fl-interess ta' l-emittent, l-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiżgura li l-emittent jagħmel pubbliku l-proporzjon ta' l-ishma tiegħu kemm jista' jkun malajr, iżda mhux iktar tard minn erbat ijiem tal-kummerċ wara li jsir dan l-akkwist jew it-trasferiment meta dan il-proporzjon jilħaq, jaqbeż jew jinżel taħt il-limiti ta' 5 % jew 10 % tad-drittijiet tal-vot. Il-proporzjon għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tan-numru totali ta' ishma li magħhom ikunu marbuta drittijiet tal-vot.

▼M3

2.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u biex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.

▼B

Artikolu 15

Għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti mogħtija fl-Artikolu 9, l-Istat Membru ta' l-oriġini għandu għallinqas jeħtieġ l-iżvelar lill-pubbliku mill-emittent tan-numru totali ta' drittijiet tal-vot u ta' kapital fit-tmiem ta' kull xahar tal-kalendarju li matulu tkun seħħet żjieda jew tnaqqis f'dan in-numru totali.

Artikolu 16

Informazzjoni addizzjonali

1.  L-emittent ta' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandu jagħmel pubbliku mingħajr dewmien kull bidla fid-drittijiet marbuta mad-diversi klassijiet ta' ishma, inklużi l-bidliet fid-drittijiet marbuta ma' titoli derivattivi maħruġa mill-emittent innifisu u li jagħtu aċċess għall-ishma ta' dik l-emittent.

2.  L-emittent ta' titoli minbarra ishma, li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, għandu jagħmel pubbliku mingħajr dewmien kull bidla fid-drittijiet tad-detenturi ta' titoli minbarra ishma, inklużi bidliet fit-termini u l-kondizzjonijiet ta' dawn it-titoli li jistgħu b'mod indirett jaffettwaw dawk id-drittijiet, u li jirriżultaw b'mod partikolari minn bidla fit-termini ta' self jew fir-rati ta' l-interessi.

▼M4 —————

▼B



SEZZJONI II

Informazzjoni għal detenturi ta' titoli ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

Artikolu 17

Rekwiżiti ta' informazzjoni għal emittenti li l-ishma tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

1.  L-emittent ta' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandu jiżgura t-trattament ugwali tad-detenturi kollha ta' ishma li jkunu fl-istess posizzjoni.

2.  L-emittent għandu jiżgura li l-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex id-detenturi ta' ishma jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ikunu disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini u li l-integrità tad-data tiġi preżervata. L-azzjonisti m'għandhomx jinżammu milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bi prokura, bla ħsara għal-liġi tal-pajjiż fejn l-emittent ikun inkorporat. B'mod partikolari, l-emittent għandu:

(a) jipprovdi informazzjoni dwar il-post, il-ħin u l-aġenda tal-laqgħat, in-numru totali ta' ishma u ta' drittijiet tal-vot u d-drittijiet tad-detenturi li jipparteċipaw fil-laqgħat;

(b) jagħmel disponibbli formola ta' prokura, f'forma miktuba jew, fejn applikabbli, b'mezzi elettroniċi, lil kull persuna li jkollha l-jedd li tivvota f'laqgħa ta' l-azzjonisti, flimkien ma' l-avviż dwar il-laqgħa jew, fuq talba, wara tħabbir tal-laqgħa;

(ċ) tinnomina bħala l-aġent tagħha istituzzjoni finanzjarja li permezz tagħha l-azzjonisti jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet finanzjarji tagħhom; u

(d) tippubblika avviżi jew tqassam ċirkulari dwar l-allokazzjoni u l-ħlas ta' dividendi u l-ħruġ ta' ishma ġodda, inkluża informazzjoni dwar kull xorta ta' arranġamenti għall-allokazzjoni, is-sottoskrizzjoni, il-kanċellazzjoni jew il-konverżjoni.

3.  Għall-iskopijiet ta' l-għoti ta' informazzjoni lill-azzjonisti, l-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jippermetti lill-emittenti illi jużaw mezzi elettroniċi, kemm-il darba din id-deċiżjoni tittieħed f'laqgħa ġenerali u tkun tissodisfa mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-użu ta' mezzi elettroniċi b'ebda mod m'għandu jiddependi fuq fejn tinsab is-sede jew ir-residenza ta' l-azzjonista jew, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(a) sa (h), tal-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi;

(b) għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta' identifikazzjoni sabiex l-azzjonisti, jew il-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridii li huma intitolati li jeżerċitaw jew li jidderieġu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot, ikunu infurmati b'mod effettiv;

(ċ) l-azzjonisti, jew fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10 (a) sa (e), il-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi li jkunu intitolati li jakkwistaw, jittrasferixxu jew jeżerċitaw drittijiet tal-vot, għandhom jiġu kkuntattjati bil-miktub sabiex jintalab il-kunsens tagħhom għall-użu ta' mezzi elettroniċi għall-għoti ta' informazzjoni u, jekk ma joġġezzjonawx fi żmien raġonevoli, l-kunsens tagħhom jitqies illi jkun ingħata. Għandhom ikunu jistgħu jitolbu, f'kull ħin fil-futur, li l-informazzjoni tingħata bil-miktub, u

(d) kull tqassim ta' l-ispejjeż involuti fl-għoti ta' din l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi għandu jiġi stabbilit mill-emittent b'mod konformi mal-prinċipju tat-trattament ugwali stabbilit fil-paragrafu 1.

▼M3

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom azzjonista jista’ jeżerċita d-drittijiet finanzjarji provduti fil-paragrafu 2(c).

▼B

Artikolu 18

Rekwiżiti ta' informazzjoni għall-emittenti ta' titoli ta' dejn li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

1.  L-emittent ta' titoli ta' debitu li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandu jiżgura li d-detenturi kollha ta' titoli ta' debitu li jkollhom l-istess gradwazzjoni jingħataw trattament ugwali fir-rigward tad-drittijiet kollha marbuta ma' dawk it-titoli ta' debitu.

2.  L-emittent għandu jiżgura li l-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex id-detenturi ta' titoli ta' debitu ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ikunu disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini u li l-integrità tad-data tiġi preżervata. Id-detenturi ta' titoli ta' debitu m'għandhomx jinżammu milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bi prokura, bla ħsara għal-liġi tal-pajjiż fejn l-emittent ikun inkorporat. B'mod partikolari, l-emittent għandu:

(a) jippubblika avviżi, jew iqassam ċirkolari, dwar il-post, il-ħin u l-aġenda tal-laqgħat tad-detenturi ta' titoli ta' debitu, il-ħlas ta' imgħaxijiet, l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' konverżjoni, skambju, sottoskrizzjoni jew kanċellazzjoni, u l-ħlas lura, kif ukoll id-dritt ta' dawk id-detenturi li jipparteċipaw fihom;

(b) jagħmel disponibbli formola ta' prokura fil-forma miktuba jew, fejn applikabbli, b'mezzi elettroniċi, lil kull persuna li jkollha l-jedd li tivvota f'laqgħa ta' detenturi ta' titoli ta' debitu, flimkien ma' l-avviż dwar il-laqgħa jew, fuq talba, wara t-tħabbir tal-laqgħa; u

(ċ) tinnomina bħala l-aġent tagħha istituzzjoni finanzjarja li permezz tagħha d-detenturi ta' titoli ta' debitu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet finanzjarji tagħhom;

▼M2

3.  Fejn ikunu biss dawk id-detenturi ta' titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta tal-anqas għal EUR 100 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro li l-valur tad-denominazzjoni għal kull unità tagħhom ikun, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 100 000, li ser jiġu mistiedna għal laqgħa, l-emittent jista' jagħżel bħala post għal-laqgħa kwalunkwe Stat Membru, sakemm il-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tali detenturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom isiru disponibbli f'dak l-Istat Membru.

L-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika wkoll fir-rigward tad-detenturi tat-titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta tal-anqas għal EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro li l-valur ta' tali denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 50 000, li jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fl-Unjoni qabel il-31 ta' Diċembru 2010, għall-perjodu ta' żmien li tali titoli ta' dejn ikunu għadhom pendenti, sakemm il-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tali detenturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom isiru disponibbli fl-Istat Membru magħżul mill-emittent.

▼B

4.  Għall-iskopijiet ta' l-għoti ta' informazzjoni lid-detenturi ta' titoli ta' debitu, l-Istat Membru ta' l-oriġini, jew l-Istat Membru magħżul mill-emittent skond il-paragrafu 3, għandu jippermetti lill-emittenti li jużaw mezzi elettroniċi, kemm-il darba din id-deċiżjoni tittieħed f'laqgħa ġenerali u tkun tissodisfa mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-użu ta' mezzi elettroniċi b'ebda mod m'għandu jiddependi fuq fejn tinsab is-sede jew ir-residenza tad-detentur ta' titolu ta' debitu jew ta' prokuratur li jirrappreżenta lil dak id-detentur;

(b) għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta' identifikazzjoni sabiex id-detenturi ta' titoli ta' debitu ikunu infurmati b'mod effettiv;

(ċ) id-detenturi ta' titoli ta' debitu għandhom jiġu kkuntattjati bil-miktub sabiex jintalab il-kunsens tagħhom għall-użu ta' mezzi elettroniċi għall-għoti ta' informazzjoni u jekk ma joġġezzjonawx fi żmien raġonevoli, l-kunsens tagħhom jitqies illi jkun ingħata. Għandhom ikunu jistgħu jitolbu, f'kull ħin fil-futur, li l-informazzjoni tingħata bil-miktub; u

(d) kull tqassim ta' l-ispejjeż involuti fl-għoti ta' din l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi għandu jiġi stabbilit mill-emittent skond il-prinċipju tat-trattament ugwali stabbilit fil-paragrafu 1.

▼M3

5.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 4. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom detentur ta’ titolu ta’ debitu jista’ jeżerċita d-drittijiet finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 2(c).

▼B



KAPITOLU IV

REKWIŻITI ĠENERALI

Artikolu 19

Kontroll ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini

1.  Kull meta l-emittent, jew persuna li tkun talbet, mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, l-ammissjoni tat-titoli tiegħu għall-kummerċ f'suq regolat, tiżvela informazzjoni regolata, hu għandu fl-istess ħin jiddepożita dik l-informazzjoni ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini tiegħu. Dik l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li tippubblika dik l-informazzjoni depożitta fuq is-sit ta' l-Internet tagħha.

▼M4 —————

▼B

2.  L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jeżenta lil emittent mill-ħtieġa taħt il-paragrafu 1 fir-rigward ta' informazzjoni żvelata skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE jew l-Artikolu 12(6) ta' din id-Direttiva.

3.  Informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata lill-emittent skond l-Artikoli 9, 10, 12 u 13 għandha fl-istess ħin tiġi depożitata ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini.

▼M3

4.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3.

Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tispeċifika l-proċedura skont liema l-emittent, id-detentur ta’ ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew il-persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 10, għandhom jippreżentaw informazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini taħt il-paragrafu 1 jew 3, rispettivament, sabiex ikun jista’ jsir il-ħżin b’mezzi elettroniċi fl-Istat Membru tal-oriġini.

▼B

Artikolu 20

Lingwi

1.  Fejn titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fl-Istat Membru ta' l-oriġini biss, l-informazzjoni regolata għandha tingħata biss b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini.

2.  Fejn titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat kemm fl-Istat Membru ta' l-oriġini kif ukoll fi Stat Membru ospitanti wieħed jew aktar, l-informazzjoni regolata għandha tiġi żvelata:

(a) b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini; u

(b) skond l-għażla ta' l-emittent, jew b'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri ospitanti jew b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

3.  Fejn titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru ospitanti wieħed jew aktar, iżda mhux fl-Istat Membru ta' l-oriġini, l-informazzjoni regolata għandha, skond l-għażla ta' l-emittent, tiġi żvelata b'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri ospitanti jew b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

Barra minn hekk, l-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jistabbilixxi fil-liġi, r-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi tiegħu li l-informazzjoni regolata għandha, skond l-għażla ta' l-emittent, tiġi żvelata jew b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tiegħu jew b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

4.  Fejn titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jaqgħu mhux fuq l-emittent, iżda fuq il-persuna li, mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, tkun talbet din l-ammissjoni.

5.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-azzjonisti u lill-persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 13 li jinnotifikaw informazzjoni lil xi emittent taħt din id-Direttiva b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali biss. Jekk l-emittent jirċievi din in-notifika, l-Istati Membri ma jistgħux jeħtieġu li l-emittent jipprovdi traduzzjoni għal xi lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti.

▼M2

6.  Bħala deroga mill-paragrafi 1 sa 4, meta titoli li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tammonta tal-inqas għal EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro li jkunu, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 100 000, jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru jew f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-informazzjoni regolata għandha tiġi żvelata lill-pubbliku jew fi lsien aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti jew fi lsien li jintuża abitwalment fil-qasam tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent jew tal-persuna li, mingħajr il-kunsens tal-emittent, tkun talbet tali ammissjoni.

Id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika wkoll għat-titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tal-inqas EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro li l-valur ta' tali denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 50 000, li jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru jew f'aktar minn Stat Membru wieħed qabel il-31 ta' Diċembru 2010, għall-perjodu ta' żmien li tali titoli ta' dejn ikunu għadhom pendenti.

▼B

7.  Jekk isir xi rikors dwar il-kontenut ta' l-informazzjoni regolata quddiem qorti jew tribunal fi Stat Membru, ir-responsabbiltà għall-ħlas ta' l-ispejjeż imġarrba għat-traduzzjoni ta' dik l-informazzjoni għall-iskopijiet tal-proċedimenti għandha tiġi deċiża skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 21

Aċċess għal informazzjoni regolata

1.  L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiżgura li l-emittent, jew il-persuna li tkun applikat għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, tiżvela informazzjoni regolata b'mod li jiżgura aċċess veloċi għal din l-informazzjoni fuq bażi mhux diskriminatorja u jagħmilha disponibbli għall-mekkaniżmu maħtur b'mod uffiċjali msemmi fil-paragrafu 2. L-emittent, jew il-persuna li applikat għall-ammissjoni sabiex tinnegozja f'suq regolat mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, ma jistgħux jitolbu lill-investituri biex jagħmlu xi ħlas speċjali għall-għoti ta' l-informazzjoni. L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jeħtieġ lill-emittent sabiex juża dawk il-mezzi li jkunu raġonevolment affidabbli biżżejjed għad-disseminazzjoni effettiva ta' l-informazzjoni lill-pubbliku fil-Komunità. L-Istat Membru ta' l-oriġini ma jistax jimponi xi obbligu sabiex jintużaw biss mezzi li l-operaturi tagħhom huma stabbiliti fit-territorju tiegħu.

2.  L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiżgura li jkun hemm għallinqas mekkaniżmu wieħed li jkun maħtur uffiċjalment għall-ħażna ċentrali ta' informazzjoni regolata. Dawn il-mekkaniżmi għandhom jikkonformaw ma' istandards ta' kwalità minimi -ta' sigurtà, ta' ċertezza dwar is-sorsi ta' l-informazzjoni, ta' rrekordjar tal-ħin u ta' aċċess faċli mill-utenti finali u għandhom ikunu konformi mal-proċedura ta' ppreżentar taħt l-Artikolu 19(1).

3.  Fejn it-titoli huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru ospitanti wieħed biss u mhux fl-Istat Membru ta' l-oriġini, l-Istat Membru ospitanti għandu jiżgura li l-informazzjoni regolata tiġi żvelata skond ir-rekwiżiti imsemmija fil-paragrafu 1.

▼M4

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 27a u 27b, miżuri sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) standards minimi għat-tixrid ta’ informazzjoni regolata, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b) standards minimi għall-mekkaniżmi ta’ ħżin ċentrali kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(c) regoli li jiżguraw l-interoperabilità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni użati mill-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 2 u l-aċċess għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni, imsemmi hemmhekk.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll tispeċifika u taġġorna lista ta’ mezzi għat-tixrid ta’ informazzjoni lill-pubbliku.

▼M4

Artikolu 21a

Punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew

1.  Portal web li jservi bħala punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew (“il-punt ta’ aċċess”) għandu jiġi stabbilit sal-1 ta’ Jannar 2018. L-ESMA għandha tiżviluppa u tħaddem il-punt ta’ aċċess.

2.  Is-sistema ta’ interkonnessjoni ta’ mekkaniżmi maħtura uffiċjalment għandha tkun magħmula minn:

 il-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 21(2),

 il-portal li jservi bħala l-punt ta’ aċċess elettroniku Ewropew.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċess għall-mekkaniżmi ta’ ħżin ċentrali tagħhom permezz tal-punt ta’ aċċess.

▼M4

Artikolu 22

Aċċess għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni

1.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekiwżiti tekniċi fir-rigward tal-aċċess għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) ir-rekwiżiti tekniċi rigward it-teknoloġiji tal-komunikazzjoni użati mill-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 21(2);

(b) ir-rekwiżiti tekniċi għat-tħaddim tal-punt ta’ aċċess ċentrali għat-tfittxija għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni;

(c) ir-rekwiżiti tekniċi rigward l-użu ta’ identifikatur uniku għal kull emittent mill-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 21(2);

(d) il-format komuni għat-twassil ta’ informazzjoni regolata mill-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 21(2);

(e) il-klassifikazzjoni komuni ta’ informazzjoni regolata mill-mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 21(2) u l-lista komuni ta’ tipi ta’ informazzjoni regolata.

2.  Fl-iżvilupp tal-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tieħu kont tar-rekwiżiti tekniċi għas-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri ta’ negozju stabbilita bid-Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 ).

L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Novembru 2015.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 23

Pajjiżi terzi

▼M3

1.  Fejn l-uffiċċju rreġistrat ta’ emittent jinstab f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tista’ teżenta lill-emittent minn rekwiżiti skont l-Artikoli 4 sa 7 u l-Artikoli 12(6) u l-Artikoli 14 sa 18, bil-kondizzjoni li l-liġi tal-pajjiż terz inkwistjoni tistabbilixxi rekwiżiti ekwivalenti jew dan l-emittent jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġi ta’ pajjiż terz li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini tikkunsidra bħala ekwivalenti.

L-awtorità kompetenti għandha mbagħad tgħarraf lill-AETS bl-eżenzjoni mogħtija.

▼M4

L-informazzjoni koperta bir-rekwiżiti stabbiliti fil-pajjiż terz għandha tiġi depożitata f’konformità mal-Artikolu 19 u għandha tiġi żvelata f’konformità mal-Artikoli 20 u 21.

▼B

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, emittent li l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jkun f'pajjiż terz għandu jkun eżentat milli jħejji d-dikjarazzjoni finanzjaja tiegħu skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5 qabel is-sena finanzjarja li tibda nhar jew wara l-1 ta' Jannar 2007, sakemm l-emittent iħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu skond standards aċċettati internazzjonalment kif jingħad fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

3.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' l-oriġini għandha tiżgura li l-informazzjoni żvelata f'pajjiż terz li tista' tkun ta' importanza għall-pubbliku fil-Komunità tiġi żvelata skond l-Artikoli 20 u 21, anki jekk informazzjoni bħal din mhijiex informazzjoni regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(k).

▼M3

4.  Sabiex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni:

(i) li jistabbilixxu mekkaniżmu li jiżgura l-istabbiliment tal-ekwivalenza tal-informazzjoni meħtiega taħt din id-Direttiva, inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni, meħtieġa skont il-liġi, r-regolamenti, jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz;

(ii) li jiddikjaraw li, skont il-liġi, r-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi domestiċi tiegħu jew skont il-prattiċi jew proċeduri bbażati fuq l-istandards internazzjonali stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, il-pajjiż terz fejn hu reġistrat l-emittent jiżgura l-ekwivalenza tar-rekwiżiti tal-informazzjoni previsti f’din id-Direttiva.

Fil-kuntest tal-punt (ii) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri li jikkonċernaw l-evalwazzjoni ta’ standards relevanti għall-emittenti ta’ aktar minn pajjiż wieħed.

Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar l-ekwivalenza tal-istandards tal-kontabilità li jintużaw minn emittenti ta’ pajjiż terz taħt il-kondizzjonjiet stabbiliti fl-Artikolu 30(3). Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-istandards tal-kontabilità ta’ pajjiż terz mhumiex ekwivalenti, tista’ tippermetti lill-emittenti konċernati sabiex ikomplu jużaw dawn l-istandards tal-kontabilità matul perijodu transitorju xieraq.

Fil-kuntest tat-tielet subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri immirati biex jistabbilixxu kriterji ta’ ekwivalenza ġenerali rigward standards tal-kontabbiltà relevanti għal emittenti ta’ iktar minn pajjiż wieħed.

5.  Sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri li jiddefinixxu t-tip ta’ informazzjoni żvelata f’pajjiż terz li hija ta’ importanza għall-pubbliku fl-Unjoni.

▼B

6.  Impriżi li l-uffiċċju rreġistrat tagħhom jinsab f'pajjiż terz li kien ikollhom bżonn ta' awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE jew, fir-rigward tal-ġestjoni tal-portfolio taħt il-punt 4 tas-sezzjoni A ta' l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE li kieku kellhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom jew, fil-każ biss ta' ditta ta' investiment, l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità għandhom ukoll jiġu eżentati milli jiġbru flimkien il-holdings mal-holdings ta' l-impriżi parent tagħhom skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12(4) u (5) sakemm dawn ikunu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' indipendenza bħala kumpanniji ta' ġestjoni jew bħala ditti ta' investiment.

7.  Sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq fis-finanzjarji u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jiddikjaraw li, permezz tal-liġi, r-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi domestiċi tiegħu, pajjiż terz jiżgura l-ekwivalenza ta' rekwiżiti ta' indipendenza previsti taħt din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha.

▼M3

Il-Kummissjoni għandha tadotta wkoll, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri mmirati biex jistabbilixxu kriterji ġenerali ta’ ekwivalenza għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu.

▼M3

8.  L-AETS għandha tassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B



KAPITOLU V

AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 24

Awtoritajiet kompetenti u s-setgħat tagħhom

▼M3

1.  Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/71/KE bħala l-awtorità amministrattiva kompetenti ċentrali responsabbli għat-twettiq tar-rekwiżiti previsti f’din id-Direttiva u sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva huma applikati. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill- AETS b'dan.

▼B

Iżda, għall-għanijiet tal-paragrafu 4(h), l-Istati Membri jistgħu jinnominaw awtorità kompetenti minbarra l-awtorità kompetenti ċentrali imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti ċentrali tagħhom li tiddelega xi dmirijiet. Għajr għad-dmirijiet imsemmija fil-paragrafu 4(h), kwalunkwe delegazzjoni ta' dmirijiet dwar ir-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha għandhom jiġu riveduti ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u għandhom jintemmu tmien snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Kwalunkwe delegazzjoni tad-dmirijiet għandha ssir b'mod speċifiku u tiddikjara d-dmirijiet li għandhom isiru u l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom isiru.

Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu klawsola li teħtieġ li l-entità in kwistjoni tkun organizzata b'tali mod li kunflitti ta' interessi jiġu evitati u informazzjoni miksuba mit-twettiq ta' dmirijiet delegati ma tiġix użata b'mod mhux ġust jew sabiex timpedixxi l-kompetizzjoni. Fi kwalunkwe każ, ir-responsabbiltà finali għas-sorveljanza tal-konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi adottati bi qbil magħha għandhom jaqgħu f'idejn l-awtorità kompetenti maħtura skond il-paragrafu 1.

▼M3

3.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AETS skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe arranġamenti li jkunu daħlu għalihom fir-rigward tad-delega ta’ dmirijiet, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi għar-regolazzjoni tad-delegi.

▼B

4.  Kull awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħat kollha meħtieġa sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha. Għandha għallinqas jkollha s-setgħa li:

(a) teħtieġ lill-awdituri, lill-emittenti, lid-detenturi ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra, jew lill-persuni li jissemmew fl-Artikoli 10 jew 13, u lill-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, sabiex jipprovdu informazzjoni u dokumenti;

(b) teħtieġ lill-emittent sabiex jikkomunika l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punt (a) lill-pubbliku bil-mezzi u fil-limiti ta' żmien li l-awtorità tikkunsidra meħtieġa. Tista' tippubblika din l-informazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fil-każ li l-emittent, jew il-persuni li jikkontrollawh jew li huma kkontrollati minnu, jonqsu li jagħmlu dan u wara li jkunu semgħu lill-emittent;

(ċ) teħtieġ lill-ġesturi ta' l-emittenti u tad-detenturi ta' ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew ta' persuni jew entitajiet imsemmija fl-Artikoli 10 jew 13, sabiex jinnotifikaw l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva, jew taħt il-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva, u, jekk ikun hemm bżonn, sabiex jipprovdu aktar informazzjoni u dokumenti;

(d) tissospendi jew titlob lis-suq regolat relevanti jissospendi, il-kummerċ f'titoli għal massimu ta' għaxart'ijiem kull darba jekk ikollha raġunijiet xierqa biex tissuspetta li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jew tal-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva, jkunu ġew miksura mill-emittent;

(e) tipprojbixxi l-kummerċ f'suq regolat jekk issib li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jew tal-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva, jkunu ġew miksura, jew jekk ikollha raġuni li tissuspetta li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu ġew miksura;

(f) tikkontrolla li l-emittent jiżvela informazzjoni fil-ħin bil-għan li jiżgura aċċess effettiv u ugwali għall-pubbliku fl-Istati Membri kollha fejn it-titoli huma kkumerċjalizzati u tieħu azzjoni xierqa jekk dan ma jkunx il-każ;

(g) tagħmel pubbliku l-fatt li l-emittent, jew id-detentur ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra, jew persuna jew entità msemmija fl-Artikoli 10 jew 13, qiegħda tonqos milli tikkonforma ma' l-obbligi tagħha;

(h) teżamina li l-informazzjoni msemmija f'din id-Direttiva tiġi mħejjija skond il-qafas ta' rappurtaġġ relevanti u tieħu miżuri addattati fil-każ li tiskopri xi ksur; u

(i) twettaq spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tagħha skond il-liġi nazzjonali, sabiex tivverifika l-konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha. Fejn ikun hemm bżonn taħt il-liġi nazzjonali, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw din is-setgħa billi jirrikorru għall-awtorità ġudizzjarja relevanti u/jew f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet oħra.

▼M4

4a.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat investigattivi kollha neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mad-dritt nazzjonali.

4b.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat ta’ sanzjonar tagħhom, skont din id-Direttiva u d-dritt nazzjonali, bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

 direttament;

 f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;

 taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil dawn l-awtoritajiet;

 b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

▼B

5.  Il-paragrafi 1 sa 4 huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għal territorji barranin Ewropej li għar-relazzjonijiet barranin tagħhom ikun responsabbli l-Istat Membru.

6.  L-iżvelar lill-awtoritajiet kompetenti mill-awdituri ta' kwalunkwe fatt jew deċiżjoni relatata mat-talbiet magħmula mill-awtorità kompetenti taħt il-paragrafu (4)(a) ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta' xi restrizzjoni fuq il-komunikazzjoni ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew bi kwalunkwe liġi, regolament jew disposizzjoni amministrattiva u ma għandha toħloq ebda tip ta' responsabbiltà għall-awdituri.

Artikolu 25

Segretezza professjonali u koperazzjoni bejn l-Istati Membri

1.  L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew kienu jaħdmu għall-awtorità kompetenti u għal dawk l-entitajiet li lilhom l-awtoritajiet kompetenti setgħu ddelegaw ċerti dmirijiet. Informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità ħlief permezz tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amminstrattivi ta' Stat Membru.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikooperaw flimkien, kull meta jkun meħtieġ, bil-għan li jaqdu dmirijiethom u jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom, kemm jekk stabbiliti f'din id-Direttiva jew fil-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra.

▼M4

Fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjonar u s-setgħat investigattivi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiħguraw li s-sanzjonijiet jew il-miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa, u għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali.

▼M3

2a.  L-awtoritjajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-AETS sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet rifjutata talba għal kooperazzjoni jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fil-każijiet imsemmija fl-ewwel sentenza, l-AETS tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2b.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2c.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jagħtu lill-AETS l-informazzjoni kollha meħtiega sabiex twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, skont l-Artikolu 35 ta’ dak ir-Regolament.

▼B

►M3  3.  Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni konfidenzjali ma’, jew milli jittrasmettu informazzjoni lil, awtoritajiet kompetenti oħrajn, lill-AETS u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza mikroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ( 24 ). ◄ Informazzjoni miksuba b'dan il-mod għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali li għalih huma soġġetti l-persuni impjegati jew li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazzjoni.

▼M3

4.  L-Istati Membri u l-AETS skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-korpi ta’ pajjiżi terzi li għandhom is-setgħa permezz tal-leġislazzjoni rispettiva tagħhom li jaqdu kwalunkwe dmir taħt din id-Direttiva skont l-Artikolu 24. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-AETS meta huma jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni huwa soġġett għal garanziji ta’ segretezza professjonali ekwivalenti għallinqas għal dawk imsemmija f’dan l-Artikolu. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun intiż għat-twettiq ta’ xogħol ta’ sorveljanza mill-awtoritajiet jew mill-korpi msemmija. Fejn l-informazzjoni tkun ġejja minn Stat Membru ieħor, din m’għandhiex tiġi komunikata mingħajr il-ftehim espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, għall-għanijiet biss li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom.

Artikolu 26

Miżuri prekawzjonarji

1.  Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti issib li l-emittent jew id-detentur ta’ ishma jew ta’ strumenti finanzjarji oħra, jew il-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 10, wettqu irregolaritajiet jew kisru l-obbligi tagħhom, din għandha tirreferi s-sejbiet tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u lill-AETS.

2.  Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, jew minħabba li dawn il-miżuri ma jkunux adegwati, l-emittent jew id-detentur tat-titoli jibqgħu jiksru d-dispożizzjonijiet legali jew regulatorji rilevanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini, tieħu, skont l-Artikolu 3(2), il-miżuri kollha adatti sabiex tipproteġi lill-investituri, filwaqt li tgħarraf b’dan lill-Kummissjoni u lill-AETS malajr kemm jista’ jkun.

▼B



KAPITOLU VI

▼M3

ATTI DDELEGATI U MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

▼B

Artikolu 27

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli, stabbilit bl- Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2001/528/KE.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, tenut kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha, kemm-il darba l-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skond dik il-proċedura ma jimmodifikawx id-disposizzjonijiet essenzjali ta' din id-Direttiva.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tlett xhur.

▼M3

2a.  Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 23(5) u l-Artikolu 23(7) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-4 ta’ Jannar 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tkun estiża awtomatikament għal perijodu ta’ tul simili, sakemm ma tkunx revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 27a.

▼M3

2b.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2c.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati tiġi konferita lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 27a u 27b.

▼M1

3.  Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, ta’ lanqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setgħat. Dan ir-rapport għandu jeżamina, partikolarment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għad-Direttiva preżenti sabiex tiżgura l-kamp ta’ applikazzjoni xieraq tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emenda jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk meħtieġ, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva għal modifika tad-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

▼M3

Artikolu 27a

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 23(5), u l-Artikolu 23(7) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax delega ta’ setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tispeċifika s-setgħa delegata li tista’ tkun soġġetta għal revoka.

3.  Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ minnufih jew f’data ulterjuri stipulata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27b

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

1.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

2.  Jekk, mal-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data speċifikata fih.

L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni bil-ħsieb tagħhom li ma jressqux oġġezzjonijiet.

3.  Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att iddelegat fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 1, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. Skont l-Artikolu 296 TFUE, l-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-ragunijiet li għalihom tkun oġġezzjonat għall-att delegat.



▼M4

KAPITOLU VIA

SANZJONIJIET U MIŻURI

▼M4

Artikolu 28

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

1.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 24 U d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar miżuri u sanzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn ikunu japplikaw obbligazzjonijiet għal entitajiet ġuridiċi, f’każ ta’ ksur, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali, għall-membri ta’ korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-entità ġuridika kkonċernata, u għal individwi oħra li jkunu responsabbli għall-ksur taħt id-dritt nazzjonali.

▼M4

Artikolu 28a

Ksur

L-Artikolu 28b għandu japplika tal-inqas għall-ksur li ġej:

(a) nuqqas min-naħa tal-emittent li jagħmel pubblika, fil-limitu ta’ żmien meħtieġ, l-informazzjoni meħtieġa taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għat-traspożizzjoni tal-Artikoli 4, 5, 6, 14 u 16;

(b) nuqqas min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika li tinnotifika, fil-limitu ta’ żmien meħtieġ, l-akkwiżizzjoni jew id-disponiment ta’ holding importanti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għat-traspożizzjoni tal-Artikoli 9, 10, 12, 13 u 13a.

Artikolu 28b

Setgħat ta’ sanzjonar

1.  F’każ ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 28a, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jimponu tal-inqas il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin:

(a) dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew l-entità ġuridika responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b) ordni li tirrikjedi lill-persuna fiżika jew lill-entità ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba li tkun tikkostitwixxi ksur u ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c) sanzjonijiet pekunarji amministrattivi ta’;

(i) fil-każ ta’ entità ġuridika,

 sa EUR 10 000 000 jew sa 5 % tat-total tal-valur tal-bejgħ annwali skont l-aħħar kontijiet annwali disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; fejn l-entità ġuridika hija impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża prinċipali li għandha tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-valur tal-bejgħ totali rilevanti għandu jkun it-total tal-valur tal-bejgħ annwali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mad-Direttivi rilevanti dwar il-kontabilità skont l-aħħar kontijiet annwali konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-aħħar impriża prinċipali; jew

 sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati,

liema minnhom ikun l-ogħla;

(ii) fil-każ ta’ persuna fiżika;

 sa EUR 2 000 000; jew

 sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati,

liema minnhom ikun l-ogħla.

Fl-Istati Membri fejn l-euro mhijiex il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti għall-euro fil-munita nazzjonali għandu jiġi kkalkulat b’kont meħud tar-rata ta’ kambju uffiċjali fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2013/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li temenda d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE ( 25 ).

2.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 24 u d-dritt tal-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu l-possibbiltà ta’ suspensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet għal vot marbuta mal-ishma f’każ tal-ksur kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 28a. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li s-suspensjoni tad-drittijiet għal vot għandha tapplika biss għall-aktar ksur serju.

3.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali u livelli ogħla ta’ sanzjonijiet pekunarji amministrattivi minn dawk previsti f’din id-Direttiva.

Artikolu 28c

Eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjonar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qegħdin jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż fejn adatt:

(a) il-gravità u d-dewmien tal-ksur;

(b) il-livell ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew l-entità ġuridika responsabbli;

(c) is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew l-entità ġuridika responsabbli, pereżempju kif indikat mill-valur tal-bejgħ totali tal-entità ġuridika responsabbli jew l-introjtu annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d) l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew l-entità ġuridika responsabbli, safejn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e) it-telf imġarrab minn partijiet terzi b’riżultat tal-ksur, safejn ikun jista’ jiġi determinat;

(f) il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew l-entità ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti;

(g) ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew l-entità ġuridika responsabbli.

2.  L-ipproċessar ta’ data personali miġbura fl-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi jew għalih f’konformità ma’ din id-Direttiva għandu jitwettaq f’konformità mad-Direttiva 95/46/KE u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 fejn rilevanti.



KAPITOLU VIB

PUBBLIKAZZJONI TA’ DEĊIŻJONIJIET

▼M4

Artikolu 29

Pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet

1.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw kull deċiżjoni dwar sanzjonijiet u miżuri imposti għall-ksur ta’ din id-Direttiva mingħajr dewmien bla bżonn, inkluż tal-inqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni fiżiċi jew l-entitajiet ġuridiċi responsabbli għalih.

Madankollu l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jdewmu l-pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni, jew jistgħu jippubblikaw id-deċiżjoni fuq bażi anonima b’mod li jkun f’konformità mad-dritt nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) fejn, fil-każ li s-sanzjoni tiġi imposta fuq persuna fiżika, il-pubblikazzjoni tad-data personali tinstab li hi sproporzjonata meta ssir valutazzjoni obbligatorja minn qabel tal-proporzjonalità ta’ din il-pubblikazzjoni;

(b) fejn il-pubblikazjjoni thedded b’mod serju l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew investigazzjoni uffiċjali li għaddejja;

(c) fejn il-pubblikazzjoni tikkawża, dment li tista’ tiġi ddeterminata, ħsara sproporzjonata u serja għall-istituzzjonijiet jew il-persuni fiżiċi involuti.

2.  Jekk jiġi ppreżentat appell kontra d-deċiżjoni ppubblikata taħt il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tkun obbligata tinkludi informazzjoni f’dak is-sens fil-pubblikazzjoni meta ssir il-pubblikazzjoni jew temenda l-pubblikazzjoni jekk l-appell jiġi ppreżentat wara l-pubblikazzjoni inizjali.

▼B



KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 30

Disposizzjonijiet transitorji

1.  B'deroga mill-Artikolu 5(3) ta' din id-Direttiva, l-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jeżenta emittenti msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru. 1606/2002 milli jiżvelaw dikjarazzjonijiet finanzjarji skond dak ir-Regolament għas-sena finanzjarja li tibda nhar jew wara l-1 ta' Jannar 2006.

2.  Minkejja l-Artikolu 12(2), azzjonista għandu jinnotifika lill-emittent mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data fl-Artikolu 31(1) bil-proporzjon tad-drittijiet tal-vot u l-kapital li għandu, skond l-Artikoli 9, 10 u 13, ma' emittenti f'dik id-data, sakemm ma jkunx diġà għamel notifika li jkun fiha informazzjoni ekwivalenti qabel dik id-data.

Minkejja l-Artikolu 12(6), emittent għandu min-naħa tiegħu jikkomunika l-informazzjoni li jirċievi f'dawn in-notifiki mhux aktar tard minn tlett xhur wara d-data fl-Artikolu 31(1).

3.  Meta l-emittent hu nkorporat f'pajjiż terz, l-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jeżenta lil dan l-emittent fir-rigward ta' dawk it-titoli ta' debitu li kienu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fil-Komunità qabel l-1 ta' Jannar 2005 milli jħejji id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu skond l-Artikolu 4 (3) u r-rapport ta' ġestjoni tiegħu skond l-Artikolu 4(5) sakemm

(a) l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini tirrikonoxxi li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali magħmula minn emittenti minn dan il-pajjiż terz jagħtu stat sewwa u xieraq ta' l-attiv u l-passiv, il-posizzjoni fianzjarja u r-riżultati ta' l-emittent;

(b) il-pajjiż terz fejn l-emittent hu nkorporat ma għamilx obbligatorju l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002; u

(ċ) il-Kummissjoni ma ħadet l-ebda deċiżjoni skond l-Artikolu 23(4) (ii) dwar jekk hemmx ekwivalenza bejn l-istandards tal-kontabbilità imsemmija hawn fuq, u

 l-istandards tal-kontabbilità stabbiliti fil-liġi, fir-regolamenti, jew fid-disposizzjonijiet amministrattivi tal-pajjiż terz fejn l-emittent hu nkorporat, jew

 l-istandards tal-kontabbilità ta' pajjiż terz li magħhom dan l-emittent għażel illi jikkonforma.

4.  L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jeżenta lill-emittenti fir-rigward biss ta' dawk it-titoli ta' debitu li jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fil-Komunità qabel l-1 ta' Jannar 2005 milli jippubblikaw ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur skond l-Artikolu 5 għal 10 snin wara l-1 ta' Jannar 2005, sakemm l-Istat Membru ta' l-oriġini kien iddeċieda li jippermetti li dawn l-emittenti jibbenefikaw mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/34/KE fil-ħin ta' l-ammissjoni ta' dawk it-titoli ta' debitu.

Artikolu 31

Trasposizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id- Direttiva sa 20 ta' Jannar 2007. Għandhom jinfurmaw lill-Kumissjoni dwar dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

▼M4

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw miżuri skont l-Artikoli 3(1), 8(2) jew 8(3) jew l-Artikolu 30, huma għandhom jikkomunikaw immedjatament dawk il-miżuri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

▼B

Artikolu 32

Emendi

B'effett mid-data speċifikata fl-Artikolu 31(1), id-Direttiva 2001/34/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 1, il-punti (g) u (h) għandhom jitħassru;

(2) L-Artikolu 4 għandu jitħassar;

(3) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 għandu jitħassar;

(4) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

“2.  L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw lill-emittenti ta' titoli ammessi għal elenkar uffiċjali għal rekwiżiti addizzjonali, sakemm dawn ir-rekwiżiti addizzjonali japplikaw b'mod ġenerali għall-emittenti kollha jew għal klassijiet individwali ta' emittenti”;

(5) L-Artikoli 65 sa 97 għandhom jitħassru;

(6) L-Artikoli 102 u 103 għandhom jitħassru;

(7) Fl-Artikolu 107(3), it-tieni subparagrafu għandu jitħassar;

(8) Fl-Artikolu 108, il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) fil-punt (a), il-kliem “informazzjoni perjodika għandha tiġi ppubblikata mill-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma ammessi” għandu jitħassar;

(b) il-punt (b) għandu jitħassar;

(ċ) il-punt (ċ)(iii) għandu jitħassar;

(d) il-punt (d) għandu jitħassar.

Ir-referenzi għad-disposizzjonijiet mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 33

Reviżjoni

Sat-30 ta' Ġunju 2009 il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill inklużi jekk ikunx xieraq illi tintemm l-eżenzjoni għal titoli ta' debitu eżistenti wara l-perjodu ta' 10 snin kif previst fl-Artikolu 30(4) u l-impatt potenzjali ta' dan fuq is-swieq finanzjarji Ewropej.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 35

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU C 80, 30.3.2004, p.128.

( 2 ) ĠU C 242, 9.10.2003, p. 6.

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Marzu 2004 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2004.

( 4 ) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

( 5 ) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

( 6 ) ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/8/KE (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 33).

( 7 ) ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/71/KE.

( 8 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 9 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 10 ) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

( 11 ) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

( 12 ) ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/39/KE

( 13 ) ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/69/KE (ĠU L 125, 28.4.2004, p. 44).

( 14 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).

( 15 ) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

( 16 ) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16).

( 17 ) ĠU L 222, 14.8.1978, p.11. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE

( 18 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

( 19 ) ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.

( 20 ) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

( 21 ) ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33.

( 22 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

( 23 ) ĠU L 156, 16.6.2012, p. 1.

( 24 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

( 25 ) ĠU L 294, 6.11.2013, p. 13.

Top