Help Print this page 

Document 02004L0039-20110104

Title and reference
Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/39/2011-01-04
Multilingual display
Text

2004L0039 — MT — 04.01.2011 — 004.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 2004/39/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ April 2004

dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE

(ĠU L 145, 30.4.2004, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'relevanza għaż-ŻEE tal-5 ta' April 2006

  L 114

60

27.4.2006

►M2

Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-5 ta' Settembru 2007

  L 247

1

21.9.2007

►M3

Direttiva 2008/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008

  L 76

33

19.3.2008

►M4

Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-24 ta’ Novembru 2010

  L 331

120

15.12.2010


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 054, 22.2.2014, p. 23  (2010/78)




▼B

ID-DIRETTIVA 2004/39/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ April 2004

dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 3 ),

Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta’ Mejju 1993 dwar is-servizzi ta’ l-investiment fil-kamp tat-titoli ( 5 ) fittxet li tistabbilixxi l-kondizjonijiet li fuqhom id-ditti u l-banek ta’ l-investiment awtorizzati setgħu jipprovdu servizzi jew jistabbilixxu friegħi fl-Istati Membri l-oħra fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni u sorveljanza mill-pajjiż tal-post. Għal dan il-fini, din id-Direttiva immirat li tarmonizza l-awtorizzazzjoni inizjali u l-ħtiġiet operattivi għad-ditti ta’ l-investiment inkluża l-kondotta tar-regoli tal-kummerċ. Ipprovdiet ukoll għall-armonizzazzjoni ta’ wħud mill-kondizzjonijiet li jirregolaw l-operat tas-swieq irregolati.

(2)

Dawn l-aħħar snin iktar investituri saru attivi fis-swieq finanzjarji u qegħdin jiġu offruti sett saħansitra iktar kumpless u mifrux fil-wisa’ rigward servizzi u strumenti. Bil-ħsieb ta’ dawn l-iżviluppi, il-qafas legali tal-Komunità għandu jiġbor il-firxa sħiħa ta’ l-attivitajiet orjentati lejn l-investitur. Għal dan il-fini, huwa meħtieġ li jiġi pprovvdut il-grad ta’ armonizzazzjoni meħtieġ sabiex joffri lill-investituri livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex id-ditti ta’ l-nvestiment jitħallew jipprovdu servizzi ġewwa l-Komunità kollha, ġaladarba hi Suq Waħdieni, fuq il-bażi tas-sorveljanza tal-pajjiż tal-post. Bil-ħsieb ta’ hawn fuq, id-Direttiva 93/22/KEE għandha tiġi mibdula b’Direttiva ġdida.

(3)

Minħabba d-dipendenza tiżdied ta’ l-investituri fuq rakkommandazzjonijiet personali, huwa approprjat li jiġi inkluż il-provvediment tal-pariri dwar l-investiment bħala servizz ta’ l-investiment li jeħtieġ awtorizzazzjoni.

(4)

Huwa approprjat li jiġu inklużi fil-lista ta’ l-istrumenti finanzjarji ċerti derivattivi tal-merkanzija u oħrajn li huma kkostitwiti u kkummerċjati f’manjiera hekk li joħolqu kwistjonijiet regolatorji mqabbla ma’ l-istrumenti finanzjarji tradizzjonali.

(5)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit reġim regolatorju komprensiv li jirregola t-twettiq tat-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji b’mod irrispettiv mill-metodi tal-kummerċ wżati sabiex jikkonkludu dawn it-transazzjonijiet hekk li jiżguraw kwalità ogħla ta’ twettiq ta’ transazzjonijiet ta’ l-investituri u jżommu fil-għoli l-integrità u l-effikaċja ġenerali tas-sistema finanzjarja. Għandu jiġi pprovvdut qafas koerenti u sesnsittiv għar-riskji sabiex jirregola t-tipi ewliena ta’ arranġamenti għat-twettiq fuq l-ordni korrentement attivi fil-postijiet tas-swieq finanzjarji Ewropej. Huwa meħtieġ li tiġi magħrufa d-dehra ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ sistemi orgnizzati tal-kummerċ spalla ma’ spalla mas-swieq irregolati li għandhom jiġu ssoġġettati għall-obbligi maħtura sabiex jippriservaw il-funzjonament effiċjenti u bl-ordni tas-swieq finanzjarji. Bil-ħsieb li jiġi stabbilit qafas regolatorju pproporzjonat, għandha ssir dispożizzjoni sabiex jiġi inkluż servizz ġdid ta’ investiment li għandu x’jaqsam ma’ l-operat ta’ MTF.

(6)

Għandhom jiġu introdotti d-definizzjonijiet ta’ suq irregolat u MTF u allineati mill-qrib ma’ xulxin sabiex jirriflettu li jirrappreżentaw l-istess funzjonalità organizzata tal-kummerċ. Id-defininizzjonijiet għandhom jeskludu sistemi bilaterali meta ditta ta’ l-investiment tidħol f’kull kummerċ akkont tagħha nfisha u mhux bħala kontroparti mingħajr riskji mqiegħda bejn il-bejjiegħ u x-xerrej. It-terminu “sistema” jiġbor lil dawn is-swieq kollha li huma komposti minn sett ta’ regoli u pjattaforma tal-kummerċ kif ukoll lil dawk li jiffunzjonaw biss fuq il-bażi ta’ sett ta’ regoli. Is-swieq irregolati u l-MTFs mhumiex obbligati li joperaw sistema “teknika” sabiex tqabbel l-ordnijiet. Suq li jkun kompost biss minn sett ta’ regoli li jirregola aspetti li jkollhom x’jaqsmu mas-sħubija, l-ammissjoni ta’ l-istrumenti għall-kummerċ, il-kummerċ bejn il-membri, ir-rappurtaġġ u, meta japplikaw, l-obbligi tat-trasparenza huwa suq irregolat jew MTF fit-tifsira ta’ din id-Direttiva u t-transazzjonijiet konklużi skond dawn ir-regoli huma kkunsidrati li jiġu konklużi skond is-sistemi tas-suq irregolat jew ta’ MTF. It-terminu “interessi tax-xiri u l-bejgħ” irid jiġi mifhum f’sens wiesgħa u jinkludi l-ordnijiet, il-kwotazzjonjiet u l-indikazzjoni ta’ interess. Il-ħtieġa li l-interessi jinġiebu flimkien fis-sistema permezz ta’ regoli mhux diskrezzjonali ffissati mill-operatur tas-sistema tfisser li dawn jinġiebu flimkien skond ir-regoli tas-sistema jew permezz tal-protokolli tas-sistema jew tal-proċeduri interni operattivi (inklużi l-proċeduri inkorporati fis-software tal-kompjuterijiet). It-terminu “regoli mhux diskrezzjonali” ifisser li dawn ir-regoli jħallu lid-ditta ta’ l-investiment topera MTF mingħajr ebda diskrezzjoni rigward kif jistgħu jinteraġixxu l-interessi. Id-definizzjonijiet jeħtieġu li l-interessi jinġiebu flimkien hekk illi jirriżultaw f’kuntratt, fit-tifsira li t-twettiq isir skond ir-regoli tas-sistema jew permezz tal-protokolli tas-sistema jew il-proċeduri interni operattivi.

(7)

Il-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġu koperti l-impriżi li x-xogħol jew il-kummerċ regolari tagħhom huwa li jipprovdu servizzi ta’ l-investiment u/jew iwettqu attivitajiet ta’ l-investiment fuq bażi professjonali. L-iskop tagħha ma għandhux għalhekk ikopri kull persuna b’attività professjonali differenti.

(8)

Il-persuni li jamministraw l-attivi u l-impriżi tagħhom infushom, li ma jipprovdux servizzi ta’ investiment u jew iwettqu attivitajiet oħra għajr li jinnegozjaw akkont tagħhom infiushom għajr jekk ikunu minn dawk li jagħmlu s-suq jew li jinnegozjaw akkont tagħhom infushom barra minn suq irregolat jew MTF, fuq bażi organizzat, frekwenti u sistematiku, billi ipprovdu sistema aċċessibbli għall-partijiet terzi sabiex jidħlu fil-kummerċ magħhom ma għandhomx ikunu koperti b’din id-Direttiva.

(9)

Ir-referenzi għal persuni fit-test għandhom jiġu mifhuma li jinkludu kemm persuni naturali u kemm persuni legali.

(10)

Għandhom jiġu esklużi l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni jew tas-sigurtà li l-attivitajiet tagħhom huma bla ħsara għall-monitoraġġ approprjat mill-awtoritajiet kompetenti tas-sorveljanza prudenzali u li huma bla ħsara għal-liġijiet ( 6 ), ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-bidu u s-segwiment ta’ l-assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni tal-ħajja ( 7 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 2002/83/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 li tirrigwarda l-assigurazzjoni tal-ħajja ( 8 ).

(11)

Il-persuni li ma jipprovdux servizzi għall-partijiet terzi imma li l-kummerċ tagħhom jikkonsisti f’li jipprovdu biss servizzi ta’ investiment għall-impriżi ewliena tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra ta’ l-impriżi ewliena tagħhom, ma għandhomx jiġu koperti b’din id-Direttiva.

(12)

Il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment fuq bażi inċidentali biss fil-kors ta’ l-attività professjonali tagħhom għandhom jiġu esklużi wkoll mill-iskop ta’ din id-Direttiva, sakemm din l-attività tkun irregolata u r-regoli rilevanti ma jipprojbixxux il-provvediment, fuq bażi inċidentali, tas-servizzi ta’ investiment.

(13)

Il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment li jikkonsistu b’mod esklussiv fl-amministrazzjoni ta’ skemi tal-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati u li għalhekk ma jipprovdux servizzi ta’ investiment lill-partijiet terzi, ma għandhomx ikunu koperti b’din id-Direttiva.

(14)

Huwa meħtieġ li jiġu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva l-banek ċentrali u l-korpi l-oħra li jwettqu funzjonijiet simili kif ukoll il-korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjonri tad-dejn pubbliku jew li jintervjienu fihom, liema kunċett ikopri l-investiment ta’ dawn, bl-eċċezzjoni tal-korpi li huma possessi mill-Istat fl-intier tagħhom jew f’parti minnhom li r-rwol tagħhom huwa kummerċjali jew marbut ma’ l-akkwist ta’ l-ishma.

(15)

Huwa meħtieġ li jiġu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva l-impriżi ta’ investiment kollettiv u l-fondi tal-pensjonijiet sewwa jekk ikkordinati fil-livell Komunitarju u sewwa jekk le, u d-depożitarji jew l-amministraturi ta’ dawn l-impriżi, ġaladarba huma bla ħsara għal regoli speċifiċi addatti direttament għall-attivitajiet tagħhom.

(16)

Sabiex tibbenefika mill-eżenzjoni minn din id-Direttiva, il-persuna interessata għandha tikkonforma fuq bażi kontinwu mal-kondizzjonijiet stabbiliti għal dawn l-eżenzjonijiet. B’mod partikolari, jekk persuna tipprovdi servizzi ta’ l-investiment, jew twettaq attivitajiet ta’ l-investiment u tkun eżentata minn din id-Direttiva minħabba li dawn is-servizzi jew attivitajiet huma anċillari għall-kummerċ ewlieni tagħha, meta kkunsidratiti fuq il-bażi ta’ gruppi, ma għandhiex tibqa’ kopertra iktar bl-eżenzjoni li għandha x’taqsam mas-servizzi anċillari meta l-provvediment ta’ dawn is-servizzi jew attivitajiet jieqfu milli jkunu anċillari għall-kummerċ ewlieni tagħhom.

(17)

Il-persuni li jipprovdu s-servizzi ta’ investiment u/jew iwettqu attivitajiet ta’ l-investiment koperti b;din id-Direttiva għandhom ikunu bla ħsara għal awttorizzazzjoni mill-Istat membru pjjiż tagħhom sabiex jipproteġi lill-investituri u l-istabbilta tas-sistema finanzjarja.

(18)

L-istituzzjonijiet tal-kreditu li huma awtorizzati skond id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 li għandha x’taqsam mal-bidu u s-segwiment tal-kummerċ ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 9 ) ma għandhomx għalfejn jeħtieġu awtorizzazzjoni oħra skond din id-Direttiva sabiex jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ l-investiment. Meta istituzzjoni tal-kreditu tiddeċiedi li tipprovdi servizzi ta’ investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment l-awtoritajiet kompetenti, qabel ma jikkonċedu awtorizzazzjoni, għandhom jivverifikaw illi tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva.

(19)

Fil-każijiet meta ditta ta’ l-investiment tipprovdi servizz jew iktar ta’ investiment mhux koperti bl-awtorizzazzjoni tagħha, jew twettaq attività jew iktar ta’ investiment mhux koperti bl-awtorizzazzjoni tagħha, fuq bażi mhux regolari, ma għandhiex għalfejn teħtieġ awtorizzazzjoni addizzjonali skond din id-Direttiva.

(20)

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kummerċ tar-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet għandu jinkludi wkoll li jinġiebu flimkien żewġ investituri jew iktar biex b’hekk tinġieb transazzjoni bejn dawn l-investituri.

(21)

Fil-kuntest tar-reviżjoni ġejjiena tal-qafas ta’ l-Adekwatezza tal-Kapital tal-Basilea II, l-Istati Membri jagħrfu l-ħtieġa li jeżaminaw mill-ġdid jekk id-ditti ta’ l-investiment li jwettqu l-ordnijiet tal-klijienti fuq il-bażi ta’ somma oriġinali investita mqabbla jridu jitqiesu bħala somom oriġinali investiti, u b’hekk ikunu bla ħsara għall-ħtiġiet addizzjonali tal-kapital regolatorju.

(22)

Il-prinċipji tal-għarfien reċiproku u tas-sorveljanza ta’ l-Istat Membru tal-post jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ma għandhomx jikkonċedu jew għandhom jirtiraw awtorizzazzjoni meta fatturi bħalma huma l-kontenut tal-programmi ta’ l-operati, id-distribuzzjoni ġeografika jew l-attivitajiet attwalment imwettqa jindikaw biċ-ċar illi ditta ta’ l-investiment tkun għażlet is-sistema legali ta’ Stat Membru bil-għan li tevadi l-i standards iktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor li ġewwa t-territorju tiegħu tkun beħsieba twettaq jew twettaq il-parti l-iktar kbira ta’ l-attivitajiet tagħha. Ditta ta’ l-inmvestiment li hija persuna legali għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Ditta ta’ l-investiment li mhix persuna legali għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha. B’żieda ma’ dan, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-uffiċċji prinċipali tad-ditta ta’ l-investiment irid dejjem ikun lokat fl-Istat Membru tal-post u li attwalment jopera minn hemm.

(23)

Ditta ta’ l-investiment awtorizzata fl-Istat Membru tal-post għandha tkun intitolata li tipprovdi servizzi ta’ investiment jew twettaq attivitajiet ta’ investiment fil-Komunità kollha mingħajr il-ħtieġa li tfittex awtorizzazzjoni separata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih tixtieq tipprovdi dawn is-servizzi jew twettaq dawn l-attivitajiet.

(24)

Ġaladarba ċerti ditti ta’ l-investimanet huma eżentati minn ċerti obbligi imposti bid-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-adekwatezza tal-kapital tad-ditti ta’ l-investiment u ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu ( 10 ), għandhom ikunu obbligati li jżommu jew ammont minimu ta’ kapital jew assigurazzjoni ta’ l-indennità professjonali jew għaqda tat-tnejn. L-aġġustamenti ta’ l-ammonti ta’ din l-asikurazzjoni jridu jqisu l-aġġustamenti magħmula fil-qafas tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni ( 11 ). Dan it-trattament partikolari għall-għanijiet ta’ l-adekwatezza tal-kapital għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kull deċiżjoni li tirrigwarda t-trattament approprjat ta’ dan id-ditta skond il-bidliet ġejjiena tal-legislazzjoni Komunitarja dwar l-adekwatezza tal-kapital.

(25)

Ġaladarba l-iskop tar-regolamentazzjoni prudenzali għandu jkun limitat għal dawk l-entitajiet li, bis-saħħa li jżommu reġistru tal-kummerċ fuq bażi professjonali, jirrappreżentaw sors tar-riskju tal-kontroparti lill-parteċipanti l-oħra tas-suq, l-entitajiet li jinnegozjaw akkont tagħhom infushom fl-istrumenti finanzjarji, inklużi dawk id-derivattivi tal-merkanzija koperti b’din id-Direttiva, kif ukoll dawk li jipprovdu servizzi ta’ investiment fid-derivattivi tal-merkanzija lill-klijenti tal-kummerċ prinċipali tagħhom fuq bażi anċillari għall-kummerċ ewlieni tagħhom meta kkunsidrati fuq il-bażi ta’ gruppi, sakemm dan il-kummerċ prinċipali ma jkunx il-provvediment ta’ servizzi ta’ investiment fit-tifsira ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva.

(26)

Sabiex jiġi protett il-pussess ta’ investiutur u drittijiet oħra simili rigward it-titoli ta’ sigurta u d-drittijiet tiegħu rigward il-fondi fdati lil ditta, dawn id-drittijiet għandhom b’mod partikolari jinżammu distinti minn dawk tad-ditta. Madankollu, dan il-prinċipju ma għandux jipprevjieni lid-ditta milli tagħmel kummerċ għaliha nfisha imma f’isem l-investitur, meta dan ikun meħtieġ min-natura nfisha tat-transazzjoni u l-investitur jaqbel, per eżempju fis-s-self tal-ħażniet (stocks).

(27)

Meta klijent, f’linja mal-leġislazzjoni Komunitarja u b’mod partikolari d-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar l-arraġamenti finanzjarji kollaterali ( 12 ), it-trasferimenti tal-pussess sħiħ ta’ l-istrumenti finanzjarji jew il-fondi għandhom bl-istess mod ma jibqgħux meqjusa bħala li jappartjienu lill-kljent.

(28)

Il-proċeduri għall-awtorizzazzjonijiet, ġewwa l-Komunità, tal-friegħi tad-ditti ta’ l-investiment awtorizzati fil-pajjiżi terzi għandhom jissoktaw japplikaw għal dawn id-ditti. Dawn il-friegħi ma għandhomx igawdu l-libertà li jipprovdu servizzi skond it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 49 tat-Trattat jew id-dritt li jistabbilixxu ruħhom fi Stati Membri oħra għajr dawk li fihom ikunu stabbiliti. Bil-ħsieb tal-każijiet meta l-Komunità ma tkun marbuta bl-ebda obbligi bilaterali jew multilaterali, huwa approprjat li tiġi pprovvduta proċedura maħsuba biex tiżgura illi d-ditta Komunitarja ta’ l-investiment tirċievi trattament reċiproku fil-pajjiżi terzi interessati.

(29)

Il-firxa tespandi ta’ l-attivitajiet li ħafna ditti ta’ l-investiment jindaħlu għalihom b’mod simultanju żiedet il-potenzal għall-konflitti ta’ interess bejn dawn l-attivitajiet differenti u l-interessi tal-klijenti tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu pprovvduti regoli sabiex jiġi żgurat illi dawn il-konflitti ma jaffettwawx b’mod negattiv l-interessi tal-klijenti tagħhom.

(30)

Għandu jiġi kkunsidrat li jiġi pprvvdut servizz fuq l-inizjattiva ta’ klijent għajr jekk il-klijent jiddomandah bi tweġiba għal komunikazzjoni ppersonalizzata minn, jew f’isem, id-ditta lil dan il-klijent partikolari, li jkun fiha stedina jew tkun maħsuba li tinfluwenza lill-klijent rigward strument finanzjarju speċifiku jew transazzjoni speċifika. Servizz jista’ jiġi kkunsidrat li jiġi pprovvdut fuq l-inizjattiva tal-klijent minkejja li l-klijent jiddomandah fuq il-bażi ta’ kull komunikazzjoni li jkun fiha promozzjoni jew offerta ta’ strumenti finanzjarji magħmula b’kull mezz li min-natura nfisha taghom ikunu ġenerali u indirizzati lill-pubbliku jew lil grupp jew kategorija ikbar ta’ klijenti jew ta’ klijenti potenzali.

(31)

Wieħed mill-għanijiet ta’ din id-Direttiva huwa li jipproteġi lill-investituri. Il-miżuri sabiex jipproteġu lill-investituri għandhom jiġu addattati għall-partikolaritajiet ta’ kull waħda mill-kategoriji ta’ l-investituri (tax-xiri bl-imnut, professjonali u l-kontropartijiet).

(32)

Bħala deroga mill-prinċipju ta’ l-awtorizzazzjoni tal-pajjiż tal-post, tas-sorveljanza u ta’ l-infurzar ta’ l-obbligi rigward l-operat tal-friegħi, huwa approprjat illi l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur tassumi r-responsabbiltà sabiex tinforza ċerti obbligi speċifikati f’din id-Direttiva fejn jidħol il-kummerċ kondott permezz ta’ fergħa ġewwa t-territorju, u tkun imqiegħda f’post aħjar sabiex tikxef u tintervjieni rigward il-ksur tar-regoli li jirregolaw l-operati tal-fergħa.

(33)

Huwa meħtieġ li jiġi impost obbligu effettiv ta’ “l-aħjar twettiq” sabiex jiżgura li d-ditti ta’ l-investiment iwettqu l-ordnijiet tal-klijent fuq termini li jkunu l-iktar favorevoli għall-klijent. Dan l-obbligu għandu japplika għad-ditta li jkollha obbligi kontrattwali jew ta’ l-aġenzija lejn il-klijent.

(34)

Il-kompetizzjoni ġusta teħtieġ illi l-parteċipanti fis-suq u l-investituri jkunu kapaċi jqabblu l-prezzijiet li l-postijiet tal-kummerċ (jiġifieri s-swieq irregolati, l-MTFs u l-intermedjarji) huma meħtieġa li jippubblikaw. Għal dan il-fini, huwa rrakkommandat illi l-Istati Membri jneħħu kull xkiel li jista’ jipprevjieni l-konsolidazzjoni fil-livell Ewropew tat-tagħrif rilevanti u l-pubblikazzjoni tiegħu.

(35)

Meta tkun qiegħda tiġi stabbilita relazzjoni tal-kummerċ mal-klijent, id-ditta ta’ l-imvestiment tista’ tistaqsi lill-klijent jew lil klijent potenzali li jagħtu l-kunsens tagħhom fl-istess waqt lill-politika tat-twettiq kif ukoll lill-possibbiltà li l-ordnijiet tagħhom ikunu jistgħu jiġu mwettqa ‘l barra minn suq irregolat jew MTF.

(36)

Il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment f’isem iktar minn ditta waħda ta’ l-investiment ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala aġenti marbuta imma bla ditti ta’ l-investiment meta jidħlu fid-definizzjoni pprovvduta f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta’ ċertri persuni li jistgħu jkunu eżentati.

(37)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-aġenti marbuta jindaħlu għal attivitajiet koperti b’Direttivi oħra u attivitajiet li għandhom x’jaqsmu magħhom rigward servizzi finanzjarji jew prodotti mhux koperti b’din id-Direttiva, inkluż f’isem il-partijiet ta’ l-istess grupp finanzjarju.

(38)

Il-kondizzjonijiet sabiex jiġu kondotti attivitajiet ‘il barra mill-fondi tad-ditta ta’ l-ivestiment (l-bejgħ bieb b’bieb) ma għandhomx ikunu koperti b’din id-Direttiva.

(39)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ma għandhomx jirreġistraw jew għandhom jirtiraw ir-reġistrazzjoni meta l-attivitajiet attwalment imwettqa jindikaw biċ-ċar illi aġent marbut ikun għażel is-sistema legali ta’ Stat Membru bil-għan li jevadi l-i standards iktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor ġewwa t-territorju li fih ikun beħsiebu jew jwettaq jew tassew iwettaq il-parti l-kbira ta’ l-attivitajiet tiegħu.

(40)

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jiġu meqjusa li jaġixxu bħala klijenti.

(41)

Għall-għanijiet sabiex jiġi żgurat illi l-kondotta tar-regoli tal-kummerċ (inklużi r-regoli dwar l-aħjar twettiq u l-ġestjoni ta’ l-ordnijiet tal-kljenti) tiġi infurzata rigward dawk l-investituri l-iktar li jkollhom bżonn din il-protezzjoni, u sabiex tirrifletti l-prattika stabbilita sewwa tas-suq fil-Komunità kollha, huwa approprjat li jiġi ċċarat illi l-kondotta tar-regoli tal-kummerċ jistgħu jiġu rrinunzjati għalihom fil-każ ta’ transazzjonijiet midħula għalihom minn kontropartijiet eliġibbli jew miġjuba bejniethom.

(42)

Rigward it-transazzjonijiet imwettqa bejn il-kontropartijiet eliġibbli, l-obbligu li jiġu żvelati ordninijiet limitati lill-klijent għandu japplika biss meta l-kontroparti tkun qiegħda tibgħat b’mod espliċitu ordni tal-limitu lil ditta ta’ l-investiment għat-twettiq tagħha.

(43)

L-Istati Membri għandhom jipproteġu d-dritt tal-privatezza tal-persuni naturali rigward il-proċessar ta’ l-informazzjoni personali skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi rigward il-proċessar ta’ l-informazzjoni personali u l-moviment ħieles ta’ din l-informazzjoni ( 13 ).

(44)

Bil-mira doppja li jiġu protetti l-investituri u li jiġi żgurat l-operat bla xkiel tas-swieq tat-titoli, huwa meħtieġ li jiġi żgurat illi tinkiseb t-trasparenza tat-transazzjonijiet u li r-regoli stabbiliti għal dan il-għan japplikaw għad-ditti ta’ l-investiment meta joperaw fis-swieq. Sabiex l-investituri u l-parteċipanti fis-swieq jiġu megħjuna jistmaw f’kull waqt it-termini ta’ transazzjoni fl-ishma li jkunu qegħdin jikkunsidraw u sabiex wara jivverifikaw il-kondizzjonijiet li fihom tkun ġiet imwettqa, għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni għall-pubblikazzjoni tad-dettalji tat-transazzjonijiet ikkompletati f’ishma u għall-iżvelar tad-dettalji ta’ l-opportunitajiet korrenti għall-kummerċ fl-ishma. Dawn ir-regoli huma meħtieġa sabiex jiżguraw l-integrazzjoni effettiva tas-swieq ta’ l-ekwità ta’ l-Istati Membri, sabiex jippromwovu l-effikaċja tal-proċess ġenerali tal-formazzjoni tal-prezzijiet għall-istrumenti ta’ l-ekwità, u sabiex jgħinu l-operat effettiv ta’ l-obbligi ta’ “l-aħjar twettiq”. Dawn il-konsiderazzjonijiet jeħtieġu reġim komprensiv ta’ trasparenza li japplika għat-transazzjonijiet kollha fl-ishma irrispettivament mit-twettiq tagħhom minn ditta ta’ l-investiment fuq bażi bilaterali jew permezz tas-swieq irregolati jew il-MTFs. L-obbligi għad-ditti ta’ l-investiment skond din id-Direttiva sabiex jikkwotaw offerta u joffru prezz u sabiex iwettqu ordni bil-prezz ikkwotat ma jeħilsux lid-ditti ta’ l-investment mill-obbligu li jgħaddu ordni lejn post ieħor tat-twettiq meta din l-internalizzazzjoni tkun tista’ tipprevjieni lid-ditta milli tikkonforma ma’ l-obbligi ta’ “l-aħjar twettiq”.

(45)

L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi japplikaw l-obbligi tar-rappurtaġġ tat-transazzjonijiet tad-Direttiva għall-istrumenti finanzjarji li ma jkunux ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat.

(46)

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li japplika l-ħtiġiet tat-trasparenza ta’ qabel u ta’ wara l-kummerċ stabbiliti f’din id-Direttiva għall-istrumenti finanzjarji oħra milli l-ishma. F’dan il-każ, dawn il-ħtiġiet għandhom japplikaw għad-ditti kollha ta’ l-investimeni li tagħhom dan l-Istat Membru jkun l-Istat Membru tal-post għall-operati tagħhom ġewwa t-territorju ta’ dan l-Istat Membru u dawk imwettqa fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera permezz tal-libertà li jiġu pprovvduti s-servizzi. Għandhom japplikaw ukoll għall-operati mwettqa ġewwa t-territorju ta’ dan l-Istat Membru mill-friegħi stabbiliti fit-territorju tiegħu tad-ditti ta’ l-investiment awtorizzati fi Stat Membru ieħor.

(47)

Id-ditti ta’ l-investiment għandhom ilkoll ikollhom l-istess opportunitajiet li jingħaqdu mas-swieq irregolati fil-Komunità kollha jew ikollhom aċċess għalihom. Tkun xi tkun il-manjiera li fiha t-transazzjonijiet ikunu organizzati fl-Istati Membri fil-preżent, huwa importanti illi jiġu aboliti r-restrizzjonijiet tekniċi u legali dwar l-aċċess għas-swieq irregolati.

(48)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-finalizzazzjoni tat-transazzjonijiet li jaqsmu l-fruntieri, huwa approprjat li jiġi pprovvdut l-aċċess għas-sistemi tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-problemi fil-Komunità kollha mid-ditti ta’ l-investiment, irrispettivament minn jekk it-transazzjonijiet ikunux ġew konklużi pemezz tas-swieq irregolati fl-Istat Membru interessat, Id-ditti ta’ l-investiment li jixtiequ jipparteċipaw direttament fis-sistemi tas-soluzzjoni tal-problemi ta’ Stati Membri oħra għandhom jikkonformaw mal-ħtiġiet operattivi u kummerċjali rilevanti għas-sħubija u l-miżuri prudenzali sabiex isostnu l-funzjonament bla xkiel u bl-ordni tas-swieq finanzjarji.

(49)

L-awtorizzazzjoni għal ħidma f’suq irregolat għandha testendi għall-attivitajiet kollha li għandhom x’jaqsmu direttament mal-wirja, il-proċessar, it-twettiq, il-konferma u r-rappurtaġġ ta’ l-ordnijiet mill-punt li fih dawn l-ordnijiet jiġu rċevuti mis-suq irregolat sal-punt li fijh jiġu trasmessi għall-finalizzazzjoni sossegwenti, u għall-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mad-dħul ta’ l-istrumenti finanzjarji fil-kummerċ. Dan għandu jinkludi wkoll it-transazzjonijioet konklużi permezz tal-medju ta’ dawk maħtura li jagħmlu s-suq maħtura mis-suq irregolat li jindaħlu għalih skond is-sistemi tiegħu u skond ir-regoli li jirregolaw dawn is-sistemi. Mhux it-transazzjonijiet kollha konklużi mill-membri jew mill-parteċipanti tas-suq irregolat jew tal-MTF iridu jiġu kkunsidrati bħala konklużi ġewwa s-sistemi ta’ suq irregolat jew MTF. It-transazzjonijiet li l-membri jew il-parteċipanti jikkonkludu fuq bażi bilaterali u li ma jikkonformawx ma’ l-obbligi kollha stabbiliti għal suq irregolat jew għal MTF skond din id-Direttiva għandhom jiġu kkunsidrati bħala transazzjonijiet konklużi ‘l barra minn suq irregolat jew MTF għall-għanijiet tad-definizzjoni ta’ internalizzatur sistematiku. F’dan il-każ għandu japplika l-obbligu tad-ditti ta’ l-investiment li tagħmel pubbliku l-kwotazzjonijiet sodi jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti b’din id-Direttiva.

(50)

L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jiddeċiedu li jagħtu aċċess lill-kwotazzjonijiet tagħhom lil klijenti tax-xiri bl-imnut biss, lil klijenti professjonali, jew lit-tnejn. Ma għandhomx jitħallew jiddiskriminaw f’dawn il-kategoriji ta’ klijenti.

(51)

L-Artikolu 27 ma jobbligax lill-internalizzaturi sistematiċi li jippubblikaw kwotazzjonijiet sodi fejn jidħlu transazzjonijiet ogħla mid-daqs standard tas-suq.

(52)

Meta ditta ta’ l-investiment tkun internalizzatur sistematiku kemm fl-ishma u kemm fi strumenti finanzjarji oħra, l-obbligu tal-kwotazzjoni għandu japplika biss rigward l-ishma mingħajr preġudizzju għall-Premessa 46.

(53)

Mhix l-intenzjoni ta’ din id-Direttiva li teħtieġ l-applikazzjoni tar-regoli tat-trasparenza ta’ qabel il-kummerċ għat-transazzjonijiet imwettqa fuq il-bażi ta’ OTC, li l-karatteristiċi tiegħu jinkludu li huma ad-hoc u irregolari u jitwettqu mal-kontropartijiet tal-bejgħ bl-ingrossa u jagħmlu parti minn relazzjoni tal-kummerċ li fiha nfisha tkun ikkaratterizzata b’neġozju ‘l fuq mid-daqs standard tas-suq, u meta n-negozji jitwettqu ‘l barra mis-sistemi li s-soltu jintużaw mid-ditta interessata fil-kummerċ tagħħa bħala internalizzatur sistematiku.

(53)

Id-daqs standard tas-suq għal kull klassi ta’ sehem ma għandux ikun sproporzjonat b’mod sinifikati għal kull sehem inkluż f’din il-klassi.

(55)

Ir-reviżjoni tad-Direttiva 93/6/KEE għandha tiffissa l-ħtiġiet kapitali minimi li magħhom għandhom jikkonformaw is-swieq irregolati sabiex jiġu awtorizzati u, filwaqt li jagħmlu dan, għandhom iqisu n-natura speċifika tar-riskji assoċjati ma’ dawn is-swieq.

(56)

L-operaturi ta’ suq irregolat għandhom ikunu kapaċi wkoll joperaw MTF skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva.

(57)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jirrigwardaw l-ammissjoni ta’ l-istrumenti għall-kummerċ skond ir-regoli infurzati mis-suq irregolat għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar l-ammissjoni tat-titoli fil-listi uffiċjali tal-Boroż u fit-tagħrif li jrid jiġi ppubblikat dwar dawn it-titoli ( 14 ). Suq irregolat ma għandux jiġu pprevenut milli japplika ħtiġiet iktar stretti rigward dawk li joħorġu t-titoli jew l-istrumenti li jkun qiegħed jikkunsidra għall-ammissjoni għall-kummerċ milli jiġu imposti skond din id-Direttiva.

(58)

L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi li jinnominaw awtoritajiet kompetenti differenti sabiex jinfurzaw l-obbligi mifruxu fil-wisa’ stabbiliti f’din id-Direttiva. Dawn l-awtoritajiet għandhom ikunu ta’ natura pubblika filwaqt li jiġu ggarantiti l-indipendenza tagħhom mill-atturi ekonomiċi u jevitaw il-konflitti ta’ interess. B’konformità mal-liġijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-finanzjament approprjat ta’ l-awtorità kompetenti. In-nomina ta’ l-awtoritajiet pubbliċi ma għandhiex teskludi d-delega taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorita kompetenti.

(59)

Kull tagħrif kunfidenzali rċevut mill-punt tal-kuntatt ta’ Stat Membru permezz tal-punt tal-kuntatt ta’ Stat Membru ieħor għandu jiġi meqjus bħala purament domestiku.

(60)

Huwa meħtieġ li tittejjeb il-konverġenza tal-poteri għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti sabiex titwitta t-triq lejn intensità ekwivalenti ta’ l-infurzar matul is-suq finanzjarju integrat kollu. Sett minimu komuni tal-poteri mżewweġ ma’ riżorsi adegwati għandu jiggarantixxi l-effikaċja tas-sorveljanza.

(61)

Bil-ħsaieb li jiġu protetti l-klijenti u mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti li jressqu l-azzjoni tagħhom quddiem l-qrati, huwa approprjat li l-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi u privati stabbiliti bil-ħsieb li jsolvu l-kwistjonijiet barra mill-qorti, li jikkoperaw sabiex isolvu l-kwistjonijiet li jaqsmu l-funtieri, billi jqisu r-Rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-prinċipji li japplikaw għall-korpi responsabbli mis-soluzzjoni tal-kontroversji barra mill-qorti rigward il-kwistjonijiet tal-konsumaturi ( 15 ). Meta jkunu qegħdin jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri ta’ l-ilmenti u tar-riparazzjoni għas-soluzzjoni barra mill-qorti, l-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti li jużaw il-mekkaniżmi eżistenti ta’ koperazzjoni li jaqsam il-fruntieri, notabbilment in-Network ta’ l-Ilmenti dwar is-Servizzi Finanzjarji (il-FIN-Net).

(62)

Kull skambju jew trasmissjoni tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet oħra, korpi jew persuni għandhom ikunu skond ir-regoli dwar it-trasferiment ta’ l-informazzjoni personali lil pajjiżi terzi kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE.

(63)

Huwa meħtieġ li jiġu rrinfurzati d-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju tat-tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li li jiġu msaħħa d-dmirijiet ta’ l-assistenza u l-koperazzjoni li għandhom jagħtu lil xulxin. Minħabba l-attività tiżdied li taqsam il-fruntieri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin it-tagħrif rilevanti sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, sabiex jiżguraw l-infurzar effettiv ta’ din id-Direttiva, inklużi s-sitwazzjonijiet meta l-kontravenzjonijiet jew il-kontravenzjonijiet issuspettati jistgħu jkunu ta’ tħassib lill-awtoritajiet f’żewġ Stati Membri jew iktar. Fl-iskambju tat-tagħrif, hija meħtieġa segretezza stretta professjonali sabiex tiġi żgurata t-trasmissjoni bla xkiel ta’ dan it-tagħrif u għall-protezzjoni ta’ drittijiet partikolari.

(64)

Fil-laqgħa tiegħu fis-17 ta’ Lulju 2000, il-Kunsill stabbilixa Kumitat tal-Għorrief dwar ir-Regolazzjoni tas-Swieq Ewropej tat-Titoli. Fir-rapport finali tiegħu, il-Kumitat tal-Għorrief ippropona d-dħul ta’ modi tat-teknika ġodda leġislattivi msejsa fuq avviċinament fuq erba’ livelli, jiġifieri il-prinċipji qafas, il-miżuri ta’ l-implimetazzjoni, il-koperazzjoni u l-infurzar. Il-Livell 1, id-Direttiva, għandha tillimita ruħha għall-prinċipji “qafas” fil-wisa’ u ġenerali, filwaqt li l-Livell 2 għandu jkun fih il-miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni bil-għajnuna ta’ kumitat.

(65)

Ir-Riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma tat-23 u l-24 ta’ Marzu 2001 endorsjat ir-rapport finali tal-Kumitat tal-Għorrief u l-avviċinament fuq erba’ livelli propost sabiex jagħmel iktar effiċjenti u trasparenti l-proċess regolatorju għal-leġislazzjoni Komunitarja dwar it-titoli.

(66)

Skond il-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma, il-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Livell 2 għandhom jintużaw iktar spiss, sabiex jiġi żgurat illi d-dispożizzjonijiet tekniċi jistgħu jinżammu aġġornati ma’ l-iżviluppi tas-suq u dawk tas-sorveljanza, u għandhom jiġu ffissati temmiet taż-żmien għall-istadji kollha tax-xogħol tal-Livell 2.

(67)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni rigward is-servizzi finanzjarji endorsjat ukoll ir-rapport tal-Kumitat tal-Għorrief, fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni sollenni magħmula quddiem il-Parlament fl-istess jum mill-Kummissjoni u l-ittra tat-2 ta’ Ottubru 2001 indirizzata mill-Kummissjonarju tas-Suq Intern lill-President tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji rigward is-salvagwardi għar-rwol tal-Parlament Ewropew f’dan il-proċess.

(68)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni ( 16 ).

▼M1

(69)

Il-Parlament Ewropew għandu jingħata perjodu ta' tliet xhur mill-ewwel trasmissjoni ta' abbozz ta' emendi u ta' miżuri ta' implimentazzjoni sabiex ikun jista' jeżaminhom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu f'każijiet urġenti u ġustifikati kif mistħoqq għandu jkun possibbli li dan il-perjodu jitqassar. Jekk f'dan il-perjodu il-Parlament Ewropew jadotta riżoluzzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-abbozz ta' emendi jew ta' miżuri.

▼B

(70)

Bil-ħsieb li jitqiesu iktar żviluppi fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-assigurazzjoni ta’ l-indennità professjonali, l-iskop tar-regoli tat-trasparenza u l-awtorizzazzjoni possibbli tan-negozjati speċjalizzati fid-derivattivi tal-merkanzija bħala ditti ta’ l-investiment.

(71)

Il-għan li jinħoloq suq finanzjarju integrat, li fih l-investituri jiġu protetti b’mod effettiv u li jiġu ssalvagwardati l-effikaċja u l-integrità tas-suq ġenerali, jeħtieġ li jiġu stabbiliti ħtiġiet regolatorji komuni li jkollhom x’jaqsmu mad-ditti ta’ l-invesdtiment kulfejn ikunu awtorizzati fil-Komunità u li jirregolaw il-funzjonament tas-swieq irregolati u sistemi oħra tal-kummerċ sabiex jiġu pprevenuti l-opaċità jew id-diżordni f’suq milli jimminaw l-operat effiċjenti tas-sistema finanzjarja Ewropea kollha. Ġaladarba dan il-għan jista’ jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx iktar il bogħod minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dan il-għan,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



IT-TITOLU I

DEFINIZZJONIJIET U SKOP

Artikolu 1

Skop

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għad-ditti ta’ l-investiment u s-swieq irregolati.

2.  Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skond id-Direttiva 2000/12/KE, meta jipprovdu servizz ta’ investiment jew iktar u/jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment:

 l-Artikoli 2(2), 11, 13 u 14

 Il-Kapitolu II tat-Titolu II bl-esklużjoni tat-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 23(2),

 Il-Kapitolu III tat-Titolu II bl-esklużjoni ta’ l-Artikoli minn 31(2) sa 31(4), minn 32(2) sa 32(6) u l-Artikolu 32(9),

 l-Artikoli minn 48 sa 53, 57, 61 u 62, u

 l-Artikolu 71

Artikolu 2

L-eżenzjonijiet

1.  Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a) l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 73/239/KEE jew l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/83/KE jew l-impriżi li jwettqu attivitajiet ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid jew tar-retroċessjoni riferiti fid-Direttiva 64/225/KEE;

(b) il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment b’mod esklussiv għall-impriżi ewliena tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji ta’ l-impriżi ewliena tagħhom;

(ċ) il-persuni li jipprovdu servizz ta’ investiment meta dan is-servizz jiġi pprovvdut f’manjiera inċidentali fil-kors ta’ attività professjonali u li din l-attività tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji jew minn kodiċi ta’ l-etika li jirregola l-professjoni u li ma jeskludix il-provvediment ta’ dan is-servizz;

(d) il-persuni li ma jipprovdu l-ebda servizzi ta’ investiment għajr dawk tal-kummerċ akkont tagħhom infushom għajr jekk ikunu minn dawk li jagħmlu s-suq jew jinnegozjaw akkont tagħhom infushom barra minn suq irregolat jew minn MTF fuq bażi organizzat, frekwenti u sistematiku billi jipprvdu sistema aċċessibbli għal partijiet terzi sabiex jidħlu f’kummerċ magħhom;

(e) il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment li jikkonsistu b’mod esklussiv fl-amministrazzjoni ta’ skemi tal-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati;

(f) il-persuni li jipprovdu servizzi ta’ investiment li jinvolvu biss kemm l-amministrazzjoni ta’ skemi tal-parteċipazzjoni ta’ l-impjegati kif ukoll il-provvediment ta’ servizzi b’mod exklussiv għall-impriżi ewliena tagħhom, għas-sussidjarji tagħhom jew għal sussidjarji oħra ta’ l-impriżi ewliena tagħhom;

(g) il-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u korpi oħra nazzjonali li jwettqu funzjonijiet simili u korpi pubbliċi oħra inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjienu f’dan;

(h) l-impriżi ta’ investimenti kollettivi u l-fondi tal-pensjonijiet sewwa jekk ikkordinati fil-livell Komunitarju u sewwa jekk le u d-depożitarji u l-amministraturi ta’ dawn l-impriżi;

(i) il-persuni li jinnegozjaw fl-istrumenti finanzjarji akkont tagħhom infushom, jew li jipprovdu servizzi ta’ investiment fid-deriavattivi tal-merkanzija jew kuntratti derivattivi inklużi fit-Taqsima Ċ 10 ta’ l-Anness I lill-klijenti tal-kummerċ ewlieni tagħhom, sakemm din tkun attività anċillari għall-kummerċ ewlieni tagħhom, meta kkunsidrat fuq il-bażi ta’ gruppi, u dan il-kummerċ ewlieni ma jkunx il-provvediment ta’ servizzi ta’ investument fit-tifsira ta’ din id-Direttiva jew ta’ servizzi bankarji skond id-Direttiva 2000/12/KE;

(j) il-persuni li jipprovdu pariri dwar l-investiment fil-kors li jipprovdu attività professjonali oħra mhux koperta b’din id-Direttiva sakemm il-provvediment ta’ dawn il-pariri ma jkunx imħallas b’mod speċifiku;

(k) il-persuni li l-kummerċ ewlieni tagħhom jikkonsisti fil-kummerċ akkont tagħhom infushom fil-merkanzija u/jew fid-deriavttivi tal-merkanzija. Din l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika meta l-persuni li jinnegozjaw akkont tagħhom infushom fil-merkanzija u/jew fid-derivattivi tal-merkanzija jagħmlu parti minn grupp li l-kummerċ ewlieni tagħhom huwa l-provvediment ta’ servizzi oħra ta’ l-investiment fit-tifsira ta’ din id-Direttiva jew ta’ servizzi bankarji skond id-Direttiva 2000/12/KE;

(l) id-ditti li jipprovdu servizzi ta’ investiment u/jew iwettqu attivitajiet ta’ l-investiment li jikkonsistu b’mod esklussiv fil-kummerċ akkont tagħhom infushom fis-swieq ta’ l-oġġetti finanzjarji mixtrija bil-prezz miftiehem imma mħallsa wara, jew il-għażliet jew derivattivi oħra u fis-swieq tal-flus fil-pront bil-għan waħdieni li ma jikkommettux ruħhom fuq il-posizzjonijiet tas-swieq tad-deriavttivi jew li jagħmlu l-prezzijiet għalihom u li jkunu ggarantiti mill-membri li jagħmlu l-clearance ta’ l-istess swieq, meta r-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat it-twettiq tal-kuntratti midħula għalihom minn dawn id-ditti tiġi midħula għaliha mill-membri tal-clearance ta’ l-istess swieq;

(m) l-assoċjazzjonijiet stabbiliti bil-fondi Daniżi u Finlandiżi tal-pensjonijiet bil-għan waħdieni li jiġġestjonaw l-attivi tal-fondi tal-pensjonijiet li huma membri ta’ dawn l-assoċjazzjonijiet;

(n) l-“aġenti di cambio” li l-attivitajiet u l-funzjonijiet tagħhom huma rregolati bl-Artikolu 201 tad-Digriet Leġislattiv Taljan Nru 58 ta’ l-24 ta’ Far 1998.

2.  Id-drittijiet ikkonferiti minn din id-Direttiva ma għandhomx jestendu għall-provvediment tas-servizzi bħala kontropartijiet fit-transazzjonijiet imwettqa mill-korpi pubbliċi li jinnegozjaw fid-dejn pubbliku jew mill-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali li jwettqu l-kompiti tagħhom kif ipprovvdut fit-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jew li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti skond id-disposizzjonjiet nazzjonali.

3.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni ►M3  ————— ◄ tista’, rigward l-eżenzjonijiet (ċ) (i), u (k), tiddefinixxi l-kriterji sabiex jiġi stabbilit meta attività trid tiġi kkunsidrata bħala anċillari għall-kummerċ ewlieni fil-livell ta’ grupp kif ukoll sabiex tistabbilixxi meta tiġi pprovvduta attività f’manjiera inċidentali. ►M3  Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2). ◄

Artikolu 3

L-eżenzjonijiet bil-għażla

1.  L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx din id-Direttiva rigward kull persuna li għaliha huma l-Istat Membru tal-post li:

 ma jkollhiex il-permess li żżomm il-fondi jew it-titoli tal-klijenti u li għal din ir-raġuni ma titħalla fl-ebda ħin li tqiegħed lilha nfisha f’debitu mal-klijenti tagħha, u

 ma jkollha l-permess li tipprovdi l-ebda servizz ta’ investiment għajr li tirċievi u tittrasmetti l-ordnijiet fit-titoli trasferibbli u l-unitajiet fl-impriżi ta’ investiment kollettiv u l-provvediment ta’ pariri dwar l-investimenti li jkollhom x’jaqsmu ma’ dawn l-istrumenti finanzjarji, u

 fil-kors tal-provvediment tas-servizz, titħalla tittrasmetti ordnijiet biss lil:

 

(i) id-ditti ta’ l-investiment awtorizzati skond din id-Direttiva;

(ii) l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skond id-Direttiva 2000/12/KE;

(iii) il-friegħi tad-ditti ta’ l-investiment jew ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu li jkunu awtorizzati f’pajjiż terz u li jkunu bla ħsara għar-regoli prudenzali u jikkonformaw magħhom, ikkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu mill-inqas strinġenti daqs dawk sabbiliti f’din id-Direttiva, fid-Direttiva 200/12/KE jew fid-Direttiva 93/6/KEE;

(iv) l-impriżi ta’ investiment kollettiv awtorizzati bil-liġijiet ta’ Stat Membru li jqiegħdu unitajiet fis-suq għall-pubbliku u għall-amministraturi ta’ dawn l-impriżi;

(v) il-kumpanniji ta’ l-investiment b’kapital fiss, kif iddefiniti fl-Artikolu 15(4) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-kordinament tas-salvagwardji li, għall-protezzjzoni ta’ l-interessi tal-membri u ta’ oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri tal-kumpanniji fit-tifsira tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, rigward il-formazzjoni ta’ kumpannijii pubbliċi b’lijabbiltajiet limitati u ż-żamma u l-bdil tal-kapital tagħhom, bil-ħsieb li jagħmlu dawn it-titoli ekwivalenti ( 17 ), li t-titoli tagħhom tas-sigurtà huma elenkati jew ikkummerċjati f’suq irregolat fi Stat Membru;

 sakemm l-attivitajiet ta’ dawn il-persuni jkunu rregolati fil-livell nazzjonali.

2.  Il-Persuni esklużi mill-iskop ta’ din id-Direttiva skond il-paragrafu 1 ma jistgħux jibbenefikaw mil-libertà li jipprovdu servizzi u/jew attivitajiet jew li jistabbilixxu friegħi kif ipprovvdut fl-Artikoli 31 u 32 rispettivament.

Artikolu 4

Id-Definizzjonijiet

1.  Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id- definizzjonijiet li ġejjin:

1) “Ditta ta’ investiment” tfisser kull persuna legali li x-xogħol jew kummerċ regolari tagħha huma l-provvediment ta’ servizz jew iktar ta’ investiment lil partijiet terzi u/jew it-twettiq ta’ attività jew iktar ta’ investiment fuq bażi professjonali;

Fid-definizzjoni ta’ ditti ta’ l-ivestiment, l-Istati Membri jistgħu jinkludu impriżi li mhumiex persuni legali, sakemm:

(a) l-istatus legali tagħhom jiżgura livell ta’ protezzjoni lill-interessi ta’ partijiet terzi ekwivalenti għal dak li jista’ jingħata minn persuni legali, u

(b) huma bla ħsara għas-sorveljanza prudenzali approprjata ekwivalenti għall-għamla legali tagħhom.

Madankollu, meta persuna naturali tipprovdi servizzi li jinvolvu ż-żamma tal-fondi jew tat-titoli trasferibbli ta’ partijiet terzi, tista’ tiġi kkunsidrata bħala ditta ta’ l-investiment għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva biss jekk, mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet l-oħra imposti b’din id-Direttiva u fid-Direttiva 93/6/KEE, il-persuna tikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) id-drittijiet tal-pussess ta’ partijiet terzi fl-istrumenti u l-fondi jridu jiġu ssalvagwardati, b’mod speċjali fl-eventwalità tal-falliment tad-ditta jew tal-proprjetarji tagħha, il-qbid bil-liġi, il-kumpens jew kull azzjoni oħra mill-kredituri tad-ditta jew tal-proprjetarji tagħha;

(b) id-ditta trid tkun bla ħsara għar-regoli ddisinjati sabiex jimmonitorjaw is-solvibbiltà tal-proprjetarji tagħha;

(ċ) il-kontijiet annwali tad-ditta jridu jiġu vverifikati minn persuna jew iktar mogħtija s-setgħa skond il-liġijiet nazzjonali, li jivverifikaw il-kontijiet;

(d) meta d-ditta jkollha proprjetarju wieħed biss, irid jagħmel provvediment għall-protezzjoni ta’ l-investituri fl-eventwalità li d-ditta tieqaf mil-kummerċ tagħha wara l-mewt tiegħu, l-inkapaċità tiegħu jew kull grajja oħra minn din.

2) “Servizzi u attivitajiet ta’ investiment” ifissru kull waħda mis-servizzi u l-attivitjiet elenkati fit-Taqsima A ta’ l-Anness I li għandhom x’jaqsmu ma’ kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness I;

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ►M3  ————— ◄ :

 il-kuntratti tad-derivattivi msemmija fit-Taqsima Ċ 7 ta’ l-Anness I li jkollhom il-karatteristiċi ta’ strumenti finanzjarji oħra derivattivi, filwaqt li jqisu jekk, fost ħwejjeġ oħra, jiġux ikklerjati u solvuti l-kontroversji permezz ta’ uffiċċji tal-clearance ikkonoxxuti jew le jew huma bla ħsara jew le għal sejħiet regolari tal-marġini

 il-kuntratti tad-derivattivi msemmija fit-Taqsima Ċ 10 ta’ l-Anness I li jkollhom il-karatteristiċi ta’ strumenti finanzjarji oħra derivattivi, filwaqt li jqisu jekk, fost ħwejjeġ oħra, jiġux kkummerċjati jew le f’suq irregolat jew MTF, ikklerjati u solvuti l-kontroversji permezz ta’ uffiċċji tal-clearance ikkonoxxuti jew le jew huma bla ħsara jew le għal sejħiet regolari tal-marġini;

3) “Servizzi anċillari” jfissru kull wieħed mis-servizzi elenkati fit-Taqsima B ta’ l-Anness I;

4) “Parir/i dwar l-investiment/i” ifissru l-provvediment ta’ rakkommandazzjonijiet personali lill-klijent, jew fuq it-talba tiegħu jew fuq l-inizjattiva tad-ditta ta’ l-investiment, rigward transazzjoni jew iktar li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-istrumenti finanzjarji;

5) “It-twettiq ta’ l-ordnijiet f’isem il-klijenti” ifisser ħidma sabiex jiġu konklużi ftehimijiet għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ strument finanzjarju jew iktar f’isem klijenti;

6) “In-negozjar akkont tagħhom infushom” ifisser in-negozjar fuq il-kapital proprjetarju li jirriżulta fil-konklużjoni tat-transazzjonijiet fi strument finanzjarju jew iktar;

7) “Internalizzatur sistematiku” ifisser ditta ta’ l-investiment li, fuq bażi organizzat, frekwenti u sistematiku, tinnegozja akkont tagħha nfisha billi twettaq l-ordnijiet tal-klijenti barra minn suq irregolat jew MTF;

8) “Wieħed/dak li jagħmel is-suq” ifisser persuna li żżomm lilha nfisha fis-swieq finanzjarji fuq bażi kontinwu bħala lesta li tinnegozja akkont tagħha nfisha billi tixtri u tbigħ strumenti finanzjarji fuq il-kapital proprjetarju bi prezzijiet iddefiniti minnha;

9) “Il-ġestjoni tal-portafoll” tfisser il-maniġġjar tal-portafolli skond il-mandati mogħtija mill-klijenti fuq bażi diskrezzjonali, klijent bi klijent, meta dawn il-portafolli jinkludu strument finanzjarju jew iktar;

10) “Klijent” ifisser kull persuna naturali jew legali li ditta ta’ l-investiment tipprovdihom b’investiment u/jew servizzi anċillari;

11) “Klijent professjonali” ifisser klijent li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II;

12) “Klijent tax-xiri bl-imnut” ifisser klijent li mhux klijent professjonali;

13) “Operatur tas-suq” ifisser persuna jew persuni li jiġġestjonaw u/jew joperaw il-kummerċ ta’ suq irregolat. L-operatur tas-suq jista’ jkun is-suq irregolat innifsu;

14) “Suq irregolat” ifisser sistema multilaterali mħaddma u/jew immaniġġjata minn operatur tas-suq, li ġġib flimkien, jew tiffaċilita li ġġib flimkien l-interessi multipli tax-xiri u l-bejgħ ta’ partijiet terzi u l-interessi tal-bejgħ fi strumenti finanzjarji - fis-sistema u skond regoli mhux diskrezzjonali - f’manjiera li tirriżulta f’kuntratt, rigward l-istrumenti finanzjarji imdaħħla għall-kummerċ skond ir-regoli u/jew is-sistemi tagħha, u li hija awtorizzata u tiffunzjona b’mod regolari u skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III;

15) “Faċilità multilaterali tal-kummerċ (MTF)” tfisser sistema multilaterali, imħaddma minn ditta ta’ l-investiment jew minn operatur tas-suq, li ġġib flimkien l-interessi multipli tax-xiri u l-bejgħ minn partijiet terzi fi strumenti finanzjarji - fis-sistema u skond ir-regoli mhux diskrezzjonali - f’manjiera li tirriżulta f’kuntratt skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II;

16) “Ordni tal-limitu” ifisser ordni sabiex jinxtara jew jinbigħ strument finanzjarju fil-limitu speċifikat tal-prezz tiegħu jew aħjar jew għal daqs speċifikat;

17) “Strument finanzjarju” ifisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima Ċ ta’ –L-Anness I;

18) “Titoli trasferibbli” ifissru dawk il-klassijiet ta’ titoli li huma negozjabbli fis-suq tal-kapital, bl-eċċezzjoni ta’ l-istrumenti tal-ħlas, bħal:

(a) ishma f’kumpanniji jew titoli oħra ekwivalenti għall-ishma f’kumpanniji, sħubijiet jew entitajiet oħra, u l-irċevuti depożitarji rigward l-ishma;

(b) il-kambjali jew għamliet oħra ta’ dejn issekurizzat, inklużi l-irċevuti depożitarji rigward dawn it-titoli;

(ċ) kull titolu ieħor li jagħti d-dritt għall-akkwist jew il-bejgħ ta’ kull titolu trasferibbli minn dan jew li joħloq soluzzjoni tal-kontroversji rigward flus fil-pront stabbilita b’riferiment għat-titoli trasferibbli, muniti korrenti, rati ta’ imgħax jew ir-riżultati tal-produzzjoni tagħhom, oġġetti jew indiċijiet jew miżuri oħra;

19) “Strumenti tas-suq tal-flus” ifissru dawk il-klassijiet ta’ strumenti li jiġu normalment ikkummerċjati fis-suq tal-flus, bħalma huma l-kambjali tat-teżor, iċ-ċertifikati tad-depożitu u studji kummerċjali u strumenti li jeskludu l-ħlas;

(20) “Stat Membru tal-post” ifisser:

(a) fil-każ tad-ditti ta’ l-investiment:

(i) jekk id-ditta ta’ l-investment hija persuna naturali, l-Istat Membru li fih ikun lokat l-uffiċċju prinċipali tagħha;

(ii) jekk id-ditta ta’ l-investment hija persuna legali, l-Istat Membru li fih ikun lokat l-uffiċċju rreġistrat tagħha;

(iii) jekk id-ditta ta’ l-investment ma jkollha l-ebda uffiċċju rreġistrat taħt il-liġijiet nazzjonali tagħha, l-Istat Membru li fih ikun lokat l-uffiċċju prinċipali tagħha;

(b) fil-każ ta’ suq irregolat, l-Istat Membru li fih ikun irreġistrat is-suq irregolat jew, jekk taħt il-liġijiet ta’ dan l-Istat Membru ma jkollu l-ebda uffiċċju rreġistrat, l-Istat Membru li fih ikun lokal l-uffiċċju ewlieni tas-suq irregolat;

21) “Stat Membru ospitatur” ifisser l-Istat Membru, għajr l-Istat Membru tal-post, li fih ditta ta’ l-investiment ikollha fergħa jew twettaq servizzi u/jew attivitajiet jew l-Istat Membru li fih suq irregolat jipprovdi l-arranġamenti approprjati sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-kummerċ fis-sistema tiegħu mill-membri remoti jew mill-parteċipanti stabbiliti f’dan l-istess Stat Membru;

22) “Awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità, innominata minn kull wieħed mill-Istati Membri skond l-Artikolu 48, għajr jekk speċifikat xorta oħra f’din id-Direttiva;

23) “Istituzzjonijiet ta’ kreditu” ifissru istituzzjonijiet ta’ kreditu kif iddefiniti skond id-Direttiva 2000/12/KE;

24) “Kumpannija tal-ġestjoni ta’ l-UCITS” tfisser kumpannija tal-ġestjoni kif iddefinita fid-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar il-kordinament tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-impriżi għall-investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli (l-UCITS) ( 18 );

25) “Aġent marbut” ifisser persuna naturali jew legali li, taħt ir-responsabbiltà sħiħa u inkondizzjonata ta’ ditta waħda biss ta’ l-investiment li taġixxi f’isimhom, tippromwovi investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti u lill-klijenti prospettivi, tirċievi u tittrasmetti struzzjonijiet jew ordnijiet mill-kljent rigward is-servizzi ta’ l-investiment jew l-istrumenti finanzjarji, tqiegħed l-istrumenti finanzjarji u/jew tipprovdi pariri lill-klijenti jew lill-klijenti prospettivi rigwrd dawn l-istrumenti u servizzi finanzjarji;

26) “Fergħa” tfisser post tal-kummerċ għajr l-uffiċċju ewlieni li jagħmel parti minn ditta ta’ l-investiment, li ma għandux personalità legali u li jipprodi servizzi u/jew servizzi ta’ l-investiment u li jista’ wkoll iwettaq servizzi anċillari li għalihom tkun ġiet awtorizzata d-ditta ta’ l-investiment bil-kwartieri ġenerali fi Stat Membru ieħor għandu jiġi meqjus bħala fergħa waħdiena;

▼M2

27) “Holding kwalifikanti” tfisser kull holding dirett jew indirett f’kumpanija ta' investiment li jirrappreżenta 10 % jew iktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot, kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE ( 19 ) b’ kont meħud tal-kundizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) ta' dik id-Direttiva, jew li jagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tal-kumpanija ta' investiment li fiha jinżamm dan il-holding;

▼B

28) “Impriża ewliena” tfisser impriża li minnha joħorġu impriżi oħra kif iddefinitia fl-Artikoli 1 u 2 tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet ikkonsolidati ( 20 );

29) “Sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja kif iddefinita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83.3439/KEE, inkluża kull sussidjarja ta’ impriża sussidjarja ta’ impriża ewliena aħħarija;

(30) “Kontroll” ifisser il-kontroll kif iddefinit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE;

31) “Rabtiet mill-qrib” ifissru sitwazzjoni li fiha żewġ persuni naturali jew legali jew iktar ikunu marbuta flimkien bi:

(a) il-parteċipazzjoni li tfisser il-pussess, dirett jew permezz tal-kontroll, ta’ 20 % jew iktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;

(b) il-kontroll li jfisser ir-relazzjoni bejn impriża ewliena u sussidjarja fil-każijiet kollha riferiti fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kull persuna naturali jew legali u impriża, b’kull impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja tiġi kkunsidrata wkoll bħala s-sussidjarja ta’ impriża ewliena li tkun il-kap ta’ dawn l-impriżi.

Sitwazzjoni li fiha żewġ persuni naturali jew legali jew iktar ikunu marbuta b’mod permanenti ma’ l-istess persuna waħda b’relazzjoni ta’ kontroll għandha wkoll tiġi meqjusa bħala rabta mill-qrib bejn dawn il-persuni.

2.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni ►M3  ————— ◄ tista’ tiċċara d-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

▼M3

Il-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B



IT-TITOLU II

KONDIZZJONIJIET GĦALL-AWTORIZZAZZJONI U L-OPERAT GĦAD-DITTI TA’ L-INVESTIMENT



IL-KAPITOLU I

KONDIZZJONIJIET U PROĊEDURI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI

Artikolu 5

Il-Ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni

1.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jeħtieġ illi t-twettiq tax-xogħol tas-servizzi jew l-attivitajiet ta’ l-investiment bħala mestier jew kummerċ rregolati fuq bażi professjonali irid ikun bla ħsara għal awtorizzazzjoni minn qabel skond id-dispopsizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. Din l-awtorizzazzjoni għandha tiġi konċessa mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post innominata skond l-Artikolu 48.

2.  Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil kull operatur tas-suq li jopera MTF, bla ħsara għall-verifika minn qabel tal-konformità tiegħu mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, minbarra l-Artikoli 11 u 15.

▼M4

3.  L-Istati Membri għandhom jirregistraw id-ditti kollha tal-investiment. Ir-reġistru għandu jkun pubblikament accessibbli u għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata d-ditta tal-investiment. Dan għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Kull awtorizzazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem “AETS”) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ).

L-AETS għandha tistabbilixxi lista tal-kumpanniji kollha tal-investiment fl-Unjoni. Il-lista għandu jkun fiha informazzjoni dwar is-servizzi jew l-attivitajiet li għalihom il-kumpannija tal-investiment tkun awtorizzata u għandha tkun aġġornata fuq bażi regolari. L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata dik il-lista fuq is-sit elettroniku tagħha.

Jekk awtorità kompetenti tkun irtirat awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 8(b) sa (d), dak l-irtirar għandu jiġi ppubblikat fil-lista għal perijodu ta’ ħames snin.

▼B

4.  Kull Stat Membru għandu jeħtieġ illi:

 kull ditta ta’ investiment li hija persuna legali jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha,

 kull ditta ta’ investiment li mhux persuna legali jew kull ditta ta’ investiment li hija peruna legali skond il-liġijiet nazzjonali tagħha imma ma għandha l-ebda uffiċċju rreġistrat, ikollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fl-Istat Membru fejn twettaq il-kummerċ tagħha.

5.  Fil-każ tad-ditti ta’ l-investiment li jipprovdu biss pariri dwar l-investiment jew is-servizz tar-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti li tiddelega kompiti amministrattivi, preparatorji jew anċillari li jkollhom x’jaqsmu mal-konċessjoni ta’ awtorizzazzjoni, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 6

L-firxa ta’ l-awtorizzazzjoni

1.  L-Istat Membru tal-post għandu jiżgura illi l-awtorizazzjoni tispeċifika s-servizzi jew l-attivitajiet ta’ investiment li d-ditta ta’ l-investiment hija awtorizzata li tipprovdi. L-awtorizzazzjoni tista’ tkopri wieħed jew iktar mis-servizzi anċillari ddikjarati fit-Taqsima B ta’ l-Anness I. Fl-ebda każ ma tista’ l-awtorizzazzjoni tiġi konċessa għall-provvediment ta’ servizzi anċillari biss.

2.  Ditta ta’ l-investiment li tkun qiegħd tfittex awtorizzazzjoni sabiex testendi l-kummerċ tagħha għal servizzi jew attivitajiet addizzjonali ta’ investiment jew servizzi anċillari mhux previsti fiż-żmien ta’ l-awtorizzazzjoni inizjali għandha tisottometti talba għall-estensjoni ta’ l-awtorizzazzjoni tagħha.

3.  L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fil-Komunità kollha u għandha tippermetti lil ditta ta’ l-investiment li tipprovdi s-servizzi jew li twettaq l-attivitajiet li għalhom tkun ġiet awtorizzata, mal-Komunità klolha, sewwa permezz ta’ l-istabbiliment ta’ fergħa u sewwa permezz tal-provvediment ħieles tas-servizzi.

Artikolu 7

Il-Proċeduri għall-konċessjoni jew ir-rifjut tat-talbiet għall-awtorizzazzjoni

1.  L-awtorità kompetenti ma għandhiex tikkonċedi awtorizzazzjoni għajr jekk u sa dak iż-żmien li fih tkun sodisfatta għal kollox li l-applikant jikkonforma mal-ħtiġiet kollha dwar id-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva.

2.  Id-ditta ta’ l-investiment għandha tipprovdi t-tagħrif kollu, inkluż programm ta’ l-operati tagħha li jiddikjara, fost ħwejjeġ oħra, it-tipi tal-kummerċ previsti u l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni, meħtieġa sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti li tissodisfa ruħha illi d-ditta ta’ l-investiment tkun stabbiliet, fiż-żmien ta’ l-istabbiliment inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex tissodisfa l-obbligi skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

3.  Applikant għandu jiġi mgħarraf, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kkompletata, jekk tkunx ġiet konċessa l-awtorizzazzjoni jew le.

▼M4

4.  Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 9(2) sa (4), l-Artikolu 10(1) u (2), l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 7(2), inkluż il-programm tal-operazzjonijiet;

(b) ir-rekwiżiti applikabbli għall-ġestjoni tad-ditti tal-investiment skont l-Artikolu 9(4), u l-informazzjoni għan-notifiki skont l-Artikolu 9(2);

(c) ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b’azjendi kwalifikattivi, kif ukoll l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, skont l-Artikolu 10(1) u (2).

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji teknici msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 9(2), l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina formuli, mudelli u proċeduri standard għan-notifika jew l-għoti tal-informazzjoni prevista f’dawk l-artikoli.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 8

L-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet

L-awtorità kompetenti tista’ tirtira l-awtorizzazzjoni maħruġa lil ditta ta’ l-investiment meta din d-ditta ta’ l-investiment:

(a) ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-ilxahar, tirrinunzja espressament għall-awtorizzazzjoni jew ma tkun ipprovdiet ebda servizzi jew ma wettqet l-ebda attività ta’ investiment fis-sitt xhur ta’ qabel, għajr jekk l-Istat Membru interessat ikun ipprovda li f’dawn il-każijiet l-awtorizzazzjoni tiskadi;

(b) tkun kisbet l-awtorizzazzjoni billi tagħamel dikjarazzjonijiet foloz jew minħabba kull mezz ieħor mhux regolari;

(ċ) ma tissoktax tissodisfa l-kondizzjonijiet li fuqhom tkun ġiet konċessa l-awtorizzazzjoni, bħalma hija l-konformità mal-kondizzjonijiet iddikjarati fid-Direttiva 93/6/KEE;

(d) tkun kisret serjamenrt u sistematikament id-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva li tirregola l-kondizzjonijiet ta’ l-operat tad-ditti ta’ l-investiment;

(e) taqa’ taħt xi wħud mill-każijiet meta l-liġijiet nazzjonali, rigward materji ‘il barra mill-iskop ta’ din id-Direttiva, jipprovdu għall-irtirar.

▼M4

Kull irtirar ta’ awtorizzazzjoni għandu jiġi nnotifikat lill-AETS.

▼B

Artikolu 9

Il-Persuni li effettivament jidderieġu l-kummerċ

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-persuni li jmexxu l-kummerċ ta’ ditta ta’ l-investiment b’mod dirett ikollhom fama tajba u esperjenza biżżejjed sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tad-ditta ta’ l-investimant.

Meta l-operatur tas-suq li jfittex awtorizzazzjoni sabiex jopera MTF u l-persuni li jmexxu l-kummerċ tal-MTF b’mod effettiv huma l-istess persuni bħal dawk li jmexxu l-kummerċ tas-suq irregolat b’mod effettiv, dawn il-persuni għandhom jitqiesu li jikkonformaw mal-ħiġiet stabbiliti fl-ewwel sub-paragrafu.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditta ta’ l-investiment tinnotifika lill-awtorità kompetenti b’kull bidla fl-amministrazzjoni tagħha, flimkien mat-tagħrif kollu meħtieġ, sabiex jiġi stmat jekk il-personal maħtur sabiex jamministra d-ditta ikollux il-fama tajba u l-esperjenza biżżejjed.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk ma tkunx sodisfatta illi l-persuni li jridu jidderieġu l-kummerċ tad-ditta ta’ l-investiment b’mod effettiv ikollhom il-fama tajba u l-esperjenza biżżejjed, jew jekk ikun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi l-bidliet proposti għall-amministrazzjoni tad-ditta joħolqu tehdida għall-ġestjoni soda u prudenti tagħha.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi għall-ġestjoni ta’ kull ditta ta’ l-investiment għandhom jindaħlu mill-inqas żewġ persuni li jissodifaw il ħtriġiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Bħala deroga mill-ewwel sub-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jikkonċedu awtorizzazzjoni lid-ditti ta’ l-investiment li huma persuni naturali jew lid-ditti ta’ l-investiment li huma persuni legali amministrati minn persuna waħda naturali skond ir-regoli tal-kostituzzjoni tagħhom u l-liġijiet nazzjonali. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jeħtieġu illi jkun hemm fil-post arranġamenti alternattivi sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti ta’ dawn id-ditti ta’ investiment.

Artikolu 10

L-Azzjonisti u l-persuni b’ishma ta’ kwalifikazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jawtorizzaw it-twettiq tax-xogħol ta’ servizzi jew attivitajiet ta’ investiment minn ditta ta’ l-investiment sakemm ikun ġew imgħarrfa bl-identità ta’ l-azzjonisti jew tal-membri, sewwa direttament sewwa indirettament. persuni naturali jew legali, li jkollhom ishma ta’ kwalifikazzjoni u l-ammonti ta’ dawn l-ishma.

L-awttoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw awtorizzazzjoni jekk, wara li jqisu l-ħtieġa li jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti ta’ ditta ta’ l-investiment, ma jkunux sodifatti rigward kemm ikunu xieraq l-azzjonisti jew il-membri li jkollhom ishma ta’ kwalifikazzjoni.

Meta jeżistu rabtiet mill-qrib bejn ditta ta’ l-investiment u persuni oħra naturali jew legali, l-awtorità kompetenti għandha tikkonċedi awtorizzazzjoni biss jekk dawn ir-rabtiet ma jipprevjenux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tas-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti.

2.  L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna naturali jew legali jew iktar li magħhom l-impriża jkollha rabtiet mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar tagħhom, jipprevjienu l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħha tas-sorveljanza.

▼M2

3.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika, jew tali persuni li jaġixxu flimkien, minn issa ‘l quddiem “l-akkwirent propost”, li ħadu deċiżjoni biex jakkwistaw direttament jew indirettament, holding kwalifikanti f’impriża ta' assigurazzjoni jew biex iżidu ulterjorment, direttament jew indirettament, tali holding kwalifikanti f’impriża ta' assigurazzjoni b’ tali mod li l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’tali mod li l-impriża ta' investiment issir sussidjara tagħha (minn hawn ‘il quddiem “l-akkwist propost”), jinnotifikaw bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tal-kumpanija ta' investiment li fiha qed jipprovaw jakkwistaw jew iżidu holding kwalifikanti billi jindikaw d-daqs tal-holding maħsub u l-informazzjoni rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 10b(4).

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn holding kwalifikanti f’kumpanija ta' investiment, biex l-ewwel tinnotifika bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti filwaqt li tindika id-daqs tas-holding maħsub tagħha. Tali persuna għandha wkoll tinnotikfika lill-awtoritajiet kompetenti jekk tkun ħadet deċiżjoni li tnaqqas is-holding kwalifikanti tagħha sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital li għandha jaqa’ taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew li l-kumpanija ta' investiment ma tibqax sussidjarja tagħha.

L-Istati Membri m’għandhomx għalfejn japplikaw il-limitu ta' 30 % fejn skond l-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/109/KE huma japplikaw limitu ta' terz.

Meta jiġu biex jiddeterminaw jekk il-kriterji għal holding kwalifikanti msemmija f’dan l-Artikolu humiexsodisfatti, l-Istati Membri m’għandhomx jieħdu kont tad-drittijiet ta' vot jew ishma li kumpaniji ta' investiment jew istituzzjonijiet ta' kreditu jistgħu jżommu bħala riżultat tal-provvediment ta' sottoskrizzjoni ta' strumenti finanzjarji u/jew tpoġġija ta' strumenti finanzjarji fuq bażi ta' impenn sod inkluż taħt il-punt 6 tat-Taqsima A ta' l-Anness I, sakemm dawk id-drittijiet, minn naħa, mhumiex eżerċitati jew użati b’mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni ta' l-emittent u minn naħa l-oħra, mneħħija fi żmien sena mill-akkwist.

4.  L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jaħdmu f’konsultazzjoni sħiħa ma' xulxin meta jwettqu l-evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 10b(1) (hawn aktar ‘il quddiem “l-evalwazzjoni”) jekk l-akkwirent propost huwa wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni (assurance jew insurance), impriża ta' riassigurazzjoni, kumpanija ta' investiment “kumpanija ta' ġestjoni UCITS”, awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak fejn qed ikun propost l-akkwist;

(b) l-impriża prinċipali ta' istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni (insurance jew assurance), impriża ta' riassigurazzjoni, kumpanija ta' investiment jew kumpanija ta' ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak fejn qed ikun propost l-akkwist; jew

(ċ) persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu, impriża ta' assigurazzjoni (insurance jew assurance), impriża ta' riassigurazzjoni, kumpanija ta' investiment jew kumpanija ta' ġestjoni UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak li fih qed ikun propost l-akkwist.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux debitu, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li hija essenzjali jew rilevanti għall-evalwazzjoni. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin meta jiġu mitluba jagħmlu dan, l-informazzjoni kollha rilevanti u għandhom jikkomunikaw fuq l-inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali. Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li awtorizzat lill-impriża ta' assigurazzjoni fejn qed ikun propost l-akkwist, għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva espressa mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-akkwirent propost.

▼B

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, jekk ditta ta’ l-investiment issir konxja dwar kull kisba jew disponiment mill-ishma fil-kapital tagħha li jikkawżaw lill-ishma li jaqbżu jew jaqgħu taħt kull waħda mill-għetiebi riferiti fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 3, din id-ditta ta’ l-investment trid tgħarraf lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

Mill-inqas darba fis-sena, id-ditti ta’ l-investiment għandhom jgħarrfu wkoll lill-awtorità kompetenti bl-ismijiet ta’ l-azzjonisti u tal-membri li jippossjiedu ishma ta’ kwalifikazzjoni u daqsijiet ta’ dawn l-ishma kif murija, per eżempju, mit-tagħrif irċevut fil-laqgħat ġenerali annwali ta’ l-azzjonisti u tal-membri jew bħala riżultat tal-konformità mar-regolamenti li japplikaw għall-kumpanniji li t-titoli trasferibbi tagħhom ta’ siġurtà jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat.

6.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta l-influwenza eżerċitata mill-persuni riferiti fl-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 1 x’aktarx li tkun ta’ preġudizzju għall-ġestjoni soda u prudenti tad-ditta ta’ l-investiment, l-awtorità kompetenti tieħu l-miżuri approprjati sabiex iġġib din is-sitwazzjoni fit-tmiem.

Dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu f’applikazzjonijiet għal ordnijiet ġudizzjarji u/jew l-imposizzjoni ta’ sanzjonijiet kontra d-diretturi u dawk responsabbli mill-ġestjoni, jew is-sospensjoni ta’ l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot mehmuża ma’ l-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri fil-kwistjoni.

Għandhom jittieħdu miżuri bħal dawn rigward il-persuni li jonqsu milli jikkonformaw ma’ l-obbligu li jipprovdu tagħrif minn qabel għall-akkwist jew iż-żieda ta’ sehem ta’ kwalifikazzjoni. Jekk jiġi miksub sehem minkejja l-opposizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, mingħajr ma jagħtu ħaż tas-sanzjonijiet li jridu jiġu adottati, jew għall-eżerċizju tad-drittijiet korrispondenti tal-vot li jridu jiġu sospiżi, għan-nullità tal-voti mitfugħa jew għall-possibbiltà ta’ l-annullament tagħhom.

▼M2

Artikolu 10a

Perijodu ta' stima

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom, minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta jirċievu n-notifika rikjesta skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 10(3), kif ukoll wara li tiġi possibilment irċevuta sussegwentement l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jirrikonoxxu bil-miktub li rċevewha lill-akkwirent propost.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom massimu ta' sittin jum ta' xogħol mid-data tal-konferma ta' l-irċevuta bil-miktub tan-notifika u d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jiġu mehmuża man-notifika abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 10b(4) (minn hawn ‘il quddiem “il-perijodu ta' evalwazzjoni”), biex iwettqu l-evalwazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost dwar id-data ta' l-iskadenza tal-perijodu ta' evalwazzjoni meta jikkonfermaw l-irċevuta.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, matul il-perijodu ta' evalwazzjoni, jekk meħtieġ, u mhux wara l-ħamsin jum ta' xogħol tal-perijodu ta' evalwazzjoni, jitolbu għal informazzjoni ulterjuri li hi meħtieġa biex tiġi kkompletata l-evalwazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Għall-perijodu bejn id-data tat-talba għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-irċevuta ta' rispons għaliha mill-akkwirent propost, il-perijodu ta' evalwazzjoni għandu jkun interrott. Dan il-waqfien m’għandux jeċċedi l-għoxrin jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar jew il-kjarifika ta' l-informazzjoni hija fid-diskrezzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti iżda tista’ ma tirriżultax f’interruzzjoni tal-perijodu ta' evalwazzjoni.

3.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-interruzzjoni imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 sa tletin jum ta' xogħol jekk l-akkwirent propost ikun:

(a) jinsab jew huwa regolat barra mill-Komunità; jew

(b) persuna fiżika jew legali u mhux soġġett għal sorveljanza skond din id-Direttiva, jew id-Direttivi 85/611/KEE, 92/49/KEE ( 22 ), 2002/83/KE, 2005/68/KE ( 23 ), 2006/48/KE ( 24 ).

4.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti, wara t-tlestija tal-evalwazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-akkwist propost, huma għandhom, f’temp ta' jumejn ta' xogħol, u li ma jaqbiżx il-perijodu ta' evalwazzjoni jinfurmaw lill-akkwirent propost bil-miktub u jipprovdu r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Soġġetta għal-liġi nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista’ ssir aċċessibbli għall-pubbliku fuq it-talba ta' l-akkwirent propost. Dan m’għandux iżomm lil Stat Membru milli jippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq dan l-iżvelar mingħajr it-talba ta' l-akkwirent propost.

5.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub fil-perijodu ta' evalwazzjoni l-akkwist propost, l-akkwist propost għandu jitqies li ġie approvat.

6.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perijodu massimu għall-konklużjoni ta' l-akkwist propost u jestendu dan il-perijodu fejn xieraq.

7.  L-Istati Membri ma jistgħux jimponu rekwiżiti għan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti u għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti dwar akkwisti diretti jew indiretti ta' drittijiet tal-vot jew ta' kapital li jkunu iktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

▼C1

8.  Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ informazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 10b (4), li għandha tiġi inkluża minn akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2.

▼M4

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura li jkun hemm kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-artikoli 10, 10a u 10b, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi proċeduri, formoli u mudelli standard għall-modalitajiet tal-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 10(4).

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fir-raba’ subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼M2

Artikolu 10b

Evalwazzjoni

1.  Fl-evalwazzjoni tan-notifika prevista fl-Artikolu 10(3) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10a(2), l-awtoritajiet kompetenti, sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tal-kumpanija ta' investiment, li fiha qed ikun propost l-akkwist, u wara li tiġi kkunsidrata l-influwenza li x’aktarx ikollu l-akkwirent propost fuq il-kumpanija ta' investiment, għandhom jevalwaw l-adegwatezza ta' l-akkwirent propost u s-solidità finanzjarja ta' l-akkwist propost fid-dawl tal-kriterji kollha li ġejjin:

(a) ir-reputazzjoni ta' l-akkwirent propost;

(b) ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta' kwalunkwe persuna li ser tmexxi n-negozju tal-kumpanija ta' investiment bħala riżultat ta' l-akkwist propost;

(ċ) is-solidità finanzjarja ta' l-akkwirent propost, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta' negozju li jsir u li huwa previst fil-kumpanija ta' investiment fejn qed ikun propost l-akkwist;

(d) jekk il-kumpanija ta' investiment hix ser tkun kapaċi tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq din id-Direttiva u, fejn applikabbli, fuq Direttivi oħrajn, notevolment, id-Direttivi 2002/87/KE ( 25 ) u 2006/49/KE ( 26 ), b’mod partikolari, jekk il-grupp li ser issir parti minnu għandux struttura li tippermetti l-eżerċizzju ta' superviżjoni effettiva, l-iskambju effettiv ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u li tiddetermina l-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(e) jekk ikunx hemm motivi raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, f’rabta ma' l-akkwist propost, sar, qed isir jew hemm tentattivi biex isir money laundering jew finanzjament tat-terroriżmu skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 27 ), jew li l-akkwist propost jista’ jżid ir-riskju ta' kondotta bħal din.

Sabiex tieħu kont ta' żviluppi futuri u biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2), tista’ tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jaġġustaw il-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

2.  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk hemm motivi raġonevoli biex jagħmlu dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jekk l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompluta.

3.  L-Istati Membri la għandhom jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell tal- holding li għandu jiġi akkwistat u lanqas m’għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżaminaw l-akkwist propost f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku lista li tispeċifika l-informazzjoni, li hija meħtieġa biex issir l-evalwazzjoni u li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fil-ħin tan-notifika msemmija fl-Artikolu 10(3). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u adattata għan-natura ta' l-akkwirent propost u ta' l-akkwist propost. L-Istati Membri m’għandhomx jirrikjedu informazzjoni li mhix rilevanti għal evalwazzjoni prudenzjali.

5.  Minkejja l-Artikolu 10a(1), (2) u (3), fejn żewġ proposti jew iktar għal akkwist jew żieda f’ ishma kwalifikanti fl-istess kumpanija ta' investiment ikunu ġew notifikati lill-awtorità kompetenti, dawn ta' l-aħħar għandhom jittrattaw l-akkwirenti proposti b’mod mhux diskriminatorju.

▼B

Artikolu 11

Is-Sħubija ta’ Skema awtorizzata ta’ Kumpens lill-Investitur

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika illi kull entità li tkun qiegħda tfittex awtorizzazzjoni bħala ditta ta’ l-investiment tissodifa l-obbligi tagħha skond id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar l-iskemi ta’ kumpens lill-investituri ( 28 ) mal-waqt ta’ l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 12

kapital inizjali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti ma jikkonċedux awtorizzazzjoni għajr jekk id-ditta ta’ l-investiment ikollha kapital inizjali biżżejjed skond il-ħtiġiet tad-Direttiva 93/6/KEE wara li jqisu n-natura tas-servizz jew l-attività ta’ l-investiment fil-kwistjoni.

Sakemm issir ir-reviżjoni tad-Direttiva 93/5/KEE, id-ditti ta’ l-investiment ipprovvduti fl-Artikolu 67 għandhom ikunu bla ħsara għall-ħtiġiet tal-kapital stabbilit f’dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Il-Ħtiġiet organizzattivi

1.  L-Istat Membru tal-post għandu jeħtieġ illi d-ditti ta’ l-investiment jikkonformaw mal-ħtiġiet organizzattivi ddikjarati fil-paragrafi minn 2 sa 8.

2.  Ditta ta’ linvestiment għandha tistabbilixxi politiki adegwati u proċeduri biżżejjed sabiex tiżgura l-konformità tad-ditta inklużi l-amministraturi, l-impjegati u l-aġenti marbuta tagħha ma’ l-obbligi tagħha skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva kif ukoll ir-regoli approprjati li jirregolaw it-transazzjonijiet personali minn dawn il-persuni.

3.  Ditta ta’ l-investiment għandha żżomm u tħaddem arranġamentri organizzattivi u amministrattivi effettivi bil-ħsieb li tieħu l-passi kollha raġjonevoli iddisinjati sabiex jipprevjienu l-konflitti ta’ interess kif iddefiniti fl-Artikolu 18 milli jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi tal-klijenti tagħha.

4.  Ditta ta’ l-investiment għandha tieħu passi raġjonevoli sabiex tiżgura l-konformità u r-regolarità fit-twettiq tax-xogħol tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ l-investiment. Għal dan il-fini, id-ditta ta’ l-investiment għandha timpjega sistemi, riżorsi u proċeduri approprjati u pproporzjonati.

5.  Ditta ta’ l-investiment għandha tiżgura, meta toqgħod fuq parti terza fit-twettiq tax-xogħol tal-funzjonijiet operattivi li jkunu kritiċi għall-provvediment ta’ servizz kontinwu u sodisfaċenti lill-klijenti u t-twettiq tax-xogħol ta’ attivitajiet ta’ investiment fuq bażi kontinwu u sodisfaċenti, li tieħu passi raġjonevli sabiex tevita riskju operttiv addizzjonali mhux mistħoqq. Ma jistax jiġi midħul għalih xogħol ta’ barra mid-ditta rigward funzjonijiet operattivi importanti hekk illi jagħmel ħsara materjalment lill-kwalità tal-kontroll intern tagħha u l-abbiltà tas-sorveljant li jimmonitorja l-konformità tad-ditta ma’ l-obbligi tagħha.

Ditta ta’ l-investment għandu jkollha proċeduri sodi amministrattivi u tal-kontabbiltà, mekkaniżmi interni tal-kontroll, proċeduri effettivi għall-istima tar-riskji u kontroll effettiv u arranġamenti tas-salvagward għas-sistemi tal-proċessar tat-tagħrif.

6.  Ditta ta’ l-investiment għandha tirranġa li jinżammu reġistrazzjonijiet tas-servizzi u tat-transazzjonijiet kollha midħula għalihom minnha li għandhom ikunu biżżejjed sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti li timmonitorja l-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari sabiex taċċerta illi d-ditta ta’ l-investiment tkun ikkonformat ma’ l-obbligi kollha rigward il-klijenti jew il-klijenti potenzali.

7.  Meta tkun qiegħda żżomm strumenti finanzjarji li jappartjienu għall-klijenti, ditta ta’ l-investiment għandha tagħmel arranġamenti adegwati hekk li tissalvagwarja d-drittijiet tal-pussess tal-klijenti, b’mod speċjali fl-eventwalità li d-ditta ta’ l-investiment tfalli, u hekk li tripprevjieni l-użu ta’ l-istrument ta’ klijient akkont tagħha nfisha għajr bil-kunsens espress tal-klijent.

8.  Meta tkun qiegħda żżomm fondi li jappartjienu għall-klijenti, ditta ta’ l-investiment għandha tagħmel arranġementi adegwati sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-klijenti u, għajr fil-każ ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu, tipprevjieni l-użu tal-fondi tal-klijenti akkont tagħha nfisha.

9.  Fil-każ tal-friegħi tad-ditti ta’ l-investiment, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih tkun lokata l-fergħa għandha, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tad-ditta ta’ l-investiment li jkollha aċċess dirett għal dawn ir-registri, tinforza l-obbligu stabbilit fil-paragrafu 6 rigward it-transazzjonijiet midħula għalihom mill-fergħa.

10.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi minn 2 sa 9, il-Kummissjoni għandha tadotta ►M3  ————— ◄ il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-ħtiġiet konkreti organizzattivi li jridu jiġu imposti fuq id-ditti ta’ l-investiment li jwettqu x-xogħol ta’ servizzi u/jew attivitajiet differenti ta’ investiment u servizzi anċillari jew għaqdiet tagħhom. ►M3  Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2). ◄

Artikolu 14

Il-Proċess tal-kummerċ u l-finalizzazzjoni tat-transazzjonijiet f’MTF

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li jaħdmu MTF, għandhom jistabbilixxu, b’żieda ma’ dak li jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 12, regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali għall-kummerċ ġust u bl-ordni u jistabbilixxu kriterji oġġettivi għat-twettiq effiċjenti ta’ l-ordnijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li jaħdmu MTF jistabbilixxu regoli trasparenti rigward il-kriterji sabiex jistabbilixxu l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu kkummerċjati taħt is-sistemi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jetħieġu li, meta japplikaw, id-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li jaħdmu MTF jipprovdu, jew ikunu sodisfatti li jkun hemm aċċess għal tagħrif biżżejjed disponibbli pubblikament sabiex jgħinu lill-utenti tagħhom jagħmlu ġudizzju dwar l-investiment, filwaqt li jqisu kemm in-natura ta’ l-utenti kif ukoll it-tipi ta’ strumenti kkummerċjati.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-Artikoli 19, 21 u 22 ma japplikawx għat-transazzjonijiet konklużi skond ir-regoli li jirregolaw MTF bejn il-membri jew il-parteċipazzjoni fiha jew bejn il-MTF u l-membri jew il-parteċipanti fiha fejn jidħol l-użu tal-MTF. Madankollu, il-membri tal-MTF jew il-parteċipanti fiha għandhom jikkonformaw ma’ l-obbligi pprovvduti fl-Artikoli 19, 21 u 22 rigward il-klijenti tagħhom meta, filwaqt li jaġixxu f’isem il-klijenti tagħhom, iwettqu l-ordnijiet tagħhom permezz tas-sistemi ta’ MTF.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li jaħdmu MTF jistabbilixxu u jżommu regoli trasparenti, imsejsa fuq kriterji oġġettivi, li jirregolaw l-aċċess għall-faċilità tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42(3).

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li jaħdmu MTF jgħarrfu b’mod ċar lill-utenti tagħhom dwar ir-resposabbiltajiet rispettivi rigward is-soluzzjoni tal-kontroversji tat-transazzjonijiet imwettqa f’din il-faċilità. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jew l-operatiri tas-suq li jaħdmu MTF ikunu qiegħdu f’posthom l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiffaċilitaw is-soluzzjoni effiċjenti tal-kontroversji fit-transazzjonijiet konklużi skond is-sistemi tal-MTF.

6.  Meta titolu trasferibbli, li jkun ġie ammess għall-kummerċ f’suq irregolat, jiġi kkummerċjat ukoll fuq MTF mingħajr il-kunsens ta’ min joħorġu, min joħorġu ma għandu ikun bla ħsara għall-ebda obbligu li jkollu x’jaqsam ma’ l-iżvelar inizjali, għaddej jew ad hoc rigward dan l-MTF.

7.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi kull ditta ta” l-investiment jew operatur tas-suq li jaħdem MTF jikkonformaw ma’ kull istruzzjoni mill-awtorità kompetenti tagħhom skond l-Artikolu 50(1) sabiex jissospendu jew iwarrbu strument finanzjarju milli jiġi kkummerċjat.

Artikolu 15

Ir-Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi

▼M4

1.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-AETS bi kwalunkwe diffikultà ġenerali li d-ditti tal-investiment tagħhom jiltaqgħu magħhom meta jistabblixxu lilhom infushom jew jipprovdu servizzi ta’ investiment jew iwettqu attivitajiet ta’ investiment f’xi pajjiż terz.

2.  Kull meta l-Kummissjoni jidhrilha, fuq il-bażi tat-tagħrif sottomess lilha skont il-paragrafu 1, li pajjiż terz ma jikkonċedix lid-ditti tal-investiment tal-Unjoni aċċess effettiv għas-suq imqabbel ma’ dak konċess mill-Unjoni lid-ditti tal-investiment minn dan il-pajjiż terz, il-Kummissjoni, filwaqt li ssegwi l-gwida maħruġa mill-AETS, għandha tisottometti proposti lill-Kunsill għal mandat xieraq għan-negozjati bil-ħsieb li jinkisbu opportunitajiet kompetittivi komparabbli għad-ditti tal-investiment tal-Unjoni. Il-Kunsill għandu jagixxi b’maggoranza kkwalifikata.

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat immedjatament u b’mod shih fl-istadji kollha tal-procedura skont l-Artikolu 217 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

L-AETS għandha tgħin lill-Kummissjoni għall-fini ta’ dan l-Artikolu.

▼B

3.  Kulmeta jidher lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tat-tagħrif issottomess lilha skond il-paragrafu 1, illi d-ditti Komunitarji ta’ l-investiment f’pajjiż terz ma jiġux konċessi trattament nazzjonali li jista’ joffri l-istess opportuntajiet kompetittivi kif ikunu disposnibbli lid-ditti domestiċi ta’ investiment u li l-kondizzjonijiet ta’ aċċess effettiv tas-suq ma jkunux imwettqa, il-Kummissjoni tista’ tiftaħ negozjati sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni.

Fiċ-ċirkustanzi riferiti fl-ewwel sub-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, ►M3  skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 64(3) ◄ , f’kull waqt u b’żieda mal-ftuħ tan-negozjati, li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Mwembri jridu jillimitaw jew jissospendu l-ishma mill-impriżi ewliena direttament jew indirettament irregolati bil-liġijiet tal-pajjiż terz fil-kwistjoni. Dawn il-limitazzjonijiet jew sospensjonijiet ma jistgħux jiġu applikati għall-istabbiliment ta’ sussidjarji mid-ditti ta’ l-investiment awtorizzati kif mistħoqq fil-Komunità jew mis-sussidjarji tagħhom, jew għall-kisba ta’ l-ishma fid-ditti Komunitarji ta’ investiment minn dawn id-ditti jew sussidjarji. It-tul taż-żmien ta’ dawn il-miżuri ma jistax jaqbeż it-tliet xhur.

Qabel it-tmiem tal-perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur riferit fit-tieni sub-paragrafu u fid-dawl tar-riżultati tan-negozjati, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, ►M3  skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 64(3) ◄ , li testendi dawn il-miżuri.

4.  Kulmeta jidher lill-Kummissjoni li tiġri waħda mis-sitwazzjonijiet riferiti fil-parafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jgħarrfuha fuq it-talba tagħha:

(a) dwar kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ kull ditta li hija s-sussidjarja diretta jew indiretta ta’ impriża ewliena rregolata bil-liġijiet tal-pajjiż terz fil-kwistjoni;

(b) kulmeta jiġu mgħarrfa skond l-Artikolu 10(3) illi din l-impriża ewliena tipproponi ti takkwista sehem f’ditta Komunitarja ta’ l-investiment, li b’konsegwenza tagħha din ta’ l-aħħar issir is-sussidarja tagħha.

Dan l-obbligu li jiġi pprovvdut it-tagħrif għandu jiskadi kulmenta jintlaħaq ftehim mal-pajjiż tal-pajjiż terz interessat jew meta ma jibqgħux japplikaw il-miżuri riferiti fit-tieni u t-tielet sub-paragrafi tal-paragrafu 3.

5.  Il-miżuri meħuda skond dan l-Artiklu għandhom jikkonformaw ma’ l-obbligi Komunitarji skond kull ftehim internazzjonali, bilaterali jew multilateraali, li jirregola l-bidu u/jew is-segwiment tal-kummerċ tad-ditti ta’ l-investiment.



IL-KAPITOLU II

IL-KONDIZZJONIJIET OPERATTIVI GĦAD-DITTI TA’ L-INVESTIMENT



Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 16

Ir-rivista regolari tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi ditta ta’ l-investiment awtorizzata fit-territorju tagħhom tikkonforma l-ħin kollu mal-kondizzjonijit għall-awtorizzazzjoni inizjali stabbiliti fil-Kapitolu I ta’ dan it-Titolu.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu l-metodi approprjati sabiex jimmonitorjaw li d-ditti ta’ l-investiment jikkonformaw ma’ l-obbligu tagħhom skond il-paragrafu 1. Għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti b’kull bidla materjali fil-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni inizjali.

▼M4

L-AETS tista’ tiżviluppa linji gwida li jirrigwardaw il-metodi ta’ monitoraġġ imsemmija f’dan il-paragrafu.

▼B

3.  Fil-każ tad-ditti ta’ l-investiment li jipprovdu biss pariri dwar l-investiment, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti li tiddelega kompiti amministrattivi, preparatorji jew anċillari li jkollhom x’jaqsmu mar-rivista tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 17

L-Obbligu ġenerali rigward is-sorveljanza kontinwa

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-attivitajiet tad-ditti ta’ l-investiment sabiex jistmaw il-konformità mal-kondizzjonijiet operattivi pprovvduti f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkunu fil-post miżuri approprjati sabiex jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu t-tagħrif meħtieġ sabiex jistmaw il-konformità tad-ditti ta’ l-investiment ma’ dawn l-obbligi.

2.  Fil-każ tad-ditti ta’ l-investiment li jipprovdu biss pariri dwar l-investiment, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti li tiddelega kompiti amministrattivi, preparatorji jew anċillari li jkollhom x’jaqsmu mal-monitoraġġ regolari tal-ħtiġiet operattivi, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 48(2).

Artikolu 18

Il-Konflitti ta’ interess

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi raġjonevoli kollha sabiex jidentifikaw konflitti ta’ interess bejniethom infushom, inklużi l-amministratturi, l-impjegati u l-aġenti marbuta tagħhom, jew kull persuna marbuta direttament jew indirettament magħhom bil-kontroll u l-klijenti tagħhom jew bejn klijent u ieħor li jinħolqu fil-kors li jiġi pprovvdut kull servizz ta’ investiment jew anċillari, jew għaqdiet tagħhom.

2.  Meta l-arranġamenti organizzattivi jew amministrattivi magħmula mid-ditta ta’ l-investiment skond l-Artikolu 13(3) biex jamministraw konflitti ta’ interess ma jkunux biżżejjed sabiex jiżguraw, b’fiduċja raġjonevoli, illi jridu jiġu pprevenuti r-riskji ta’ ħsara għall-interessi tal-klijenti, id-ditta ta’ l-investiment għandha tiżvela b’mod ċar in-natura ġenerali u/jew is-sorsi tal-konflitti ta’ interess lill-klijent qabel tindaħal għall-kummerċ f’ismu.

3.  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta ►M3  ————— ◄ miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex:

(a) tiddefinixxi l-passi li d-ditti ta’ l-investiment jistgħu jiġu mistennija b’mod raġjonevoli li jieħdu sabiex jidentifikaw, jamministraw u/jew jiżvelaw konflitti ta’ interess meta jipprovdu servizzi varji ta’ investiment u anċillari u għaqdiet ta’ dawn;

(b) tistabbilixxi l-kriterji approprjati sabiex tistabbilixxi t-tipi ta’ konflitt ta’ interess li l-eżistenza tagħhom tista’ tagħmel ħsara lill-interessi tal-klijenti u tal-klijenti potenzali tad-ditta ta’ l-investiment.

▼M3

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B



Taqsima 2

Id-Dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw il-protezzjoni ta’ l-investitur

Artikolu 19

Il-Kondotta ta’ l-obbligi tal-kummerċ meta jiġu pprovvduti servizzi ta’ investiment lill-klijenti

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta jipprovdu servizzi ta’ investiment u/jew, meta approprjat, servizzi anċillaru lill-klijenti, ditta ta’ l-investiment taġixxi b’mod onest, ġust u professjonali skond l-aħjar interessi tal-klijenti tagħha u tikkonforma. b’mod partikolari, mal-prinċipji ddikjarati fil-paragrafi minn 2 sa 8.

2.  It-tagħrif kollu, inklużi l-komunikazzjonjiet dwar il-marketing, indirizzat mid-ditta ta’ l-investiment lill-klijenti jew il-klijenti potenzali, għandu jkun ġust, ċar u ma jqarraqx. Il-komunikazzjonijiet dwar il-marketing għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati biċ-ċar bħala ta’ hekk.

3.  Għandu jiġi pprovvdut tagħrif approprjat f’għamla komprensibbli lill-kljienti jew il-klijenti potenzali dwar:

 id-ditta ta’ l-investiment u s-servizzi tagħha,

 l-istrumenti finanzjarji u l-istrateġiji proposti ta’ l-investiment; dan għandu jinkludi gwida approprjata u twissijiet dwar ir-riskji assoċjati ma’ l-investmenti f’dawn l-istrumenti jew rigward l-istrateġiji partikolari ta’ l-investimenti,

 il-postijiet tat-twettiq, u

 l-ispejjeż u l-imposti assoċjati

sabiex ikunu kapaċi b’mod raġjonevoli li jifhmu n-natura u r-riskji tas-servizz ta’ l-investiment u tat-tip speċifiku ta’ l-istrument finanzjarju li jkun qiegħed jiġi offrut u, b’konsegwenza ta’ dan, sabiex jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment fuq bażi informat. Dan it-tagħrif jista’ jiġi pprovvdut f’format standardizzat.

4.  Meta tipprovdi pariri dwar l-investiment jew il-ġestjoni ta’ portafoll, id-ditta ta’ l-investiment għandha tikseb it-tagħrif meħtieġ li jirrigwarda l-gherf u l-eperjenza tal-klijent jew tal-klijent potenzali fil-kamp ta’ l-investiment rilevanti għat-tip speċifiku tal-prodott jew tas-servizz, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u l-għanijiet tagħhom ta’ investiment sabiex jgħinu lid-ditta li tirrakkommanda lill-klijent jew lill-klijent potenzali s-servizzi ta’ investiment u l-istrumenti finanzjarji li jaqblu għalihom.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-ditti ta’ investiment, meta jkunu qegħdin jipprovdu servizzi oħra għajr dawk riferiti fil-paragrafu 4, jistaqsu lill-klijent jew lill-klijent potenzali rigward il-għerf u l-esperjenza tagħhom fil-kamp ta’ l-investiment rilevanti għat-tip speċifiku tal-prodott jew tas-servizz offruti jew iddomandati sabiex jgħinu lid-ditta ta’ l-investiment tistma jekk is-servizz jew il-prodott ta’ l-investiment previst ikunux approprjat għall-klijent.

Fil-każ li, fuq il-bażi tat-tagħrif irċevut skond il-paragrafu ta’ qabel, ditta ta’ l-investiment tikkunsidra illi l-prodott jew is-servizz ma jkunux approprjati għall-klijent jew għall-klijent potenzali, id-ditta ta’ l-investiment għandha twissi lill-klijent jew klijent potenzali. Din it-twissija tista’ tiġi pprovvduta f’format standardizzat.

Fil-każijiet meta l-klijent jew il-klijent potenzali jagħżlu li ma jipprovdux it-tagħrif riferit taħt l-ewwel sub-paragrafu, jew meta jipprovdu tagħrif mhux biżżejjed li jirrigwarda l-għerf jew l-esperjenza tagħhom, id-ditta ta’ l-investiment għandha twissi lill-klijent jew il-klijent potenzali illi deċiżjoni bħal din ma tippermettix lid-ditta tistabbilixxi jekk is-servizz jew il-prodott previsti humiex approprjati għalihom. Din it-twissija tista’ tiġi pprovvduta f’format standardizzat.

6.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditti ta’ l-investiment meta jkunu qegħdin jipprovdu servizzi ta’ investiment li jikkonsistu biss fit-twettiq u/jew ir-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet tal-klijenti bis-servizzi anċillari jew mingħajrhom sabiex jipprovdu dawn is-servizzi ta’ investiment lill-klijenti tagħhom mingħajr il-ħtieġa li jiksbu t-tagħrif jew jagħmlu d-determinazzjoni pprovvduti fil-paragrafu 5 meta jiġu sodisfatti l-kondizjonijiet kollha li ġejjin:

▼M4

 is-servizzi msemmija fil-parti introduttorja għandhom x’jaqsmu mal-ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat jew f’suq ekwivalenti ta’ pajjiż terz, l-istrumenti tas-swieq tal-flus, il-bonds jew għamliet oħra ta’ dejn garantit (bl-esklużjoni ta’ dawk il-kambjali jew dejn garantit li fihom tiġi inkluża derivattiva), l-UCITS u strumenti finanzjarji oħra mhux kumplessi. Is-suq ta’ pajjiż terz għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq irregolat jekk jikkonforma mar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti taħt it-Titolu III. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jippubblikaw fuq il-websites tagħhom lista ta’ dawk is-swieq li jridu jiġu kkunsidrati bhala ekwivalenti. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata perjodikament. L-AETS għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tas-swieq ta’ pajjiżi terzi,

▼B

 is-servizz jiġi pprovvdut fuq l-inizjattiva tal-klijent jew tal-klijent potenzali,

 il-klijent jew il-klijent potenzali jkunu ġew imgħarrfa biċ-ċar illi fil-provvediment ta’ dan is-sevizz id-ditta ta’ l-investiment mhux meħtieġa li tistma kemm jixirqu l-istrument jew is-servizzi pprovduti jew offruti u li għalhekk ma jibbenefikawx mill-protezzjoni korrispondenti tal-kondotta rilevanti tar-regoli tal-kummerċ; din it-twissija tista’ tiġi pprovvduta f’format standardizzat,

 id-ditta ta’ l-investiment tikkonforma ma’ l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 18.

7.  Id-ditta ta’ l-investiment għandha tistabbilixxi reġistru li jinkludi d-dokument jew id-dokumenti miftiehma bejn id-ditta u l-klijent li jiddikjaraw id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet, u termini oħra li fuqhom id-ditta trid tipprovdi servizzi lill-klijent. Id-drittijiet u d-dmirijiet tal-partijiet fil-kuntratt jistgħu jiġu inkorporati b’riferiment għal dokumenti jew testi legali oħra.

8.  Il-klijent irid jirċievi rapporti adegwati min għand id-ditta ta’ l-investiment dwar is-servizz ipprovvdut lill-klijenti. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, meta applikabbli, l-ispejjeż assoċjati mat-transazzjonijiet u s-servizzi midħula għalihom f’isem il-klijent.

9.  Fil-każijiet meta servizz ta’ investiment jiġi offrut bħala parti minn prodott finanzjarju li jkun diġà bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra tal-leġislazzjoni Komunitarja jew ta’ l-i standards komuni Ewropej li jkollhom x’jaqsmu ma’ istituzzjonijiet tal-kreditu u krediti tal-konsumaturi rigward l-istima tar-riskju tal-klijenti u/jew ħtiġijiet tat-tagħrif, dan is-servizz ma għandux ikun bla ħsara b’mod addizzjonali għall-obbligi ddikjarati f’dan l-Artikolu.

10.  Sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni meħtieġa ta’ l-investituri u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi minn 1 sa 8, il-Kummissjoni għandha tadotta ►M3  ————— ◄ miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex tiżgura illi d-ditti ta’ l-investiment jikkonformaw mal-prinċipji ddikjarati fihom meta jipprovdu servizzi ta’ investment jew servizzi anċillari lill-klijenti tagħhom. Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom iqisu:

(a) in-natura tas-servizz/i offrut/i jew ipprovvdut/i lill-klijent jew klijent potenzali, li jqisu t-tip, il-għan, id-daqs u l-frekwenza tat-transazzzjonijiet;

(b) in-natura ta’ l-istrumentri finanzjarji li jkunu qegħdin jiġu offruti jew ikkunsidrati;

(ċ) in-natura tax-xiri bl-imnut jew professjonali tal-klijent jew klijenti professjonali.

▼M3

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B

Artikolu 20

Il-Provvediment tas-servizzi permezz tal-medju ta’ ditta oħra ta’ l-investiment.

L-Istati Membri għandhom jippermettu ditta ta’ l-investment li, meta tirċievi struzzjoni biex twettaq ix-xogħol tas-servizzi ta’ investiment jew anċillari f’isem klijent permezz tal-medju ta’ ditta oħra ta’ l-investiment, tafda t-tagħrif lill-klijenti trasmess mid-ditta ta’ l-aħħar. Id-ditta ta’ l-investiment li tbejjen l-istruzzjonijiet trid tibqa’ responsabbli mill-kompletezza u l-eżattezza tat-tagħrif trasmess.

Id-ditta ta’ l-investiment li tirċievi struzzjoni sabiex tindaħal għal servizzi f’isem klijent f’din il-manjiera għandha tkun kapaċi wkoll li tafda kull rakkommandazzjoni rigward is-servizz jew it-transazzjoni li jkunu ġew ipprovvduti lill-klijent minn ditta oħra ta’ l-investiment. Id-ditta ta’ l-investiment li tbejjen l-istruzzjonijiet trid tibqa’ responsabbli minn kemm ikunu approprjati għall-klijent ir-rakkommandazzjonijiet jew il-pariri pprovvduti.

Id-ditta ta’ l-investiment li tirċievi struzzjonijiet jew ordnijiet ta’ klijent permezz tal-medju ta’ ditta oħra ta’ l-investiment għandha tibqa’ responsabbli mill-konklużjoni tas-servizz jew transazzjoni, imsejsin fuq kull tagħrif jew rakkommandazzjonijiet minn dawn, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 21

L-Obbligu li jitwettqu l-ordnijiet fuq l-iktar termini favorevoli għall-klijent

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jieħdu l-passi raġjonevoli kollha sabiex, meta jwettqu l-ordnijiet, jiksbu l-aħjar riżultat posibbli għall-klijenti tagħhom, wara li jqisu l-prezz, l-ispejjeż, il-ħeffa, il-probabbiltà tat-twettiq u tas-soluzzjoni tal-kontroversji, id-daqs, in-natura u kull konsiderazzjoni oħra għat-twettiq ta’ l-ordni. Madankollu, kulmeta jkun hemm istruzzjoni speċifika mill-klijent, id-ditta ta’ l-investiment għandha twettaq l-ordni wara struzzjoni speċifika.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ l-investiment li jistabbilixxu u jimplimentaw arranġamenti effettivi sabiex jikkonformaw mal-paragrafu 1. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jistabbilixxu u jimplimentaw politika tat-twettiq ta’ l-ordnijiet sabiex jippermetulhom li jiksbu, rigward l-ordnijiet tal-klijenti tagħhom, l-aħjar riżultat possibbli skond il-paragrafu 1.

3.  Il-politika tat-twettiq ta’ l-ordni għandha tinkludi, rigward kull klassi ta’ l-istrumenti, tagħrif dwar il-postijiet differenti tal-laqgħat meta ditta ta’ l-investiment twettaq l-ordnijiet tal-klijenti tagħha u l-fatturi li jaffettwaw il-għażla tal-post tal-laqgħat tat-twettiq. Għandha mill-inqas tinkludi dawk il-postijiet tal-laqgħat li jgħinu lid-ditta ta’ l-investiment tikseb fuq bażi konsistenti l-aħjar riżultat possibbli għat-twettiq ta’ l-ordnijiet tal-klijenti.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jipprovdu t-tagħrif approprjat lill-klijenti tagħhom dwar il-politika tagħhom tat-twettiq ta’ l-ordnijiet. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jiksbu l-kunsens minn qabel tal-klijenti tagħhom dwar il-politika tagħhom tat-twettiq.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, meta politika tat-twettiq tipprovdi l-possibbiltà li l-ordnijiet tal-klijenti jiġu mwettqa ‘l barra minn suq irregolat jew MTF, id-ditta ta’ l-investment għandha, b’mod partikolari, tgħarraf lill-klijenti tagħha dwar din il-possibbiltà. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jiksbu l-kunsens minn qabel tal-klijenti tagħhom qabel ma jipproċedu li jwettqu l-ordnijiet tagħhom ‘il barra minn suq irregolat jew MTF. Id-ditti ta’ l-investiment jistgħu jiksbu dan il-kunsens jew fil-għamla ta’ ftehim ġenerali jew fir-rigward ta’ transazzjonijiet individwali.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jimmonitorjaw l-effikaċja ta’ l-arranġamenti tagħhom għat-twettiq ta’ l-ordnijiet u l-politika tat-twettiq sabiex jidentifikaw u, meta approprjat, jikkorreġu kull defiċjenza. B’mod partikolari, għandhom jistmaw, fuq bażi regolari, jekk il-postijiet tal-laqgħat tat-twettiq inklużi fil-politika tat-twettiq ta’ l-ordnijiet, tipprovdix l-aħjar riżultat possibbli lill-klijent jew jekk jeħtiġux li jagħmlu bidliet lill-arranġamenti tagħhom tat-twettiq. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jinnotifikaw lill-klijenti dwar kull bidla materjali fl-arranġamenti tagħhom tat-twettiq ta’ l-ordnijiet jew fil-politika tat-twettiq.

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment jkunu kapaċi juru lill-kljenti tagħhom, fuq it-talba ta’ dawn, illi jkunu wettqu l-ordnijiet tagħhom skond il-politika tat-twettiq tad-ditta.

6.  Sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni meħtieġa lill-investituri, il-funzjonament ġust u bl-odni tas-swieq, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 3 u 4, il-Kummissjoni għandha tadotta ►M3  ————— ◄ miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw:

(a) il-kriterji sabiex tiġi stabbilita l-importanza relattiva tal-fatturi differenti li, skond il-paragrafu 1, jistgħu jitqiesu sabiex jiġi stabbilit l-aħjar riżultat possibbli filwaqt li jitqiesu d-daqs u t-tip ta’ l-ordni u n-natura tax-xiri bl-imnut jew professjonali tal-klijent;

(b) il-fatturi li jistgħu jitqiesu minn ditta ta’ l-investiment meta tagħmel rivista ta’ l-arranġamenti tagħha tat-twettiq u ċ-ċirkustanzi li fihom jistgħu jkunu approprjati l-bidliet għal dawn l-arranġamenti. B’mod partikolari, il-fatturi sabiex jistabbilixxu liema postijiet tal-laqgħat jgħinu lid-ditti ta’ l-investiment jiksbu fuq bażi konsistenti l-aħjar riżultat possibbli għat-twettiq ta’ l-ordnijiet tal-klijenti;

(ċ) in-natura u l-kobor tat-tagħrif li jrid jiġi pprovvdut lill-klijenti dwar il-politiki tagħhom tat-twettiq, skond il-paragrafu 3.

▼M3

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B

Artikolu 22

Ir-regoli tal-maniġġjar ta’ l-ordnijiet tal-klijenti

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment awtorizzati li jwettqu ordnijiet f’isem il-klijenti jimplimentaw il-proċeduri u l-arranġamenti li jipprovdu t-twettiq fil-pront, ġust u bil-ħeffa ta’ l-ordnijiet tal-klijenti, fejn jidħlu l-ordnijiet ta’ klijenti oħra jew l-interessi tal-kummerċ tad-ditta ta’ l-investiment.

Dawn il-poċeduri jew arranġamenti għandhom jippermettu it-twettiq ta’ ordnijiet tal-klijenti komparabbli xorta oħra skond iż-żmien tar-riċeviment tagħhom mid-ditta ta’ l-investiment.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, fil-każ ta’ ordni tal-limitu ta’ klijent rigward ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat li ma jkunux imwettqa minnufih skond il-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq, id-ditti ta’ l-investiment għandhom jieħdu miżuri, għajr jekk il-klijent jordnalhom espressament xorta oħra, sabiex jiffaċilitaw l-iktar twettiq bikri possibbli ta’ din l-ordni billi jagħmlu pubbliku minnufih din l-ordni tal-limitu tal-klijent f’manjiera li tkun aċċessibbli bla xkiel għal parteċipanti oħra fis-suq. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-ditti ta’ l-investiment jikkonformaw ma’ dan l-obbligu billi jittrasmettu l-ordni tal-limitu tal-klijent lil suq irregolat u/jew MTF. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligu li jagħmlu pubblika ordni tal-limitu li tkun kbira fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq kif stabbilit skond l-Artikolu 44(2).

3.  Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri tal-protezzjoni ta’ l-investituri, u l-funzjonament ġust u bl-ordni tas-swieq iqisu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tadotta ►M3  ————— ◄ miżuri ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu:

(a) il-kondizzjonijiet u n-natura tal-proċeduri u l-arranġamenti li jirriżultaw mit-twettiq fil-pront, ġust u bil-ħeffa ta’ l-ordnijiet tal-klijenti u s-sitwazzjonijiet li fihom id-ditti ta’ l-investiment jistgħu jiddevjaw b’mod raġjonevoli mit-twettiq fil-pront jew it-tipi ta’ transazzjonijiet għal dan sabiex jiksbu termini iktar favorevoli lill-klijenti;

(b) il-metodi differenti li permezz tagħhom ditta ta’ l-investiment tista’ tiġi meqjusa li tkun issodisfat l-obbligu tagħha li tiżvela lis-suq l-ordnijiet tal-limitu ta’ klijent li ma jkunu jistgħu jitwettqu minnufih.

▼M3

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B

Artikolu 23

L-Obbligi tad-ditti ta’ l-investiment meta jaħtru aġenti marbuta

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu ditta ta’ l-investiment taħtar aġenti marbuta għall-għanijiet li jippromwovu s-servizzi tad-ditta ta’ l-investiment, li jitolbu għall-kummerċ bil-ħerqa jew jirċievu ordnijiet minn għand il-klijenti jew klijenti potenzali u jittrasmettuhom, jagħtu post lil strumenti finanzjarji u jipprovdu pariri rigward dawn l-istrumenti u servizzi finanzjarji offruti mid-ditta ta’ l-investiment.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi meta ditta ta’ l-investiment tiddeċiedi li taħtar aġent marbut, tissokta responsabbli bis-sħiħ u mingħajr kondizzjoni għal kull azzjoni jew ommissjoni min-naħa ta’ l-aġent marbut meta jaġixxi f’isem id-ditta. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditta ta’ l-investiment li tiżgura illi aġent marbut jiżvela l-kapaċità li fiha jkun qiegħed jaġixxi u d-ditta li jkun qiegħed jirrappreżenta meta jikkuntattja klijent jew klijent potenzali jew qabel ma jinnegozja magħhom.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu, skond l-Artikolu 13(6), (7) u (8), lill-aġenti marbuta rreġistrati fit-territorju taghom li jamministraw il-flus u/jew l-istrumenti finanzjarji tal-klijenti f’isem jew fuq ir-responsabbiltà sħiħa tad-ditta ta’ l-investiment li għaliha jkunu qegħdin jaġixxu fit-territorju tagħhom jew, fil-każ ta’ ħidma li taqsam il-fruntieri, fit-territorju ta’ Stat Membru li jippermetti aġent marbut li jamministra l-flus tal-klijenti.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ l-investiment li jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ l-aġenti marbuta tagħhom sabiex jiżguraw li d-ditti jissoktaw jikkonformaw ma’ din id-Direttuva meta jaġixxu permezz ta’ l-aġenti marbuta.

▼M4

3.  Stati Membri li jiddeciedu li jippermettu li d-ditti tal-investiment jahtru agenti marbuta għandhom jistabbilixxu registru pubbliku. L-agenti marbuta għandhom ikunu rregistrati fir-registru pubbliku fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. L-AETS għandha tippubblika fuq il-website tagħha referenzi jew hyperlinks għar-registri pubblici stabbiliti skont dan l-Artikolu mill-Istati Membri li jiddeciedu li jippermettu lid-ditti tal-investiment jahtru agenti marbuta.

▼B

Meta Stat Membru li fih ikun stabbilit l-aġent marbut ikun iddeċieda, skond il-paragrafu 1, li ma jippermettix lid-ditti ta’ l-investiment awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu jaħtru aġenti marbuta, dawn l-aġenti marbuta għandhom jiġu rreġistrati ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tad-ditta ta’ l-investiment li taġixxi f’isimhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenti marbuta jiġu ammessi fir-reġistru pubbliku biss jekk ġie stabbilit li huma ta’ fama tajba biżżjjed u li jippossjiedu l-għerf ġenerali, kummerċjali u professjonali approprjat sabiex ikunu kapaċi li jikkomunikaw it-tagħrif rilevanti kollu bl-eżatt fejn jirrigwarda s-servizz propost lill-klijent jew lill-kljent potenzali.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ditta ta’ l-investiment tkun tista’ tivverifika jekk l-aġenti marbuta li tkun ħatret humiex ta’ fama tajba biżżejjed u jippossjedux il-għerf kif riferit fit-tielet sub-paragrafu.

Ir-reġistru għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Għandu jkun disponibbli pubblikament għall-konsultazzjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment li jaħtru aġenti marbuta jieħdu l-miżuri adegwati sabiex jevitaw kull impatt negattiv li jista’ jkollhom l-attivitajiet ta’ l-aġent marbut mhux koperti bl-iskop ta’ din id-Direttva u mwettqa mill-aġent marbut f’isem id-ditta ta’ l-investiment.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jikkollaboraw mad-ditti ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu, l-assoċjazzjonijiet tagħhom u entitajiet oħra rigward ir-reġistrazzjoni ta’ l-aġenti marbuta u jimmonitorjaw il-konformità ta’ l-aġenti marbura mal-ħtiġiet tal-paragrafu 3. B’mod partikolari, l-aġenti marbuta jistgħu jiġu rreġistrati minn ditta ta’ l-investiment, istituzzjoni tal-kreditu jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom u entitajiet oħra taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti.

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment jaħtru biss aġenti marbuta mdaħħla fir-reġistri pubbliċi riferiti fil-paragrafu 3.

6.  L-Istati Membri jistgħu jirrinfurzaw il-ħtiġiet iddikjarati f’dan l-Artikolu jew iżidu ħtiġiet oħra għall-aġenti marbuta rreġistrati fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

Artikolu 24

It-Transazzjonijiet imwettqa mal-kontropartijiet eliġibbli

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-ditti ta’ l-investment awtorizzati li jwettqu ordnijiet f’isem il-klijenti u/jew jinnegozjaw akkont tagħhom infushom u/jew jirċievu u jittrasmettu l-ordnijiet, jistgħu jaslu għal transazzjonijiet jew jidħlu għalihom ma’ kontropartijiet eliġibbli mingħajr ma jkunu obbligati li jikkonformaw ma’ l-obbligi skond l-Artikoli 19, 21 u 22(1) rigward dawn it-transazzjonijiet jew rigward kull servizz anċillari li jkollu x’jaqsam direttament ma’ dawn it-transazzjonijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkonoxxu bħala kontropartijiet eliġibbli għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu lid-ditti ta’ l-investiment, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-kumpanniji ta’ l-assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra awtorizzati jew irregolati bil-leġislazzjoni Komunitarja jew il-liġijiet ta’ Stat Membru, l-impriżi eżentati mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva skond l-Artikolu 2(1)(k) u (1), il-gvernijiet nazzjonali u l-uffiċċji korispondenti tagħhom inklużi l-korpi pubbliċi li jinnegozjaw id-dejn pubbliku, il-banek ċentrali u l-organizzazzjonijiet supra-nazzjonali.

Il-klassifika bħala kontroparti eliġibbli skond l-ewwel sub-paragrafu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ dawn l-entitajiet li jitolbu, jew f’għamla ġenerali jew fuq il-bażi ta’ kummerċ b’kummerċ, trattament bħall-klijenti li l-kummerċ tagħhom mad-ditta ta’ l-investment huwa bla ħsara għall-Artikoli 19, 21 u 22.

3.  L-Istati Membri jistgħu jikkonoxxu wkoll bħala kontropartijiet eliġibbli impriżi oħra li jissodisfaw ħtiġiet ipproporzjonat stabbiliti minn qabel, inklużi l-għetiebi kwantitattivi. Fl-eventwalità ta’ transazzjoni meta l-kontropartijiet prospettivi jkunu lokati f’ġurisdizzjonijiet differenti, id-ditta ta’ l-investiment għandha tiddifferixxi għall-istatus ta’ l-impriża l-oħra kif stabbilit bil-liġijiet jew il-miżuri ta’ l-Istat Membru li fih tkun stabbilita din l-impriża.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, meta tidħol fi transazzjonijiet skond il-paragrafu 1 ma’ dawn l-imprizżi, id-ditta ta’ l-investiment tikseb il-konferma espressa mill-kontroparti prospettiva li taqbel li tiġi ttrattata bħala kontroparti eliġibbli. L-Istati Membri għandhom jippermettu lid-ditti ta’ l-investiment li jiksbu din il-konferma jew fil-għamla ta’ ftehim ġenerali jew rigward kull waħda mit-transazzjonijiet individwali.

4.  L-Istati Membri jistgħu jikkonoxxu bħala kontrapartijiet eliġibbli entitajiet ekwivalenti għal dawk il-kategoriji ta’ entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2.

L-Istati Membri jistgħu jikkonoxxu wkoll bħala kontropartijiet eliġibbli impriżi ta’ pajjiżi terzi bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 fuq l-istess kondizzjonijiet u bla ħsara għall-istess ħtiġiet bħal dawk stabbiliti fil-paragrafu 3.

5.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 2, 3 u 4 fid-dawl tal-prattika tinbidel tas-suq u sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma effettiva tas-suq waħdieni, il-Kummissjoni tista’ tadotta ►M3  ————— ◄ miżuri ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu:

(a) il-proċeduri għat-talba ta’ trattament bħala klijenti skond il-paragrafu 2;

(b) il-proċeduri sabiex tinkiseb il-konferma espressa minn għand il-kontropartijiet prospettivi skond il-paragrafu 3;

(ċ) il-ħtiġiet ipproporzjonati stabbiliti minn qabel, inklużi l-għetiebi kwantitattivi li jippermettu li mpriża tiġi kkunsidata bħala kontroparti eliġibbli skond il-paragrafu 3.

▼M3

Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B



Taqsima 3

It-Trasparenza u l-integrità tas-suq

Artikolu 25

L-Obbligu li tkun rispettata l-integrità tas-suq, jiġu rrappurtati t-transazzjonijiet u jinżammu r-reġistri

▼M4

1.  Mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet sabiex jiġu infurzati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar il-kummerċ minn ġewwa u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) ( 29 ), l-Istati Membri kkoordinati mill-AETS skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti miżuri xierqa sabiex jippermettu lill-awtorità kompetenti timmonitorja l-attivitajiet tad-ditti tal-investiment sabiex jiġi żgurat li jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali u b’mod li jippromwovi l-integrità tas-suq.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti tal-investiment iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, għal mill-inqas ħames snin, id-data rilevanti li jkollha x’taqsam mat-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji li jkunu wettqu, sewwa f’isimhom stess u sewwa f’isem klijent. Fil-każ tat-transazzjonijiet imwettqa f’isem klijenti, ir-reġistri għandu jkun fihom it-tagħrif u d-dettalji kollha dwar l-identità tal-klijent, u t-tagħrif meħtieġ skont id-Direttiva 2005/60/KE.

L-AETStista’ titlob access għal dik l-informazzjoni skont il-procedura u skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ l-investiment li jwettqu transazzjonijiet f’kull strument finanzjarju ammess għall-kummerċ f’suq irregolat li jirrappurtaw id-dettalji ta’ dawn it-transazzjonijiet lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun, u mhux iktar tard mill-għeluq tal-ġurnata tax-xogħol ta’ wara. Dan l-obbligu għandu japplika sewwa jekk it-transazzjonijiet jitwettqu f’suq irregolat u sewwa jekk le.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu, skond l-Artikolu 58, l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-awtorità kompetenti tas-suq l-iktar rilevanti f’termini ta’ likwidità rigward dawn l-istrumenti finanzjarji tirċievi wkoll dan it-tagħrif.

4.  Ir-rapporti għandhom, b’mod partikolari, jinkludu d-dettalji ta’ l-ismijiet u n-numri ta’ l-istrumenti mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tat-twettiq u l-prezzijiet tat-transazzjonijiet u l-mezzi sabiex jiġu identifkati d-ditti interessati ta’ l-investiment.

5.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li jsiru rapporti mill-awtorità kompeenti jew mid-ditta ta’ l-investiment infisha, minn parti terza li taġixxi f’isimha jew minn sistema li tqabbel il-kummerċ jew tar-rappurtaġġ approvati mill-awtorità kompetenti jew mis-suq irregolat jew MTF li permezz tagħhom tkun ġiet ikkompletata t-transazzjoni. Fil-każijiet meta t-transazzjonijiet jiġu rrappurtati direttament lill-awtorità kompetenti minn suq irregolat, MTF jew sistema tat-tqabbil tal-kummerċ jew tar-rappurtaġġ approvati mill-awtorità kompetenti, jista’ jiġi rrinunzjat l-obbligu fuq id-ditta ta’ l-investment stabbilit fil-paragrafu 3.

6.  Meta, skond l-Artikolu 32(7), ir-rapporti pprovvduti skond dan l-Artikolu jiġu trasmessi lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur, din għandha tittrasmetti dan it-tagħrif lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tad-ditta ta’ l-investment, għajr jekk tiddeċiedi li ma tridu tirċievi dan it-tagħrif.

7.  Sabiex jiġi żgurat illi l-miżuri tal-protezzjoni ta’ l-integrità tas-suq jiġu mmodifikati sabiex iqisu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi minn 1 sa 5, il-Kummissjoni tista’ tadotta ►M3  ————— ◄ il-miżuri ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-metodi u l-arranġamenti sabiex jirrappurtaw it-transazzjonijit finanzjarji, il-għamla u l-kontenut ta’ dawn ir-rapporti u l-kriterji sabiex jiddefinixxu s-suq rilevanti skond il-paragrafu 3. ►M3  Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2). ◄

Artikolu 26

Il-Monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tal-MTF u ma’ l-obbligi legali l-oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi, rilevanti għall-MTF, għall-monitoraġġ regolari tal-konformità mill-utenti tagħhom mar-regoli tagħhom. Id-ditti ta’ l-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF għandhom jimmonitorjaw it-transazzjonijiet midħula għalihom skond is-sistemi tagħhom sabiex jidentifikaw kontravenzjonijiet ta’ dawn ir-regoli, il-kondizzjonijiet jew il-kondotta diżordinati tan-negozji li jistgħu jivolvu abbuż tas-suq.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lid-ditti ta’ l-investiment jew lill-operaturi tas-suq li joperaw MTF li jirrappurtaw il-kontravenzjonijiet sinifikanti tar-regoli tagħha jew il-kondizzjonijiet jew il-kondotta diżordinati tal-kummerċ li jistgħu jinvolvu abbuż tas-suq għall-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll illi d-ditti ta’ l-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF ifornu t-tagħrif rilevanti mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti sabiex jiġi ivestigat u mħarrek l-abbuż tas-suq u sabiex tiġi pprovvduta assistenza sħiħa lil din ta’ l-aħħar fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ l-abbuż tas-suq li jiġri fuq jew ġewwa s-sistemi tagħha.

Artikolu 27

L-Obbligu tad-ditti ta’ l-investiment li jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet sodi

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-internalizzaturi sistemtiċi l-ishma li jippubblikaw kwotazzjoni soda f’dawk l-ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat li għalihom ikunu internalizzaturi sistematiċi u li għalihom ikun hemm suq likwidu. Fil-każ ta’ l-ishma li għalihom ma jkunx hemm suq likwidu, l-internalizzaturi sistematiċi għandhom jiżvelaw il-kwotazzjonijiet lill klijenti tagħhom fuq talba.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-internalizzaturi sistematiċi meta jinnegozjaw daqsijiet sad-daqs standard tas-suq. L-internalizzaturi sistematiċi li jinnegozjaw biss daqsijiet ogħla mid-daqs standard tas-suq ma għandhomx ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jiddeċiedu d-daqs jew id-daqsijiet li għalihom iridu jikkwotaw. Fejn jidħol sehem partikolari, kull kwotazzjoni għandha tinkludi offerta soda u/jew il-prezz jew il-prezzijiet ta’ l-offerta għad-daqs jew id-daqsijiet li jistgħu jkunu sad-daqs standard tas-suq għall-klassi ta’ l-ishma li għalihom jappartijieni s-sehem. Il-prezz jew il-prezzijiet għandhom jirriflettu wkoll il-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq għal dan is-sehem.

L-ishma għandhom jiġu ggruppati fi klassijiet fuq il-bażi tal-valur medju aritmetiku ta’ l-ordnijiet inwettqa fis-suq għal dan is-sehem. Id-daqs standard tas-suq għal kull klassi ta’ ishma għandu jkun daqs rappreżentattiv tal-valur medju aritmetiku ta’ l-ordnijiet imwettqa fis-suq għall-ishma inklużi f’kull klassi ta’ ishma.

Is-suq għal kull sehem għandu jikkonsisti fl-ordnijiet kollha mwettqa fl-Unjoni Ewropea rigward dan is-sehem bl-esklużjoni ta’ dawk li jkunu kbar fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dan is-sehem.

▼M4

2.  L-awtorità kompetenti tas-suq l-iktar relevanti f’termini ta’ likwidità kif iddefinita fl-Artikolu 25 għal kull sehem għandha tistabbilixxi għal kull sehem għall-inqas kull sena, fuq il-bażi tal-valur medju aritmetiku tal-ordnijiet imwettqa fis-suq rigward dan is-sehem, il-klassi tal-ishma li għalih jappartjeni. Dan it-tagħrif għandu jsir pubbliku għall-partecipanti kollha tas-suq u jiġi trasmess lill-AETS, li għandha tippublikah fuq il-website tagħha.

▼B

3.  L-internalizzaturi sistematii għandhom jagħmlu pubbliċi l-kwotazzjonijiet tagħhom fuq bażi regolari u kontinwu matul il-ħinijiet normali tax-xogħol. Għandhom ikunu intitolati li jaġġornaw il-kwotazzjonijiet tagħhom f’kull ħin. Għandhom ikunu permessi wkoll, fuq kondizzjonijiet eċċezzjonali tas-suq, li jirtiraw il-kwotazzjonijiet tagħhom.

Il-kwotazzjoni għandha tintgħamel pubblika f’manjiera li tkun aċċessibbli bla xkiel lill-parteċipanti l-oħra tas-suq fuq bażi kummerċjali raġjonevoli.

L-internalizzaturi sistematiċi għandhom iwettqu, fiwaqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet iddikjarati fl-Artikolu 21, l-ordnijiet li jirċievu minn għand il-klijenti tagħhom tax-xiri bl-imnut f’relazzjoni ma’ l-ishma li għalihom ikunu internalizzaturi sistematiċi bil-prezzijiet ikkwotati fil-ħin tar-riċeviment ta’ l-ordni.

L-internalizzaturi sistematiċi għandhom iwettqu l-ordnijiet li jirċievu minn għand il-klijenti tagħhom professjonali f’relazzjoni ma’ l-ishma li għalihom ikunu internalizzaturi sistematiċi bil-prezzijiet ikkwotati fil-ħin tar-riċeviment ta’ l-ordni. Madankollu, jistgħu jwettqu dawn l-ordnijiet bi prezzijiet aħjar f’każijiet iġġustifikati sakemm dan il-prezz jinżel għal firxa pubblika qrib il-kondizzjonijiet tas-suq u sakemm l-ordnijiet ikunu ta’ daqs ikbar mid-daqs is-soltu midħul għalih minn investitur tax-xiri bl-imnut.

Iktar minn hekk, l-internalizzaturei sistematiċi jistgħu jwettqu l-ordnijiet li jiċievu minn għand il-klijenti professjonali tagħhom bi prezzijiet differenti mill-prezzijiet ikkwotati tagħhom mingħajr ma jkllhom għalfejn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet sabbiliti fir-raba’ sub-paragrafu, rigward it-transazzjonijiet meta t-twettiq f’numru ta’ titoli jkun parti minn transazzjoni waħda jew rigward l-ordnijiet li jkunu bla ħsara għal kondizzjonijiet oħra għajr il-prezz korrenti tas-suq.

Meta internalizzatur sistematiku li jikkwota kwotazzjoni waħda jew l-ogħla kwotazzjoni tiegħu tkun iktar baxxa mid-daqs standard tas-suq jirċievi ordni minn għand klijent dwar daqs ikbar mid-daqs tal-kwotazzjoni tagħha, imma iktar baxxa mid-daqs standard tas-suq, jista’ jiddeċiedi li jwettaq dik il-parti mill-ordni li taqbeż id-daqs tal-kwotazzjoni, sakemm tkun imwettqa bil-prezz ikkwotat, għajr meta permess xorta oħra skond il-kondizjonijiet taż-żewġ sub-paragrafi ta’ qabel. Meta internalizzatur sistematiku jkun qiegħed jagħmel kwotazzjonijiet f’daqsijiet differenti u jirċievi ordni bejn dawn id-daqsijiet, li jagħżel li jwettaq, għandu jwettaq l-ordni f’wieħed mill-prezzijiet ikkwotati f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 22, għajr meta permess xorta oħra skond il-kondizzjonijiet taż-żewġ sub-paragrafi ta’ qabel.

4.  L-awtorità kompetenti għandha tiċċekkja:

(a) li d-ditti ta’ l-investiment jaġġornaw regolarment l-offerta ta’ prezz u/jew il-prezzijiet offruti ppubblikati skond il-paragrafu 1 u jżommu l-prezzjiet li jirriflettu l-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq;

(b) li d-ditti ta’ l-investiment jikkonformaw mal-kondizzjonijiet għat-titjib tal-prezzijiet stabbiliti fir-raba’ sub-paragrafu tal-paragrafu 3.

5.  L-internalizzaturi sistematiċi għandhom ikunu permessi li jiddeċiedu, fuq il-bażi tal-politika kummerċjali tagħhom u f’manjiera oġġettiva u mhux diskriminatorja, l-investituri li lilhom jagħtu aċċess għall-kwotazzonijiet tagħhom. Għal dan il-fini, għandu jkun hemm standards ċari sabiex jiġi rregolat l-aċċess għall-kwotazzjonijiet tagħhom. L-internalizzaturi sistematiċi jistgħu jirrifjutaw li jidħlu għal jew ma jissoktawx relazzjonijiet tal-kummerċ ma’ investituri fuq il-bażi ta’ konsiderazzjonijiet kummerċjali bħalma huma l-istatus tal-kreditu ta’ l-investitur, ir-riskju tal-kontropartijiet u s-soluzzjoni tal-kontroversji finali tat-transazzjoni.

6.  Sabiex jiġi llimitat ir-riskju li jkunu esposti għal transazzjonijiet multipli mill-istess klient, l-internalizzaturi sistematiċi għandhom ikunu permessi li jillimitaw f’manjiera mhux diskriminatorja n-numru tat-transazzjonijiet minn għand l-istess klijent li jindaħlu li jidħlu għalihom fuq il-kondizzjonijiet ippubblikati. Għandhom jiġu permessi wkoll, f’manjiera mhux diskriminatorja u skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 22, li jillimtaw in-numru totali tat-transazzjonijiet minn għand klijenti differenti fl-istess ħin sakem dan jiġi permess biss meta n-numru u/jew il-volum ta’ l-ordnijiet imfittxa mill-klijenti jaqbeż in-norma.

7.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi minn 1 sa 8, f’manjiera li ssostni l-valutazzjoni effiċjenti ta’ l-ishma u tiġi mmassimizzata l-possibbiltà li d-ditti ta’ l-ivestiment jiksbu l-aħjar kummerċ għall-klijenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta ►M3  ————— ◄ miżuri ta’ implimentazzjoni li:

(a) jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġu applikati l-paragrafi 1 u 2;

(b) jispeċifikaw il-kriterji sabiex jistabbilixxu meta tiġi ppubblikata kwotazzjoni fuq bażi regolari u kontinwa u tkun aċċessibbli bla xkiel kif ukoll il-mezzi li bihom id-ditti ta’ l-investiment jistgħu jikkonformaw ma’ l-obbligi tagħhom sabiex jagħmlu l-kwotazzjonijiet tagħhom pubbliċi, li għandhom jinkludu l-possibbiltajiet li ġejjin:

(i) permezz tal-faċilitajiet ta’ kull suq irregolat li jkun daħħal l-istrument fil-kwistjoni għall-kummerċ;

(ii) permezz ta’ l-uffiċċji ta’ parti terza;

(iii) permezz ta’ arranġamenti proprjetarji;

(ċ) jispeċifikaw il-kriterji ġenerali sabiex jiġu stabbiliti dawn it-transazzjonijiet meta t-twettiq ta’ numru ta’ titoli jkun parti minn transazzjoni waħda jew ordnijiet li jkunu bla ħsara għal kondizzjonijiet oħra għajr il-prezz korrenti tas-suq;

(d) jispeċifikaw il-kriterji ġenerali sabiex jiġi stabbilit dak li jista’ jiġi kkunsidrat bħala ċirkostanzi eċċezzjonali tas-suq li jippermettu l-irtirar tal-kwotazzjonijiet kif ukoll il-kondizzjonijiet sabiex jiġu aġġornati l-kwotazzjonijiet;

(e) jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġi stabbilit liema hu d-daqs is-soltu midħul għalih minn investitur tax-xiri bl-imnut.

(f) jispeċifikaw il-kriterji sabiex jistabbilixxu x’jikkostitwixxi li tinqabeż b’mod konsidrevoli n-norma kif iddikjarata fil-paragrafu 6;

(g) jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġi stabbilit meta l-prezzjijiet jaqgħu għal firxa pubblika qrib il-kondizzjonijiet tas-suq.

▼M3

Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B

Artikolu 28

L-Iżvelar ta’ wara l-kummerċ mid-ditti ta’ l-investiment

1.  L-Istati Membri għandhom, għall-inqas, jeħtieġu lid-ditti ta’ l-investiment li, jew akkont tagħhom infushom jew f’isem il-klijenti, jikkonkludu transazzjonijiet f’ishma ammessi għall-kummerċi f’suq irregolat ‘il barra minn suq irregolat jew MTF, li jagħmlu pibbliċi l-volum u l-prezz ta’ dawn it-transazzjonijiet u ż-żmien meta kienu konklużi. Dan it-tagħrif għandu jintgħamel pubbliku qrib iż-żmien reali kemm jista’ jkun, fuq bażi kummerċjali raġjonevolment, u f’manjiera aċċessiobbli bla xkiel għall-parteċipanti fis-suq.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi t-tagħrif li jintgħamel pubbliku skond il-paragrafu 1 u l-limiti taż-żmien li fihom jiġi ppubblikat jikkonformaw mal-ħtiġiet adottati skond l-Artikolu 45. Meta l-miżuri adottati skond l-Artikolu 45 jipprovdu rappurtaġġ iddifferit għal ċerti kategoriji ta’ transazzjonijiet fl-ishma, din il-possibbiltà għandha tapplika mutatis mutandis għal dawn it-transazzjonijiet meta midħula għalihom ‘il barra mis-swieq irregolati jew il-MTFs.

3.  Sabiex jitqies il-funzjonament trasparenti u bl-ordni tas-swieq u l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta ►M3  ————— ◄ miżuri ta’ implimentazzjoni li:

(a) jispeċifikaw il-mezzi li bihom id-ditti ta’ l-investiment jistgħu jikkonformaw ma’ l-obbligi tagħhom skond il-paragrafu 1, inklużi l-possibbiltajiet li ġejjin:

(i) permezz tal-facilitajiet ta’ kull suq irregolat li jkun ammetta l-istrument fil-kwistjoni għall-kummerċ jew peremezz tal-faċilitajiet ta’ MTF li fiha s-sehem fil-kwistjoni jiġi kkummerċjat;

(ii) permezz ta’ l-uffiċċji ta’ parti terza;

(iii) permezz ta’ arranġamenti proprjetarji;

(b) jiċċaraw l-applikazzjoni ta’ l-obbligu skond il-paragrafu 1 għat-transazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ l-ishma għall-kollaterali, għas-self jew għal għanijiet oħra meta l-iskambju ta’ l-ishma jkun stabbilit minn fatturi oħra għajr il-valutazzjoni korrenti tas-suq tas-sehem.

▼M3

Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B

Artikolu 29

Il-Ħtiġiet ta’ trasparenza ta’ qabel il-kummerċ għall-MTFs

1.  L-Istati Membri għandhom, għall-inqas, jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jagħmlu pubbliċi l-offerta korrenti u l-prezzijiet ta’ l-offerti u l-qawwa ta’ l-interessi tal-kummerċ f’dawn il-prezzijiet li jkunu ppubbliċizzati permezz tas-sistemi tagħhom rigward l-ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli għall-pubbliku fuq termini kummerċjalment raġjonevoli u fuq bażi kontinwu matul il-ħijiniet normali tax-xogħol.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jirrinunzjaw għall-obbligu għad-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li joperaw MTF sabiex jagħmlu pubbliku t-tagħrif riferit fil-paragrafu 1, imsejjes fuq il-mudell tas-suq jew it-tip u d-daqs ta’ l-ordnijiet fil-każijiet iddefiniti skond il-paragrafu 3. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jirrinunzjaw għall-obbligu rigward it-transazzjonijiet li jkunu kbar fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għas-sehem jew għat-tip ta’ sehem fil-kwistjoni.

3.  Sabiex titqies l-applikazzjoni uniforni tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tadotta ►M3  ————— ◄ miżuri ta’ implimentazzjoni rigward:

(a) tintgħamel pubblika l-firxa ta’ l-offerta ta’ prezz u l-offerti jew il-kwotazzjonijiet ta’ min ikun innominat li jagħmel is-suq u l-qawwa ta’ l-interess fil-kummerċ b’dawn il-prezzijiet;

(b) id-daqs jew it-tip ta’ l-ordnijiet li għalihom jista’ jiġi rrinunzjat l-iżvelar ta’ qabel inkummerċ skond il-paragrafu 2;

(ċ) il-mudell tas-suq li għalih jista’ jiġi rrinunzjat l-iżvelar ta’ qabel il-kummerċ skond il-paragrafu 2 u, b’mod partikolari, l-applikabbiltà ta’ l-obbligu rigward il-metodi tal-kummerċ operat minn MTF li jikkonkludu t-transazzjonijiet fuq ir-regoli tagħhom b’riferiment għall-prezzijiet stabbiliti ‘l barra mis-sistemi tal-MTF jew b’irkant perjodiku.

Għajr meta ġġustifikat min-natura speċifika tal-MTF, il-kontenut ta’ dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandu jkun egwali għal dak tal-miżuri ta’ implimentazzjoni pprovduti fl-Artikolu 44 għas-swieq irregolati.

▼M3

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B

Artikolu 30

Il-Ħtiġiet tat-trasparenza ta’ wara l-kummerċ għall-MTFs

1.  L-Istati Membri għandhom, għall-inqas, jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jagħmlu pubbliċi l-prezz, il-volum u l-ħin tat-transazzjonijiet imwettqa skond is-sistemi tagħhom rigward l-ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-dettalji ta’ dawn it-transazzjonijiet kollha jintgħamlu pubbliċi, fuq bażi kummerċjali raġjonevoli, qrib kemm jista’ jkun taż-żmien reali. Din il-ħtieġa ma għandhiex tapplika għad-dettalji tan-negozji mwettqa fuq MTF li jintgħamlu pubbliċi skond is-sistemi ta’ suq iregolat.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtorità kompetenti tkun tista’ tawtorizza lid-ditti ta’ l-investiment jew lill-operaturi tas-suq li joperaw MTF sabiex jipprovdu l-pubblikazzjoni ddifferita tad-dettalji tat-transazzjonijiet imsejsa fuq it-tip jew id-daqs tagħhom. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni ddifferita rigward it-transazzjonijiet li jkunu kbar fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dan is-sehem jew klassi ta’ ishma. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-MTFs jiksbu l-approvazzjoni minn qabel ta’ l-awtorità kompetenti għall-arranġamenti proposti rigward il-pubblikazzjoni ddifferita tal-kummerċ, u għandhom jeħtieġu li dawn l-arranġamenti jkunu żvelati biċ-ċar lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku li jkun qiegħed jinvesti.

3.  Sabiex jiġi pprovvdut il-funzjonament effiċjenti u bl-odni tas-swieq finanzjarji, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tadotta ►M3  ————— ◄ miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw:

(a) _l-iskop u l-kontenut tat-tagħrif li jrid jiġi magħmul disponibbli għall-pubbliku;

(b) il-kondizzjonijiet li fuqhom id-ditti ta’ l-investiment jew l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jistgħu jipprovdu l-pubblikazzjoni ddifferita tan-negozji u l-kriterji li jridu jiġu applikati meta jkunu qegħdin jiġu deċiżi t-transazzjonijiet li għalihom tiġi permessa l-pubblikazzjoni ddifferita minħabba d-daqs tagħhom jew it-tip ta’ sehem involut.

Għajr meta ġġustifikat min-natura speċifika tal-MTF, il-kontenut ta’ dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandu jkun egwali għal dak tal-miżuri ta’ implimentazzjoni pprovdut fl-Artikolu 45 għas-swieq irregolati.

▼M3

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B



IL-KAPITOLU III

ID-DRITTIJIET TAD-DITTI TA’ L-INVESTIMENT

Artikolu 31

Il-Libertà li jiġu pprovvduti servizzi u attivitajiet ta’ investiment

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull ditta ta’ investiment awtorizzata u ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor skond din id-Direttiva, u rigward l-istituzzjonijiet tal-kreditu skond id-Direttiva 2000/2/KE, jistgħu jwettqu b’mod liberu s-servizzi u/jew l-attivitajiet ta’ l-investiment kif ukoll servizzi anċillari ġewwa t-territorji tagħhom, sakemm dawn is-servizzi u attivitajiet ikunu koperti bl-awtorizzazzjoni tagħha. Is-servizzi anċillari jistgħu jiġu pprovvduti biss flimkien ma’ servizz u/jew attivita ta’ investiment.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu ħtiġiet addizzjonali fuq din id-ditta ta’ l-investiment jew istituzzjoni tal-kreditu rigward il-materji koperti b’din id-Direttiva.

2.  Kull ditta ta’ l-investiment li tkun tixtieq tipprovdi servizzi jew attivitajiet ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru iħor għall-ewwel darba, jew li tixtieq li tibdel il-firxa tas-servizzi jew ta’ l-attivitajiet hekk ipprovduti, għandha tikkomunika t-tagħrif li ġej lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post:

(a) l-Istat Membru li fih ikun beħsiebha topera;

(b) programm ta’ l-operati li jiddikjara b’mod partikolari is-servizzi u/jew l-attivitajiet ta’ investiment kif ukoll is-servizzi anċillari li tkun beħsiebha twettaq u jekk ikunx beħsiebha tuża aġenti marbuta fit-territorju ta’ l-Istati Membri li fihom ikun beħsiebha li tipprovdi servizzi.

▼M4

Fil-każijiet fejn ditta tal-investiment ikun biħsiebha tuża aġenti marbuta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-post tad-ditta tal-investiment għandha tikkomunika, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitant u fi żmien raġjonevoli, l-identità tal-aġenti marbuta li d-ditta tal-investiment ikun biħsiebha tuża f’dan l-Istat Membru. L-Istat Membru ospitant jista’ jagħmel dan it-tagħrif pubbliku. L-AETS tista’ titlob access għal dik l-informazzjoni skont il-procedura u skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

3.  L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi t-tagħrif, tibagħtu lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur innominata bħala l-punt tal-kuntatt skond l-Artikolu 56(1). Id-ditta ta’ l-investiment tista’ mbagħad tibda s-servizz jew is-servizzi ta’ investiment interessatti fl-Istat Membru ospitatur.

4.  Fl-eventwalità ta’ bidla f’kull waħda mill-partikolaritajiet ikkomunikati skond il-paragrafu 2, ditta ta’ l-investiment għandha tagħti avviż bil-miktub ta’ din il-bidla lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post mill-inqas xahar qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur b’dawn il-bidliet.

5.  L-Istati Membri għandhom, mingħajr iktar ħtieġa legali jew amministrattiva, jippermettu lid-ditti ta’ l-investiment u lill-opeaturi tas-suq li joperaw il-MTFs minn Stati Membri oħra li jipprovdu l-arranġamenti approprjati fit-territorju tagħhom sabiex jiffaċilitaw l-aċċess u l-użu tas-sistemi tagħhom mill-utenti remoti jew mill-parteċipanti stabbiliti fit-territorju tagħhom.

6.  Id-ditta ta’ l-investiment jew l-operatur tas-suq li jopera MTF għandhom jikkomunkaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tagħhom l-Istat Membru fejn ikun beħsiebhom jipprovdu dawn l-arranġamenti. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-MTF għandu jikkomunika, fi żmien xahar, dan it-tagħrif lill Istat Membru li fih il-MTF ikun beħsiebha li tipprovdi dawn l-arranġamenti.

Fuq it-talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur tal-MTF u f’dewmien raġjonevoli, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membri tal-post tal-MTF għandha tikkomunika l-identità tal-membri jew tal-parteċipanti tal-MTF stabbilita f’dan l-Istat Membru.

▼M4

7.  Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 2, 4 u 6.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 3, 4 u 6.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 32

L-Istabbiliment ta’ fergħa

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu pprovvduti s-servizzi u/jew l-attivitahiet ta’ investiment kif ukoll is-servizzi anċillari ġewwa t-territorji tagħhom skond din id-Direttiva u d-Direttiva 2000/12/KE permezz ta’ l-istabbiliment ta’ fergħa sakemm dawn is-servizzi u attivitajiet ikunu koperti bl-awtorizzazzjoni konċessa lid-ditta ta’ l-investiment jew lill-istituzzjoni tal-kreditu fl-Istat Membru tal-post. Is-servizzi anċillari jistgħu jiġu pprovvduti biss flimkien ma’ servizz u/jew attivita ta’ investiment.

L-Istati Membri ma għandhomx jimponu ħtiġiet addizzjonali għajr dawk permessi skond il-paragrafu 7, fuq l-organizzazzjoni u l-operat tal-fergħa rigward il-materji koperti b’din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil kull ditta ta’ investiment li tixtieq tistabbilixxi fergħa ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru ieħor li l-ewwel tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tagħha u tipprovdiha bit-tagħrif li ġej:

(a) l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom tippjana li tistabbilixxi fergħa;

(b) programm ta’ l-operati li jiddikjara fost ħwejjeġ oħra s-servizzi u/jew l-attivitajiet ta’ investiment kif ukoll is-servizzi anċillari li jridu jiġu offruti u l-istruttura organizzativa tal-fergħa u li jindika jekk il-fergħa jkunx beħsiebha tuża aġenti marbuta;

(ċ) l-indirizz fl-Istat Membru ospitatur li minn għandu jistgħu jinkisbu d-dokumenti;

(d) l-ismijiet ta’ dawk responabbli mill-ġestjoni tal-fergħa.

Fil-każijiet meta ditta ta’ l-investiment tuża aġent marbut stabbilit fi Stat Membru ‘l barra mill-Istat Membru tal-post tagħha, dan l-aġent marbut għandu jiġi assimilat fil-fergħa u għandu jkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fejn jidħlu l-friegħi.

3.  Għajr jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post ikollha raġuni sabiex tiddubita l-adekwatezza ta’ l-istruttura amministrattiva jew tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ ditta ta’ l-investiment, filwaqt li tqis l-attivitajiet previsti, għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu, tikkomunika dan it-tagħrif skond l-Artikolu 56(1) u tgħarraf lid-ditta ta’ l-investiment interessata kif jixraq.

4.  B’żieda mat-tagħrif riferit fil-paragrafu 7, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha tikkomunika d-dettalji ta’ l-iskema akkreditata tal-kumpens li tagħha d-ditta ta’ l-investment tkun membru skond id-Direttiva 97/9/K lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur. Fl-eventwalità ta’ bidla fil-partikolaritajiet, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur kif jixraq.

5.  Meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tirrifjuta li tikkomunika t-tagħrif lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur, għandha tagħti r-raġunijiet tar-rifjut tagħha lid-ditta ta’ l-investimnt interessata fi żmien tliet xur minn meta tirċievi t-tagħrif kollu.

6.  Malli tirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur jew fin-nuqqas ta’ din il-komunikazzjoni minn din ta’ l-aħħar l-iktar tard wara xahrejn mid-data tat-trasmissjoni tal-komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post, il-fergħa tista’ tiġi stabbilita u tibda l-kummerċ.

7.  L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih tkun lokata l-fergħa għandu jassumi r-responsabbiltà sabiex jiġi żgurat illi s-servizzi pprovvduti mill-fergħa fit-territorju tiegħu jikkonformaw ma’ l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 19, 21, 22, 25, 27 u 28 u l-miżuri adottati skond dawn.

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn tkun lokata l-fergħa għandu jkollha d-dritt li teżamina l-arranġamenti tal-fergħa u li titlob dawk il-bidliet li jkunu meħtieġa strettament sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti li tinforza l-obbligi skond l-Artikoli 19, 21, 22, 25, 27 u 28 u l-miżuri adottati skond dawn rigward is-servizzi u/jew l-attivitajiet ipprovvduti mill-fergħa fit-territorju ta’ l-awtorità kompetenti.

8.  Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jipprovdi illi, meta ditta ta’ l-investiment awtorizzata fi Stat Membru ieħor tkun stabbiliet fergħa ġewwa t-territorju tiegħu, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tad-ditta ta’ l-investiment tista’ twettaq, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħha u wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post, spezzjonijiet fuq il-post f’din il-fergħa.

9.  Fl-eventwalità ta’ bidla f’kull tagħrif ikkomunikat skond il-paragrafu 2, ditta ta’ l-investiment għandha tagħti avviż bil-miktub ta’ din il-bidla lill awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post mill-inqas xahar qabel ma timplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur għandha tiġi mgħarrfa b’din il-bidla mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post.

▼M4

10.  Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikata skont il-paragrafi 2, 4 u 9.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tizgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tizviluppa abbozz ta’ standards teknici biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proceduri għat-trasmissjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafi 3 u 9.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 33

L-aċċess għas-swieq irregolati

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ l-investiment minn Stati Membri oħra li jkunu awtorizzati li jwettqu ordnijiet tal-klijenti jew li jinnegozjaw akkont tagħhom infushom ikollhom id-dritt għas-sħubija jew għall-aċċess tas-swieq irregolati fit-territorju tagħhom permezz ta’ kull arranġament li ġej:

(a) li jistabbilixxu, b’mod dirett, friegħi fl-Istati Membri ospitaturi;

(b) li jsiru membri remoti jew li jkollhom aċċess għas-swieq irregolati mingħajr ma jkollhom għalfejn jiġu stabbliti fl-Istat Membru tal-post tas-suq irregolat, fejn il-proċeduri u s-sistemi tal-kummerċ tas-suq fil-kwistjoni ma jeħtiġux il-preżenza fiżika sabiex jiġu konklużi transazzjonijiet f’dan is-suq.

2.  L-Istati Membri ma għandhom jimponu l-ebda ħtieġa regolatorja jew amministrattiva addizzjonali, rigward il-materji koperti b’din id-Direttiva, fuq id-ditti ta’ l-investiment li jeżerċitaw id-dritt ikkonferit bil-paragrafu 1.

Artikolu 34

L-Aċċess għall-kontroparti ċentrali, il-mod kif jiġu kklerjati u solvuti l-faċilitajiet u d-dritt li tiġi ddisinjata sistema tas-soluzzjoni tal-kontroversji

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ l-investiment minn Stati Membri oħra jkollhom id-dritt ta’ l-aċċess għal kontroparti ċentrali, sistemi tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji fit-territorju tagħhom għall-għanijiet li jiġu ffinalizzati jew li tiġi rranġata l-finalizzazzjoni tat-transazzjonijiet fl-istumenti finanzjarji.

L-Istati Membri għandhom jeħrieġu illi l-aċċess ta’ dawn id-ditti ta’ l-investment għal dawn il-faċilitajiet ikunu bla ħsara għall-istess kriterji mhux diskriminatorji, trasparenti u oġġettivi li japplikaw għall-parteċipanti lokali. L-Istati Membri ma għandhomx jirrestrinġu l-użu ta’ dawn il-faċilitajiet rigward il-clearance u s-soluzzjoni tal-kontroversji tat-transzzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji midħula għalihom f’suq irregolat jew MTF fit-territorju tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq irregolati fit-territorju tagħhom joffru lill-membri jew lill-parteċipanti kollha tagħhom id-dritt li jaħtru s-sistema għas-soluzzjoni tal-kontroversji tat-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji midħula għalihom f’dan is-suq irregolat, bla ħsara għal:

(a) dawk ir-rabtiet u arranġamenti bejn is-sistema tas-soluzzjoni tal-kontroversji maħtura u kull sistema jew faċilità oħra li jkunu meħieġa sabiex tiġi żgurata s-soluzzjoni tal-kontroversji ekonomiċi u effiċjenti tat-transazzjoni fil-kwistjoni; u

(a) il-ftehim mill-awtorità kompetenti responsabbli mis-sorveljanza tas-suq irregolat li l-kondizzjonijiet tekniċi għas-soluzzjoni tal-kontroversji tat-transazzjonijiet konklużi fis-suq irregolat permezz ta’ sistema differenti tas-soluzzjoni tal-kontroversji għajr dik maħtura mis-suq irregolat ikunu hekk li jippermettu l-funzjonament bla xkiel u bl-ordni tas-swieq finanzjarji.

Din l-istma tas-suq irregolat mill-awtorità kompetenti għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-banek ċentrali nazzjonali bħala sorveljaturi tas-sistemi tas-soluzzjoni tal-kontroversji u awtoritajiet oħra solveljanti fuq dawn is-sistemi. L-awtorità kompetenti għandha tqis is-sorveljanza diġà eċerċitata minn dawn l-istituzzjonijiet sabiex tevita d-duplikazzjoni mhux mistħoqqa tal-kontroll.

3.  Id-drittijiet td-ditti ta’ l-investment skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-operaturi tal-kontroparti ċentrali, is-sistemi tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji tat-titoli li jirrifjutaw għal raġunijiet kummerċjali leġittimi li jagħmlu disponibbli s-servizzi mitluba.

Artikolu 35

Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-komtroparti ċentrali, l-arranġamenti tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji rigward il-MTFs

1.  L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjienu d-ditti ta’ l-investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF milli jidħlu f’arranġamenti approprjati ma’ kontraparti ċentrali, uffiċċju tal-clearance u sistema tas-soluzzjoni tal-kontroversji fi Stat Membru ieħor bil-ħsieb li jipprovdu l-clearance jew is-soluzzjoni ta’ kontroversji dwar uħud mit-transazzjonijiet jew it-transazzjonijiet kollha konklużi mill-parteċipanti tas-suq skond is-sistemi tagħhom.

2.  L-awtorità kompetenti tad-ditti ta’ l-investiment u ta’ l-operaturi tas-suq li joperaw MTF ma jistgħux jopponu l-użu ta’ kontroparti ċentrali, l-uffiċċji tal-clearance u/jew is-sistemi tas-soluzzjoni tal-kontroversji fi Stat Membru ieħor għajr meta dan ikun jista jiġi muri meħtieġ sabiex jinżamm il-funzjonament bl-ordni ta’ dan l-MTF u jitqiesu l-kondizzjonijiet tas-sistemi tas-soluzzjoni tal-kontroversji stabbiliti fl-Artikolu 34(2).

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux mistħoqqa tal-kontroll, l-awtorità kompetenti għandha tqis is-sorveljanza tas-sistema tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji diġà eżerċitata mill-banek ċentrali bħala sorveljanti tas-sistemi tal-clearnce u tas-soluzzjoni tal-kontroversji jew minn awtoritajiet oħra sorveljanti bil-kompetenza f’dawn is-sistemi.



IT-TITOLU III

IS-SWIEQ IRREGOLATI

Artikolu 36

L-Awtorizzazzjoni u l-liġijiet applikabbli

1.  L-Istati Membri għandhom jirriservaw awtorizzazzjoni bħala suq irregolat għal dawk is-sistemi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.

L-awtorizzazzjoni bħala suq irregolat għandha tiġi konċessa biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta illi kemm l-operatur tas-suq u kemm is-sistemi tas-suq irregolat jikkonformaw għall-inqas mal-ħtiġiet stabbiliti f’dan it-Titolu.

Fil-każ li suq irregolat ikun persuna legali u li jkun amministrat jew operat minn operatur tas-suq għajr is-suq irregolat innifsu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif l-obbligi differenti imposti fuq l-operatur tas-suq skond din id-Drettiva jridu jiġu allokati bejn is-suq irregolat u l-operatur tas-suq.

L-operatur ta’ suq irregolat għandu jipprovdi t-tagħrif kollu, inkluż programm ta’ l-operati li jiddikjara, fost ħwejjeġ oħra, it-tipi tal-kummerċ previsti u l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni, meħtieġa sabiex jgħinu lill-awtorità kompetenti li tissodisfa ruħha illi s-suq irregolat ikun stabbilixxa, fiż-żmien ta’ l-awtorizzazzjoni inizjali, l-arranġamenti kollha meħtieġa sabiex jissodisfa l-obbligi skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operatur ta’ suq irregolat li jwettaq kompiti li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-organizzazzjoni u l-operat tas-suq irregolat taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jżommu taħt rivista regolari l-konformità tas-swieq irregolati mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu. Għandhom jiżguraw ukoll illi l-awtoritajiet kompetenti jimmnitorjaw illi s-swieq irregolati jikkonfrmaw il-ħin kollu mal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazjni inizjali stabbiliti skond dan it-Titolu.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-operatur tas-suq ikun responsbbli li jiżgura illi s-suq irregolat li jamministra jikkonforma mal-ħtiġiet kollha skond dan it-Titolu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll illi l-operatur tas-suq ikun intitolat li jeżerċita d-drittijiet li jikkorrispondu mas-suq irregolat li jamministra bis-saħħa ta’ din id-Direttiva.

4.  Mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva 2003/6/KE, il-liġijiet pubbliċi li jirregolaw il-kummerċ kondott taħt is-sistemi tas-suq irregolat għandhom ikunu dawk ta’ l-Istat Membru tal-post tas-suq irregolat.

5.  L-awtorità kompetenti tista’ tirtira l-awtorizzazzjoni maħruġa lil suq irregolat meta:

(a) ma jagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, jirrinunzja espressament l-awtorizzazzjoni jew ma jkunx ħadem fis-sitt xhur ta’ qabel, għajr jekk l-Istat Membru interessat ikun ipprovda illi f’dawn il-każijiet l-awtorizzazzjoni tiskadi;

(b) ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi jagħmel dikjarazzjonijiet foloz jew minħabba kull mezz ieħor mhux regolari;

(ċ) ma jissodisfax iktar il-kondizzjonijiet li fuqhom ikun ġie konċess l-awtorizzazzjoni;

(d) ikun kiser b’mod gravi u sistematiku d-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva;

(e) jidħol f’xi wieħed mill-każijiet meta l-liġijiet nazzjonali jipprodu għall-irtirar.

▼M4

6.  L-AETS għandha tigi nnotifikata bi kwalunkwe rtirar ta’ awtorizzazzjoni.

▼B

Artikolu 37

Il-Ħtiġiet għall-ġestjoni tas-suq irregolat

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-persuni li jmexxu b’mod effettiv il-kummerċ u l-operati ta’ suq irregolat ikunu ta’ fama tajba u ta’ esperejenza biżżejjed sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tas-suq irregolat. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll illi l-operatur tas-suq irregolat jgħarraf lill-awtorità kompetenti bl-identità u kull bidla sossegwenti tal-persuni li jidderieġu l-kummerċ u l-operati sas-suq irregolat b’mod effettiv.

L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li tapprova l-bidliet proposti meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jiġu murija sabiex temmen illi joħolqu tehdida materjali lill-ġestjoni u l-operat sodi u prudenti tas-suq irregolat.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, fil-proċess ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ suq irregolat, il-persuna jew il-persuni li jidderieġu b’mod effettiv il-kummerċ u l-operat ta’ suq irregolat diġà awtorizzat skond il-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jitqiesu li jikkonfrmaw mal-ħtiġiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 38

Il-Ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu mal-persuni li jeżerċitaw inflwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tas-suq irregolat

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-persuni li jkunu f’pożizzjoni li jeżerċitaw, direttament jew indirettament, influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni tas-suq irregolat ikunu xierqa.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi tas-suq irregolat:

(a) li jipprovdu lill-awtorità kompetenti, u li jagħmlu pubbliku, it-tagħrif li jirrigwarda l-pussess tas-suq irregolat u/jew l-operatur tas-suq, u b’mod partikolari, l-identità u d-daqs ta’ l-interessi ta’ kull parti f’pożizzjoni li teżerċita influwenza sinifikanti fuq il-ġestjoni;

(b) li jgħarrfu lill-awtorità kompetenti u jagħmlu pubbliku kull trasferiment tal-pussess li joħloq bidla fl-identità tal-persuni li jeżerċitaw influwenza sinifikanti fuq l-operat tas-suq irregolat.

3.  L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li tapprova l-bidliet proposti għall-interessi tal-kontroll tas-suq irregolat u/jew ta’ l-operatur tas-suq meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi u li jistgħu jiġu murija sabiex temmen illi jistgħu joħolqu tehdida għall-ġestjoni u l-operat sodi u prudenti tas-suq irregolat.

Artikolu 39

Il-Ħtiġiet organizzattivi

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq irregolat:

(a) ikollu l-arranġamenti sabiex jidentifika b’mod ċar u jamministra l-konsegwenzi negattivi potenzali, rigward il-ħidma tas-suq irregolat jew tal-partċipanti tiegħu, rigward kull konflit ta’ interess bejn l-interess tas-suq irregolat, tas-sidien tiegħu jew ta’ l-operatur u l-funzjonament sod tas-suq irregolat, u b’mod partikolari meta dawn il-konflitti ta’ interess jistgħu jiġu ppruvati ta’ preġudizzju għat-twetiq ta’ kull funzjoni ddelegata lis-suq irregolat mill-awtorità kompetenti.

(b) li jkun imgħammar b’mod adegwat sabiex jamministra r-riskji li għalihom ikun espost, li jimplimenta l-arranġamenti u s-sistemi approprjati sabiex jidentifika r-riskji għall-ħidma tiegħu u li jqiegħed f’posthom miżuri effettivi sabiex itaffi dawn ir-riskji;

(ċ) li jkollu l-arranġamenti għall-ġestjoni soda ta’ l-operati tekniċi tas-sistema, inkluż l-istabbilment ta’ arranġamenti ffettivi ta’ kontinġenza sabiex ilaħħaq mar-riskji tad-diżordnijiet tas-sistemi;

(d) li jkollu r-regoli u l-proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali li jipprovdu għall-kummerċ ġust u bl-ordni u li jistabbilixxu l-kriterji għat-twettiq effiċjenti ta’ l-ordnijiet;

(e) li jkollu l-arranġamenti effettivi sabiex jiffaċilitaw il-finalizzazzjoni effiċjenti u f’waqtha tat-transazzjonijiet imwettqa taħt is-sistemi tiegħu;

(f) li jkollu disponibbli, fil-ħin ta’ l-awtorizzazzjoni u fuq bażi dejjem għaddej, ir-riżorsi finanzjarji biżżejjed sabiex jiffaċilita l-funzjonament bl-ordni tiegħu, filwaqt li jqis in-natura u l-kobor tat-transazzjonijiet konklużi fis-suq u l-firxa u l-livell tar-riskji li għalihom ikun espost.

Artikolu 40

L-Ammissjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji għall-kummerċ

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq irregolati jkollhom regoli ċari u trasparenti rigward l-ammissjoni għall-kummerċ ta’ l-istrumenti finanzjarji.

Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw illi kull strument finanzjarju ammess għall-kummerċ f’suq irregolat ikun kapaċi li jiġi kkummerċjat f’manjiera ġusta, bl-ordni u effiċjenti u, fil-każ tat-titoli trasferibbli jkunu jistgħu jiġu kkummerċjati fil-libertà.

2.  Fil-każ tad-derivattivi, ir-regoli għandhom jiżguraw b’mod partikolari illi d-disinn tal-kuntratt tad-derivattivi jippermetti għall-għoti tal-prezz tiegħu bl-ordni kif ukoll għall-eżistenza ta’ kondizzjonijiet effettivi għas-soluzzjoni tal-kontroversji.

3.  B’żieda ma’ l-obbligi ddikjarati fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq irregolat jistabbilixxi u jżomm arranġamenti effettivi sabiex jivverifika li dawk li joħorġu t-titoli trasferibbli li jiġu ammessi għall-kummerċ fis-suq irregolat jikkonformaw ma’ l-obbligi tagħhom skond il-liġijiet Komunitarji rigward l-obbligi inizjali, għaddejja jew ad hoc ta’ l-iżvelar.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi s-suq ikkontrollat jistabbilixxi arranġamenti li jiffaċilitaw lill-membri jew lill-parteċipanti tiegħu li jiksbu aċċess għat-tagħrif li jkun ġie magħmul pubbliku skond il-liġijiet Komunitarji.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-swieq irregolati jkunu stabbilew l-arranġamenti meħtieġa sabiex jagħmlu rivista b’mod regolari tal-konformità mal-ħtriġiet ta’ l-ammissjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji li huma jammettu għall-kummerċ.

5.  Titolu trasferibbli li jkun ġie ammess għall-kummerċ f’suq ikkontrollat jista’ jiġi ammess sossegwentement għall-kummerċ fi swieq irregolati oħra, saħansitra mingħajr il-kunsens ta’ min joħorġu u f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’. … dwar il-prospett li jrid jiġi ppubblikat meta t-titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE ( 30 ). Min joħroġ it-titoli għandu jiġi mgħarraf mis-suq irregolat dwar il-fatt illi t-titoli jkunu qegħdin jiġu kkummerċjati f’dan is-suq irregolat. Min joħroġ it-titoli ma għands jkun soġġett għall-ebda obbligu li jippovdi t-tagħrif meħtieġ skond il-paragrafu 3 rigward kull suq irregolat li jkun ammetta t-titoli ta’ min ikun ħariġhom għall-kummerċ minghajr il-kunsens tiegħu.

6.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniforni tal-paragrafi minn 1 sa 5, il-Kummissjoni għandha tadotta ►M3  ————— ◄ , miżuri ta’ implimentazzjoni li:

(a) jispeċifikaw il-karatteristiċi tal-klassijiet differenti ta’ l-istrumenti li jridu jitqiesu mis-suq irregolat meta jiġi stmat jekk strument ikunx maħruġ f’manjiera konsistenti mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 1 sabiex jiġi ammess għall-kummerċ fis-segmenti differenti tas-suq li jopera;

(b) jiċċaraw l-arranġamenti li s-suq iregolat irid jimplimenta sabiex jiġi kkunsidrat li wettaq l-obbligi tiegħu li jivverifika illi min joħroġ titolu trasferibbli tas-sigurtà jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu skond il-liġijiet Komunitarji rigward l-obbligi inizjali, għaddejja jew a d hoc ta’ l-iżvelar;

(ċ) jiċċaraw l-arranġamenti li s-suq irregolat irid jistabbilixxi skond il-paragrafu 3 sabiex jiffaċilitaw lill-membri jew lill-parteċipanti tiegħu li jiksbu aċċess għat-tagħrif li jkun ġie magħmul pubbliku fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġijiet Komunitarji.

▼M3

Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B

Artikolu 41

Is-Sospensjoni u t-tneħħija ta’ l-istrumenti mil-kummerċ

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 50(2)(j) u (k) li tiddomanda s-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ strument mil-kummerċ, l-operatur tas-suq iregolat jista’ jissospendi jew ineħħi mil-kummerċ strument finanzjarju li ma jikkonformax iktar mar-regoli tas-suq irregolat għajr jekk dan il-pass x’aktarx li jikkawża ħsara sinifikanti lill-interessi ta’ l-investituri jew lill-funzjonament bl-ordni tas-suq.

Minkejja l-possibbiltà li l-operaturi tas-swieq ikkontrollati jgħarrfu b’mod dirett lill-operaturi tas-swieq irregolati l-oħra, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li operatur ta’ suq irregolat jissospendi jew ineħħi mil-kummerċ strument finanzjarju jagħmel pubblika din id-deċiżjoni u jikkomunka t-tagħrif rilevanti lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenrti għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra.

▼M4

2.  Awtorità kompetenti li titlob li jkun hemm is-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ strument finanzjarju mill-kummerċ f’suq irregolat jew iktar għandha tagħmel pubblika d-deċiżjoni tagħha u tgħarraf lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. Ħlief meta dan x’aktarx li jikkawża ħsara sinifikanti lill-interessi tal-investituri jew lill-funzjonament bl-ordni tas-suq intern, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra għandhom jitolbu li jkun hemm is-sospensjoni jew it-tneħħija ta’ dan l-istrument finanzjarju mill-kummerċ fis-swieq irregolati u l-MTFs li joperaw taħt is-superviżjoni tagħhom.

▼B

Artikolu 42

L-aċċess għas-suq irregolat

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-suq irregolat jistabbilixxi u jżomm regoli trasparenti u mhux diskriminatorji, imsejsa fuq kriterji oġġettivi, li jirregolaw l-aċċess għas-suq irregolat jew is-sħubija fih.

2.  Dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw kull obbligu għall-membri jew għall-parteċipanti li joħroġ minn:

(a) il-kostituzzjoni u l-amministrazzjoni tas-suq irregolat;

(b) ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mat-transazzjonijiet tas-suq;

(ċ) l-i standards professjonali imposti fuq il-personal tad-ditti ta’ l-investiment jew ta’ l-istitituzzjonijiet tal-kreditu li jkunu joperaw fis-suq;

(d) il-kondizzjonijiet stabbiliti, għal membri jew għall-parteċipanti oħra għajr id-ditti ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu, skond il-paragrafu 3;

(e) ir-regoli u l-proċeduri għall-clearance u s-soluzzjoni tal-kontroversji fit-transazzjonijiet konklużi fis-suq irregolat.

3.  Is-swieq irregolati jistgħu jammettu bħala membri jew parteċipanti ditti ta’ l-investiment, istituzzjonijiet tal-kreditu awtorizzati skond id-Direttiva 2000/12/KE u persuni oħra li:

(a) huma xierqa u sewwa;

(b) għandhom livell biżżejjeb ta’ l-abbiltà għall-kummerċ u kompetenza fih;

(ċ) għandhom, meta japplika, ħtiġiet organizzattivi adegwati:

(d) għandhom biżżejjed riżorsi għar-rwol li jridu jwettqu, fil-waqt li jitqiesu l-arranġamenti finanzjarji differenti li jkun sata’ stabbilixxa s-suq irregolat sabiex jiggarantixxi s-soluzzjoni adegwata tal-kontroversji fit-transazzjonijiet.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, rigward it-transazzjonijiet konklużi f’suq irregolat, il-membri u l-parteċipanti mhumiex meħtieġa li japplikaw lil xulxin l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 19, 21 u 22. Madankollu, il-membri jew il-parteċipanti tas-suq irregolat għandhom japplikaw l-obbligi pprovvduti fl-Artikoli 19, 21 u 22 rigward il-klijenti tagħhom meta, filwaqt li jaġixxu f’isem il-klijenti tagħhom, iwettqu l-ordnijiet tagħhom f’suq irregolat.

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-regoli dwar l-aċċess għas-suq irregolat jew is-sħubija fih jipprovdu l-parteċipazzjoni diretta jew remota tad-ditti ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu.

6.  L-Istati Membri għandhom, mingħajr iktar ħtieġa legali jew amministrattiva, jippermettu lis-swieq irregolati mill-Istati Membri l-oħra li jipprovdu l-arranġamenti approprjati fit-territorju tagħhom sabiex jiffaċilitaw l-aċċess għal dawn is-swieq u l-kummerċ fihom minn membri remoti jew mill-parteċipanti stabbiliti fit-territorju tagħhom.

▼M4

Is-suq irregolat għandu jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domicilju l-Istat Membru li fih ikun bihsiebu jipprovdi dawn l-arrangamenti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika, fi żmien xahar, din l-informazzjoni lill-Istat Membru li fih is-suq irregolat ikun beħsiebu jipprovdi dawn l-arranġamenti. L-AETitoliS tista’ titlob access għal dik l-informazzjoni skont il-procedura u skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tas-suq irregolat għandha, fuq it-talba ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur u fi żmien raġjonevoli, tikkomunika l-identità tal-membri jew tal-parteċipanti tas-suq irregolat stabbilit f’dan l-Istat Membru.

7.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operatur tas-suq irregolat jikkomunika, fuq bażi regolari, il-lista tal-membri u tal-parteċipanti fis-suq irregolat lill-aworità kompetenti tas-suq irregolat.

Artikolu 43

Il-Monitoraġġ tal-konformità mar-regoli tas-suq irregolat u ma’ l-obbligi legali l-oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi s-swieq irregolati jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi għall-monitoraġġ effettv mill-membri jew mill-parteċipanti tagħhom tal-konformità mar-regoli tagħhom. Is-swieq irregolati għandhom jimmonitorjaw it-transazzjonijiet midħula għalihom mill-membri jew mill-parteċipanti tagħhom skond is-sistemi tagħhom sabiex jidentifkaw kontravenzjonijiet rigward dawn ir-regoli, u l-kondizzjonijiet jew il-kondotta diżordinati tan-negozji li jistgħu jinvolvu abbuż tas-suq.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-operaturi tas-suq li jirrappurtaw il-kontravenzjonijiet sinifikanti kontra r-regoli tagħhom jew il-kondizzjonijiet jew il-kondotta diżordinati tal-kummerċ li jisgħtu jinvolvu abbuż tas-suq lill-awtorità kompetenti tas-suq irregolat. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll illi l-operatur tas-suq irregolat iforni t-tagħrif rilevanti mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti sabiex jiġi investigat u pprosegwit l-abbuż tas-suq fis-suq irregolat u sabiex tiġi pprovvduta l-assistenza sħiħa lil dan ta’ l-aħħar fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ l-abbuż tas-suq li jiġri fuq jew ġewwa s-sistemi tas-suq irregolat.

Artikolu 44

Il-Ħtiġiet tat-trasparenza ta’ qabel il-kummerċ għas-swieq irregolati

1.  L-Istati Membri għandhom, għall-inqas, jeħtieġu illi s-swieq irregolati jagħmlu pubbliċi l-offerta korrenti tal-prezzijiet u l-prezzijiet ta’ l-offerti u kemm ikunu fil-fond l-interessi tal-kummerċ f’dawk il-prezzijiet li jkunu ppubbliċizzati permezz tas-sistemi tagħhom rigward l-ishma ammessi għall-kummerċ. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li dan it-tagħrif jiġi magħmul disponibbli lill-pubbliku fuq termini kummerċjali raġjonevoli u fuq bażi kontinwu matul il-ħinijiet normali tax-xogħol.

Is-swieq irregolati jistgħu jagħtu l-aċċess, fuq termini kummerċjali reġjonevoli u fuq bażi mhux diskriminatorju, għall-arranġamenti li jimplegaw sabiex jagħmlu pubbliku t-tagħrif skond l-ewwel sub-paragrafu lid-ditti ta’ l-investment li jkunu obbligati jippubblikaw il-kwotazzjonjiet tagħhom fl-ishma skond l-Artikolu 27.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jirrinunzaw għall-obbligu għas-swieq irregolati li jagħmlu pubbliku t-tagħrif riferit fil-paragrafu 1, imsejjes fuq il-mudell tas-suq jew it-tip u d-daqs ta’ l-ordnijiet fil-każijiet iddefiniti skond il-paragrafu 3. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jirrinunzjaw għall-obbligu rigward it-transazzjonijiet li jkunu kbar fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għas-sehem jew għat-tip ta’ sehem fil-kwistjoni.

3.  Sabiex titqies l-applikazzjoni uniforni tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tadotta ►M3  ————— ◄ , miżuri ta’ implimentazzjoni rigward:

(a) il-firxa ta’ l-offerta tal-prezz u l-offerti jew il-kwotazzjonijiet ta’ min ikun innominat li jagħmel is-suq u l-qawwa ta’ l-interess fil-kummerċ b’dawn il-prezzijiet, li trid tintgħamel pubblika;

(b) id-daqs jew it-tip ta’ l-ordnijiet li għalihom jista’ jiġi rrinunzjat l-iżvelar ta’ qabel il-kummerċ skond il-paragrafu 2;

(ċ) il-mudell tas-suq li għalih jista’ jiġi rrinunzjat l-iżvelar ta’ qabel il-kummerċ skond il-paragrafu 2 u, b’mod partikolari, l-applikabbiltà ta’ l-obbligu rigward il-metodi tal-kummerċ operat mis-swieq irregolati li jikkonkludu t-transazzjonijiet skond ir-regoli tagħhom b’riferiment għall-prezzijiet stabbiliti ‘l barra mis-suq irregolat jew b’irkant perjodiku.

▼M3

Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B

Artikolu 45

Il-Ħtiġiet tat-trasparenza ta’ wara l-kummerċ għas-swieq irregolati

1.  L-Istati Membri għandhom, għall-inqas, jeħtieġu illi s-swieq irregolati jagħmlu pubbliċi l-prezz, il-volum u ż-żmien tat-transazzjonijiet imwettqa rigward l-ishma ammessi għall-kummerċ. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-dettalji ta’ dawn it-transazzjonijiet kollha jintgħamlu pubbliċi, fuq bażi kummerċjali raġjonevoli, qrib kemm jista’ jkun taż-żmien reali.

Is-swieq irregolati jistgħu jagħtu aċċess, fuq termini kummerċjali reġjonevoli u fuq bażi mhux diskriminatorju, għall-arranġamenti li jimpjegaw sabiex jagħmlu pubbliku t-tagħrif skond l-ewwel sub-paragrafu lid-ditti ta’ l-investment li jkunu obbligati jippubblikaw id-dettalji tat-transazzjonijiet tagħhom fl-ishma skond l-Artikolu 28.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtorità kompetenti tkun tista’ tawtorizza lis-swieq irregolati sabiex jipprovdu l-pubblikazzjoni ddifferita tad-dettalji tat-transazzjonijiet imsejsa fuq it-tip jew id-daqs tagħhom. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-pubblikazzjoni ddifferita rigward it-transazzjonijiet li jkunu kbar fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq għal dan is-sehem jew klassi ta’ ishma. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-swieq irregolati jiksbu l-approvazzjoni minn qabel ta’ l-awtorità kompetenti għall-arranġamenti proposti rigward il-pubblikazzjoni ddifferita tal-kummerċ, u għandhom jeħtieġu li dawn l-arranġamenti jkunu żvelati biċ-ċar lill-parteċipanti tas-suq u lill-pubbliku li jkun qiegħed jinvesti.

3.  Sabiex jiġi pprovvdut il-funzjonament effiċjenti u bl-ordni tas-swieq finanzjarji, u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tadotta ►M3  ————— ◄ , miżuri ta’ implimentazzjoni li jirrigwardaw:

(a) l-iskop u l-kontenut tat-tagħrif li jrid jiġi magħmul disponibbli għall-pubbliku;

(b) il-kondizzjonijiet li fuqhom is-suq irregolat ikun jista’ jipprovdi l-pubblikazzjoni ddifferita tan-negozji u l-kriterji li jridu jiġu applikati meta jkunu qegħdin jiġu deċiżi t-transazzjonijiet li għalihom tiġi permessa l-pubblikazzjoni ddifferita minħabba d-daqs tagħhom jew it-tip ta’ sehem involut.

▼M3

Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2).

▼B

Artikolu 46

Id-Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontroparti ċentrali u l-arranġamenti tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji

1.  L-Istati Membri ma għandhomx jipprevjienu lis-swieq irregolati milli jidħlu f’arranġamenti approprjati ma’ kontraparti ċentrali, uffiċċju tal-clearance u sistema tas-soluzzjoni tal-kontroversji fi Stat Membru ieħor bil-ħsieb li jipprovdu l-clearance u/jew is-soluzzjoni ta’ kontroversji dwar uħud mit-transazzjonijiet jew it-transazzjonijiet kollha konklużi mill-parteċipanti tas-suq skond is-sistemi tagħhom.

2.  L-awtorità kompetenti ta’ suq irregolat ma tistax topponi l-użu ta’ kontroparti ċentrali, l-uffiċċji tal-clearance u/jew is-sistemi tas-soluzzjoni tal-kontroversji fi Stat Membru ieħor għajr meta dan ikun jista’ jiġi muri meħtieġ sabiex jinżamm il-funzjonament bl-ordni ta’ dan is-suq irregolat u jitqiesu l-kondizzjonijiet tas-sistemi tas-soluzzjoni tal-kontroversji stabbiliti fl-Artikolu 34(2).

Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux mistħoqqa tal-kontroll, l-awtorità kompetenti għandha tqis is-supeviżjoni/sorveljanza tas-sistema tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji diġà eżerċitata mill-banek ċentrali bħala sorveljanti tas-sistemi tal-clearance u tas-soluzzjoni tal-kontroversji jew minn awtoritajiet oħra sorveljanti bil-kompetenza fejn jidħlu dawn is-sistemi.

▼M4

Artikolu 47

Lista ta’ swieq regolati

Kull wiehed mill-Istati Membri għandu jfassal lista tas-swieq regolati li għalihom ikun l-Istat Membru tad-domiċilju u għandu jibgħat din il-lista lill-Istati Membri l-ohra u lill-AETS. Għandha tigi effettwata komunikazzjoni simili rigward kull bidla f’dik il-lista. L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tas-swieq kollha regolati fuq il-website tagħha.

▼B



IT-TITOLU IV

L-AWTORIAJIET KOMPETENTI



IL-KAPITOLU I

IN-NOMINA, IL-POTERI U L-PROĊEDURI GĦAR-RIPARAZZJONI

Artikolu 48

In-Nomina ta’ l-awtoritajiet kompetenti

▼M4

1.  Kull Stat Membru għandu jahtar l-awtoritajiet kompetenti li għandhom iwettqu d-dmirijiet previsti f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-ohra bl-identità tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jinfurzaw kull wiehed minn dawn id-dmirijiet, u b’kull taqsim ta’ dawn id-dmirijiet.

▼B

2.  L-awtoritajiet kompetenti riferiti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu awtoritajiet pubbliċi, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu ddelegati kompiti lil entitajiet oħra meta dan ikun ipprovvdut espressament fl-Artikoli 5(5), 16(3), 17(2) u 23(4).

Kull delega ta’ kompiti lil entatjiet oħra għajr lill-awtoritajiet riferiti fil-paragrafu 1 ma jistgħu jinvolvu la l-eżerċizzju ta’ l-awtorità pubblika u lanqas l-użu tal-poteri deskrezzjonali tal-ġudizzju. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, qabel id-delega, l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-passi raġjonevoli kollha sabiex jiżguraw illi l-entità li lilha jridu jiġu ddelegati l-kompiti jkollha l-kapaċità u r-riżorsi sabiex twettaq b’mod effettiv il-kompiti kollha u li din id-delega ssir biss jekk ikun ġie stabbilit qafas iddefinit biċ-ċar u ddokumentat għall-eżerċizzju ta’ kull kompitu ddelegat filwaqt li jiġu ddikjarati l-kompiti li jridu jiġu midħula għalihom u l-kondizzjonijiet li fuqhom iridu jitwettqu. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu klawsola li tobbliga lill-entità fil-kwistjoni li taġixxi u tiġi organizzata f’manjiera hekk illi jiġi evitat il-konflitt ta’ l-interess u sabiex it-tagħrif miksub mit-twettiq tal-kompiti ddelegati ma jintużax b’mod mhux ġust jew li jipprevjieni l-kompetizzjoni. Ikun xi jkun il-każ, ir-responsabbiltà aħħarija għas-sorveljanza tat-tħaris ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri tagħha ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti nnominati skond il-paragrafu 1.

▼M4

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra dwar kull arranġament li jidħlu fih rigward id-delega tal-kompiti, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw din id-delega.

3.  L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġoranata lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fil-website tagħha.

▼B

Artikolu 49

Il-Koperazzjoni bejn l-awtoritajiet fl-istess Stat Membru

Jekk Stat Membru jinnomina iktar minn awtorità kompetenti waħda u jinforza dispożizzjoni minn din id-Direttiva, għandhom jiġu ddefiniti biċ-ċar ir-rwoli rispettivi tagħhom u għandhom jikkoperaw mill-qrib.

Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jeħtieġ illi din il-koperazzjoni ssir ukoll bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva u ta’ l-awtoritajiet kompetenti responsabbli f’dan l-Istat Membru mis-sorveljanza ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u oħrajn, il-fondi tal-pensjonijiet, l-UCITS, l-intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni u l-assigurazzjoni mill-ġdid u l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw kull tagħrif li jkun essenzali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.

Artikolu 50

Il-Poteri li jridu jsiru disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw il-poteri kollha tas-sorveljanza u l-investigazzjoni li jkunu meħtieġa għall-eżeċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Ġewwa l-limiti pprovvduti fl-oqfsa legali nazzjonali tagħhom għandhom jeżerċitaw dawn il-poteri:

(a) direttament; jew

(b) f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra; jew

(ċ) fuq ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lill-entitajiet li lilhom ikun ġew iddelegati l-kompiti skond l-Artikolu 48(2); jew

(d) billi japplikaw lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.  Il-poteri riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu eżerċitati skond il-liġijiet nazzjonali u għandhom mill-inqas jinkludi d-drittijiet li:

(a) ikollhom aċċess għal kull dokument f’kull għamla u li jirċievu kopja tiegħu;

(b) jiddomandaw tagħrif minn għand kull persuna u, jekk meħtieġ, isejħu u jistaqsu persuna bil-ħsieb li jiksbu tagħrif;

(ċ) iwettqu spezzjonijiet fuq il-post;

(d) jeħtieġu reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u tat-traffiku eżistenti ta’ l-informazzjoni;

(e) jeħtieġu l-waqfien ta’ kull prattika li tkun kontra d-diposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(f) jitolbu l-iffriżar u/jew is-sekwestru ta’ attivi;

(g) jitolbu l-projbizzjoni temporanja ta’ attivitajiet professjonali;

(h) jeħtieġu lill-awdituri ta’ ditti ta’ l-investiment u ta’ swieq irregolati li jipprovdu tagħrif;

(i) jadottaw kull tip ta’ miżuri sabiex jiżguraw illi d-ditti ta’ l-investment u s-swieq irregolati jissoktaw jikkonformaw mal-ħtiġiet legali;

(j) jeħtieġu s-sospensjoni tal-kummerċ fi strument finanzjarju;

(k) jeħtieġu t-tneħħija ta’ strument finanzjarju mil-kummerċ, sewwa jekk f’suq irregolat u sewwa jekk skond arranġamenti oħra tal-kummerċ;

(l) jirreferu materji għall-prosekuzzjoni kriminali;

(m) jippermettu lill-awdituri jew l-esperti li jwettqu verifiki jew investigazzjonijiet.

Artikolu 51

Is-Sanzjonijiet amministrattivi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-proċeduti għall-irtirar ta’ awtorizzazzjoni jew għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom, illi jkunu jistgħu jittieħdu l-miżuri amministrattivi appoprjati jew ikunu jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuni responsabbli, meta ma jitħarsux id-dispożizzjonijiet adottati sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dawn il-miżuri jkunu effettivi, ipproporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sanzjonijiet li jridu jiġu applikati rigward in-nuqqas ta’ koperazzjoni f’investigazzjoni koperta bl-Artikolu 50.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiżvela lill-pubbliku kull miżura jew sanzjon li jridu jiġu imposti għall-ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, għajr jekk l-iżvelar jipperikola b’mod gravi s-swieq finanzjarji jew jikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti.

▼M4

4.  Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-AETS l-informazzjoni aggregata rigward il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti skont il-paragrafi 1 u 2.

5.  Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat lill-pubbliku miżura jew sanzjoni amministrattiva, hija għandha, kontemporanjament, tirrapporta dak il-fatt lill-AETS.

6.  Meta sanzjoni ppubblikata tirrigwarda ditta ta’ investiment awtorizzata skont din id-Direttiva, l-AETS għandha żżid referenza mas-sanzjoni ppubblikata fir-reġistru tad-ditti ta’ investiment stabbilit skont l-Artikolu 5(3).

▼B

Artikolu 52

Id-Dritt ta’ l-appell

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull deċiżjoni meħuda skond il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skond din id-Direttiva ikunu rraġunati kif jixraq u bla ħsara għad-dritt għall-applikazzjoni quddiem il-qrati. Id-dritt ta’ l-applikazzjoni quddiem il-qrati għandu japplika wkoll meta, rigward applikazzjoni għal awtorizzzzjoni li tipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ, ma tittieħed l-ebda deċiżjoni fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħha.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi korp jew iktar minn dawn li ġejjin, kif stabbilit bil-liġijiet nazzjonali, jistgħu, fl-interess tal-konsumaturi u skond il-liġijiet nazzjonali, jieħdu azzjoni quddiem il-qrati jew quddiem korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiżguraw illi jiġu applikati d-disposizzjoijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva:

(a) il-korpi pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b) l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jkollhom interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi;

(ċ) l-organizzazzjonijiet professjonali li jkollhom interess leġittimu li jaġixxu sabiex jipproteġu lill-membri tagħhom.

Artikolu 53

Il-Mekkaniżmu extra-ġudizzjali għall-ilmenti ta’ l-investituri

1.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu li jiġu stabbiliti proċeduri effettivi għall-ilmenti u r-riparazzjoni sabiex jiġu solvuti barra mill-qorti l-kontroversji tal-konsumaturi li jirrigwardaw il-provvediment ta’ servizzi ta’ investiment u anċillari pprovvduti mid-ditti ta’ l-investiment, bl-użu ta’ korpi eżistenti meta approprjat.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi ma jiġux ipprevenuti minn dispożizzjonijiet legali jew regolatorji milli jikkoperaw b’mod effettiv fis-soluzzjoni ta’ kontroversji li jaqsmu l-fruntieri.

▼M4

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-AETS bil-proċeduri ta’ ilment u riparazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li huma disponibbli taħt il-ġurisdizzjonijiet tagħha.

L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista tal-mekkaniżmi extra-ġudizzjarji kollha fil-website tagħha.

▼B

Artikolu 54

Is-Segretezza professjonali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, il-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti jew l-entitajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati kompiti skond l-Artikolu 48(2), kif ukoll l-awdituri u l-esperti mogħtija struzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti, jkunu marbuta l-obbligu tas-segretezza professjonali. Ma jista’ jiġi żvelat l-ebda tagħrif li jistgħu jirċievu fil-kors tad-dmirijiet tagħhom lill-ebda persuna jew awtorità, ikunu xi jkunu, għajr f’għamla sommarja u aggregata hekk li d-ditti individwali ta’ l-investiment jew kull persuna oħra ma jistgħux jiġu identifikati, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti bil-liġijiet kriminali jew bid-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva.

2.  Meta ditta ta’ l-investment, operatur tas-suq jew suq irregolat ikunu ġew iddikjarati falluti, jew jagħlqu l-kummerċ bil-fors, jista’ jiġi żvelat it-tagħrif kunfidenzali li ma jirrigwardax lil partijiet terzi fil-proċedimenti ċivili jew kummerċjali jekk meħtieġ sabiex jitwettaq il-proċediment.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti bil-liġijiet kriminali, l-awtoritajiet kompetenti, il-korpi jew il-persuni naturali jew legali għajr l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu tagħrif kunfidenzali skond din id-Direttiva jistgħu jużawh biss fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, fil-każ ta’ l-awtoritajiet kompetenti, gewwa l-iskop ta’ din id-Direttiva jew, fil-każ ta’ l-awtoritajiet, il-korpi jew il-persuni naturali u legali l-oħra bil-għan li għalih dan it-tagħrif ikun ġie pprovvdut lilhom u/jew fil-kuntest ta’ proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji li jkollhom x’jaqsmu b’mod speċifiku ma’ l-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet. Madankollu, meta l-awtorità kompetenti jew kull awtorità, korp jew persuna oħra li jikkomunikaw it-tagħrif jagħtu l-kunsens tagħhom għal dan, l-awtorità li tirċievi t-tagħrif tista’ tużah għal għanijiet oħra.

4.  Kull tagħrif kunfidenzali rċevut, skambjat jew trasmess skond din id-Direttiva għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali stabbiliti f’dan l-Artikolu. Madankollu, dan l-Artikolu ma għandux jipprevjieni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrasmettu tagħrif kunfidenzali skond din id-Direttiva u d-Direttivi l-oħra li japplikaw għad-ditti ta’ l-investment, l-istituzzjonijiet tal-kreditu, il-fondi tal-pensjonijiet, l-UCITS, l-intermedjarji ta’ l-assigurazzjoni u ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid, l-impriżi ta’ l-asikurazzjoni, is-swieq irregolati jew l-operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens ta’ l-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp jew persuna naturali jew legali oħra li jkunu kkomunikaw dan it-tagħrif.

5.  Dan l-Artikolu ma għandux jippevjieni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrasmettu skond il-liġijiet nazzjonali, it-tagħrif kunfidenzali li ma jkunx ġie rċevut minn għand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor.

Artikolu 55

Ir-Relazzjonijiet ma’ l-awdituri

1.  L-Istati Membri għandhom għall-inqas jipprovdu illi kull persuna awtorizzata fit-tifsira tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE tal-10 ta’ April 1984 dwar l-approvazzjoni tal-persuni responsabbli mit-twettiq tal-verifiki statutorji tad-dokumenti tal-kontabbiltà ( 31 ), li jkunu jwettqu f’ditta ta’ l-investment il-kompitu deskritt fl-Artikolu 51 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji ( 32 ), l-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE jew l-Artikolu 31 tad-Direttiva 85/611/KEE jew kull kompitu stabbilit bil-liġi, għandu jkollha dmir li tirrapporta fil-pront lill-awtoritajiet kompetenti kull fatt jew deċiżjoni li jirrigwardaw lil dik l-impriza li tagħha din il-persuna tkun saret konxja fit-twettiq ta’ dan il-kompitu li jkun lijabbli li:

(a) jikkostitwixxi ksur materjali tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li jispeċifikaw b’mod speċifiku s-segwiment ta’ l-attivitajiet tad-ditti ta’ l-investment;

(b) jaffettwaw il-funzjonament kontinwu tad-ditta ta’ l-investiment;

(ċ) iwasslu għar-rifjut li jiġu ċċertifikati l-kontijiet jew l-espressjoni tar-riservi.

Din il-persuna għandu jkollha d-dmir ukoll li tirrapporta kull fatt u deċiżjoni li tagħhom il-persuna ssir konxja fil-kors tat-twettiq ta’ wieħed mill-kompiti riferiti fl-ewwel sub-paragrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mad-ditta ta’ l-investment li fiha tkun qiegħda twettaq dan il-kompitu.

2.  L-iżvelar f”fidi tajba lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fit-tifsira tad-Direttiva 84/253/KEE, ta’ kull fatt jew deċiżjoni riferiti fil-paragrafu 1 ma għandu jikkostitwixxi ksur ta’ l-ebda restrizzjoni kontrattwali jew legali dwar l-iżvelar tat-tagħrif u ma għandu jinvolvi lil din il-pesuna fil-lijabbiltà ta’ l-ebda kwalità.



IL-KAPITOLU II

▼M4

KOOPERAZZJONI BEJN L-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTATI MEMBRI DIFFERENTI U MAL-AETS

▼B

Artikolu 56

L-Obbligu tal-koperazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri differenti għandhom jikkoperaw ma’ xulxin kulmeta meħtieġ bil-għan li jwettqu d-dmirijiet tagħhom u jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom skond din id-Direttiva sewwa jekk iddikjarati f’din id-Direttiva jew fil-liġijiet nazzjonali u sewwa jekk le.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw it-tagħrif u jikkoperaw f’kull investigazzjoni jew attivitajiet tas-sorveljanza.

▼M4

Sabiex tiġi ffaċilitata u aċċellerata il-kooperazzjoni, u, partikolarment, l-iskambju ta’ informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti bħala punt tal-kuntatt għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, lill-AETS u lill-Istati Membri l-ohra l-ismijiet tal-awtoritajiet li jiġu nnominati sabiex jircievu talbiet għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-koperazzjoni skont dan il-paragrafu. L-AETS għandha tippubblika u żżomm aġġornata lista ta’ dawk l-awtoritajiet fuq il-website tagħha.

▼B

2.  Meta, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tas-swieq tat-titoli fl-Istat Membru ospitatur, l-operati f’suq irregolat li jkun stabbilixxa arranġamenti fi Stat Membru opsitatur li jkunu saru ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u l-protezzjoni ta’ l-investituri f’dan l-Istat Membru ospitatur, l-awtoritajiet kompetenti tal-post u ospitaturi tas-suq irregolat għandhom jistabbilixxu arranġamenti pproporzjonati tal-koperazzjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi meħtieġa sabiex jiffaċilitaw l-assistenza pprovvduta fil-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw il-poteri tagħhom bil-għan tal-koprazzjoni, saħansitra fil-każijiet meta l-kondotta taħt investigazzjoni ma tikkostitwixxi l-ksura ta’ l-ebda regolament fis-seħħ f’dan l-Istat Membru.

▼M4

4.  Meta awtorità kompetenti jkollha raġunijiet tajba li tissuspetta li jkunu qegħdin jitwettqu jew twettqu atti kontra d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fi Stat Membru ieħor, imwettqa minn entitajiet mhux soġġetti għas-sorveljanza tagħha, hija għandha tinnotifika dan lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u lill-ASE(AETS) f’manjiera speċifika kemm jista’ jkun. L-awtorità kompeteni notifikata għandha tieħu l-azzjoni adatta. Hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti tan-notifika u lill-AETS bir-riżultat tal-azzjoni u, safejn possibbli, bl-iżviluppi interim sinifikanti. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr pregudizzju għall-kompetenza tal-awtorità kompetenti li tinnotifika.

▼B

5.  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paagrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tadotta ►M3  ————— ◄ il-miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-kriterji li fuqhom jistgħu jiġu kkunsidrati l-operati ta’ suq irregolat fi Stat Membru ospitatur bħala ta’ importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni ta’ l-investituri f’dan l-Istat Membru ospitatur. ►M3  Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 64(2). ◄

▼M4

6.  Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-arranġamenti ta’ kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 57

Il-Koperazzjoni fl-attivitajiet tas-sorveljanza, il-verifiki fuq il-post jew fl-investigazzjonijiet

►M4  1. ◄   Awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ titlob il-koperazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor f’attivita tas-sorveljanza jew ta’ verifika fuq il-post jew f’investigazzjoni. Fil-każ tad-ditti ta’ l-investiment li jkunu membri remoti ta’ suq irregolat, l-awtorità kompetenti tas-suq irregolat tista’ tagħżel li tindirizzahom direttament, f’liema każ għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post bil-membru remot kif jixraq.

Meta awtorità kompetenti tirċievi talba rigward verifika fuq il-post, għandha, fil-qafas tal-poteri tagħha:

(a) twettaq hija nfisha l-verifiki jew l-investigazzjonijiet; jew

(b) tippermetti lill-awtorità tat-talba li twettaq il-verifika jew l-investigazzjoni; jew

(ċ) tippermetti lill-awdituri jew lill-esperti li jwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni.

▼M4

2.  Bil-għan li jkun hemm konverġenza tal-prattiki superviżorji, l-AETS għandha tkun tista’ tipparteċipa fl-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inklużi verifiki u investigazzjonijiet fuq il-post, imwettqa konġuntement minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.  Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti tal-paragrafu 1, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti meta dawn jikkooperaw fl-attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post, u investigazzjonijiet.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jikkooperaw fl-attivitajiet superviżorji, verifiki fuq il-post, u investigazzjonijiet.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 58

L-iskambju tat-tagħrif

1.  Wara li jkunu ġew innominati bħala punti tal-kuntatt għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva skond l-Artikolu 56(1), l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom ifornu minnufih lil xulxin it-tagħrif meħtieġ għall-għanijiet li jitwettqu d-dmirijiet ta’ l-awtritajiet kompetenti, innominati skond l-Artikolu 48(1), iddikjarati fid-dispożizzjonijiet skond din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti li jiskambjaw it-tagħrif ma’ awtoritajiet kompetenti oħra skond din id-Direttiva jistgħu jindikaw mal-waqt tal-komunikazzjoni li dan it-tagħrif ma jridx jiġi żvelat mingħajr il-qbil espress tagħhom, f’liema każ dan it-tagħrif jista jiġi skambjat biss għall-għanijiet li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom.

2.  Wara li l-awtorità kompetenti tkun ġiet innominata bħala punt tal-kuntatt tista’ tittrasmetti t-tagħrif irċevut skond il-paragrafu 1 u l-Artikoli 55 u 63 lill-awtoritajiet riferiti fl-Artikolu 49. Ma għandhomx jittrasmettuh lil korpi jew persuni naturali jew legali oħra mingħajr il-qbil espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawh u għall-għanijiet biss li għalihom dawn l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom, għajr f’ċirkostanzi ġġustifikati kif mistħoqq. F’dan il-każ ta’ l-aħħar, il-punt tal-kuntatt għandu jgħarraf minnufih lill-punt tal-kuntatt li jkun bagħat it-tagħrif.

3.  L-awtoritajiet kif riferiti fl-Artikolu 49 kif ukoll il-korpi jew il-persuni naturali u legali li jirċievu tagħrif kunfidenzali skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew skond l-Artikoli 55 u 63 jistgħu jużawh biss fil-kors tad-dmirijiet tagħhom, b’mod partikolari:

(a) sabiex jiċċekkjaw illi jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu tal-kummerċ tad-ditti ta’ l-investiment u sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ, fuq bażi kkonsolidat jew mhux ikkonsolidat, tal-kondotta ta’ dan il-kummerċ, b’mod speċjali rigward il-ħtiġiet ta’ l-adekwatezza tal-kapital impost bid-Direttiva 93/6/KEE, il-proċeduri amministrattivi u tal-kontabbiltà u l-mekkaniżmi tal-kontroll intern;

(b) sabiex jimmonitorjaw il-funzjonament xieraq tal-postijiet tal-laqgħat tal-kummerċ;

(ċ) sabiex jimponu s-sanzjonijiet;

(d) fl-appelli amministrattivi kontra d-deċiżjoniet mill-awtoritajiet kompetenti;

(e) fil-proċedimenti tal-qorti mibdija skond l-Artikolu 52; jew

(f) fil-mekkaniżmu ekstra-ġudizzjali għall-ilmenti ta’ l-investituri pprovvdut fl-Artikolu 53.

▼M4

4.  Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-iskambju ta’ informazzjoni.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  La dan l-Artikolu u lanqas l-Artikoli 54 jew 63 m’għandhom jipprevjenu awtorità kompetenti milli tittrasmetti lill-AETS, ill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (minn hawn ‘il quddiem il-“BERS”), il-banek ċentrali, is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u lill-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapacità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, meta jkun adatt, lill-awtoritajiet pubbliċi l-oħra responsabbli mis-sorveljanza tas-sistemi tal-ħlasijiet u tas-saldu, informazzjoni kunfidenjzali maħsuba għat-twettiq tal-kompiti tagħhom; bl-istess mod, dawn l-awtoritajiet jew korpi m’għandhomx jiġu pprevenuti milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tali informazzjoni li jistgħu jeħtiegu għall-fini li jwettqu l-funzjonijiet tagħhom previsti f’din id-Direttiva.

▼M4

Artikolu 58a

Medjazzjoni vinkolanti

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-AETS sitwazzjonijiet fejn talba relatata ma’ dan li ġej tkun ġiet irrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli:

(a) biex titwettaq attività superviżorja, verifika fuq il-post, jew investigazzjoni, kif previst fl-Artikolu 57; jew

(b) għal skambju ta’ informazzjoni kif previst fl-Artikolu 58.

Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-AETS tista’ taġixxi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni prevista fl-Artikolu 59a u għall-possibilità li l-AETS taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 59

Ir-Rifjut tal-koperazzjoni

Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għall-koperazzjoni sabiex twettaq ta’ investigazzjoni, verifika fuq il-post jew attivita tas-sorveljanza kif ipprovvdut fl-Artikolu 57 jew li tiskambja t-tagħrif kif ipprovvdut fl-Artikolu 58, biss meta:

(a) din l-investigazzjoni, verifika fuq il-post, attivita tas-sorveljanza jew l-iskambju tat-tagħrif jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv is-sovranità, is-sigurtà jew il-politika pubblika ta’ l-Istat indirizzat;

(b) ikunu diġà nbdew il-proċedimenti ġudizzjarji rigward l-istess azzjonijiet u l-istess persuna quddiem l-awtoritajiet ta l-Istat Membru indirizzat;

(ċ) tkun diġà ġiet ikkunsinnata s-sentenza finali fl-Istat Membru indirizzat rigward l-istess persuna u l-istess azzjonijiet.

▼M4

Fil-każ ta’ dan ir-rifjut, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tat-talba u lill-AETS kif meħtieġ, billi tipprovdi tagħrif iddettaljat kemm jista’ jkun.

▼B

Artikolu 60

Il-Konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet qabel l-awtorizzazzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru l-ieħor involut għandhom jiġu kkonsultati qabel il-konċessjoni ta’ awtorizzazzjoni lil ditta ta’ l-investiment li tkun:

(a) sussidjarja ta’ ditta ta’ l-investiment jew ta’ istituzzjoni tal-kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor; jew

(b) sussidjarja ta’ impriża ewliena ta’ ditta ta’ l-investiment jew ta’ istituzzjoni tal-kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor; jew

(ċ) ikkontrollata mill-istess persuna naturali jew legali li jikkontrollaw ditta ta’ l-investiment jew istituzzjoni tal-kreditu awtorizzati fi Stat Membu ieħor.

2.  L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru responsabbli mis-sorveljanza ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu jew l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni għandhom jiġu kkonsultati qabel il-konċessjoni ta’ awtorizzazzjoni lil ditta ta’ l-investiment li tkun:

(a) sussidjarja ta’ istitituzzjoni tal-kreditu jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati fil-Komunità; jew

(b) sussidjarja ta’ l-impriża ewliena ta’ istitituzzjoni tal-kreditu jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati fil-Komunità; jew

(ċ) ikkontrollata mill-istess persuna, sewwa jekk naturali u sewwa jekk legali, li jikkontrollaw istituzzjoni tal-kreditu jew impriża ta’ l-assigurazzjoni awtorizzati fil-Komunità.

3.  L-awtoritajiet kompetenti rilevanti riferiti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jikkonsultaw lil xulxin b’mod partikolari meta jkunu qegħin jistmaw kemm ikunu xierqa l-azzjonisti jew il-membri u l-fama u l-esperjenza tal-pesuni li jidderieġu l-kummerċ b’mod effettiv involuti fil-ġestjoni ta’ entità oħra ta’ l-istess grupp. Għandhom jiskambjaw it-tagħrif kollu dwar kemm ikunu xierqa l-azzjonisti jew il-membri u l-fama u l-esperjenza tal-persuni li jidderieġu b’mod effettiv il-kummerċ li jkun ta’ rilevanza għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra rilevanti involuti, għall-konċessjoni ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll għall-istima dejjem għaddejja tal-konformità mal-kondizzjonijiet operattivi.

▼M4

4.  Sabiex tiżgura l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formuli, mudelli u proċeduri standard għall-konsultazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti oħra qabel tingħata awtorizzazzjoni.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Artikolu 61

Il-Poteri ta’ l-Istati Membri ospitaturi

1.  L-Istati Membri ospitaturi jistgħu, għall-għanijiet ta’ l-istatistika, jeħtieġu lid-ditti kollha ta’ l-investiment bi friegħi ġewwa t-territrorji tagħhom li jirrappurtaw lilhom perjodikament dwar l-attivitajiet ta’ dawn il-friegħi.

2.  Fl-iskarigu tar-responsabbiltajiet tagħhom skond din id-Direttiva, l-Istat Membru ospitatur jista’ jeħtieġ illi l-friegħi tad-ditti ta’ l-investiment jipprovdu t-tagħrif meħtieġ sabiex tiġi mmonitorjata l-konformità tagħhom ma’ l-i standards iffissati mill-Istat Membru opstitatur li japplikaw għalihom fil-każijiet ipprovvduti fl-Artikolu 32(7). Dawn il-ħtiġiet ma jistgħux ikunu iktar strinġenti minn dawk li jimponi l-istess Stat Membru fuq id-ditti stabbiliti sabiex jimmonitorja l-konformità tagħhom ma’ l-istess standards.

Artikolu 62

Il-Miżuri prekawzjonarji li jridu jittieħdu mill-Istati Membri ospitaturi

1.  Meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew sabiex temmen illi ditta ta’ l-investment li taġixxi ġewwa t-territorju tagħha (l-awtorità) bil-libertà li tipprovdi s-servizzi tkun bi ksur ta’ l-obbligi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva jew li d-ditta ta’ l-investiment ikollha fergħa ġewwa t-territorju tagħha (l-awtorità) li tkun bi ksur tal-l-obbliġi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva li ma jikkonferixxux poteri fuq l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post.

▼M4

Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, id-ditta tal-investiment tippersisti li taġixxi f’manjiera li tkun ta’ preġudizzju biċ-ċar għall-interessi tal-investuturi tal-Istat Membru ospitanti jew tal-funzjonament tajjeb tas-swieq, għandu japplika dan li ġej:

(a) wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitatanti għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq li għandu jinkludi l-possibbiltà li jiġi pprevenut li d-ditti tal-investiment li jkunu qegħdin jiksru l-liġi jibdew transazzjonijiet oħra fit-territorji tagħhom. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b’tali miżuri mingħajr dewmien; u

(b) barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

2.  Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-post jaċċertaw illi ditta ta’ l-investiment li jkollha fergħa ġewwa t-territorju tagħha (l-awtorità) tkun bi ksur tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji adottati minn dan l-Istat skond dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jikkonferixxu poteri fuq l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur, dawn l-awtoritajiet għandhom jeħtieġu illi d-ditta ta’ l-investiment interesata ġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni irregolari tagħha.

Jekk id-ditta ta’ l-investiment interessata tonqos milli tieħu l-passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur għandhom jieħdu l-miżuri approprjati sabiex jiżguraw illi d-ditta ta’ l-investiment interessata ġġib fi tmiemha s-sitwazzjoni irregolari tagħha. In-natura ta’ dawn il-miżuri għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post.

▼M4

Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru ospitanti, id-ditta tal-investiment tippersisti li tikser id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, għandu japplika dan li ġej:

(a) wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament tajjeb tas-swieq. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b’tali miżuri mingħajr dewmien;

(b) barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ ġġib il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

3.  Meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ospitatur ta’ suq irregolat jew MTF ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jiġu murija sabiex temmen illi dan is-suq irregolat jew din il-MTF ikunu bi ksur ta’ l-obbligi li joħorġu mid-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-post tas-suq irregolat jew tal-MTF.

▼M4

Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew minħabba li dawn il-miżuri jinstabu inadegwati, dak is-suq irregolat jew l-MTF imsemmija jippersistu li jaġixxu f’manjiera li tkun ta’ preġudizzju ċar għall-interessi tal-investuturi tal-Istat Membru ospitanti jew tal-funzjonament xieraq tas-swieq, għandu japplika dan li ġej:

(a) wara li tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament xieraq tas-swieq, li għandu jinkludi l-possibbiltà li jiġu pprevenuti dak is-suq irregolat jew l-MTF milli jagħmlu l-arranġamenti tagħhom disponibbli lill-membri remoti jew lill-parteċipanti stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti. Il-Kummissjoni u l-AETS għandhom jiġu informati b’tali miżuri mingħajr dewmien;

(b) barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-AETS, li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru1095/2010.

▼B

4.  Kull miżura adottata skond il-paragrafi 1, 2 jew 3 li jinvolvu sanzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward l-attivitajiet ta’ ditta ta’ l-investiment jew ta’ suq irregolat għandha tkun iġġustifikata kif jixraq u kkomunikata lid-ditta ta’ l-investiment jew lis-suq irregolat interessati.

▼M4

Artikolu 62a

Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni mal-AETS

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-AETS bl-informazzjoni kollha mehtiega biex twettaq dmirijietha, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B



IL-KAPITOLU III

IL-KOPERAZZJONI MA’ PAJJIŻI TERZI

Artikolu 63

L-Iskambju tat-tagħrif mal-pajjiżi terzi

▼M4

1.  L-Istati Membri u, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (EU) Nru 1095/2010, l-AETS jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprevedu l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont l-Artikolu 54. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni jrid ikun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

L-AETS jistgħu jittrasferixxu data personali lil pajjiż terz skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE.

L-Istati Membri u l-AETS jistgħu jikkonkludu wkoll ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprevedu l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet, korpi u persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ pajjiż terz responsibbli għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) is-supervizjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, istituzzjonijiet finanzjarji oħra, kumpanniji tal-assigurazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;

(b) il-likwidazzjoni u l-falliment ta’ ditti tal-investiment u proċeduri oħra simili;

(c) it-twettiq ta’ verifiki statutorji tal-kontijiet ta’ ditti tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, istituzzjonijiet ta’ kreditu u impriżi tal-assigurazzjoni, fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni, jew li jamministraw skemi tal-kumpens, fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;

(d) is-sorveljanza tal-korpi involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta’ ditti tal-investiment u proċeduri oħra simili;

(e) is-sorveljanza ta’ persuni inkarigati mit-twettiq tal-verifiki statutorji tal-kontijiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

Il-ftehimiet tal-kooperazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu jistgħu jiġu konklużi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għall-garanziji tas-segretezza professjonali mill-inqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont l-Artikolu 54. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet jew korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

▼B

2.  Meta t-tagħrif joriġina fi Stat Membru ieħor, jista’ ma jiġix żvelat mingħajr il-qbil espresss ta’ l-awtoritajiet kopetenti li jkunu ttrasmettewh u, meta approprjat, għall-għanijiet biss li għalihom dawn l-awtoritaiet ikunu taw il-qbil tagħhom. L-istess dispożizzjoni tapplika għat-tagħrif ipprovvdut mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż terz.



IT-TITOLU V

ID-DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 64

Il-Proċedura tal-kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli istitwit bid-Deċiżjoni 2001/528/KE ( 33 ) (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ i “l-Kumitat”).

▼M3

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-diżpożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

▼M1

2a.  L-ebda waħda mill-miżuri ta' implimentazzjoni adottati ma tista' tbiddel id-dispożizzjonijiet essenzjali ta' din id-Direttiva.

▼M3

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-diżpożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

▼M3

4.  Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u, wara din id-data, għall-inqas kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrivedi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw is-setgħat tagħha ta’ implimentazzjoni u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setgħat. Dan ir-rapport għandu jeżamina, partikolarment, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipproponi emendi għal din id-Direttiva sabiex tiżgura l-ambitu xieraq tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Il-konklużjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa ta’ emendament jew le għandha tiġi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal din il-konklużjoni. Jekk ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għall-emendament tad-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

▼M4

Artikolu 64a

Klawsola ta’ estinzjoni

Sal-1 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Artikoli 2 u 4, 10b, 13, 15, 18, 19, 21, 22, 24 u 25, Artikoli 27sa 30, u l-Artikoli 40, 44, 45, 56 u 58 u tippreżenta kwalunkwe proposta leġislattiva adatta sabiex tippermetti l-applikazzjoni sħiħa tal-atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE u l-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE fir-rigward ta’ din id-Direttiva. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ implimentazzjoni diġà adottati, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni fl-Artikolu 64 biex jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni li jibqgħu wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009 għandhom jieqfu milli japplikaw fl-1 ta’ Diċembru 2012.

▼M1

Artikolu 65

Ir-Rapporti u r-reviżjoni

1.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' konsultazzjoni pubblika u fid-dawl ta' diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-estensjoni possibbli ta' l-ambitu tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar l-obbligi ta' trasparenza ta' qabel u wara l-kummerċ għal tranżazzjonijiet fil-klassijiet ta' strumenti finanzjarji għajr l-ishma.

2.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2008, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 27.

3.  Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2008, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-konsultazzjonijiet pubbliċi u fid-dawl ta' diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

(a) kemm tkun għadha adatta l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(1)(k) għall-impriżi li n-negozju ewlieni tagħhom ikun in-negozju, f'isimhom stess, fil-commodity derivatives;

(b) il-kontenut u l-għamla tal-ħtiġijiet proporzjonati għall-awtorizazzjoni u s-sorveljanza ta' tali impriżi bħala impriżi ta' investiment fis-sens ta' din id-Direttiva;

(ċ) kemm ikunu adatti r-regoli dwar il-ħatra ta' aġenti marbuta li jwettqu s-servizzi u/jew attivitajiet ta' investiment, b'mod partikolari fir-rigward tas-sorveljanza fuqhom;

(d) kemm tkun għadha adatta l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 2(1)(i).

4.  Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2008, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tat-tneħħija ta' l-ostakoli li jistgħu jimpedixxu l-konsolidazzjoni fil-livell Ewropew tat-tagħrif li l-postijiet tal-kummerċ huma meħtieġa li jippubblikaw.

5.  Abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti għal emendi relatati għal din id-Direttiva.

6.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl tad-diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm ikunu għadhom adatti l-ħtiġijiet għall-assigurazzjoni ta' indennizz professjonali imposti fuq l-intermedjarji taħt il-liġi Komunitarja.

▼B

Artikolu 66

L-emenda għad-Direttiva 85/611/KEE

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.  l-Artikoli 2(2), 12, 13 u 19 tad-Direttiva 2004/…/KE ( 34 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar is-swieq fl-istrumenrti finanzjarji ( 35 ), għandhom japplikaw għall-provvediment tas-servizzi riferiti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu mill-kumpanniji tal-ġestjoni

.

Artikolu 67

L-emenda għad-Direttiva 93/6/KEE

Id-Direttuva 93/6/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

1) l-Artikolu 2(2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2. Ditti ta’ l-investiment għandhom ifissru l-istituzzjonijiet kollha li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/ …/KE ( 36 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( 37 ), li huma bla ħsara għall-ħtiġiet imposti bl-istess Direttiva, bl-esklużjoni ta’:

(a) l-istituzzjonijiet ta’ kreditu,

(b) id-ditti lokali kif iddefiniti fil-20, u

(ċ) id-ditti li huma awtorizzati biss biex jipprovdu s-servizz ta’ pariri dwar l-investiment u/jew jirċievu u jittrasmettu ordnijiet minn għand l-investituri mingħar ma’, fiż-żewġ każijiet, iżommu flus jew titoli li jappartjienu lill-klijenti tagħhom u li għal din ir-raġuni ma jistgħu fl-ebda ħin iqiegħdu lilhom infushom f’debitu mal-klijenti tagħhom.

2) l-Artikolu 3(4) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4.  Id-ditti riferiti fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 2(2) għandu jkollhom kapital inizjali ta’ EUR 50 000 safejn u sakemm jibbenefikaw mil-libertà ta’ l-istabbiliment jew sabiex jipprovdu servizzi skond l-Artikoli 31 jew32 ta’ din id-Direttiva.”

;

3) Fl-Artikolu 3, għandhom jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“(4a)  Sakemm issir ir-reviżjoni tad-Direttiva 03/6/KE, id-ditti riferiti fil-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 2(2) għandu jkollhom:

(a) kapital inizjali ta’ EUR 50 000; jew

(b) assigurazzjoni ta’ l-indennità professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-Komunità jew kull garanzija oħra komparabbli kontra l-lijabbilità li toħroġ min-negliġenza professjonali, li tirrappreżenta mill-inqas EUR 1 000 000 li tjapplika għal kull pretensjoni u fl-aggregat ta’ EUR 1 500 000 kull sena għall-pretensjonijiet kollha; jew

(ċ) għaqda tal-kapital inizjali u l-assigurazzjoni ta’ l-indennità professjonali f’għamla li tirriżulta f’livell ta’ kopertura ekwivalenti għall-punti (a) jew (b).

L-ammonti riferiti f’dan il-paragrafu għandhom jiġu rivisti perjodikament mill-Kummissjoni sabiex jitqiesu l-bidliet fl-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet tal-Konsumaturi kif ippubblikat mill-Eurostat, f’linja ma’ u fl-istess waqt bħall-aġġustamenti magħmula skond l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni ( 38 ).

(4b)  Meta ditta ta’ l-investiment riferita fl-Artikolu 2(2)(ċ) tkun irreġistrata wkoll skond id-Direttiva 2002/92/KE għandha tikkonforma mal-ħtieġa stabbilita bl-Artikolu 4(3) ta’ din id-Direttiva u b’żieda ma’ dan irid ikollha:

(a) kapital inizjali ta’ EUR 25 000; jew

(b) assigurazzjoni għall-indennità professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-Komunità jew kull garanzija oħra komparabbli kontra l-lijabbilita li toħroġ min-negliġenza professjonali, li tirrappreżenta mill-inqas EUR 500 000 li tapplika għal kull pretensjoni u fl-aggregat ta’ EUR 1 500 000 kull sena għall-pretensjonijiet kollha; jew

(ċ) għaqda tal-kapital inizjali u l-assigurazzjoni għall-indennità professjonali f’għamla li tirriżulta f’livell ta’ kopertura ekwivalenti għall-punti (a) jew (b).

Artikolu 68

L-Emenda għad-Direttiva 2000/12/KE

Annex I of Directive 2000/12/EC shall be amended as follows:

L-Anness I tad-Direttiva 2000/12/KE għandu jiġi emendat kif ġej:

“Tiżdied is-sentenza li ġejja fl-aħħar ta’ l-Anness I: Is-servizzi u l-attivitajiet ipprovvduti fit-Taqsimiet A u B ta’ l-Anness I mad-Direttiva 2004/…/KE ( 39 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’.… dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji ( 40 ) meta jirreferu għall-istrumenti finanzjarji pprovvduti fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness I ma’ din id-Direttiva huma bla ħsara għar-rikonoxximent reċiproku skond din id-Direttiva.

▼M1

Artikolu 69

It-Tħassir tad-Direttiva 93/22/KEE

Id-Direttiva 93/22/KEE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Novembru 2007. Ir-referenzi għad-Direttiva 93/22/KEE għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Direttiva. Ir-referenzi għat-termini definiti fid-Direttiva 93/22/KEE, jew għall-Artikoli tagħha, 93/22/KEE għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għat-terminu ekwivalenti definit f'din id-Direttiva jew għall-Artikolu ekwivalenti tagħha.

▼B

Artikolu 70

It-Trasposizzjoni

▼M1

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2007. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Novembru 2007.

▼B

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 71

Dispożizzjonijiet transitorji

▼M1

1.  L-impriżi ta' investiment diġà awtorizzati fl-Istat Membru tagħhom sabiex jipprovdu servizzi ta' investiment qabel l-1 ta' Novembru 2007 għandhom jitqiesu bħala awtorizzati għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jekk il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru jipprovdu li sabiex jibdew jeżerċitaw tali attivitajiet huma għandhom jikkonformaw ma' kondizzjonijiet komparabbli ma' dawk previsti fl-Artikoli 9 sa 14.

2.  Suq regolat jew operaturi tas-suq diġà awtorizzati fl-Istat Membru tagħhom qabel l-1 ta' Novembru 2007 għandhom jitqiesu bħala awtorizzati għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jekk il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru jipprovdu li s-suq regolat jew l-operatur tas-suq, skond il-każ, għandhom jikkonformaw ma' kondizzjonijiet komparabbli ma' dawk previsti fit-Titolu III.

3.  L-aġenti marbuta mdaħħla diġà f'reġistru pubbliku qabel l-1 ta' Novembru 2007 għandhom jitqiesu bħala reġistrati għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, jekk il-liġijiet ta' dawk l-Istati Membri jipprovdu li l-aġenti marbuta għandhom jikkonformaw ma' kondizzjonijiet komparabbli ma' dawk previsti fl-Artikolu 23.

4.  It-tagħrif komunikat qabel l-1 ta' Novembru 2007 għall-għanijiet ta' l-Artikoli 17, 18 jew 30 tad-Direttiva 93/22/KEE għandhom jitqiesu li ġew komunikati għall-għanijiet ta' l-Artikoli 31 u 32 ta' din id-Direttiva.

5.  Kwalunkwe sistema eżistenti li taqa' fl-ambitu tad-definizzjoni ta' MTF operata minn operatur tas-suq f'suq regolat għandha, fuq it-talba ta' l-operatur tas-suq fis-suq regolat, tiġi awtorizzata bħala MTF, sakemm tikkonforma ma' regoli ekwivalenti għal dawk meħtieġa minn din id-Direttiva għall-awtorizzazzjoni u l-operazzjoni ta' MTF, u sakemm it-talba konċernata ssir fi żmien tmintax-il xahar wara l-1 ta' Novembru 2007.

▼B

6.  Id-ditti ta’ l-investiment għandhom jiġu awtorizzati li jissoktaw jikkunsidraw lill-klijenti professjonali bħala ta’ hekk sakemm din il-kategorizzazzjoni tkun ġiet konċessa mid-ditta ta’ l-investiment fuq il-bażi ta’ stima adegwata tal-kompetenza, l-esperjenza u l-għerf tal-klijent li jagħtu assigurazzjoni raġjonevoli, fid-dawl tan-natura tat-transazzjonjiet jew tas-servizzi previsti, illi l-klijent huwa kapa1i jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu dwar l-investiment u jifhem ir-riskji involuti. Dawn id-ditti ta’ l-investiment għandhom jgħarrfu lill-klijenti tagħhom bil-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva għall-kategorizzazzjoni tal-klijenti.

Artikolu 72

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 73

Id-Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

IL-LISTA TAS-SERVIZZI U L-ATTIVITAJIET U L-ISTRUMENTI FINANZJARJI

It-Taqsima A

Is-servizzi u l-attivitajiet ta' l-investimenti

(1) Ir-riċeviment u t-trasmissjoni ta' l-ordnijiet f'relazzjoni ma' strument finanzjarju jew iktar.

(2) It-twettiq ta' l-ordnijiet f'isem il-klijenti.

(3) Il-kummerċ akkont tiegħu inifsu.

(r) Il-ġestjoni tal-portafoll.

(5) Il-pariri dwar l-investiment.

(6) Is-sottoskrizzjoni ta' l-istrumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid ta' l-istrumenti finanzjarji fuq bażi sod ta' impenn.

(7) It-tqegħid ta' l-istrumenti finanzjarji mingħajr bażi sod ta' impenn.

(8) Il-ħidma tal-Faċilitajiet tal-kummerċ Multilaterali (MTF).

It-Taqsima B

Is-servizzi anċillari

(1) Iż-żamma fis-sigurtà u l-amministrazzjoni ta' l-istrumenti finanzjarji għall-kont tal-klijenti, inklużi l-kustodja u s-servizzi rrelatati bħalma hija l-ġestjoni tal-flus fil-pront/kollaterali;

(2) Il-konċessjoni ta' krediti jew self lil investitur sabiex ikun permess li jwettaq transazzjoni fi strument finanzjarju jew iktar, meta d-ditta li tikkonċedi l-kreditu jew is-self tkun involuta fi transazzjoni;

(3) Il-pariri lill-impriżi dwar l-istruttura tal-kapital, l-istrateġija industrijali u materji rrelatati u l-pariri u s-servizzi li għandhom x'jaqsmu ma' l-inkorporazzjnijiet u x-xiri ta' impriżi;

(4) Is-servizzi tal-kambju barrani meta dawn ikunu konnessi mal-provvediment tas-servizzi ta' l-investiment;

(5) Ir-riċerka dwar l-investiment u l-analiżi finanzjarju jew għamliet oħra ta' rakkommandazzjnijiet ġenerali li jkollhom x'jaqsmu mat-transazzjonijiet fl-istrumenti finanzjarji;

(6) Is-servizzi li għandhom x'jaqsmu mas-sottoskrizzjonijiet.

(7) Is-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment kif ukoll is-servizzi anċillaru tat-tip inklużi fit-Taqsimiet A u B ta' l-Snness I li jkollhom x'jaqsmu ma' l-irfid tad-derivattivi inklużi fit-Taqsima Ċ - 5,6,7 u 10 - meta dawn ikunu konnessi mal-provediment ta' l-investiment jew is-servizzi anċillaru.

It-Taqsima Ċ

L-Istrumenti Finanzjarji

(1) It-titoli trasferibbli ta' sigurta;

(2) L-istrumenti tas-suq tal-flus;

(3) L-unitajiet fl-investiment kollettiv ta' l-impriżi;

(4) Il-għażliet, ix-xiri bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, it-tpartit, il-ftehimijiet b'rata bil-quddiem u kull kuntratt ieħor tad-derivattivi li għandu x'jaqsam mat-titoli, ir-rati jew ir-riżultat tal-produzzjoni ta' l-imgħax, jew strumenti oħra tad-derivattivi, indiċijiet finanzjarji jew miżuri finanzjarji li jistgħu jiġu solvuti b'mod fiżiku jew fi flus fil-pront;

(5) Il-għażliet, ix-xiri bi prezz miftiehem imma mħallas bil-quddiem, il-ftehimijiet tar-rata bil-quddiem u kull kuntratt ta' derivattivi li jkollu x'jaqsam mal-merkanzija li jrid jiġi solvut fi flus fil-pront_jew fi flus fil-pront fuq il-għażla ta' waħda mill-partijiet (inkella milli minħabba kontumaċja jew ġrajja ta' terminazzjoni);

(6) Il-għażliet, ix-xiri bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, it-tpartit u kull kuntratt ieħor ta' derivattivi li jkollu x'jaqsam mal-merkanzija li jkunu jistgħu jiġu solvuti b'mod fiżiku, sakemm ikunu ikkummerċjati f'suq irregolat u/jew MTF;

(7) Il-għażliet, ix-xiri bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, it-tpartit, il-għoti bil-quddiem u kull kuntratt ieħor ta' derivattivi li jkollu x'jaqsam mal-merkanzija, li jkunu jistgħu jiġu solvuti b'mod fiżiku mhux imsemmi xorta oħra fiċ-Ċ.6 u li ma jkunux għal għanijiet kummerċjali, li jkollhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji oħra ta' derivattivi, filwaqt li jitqies, fost ħwejjeġ oħra, li jiġu kklerjati u solvuti permezz ta' l-uffiċċji kkonoxxuti tal-clearance jew ikunu bla ħsara għas-sejħiet regolari tal-marġini.

(8) L-istrumenti tad-derivattivi għat-trasferiment tar-riskju tal-kreditu;

(9) Il-kuntratti finanzjarji għad-differenzi.

(10) Il-għażliet, ix-xiri bil-prezz miftiehem imma mħallas wara, it-tpartit, il-ftehimijiet tar-rati bil-quddiem u kull kuntratt ieħor ta' derivattivi li jkollhom x'jaqsmu ml-varjanti klimatiċi, ir-rati tal-ġarr tal-merkanzija, il-konċessjonijiet dwar l-emissjonijiet jew ir-rati ta' l-inflazzjoni jew statistiċi ekonomiċi oħra uffiċjali li jridu jiġu solvuti fi flus fil-pront jew jistgħu jiġu solvuti fi flus fil-pront fuq il-għażla ta' waħda mill-partijiet (inkella minħabba kontumaċja jew grajja oħra ta' terminazzjoni), kif ukoll kull kuntratt ta' derivattivi li jkolli x'jaqsam ma' l-attivi, id-drittijiet, l-obbligi, l-indiċijiet jew il-miżuri mhux imsemmija xorta oħra f'din it-Taqsima, li jkollhom il-karatteristiċi ta' strumenti finanzjarji oħra ta' derivattivi, filwaqt li jitqies jekk, fost ħwejjeġ oħra jiġux ikkummerċjati f'suq irregolat jew MTF, jiġux ikklerjati u solvuti permezz ta' uffiċċji kkonoxxuti tal-clearance jew ikunu bla ħsara għal sejħiet regolari tal-marġini.




L-ANNESS II

IL-KLIJENTI PROFESSJONALI GĦALL-GĦANIJIET TA' DIN ID-DIRETTIVA

Klijent professjonali huwa klijent li jippossjiedi l-esperjenza, il-għerf u l-kompetenza sabiex jagħmel id-deċiżjonijiet ta' l-investiment tiegħu nnifsu u jistma sewwa r-riskji li jġorru. Sabiex jiġi kkunsidrat klijent professjonali, il-klijent irid jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

I.   Il-Kategoriji tal-klijent li huma kkunsidrati li huma professjonali

Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu professjonali fis-servizzi u l-attivitajiet kollha ta' investiment u l-istrumenti finanzjarji għall-għanijiet ta' din id-Direttiva.

(1) L-entitajiet legali li huma meħtieġa li jkunu awtrorizzati jew irregolati sabiex joperaw fis-swieq finanzjarji. Il-lista ta' hawn taħt għandha tiġi mifhuma li tinkludi l-entitajiet kollha awtorizzati li jwettqu l-attivitajiet karatteristiċi ta' l-entitajiet imsemmija: l-entitajiet awtorizzati minn Stat Membru skond Direttiva, l-entitajiet awtorizzati jew irregolati minn Stat Membru mingħajr riferiment għal Direttiva, u l-entitajiet awtorizzati jew irregolati minn Stat mhux Membru:

(a) L-istituzzjonijiet ta' kreditu,

(b) Id-ditti ta' l-investiment

(ċ) Istituzzjonjiet finanzjarji oħra awtorizzati jew irregolati

(d) Il-kumpanniji ta' l-assigurazzjoni

(e) L-iskemi ta' investiment kollettiv u l-kumpanniji tal-ġestjoni ta' dawn l-iskemi

(f) Il-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpanniji tal-ġestjoni ta' dawn il-fondi

(g) In-negozjanti fil-merkanzija u d-derivattivi tal-merkanzija_

(h) Il-lokali

(i) Investituri oħra istituzzjonali

(2) L-impriżi l-kbar li jissodisfaw tnejn mill-ħtiġiet li ġejjin dwar id-daqs fuq il-bażi ta' kumpannija:



—  it-total tal-karta tal-bilanċ

EUR 20 000 000

—  il-ħruġ u d-dħul netti

EUR 40 000 000

—  il-fondi proprji

EUR 2 000 000

(3) Il-gvernijiet nazzjonali u reġjonali, il-korpi pibbliċi li jiġġestjonaw id-dejn pubbliku, il-Banek Ċetrali, l-istituzzjonijiet internazzjonali u supra-nazzjonali bħalma huma l-Bank Dinji, il-IMF, l-ECB u l-EIB jew organizzazzjonijiet internazzjonali simili.

(4) Investituri oħra istituzzjonali li l-attivita ewliena tagħhom hija li jinvestu fl-istrumenti finanzjarji, inklużi l-entitajiet iddedikati għas-sikuritizzazzjoni ta' l-attivi jew transazzzjonijiet finanzjarji oħra.

L-entitajiet imsemmija hawn fuq huma kkunsidrati li huma professjonali. Iridu madankollu jitħallew li jitolbu trattament mhux professjonali u d-ditti ta' l-investiment jistgħu jaqblu li jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. Meta l-klijent ta' ditta ta' l-investiment huwa impriża riferita hawn fuq, id-ditta ta' l-investiment trid tgħarrfu qabel kull provvediment ta' servizzi li, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli għad-ditta, il-klijent jitqies li huwa klijent professjonali, u jrid jiġi ttrattat ta' hekk għajr jekk id-ditta u l-klijent jiftiehmu xorta oħra. Id-ditta trid tgħarraf ukoll lill-klijent li jista' jitlob varjazzjoni fit-termini tal-ftehim biex jiżgura livell ogħla ta' protezzjoni.

Hija r-responsabbiltà tal-klijent, ikkunsidrat li jkun klijent professjonali, li jitlob livell ogħla ta' protezzjoni meta jqis li mhux kapaċi jistma sewwa jew jamministra r-riskji involuti.

Dan il-livell ogħla ta' protezzjoni irid jiġi pprovvdut meta klijent li huwa kkunsidrat li huwa professjonali jidħol fi ftehim bil-miktub mad-ditta ta' l-investiment b'effett li ma għandux jiġi ttrattat bħala professjonali għall-għanijiet tal-kondotta applikabbli tar-reġim tal-kummerċ. Dan il-ftehim għandu jispeċifika jekk dan japplikax għal servizz jew transazzjoni partikolari jew iktar, jew għal tip jew iktar ta' prodott jew transazzjoni.

II.   Il-klijenti li jistgħu jiġu ttrattati bħala professjonali fuq talba

II.1.   Il-kriterji ta' l-identifikazzjoni

Il-klijenti għajr dawk imsemmija fit-Taqsima I, inklużi l-korpi tas-servizzi pubbliċi u l-investituri individwali privati, jistgħu jiġu permessi wkoll li jirrinunzjaw għal uħud mill-protezzjonijiet li jkunu jistgħu jingħataw mill-kondotta tar-regoli tal-kummerċ.

Id-ditti ta' l-investiment għandhom għalhekk jingħataw il-pemess li jittrattaw lil kull wieħed mill-klijenti ta' hawn fuq sakemm jiġu mwettqa l-kriterji rilevanti u l-proċedura msemmija hawn taħt. Madankollu, dawn il-klijenti ma għandhomx jiġu preżunti li jippossjiedu għerf u esperjenza tas-suq ipparagunati ma' dak tal-kategoriji elenkati fit-taqsima I.

Kull rinunzja minn din tal-protezzjoni li tista' tingħata skond il-kondotta standard tar-reġim tal-kummerċ għandha titqies valida biss jekk stima adegwata tal-kompetenza, l-esperjenza u l-għerf tal-klijent, midħula għaliha mid-ditta ta' l-investiment, tagħti assigurazzjoni raġjonevoli, fid-dawl tan-natura tat-transazzjonijiet jew tas-servizzi previsti, illi l-klijent huwa kapaċi li jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu nnifsu dwar l-investiment u li jifhem ir-riskji involuti.

L-eżami dwar kemm huma b'saħħithom applikat għall-amministraturi u d-diretturi ta' l-entitajiet illiċenzati skond id-Direttivi fil-kamp finanzjarju jistgħu jitqiesu bħala eżempju ta' l-istima tal-kompetenza u tal-għerf. Fil-każ ta' entitajiet żgħar, il-persuna bla ħsara għall-istima ta' hawn fuq għandha tkun il-persuna awtorizzata li twettaq transazzjonijiet f'isem l-entità.

Fil-kors ta' l-istima ta' hawn fuq, għandhom jiġu sodisfatti bħala minimu tnejn mill-kriterji li ġejjin:

 li l-klijent ikun wettaq transazzjonijiet, ta' daqs sinifikanti, fis-suq rilevanti fi frekwenza medja ta' 10 f'kull kwart tas-sena fuq l-erba' kwarti preċedenti tas-sena,

 li d-daqs tal-portafoll ta' l-istrument finnzjarju tal-klijent, iddefinit li jinkludi depożiti ta' flus fil-pront u strumenti finanzjarji, jaqbeż il-EUR 500 000,

 li l-klijent jaħdem jew ikun ħadem fis-settur finanzjarju għal mill-inqas sena f'pożizzjoni professjonali, li teħtieġ għerf dwar it-transazzjonijiet jew is-servizzi previsti.

II.2.   Il-Proċedura

Il-klijenti ddefiniti hawn fuq jistgħu jirrinunzjaw biss għall-benefiċċju tar-regoli ddettaljati tal-kondotta meta tiġi segwita l-proċedura li ġejja:

 iridu jiddikjaraw bil-kitba lid-ditta ta' l-investiment li jixtiequ jiġu ttrattati bħala klijenti professjonali, jew b'mod ġenerali jew rigward servizz jew transazzjoni partikolari ta' l-investiment, jew tip ta' transazzjoni jew prodott,

 id-ditta ta' l-investiment trid tagħtihom twissija ċara bil-miktub dwar il-protezzjonijiet u d-drittijiet tal-kumpens għall-investituri li jistgħu jitilfu,

 iridu jiddikjaraw bil-miktub, f'dokument separat mill-kuntratt, li huma konxji mill-konsegwenzi tat-telf ta' dawn il-protezzjonijiet.

Qabel ma jiddeċiedu li jaċċettaw kull talba għal rinunzja, id-ditti ta' l-investiment iridu jkunu meħtieġa li jieħdu l-passi kollha raġjonevoli sabiex jiżguraw illi l-l-klijent li jitlob li jiġi ttrattat bħala klijent professjonali jissodisfa l-ħtiġiet rilevanti ddikjarati fit-Taqsima II.1 ta' hawn fuq.

Madankollu, jekk il-klijenti jkunu diġà ġew ikkategorizzati bħala professjonali skond parametri u proċeduri simili għal dawk ta' hawn fuq, ma jridx ikun maħsub illi r-relazzjonijiet mad-ditti ta' l-investiment għandhom jiġu affettwati bir-regoli l-ġodda adottati skond dan l-Anness.

Id-ditti jridu jimplimentaw il-politiki interni approprjati bil-miktub sabiex jikkategorizzaw lill-klijenti. Il-klijenti professjonali huma responsabbli li jżommu lid-ditta imgħarrfa dwar kull bidla, li tista' taffettwa l-kategorizzazzjoni korrenti tagħhom. Jekk id-ditta ta' l-investiment issir madankollu konxja illi l-klijent ma jwettaqx iktar il-kondizzjonijiet inizjali, li jkunu għamluh eliġibbli għal trattament professsjonali, id-ditta ta' l-investiment trid tieħu l-azzjoni approprjata.



( 1 ) ĠU C 71 E, tal-25.3.2003, p. 62.

( 2 ) ĠU C 220, tas-16.9.2003, p. 1.

( 3 ) ĠU C 144, tal-20.6.2003, p. 6.

( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Settembru 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Ufiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2003 (ĠU C 60 E, tad-9.3.2004, p. 1), Pożizzjoni Komuni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Marzu 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ April 2004.

( 5 ) ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, tal-11.2.2003, p. 1).

( 6 ) ĠU C 56, ta’ l-4.4.1964, p.878/64. Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni 1972

( 7 ) ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE

( 8 ) ĠU L 345, tad-19.12.2002, p. 1.

( 9 ) ĠU L 126, tas-26.5.2000, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE

( 10 ) ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE

( 11 ) ĠU L 9, tal-15.1.2003, p. 3.

( 12 ) ĠU L 168, tas-27.6.2002, p. 43.

( 13 ) ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

( 14 ) ĠU L 184, tas-6.7.2001, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/71/KE (ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 64).

( 15 ) ĠU L 115, tas-17.4.98, p. 31.

( 16 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

( 17 ) ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-1994.

( 18 ) ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 35).

( 19 ) Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

( 20 ) ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16).

( 21 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

( 22 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma' assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

( 23 ) Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1). Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2007/44/KE.

( 24 ) Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/44/KE.

( 25 ) Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti ta’ l-investiment f’konglomerat finanzjarju (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1). Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).

( 26 ) Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (riformulazzjoni) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201).

( 27 ) Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).

( 28 ) ĠU L 84, tas-26.3.1997, p. 22.

( 29 ) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

( 30 ) ĠU L

( 31 ) ĠU L 126, tat-12.5.1984, p. 20.

( 32 ) ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16).

( 33 ) ĠU L 191, tat-13.7.2001, p. 45.

( 34 OPECE għandu jdaħħal referenza ma’ din id-Direttiva.

( 35 ) ĠU L”

( 36 OPECE għandu jdaħħal referenza ma’ din id-Direttiva.”

( 37 ) ĠU L

( 38 ) ĠU L 9, tal-15.1.2003, p. 3.”

( 39 OPECE għandu jdaħħal referenza ma’ din id-Direttiva.”

( 40 ) ĠU L

Top