EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003L0087-20140430

Consolidated text: Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/2014-04-30

2003L0087 — MT — 30.04.2014 — 007.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 2003/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ottubru 2003

li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 275, 25.10.2003, p.32)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA 2004/101/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tas-27 ta' Ottubru 2004

  L 338

18

13.11.2004

►M2

DIRETTIVA 2008/101/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tad-19 ta’ Novembru 2008

  L 8

3

13.1.2009

►M3

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M4

DIRETTIVA 2009/29/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-23 ta’ April 2009

  L 140

63

5.6.2009

►M5

DEĊIŻJONI Nru 1359/2013/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' Diċembru 2013

  L 343

1

19.12.2013

►M6

REGOLAMENT (UE) Nru 421/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta' April 2014

  L 129

1

30.4.2014


Emendat bi:

►A1

  L 112

10

24.4.2012


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 140, 14.5.2014, p. 177  (421/2014)




▼B

ID-DIRETTIVA 2003/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ottubru 2003

li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ),

Billi:

(1)

Il-Green Paper dwar l-iskambju ta’ emissjoni tal-gassijiet ġewwa l-Unjoni Ewropea nidiet dibattitu fl-Ewropa kollha dwar il-konvenjenza u l-funzjonament possibbli ta’ l-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serragassijiet serra ġewwa l-Unjoni Ewropea. Il-Programm Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima kkunsidra l-politiki u l-miżuri Komunitarji permezz ta’ proċess li jinvolvi ħafna minn dawk li għandhom sehem, li jinkludi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serragassijiet serra ġewwa l-Komunità (l-iskema Komunitarja) msejsa fuq il-Green Paper. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2001, il-Kunsill għaraf l-importanza partikolari tal-Programm Ewropew dwar il-Bidla fil-Klima u tax-xogħol imsejjes fuq il-Green Paper, u ssottilinea l-ħtieġa urġenti għal azzjoni konkreta fil-livell Komunitarju.

(2)

Is-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni dwar l-Ambjent stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600.2002.KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) jidentifika l-bidla fil-klima bħala prijorità għall-azzjoni u jipprovdi li tiġi stabbilita skema għall-iskambju ta’ emissjonijiet matul il-Komunità kollha sas-sena 2005. Dan il-Programm jagħraf illi l-Komunità hija impenjata li tikseb tnaqqis ta’ 8 % fl-emissjoni tal-gassijiet serra bejn mis-sena 2008 sas-sena 2012 meta pparagunat mal-livelli tas-sena 1990, u li, fuq skond iktar fit-tul, l-emissjonijiet globali jridu jeħtieġu li jiġu mnaqqsa b’madwar 70 % meta pparagunati mal-livelli tas-sena 1990.

(3)

L-għan aħħari tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima, li kienet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima ( 6 ), huwa li tinkiseb stabbilizzazzjoni fil-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera f’livell li jipprevjieni indħil perikoluż antropoġeniku fis-sistema tal-klima.

(4)

Ġaladarba jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ta’ Kyoto li kien approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE tal-25 ta’ April 2002 li jirrigwarda l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta’ Kyoto ta’ mal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima u t-twettiq konġunt tiegħu ( 7 ), irid jikkommetti lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra antropoġeniċi aggregati tagħhom elenkati fl-Anness A mal-Protokoll bi 8 % pparagunati mal-livelli tas-sena 1990 fil-perjodu taż-żmien mis-sena 2008 sas-sena 2012.

(5)

Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha ftiehmu li jwettqu konġuntement dawn l-impenji li jnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-gassijiet serra, skond id-Deċiżjoni 2002/358/KE. Din id-Direttiva timmira li tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ l-impenji tal-Komunità Ewropea u ta’ l-Istati Membri tagħha b’mod iktar effettiv, permezz ta’ suq Ewropew effiċjenti fil-għoti ta’ kwoti għall-emissjoni tal-gassijiet serra, bl-inqas tnaqqis possibbli ta’ l-iżvilupp ekonomiku u tax-xogħol.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/389/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 għal mekkaniżmu ta’ monitoraġġ għal CO2 Komunitarju u emissjonijiet oħra tal-gassijiet serra ( 8 ), stabbiliet mekkaniżmu sabiex jimmonitorja l-emissjoni tal-gassijiet serra u jivvaluta l-progress sabiex jintlaħqu l-impenji rigward dawn l-emissjonijiet. Dan il-mekkaniżmu jrid jassisti lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-kwantità totali tal-kwoti li jridu jiġu allokati.

(7)

Id-disposizzjonijiet Komunitarji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-allokazzjoni tal-kwoti mill-Istati Membri huma meħtieġa sabiex jikkontribwixxu għall-preservazzjoni ta’ l-integrità tas-suq intern u sabiex tiġi evitata id-distorsjoni tal-kompetizzjoni.

(8)

Meta jallokaw il-kwoti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-potenzjal għall-attivitajiet tal-proċess industrijali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet.

(9)

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi huma joħorġu biss kwoti validi għall-perjodu taż-żmien li jibda fis-sena 2008 lill-persuni rigward il-kwoti ikkanċellati, li jikkorrespondu mat-tnaqqis fl-emissjonijiet magħmula minn dawn il-persuni fit-territorju nazzjonali tagħhom matul il-perjodu taż-żmien ta’ tliet snin li jibda fis-sena 2005.

(10)

Mill-bidu tal-perjodu msemmi taż-żmien ta’ ħames snin, it-trasferimenti tal-kwoti lil Stat Membru ieħor iridu jinvolvu aġġustamenti korrispondenti għall-unitajiet ta’ l-ammonti assenjati skond il-protokoll ta’ Kyoto.

(11)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-operaturi ta’ ċerti attivitajiet speċifiċi jkollhom permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra u li jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra speċifikati fejn jidħlu dawn l-attivitajiet.

(12)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur ta’ din id-Direttiva 98/70/KE u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(13)

Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, il-pubbliku għandu jkollu aċċess għat-tagħrif li jkollu x’jaqsam ma’ l-allokazzjoni tal-kwoti u għar-riżultati tal-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet, bla ħsara biss għar-restrizzjonijiet ipprovduti fid-Direttiva 2003/4KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent ( 9 ),

(14)

L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mfassal fuq il-bażi tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza r-rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent ( 10 ).

(15)

L-inklużjoni ta’ stallazzjonijiet addizzjonali fl-iskema Komunitarja għandha tkun skond id-disposizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, u l-kopertura ta’ l-iskema Komunitarja tista’ għalhekk tiġi estiża għal emissjonijiet oħra tal-gassijiet serra għajr id-dijossidu tal-karbonju fost ħwejjeġ oħra mill-aluminju u l-attivitajiet kimiċi.

(16)

Din id-Direttiva ma għandha tipprevjeni lill-ebda Stat Membru milli jżomm jew jistabbilixxi skemi kummerċjali nazzjonali li jirregolaw l-emissjonijiet tal-gassijiet ts-serra minn attivitajiet oħra għajr dawk elenkati fl-Anness I jew inklużi fl-iskema Komunitarja, jew mill-istallazzjonijiet esklużi temporanjament mill-iskema Komunitarja.

(17)

L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw fl-iskambju internazzjonali fl-emissjonijiet bħala Partijiet fil-Protokoll ta’ Kyoto ma’ kull Parti oħra inkluża fl-Anness B ta’ miegħu,

(18)

Ir-rabta ta’ l-iskema Komunitarja ma’ l-iskemi ta’ pajjiżi terzi dwar in-negozju fl-emissjoni tal-gassijiet serra trid iżżid l-effettività taħt il-profil tal-ġestjoni li tinkisb il-mira Komunitarja tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2002/358/KE dwar it-twettiq konġunt ta’ l-impenji.

(19)

Il-mekkaniżmi msejsa fuq il-proġetti li jinkludu l-Implimentazzjoni Konġunta (JI) u l-Mekkaniżmu ta’ Żvilupp Nadif (CDM) huma importanti sabiex jinkisbu l-għanijiet kemm tat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra u kemm sabiex jiżdied il-funzjonament ta’ l-effettività taħt il-profil tal-ġestjoni ta’ l-iskema Komunitarja. Skond id-disposizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll ta’ Kyoto u l-Akkordji ta’ Marrakex, l-użu tal-mekkaniżmi għandu jkun supplimentali għall-azzjoni domestika u b’hekk l-azzjoni domestika trid tikkostitwixxi element sinifikanti fl-isforz magħmul.

(20)

Din id-Direttiva trid tinkoraġġixxi l-użu ta’ teknoloġija ta’ użu iktar effiċjenti ta’ l-enerġija, inkluża t-teknoloġija tal-għaqda tas-sħana u l-enerġija, li jippoduċu inqas emissjonijiet għal kull unità tal-produzzjoni, filwaqt li d-direttiva ġejjiena tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-ko-ġenerazzjoni msejsa fuq id-domanda utli tas-sħana fis-suq intern ta’ l-enerġija trid tippromwovi b’mod speċifiku t-teknoloġija tal-għaqda tas-sħana u l-enerġija.

(21)

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 li tirrigwarda l-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż ( 11 ) tistabbilixxi qafas ġenerali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġiż, li permezz tiegħu jistgħu jinħarġu l-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra. Id-Direttiva 96/61/KE għandha tiġi emendata sabiex tiżgura illi l-valuri tal-limiti ta’ l-emissjonijiet ma jiġux iffissati għall-emissjoni diretta tal-gassijiet serra minn stallazzjoni bla ħsara għal din id-Direttiva u li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponux ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija rigward l-unitajiet tal-kombustjoni jew unitajiet oħra li jarmu d-dijossidu tal-karbonju fuq is-sit, mingħajr preġudizzji għal ħtiġiet oħra skond id-Direttiva 96.61/KE.

(22)

Din id-Direttiva hija kompatibbli mal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzonjiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima u l-Protokoll ta’ Kyoto. Għandha tiġi rivista fid-dawl ta’ l-iżviluppi f’dan il-kuntest u tqis l-esperjenza fl-implimentazzjoni tagħha u l-progress miksub fil-monitoraġġ ta’ l-emissjoni tal-gasijiet tas-serra.

(23)

L-iskambju ta’ kwoti għall-emissjonijiet għandu jifforma parti minn pakkeġġ komprensiv u koerenti tal-politiki u l-miżuri implimenati fil-livell ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, meta l-attivitajiet ikunu koperti bl-iskema Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-implikazzjonijiet tal-politiki regolatorji, fiskali u oħrajn li jsegwu l-istess għanijiet. Ir-rivista tad-Direttiva għandha tikkunsidra safejn u sakemm inkisbu dawn l-għanijiet.

(24)

L-istrument tat-tassazzjoni jista’ jkun politika nazzjonali sabiex tillimita l-emissjonijiet mill-istallazzjonijiet esklużi temporanjament.

(25)

Il-politiki u l-miżuri għandhom jiġu implimentati fil-livell ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità fis-setturi kollha ta’ l-ekonomija ta’ l-Unjoni Ewropea, u mhux biss ġewwa l-industrija u s-setturi ta’ l-eneriġja, sabiex jiġi ġġenerat tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tikkunsidra politiki u miżuri fil-livell Komunitarji sabiex is-settur tat-trasport jagħmel kontribut sostanzajali lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha sabiex jilħqu l-obbligi tagħhom dwar il-bidla fil-klima skond il-protokoll ta’ Kyoto,

(26)

Minkejja l-potenzal b’ħafna faċċati tal-mekkaniżmi msejsa fuq is-suq, l-istrateġija ta’ l-Unjoni Ewropea dwar it-taffija tal-bidla fil-klima għandha tkun mibnija fuq bilanċ bejn l-iskema Komunitarja u u tipi oħra ta’ azzjoni Komunitarja, domestika u internazzjonali.

(27)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji kkonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(28)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottti skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 12 ).

(29)

Billi l-kriterji (1), (5) u (7) ta’ l-Anness III ma jistgħux jiġu emendati permezz tal-komitoloġija, l-emendi rigward il-perjodi taż-żmien wara s-sena 2002 għandhom isiru biss permezz tal-ko-deċiżjċoni,

(30)

Ġaladarba l-għan ta’ l-azzjoni proposta, li tiġi stabbilita skema Komunitarja, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri huma u jaġixxu b’mod individwali, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni proposta jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif iddikjarat f’dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx iktar ‘il bogħod minn dak li hu meħtieġ sabiex tikseb din in-mira,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



▼M2

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

▼B

Artikolu 1

Il-materja tas-suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoniji tal-gassijiet serra ġewwa l-Komunità (minn issa ‘l quddiem imsjħa l-“iskema Komunitarja”) sabiex tippromwovi t-tnaqqis ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra b’manjiera effettiva rigward spejjez u effiċjenza ekonomika.

▼M4

Din id-Direttiva se tipprovdi wkoll għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sabiex tikkontribwixxi għal-livelli tat-tnaqqis kunsidrati meħtieġa xjentifikament biex jimpedixxu bidla perikoluża fil-klima.

Din id-Direttiva tistipula wkoll dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ impenn tat-tnaqqis iktar riġidu tal-UE li jeċċedi 20 %, li għandu jiġi applikat mal-approvazzjoni mill-Komunità ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jaqbeż dak meħtieġ fl-Artikolu 9, kif rifless fl-impenn ta’ 30 % kif ġie approvat mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007.

▼B

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I u għall-gassijiet serra elenkati fl-Annes II.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kull ħtieġa skond id-Direttiva 96/61/KE.

▼M2

3.  L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għall-ajruport ta’ Ġibiltà hija mifhuma li hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit rigward it-tilwima dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport.

▼B

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “kwota ta’ emissjoni” tfisser id-dritt ta’ emissjoni ta’ tunnellata metrika ta’ l-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju matul perjodu taż-żmien speċifikat, li għandha tkun valida biss sabiex tissodisfa l-ħtiġiet ta’ din d-Direttiva u għandha tkun trasferibbli skond id-disposizzjonijiet ta’ dan id-Direttiva;

▼M2

(b) “emissjonijet” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra fl-atmosfera minn sorsi ta’ emissjonijiet f’installazzjoni jew ir-rilaxx mill-inġenju tal-ajru waqt li jkun qed iwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I tal-gassijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività;

▼M4

(ċ) “gassijiet serra” tfisser dawk il-gassijiet elenkati fl-Anness II u l-kostitwenti oħra forma ta’ gass, kemm naturali kif ukoll antropoġeniċi, li jassorbu u jerġgħu jemettu radjazzjoni infra-red;

▼B

(d) “permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra” ifisser il-permess maħruġ skond l-Artikoli 5 u 6;

(e) “stallazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn jitwettqu attività jew iktar elenkati fl-Anness I u kull attività oħra assoċjata direttament li jkollha konnessjoni teknika ma’ l-attivitajiet imwettqa fuq is-sit u li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet u t-tniġġiż;

(f) “operatur” ifisser kull persuna li tħaddem jew tikkontrolla stallazzjoni jew, meta dan huwa pprovdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, li lilha tkun iddelegata s-saħħa ekonomika deċisiva fuq il-funzjonament tekniku ta’ l-istallazzjoni;

(g) “persuna” tfisser kull persuna naturali jew legali;

▼M4

(h) “istallazzjoni li daħlet ġdida fis-suq”tfisser:

 kwalunkwe istallazzjoni li tagħmel attività waħda jew iżjed indikati fl-Anness I, li tkun akkwistat permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-ewwel darba, wara t-30 ta’ Ġunju 2011,

 kwalunkwe istallazzjoni li tagħmel attività li tiġi inkluża fl-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 24(1) jew (2), għall-ewwel darba, jew

 kull istallazzjoni li twettaq attività waħda jew iżjed indikati fl-Anness I jew attività li tiġi inkluża fl-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 24(1) jew (2), li kellha estensjoni sinifikanti wara t-30 ta’ Ġunju 2011, safejn hija kkonċernata din l-estensjoni;

▼B

(i) “il-pubbliku” ifisser persuna jew iktar, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi ta’ persuni;

(j) “l-ekwivalenti ta’ tunnellata metrika ta’ dijossiju tal-karbonju” tfisser tunnellata metrika ta’ Ddijossidu tal-Karbonju (CO2) jew ammont ta’ kull gass ieħor tas-serra bil-potenzjal ekwivalenti għaż-żieda tas-sħana globali;

▼M1

(k) “Parti għall-Anness I” tfisser Parti elenkata fl-Anness I ta’ l-UNFCCC li rratifikat il-Protokoll ta’ Kjoto kif speċifikat fl-Artikolu 1(7) tal-Protokoll ta’ Kjoto;

(l) “attività ta’ proġett” tfisser attività ta’ proġett approvata minn Parti waħda jew aktar għall-Anness I skond l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto;

(m) “unità ta’ tnaqqis ta’ emissjoni” (ERU) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;

(n) “tnaqqis ta’ emissjoni ċċertifikata” (CER) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;

▼M2

(o) “operatur tal-inġenji tal-ajru” tfisser il-persuna li topera inġenju tal-ajru fiż-żmien li jwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew, meta dik il-persuna ma tkunx magħrufa jew ma tkunx identifikata mis-sid tal-inġenju tal-ajru, is-sid tal-inġenju tal-ajru;

(p) “operatur kummerċjali tat-trasport bl-ajru” tfisser operatur li, għal rimunerazzjoni, jipprovdi servizzi ta’ trasport bl-ajru skedati jew mhux skedati lill-pubbliku għall-ġarr ta’ passiġġieri, merkanzija jew posta;

(q) “Stat Membru amministrattiv” tfisser l-Istat Membru responsabbli għall-amministrazzjoni tal-iskema Komunitarja fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 18a;

(r) “emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni” tfisser emissjonijiet mit-titjiriet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u dawk li jaslu f’tali ajrudrom minn pajjiż terz;

(s) “emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni” tfisser il-medja tal-emissjonijiet annwali fis-snin kalendarji 2004, 2005 u 2006 mill-inġenji tal-ajru li jwettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I;

▼M4

(t) “Kombustjoni” tfisser kull ossidazzjoni tal-karburanti irrispettivament mill-mod li bih jintużaw is-sħana, l-enerġija mekkanika jew elettrika prodotti minn dan il-proċess u kwalunkwe attività oħra assoċjati direttament inkluż tindif tal-gass tal-iskart;

(u) “Ġeneratur tal-elettriku” tfisser istallazzjoni li fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara, kienet ipproduċiet elettriku għall-bejgħ lil partijiet terzi u li fiha ma ssir l-ebda attività elenkata fl-Anness I barra dik tal-“kombustjoni tal-karburanti”.

▼M2



KAPITOLU II

AVJAZZJONI

Artikolu 3a

Kamp ta’ Applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I.

Artikolu 3b

Attivitajiet tal-avjazzjoni

Sat-2 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni għandha, f’konformità mal-proċedura regolatorja imsemmija fl-Artikolu 23(2), tiżviluppa linji gwida dwar l-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I;

Artikolu 3c

Kwantità totali ta’ kwoti għall-avjazzjoni

1.  Għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 97 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni.

2.  Għall-perijodu msemmi fl- ►M4  Artikolu 13(1) ◄ li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013, u, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe emenda wara r-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 30(4), għal kull perijodu sussegwenti, il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandha tkun ekwivalenti għal 95 % tal-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni mmultiplikati bin-numru ta’ snin f’dak il-perijodu.

Dan il-persentaġġ jista’ jkun rivedut bħala parti mir-reviżjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva.

3.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-kwantità totali tal-kwoti li għandha tiġi allokata għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 30(4).

4.  Sat-2 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni, abbażi tal-aqwa data disponibbli, inklużi stimi bbażati fuq informazzjoni attwali dwar it-traffiku. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi kkunsidrata fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1).

Artikolu 3d

Metodu għall-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz ta’ bejgħ bl-irkant

1.  Fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), 15 % ta’ kwoti għandhom ikunu rkantati.

2.  Mill-1 ta’ Jannar 2013, 15 % tal-kwoti għandhom ikunu rkantati. Dan il-persentaġġ jista’ jiġi miżjud, bħala parti mill-reviżjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva.

3.  Għandu jiġi adottat Regolament li jkun fih dispożizzjonijiet dettaljati għall-bejgħ bl-irkant mill-Istati Membri tal-kwoti mhux meħtieġa li jinħarġu mingħajr ħlas skond il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f(8). In-numru tal-kwoti li għandhom jinbiegħu bl-irkant f’kull perijodu minn kull Stat Membru għandu jkun f’proporzjon mas-sehem tiegħu tat-total tal-emissjonijiet dovuti mill-avjazzjoni tal-Istati Membri kollha għas-sena ta’ referenza rrappurtata skond l-Artikolu 14(3) u verifikati skond l-Artikolu 15. Għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), is-sena ta’ referenza għandha tkun l-2010 u għal kull perijodu sussegwenti msemmi fl-Artikolu 3c is-sena ta’ referenza għandha tkun is-sena kalendarja li tispiċċa 24 xahar qabel il-bidu tal-perijodu li għalih jirreferi l-irkant.

Dak ir-Regolament, imfassal biex jemenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentaha, għandu jiġi adottat skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

4.  L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta’ kwoti tal-avjazzjoni. Dak id-dħul għandu jintuża biex jitratta t-tibdil fil-klima fl-UE u f’pajjiżi terzi, inter alia biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra, biex ikunu adattati l-impatti tat-tibdil fil-klima fl-UE u f’pajjiżi terzi, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp għall-mitigazzjoni u l-adattament, inkluż b’mod partikolari fl-oqsma tal-aeronawtika u tat-trasport bl-ajru, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet permezz ta’ mezzi tat-trasport b’emissjonijiet baxxi, u biex ikopri l-ispejjeż amministrattivi tal-iskema Komunitarja. Id-dħul mill-bejgħ bl-irkant għandu jintuża wkoll sabiex jiffinanzja kontribuzzjonijiet għall-Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli, u għal miżuri biex tiġi evitata d-deforestazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar azzjonijiet meħuda skond dan il-paragrafu.

5.  It-tagħrif mogħti lill-Kummissjoni skond din id-Direttiva ma jeżonerax lill-Istati Membri mill-obbligu tan-notifika stabbilit mill-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

Artikolu 3e

Allokazzjoni u ħruġ tal-kwoti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru

1.  Għal kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c, kull operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ japplika għal allokazzjoni ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas. Applikazzjoni tista’ ssir permezz ta’ preżentazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru amministrattiv ta’ data ivverifikata f’tunnellati-kilometru għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li twettqu minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru matul is-sena ta’ monitoraġġ. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, is-sena ta’ monitoraġġ għandha tkun is-sena kalendarja li tintemm 24 xahar qabel il-bidu tal-perijodu relatat magħha skond l-Annessi IV u V jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), l-2010. Kwalunkwe applikazzjoni għandha ssir mill-anqas 21 xahar qabel il-bidu tal-perijodu relatat magħha jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sal-31 ta’ Marzu 2011.

2.  Mill-inqas tmintax-il xahar qabel il-bidu tal-perijodu relatat mal-applikazzjoni jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sat-30 ta’ Ġunju 2011, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-applikazzjonijiet li jkunu rċevew taħt il-paragrafu 1.

3.  Mill-inqas ħmistax-il xahar qabel il-bidu ta’ kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sat-30 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni għandha tikkalkula u taddotta deċiżjoni li tistabbilixxi:

(a) il-kwantità totali tal-kwoti li għandha tiġi allokata għal dak il-perijodu skond l-Artikolu 3c;

(b) in-numru ta’ kwoti li jrid jiġi rkantat f’dak il-perijodu skond l-Artikolu 3d;

(ċ) in-numru ta’ kwoti fir-riżerva speċjali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’dak il-perijodu skond l-Artikolu 3f(1);

(d) in-numru ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas f’dak il-perijodu billi jitnaqqsu n-numru ta’ kwoti msemmija fil-punti (b) u (c) mill-kwantità totali ta’ kwoti deċiżi taħt il-punt (a); u

(e) il-punt ta’ referenza li għandu jintuża sabiex jiġu allokati kwoti mingħajr ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjonijiet tagħhom kienu ppreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.

Il-punt ta’ referenza msemmi fil-punt (e), espress bħala kwoti kull tunnellata-kilometru, għandu jiġi kkalkulat permezz tad-diviżjoni tan-numru tal-kwoti msemmija fil-punt (d) bit-total tad-data f’tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.

4.  Fi żmien tliet xhur mid-data minn meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond il-paragrafu 3, kull Stat Membru amministrattiv għandu jikkalkula u jippubblika:

(a) l-allokazzjoni totali tal-kwoti għall-perijodu lil kull operatur tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjoni tiegħu kien ippreżentaha lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2, ikkalkulata permezz tal-multiplikazzjoni tad-data tat-tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjoni mal-punt ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 3(e); u

(b) l-allokazzjoni tal-kwoti għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull sena, li għandha tiġi determinata permezz tad-diviżjoni tal-allokazzjoni totali tiegħu tal-kwoti għal dak il-perijodu ikkalkulata taħt il-punt (a) bin-numru ta’ snin matul il-perijodu li fiha dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru qed iwettaq attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.

5.  Sat-28 ta’ Frar 2012 u sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru amministrattiv għandha toħroġ għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru n-numru ta’ kwoti allokati għal dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru għal dik is-sena taħt dan l-Artikolu jew l-Artikolu 3f.

Artikolu 3f

Riżerva speċjali għal ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru

1.  F’kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2), 3 % tal-kwantità totali tal-kwoti li jridu jiġu allokati għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru:

(a) li jibdew iwettqu attività ta’ avjazzjoni li taqa’ taħt l-Anness I wara s-sena ta’ monitoraġġ li għaliha kienet ppreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) rigward perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2); jew

(b) li d-data f’tunnellati-kilometru tagħhom tiżdied b’medja ta’ iktar minn 18 % kull sena bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu;

u li l-attività tagħhom taħt il-punt (a), jew attività addizzjonali taħt il-punt (b), m’hijiex fl-intier tagħha jew parzjalment kontinwazzjoni ta’ attività tal-avjazzjoni li qabel kienet imwettqa minn operatur ieħor tal-inġenji tal-ajru.

2.  Operatur tal-inġenji tal-ajru li huwa eliġibbli taħt il-paragrafu 1 jista’ japplika għal allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti mir-riżerva speċjali billi jagħmel applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru amministrattiv tiegħu. Kwalunkwe applikazzjoni għandha ssir sat-30 ta’ Ġunju fit-tielet sena tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) li tirreferi għalih.

Allokazzjoni lil operatur ta’ linja tal-ajru taħt il-paragrafu 1(b) m’għandhiex tkun aktar minn 1 000 000 kwota.

3.  Applikazzjoni taħt il-paragrafu 2 għandha:

(a) tinkludi data f’tunnellati-kilometru vverifikata skond l-Anness IV u V għall-attivitajiet ta’ avjazzjoni elenkati fl-Anness I imwettqa mill-operatur tal-inġenji tal-ajru fit-tieni sena kalendarja tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) li għalih tirreferi l-applikazzjoni;

(b) tipprovdi prova li l-kriterji għall-eliġibbiltà taħt il-paragrafu 1 huma sodisfatti; u

(ċ) fil-każ ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fi ħdan il-paragrafu 1(b), tiddikjara:

(i) iż-żieda fil-persentaġġ f’tunnellati-kilometru mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu;

(ii) it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu; u

(iii) it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu li teċċedi l-persentaġġ speċifikat fil-paragrafu 1(b).

4.  Mhux aktar tard minn 6 xhur mill-iskadenza biex issir applikazzjoni taħt il-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni applikazzjonijiet irċevuti taħt dak il-paragrafu.

5.  Mhux aktar tard minn tnax-il xahar mill-iskadenza biex issir applikazzjoni taħt il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-punt ta’ referenza li għandu jintuża sabiex jiġu allokati kwoti mingħajr ħlas lil operaturi tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4.

Soġġett għall-paragrafu 6, il-punt ta’ referenza għandu jkun ikkalkulat permezz tad-diviżjoni tan-numru tal-kwoti fir-riżerva speċjali bis-somma ta’:

(a) id-data f’tunnellati-kilometru għal operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-paragrafu 1(a) inkluż fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 3(a) u 4; u

(b) it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru li jeċċedi l-persentaġġ speċifikat fil-paragrafu 1(b) għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-paragrafu 1(b) inkluż fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 3(c)(iii) u 4.

6.  Il-punt ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 5 m’għandux jirriżulta f’allokazzjoni annwali għal kull tunnellata-kilometru ikbar mill-allokazzjoni annwali għal kull tunnellata-kilometru għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru taħt l-Artikolu 3e(4).

7.  Fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond il-paragrafu 5, kull Stat Membru amministrattiv għandu jikkalkula u jippubblika:

(a) l-allokazzjoni ta’ kwoti mir-riżerva speċjali lil kull operatur tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjoni tiegħu kien ippreżentaha lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4. Din l-allokazzjoni għandha tiġi kkalkulata permezz tal-multiplikazzjoni tal-punt ta’ referenza imsemmi fil-paragrafu 5 ma’:

(i) fil-każ ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-paragrafu 1(a), id-data f’tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni taħt il-paragrafi 3(a) u 4;

(ii) fil-każ ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fi ħdan il-paragrafu 1(b), it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru li jeċċedi l-persentaġġ speċifikat fil-paragrafu 1(b) inkluż fl-applikazzjoni ippreżentata lill-Kummissjoni taħt il-paragrafi 3(c)(iii) u 4; u

(b) l-allokazzjoni ta’ kwoti għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull sena, li għandha tkun iddeterminata permezz tad-diviżjoni tal-allokazzjoni tagħha tal-kwoti taħt il-punt (a) bin-numru tas-snin kalendarji sħaħ li jibqa’ fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) li għalih tirreferi l-allokazzjoni.

8.  Kwalunkwe kwota mhux allokata fir-riżerva speċjali għandha tiġi rkantata mill-Istati Membri.

9.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-operazzjoni tar-riżerva speċjali taħt dan l-Artikolu, inkluża l-evalwazzjoni ta’ konformità mal-kriterja ta’ eliġibbiltà taħt il-paragrafu 1. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

Artikolu 3g

Pjanijiet ta’ monitoraġġ u rapportar

L-Istat Membru li jkun qed jamministra għandu jiżgura li kull operatur tal-inġenji tal-ajru jippreżenta lill-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru pjan ta’ monitoraġġ li jistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emmissjonijiet u data f’tunnellati-kilometru għall-fini ta’ applikazzjoni taħt l-Artikolu 3e u li tali pjanijiet ikunu approvati mill-awtorità kompetenti skond ►M4  ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 14 ◄ .



KAPITOLU III

INTALLAZZJONIJIET STAZZJONARJI

Artikolu 3h

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-permessi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I minbarra l-attivitajiet tal-avjazzjoni.

▼M4

Artikolu 4

Permessi tal-emissjonijiet ta’ gass serra

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta’ Jannar 2005, l-ebda istallazzjoni ma twettaq xi attività mniżżla fl-Anness I li tirriżulta f’emissjonijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività sakemm l-operaturi tagħha ma jkollhomx permess maħruġ minn awtorità kompetenti konformement mal-Artikoli 5 u 6, jew l-istallazzjoni ma tiġix eskluża mill-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 27. Din għandha tapplika wkoll għal istallazzjonijiet magħżula taħt l-Artikolu 24.

▼B

Artikolu 5

L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra

Applikazzjoni lill-awtorità kompetenti għal permess ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra għandha tinkludi deskrizzjoni dwar:

(a) l-istallazzjoni u l-attivitajiet tagħha inkluża t-teknoloġija wżata;

(b) il-materji prima u awżiljarji, li l-użu tagħhom x’aktarx iwassal għall-emissjonijiet tal-gassijiet elenkati fl-Anness I;

(ċ) is-sorsi ta’ l-emissjoni tal-gassijiet elenkati fl-Anness I mill-istallazzjoni; u

▼M4

(d) il-miżuri ppjanati sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet ement mar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 14.

▼B

L-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll sommarju mhux tekniku tad-dettalji riferiti fl-ewwel sub-paragrafu.

Artikolu 6

Il-kondizzjonijiet u l-kontenut tal-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra

1.  L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra li jagħti awtorizzazzjoni għall-emissjoni tal-gassijiet serra dinja minn stallazzjoni fl-intier tagħha jew f’parti minnha jew tkun sodisfatta illi l-operatur huwa kapaċi li jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet.

Permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra jista’ jkopri stallazzjoni jew iktar fuq l-istess sit imħaddma mill-istess operatur.

▼M4

L-awtorità kompetenti għandha, talanqas kull ħames snin, tirrivedi l-permess tal-emissjonijiet tal-gassijet serra u tagħmel kwalunkwe emenda kif ikun xieraq.

▼B

2.  Il-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra għandu jkun fihom dan li ġej:

(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur;

(b) deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet u l-emissjonijiet mill-istallazzjoni;

▼M4

(ċ) pjan ta’ mmonitorjar li jissodisfa r-rekwiżiti konformement mar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 14. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-operaturi biex jaġġornaw il-pjanijiet ta’ mmonitorjar mingħajr ma jinbidel il-permess. L-operaturi għandhom iressqu kwalunkwe pjan ta’ mmonitorjar aġġornat lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.

▼B

(d) il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ; u

▼M2

(e) obbligu li ċċedi kwoti, barra minn dawk il-kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II, ekwivalenti ghat-total ta’ emissjonijet tal-installazzjoni f’kull sena kalendarja, kif ivverifikati skond l-Artikolu 15, fi żmien erba’ xhur mill-aħħar ta’ dik is-sena.

▼M4

Artikolu 7

Bidliet marbuta mal-istallazzjonijiet

L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidliet ippjanti fin-natura jew fl-operazzjoni, jew dwar estensjoni, jew tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità, tal-istallazzjoni li tista’ tkun teħtieġ aġġornament tal-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta'serra. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. Fejn hemm bidla fl-identità tal-operatur tal-istallazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess biex tinkludi l-isem u l-indirizz tal-operatur il-ġdid.

▼B

Artikolu 8

Il-kordinament mad-Direttiva 96/61/KE

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, meta l-istallazzjonijiet iwettqu attivitajiet li huma inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 96/61/KE, il-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-ħruġ ta’ permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra jiġu kkoordinati ma’ dawk għall-permess ipprovdut f’din id-Direttiva. Il-ħtiġiet ta’ l-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu integrati fil-proċedura pprovduta fid-Direttiva 96/61/KE.

▼M4

Artikolu 9

Kwantità ta’ kwoti madwar il-Komunità kollha

Il-kwantità ta’ kwoti madwar il-Komunità maħruġa kull sena mill-2013 għandha tonqos f’mod lineari min-nofs il-perjodu mill-2008 sal-2012. Il-kwantità għandha tonqos b’fattur lineari ta’ 1,74 % meta mqabbel mal-medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri konformement mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni għall-perjodu mill-2008 sal-2012. ►A1  Il-kwantità tal-kwoti għall-Komunità kollha ser tiżdied bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja biss bil-kwantità tal-kwoti li l-Kroazja għandha tirkanta skont l-Artikolu 10(1). ◄

Sat-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità assoluta tal-kwoti għall-2013 mal-Komunità kollha, ibbażata fuq il-kwantitajiet totali tal-kwoti maħruġa jew li jridu jinħarġu mill-Istati Membri konformement mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni tagħhom għall-perjodu mill-2008 sal-2012.

Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-fattur lineari u, fejn hu xieraq, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-2020, bil-għan li tiġi adottata deċiżjoni sal-2025.

▼M4

Artikolu 9a

Aġġustament tal-kwantità ta’ kwoti madwar il-Komunità kollha

1.  Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet imdaħħla fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 taħt l-Artikolu 24(1), il-kwantità tal-kwoti li għandhom jinħarġu mill-1 ta’ Jannar 2013 għandha tiġi aġġustata biex tirrefletti l-kwantità medja annwali tal-kwoti maħruġa fir-rigward ta’ dawn l-istallazzjonijiet matul il-perjodu tal-inklużjoni tagħhom, aġġustat bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

2.  Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li jwettqu attivitajiet imniżżla fl-Anness I, li ddaħħlu biss fl-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ tali istallazzjonijiet jippreżentaw lill-awtorità kompetenti rilevanti data tal-emissjonijiet verifikata b’mod indipendenti u sostanzjat kif inhu xieraq sabiex tiġi kkunsidrata għall-kwantità tal-kwoti ta’ aġġustament tal-Komunità kollha li għandha tinħareġ.

Kwalunkwe data għandha tiġi ppreżentata, sat-30 ta’ April 2010, lill-awtorità kompetenti rilevanti konformement mad-dispożizzjonijiet adottati l-Artikolu 14(1).

Jekk id-data ppreżentata tiġi pprovata kif suppost, sat-30 ta’ Ġunju 2010 l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan u l-kwantità tal-kwoti li għandhom jinħarġu, aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9, tiġi aġġustata kif meħtieġ. Fil-każ ta’ istallazzjonijiet li jkollhom emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra oħra barra s-CO2, l-awtorità kompetenti tista’ titlob għal ammont iktar baxx tal-emissjonijiet abbażi tal-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjoni ta’ dawk l-istallazzjonijiet.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantitiajiet aġġustati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 sat-30 ta’ Settembru 2010.

4.  Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li huma esklużi mill-iskema Komunitarja konformement mal-Artikolu 27, il-kwantità tal-kwoti mal-Komunità kollha li jridu joħorġu mill-1 ta’ Jannar 2013 għandhom jiġu aġġustati ‘l isfel biex jirriflettu l-emissjonijiet medji annwali li jiġu vverifikati ta’ dawk l-istallazzjonijiet fil-perijodu mill-2008 sal-2010, aġġustati mill-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

▼M4

Artikolu 10

L-irkant tal-kwoti

1.  Mill-2013 ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw il-kwoti kollha li ma ġewx allokati mingħajr ħlas taħt l-Artikolu 10a u 10c. Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tiddetermina u tippubblika ammont stmat tal-kwoti li jridu jiġu rkantati.

2.  Il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati minn kull Stat Membru għandha tkun magħmula kif ġej:

(a) 88 % tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom ikunu rkantati jiġu distribwiti fost l-Istati Membri f’ishma li huma identiċi għas-sehem tal-emissjonijiet verifikati konformement mal-iskemaKomunitarja għall-2005 jew il-medja tal-perjodu mill-2005 sal-2007, abbażi ta’ liema waħda tkun l-ogħla, tal-Istat Membru kkonċernat;

(b) 10 % tal-kwantità totali li għandhom ikunu rkantati distribwiti fost ċerti Stati Membri bil-għan tas-solidarjetà u t-tkabbir ġewwa l-Komunità, b’hekk jiżdied l-ammont tal-kwoti li dawn l-Istati Membri jirkantaw taħt il-punt (a) bil-perċentwali speċifikati fl-Anness IIa; kif ukoll

(c) 2 % tal-kwantità totali tal-emissjonijiet li għandhom jiġu rkantati jitqassmu fost l-Istati Membri li l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet b’effett serra fl-2005, kienu mill-inqas 20 % inqas mill-emissjonijiet fil-livelli tagħhom fis-sena ta’ bażi applikabbli għalihom konformement mal-Protokoll ta’ Kyoto. Id-distribuzzjoni ta’ dan il-perċentwal fost l-Istati Membri kkonċernati hija mfissra fl-Anness IIb.

Għall-finijiet tal-punt (a) fir-rigward tal-Istati Membri li ma pparteċipawx fl-iskema Komunitarja fl-2005, is-sehem tagħhom għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw l-emissjonijiet verifikati konformement mal-iskema Komunitarja fl-2007.

Fejn meħtieġ, il-perċentwali msemmija fil-punt (b) għandhom ikunu adattati b’mod proporzonali biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni mill-ġdid tkun 10 % u 2 % rispettivament.

3.  L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir minn dħul ġenerat mill-irkant ta’ kwoti. Talanqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta’ dan id-dħul, għandhom jiġu użati għal wieħed jew iżjed minn dan/dawn li ġej/ġejjin:

(a) għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, anke billi jsir kontribut lill-Fond Dinji għall-Effiċjenza fl-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli u lill-Fond ta’ Adattament kif sar operattiv mill-Konferenza ta’ Poznan dwar il-Bidla fil-Klima (COP 14 u COP/MOP 4), għall-adattament għall-impatti tal-bidla fil-klima u għall-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-adattament għall-bidla fil-klima, inkluża l-parteċipazzjoni f’inizjattivi fi ħdan il-qafas tal-Pjan Ewropew Strateġiku dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija u l-Pjattaformi għat-Teknoloġija Ewropej;

(b) għall-iżvilupp ta’ enerġiji rinovabbli biex sal-2020 jintlaħaq l-impenn Komunitarju għall-użu ta’ 20 % ta’ enerġiji rinovabbli, kif ukoll biex jiġu żviluppati teknoloġiji oħra li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni favur ekonomija b’karbonju baxx sikur u sostenibbli u biex jgħin sabiex sal-2020 jintlaħaq l-impenn Komunitarju għaż-żieda tal-effiċjenza fl-enerġija b’20 %;

(c) għal miżuri mmirati biex jevitaw id-deforestazzjoni u jiżdiedu l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni f’pajjiżi li qed jiżviluppaw li rratifikaw il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima biex jiġu trasferiti t-teknoloġiji u jiġi ffaċilitat l-adattament għall-effetti negattivi tal-bidla fil-klima f’dawn il-pajjiżi;

(d) għas-sekwestrazzjoni tal-forestrija fil-Komunità;

(e) għall-ġabra u l-ħażna ġeoloġika tas-CO2 b’mod ambjentalment sikur, b’mod partikolari minn impjanti tal-enerġija tal-karburanti mill-fossili solidu u numru ta’ setturi u subsetturi industrijali, anke f’pajjiżi terzi;

(f) biex titħeġġeġ mixja favur l-emissjonijiet baxxi u l-forom pubbliċi tat-trasport;

(g) biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp fl-effiċjenza tal-enerġija u teknoloġiji nodfa fis-setturi koperti mill-iskop ta’ din id-Direttiva;

(h) għal miżuri bħal dawk intenzjonati biex iżidu l-effiċjenza u l-insulazzjoni jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali fl-entitajiet domestiċi bi dħul baxx jew medju;

(i) biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-ġestjoni tal-iskema Komunitarja.

L-Istati Membri ikunu kunsidrati bħala li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta’ appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew linji politiċi regolatorji domestiċi li jaffettwaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għar-raġunijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għal mill-inqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fl-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u tal-azzjonijiet meħuda konformement ma’ dan il-paragrafu fir-rapporti tagħhom ippreżentati konformement mad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.

4.  Sat-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament dwar l-istimi taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkant biex jiġi żgurat li jitmexxa b’mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Għal dan il-għan, il-proċess għandu jkun prevedibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħinijiet u s-sekwenzjar tal-irkant u l-volumi mistennija ta’ kwoti li jridu jsiru disponibbli. ►M5  Meta valutazzjoni tas-setturi industrijali individwali turi li ma jkunux mistennija impatti sinifikanti fuq setturi jew subsetturi esposti għal riskju sinifikanti ta' rilaxx tal-karbonju, il-Kummissjoni tista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tadatta l-iskeda għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 13(1) li jibda fl-1 ta' Jannar 2013 biex tiżgura l-funzjonament xieraq tas-suq. Il-Kummissjoni ma għandhiex tagħmel aktar minn adattament wieħed bħal dan, għal għadd massimu ta' 900 miljun kwota. ◄

L-irkanti għandhom jitfasslu biex jiżguraw li:

(a) l-operaturi, u b’mod partikolari kwalunkwe SME koperta bl-iskema Komunitarja, ikollhom aċċess sħiħ, ġust u ekwitabbli,

(b) il-parteċipanti kollha għandhom aċċess għall-istess informazzjoni fl-istess ħin u li l-parteċipanti ma jimminawx l-operazzjoni tal-irkant,

(c) l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni fl-irkanti huma effiċjenti meta mqabbla man-nefqa u l-ispejjeż amministrattivi mhux meħtieġa huma evitati, u

(d) aċċess għall-kwoti huwa mogħti għall-emitturi ż-żgħar.

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tajba tar-regoli tal-irkant għal kull irkant, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess ġust u miftuħ, it-trasparenza, l-iffissar tal-prezzijiet u l-aspetti tekniċi u operazzjonali. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahar mill-irkant u għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Kummissjoni.

5.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-suq tal-karbonju Ewropej. Kull sena, hija għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-funzjonament tas-suq tal-karbonju inkluż l-implimentazzjoni tal-irkanti, il-likwidità u l-volumi kkummerċjati. Jekk huwa meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni relevanti hija mressqa quddiem il-Kummissjoni mill-inqas xahrejn qabel l-adozzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni.

▼M4

Artikolu 10a

Regoli tranżitorji madwar il-Komunità kollha għal allokazzjoni gratis armonizzata

1.  Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta, miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex ikunu applikabbli mal-Komunità kollha li jkunu kompletament armonizzati għall-allokazzjoni tal-kwoti msemmija fil-paragrafi 4, 5, 7 u 12 inkluża kwalunkwe dispożizzjoni neċessarja għall-applikazzjoni armonizzata tal-paragrafu 19 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw punti ta’ riferiment ex ante Komunitarji sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b’mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass serra u għal teknika ta’ effiċjenza fl-enerġija, billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta’ produzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tas-CO2, fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M’għandha ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart.

Fil-prinċipju, għal kull settur u subsettur, il-punt ta’ riferiment għandu jiġi kkalkulat għall-prodotti aktar milli għall-inputs, sabiex jiġu mmassimizzati kemm jista’ jkun it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iffrankar mill-effiċjenza enerġetika matul kull proċess ta’ produzzjoni tas-settur jew subsettur ikkonċernat.

Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment ex ante f’setturi u subsetturi individwali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.

Mal-approvazzjoni mill-Komunità ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra paragunabbli ma’ dawk tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tirrivedi dawk il-miżuri li jipprovdu li l-allokazzjoni gratis isseħħ biss meta din tkun ġustifkata kompletament fid-dawl ta’ dak il-ftehim.

2.  Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment f’setturi jew subsetturi individwali, il-punt ta’ bidu għandu jkun ir-rendiment medju tal-istallazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-aktar istallazzjonijiet effiċjenti f’settur jew subsettur fil-Komunità fis-snin 2007-2008. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.

Ir-Regolamenti taħt l-Artikoli 14 u 15 għandhom jipprovdu għal regoli armonizzati dwar il-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mal-produzzjoni bil-ħsieb li jiġu ddeterminati punti ta’ riferiment ex ante.

3.  Suġġett għall-paragrafi 4 u 8, u minkejja l-Artikolu 10c allokazzjoni bi ħlas biss tingħata għal ġeneraturi tal-elettriku, għal istallazzjonijiet għall-ġbir tas-CO2, għal pajpijiet għat-trasport tas-CO2 jew għal siti tal-ħażna tas-CO2.

4.  Għandha tingħata allokazzjoni gratis għal tisħin distrettwali kif ukoll għal koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja kif definita bid-Direttiva 2004/8/KE għal domanda li tkun ekonomikament iġġustifikata fir-rigward tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ. F’kull sena wara l-2013, l-allokazzjoni totali għal istallazzjonijiet bħal dawn fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana għandha tiġi aġġustata bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

5.  L-ammont massimu ta’ kwoti li huwa l-bażi għall-kalkolu ta’ allokazzjonijiet għal istallazzjonijiet li ma jkunux koperti mill-paragrafu 3 u li ma jkunux istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq ma għandux jaqbeż is-somma ta’:

(a) il-kwantità totali annwali fil-Komunità kollha kif iddeterminata taħt l-Artikolu 9 mmultiplikata bis-sehem ta’ emissjonijiet minn istallazzjonijiet mhux koperti mill-paragrafu 3 fil-medja totali ta’ emissjonijiet verifikati, fil-perjodu mill-2005 sal-2007, minn istallazzjonijiet koperti bl-iskema Komunitarja fil-perjodu mill-2008 sal-2012, u

(b) il-medja totali annwali ta’ emissjonijiet verifikati minn istallazzjonijiet fil-perjodu mill-2005 sal-2007 li huma inklużi fl-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem u li mhumiex koperti mill-paragrafu 3 aġġustati bil-fattur lineari kif imsemmi fl-Artikolu 9.

Għandu japplika fattur ta’ korrezzjoni uniformi u bejn is-setturi jekk meħtieġ.

6.  L-Istati Membri jistgħu wkoll jadottaw miżuri finanzjarji favur is-setturi jew is-subsetturi determinati li jkunu esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba l-ispejjeż relatati mal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra li jidhru fil-prezzijiet tal-elettriku, sabiex ikun hemm kumpens għal dawk l-ispejjeż u kull fejn dawn il-miżuri finanzjarji jkunu konformi mar-regoli tal-għajnuna statali applikabbli u li jiġu adottati f’dan il-qasam.

Dawn il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq punti ta’ riferiment ex ante tal-emissjonijiet indiretti tas-CO2 għal kull unit tal-produzzjoni. Dawn il-punti ta’ riferiment ex ante għandhom jiġu kkalkulati għal settur jew subsettur partikolari bħala l-prodott tal-konsum tal-elettriku għal kull unit tal-produzzjoni li jikkorrispondi għall-iktar teknoloġiji effiċjenti disponibbli u tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-taħlita Ewropea rilevanti tal-produzzjoni tal-elettriku.

7.  Ħamsa fil-mija tal-kwantità totali tal-kwoti determinati taħt l-Artikoli 9 u 9a matul il-perjodu mill-2013 sal-2020 għandhomjiġu riżervati għal istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, bħala l-massimu li jista’ jiġi allokat lill-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq konformement mar-regoli adottati taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-kwoti f’din ir-riżerva Komunitarja li la jkunu allokati lill-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq u lanqas ma jkunu ntużaw taħt il-paragrafu 8, 9 jew 10 ta’ dan l-Artikolu tul il-perjodu mill-2013 sal-2020 għandhom jinbigħu b’irkant mill-Istati Membri, filwaqt li jitqies kemm l-istallazzjonijiet fl-Istati Membri jkunu bbenefikaw minn din ir-riżerva, taħt l-Artikolu 10(2) u, għall-arranġamenti dettaljati u ż-żmien, l-Artikolu 10(4), u d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ implimentazzjoni.

L-allokazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

Ma tista’ ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku minn istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq.

Sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli armonizzati għall-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ “istallazzjoni li daħlet ġdida fis-suq”, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni tal-“estensjonijiet sinifikanti”.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

8.  Sa 300 miljun kwota fir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq għandhom ikunu disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2015 biex jgħinu fl-istimulazzjoni tal-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta’ massimu ta’ 12-il proġett ta’ dimostrazzjoni kummerċjali li għandhom l-għan li jiġbru u jaħżnu s-CO2 b’mod ġeoloġiku u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent (CCS) kif ukoll għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi ta’ enerġija li tiġġedded fit-territorju tal-Unjoni.

Il-kwoti għandhom ikunu disponibbli biex jappoġġjaw il-proġetti ta’ dimostrazzjoni li jipprovdu għall-iżvilupp f’postijiet bilanċjati tajjeb ġeografikament, ta’ firxa wiesgħa ta’ CCS u ta’ teknoloġiji ta’ enerġija li tiġġedded innovattivi li għadhom mhumiex vijabbli kummerċjalment. L-għoti tagħhom għandu jiddependi fuq il-fatt li l-emissjonijiet tas-CO2 ikunu ġew evitati b’mod li jista’ jiġi verifikat.

Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti li jinkludu rekwiżiti għall-kondiviżjoni tal-konoxxenza. Dawk il-kriterji u miżuri għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3), u għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Għandhom jiġu allokati kwoti għall-proġetti li jissodisfaw il-kriterji msemmija fit-tielet subparagrafu. L-appoġġ għal dawn il-proġetti għandu jingħata permezz tal-Istati Membri u għandu jikkumplimenta l-kofinanzjament sostanzjali mill-operatur tal-istallazzjoni. Huma jistgħu jiġu kkofinanzjati wkoll mill-Istati Membri kif ukoll minn strumenti oħra. L-ebda proġett m’għandu jirċievi appoġġ permezz tal-mekkaniżmu taħt dan is-subparagrafu li jeċċedi 15 % tal-għadd totali ta’ kwoti disponibbli għal dan l-għan. Dan l-appoġġ għandu jitqies taħt il-paragrafu 7.

9.  Il-Litwanja, li, taħt l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 4 dwar l-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja, anness mal-att ta’ Adeżjoni tal-2003, impenjat ruħha li tagħlaq l-unità 2 tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina sal-31 ta’ Diċembru 2009, tista’, jekk l-emissjonijiet totali vverifikati tal-Litwanja mill-2013 sal-2015 fl-iskema Komunitarja jaqbżu s-somma tal-kwoti gratis mogħtija lil istallazzjonijiet fil-Litwanja għal emissjonijiet ta’ produzzjoni tal-elettriku f’dak il-perjodu u tliet partijiet minn tmienja tal-allokazzjonijiet li għandhom jiġu rkantati mil-Litwanja għall-perjodu 2013 sa 2020, titlob kwoti mir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq għall-irkantar konformement mar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 10(4). L-ammont massimu ta’ dawn il-kwoti għandu jkun ekwivalenti għall-emissjonijiet żejda f’dak il-perjodu sal-punt li dan l-ammont żejjed huwa dovut għal żieda fl-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku, wara li titnaqqas kwalunkwe kwantità li biha l-kwoti f’dak l-Istat Membru fil-perjodu mill-2008 sal-2013 qabżu l-emissjonijiet verifikati fl-iskema Komunitarja fil-Litwanja matul dak il-perjodu. Kwalunkwe kwoti bħal dawn għandhom jitqiesu taħt il-paragrafu 7.

10.  Kwalunkwe Stat Membru li n-network tal-elettriku tiegħu huwa interkonness mal-Litwanja u li fl-2007 importa aktar minn 15 % tal-konsum domestiku tal-elettriku tiegħu mil-Litwanja għall-konsum tagħha stess, u fejn l-emissjonijiet żdiedu minħabba l-investiment fil-produzzjoni ġdida tal-elettriku, jista’ japplika l-paragrafu 9 mutatis mutandis bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu.

11.  Suġġett għall-Artikolu 10b, l-ammont ta’ kwoti allokati gratis taħt il-paragrafi 4 sa 7 ta’ dan l-Artikolu fl-2013 għandu jkun 80 % tal-kwantità determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u mbagħad l-allokazzjoni gratis għandha tonqos kull sena b’ammonti ugwali sakemm jirriżulta f’allokazzjoni gratis ta’ 30 % fl-2020, bil-ħsieb li tintlaħaq sitwazzjoni fejn ma jkun hemm l-ebda allokazzjoni gratis fl-2027.

12.  Suġġett għall-Artikolu 10b, fl-2013 u f’kull sena sussegwentement sal-2020, istallazzjonijiet f’setturi jew subsetturi esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandhom jiġu allokati, konformement mal-paragrafu 1, kwoti gratis sa 100 % tal-kwantità determinata konformement mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

13.  Sal-31 ta’ Diċembru 2009 u sussegwentement kull ħames snin, wara diskussjoni fil-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni għandha tiddetermina fil-lista s-setturi jew is-subsetturi msemmija fil-paragrafu 12 fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fil-paragrafi 14 sa 17.

Kull sena l-Kummissjoni tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, iżżid settur jew subsettur fil-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk jista’ jintwera, b’rapport analitiku, li dan is-settur jew subsettur jissodisfa l-kriterji fil-paragrafi 14 sa 17, wara bidla li jkollha impatt sostanzjali fuq l-attivitajiet tas-settur jew subsettur.

Sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri, is-setturi jew is-subsetturi kkonċernati u partijiet interessati relevanti oħra.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

14.  Sabiex jiġu ddeterminati s-setturi jew subsetturi msemmija fil-paragrafu 12, il-Kummissjoni għandha tevalwa, fuq livell Komunitarju, safejn huwa possibbli għas-settur jew subsettur ikkonċernat, fuq il-livell relevanti ta’ diżaggregazzjoni, li jgħaddi l-ispiża diretta tal-kwoti mitluba u l-ispejjeż indiretti minħabba prezzijiet ogħla tal-elettriku li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva preżenti fil-prezzijiet tal-prodott mingħajr telf sinifikanti għas-sehem fis-suq tal-istallazzjonijiet anqas effiċjenti fil-karbonju barra l-Komunità. Dawn l-evalwazzjonijiet se jkunu bbażati fuq medja tal-prezz tal-karbonju abbażi tal-istima, mill-Kummissjoni, tal-impatt li takkumpanja l-pakkett ta’ miżuri implimentattivi għall-għanijiet tal-UE dwar it-tibdil fil-klima l-enerġija rinovabbli għall-2020 u, jekk tkun disponibbli, fuq data dwar il-kummerċ, il-produzzjoni u l-valur miżjud għall-iktar tliet snin reċenti għal kull settur jew subsettur.

15.  Settur jew subsettur għandu jitqies li jkun espost għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jekk:

(a) it-total tal-ispejjeż addizzjonali diretti u indiretti minħabba l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jkunu jwasslu għal żieda sostanzjali fl-ispiża tal-produzzjoni, ikkalkulata bħala proporzjon tal-valur gross miżjud, ta’ mill-inqas 5 %; kif ukoll

(b) l-intensità tal-kummerċ f’pajjiżi terzi, definita bħala l-proporzjon bejn il-valur totali tal-esportazzjonijiet għal pajjiżi terzi magħdud mal-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs totali tas-suq għall-Komunità (il-fatturat annwali miżjud mal-importazzjoni totali minn pajjiżi terzi), tkun ogħla minn 10 %.

16.  Minkejja l-paragrafu 15, settur jew subsettur jitqies li jkun espost għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jekk:

(a) it-total tal-ispejjeż addizzjonali diretti u indiretti minħabba l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jkunu jwasslu għal żieda partikolarment għolja fl-ispiża tal-produzzjoni, ikkalkulata bħala proporzjon tal-Valur Gross Miżjud, ta’ mill-inqas 30 %; jew

(b) jekk l-intensità tal-kummerċ ma pajjiżi terzi, definita bħala l-proporzjon bejn il-valur totali tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi magħdud mal-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u d-daqs totali tas-suq għall-Komunità (il-fatturat annwali miżjud mal-importazzjoni totali minn pajjiżi terzi), tkun ogħla minn 30 %.

17.  Il-lista msemmija fil-paragrafu 13 tista’ tiġi supplimentata wara li titlesta evalwazzjoni kwalitattiva, filwaqt li jitqiesu, fejn id-data relevanti tkun disponibbli, il-kriterji li ġejjin:

(a) safejn ikun possibbli għal istallazzjoniijiet individwali fis-settur u/jew subsettur ikkonċernat biex jitnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet jew il-konsum tal-elettriku inkluża, kif xieraq, iż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni li l-investiment relatat jista’ jinvolvi, per eżempju abbażi tat-teknika l-aktar effiċjenti;

(b) il-karatteristiċi attwali u proġettati tas-suq, anke meta l-espożizzjoni għall-kummerċ jew ir-rati ta’ żidiet fl-ispejjeż diretti jew indiretti huma qrib wieħed mil-limiti msemmija fil-paragrafu 16;

(c) il-marġini tal-profitt bħala indikatur potenzjali ta’ investiment fuq żmien twil u/jew deċiżjonijiet ta’ rilokazzjoni.

18.  Il-lista msemmija fil-paragrafu 13 għandha tiġi determinata wara li, fejn id-data rilevanti tkun disponibbli, jittieħed kont ta’ dawn li ġejjin:

(a) kemm il-pajjiżi terzi, li jirrappreżentaw sehem deċiżiv tal-produzzjoni globali tal-prodotti fis-setturi jew subsetturi meqjusa bħala li jinsabu f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, jieħdu impenn qawwi biex inaqqsu l-emissjonijiet serra fis-setturi jew subsetturi rilevanti sa punt paragunabbli ma’ dak tal-Komunità u fl-istess perjodu ta’ żmien, u

(b) kemm l-effiċjenza fil-karbonju tal-istallazzjonijiet li jinsabu f’dawn il-pajjiżi huwa paragunabbli ma’ dak tal-Komunità.

19.  L-ebda allokazzjoni gratis m’għandha tingħata lil istallazzjoni li waqqfet l-operazzjonijiet tagħha, ħlief jekk l-operatur juri lill-awtorità kompetenti li din l-istallazzjoni ser terġa’ tibda l-produzzjoni fi żmien speċifikat u raġonevoli. L-istallazzjonijiet li l-permess tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skadielhom jew ġie rtirat u istallazzjonijiet li għalihom l-operazzjoni u l-bidu mill-ġdid tal-operazzjoni huma teknikament impossibbli, għandhom jitqiesu bħala li waqqfu l-operazzjonijiet.

20.  Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mill-miżuri adottati taħt il-paragrafu 1, tinkludi miżuri għad-definizzjoni tal-istallazzjonijiet li jkunu waqqfu l-operazzjonijiet tagħhom parzjalment jew tnaqqas il-kapaċità tagħhom b’mod sinifikanti u miżuri għall-adattament, kif xieraq, tal-livell tal-kwoti gratis mogħtija lilhom kif ikun jeħtieġ il-każ.

Artikolu 10b

Miżuri li jappoġġjaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f’każ ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju potenzjali

1.  Sat-30 ta’ Ġunju 2010, fid-dawl tar-riżultat tan-negozjati internazzjonali u tal-estent safejn dawn iwasslu għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u wara li tikkonsulta mal-isħab soċjali rilevanti kollha, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport analitiku li jevalwa s-sitwazzjoni fir-rigward ta’ setturi jew subsetturi li huma intensivi fl-enerġija u l-oġġetti li ġew determinati bħala esposti għal riskji sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Dan għandu jkun akkumpanjat minn kwalunkwe proposta xierqa, li jistgħu jinkludu:

(a) l-aġġustament tal-proporzjon tal-kwoti riċevuti gratis minn dawk is-setturi jew subsetturi taht l-Artikolu 10a;

(b) l-inklużjoni fl-iskema Komunitarja ta’ importaturi ta’ prodotti minn setturi jew subsetturi determinati taħt l-Artikolu 10a;

(c) l-istima tal-impatt tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fuq is-sigurtà tal-enerġija tal-Istati Membri, partikolarment meta l-konnessjonijiet tal-elettriku mal-bqija tal-Unjoni Ewropea ma jkunux biżżejjed u meta jkun hemm konnessjonijiet tal-elettriku ma’ pajjiżi terzi, u miżuri adegwati f’dan ir-rigward.

Meta jiġi kkunsidrat liema miżuri huma adegwati għandu jitqies ukoll kull ftehim settorjali vinkolanti li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra globali tal-kobor meħtieġ sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, li jista’ jiġi monitorjat, huwa verifikabbli u suġġett għal arranġamenti ta’ infurzar.

2.  Il-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu 2011, għandha tevalwa jekk id-deċiżjonijiet magħmula dwar il-proporzjon ta’ allokazzjonijiet riċevuti gratis mis-setturi jew subsetturi taħt l-ewwel paragrafu, inkluż l-effett tal-istabbiliment ta’ parametri ta’ referenza ex-ante taħt l-Artikolu 10a(2), jistgħux jaffettwaw b’mod sinifikanti l-kwantità ta’ allokazzjonijiet li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri konformement mal-Artikolu 10a(2), meta mqabbel ma’ xenarju b’irkant sħiħ għas-setturi kollha fl-2020. Jekk dan ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti adegwati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, billi tqis l-effetti distribuzzjonali possibbli ta’ dawn il-proposti.

Artikolu 10c

Għażla ta’ allokazzjoni gratis tranżitorja għall-modernizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku

1.  Bħala deroga mill-Artikolu 10a(1) sa (5), l-Istati Membri jistgħu jagħtu allokazzjoni gratis tranżitorja lill-istallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku fi stat ta’ operazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2008 jew lil istallazzjonijiet għall-produzzjoni tal-elettriku li għalihom il-proċess ta’ investiment kien inbeda fiżikament sal-istess data, sakemm tiġi sodisfatta waħda minn dawn il-kondizzjonijiet:

(a) fl-2007, in-network nazzjonali tal-elettriku ma kienx konness direttament jew indirettament mas-sistema interkonnessa tan-network operata mill-Unjoni għall-Koordinazzjoni tat-Trażmissjoni tal-Elettriku (UCTE);

(b) fl-2007, in-network nazzjonali tal-elettriku kien direttament jew indirettament biss konness man-network operat mill-UCTE permezz ta’ linja waħda b’kapaċità ta’ inqas minn 400MW; jew

(c) fl-2006, aktar minn 30 % tal-elettriku ġie prodott minn karburanti fossili wieħed, u fejn il-PGD per capita fi prezzijiet tas-suq ma qabiżx il-50 % tal-PGD medju par capita fi prezzjijiet tas-suq tal-Komunità.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom iressqu lill-Kummissjoni pjan nazzjonali li jipprovdi għal investimenti fil-modifikazzjoni u fit-titjib tal-infrastruttura u teknoloġiji nodfa. Il-pjan nazzjonali għandu jipprovdi wkoll għad-diversifikazzjoni tat-taħlita ta’ enerġija tagħhom u sorsi ta’ forniment għal ammont ekwivalenti, sakemm ikun possibbli, għall-valur kummerċjali tal-allokazzjoni gratis fir-rigward tal-investimenti maħsuba, filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġu limitati kemm jista’ jkun iż-żidiet fil-prezzijiet relatati direttament. L-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq lill-Kummissjoni, kull sena, rapport dwar l-investimenti magħmula fl-aġġornar tal-infrastruttura u t-teknoloġiji nodfa. L-investiment magħmul minn 25 ta’ Ġunju 2009 jista’ jingħadd għal dan l-għan.

2.  Il-kwoti gratis tranżitorji għandhom jitnaqqsu mill-kwantità tal-allokazzjonijiet li l-Istati Membri rispettivi li kieku kienu se jirkantaw taħt l-Artikolu 10(2). Fl-2013, l-allokazzjoni tranżitorja totali ta’ kwoti gratis m’għandhiex taqbeż is-70 % tal-ammont medju globali tal-emissjonijiet verifikati fl-2005-2007 minn ġeneraturi tal-elettriku ta’ dan it-tip għall-ammont li jikkorrispondi mal-konsum nazzjonali gross finali tal-Istat Membru kkonċernat u għandhom jonqsu gradwalment wara dan, sabiex ma jkunx hemm kwoti gratis fl-2020. Għal dawk l-Istati Membri li ma pparteċipawx fl-iskema Komunitarja fl-2005, l-emissjonijiet rilevanti għandhom jiġu kkalkulati billi jintużaw l-emissjonijiet tagħhom verifikati tal-iskema Komunitarja konformement mal-iskema Komunitarja fl-2007.

L-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddetermina li l-kwoti allokati konformement ma’ dan l-Artikolu jistgħu jintużaw biss mill-operatur tal-istallazzjoni kkonċernata biex jiġu ċeduti l-kwoti taħt l-Artikolu 12(3) rigward l-emissjonijiet tal-istess istallazzjoni matul is-sena li għaliha ġew allokati l-kwoti.

3.  Il-kwoti għall-operaturi għandhom ikunu bbażati fuq il-kwota abbażi tal-emissjonijiet verifikati fl-2005-2007 jew fuq punt ta’ riferiment ex ante tal-effiċjenza bbażat fuq il-medja peżata tal-livell tal-emissjonijiet tal-parti l-kbira tal-produzzjoni tal-elettriku effiċjenti fir-rigward tal-gassijiet b’effett ta’ serra koperta mill-iskema Komunitarja għall-istallazzjonijiet bl-użu ta’ karburanti differenti. Il-piż attribwit jista’ jirrifletti s-sehem tal-karburanti differenti fil-produzzjoni tal-elettriku fl-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha, konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), tagħti gwida sabiex jiġi żgurat li l-metodoloġija tal-allokazzjoni tevita distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni u kemm jista’ jkun timminimizza l-impatti negattivi fuq l-inċentivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet.

4.  Kull Stat Membru li japplika dan l-Artikolu għadu jirrikjedi li l-ġeneraturi tal-elettriku u l-operaturi tan-network li qed jieħdu benefiċċju jirrappurtaw kull 12-il xahar dwar l-implimentazzjoni tal-investimenti tagħhom imsemmija fil-pjan nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar dan lill-Kummissjoni u jagħmlu dawn ir-rapporti pubbliċi.

5.  Kull Stat Membru li għandu l-ħsieb jalloka kwoti fuq il-bażi ta’ dan l-Artikolu għandu, sat-30 ta’ Settembru 2011, iressaq lill-Kummissjoni applikazzjoni bil-metodu ta’ allokazzjoni propost u l-kwoti individwali. Applikazzjoni għandu jkollha:

(a) prova li l-Istat Membru jidħol f’mill-inqas waħda mill-kategoriji tal-paragrafu 1;

(b) lista tal-istallazzjonijiet koperti mill-applikazzjoni u l-ammont ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati għal kull istallazzjoni konformement mal-paragrafu 3 u l-gwida tal-Kummissjoni;

(c) il-pjan nazzjonali msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;

(d) dispożizzjonijiet dwar l-immonitorjar u l-infurzar rigward l-investimenti maħsuba konformement mal-pjan nazzjonali;

(e) informazzjoni li turi li l-kwoti ma joħolqux tgħawiġ mhux meħtieġ tal-kompetizzjoni.

6.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni fuq il-bażi tal-elementi stipulati fil-paragrafu 5 u tista’ tiċħad l-applikazzjoni fi żmien 6 xhur wara li tirċievi l-informazzjoni relevanti.

7.  Sentejn qabel it-tmiem tal-perjodu li matulu l-Istati Membri jistgħu jagħtu kwoti gratis tranżitorji lil istallazzjonijiet tal-produzzjoni tal-elettriku li joperaw sal-31 ta’ Diċembru 2008 għall-produzzjoni tal-elettriku, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni nazzjonali. Jekk il-Kummissjoni tkun tqis li, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, ikun hemm bżonn ta’ estensjoni possibbli ta’ dak il-perjodu, hija tista’ tressaq proposti adegwati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inklużi l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti f’każ ta’ estensjoni ta’ dak il-perjodu.

▼M4

Artikolu 11

Miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni

1.  Sat-30 ta’ Settembru 2011, kull Stat Membru għandu jippubblika u jippreżenta lill-Kummissjoni lista ta’ istallazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva fit-territorju tagħha u kull allokazzjoni gratis għal kull istallazzjoni fit-territorju tagħha kkalkolata konformement mar-regoli kif stipulat fl-Artikolu 10a(1) u fl-Artikolu 10c.

2.  Sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu l-kwantità tal-kwoti li għandhom jiġu distribwiti għal dik is-sena, ikkalkolata taħt l-Artikoli 10, 10a u 10c.

3.  L-Istati Membri ma jistgħux joħorġu kwoti gratis taħt il-paragrafu 2 lil istallazzjonijiet li ġew miċħuda mill-Kummissjoni milli jinkitbu fil-lista msemmija fil-paragrafu 1.



▼M2

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET LI JAPPLIKAW GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET TAL-AVJAZZJONI U DAWK STAZZJONARJI

▼M4

Artikolu 11a

L-użu tas-CERs u l-ERUs minn attivitajiet ta’ proġetti fl-iskema Komunitarja qabel id-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima

1.  Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(3) u (4), għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu.

2.  Sakemm il-livelli ta’ użu tas-CERs u ERUs permessi lill-operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 li ma nkunux ntużaw jew li tingħata awtorizzazzjoni li jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-operaturi jistgħu jitolbu lill-awtorità kompetenti biex dawn joħorġulhom kwoti li jkunu validi mill-2013 ‘il quddiem bi skambju għal CERs u ERUs maħruġa fir-rigward ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet sal-2012 minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012.

Sal-31 ta’ Marzu 2015, għandu jsir skambju bħal dan mat-talba għalih mill-awtorità kompetenti.

3.  Safejn ma jkunux ntużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu l-operaturi jiskambjaw is-CERs u l-ERUs minn proġetti li ġew stabbiliti qabel l-2013 maħruġin fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2013 ‘il quddiem għal kwoti validi mill-2013 ‘il quddiem.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal CERs u ERUs għal kull tip ta’ proġett li kien eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012.

4.  Safejn ma jkunux ntużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu l-operaturi jiskambjaw is-CERs maħruġin fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2013 ‘il quddiem għal kwoti minn proġetti ġodda li jkunu nbdew mill-2013 ‘il quddiem fil-PLŻ.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għas-CERs fir-rigward tat-tipi kollha ta’ proġetti eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, sakemm dawk il-pajjiżi jkunu ratifikaw ftehim rilevanti mal-Komunità jew sal-2020, abbażi ta’ liema data tiġi l-ewwel.

5.  Safejn ma jkunux intużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8 u fil-każ li ma jkunu konklużi n-negozjati dwar ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima sal-31 ta’ Diċembru 2009, krediti minn proġetti jew minn attivitajiet oħra ta’ tnaqqis li jispeċifikaw livelli ta’ użu jistgħu jintużaw fl-iskema Komunitarja konformement mal- istrumenti ta’ ftehim konklużi ma’ pajjiż terzi. Konformement ma’ strumenti ta’ ftehim bħal dawn, operaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw krediti minn atttivitajiet ta’ proġetti f’dawk il-pajjiżi terzi biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom konformement mal-iskema Komunitarja.

6.  Kull ftehim imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jipprovdi għall-użu ta’ krediti fl-iskema Komunitarja minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu fl-iskema Komunitarja matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, inkluż dwar teknoloġiji ta’ enerġija rinnovabbli jew ta’ effiċjenza fl-enerġija li jippromwovu trasferiment tat-teknoloġija u l-iżvilupp sostenibbli. Kwalunkwe ftehim bħal dan jista’ wkoll jipprovdi għall-użu ta’ krediti minn proġetti fejn il-linja tal-bażi użata hija taħt il-livell ta’ allokazzjoni gratis konformement mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 10a jew meħtieġa taħt il-livelli meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

7.  Ladarba jkun intlaħaq ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, huma biss il-krediti minn proġetti ta’ pajjiżi terzi li kienu ratifikaw dak il-ftehim li għandhom jiġu aċċettati fl-iskema Komunitarja sa mill-1 ta’ Jannar 2013.

8.  L-operaturi kollha eżistenti għandhom jitħallew jużaw il-krediti matul il-perjodu mill-2008 sal-2020 sal-ammont permess lilhom matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, jew ammont li jikkorrispondi għal perċentwali, li m’għandhiex tiġi stabbilita taħt il-11 % tal-kwoti tagħhom matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, ikun liema jkun l-ogħla ammont.

L-operaturi għandhom ikunu jistgħu jużaw il-krediti lil hinn mill-11 % previsti fl-ewwel subparagrafu, sa ammont li jirriżulta fil-kwoti gratis magħquda fil-perijodu mill-2008 sal-2012 u d-drittijiet għal krediti ġenerali ta’ proġetti globali jkunu ekwivalenti għal ċerta perċentwali tal-emissjonijiet verifikati tagħhom fil-perjodu mill-2005 sal-2007.

L-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, inklużi istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq fil-perjodu mill-2008 sal-2012 li la rċevew kwoti gratis u lanqas ma rċevew dritt għall-użu ta’ CERs u ERUs mill-2008 sal-2012, u setturi ġodda għandhom ikunu kapaċi jużaw il-krediti sa ammont li jikkorrispondi għal perċentwali, li m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 4,5 % tal-emissjonijiet verifikati matul il-perjodu mll-2013 sal-2020. L-operaturi tal-ajruplani għandhom ikunu kapaċi jużaw il-krediti sa ammont li jikkorrispondi għal perċentwali, li m’għandhiex tkun ta’ inqas minn 1,5 % tal-emissjonijiet verifikati tagħhom matul il-perjodu mill-2013 sal-2020.

Għandhom jiġu adottati miżuri biex jiġu speċifikati l-perċentwali eżatti li għandhom japplikaw taħt l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi. Mill-inqas terz tal-ammont addizzjonali li għandhom jitqassmu fost l-operaturi eżistenti lil hinn mill-ewwel perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jitqassam lill-operaturi li kellhom l-iktar livell baxx ta’ użu magħqud medju ta’ kwoti gratis u ta’ krediti ta’ proġetti, mill-2008 sal-2012.

Dawk il-miżuri għandhom jiżguraw li l-użu ġenerali tal-krediti permess ma jkunx ta’ iktar minn 50 % tat-tnaqqis fil-Komunità kollha taħt il-livelli tal-2005 tas-setturi eżistenti taħt l-iskema Komunitarja fil-perjodu mill-2008 sal-2020 u 50 % tat-tnaqqis fil-Komunità kollha taħt il-livelli tal-2005 tas-setturi l-ġodda u tal-avjazzjoni fil-perjodu mid-data tal-inklużjoni tagħhom fl-iskema Komunitarja sal-2020.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

9.  Mill-1 ta’ Jannar 2013, jistgħu jiġu applikati miżuri biex jiġi ristrett l-użu ta’ krediti speċifiċi minn tipi ta’ proġetti.

Dawk il-miżuri għandhom ukoll jistabbilixxu d-data li minnha l-użu tal-krediti taħt il-paragrafi 1 sa 4 għandu jkun konformi ma’ dawn il-miżuri. Din id-data għandha tkun, l-iktar kmieni, sitt xhur wara l-adozzjoni tal-miżuri jew, l-iktar tard tliet snin mill-adozzjoni tagħhom.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3). Meta Stat Membru jitlob li jsir hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk tressaqx lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li jkollhom jiġu adottati.

▼M1

Artikolu 11b

L-attivitajiet tal-proġett

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li l-linji bażi għall-attivitajiet tal-proġetti, kif definiti minn deċiżjonijiet sussegwenti adottati taħt il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto li jkunu saru f’pajjiżi li iffirmaw it-Trattat ta’ Adeżjoni ma’ l-Unjoni jkunu kompletament konformi ma’ l-acquis communautaire, inklużi d-derogi temporanji stabbiliti f’dak it-Trattat ta’ Adeżjoni.

▼M4

Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jawtorizzaw biss attivitajiet ta’ proġetti fejn il-parteċipanti kollha ta’ proġetti jkollhom il-kwartieri tagħhom jew f’pajjiż li kkonkluda l-ftehim internazzjonali relatat ma’ proġetti bħal dawn jew f’pajjiż jew entità subfederali jew reġjonali marbutin mal-iskema Komunitarja taħt l-Artikolu 25.

▼M1

2.  Ħlief kif previst fil-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri li jospitaw ►M2  attivitajiet ◄ ta’ proġetti għandhom jiżguraw li ma jinħarġu ebda ERUs jew CERs għal tnaqqis jew limitazzjoni ta’ emissjoni ta’ gass serra minn stallazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva.

3.  Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għall-attivitajiet ta’ proġetti tal-JI u l-CDM li jnaqqsu jew jillimitaw direttament l-emissjonijiet ta’ installazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ERUs u CERs jistgħu jinħarġu biss jekk numru ekwivalenti ta’ kwoti jiġu kkanċellati mill-operatur ta’ dik l-istallazzjoni.

4.  Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għall-attivitajiet dwar proġetti tal-JI u l-CDM li jnaqqsu jew jillimitaw indirettament il-livell ta’ l-emissjoni ta’ stallazzjonjiet fil- kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, ERUs u CERs jistgħu jinħarġu biss jekk numru ekwivalenti ta’ kwoti jiġu ikkanċellati mir-reġistru nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini tal-ERUs jew tal-CERs.

5.  Stat Membru li jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw f'attivitajiet ta’ proġetti għandu jibqa’ responsabbli għat-twettiq ta’ l-obbligi tiegħu taħt il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto u għandu jiżgura li tali parteċipazzjoni tkun konsistenti mal-linji gwida, modalitajiet u proċeduri adottati rilevanti skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.

6.  Fil-każ ta’ attivitajiet ta’ proġetti ta’ produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni li taqbeż l-20 MW, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, meta japprovaw tali attivitajiet ta’ proġetti, li l-kriterji u l-linji gwida internazzjonali rilevanti, inklużi dawk li hemm fir-Rapport ta' Novembru tas-sena 2000 mill-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, “Digi u Żvilupp-Qafas ġdid għat-Teħid ta’ Deċiżjonijiet” fir-Rapport Finali ta’ Novembru tas-sena 2000 tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi, ikunu rrispettati matul l-iżvilupp ta’ tali attivitajiet ta’ proġetti.

▼M3

7.  Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4, b'mod partikolari fir-rigward tal-evitar ta' għadd doppju, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2). Il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu fejn il-parti ospitanti tissodisfa r-rekwiżiti ta' eliġibilità kollha għall-attivitajiet tal-proġett JI. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

▼B

Artikolu 12

It-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kwoti jistgħu jiġu ttrasferiti bejn:

(a) persuni ġewwa l-Komunità;

(b) persuni ġewwa l-Komunità u persuni f’pajjiżi terzi, meta dawn il-kwoti jiġu konoxxuti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25 mingħajr restrizzjonijiet oħra għajr li jkunu jinsabu, jew jiġu adottati skond din id-Direttiva.

▼M4

1a.  Il-Kummisjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2010, tistudja jekk is-suq għall-kwoti tal-emissjonijiet hux protett biżżejjed mill-“insider dealing” jew mill-manipulazzjoni tas-suq u jekk ikun xieraq, jippreżentaw proposti biex jiżguraw tali protezzjoni. Id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 tal-Jannar 2003 dwar “insider dealing” u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) ( 13 ) jistgħu jintużaw ma’ kwalunkwe aġġustament xieraq għall-applikazzjoni tagħhom fin-negozju tal-kommoditajiet.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kwoti maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jiġu konoxxuti bil-għan ►M2  li jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru skond il-paragrafu 2a jew  ◄ li jissodisfaw l-obbligi ta’ operatur skond il-paragrafu 3.

▼M2

2a.  L-Istati Membri amministrattivi għandhom jiżguraw li, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, kull operatur tal-inġenji tal-ajru jċedi numru ta’ kwoti ugwali għall-emissjonijiet totali matul is-sena kalendarja preċedenti minn attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur huwa l-operatur tal-inġenji tal-ajru, kif verifikati skond l-Artikolu 15. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwoti ċeduti skond dan il-paragafu huma sussegewentement imħassra.

▼M2

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-operatur ta’ kull installazzjoni jċedi numru ta’ kwoti, barra minn dawk il-kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II, ekwivalenti ghat-total tal-emissjonijet ta’ dik l-installazzjoni fis-sena kalendarja preċedenti, kif ivverifikati skond l-Artikolu 15, u li wara dawn jiġu kkanċellati.

▼M4

3a.  M’għandux jinħoloq obbligu biex wieħed iċedi l-kwoti rigward emissjonijiet verifikati bħala emissjonijiet maqbuda u trasportati għal ħażna permanenti lejn faċilità li għaliha jkun hemm permess fis-seħħ taħt id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ April 2009 dwar il-ħażna ġeoloġika tad-dijossidu tal-karbonju ( 14 ).

▼B

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-konċesjonijiet iridu jiġu kkanċellati f’kull waqt fuq it-talba tal-persuna li jkollha minnhom.

▼M4

5.  Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10c.

▼M4

Artikolu 13

Validità tal-kwoti

1.  Kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem għandhom ikunu validi għal emissjonijiet matul perjodi ta’ tmien snin li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2013.

2.  Erba’ xhur wara l-bidu ta’ kull perjodu msemmi fil-paragrafu 1, kwoti li ma jkunux aktar validi u li ma jkunux ġew ċeduti u kkanċellati taħt l-Artikolu 12 għandhom jiġu kkanċellati mill-awtorità kompetenti.

L-Istati Membri għandhom joħorġu kwoti lill-persuni għall-perijodu kurrenti sabiex jissostitwixxu l-kwoti miżmuma minnhom li huma kanċellati taħt l-ewwel subparagrafu.

L-Artikolu 14

Monitoraġġ u rappurtar ta’ emissjonijiet

1.  Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet u, fejn rilevanti, data dwar l-attività, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ data dwar it-tunellati-kilometri għall-għan ta’ applikazzjoni taħt l-Artikoli 3e jew 3f, li għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji għall-monitoraġġ u r-rappurtar stabbiliti fl-Anness IV u għandu jispeċifika l-potenzjal għat-tisħin globali ta’ kull gass serra fir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet għal dak il-gass.

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata bil-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

2.  Ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jqis l-evidenza xjentifika l-aktar preċiża u aġġornata li tkun disponibbli, b’mod partikolari mill-IPCC, u jista’ ukoll jispeċifika rekwiżiti biex operaturi jirrapportaw dwar emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni ta’ oġġetti prodotti minn industriji intensivi fl-enerġija li jistgħu jkunu suġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali. Dak ir-Regolament jista’ wkoll jispeċifika r-rekwiżit li, din l-informazzjoni tiġi verifkata indipendentement.

Dawk ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu r-rappurtar dwar livelli ta’ emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku koperta bl-iskema Komunitarja assoċjata mal-produzzjoni ta’ tali oġġetti.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull operatur ta’ istallazzjoni jew ta’ ajruplan jimmonitorja u jirrapporta l-emissjonijiet minn din l-istallazzjoni matul kull sena kalendarja jew, mill-1 ta’ Jannar 2010, l-ajruplan li hu jopera, lill-awtorità kompetenti wara t-tmiem ta’ din is-sena konformement mar-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1.

4.  Ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jinkludi rekwiżiti dwar l-użu ta’ sistemi awtomatizzati u forom ta’ skambju ta’ data għall-armonizzazzjoni tal-komunikazzjoni fil-pjan ta’ monitoraġġ, fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet u fl-attivitajiet ta’ verifika bejn l-operatur, min iwettaq il-verifika u l-awtoritajiet kompetenti.

▼M2

Artikolu 15

▼M4

Verifika u Akkreditament

▼M2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti ppreżentati mill-operaturi jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 14(3) jiġu vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu, u li l-awtorità kompetenti tkun infurmata b’dan.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li r-rapport tiegħu ma jkunx ġie vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena ghall-emissjonijiet matul is-sena preċedenti ma jistax jagħmel trasferimenti ulterjuri ta’ kwoti sakemm ir-rapport ta’ dak l-operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jiġi vverifikat bħala sodisfaċenti.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta dispożizzjonijiet dettaljati għall-verifika tar-rapporti ppreżentati minn operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 14(3) u l-applikazzjonijiet taħt l-Artikoli 3e u 3f inklużi l-proċeduri ta’ verifika li jridu jintużaw mill-verifikaturi, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2).

▼M4

Sal-31 ta’ Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament għall-verifika ta’ rapporti dwar l-emissjonijiet ibbażat fuq il-prinċipji stipulati fl-Anness V, u għall-akkreditament u s-superviżjoni ta’ verifikaturi. Dan għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet għall-akkreditament u t-tneħħija tal-akkreditament, għar-rikonoxximent reċiproku, u l-valutazzjoni inter pares tal-entitajiet tal-akkreditament, kif ikun meħtieġ mill-każ.

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata bil-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

Artikolu 15a

L-iżvelar ta’ informazzjoni u s-sigriet professjonali

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u r-rapporti kollha relatati mal-kwantità u mal-allokazzjoni ta’ kwoti u mal-monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet jiġu żvelati immedjatament b’mod ordnat li jiżgura aċċess mingħajr diskriminazzjoni.

L-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali ma tistax tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu applikabbli.

▼B

Artikolu 16

Il-Penali

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravvenzjonijiet kontra d-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni ►M2  ————— ◄ u għandhom jinnotifikawha wkoll, mingħajr dewmien, b’kull emenda li taffettwahom.

▼M2

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-operaturi u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkunu qed jiksru r-rekwiżiti biex iċedu kwoti suffiċjenti skond din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li ma jċedux kwoti suffiċjenti sat-30 ta’ April ta’ kull sena biex ikopri l-emissjonijet tiegħu ta’ matul is-sena preċedenti għandu jinżamm responsabbli għall-ħlas ta’ penali ta’ emissjonijiet żejda. Il-penali ta’ emissjonijiet żejda għandha tkun ta’ EUR 100 ghal kull tunellata ta’ dijossidu tal-karbonju ekwivalenti mitfugħa u li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda kwoti. Il-ħlas tal-penali ta’ emissjonijiet żejda ma teħlisx lill-operatur mill-obbligu li jċedi ammont ta’ kwoti ekwivalenti ghal dawk l-emissjonijiet żejda meta dan ikun qed iċedi l-kwoti relattivi għas-sena ta’ wara.

▼M4

4.  Il-penali dwar l-emissjonijiet żejda relatati mal-kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2013 ‘il quddiem għandhom jiżdiedu konformement mal-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur.

▼M2

5.  Fil-każ li operatur tal-inġenji tal-ajru jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u fejn miżuri ta’ infurzar oħra ma żgurawx il-konformità, l-Istat Membru amministrattiv tiegħu jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi dwar l-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fuq l-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat.

6.  Kwalunkwe talba minn Stat Membru amministrattiv taħt il-paragrafu 5 għandha tinkludi:

(a) evidenza li l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma kkonformax mal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva;

(b) dettalji tal-azzjoni ta’ infurzar li ttieħdet minn dak l-Istat Membru;

(ċ) ġustifikazzjoni għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell Komunitarju; u

(d) rakkomandazzjoni għall-ambitu ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell Komunitarju u kwalunkwe kondizzjoni li għandha tiġi applikata.

7.  Meta talbiet bħal dawk imsemmijin fil-paragrafu 5 huma indirizzati lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1) skond ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat.

8.  L-adozzjoni ta’ deċiżjoniji wara li tkun saret talba skond il-paragrafu 5 għandha tiġi preċeduta, fejn xieraq u prattikabbli, minn konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni regolatorja tal-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat. Kull meta jkun possibbli, il-konsultazzjonijiet għandhom isiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri.

9.  Meta l-Kummissjoni tkun qed tikkunsidra jekk tadottax deċiżjoni wara li tkun saret talba skond il-paragrafu 5, hija għandha tiżvela lill-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li jifformaw il-bażi għal tali deċiżjoni. L-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta kummenti bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol mid-data ta’ żvelar.

10.  Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), taddotta deċiżjoni li timponi projbizzjoni ta’ operar fuq l-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat.

11.  Kull Stat Membru għandu jinforza, fit-territorju tiegħu, kwalunkwe deċiżjoni addottata skond il-paragrafu 10. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura meħuda għall-implimentazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet.

12.  Fejn xieraq, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

▼M1

Artikolu 17

L-aċċess għall-informazzjoni

Id-Deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti, l-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ proġetti fejn Stat Membru jipparteċipa jew jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw, u r-rapporti dwar l-emissjonijiet meħtieġa fil-permess dwar l-emissjoni ta’ gass serra u li jinżamm mill-awtorità kompetenti, għandhom ikunu aċċessibbli lill-pubbliku skond id-Direttiva 2003/4/KE.

▼B

Artikolu 18

L-awtorità kompetenti

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti amministrattivi xieraq, inkluża n-nomina ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti xierqa, sabiex jimplimentaw ir-regoli ta’ din id-Direttiva. Meta jiġu nnominati awtorità kompetenti jew iktar, irid jiġi kkordinat ix-xogħol midħul għalih minn dawn l-awtoritajiet skond din id-Direttiva.

▼M1

L-Istati Membri għandhom b’mod partikulari jiżguraw li jkun hemm koordinazzjoni bejn il-punt fokali tagħhom sabiex jiġu approvati attivitajiet ta’ proġetti skond l-Artikolu 6(1)(a) tal-Protokoll ta’ Kjoto u l-awtorità nazzjonali nominata tagħhom għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto rispettivament nominati skond deċiżjonijiet sussegwentement adottati taħt l-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.

▼M2

Artikolu 18a

Stat Membru Amministrattiv

1.  L-Istat Membru amministrattiv fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkun:

(a) fil-każ ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru b’liċenzja operattiva valida maħruġa minn Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers ( 15 ), l-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja operattiva fir-rigward ta’ dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru; u

(b) fil-każijiet kollha l-oħra, l-Istat Membru bl-akbar ammont ta’ emissjonijiet stmati u dovuti lill-avjazzjoni minn titjiriet mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru fis-sena ta’ bażi.

2.  Meta fl-ewwel sentejn ta’ kwalunkwe perijodu msemmi fl-Artikolu 3c, l-ebda mill-emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni minn titjiriet imwettqin minn operatur tal-inġenji tal-ajru li jaqa’ fil-paragrafu 1(b) ta’ dan l-Artikolu ma huma attribwiti lill-Istat Membru amministrattiv tiegħu, l-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jiġi trasferit lejn Stat Membru amministrattiv ieħor fir-rigward tal-perijodu li jmiss. L-Istat Membru amministrattiv il-ġdid għandu jkun l-Istat Membru bl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati minn titjiriet imwettqin minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru matul l-ewwel sentejn tal-perijodu ta’ qabel.

3.  Abbażi tal-aqwa informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha:

(a) qabel l-1 ta’ Frar 2009, tippubblika lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li wettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2006 li tispeċifika l-Istat Membru amministrattiv għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru skond il-paragrafu 1; u

(b) qabel l-1 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti, taġġorna l-lista biex tinkludi l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li sussegwentement wettqu attività tal-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I.

4.  Il-Kummisjoni tista’, b’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), tiżviluppa linji gwida marbuta mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru taħt din id-Direttiva mill-Istati Membri amministrattivi.

5.  Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, “sena ta’ bażi” tfisser, fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru li beda jopera fil-Komunità wara l-1 ta’ Jannar 2006, l-ewwel sena kalendarja tal-operat, u fil-każijiet l-oħrajn kollha, is-sena kalendarja li tibda fl-1 ta’ Jannar 2006.

Artikolu 18b

Assistenza mill-Eurocontrol

Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħha skond l-Artikoli 3c(4) u 18a, il-Kummissjoni tista’ titlob l-assistenza tal-Eurocontrol jew ta’ organizzazzjoni rilevanti oħra u tista’ tikkonkludi għal dak l-għan kwalunkwe ftehim xieraq ma’ dawk l-organizzazzjonijiet.

▼B

Artikolu 19

L-Uffiċċji tar-Reġistrazzjonijiet

▼M4

1.  Kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2012 ‘il quddiem għandhom jinżammu fir-reġistru Komunitarju għall-eżekuzzjoni ta’ proċessi relatati mal-ġestjoni ta’ kontijiet ta’ depożitu miftuħa fl-Istat Membru u l-allokazzjoni, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni ta’ kwoti konformement mar-Regolament tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 3.

Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jwettaq l-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet awtorizzati konformement mal-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kyoto.

▼B

2.  Kull persuna jista’ jkollha kwoti. L-uffiċċju tar-reġistrazzjonijiet għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku u għandu jkun fih kontijiet separati sabiex jirreġistra l-kwoti miżmuma minn kull wieħed mill-persuni li lilhom jew minn għandhom joħorġu jew jiġu ttrasferiti l-kwoti.

▼M3

3.  Sabiex timplimenta din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament għal sistema standardizzata u sigura ta' uffiċċji tar-reġistrazzjoni fil-għamla ta' databases elettroniċi u standardizzati li jkun fihom elementi komuni ta' informazzjoni sabiex jittraċċjaw il-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti, sabiex jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku u għall-kunfidenzjalità kif xieraq u sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda trasferiment li jkun inkompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-Protokoll ta' Kyoto. Dak ir-Regolament għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-identifikazzjoni ta' CERSs u ERUs fl-iskema tal-Komunità u dwar il-monitoraġġ tal-livell ta' tali użu. Dik il-miżura, mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

▼M4

4.  Ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkollu l-modalitajiet adatti li jippermettu li l-uffiċċju għar-reġistrazzjonijiet Komunitarju jeffettwa tranżazzjonijiet u operazzjonijiet oħra għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 25(1b). Dak ir-Regolament għandu jinkludi wkoll proċess għall-bidla u l-immaniġġjar tal-inċidenti għar-reġistru Komunitarju f’dak li jirrigwarda kwistjonijiet fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għandu jinkludi wkoll il-modalitajiet adegwati għar-Reġistru Komunitarju sabiex jiġi żgurat li jkunu possibbli inizjattivi tal-Istati Membri relatati mat-titjib tal-effiċjenza, l-immaniġġjar tal-infiq amministrattiv u l-miżuri tal-kontroll tal-kwalità.

▼B

Artikolu 20

L-Amminstratur Ċentrali

1.  Il-Kummissjoni għandha tinnomina Amministratur Ċentrali sabiex iżomm reġistru indipendenti tat-transazzjonijiet li jirreġistra l-ħruġ, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti.

2.  L-Amministratur Ċentrali għandu jikkonduċi kontroll awtomatizzat fuq kull waħda mit-transazzjonijiet fl-uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet permezz ta’ reġistru indipendenti tat-transazzjonijiet sabiex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda irregolarità fil-ħruġ, it-rasferiment u l-kanċellazzjoni tal-konċessonijiet.

3.  Jekk l-irregolaritajiet jiġu identifikati permezz tal-kontroll awtomatizzat, l-Amministratur Ċentrali għandu jgħarraf lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri interessati li ma għandhomx jirreġistraw it-transazzjonijiet fil-kwistjoni jew kull transazzjoni oħra li jkollha x’taqsam mal-kwoti sakemm jiġu riżolti l-irregolaritajiet.

Artikolu 21

Ir-rappurtaġġ mill-Istati Membri

1.  Kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. ►M4  Dan ir-rapport għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-arranġamenti għall-allokazzjoni tal-kwoti, il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijet, l-applikazzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rappurtaġġ, il-verifika u l-akkreditament u l-kwistjonijiet relatati mal-konformità ma’ din id-Direttiva u t-trattament fiskali tal-kwoti, jekk ikun hemm minnhom. ◄ L-ewwel rapport għandu jiġi ssottomess lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2005. Ir-rapport għandu jiġi mfassal fuq il-bażi ta’ kwestjonarju jew deskrizzjoni fil-qosor abbozzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE. Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni fil-qosor għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel it-temma taż-żmien għas-sottomissjoni ta’ l-ewwel rapport.

2.  Fuq il-bażi tar-rapporti riferiti fil-paragrafu 1, il-Kummisjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

▼M4

3.  Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ tagħrif bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jirrigwarda l-iżviluppi li għandhom x’jaqsmu ma’ kwistjonijiet ta’ allokazzjoni, l-użu tal-ERUs u s-CERs fl-iskema Komunitarja, il-ħidma tal-uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet, il-monitoraġġ, ir-rappurtaġġ, il-verifika, l-akkreditament, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-konformità ma’ din id-Direttiva.

▼M1

Artikolu 21a

L-appoġġ ta’ attivitajiet ta’ żvilupp ta' kapaċità

Skond il-UNFCCC, il-Protokoll ta’ Kjoto u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti adottata għall-implimentazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jappoġġaw attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u f’pajjiżi fejn l-ekonomija tkun fi transizzjoni sabiex jgħinuhom jagħmlu użu sħiħ tal-JI u tal-CDM b’mod ta’ appoġġ ma’ l-istrateġiji tagħhom ta’ żvilupp sostenibbli u sabiex jiffaċilitaw it-tqabbid ta’ entitajiet fl-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ proġett ta’ JI u CDM.

▼M4

L-Artikolu 22

Emendi fl-Annessi

L-Annessi ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Annessi I, IIa u IIb, jistgħu jiġu emendati fid-dawl tar-rapporti previsti fl-Artikolu 21 u tal-esperjenza tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-Annessi IV u V jistgħu jiġu emendati sabiex jittejbu l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet.

Dawk il miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

▼B

Artikolu 23

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat istitwit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 93/389/KEE.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

▼M3

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼M4

4.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha

▼M4

Artikolu 24

Proċeduri għall-inklużjoni unilaterali ta’ attivitajiet addizzjonali u gassijiet

1.  Mill-2008, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet, taħt din id-Direttiva, għall-attivitajiet u għall-gassijiet serra li mhumiex imniżżla fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-kriterji kollha rilevanti, speċjalment l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tal-iskema Komunitarja u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ rrappurtar li tkun ippjanata, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta’ dawn l-attivitajiet u gassijiet serra tkun approvata mill-Kummissjoni

(a) skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(2), jekk l-inklużjoni tirriferi għall-installazzjonijiet li m’humiex elenkati fl-Anness I, jew

(b) skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3), jekk l-inklużjoni tirriferi għall-attivitajiet u gassijiet serra li m’humiex elenkati fl-Anness I. Dawk il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha.

2.  Meta tiġi approvata l-inklużjoni ta’ attivitajiet u gassijiet addizzjonali, il-Kummissjoni tista’ fl-istess waqt tawtorizza l-ħruġ ta’ kwoti addizzjonali u tawtorizza Stati Membri oħrajn biex jinkludu attivitajiet u gassijiet addizzjonali.

3.  Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru, jista’ jiġi adottat Regolament dwar il-monitoraġġ ta’, u r-rappurtar dwar, emissjonijiet li jikkonċernaw attivitajiet, istallazzjonijiet u gassijiet serra li ma humiex elenkati fi grupp wieħed fl-Anness I, jekk dak il-monitoraġġ u rappurtar jistgħu jitwettqu bi preċiżjoni suffiċjenti.

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata bil-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

▼M4

Artikolu 24a

Regoli armonizzati għal proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet

1.  Addizzjonalment għall-inklużjonijiet previsti fl-Artikolu 24, jistgħu jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni għall-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward ta’ proġetti amministrati minn Stati Membri li jnaqqsu emissjonijiet ta’ gassijiet serra li ma jkunux koperti mill-iskema Komunitarja.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

Kwalunkwe miżura bħal din ma għandhiex tirriżulta fl-għadd doppju ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet u lanqas timpedixxi l-impenn ta’ miżuri ta’ politika oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux koperti bl-iskema Komunitarja. Għandhom jiġu adottati miżuri biss meta l-inklużjoni ma tkunx possibbli taħt l-Artikolu 24, u r-reviżjoni li jmiss tal-iskema Komunitarja għandha tikkunsidra tarmonizza l-kopertura ta’ dawk l-emissjonijiet madwar il-Komunità kollha.

2.  Jistgħu jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu d-dettalji għall-ikkreditar ta’ proġetti fil-livell Komunitarju msemmi fil-paragrafu 1.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

3.  Stat Membru jista’ jirrifjuta li joħroġ kwoti jew krediti fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fuq it-territorju tiegħu stess.

Dawn il-proġetti għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-ftehim tal-Istat Membru fejn jitwettaq il-proġett.

▼B

Artikolu 25

Ir-rabtiet ma’ skemi oħra ta’ skambju ta’ emissjoni tal-gassijiet serra

1.  Għandhom jiġu konklużi ftehimijiet mal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness B rigward il-Protokoll ta’ Kyoto li jkunu rratifikaw il-protokoll sabiex jipprovdu għall-għarfien tal-kwoti bejn l-iskema Komunitarja u skemi oħra ta’ l-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra skond ir-regoli dikjarati fit-Trattat.

▼M4

1a.  Jistgħu jsiru strumenti ta’ ftehim għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti bejn l-iskema Komunitarja u sistemi mandatorji kompatibbli ta’ skambju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti stabbiliti fi kwalunkwe pajjiż ieħor jew entità subfederali jew reġjonali.

1b.  Jistgħu jsiru arranġamenti mhux vinkolanti ma’ pajjiżi terzi jew ma’ entitajiet subfederali jew reġjonali li jipprovdu għal koordinament amministrattiv u tekniku relatat ma’ kwoti fl-iskema Komunitarja jew sistemi obbligatorji ta’ skambju ta’ emissjonijiet li jillimitaw l-emissjonijiet assoluti.

▼M3

2.  Fejn jiġi konkluż ftehim imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe dispożizzjoni meħtieġa relatata mar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti ta' dak il-ftehim. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

▼M2

Artikolu 25a

Miżuri ta’ pajjiżi terzi biex jitnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima

1.  Meta pajjiż terz jadotta miżuri għat-tnaqqis tal-impatt tat-tibdil fil-klima minn titjiriet li jitilqu minn dak il-pajjiż li jinżlu fil-Komunità, il-Kummissjoni wara li tkun ikkonsultat mal-pajjiż terz, u mal-Istati Membri fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(1), għandha tqis l-għażliet disponibbli sabiex tipprovdi għall-aħjar interazzjoni bejn l-iskema tal-Komunità u l-miżuri ta’ dak il-pajjiż.

Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ taddotta emendi biex jipprovdu għal tijiriet li jaslu mill-pajjiż terz ikkonċernat sabiex dawn jiġu esklużi mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I jew biex jipprovdu għal kwalunkwe emenda oħra għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li huma meħtieġa minn ftehim skond ir-raba’ subparagrafu. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

Il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill emendi oħra għal din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 300(1) tat-Trattat biex tiftaħ negozjati bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat.

2.  Il-Komunità u l-Istat Membri tagħha għandhom ikomplu jfittxu ftehim dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-avjazzjoni. Fid-dawl ta’ tali ftehim, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk humiex meħtieġa l-emendi għal din id-Direttiva kif tapplika għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru.

▼B

Artikolu 26

L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE

Fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 96/61/KE għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Meta l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tad-dinja minn stallazzjoni jiġu speċifikati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoni tal-gassijiet serra dinjia u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ( 16 ) fejn tidħol attività mwettqa f’din l-istallazzjoni, il-permess ma għandux jinkludi valur tal-limitu ta’ l-emissjonijiet għall-emissjonijiet diretti ta’ dan il-gass għajr jekk meħtieġ sabiex jiġi żgurat illi ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġiż lokali sinifikanti.

Għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponux ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-effiċjenza ta’ l-emerġija rigward l-unitajiet tal-kombustjoni jew emissjonijiet oħra li jitfgħu id-dijossidu tal-karbonju fuq is-sit.

Meta xieraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jemendaw il-permess kif appoprjat.

It-tliet sub-paragrafi preċedenti ma għandhomx japplikaw għall-istallazzionijiet esklużi temporanjament mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni tal-gassijiet serra ġewa l-Komunità skond l-Artikolu 27 td-Direttiva 2003/87/KE.

▼M4

Artikolu 27

Esklużjoni ta’ istallazzjonijiet żgħar suġġetti għal miżuri ekwivalenti

1.  Wara li jikkonsultaw lill-operatur, l-Istati Membri jistgħu jeskludu, mill-iskema Komunitarja, istallazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta’ anqas minn 25 000 tunnellata ekwivalenti ta’ dijossidju tal-karbonju u, meta jwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, ikollhom kapaċità termika nominali ta’ anqas minn 35 MW, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa f’kull waħda mit- 3 snin li jippreċedu n-notifika msemmija f’punt (a), u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-istallazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li qegħdin fis-seħħ, qabel ma l-lista ta’ istallazzjonijiet taħt l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata u mhux aktar tard minn meta din il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;

(b) jikkonferma li hemm arranġamenti ta’ monitoraġġ fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta’ 25 000 tunnellata ta’ emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja; L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jkun hemm miżuri simplifikati ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-istallazzjonijiet b’emissjonijiet annwali vverifikati bejn l-2008 u l-2010 li jkunu anqas minn 5 000 tunnellata fis-sena, taħt l-Artikolu 14;

(c) jikkonferma li jekk xi istallazzjoni tkun sors ta’ 25 000 tunnellata ta’ emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l- miżuri li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid fl-iskema Komunitarja;

(d) jippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) għall-kummenti mill-pubbliku.

L-isptarijiet jistgħu ikunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti.

2.  Jekk, wara perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika għall-pubbliku biex jikkumenta, il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien perjodu ieħor ta’ sitt xhur, l-esklużjoni għandha titqies bħala approvata.

Wara ċ-ċessjoni ta’ kwoti fir-rigward tal-perjodu li matulu l-istallazzjoni tkun imdaħħla fl-iskema Komunitarja, l-istallazzjoni għandha tiġi eskluża u l-Istat Membru m’għandux joħroġ kwoti iżjed gratis għall-istallazzjoni taħt l-Artikolu 10a.

3.  Meta istallazzjoni terġa’ tiddaħħal fl-iskema Komunitarja taħt il-paragrafu 1(c), kwalunkwe kwoti maħruġa taħt l-Artikolu 10a għandhom jingħataw b’bidu fis-sena ta’ meta terġa tiddaħħal. Il-Kwoti maħruġa lil dawn l-istallazzjonijiet għandhom jitnaqqsu mill-ammont li jkun se jiġi rkantat taħt l-Artikolu 10(2) mill-Istat Membru li fih tkun qiegħda l-istallazzjoni.

Kull istallazzjoni bħal din għandha tibqa’ fl-iskema Komunitarja għall-bqija tal-perjodu ta’ kummerċ.

4.  Għall-istallazzjonijiet li ma kinux iddaħħlu fl-iskema Komunitarja waqt il-perjodu mill-2008 sal-2012, jistgħu jiġu applikati rekwiżiti simplifikati għall-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika, sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet fit-tliet snin li jiġu qabel in-notifika taħt il-paragrafu 1 punt (a).

Artikolu 28

Aġġustamenti applikabbli mal-approvazzjoni mill-Komunità ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima

1.  Fi żmien tliet xhur wara li l-Komunità tiffirma ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, li jwassal, sal-2020, għal livelli mandatorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqbżu l-20 % meta mqabbla mal-livelli fl-1990, kif rifless fl-impenn għal tnaqqis ta’ 30 % approvat mill-Kunsill Ewropej ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jevalwa, b’mod partikulari, l-elementi li ġejjin:

(a) in-natura tal-miżuri miftiehma fil-qafas tan-negozjati internazzjonali kif ukoll l-impenji magħmula minn pajjiżi żviluppati oħra dwar tnaqqis tal-emissjonijiet komparabbli ma’ dawk tal-UE u l-impenji magħmula minn pajjiżi bi żvilupp ekonomiku aktar avvanzat biex jikkontribwixxu b’mod xieraq abbażi tar-responsabilitajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom;

(b) l-implikazzjonijiet tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima u konsegwentement l-għażliet mitluba fil-livell Komunitarju sabiex isir tqarrib għall-mira ta’ tnaqqis aktar ambizzjuża ta’ 30 % b’mod bilanċjat, trasparenti u ġust, waqt li jitqies ix-xogħol tal-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kyoto;

(c) il-kompetittività tal-industriji Komunitarji tal-manifattura fil-kuntest tar-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

(d) l-impatt tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima fuq setturi ekonomiċi Komunitarji oħra;

(e) l-impatt fuq il-qasam agrikolu Komunitarju, inklużi r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

(f) il-modalitajiet xierqa biex ikunu inklużi emissjonijiet u assorbimenti relatati ma’ użu tal-art, bdil fl-użu tal-art u forestrija fil-Komunità;

(g) l-afforestazzjoni, il-forestazzjoni mill-ġdid, l-evitar tad-deforestazzjoni u tad- degradazzjoni tal-foresta f’pajjiżi terzi, f’każ li tiġi stabbilita xi sistema internazzjonali rikonoxxuta f’dan il-kuntest;

(h) il-ħtieġa li jiġu adottati aktar linji politiċi u miżuri Komunitarji fid-dawl tal-impenji Komunitarji u tal-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ gassijiet serra.

2.  Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li temenda din id-Direttiva taħt il-paragrafu 1, bil-għan li d-Direttiva emendatorja tidħol fis-seħħ wara li l-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima jiġi approvat mill-Komunità u fid-dawl tal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jrid jiġi implimentat taħt dak il-ftehim.

Il-proposta għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ effiċjenza ekonomika u ta’ effettività mill-att ta’ spejjeż, kif ukoll ta’ ekwità u ta’ solidarjetà fid-distribuzzjoni tal-impenji bejn l-Istati Membri.

3.  Din il-proposta għandha tippermetti, jekk ikun il-każ, lill-operaturi li jużaw, addizzjonalment għall-krediti previsti f’din id-Direttiva, is-CERs, l-ERUs jew krediti oħra approvati minn pajjiżi terzi li jkunu rratifikaw il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.

4.  Il-proposta għandha tinkludi wkoll, jekk ikun il-każ, kwalunkwe mizuri oħra meħtieġa biex jgħinu ħalli jintlaħaq it-tnaqqis obbligatorju konformement mal-paragrafu 1 b’mod trasparenti, bilanċjat u ġust u, partikolarment, miżuri ta’ implimentazzjoni li jipprovdu għall-użu ta’ tipi addizzjonali ta’ krediti ta’ proġetti minn operaturi fl-iskema Komunitarja għal dawk imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 11a jew l-użu minn operaturi bħal dawn jew mekkaniżmi oħra maħluqa konformement mal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, kif ikun meħtieġ mill-każ.

5.  Għandha tinkludi il-miżuri tranżizzjonali u ta’ sospensjoni xierqa sa meta jidħol fis-seħħ il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima.

▼C1

Artikolu 28a

Derogi applikabbli minn qabel tal-implimentazzjoni, sal-2020, ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq

▼M6

1.  B'deroga mill-Artikoli 12(2a), 14(3) u l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom iqisu r-rekwiżiti stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet li huma sodisfatti u ma għandhomx jieħdu azzjoni kontra operaturi tal-inġenji tal-ajru fir-rigward ta':

(a) l-emissjonijiet kollha minn titjiriet minn jew lejn ajrudromi li jinsabu barra ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2016;

(b) l-emissjonijiet kollha minn titijiriet bejn ajrudromu li jinsab f'reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u ajrudromu li jinsab f'reġjun ieħor taż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2016;

(c) ir-restituzzjoni tal-kwoti tikkorrispondi għall-emissjonijiet ivverifikati tal-2013 minn titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fiż-ŻEE, li jridu jidħlu fis-seħħ sat-30 ta' April 2015 minflok sat-30 ta' April 2014, u l-emissjonijiet ivverifikati tal-2013 għal dawk it-titjiriet li jridu jiġu rrapportati sal-31 ta' Marzu 2015 minflok sal-31 ta' Marzu 2014.

Għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12 u 14, l-emissjonijiet ivverifikati minn titjiriet għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru.

2.  B'deroga mill-Artikolu 3e(5) u l-Artikolu 3f, operatur tal-inġenju tal-ajru li jibbenefika mid-derogi stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinħarġilu għadd ta' kwoti mingħajr ħlas imnaqqsa proporzjonalment skont it-tnaqqis tal-obbligu ta' restituzzjoni tal-kwoti stipulat f'dawk il-punti.

B'deroga mill-Artikolu 3f(8), kwoti li ma ġewx allokati minħabba l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu kkanċellati.

▼C1

Fir-rigward tal-attività fil-perijodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2016, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni mingħajr ħlas allokati lil kull operatur ta' inġenju tal-ajru sal-1 ta' Settembru 2014.

▼M6

3.  B'deroga mill-Artikolu 3d, l-Istati Membri għandhom jirkantaw għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni mnaqqsa proporzjonalment skont it-tnaqqis tal-għadd totali ta' kwoti maħruġa.

4.  B'deroga mill-Artikolu 3d(3), l-għadd ta' kwoti li jridu jiġu rkantati minn kull Stat Membru fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2016, għandu jiġi mnaqqas b'tali mod li jikkorrispondi għas-sehem tiegħu ta' emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni minn titjiriet li mhumiex soġġetti għal derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

5.  B'deroga mill-Artikolu 3g, operaturi ta' inġenji tal-ajru m'għandhomx ikunu mitluba jressqu pjanijiet ta' monitoraġġ li jistabbilixxu miżuri għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet fir-rigward ta' titjiriet soġġetti għad-derogi previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

6.  B'deroga mill-Artikoli 3g, 12, 15 u 18a, fejn operatur tal-inġenju tal-ajru għandu t-total annwali ta' emissjonijiet inqas minn 25 000 tunnellata CO2, l-emissjonijiet tiegħu għandhom jitqiesu li huma emissjonijiet ivverifikati jekk jiġu ddeterminati bl-użu tal-għodda ta' emittenti żgħar approvata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2010 ( 17 ) u li hija popolata mill-Eurocontrol b'dejta mill-faċilità ta' appoġġ tal-ETS. L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proċeduri ssimplifikati għal operaturi tal-inġenju tal-ajru mhux kummerċjali sakemm tali proċeduri ma jipprovdux inqas preċiżjoni milli tipprovdi l-għodda ta' emittenti żgħar.

7.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fi Stati taż-ŻEE u l-pajjiżi li ssieħbu mal-Unjoni fl-2013 għandhom jitqiesu bħala titjiriet bejn ajrudromi li jinsabu fi Stati taż-ŻEE.

8.  Il-Kummissjoni għandha regolarment, u mill-anqas darba fis-sena, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tan-negozjati tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) kif ukoll dwar l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-aċċettazzjoni internazzjonali ta' mekkaniżmi bbażati fuq is-suq fost il-pajjiżi terzi. Wara l-Assemblea tal-ICAO tal-2016, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar azzjonijiet li jridu jittieħdu biex jiġi implimentat ftehim internazzjonali għall-miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2020, li se tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-avjazzjoni b'mod mhux diskriminatorju, u tressaq ukoll informazzjoni, rigward l-użu tad-dħul ippreżentat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra u, fejn xieraq, tinkludi proposti b'reazzjoni għal, dawk l-iżviluppi dwar il-kamp ta' applikazzjoni xieraq għall-kopertura tal-emissjonijiet minn attività minn jew lejn ajrudromi li jinsabu barra ż-ŻEE mill-1 ta' Jannar 2017 'il quddiem. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll soluzzjonijiet għal kwistjonijiet oħra li jistgħu jinħolqu fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tippreżerva t-trattament indaqs għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru kollha fuq l-istess rotta.

▼M4

Artikolu 29

Rapport biex jiżgura li s-suq tal-karbonju jiffunzjona aħjar

Jekk, fuq il-bażi tar-rapporti regolari dwar is-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni jkollha prova li s-suq tal-karbonju mhux qed jiffunzjona sewwa, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti li jkollhom l-objettiv li tiżdied it-trasparenza tas-suq tal-karbonju u miżuri biex jittejjeb il-funzjonament tiegħu.

▼M4

Artikolu 29a

Miżuri f’każ li jkun hemm oxxillazzjonijiet kbar fil-prezzijiet

1.  Jekk, għal aktar minn sitt xhur konsekuttivi, il-prezz tal-kwoti jkun aktar minn tliet darbiet il-prezz medju tal-kwoti fuq is-suq Komunitarju tal-karbonju matul is-sentejn ta’ qabel, il-Kummissjoni għandha minnufih tlaqqa’ l-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.

2.  Jekk l-evoluzzjoni tal-prezz msemmija fil-paragrafu 1 ma tikkorrispondix għar-regoli fundamentali tas-suq, tista’ tiġi adottati waħda mill-miżuri li ġejjin, filwaqt li jitqies il-grad tal-evoluzzjoni tal-prezz:

(a) Miżura li tippermetti lill-Istati Membri li jantiċipaw l-irkantar bħala parti minn kwantità li trid tiġi rkantata.

(b) Miżura li tippermetti lill-Istati Membri li jirkantaw sa 25 % tal-kwoti li jifdal fir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq.

Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura amministrattiva msemmija fl-Artikolu 23(4).

3.  Kwalunkwe miżura għandha tqis kif xieraq ir-rapporti ppreżentati mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill taħt l-Artikolu 29, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra mogħtija mill-Istati Membri.

4.  L-arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu stipulati fir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 10(4).

▼B

Artikolu 30

Ir-rivista u iktar żvilupp

1.  Fuq il-bażi tal-progres miksub fil-monitoraġġ ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra, il-Kummissjoni tista’ tagħmel proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2004 sabiex temenda l-Anness I sabiex jinkludi attivitajiet u emissjonijiet oħra tal-gassijiet serra elenkati fl-Anness II.

2.  Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tal-progress miksub fil-monitoraġġ ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra u fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-kuntest internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fejn tikkunsidra:

(a) kif u jekk l-Anness I għandux jiġi emendat sabiex jinkludi setturi oħra rilevanti, fost l-oħrajn is-setturi tal-kimiċi, ta’ l-aluminju u tat-trasport, l-attivitajiet u l-emissjoni ta’ gassijiet oħra elenkati fl-Anness II, bil-ħsieb li tittejjeb iktar l-effiċjenza ekonomika ta’ l-iskema.

(b) ir-relazzjoni ta’ l-iskambju Komuntarju ta’ kwoti għall-emissjoniet ma’ l-iskambju internazzjonali ta’ l-emissjonijiet li jrid jibda fis-sena 2008;

(ċ) iktar armonizzazzjoni tal-metodu ta’ l-allokazzjoni (inkluż l-irkant għaż-żmien wara s-sena 2012) u tal-kriterji għall-pjani nazzjonali ta’ l-allokazzjonijiet riferiti fl-Anness III;

▼M1

(d) l-użu ta’ krediti minn attivitajiet ta’ proġetti, inkluż il-bżonn għall-armonizzazzjoni ta’ l-użu permess ta’ ERUs u CERs fl-iskema tal-Komunità;

▼B

(e) ir-relazzjoni ta’ l-iskambju ta’ l-emissjonijiet ma’ politiki u miżuri oħra implimentati fil-livell ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità, inkluża t-tassazzjoni, li jsegwu l-istess għanijiet;

(f) jekk ikunx approprjat li jkun hemm uffiċċju wieħed Komunitarju tar-reġistrazzjonijiet;

(g) il-livell tal-penali għall-eċċess ta’ l-emissjonijiet, filwaqt li titqies l-inflazzjoni, fost ħwejjeġ oħra;

(h) il-funzjonament tas-suq tal-għti tal-kwoti, li jkopri b’mod partikolari kull disturbanza possibbli tas-suq;

(i) kif l-iskema Komunitarja tiġi addattata għall-Unjoni Ewropea magħmula ikbar;

(j) il-ġabra komuni;

(k) kemm hu prattikabbli li jiġu żviluppati livelli ta’ gradazzjoni mal-Komunità kollha bħala bażi ta’ l-allokazzjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-aħjar metodi tat-teknika u benefiċċji taħt il-profil tal-ġestjoni disponibbli;

▼M1

(l) l-impatt ta’ l-attivitajiet ta’ proġetti fuq il-pajjiżi ospitanti, b’mod partikulari fuq l-għanijiet ta’ żvilupp tagħhom, kemm ta’ attivitajiet ta’ proġetti ta’ produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika JI u CDM b’kapaċità ta’ ġenerazzjoni ta’ aktar minn 500 MW li għandhom impatti ambjentali jew soċjali negattivi ġew approvati, u l-użu futur ta’ CERs jew ERUs li jirriżultaw minn kwalunkwe attività ta’ proġetti tali ta’ produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika fl-iskema tal-Komunità;

(m) is-sostenn ta’ sforzi għall-ħolqien ta’ kapaċitajiet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u f’pajjiżi b’ekonomiji tranżitorji;

(n) il-modalitajiet u proċeduri għall-approvazzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ attivitajiet ta’ proġetti domestiċi u għall-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward ta’ tnaqqis jew limitazzjonijiet ta’ emissjonijiet li jirriżultaw minn tali attivitajiet mill-2008;

(o) dispożizzjonijiet tekniċi dwar in-natura temporanja tal-krediti u l-limitu ta’ 1 % għall-eliġibilità għall-użu ta’ l-art, użu ġdid ta’ l-art u attivitajiet ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjoni 17/CP.7, u d-dispożizzjonijiet dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni ta’ riskji potenzjali assoċjati ma’ l-użu ta’ l-organiżmi modifikati ġenetikament u speċji barranin li huma potenzjalment invażivi b’attivitajiet ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni u afforestazzjoni mill-ġdid sabiex iħallu lill-operaturi jużaw CERs u ERUs li jirriżultaw mill-użu ta’ l-art, użu ġdid ta’ l-art u attivitajiet ta’ proġetti ta’ afforestazzjoni fl-iskema tal-Komunità mill-2008, skond id-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto.

▼B

Il-Kummissjoni għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2006, akkumpanjat bi proposti kif jixraq.

▼M1

3.  Qabel kull perjodu msemmi fl-Artikolu 11(2), kull Stat Membru għandu jippublika fil-pjan ta’ l-allokazzjoni nazzjonali tiegħu l-użu previst ta’ ERUs u CERs u l-persentaġġ massimu ta’ l-allokazzjoni għal kull stallazzjoni li l-operaturi jistgħu jużaw ERUs u CERs fl-iskema tal-Komunità għal dak il-perjodu. L-użu totali ta’ ERUs u CERs għandu jkun konsistenti ma’ l-obbligi supplimentari rilevanti taħt il-Protokoll ta’ Kjoto u l-UNFCCC u d-deċiżjonijiet adottati taħthom.

L-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru. 280/2004/KE, jirrappurtaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar kemm l-azzjoni domestika attwalment tikkostitwixxi element sinifikanti ta’ l-isforzi magħmula f’livell nazzjonali, kif ukoll safejn l-użu tal-mekkaniżmi dwar il-proġetti hu attwalment supplimentari għall-azzjoni domestika u l-proporzjon ta’ bejniethom, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll ta’ Kjoto ( 18 ) u d-deċiżjonijiet adottati taħthom. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar dan skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni msemmija. Fid-dawl ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tagħmel proposti leġiżlattivi jew oħrajn sabiex tikkomplementa id-dispożizzjonijiet minn Stati Membri biex tiżgura li l-użu tal-mekkaniżmi hu supplimentari għall-azzjoni domestika fil-Komunità.

▼M2

4.  Sa l-1 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ monitoraġġ u esperjenza tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, tirrevedi l-funzjonament ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-Anness I u tista’ tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 251 tat-Trattat kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tagħti konsiderazzjoni b’mod partikolari għal:

(a) l-implikazzjonijiet u l-impatti ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-funzjonament ġenerali tal-iskema Komunitarja;

(b) il-funzjonament tas-suq tal-għoti tal-kwoti, li jkopri b’mod partikolari kwalunkwe disturbanza possibbli tas-suq;

(ċ) l-effikaċja ambjentali tal-iskema Komunitarja u sa fejn il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operaturi tal-ajru taħt l-Artikolu 3c għandha titnaqqas f’konformità ma’ miri tal-UE ta’ tnaqqis ġenerali ta’ emissjonijiet;

(d) l-impatt tal-iskema Komunitarja fuq is-settur tal-avjazzjoni, inklużi l-kwistjonijiet tal-kompetittività, filwaqt li jitqies b’mod partikolari l-effett tal-politika dwar it-tibdil fil-klima implimentati għall-avjazzjoni barra mill-UE;

(e) il-kontinwazzjoni mar-riżerva speċjali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru, b’kont meħud tal-konverġenza possibbli tar-rati ta’ tkabbir fl-industrija kollha;

(f) l-impatt tal-iskema Komunitarja fuq id-dipendenza strutturali fuq it-trasport tal-avjazzjoni ta’ gżejjer, reġjuni mingħajr kosta, reġjuni periferiċi u dawk l-aktar ‘il bogħod tal-Komunità;

(g) jekk għandhiex tiġi inkluża sistema ta’ portal biex tiffaċilita l-iskambju ta’ kwoti bejn operaturi tal-inġenji tal-ajru u operaturi ta’ installazzjonijiet waqt li tiżgura li l-ebda transazzjonijiet ma jirriżultaw fi trasferiment nett ta’ kwoti minn operaturi tal-inġenji tal-ajru lil operaturi ta’ installazzjonijiet;

(h) l-implikazzjonijiet tal-limiti tal-esklużjoni kif speċifikati fl-Anness I f’termini ta’ massa massima ċċertifikata għat-tluq u n-numru ta’ titjiriet fis-sena li twettqu minn operatur tal-inġenji tal-ajru;

(i) l-impatt tal-eżenzjoni mill-iskema Komunitarja ta’ ċerti titjiriet li twettqu fil-qafas tal-obbligi tas-servizz pubbliku imposti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2408/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar l-aċċess għat-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità għal rotot tal-ajru intra-Komunitarji ( 19 );

(j) żviluppi, inkluż il-potenzjal għal żviluppi futuri, fl-effiċjenza tal-avjazzjoni u b’mod partikolari l-progress lejn il-kisba tal-għan tal-Kunsill Konsultattiv dwar ir-Riċerka Aeronawtika fl-Ewropa (ACARE) biex jiġu żviluppati u murija teknoloġiji li jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-karburant b’50 % sa l-2020 u jekk humiex meħtieġa miżuri ulterjuri biex tiżdied l-effiċjenza.

(k) żviluppi fl-għarfien xjentifiku dwar l-impatti tat-tibdil fil-klima tat-traċċi ta’ kondensazzjoni u tas-sħab tat-tip ċirru kkawżat mill-avjazzjoni bil-għan li jiġu proposti miżuri effettivi ta’ mitigazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha mbagħad tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.



KAPITOLU V

DISPOŻIZZJO NIJIET FINALI

▼B

Artikolu 31

L-implimentazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Il-Kummisjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra b’dawn il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif isir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjoni fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttva. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra bihom.

Artikolu 32

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 33

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M4




ANNESS I

KATEGORIJI TA’ ATTIVITAJIET LI GĦALIHOM TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA

1.

L-istallazzjonijiet jew il-partijiet tal-istallazzjonijiet użati għar-riċerka, l-iżvilupp u t-testjar ta’ prodotti u proċessi ġodda u istallazzjonijiet li jużaw biss il-bijomassa mhumiex koperti b’din id-Direttiva.

2.

Il-valuri tal-limitu minimu t’hawn taħt ġeneralment jirriferu għall-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew għall-produzzjoni. Meta diversi attivitajiet li jaqghu taht l-istess kategorija jithaddmu fl-istess istallazzjoni, il-kapacitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jinghaddu flimkien.

3.

Meta l-input termiku nominali totali ta’ istallazzjoni jiġi kkalkulat sabiex jiġi deċiż jekk tiddaħħalx fl-iskema Komunitarja, l-inputs termiċi nominali tal-junits tekniċi kollha li jagħmlu parti minnha u li fihom jinħarqu karburanti fi ħdan l-istallazzjoni, jingħaddu flimkien. Dawn il-junits jistgħu jinkludu kull tip ta’ bojlers, berners, turbini, ħiters, fran tal-funderiji, inċineraturi, kalkari tal-ġir, kalkari, fran, impjanti nixxiefa (dryers), magni, ċelluli tal-karburanti, junits tal-kombustjoni “chemical looping”, torċi (flares), u impjanti termiċi jew katalitiċi tal-post-kombustjoni. Junits b’input termiku nominali taħt it-3 MW u junits li jużaw biss il-bijomassa ma jitqisux għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu. “Junits li jużaw biss il-bijomassa” jinkludu impjanti li jużaw il-karburanti fossili meta jitqabbdu jew meta jintfew biss.

4.

Jekk unità taqdi attività li għaliha l-limitu minimu mhux espress bħala input termiku nominali totali, il-limitu minimu ta’ din l-attività għandu jieħu preċedenza għad-deċiżjoni dwar l-inklużjoni fl-iskema Komunitarja.

5.

Meta l-limitu minimu ta’ kapacita ta’ kull attivita f’dan l-Anness jinstab li jkun inqabeż f’xi istallazzjoni, il-junits kollha li fihom jinħaraq karburanti, ħlief għall-impjanti għall-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż jew muniċipali, għandhom jiddaħħlu fil-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra.

6.

Mill-1 ta’ Jannar 2012 it-titjiriet kollha li jaslu jew jitilqu minn ajruport sitwat fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat għandu jkun inkluż.



Attività

Il-gassijiet serra

Kombustjoni ta’ karburanti f’istallazzjonijiet b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW (minbarra istallazzjonijiet għat-trattament ta’ skart perikoluż jew muniċipali)

Dijossidu tal-karbonju

Irfinar ta’ żejt minerali

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-kokk

Dijossidu tal-karbonju

L-istallazzjonijiet tal-minerali tal-metalli (inkluż il-metall sulfid), tal-ħami jew tas-sinterizzazzjoni inkluż il-“pelletisation”

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-ħadid mhux maħdum jew tal-azzar (fissjoni primarja jew sekondarja) inkluż il-għoti tal-forma bla waqfien, b’kapaċità li taqbeż it-2,5 tunnellati metriċi fis-siegħa.

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ metalli tal-ħadid (inklużi liegi tal-ħadid) meta jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW. L-ipproċessar, fost l-oħrajn, jinkludi rombli għall-manifattura tal-pjanċi, re-heaters, fran għat-trattament bis-sħana (annealing), impjanti tax-xogħol tal-ħadid, fonderiji, kisi u bbanjar bl-aċtu.

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni ta’ aluminju primarju.

Dijossidu tal-karbonju u perfluworokarboni

Produzzjoni tal-aluminju sekondarju fejn jitħaddmu l-unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW.

Dijossidu tal-karbonju u perfluworokarboni

Il-produzzjoni jew l-ipproċessar ta’ mettali mhux tal-ħadid, inkluża l-produzzjoni tal-liegi, r-raffinar, l-iffundar, eċċ., fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata (inklużi karburanti użati bħala aġenti ta’ tnaqqis) li taqbeż l-20 MW.

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-klinker tas-siment fi fran li jduru b’kapaċita ta’ produzzjoni li taqbeż il-500 tunnellata kuljum jew fi fran oħra b’kapaċita ta’ produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni ta’ ġir jew ta’ kalċinazzjoni tad-dolomit jew tal-manjeżit fi fran li jduru jew fi fran oħra b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-50 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura tal-ħġieġ inkluż fibra tal-ħġieġ b’kapaċità li tinħall li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika bin-nar, partikolarment madum tas-soqfa, bricks, bricks li jirreżistu s-sħana, madum, oġġetti tal-ġebel jew tal-porċellana, b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-75 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Manifattura ta’ materjal ta’ insulazzjoni ta’ suf minerali bl-użu tal-ħġieġ, tal-blat jew tal-gagazza b’kapaċità li jinħall li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Tnixxif jew kalċinazzjoni tal-ġipsum jew għall-produzzjoni tal-folji tal-ġibs u prodotti oħra tal-ġibs, fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità totali ta’ termika kkalkolata ta’ 20 MW

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni ta’ polpa mill-injam u materjali oħra fibrużi

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-karta jew tal-kartun b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż l-20 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Produzzjoni tal-iswed tal-karbonju (carbon black) li tinvolvi l-karbonizzazzjoni ta’ sustanzi organiċi bħalma huma żjut, qatran, kraker (cracker) u residwi tad-distillazzjoni fejn jitħaddmu unitajiet tal-kombustjoni b’kapaċità termika totali kkalkolata li taqbeż l-20 MW

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni tal-aċidu nitriku

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-aċidu adipiku

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-aċidu glijossiku u glijossiliku (glyoxal u glyoxilic)

Id-dijossidu tal-karbonju u l-ossidu nitriku

Il-produzzjoni tal-ammonja

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi kbar permezz tal-cracking, l-iffurmar mill-ġdid, l-ossidazzjoni parzjali jew sħiħa jew permezz ta’ proċessi simili b’kapaċità tal-produzzjoni li taqbeż il-100 tunnellata kuljum

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni tal-idroġenu (H2) u gass sintetiku bl-iffurmar mill-ġdid jew l-ossidazzjoni parzjali b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż l-25 tunnellata kuljum.

Dijossidu tal-karbonju

Il-produzzjoni tal-irmied tas-soda (Na2CO3) u l-bikarbonat tas-sodju (NaHCO3)

Dijossidu tal-karbonju

Ġabra ta’ gassijiet serra minn istallazzjonijiet koperta minn din id-Direttiva għal finijiet ta’ trasport u ħażna ġeoloġika f’sit tal-ħżin permess taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

Trasport ta’ gassijiet serra permezz ta’ linji ta’ pajpijiet għal finijiet ta’ trasport u ħażna ġeoloġika f’sit tal-ħżin permess taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

Ħażna ġeoloġika ta’ gassijiet serra f’sit ta’ ħażna permezz taħt id-Direttiva 2009/31/KE

Dijossidu tal-karbonju

L-avjazzjoni

Titjiriet li jitilqu minn jew li jaslu f’ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat.

Din l-attività m’għandhiex tinkludi:

(a)  titjiriet imwettqin esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta’ Re jew Reġina renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, ta’ pajjiż li mhux Stat Membru, fejn dan jiġi ssostanzjat minn indikatur xieraq tal-istatus tar-rotta tal-ajru;

(b)  titjiriet militari mwettqin minn inġenji tal-ajru militari u titjiriet tad-dwana u talpulizija;

(c)  titjiriet relatati mat-tfittxija u s-salvataġġ, titjiriet għat-tifi tan-nar, titjiriet umanitarji u titjiriet ta’ servizz mediku ta’ emerġenza awtorizzati mill-awtorità kompetenti xierqa;

(d)  kwalunkwe titjira mwettqa esklussivament konformement mar-regoli viżwali tat-titjiriet kif definiti fl-Anness 2 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(e)  titjiriet li jispiċċaw fl-ajrudrom minn fejn telaq l-inġenju tal-ajru u li matulhom ma sar l-ebda nżul intermedjarju;

(f)  titjiriet ta’ taħriġ imwettqin esklussivament bl-iskop ta’ ksib ta’ liċenzja, jew ta’ klassifikazzjoni fil-każ tal-ekwipaġġ tal-kabina tal-pilota ta’ inġenju tal-ajru fejn dan jiġi ssostanzjat permezz ta’ nota adegwata fil-pjan tar-rotta bil-kondizzjoni li t-titjira ma tkunx qed isservi għat-trasport tal-passiġġieri u/jew tmerkanzija jew għall-ippożizzjonar jew it-trasport tal-inġenju tal-ajru innifsu;

(g)  titjiriet imwettqin esklussivament għall-fini ta’ riċerka xjentifika jew tal-iċċekkjar, l-ittestjar jew għaċ-ċertifikazzjoni tal-inġenju tal-ajru jew tat-tagħmir kemm jekk jinsab fl-ajru kif ukoll ibbażat fuq l-art;

(h)  titjiriet imwettqin minn inġenju tal-ajru b’massa massima ċċertifikata għat-tluq ta’ anqas minn 5 700 kg;

(i)  titjiriet imwettqin fil-qafas tal-obbligi tas-servizz pubbliku impost konformement mar-Regolament (KEE) 2408/92 fuq rotot fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod kif definiti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat jew fuq rotot fejn il-kapaċità offruta ma’ taqbiżx it-30 000 post fis-sena;

(j)  titjiriet li, ħlief għal dan il-punt, jaqgħu fl-ambitu ta’ din l-attività, li twettqu minn operatur tat-trasport tal-ajru kummerċjali li jopera jew:

— anqas minn 243 titjira għal kull perijodu għal tliet perijodi konsekuttivi ta’ erba’ xhur; jew

— titjiriet b’emissjonijiet totali annwali ta’ anqas minn 10 000 tunellata fis-sena.

Titjiriet imwettqa esklussivament għat-trasport, fuq missjoni uffiċjali, ta’ Re jew Reġina renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, Kapijiet ta’ Stat, Kapijiet ta’ Gvernijiet u Ministri ta’ Gvern, ta’ Stat Membru ma jistgħux jiġu esklużi taħt dan il-punt; u

►M6  

(k)  mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2020, it-titjiriet li, għajr għal dan il-punt, jaqgħu fi ħdan din l-attività, imwettqa minn operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali li joperaw titjiriet b'emissjonijiet totali annwali ta' anqas minn 1 000 tunnellata fis-sena.

 ◄

Dijossidu tal-karbonju

▼B




ANNESS II

IL-GASSIJIET SERRA DINJIA RIFERITI FL-ARTIKOLI 3 U 30

Id-Dijossidu tal-karbonju (CO2)

Il-Metan (CH4)

L-Ossidu nitriku (N2O)

L-Idrofluworokarboni (HFCs)

Il-Perfluworokarboni (PFCs)

L-Essafluworur tal-kubrit (SF6)

▼M4




ANNESS IIa

Żidiet fil-perċentwali ta’ kwoti li jistgħu jinbiegħu bl-irkant mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 10(2)(a), għall-finijiet tas-solidarjetà u t-tkabbir Komunitarju, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u għall-adattament għall-effetti tal-bidla fil-klima



 

Sehem tal-Istat Membru

Il-Belġju

10 %

Il-Bulgarija

53 %

Ir-Repubblika Ċeka

31 %

L-Estonja

42 %

Il-Greċja

17 %

Spanja

13 %

▼A1

Il-Kroazja

26 %

▼M4

L-Italja

2 %

Ċipru

20 %

Il-Latvja

56 %

Il-Litwanja

46 %

Il-Lussemburgu

10 %

L-Ungerija

28 %

Malta

23 %

Il-Polonja

39 %

Il-Portugall

16 %

Ir-Rumanija

53 %

Is-Slovenja

20 %

Is-Slovakkja

41 %

L-Iżvezja

10 %




ANNESS IIb

TQASSIM TAL-KWOTI GĦALL-IRKANT MILL-ISTATI MEMBRI TAĦT L-ARTIKOLU 10(2)(c) LI JIRRIFLETTU SFORZI BIKRIJA TA’ XI STATI MEMBRI SABIEX JINKISEB L-OBJETTIV TA’ 20 % TA’ TNAQQIS FL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA



Stat Membru

Tqassim ta’ 2 % meta mqabbel mal-bażi ta’ Kyoto f’perċentwali

Il-Bulgarija

15 %

Ir-Repubblika Ċeka

4 %

L-Estonja

6 %

L-Ungerija

5 %

Il-Latvja

4 %

Il-Litwanja

7 %

Il-Polonja

27 %

Ir-Rumanija

29 %

Is-Slovakkja

3 %

▼M4 —————

▼B




ANNESS IV

IL-PRINĊIPJI GĦALL-MONITORAĠĠ U R-RAPPURTAĠĠ RIFERITI FL-ARTIKOLU 14(1)

▼M2

PARTI A –   Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji

▼B

Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet tad-dijossisdu tal-karbonju

L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati jew bil-kalkolu jew fuq il-bażi tal-kejl.

Il-kalkolu

Il-kalkoli ta' l-emissjonijiet għandhom jitwettqu bl-użu tal-formola:

L-informazzjoni dwar l-attività × il-Fattur ta' l-emissjoni × il-Fattur ta' l-ossidazzjoni

L-informazzjoni dwar l-attività (il-karburant użat, ir-rata tal-produzzjoni, eċċ) għandhom jiġu mmonitorjati fuq il-bażi ta' l-informazzjoni dwar il-provvista jew tal-kejl.

Għandhom jintużaw fatturi aċċettati ta' l-emissjonijiet. Huma aċċettabbli l-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet rigward il-karburanti kollha. Huma aċċettabbli l-fatturi tan-nuqqas għall-karburanti kollha minbarra dawk mhux kummerċjali (karburanti ta' l-iskart bħalma huma t-tyres u l-gassijiet tal-proċessi industrijali). Nuqqasijiet li huma speċifiċi għas-saff rigward il-faħam, u nuqqasijiet speċifiċi għall-UE jew speċifiċi għall-pajjiż rigward il-produttur għall-gass naturali għandhom jiġu elaborati iktar. Il-valuri IPCC tan-nuqqas huma aċċettabbli għall-prodotti tar-raffineriji. Il-valur ta' l-emissjonijiet għall-bijomassa għandu jkun żero.

Jekk il-fattur ta' l-emissjonijiet ma jqisx il-fatt illi wħud mill-karbonji ma jkunux ossidizzati, allura għandu jintuża fattiu addizzjonali għall-ossidazzjoni. Jekk il-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet ikunu ġew ikkalkolati u diġà jieħdu l-ossidazzjoni f'konsiderazzjoni, allura l-fattur ta' l-ossidazzjoni ma għandux għalfejn jiġi applikat.

Għandhom jintużaw il-fatturi tan-nuqqas rigward l-ossidazzjoni żviluppati skond id-Direttiva 96/61/KE, għajr jekk l-operatur jista' juri illi l-fatturi speċifiċi għall-attività huma iktar eżatti.

Għandu jsir kalkolu separat għal kull attività, stallazzjoni u għal kull karburant.

Il-kejl

Il-kejl ta' l-emissjonijiet għandu juża metodi standardizzati jew aċċettati, u għandhom jiġu kkorroborati minn kalkolu ta' appoġġ ta' l-emissjonijiet.

Il-monitoraġġ ta' l-emissonijiet ta' gassijiet oħra tas-serra.

▼M3

Għandhom jintużaw metodi standardizzati jew aċċettati, żviluppati mill-Kummissjoni f'kollaborazzjoni mal-partijiet rilevanti kollha. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

▼B

Ir-Rappurtaġġ ta' l-emissjonijiet

Kull wieħed mill-operaturi għandu jinkludi t-tagħrif li ġej fir-rapport dwar stallazzjoni:

A. L-informazzjoni dwar l-istallazzjoni, li tinkludi:

 L-isem ta' l-istallazzjoni;

 L-indirizz tagħha, inklużi l-kodiċi postali u l-pajjiż;

 It-tip u n-numru ta' l-attivitajiet ta' l-Anness I imwettqa fl-istallazzjoni;

 L-indirizz, u d-dettalji dwar it-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna tal-kuntatt; u

 L-isem tas-sid ta' l-istallazzjoni, u tal-kumpanija prinċipali.

B. Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu kkalkolati l-emissjonjiet:

 L-informazzjoni dwar l-attività;

 Il-fatturi ta' l-emissjoni;

 Il-fatturi ta' l-ossidazzjoni;

 L-emissjonijiet totali; u

 L-inċertezza.

Ċ. Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu mkejla l-emissjonjiet:

 L-emissjonjiet totali;

 It-tagħrif dwar il-fiduċja tal-metodi tal-kejl; u

 L-inċertezza.

D. Għall-emissjonijiet mill-kombustjoni, ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-fattur ta' l-ossidazzjoni, għajr jekk l-ossidazzjoni tkun diġà tqieset fl-iżvilupp ta' fattur speċifiku għall-attività ta' l-emissjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkordinaw il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ ma' kull ħtieġa eżistenti tar-rappurtaġġ sabiex jimminimizaw it-toqol tar-rappurtaġġ fuq in-negozji.

▼M2

PARTI B –   Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju

L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati permezz ta’ kalkolu. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-formola:

Konsum tal-karburant × fattur ta’ emissjoni

Il-konsum tal-karburant għandu jinkludi l-karburant ikkunsmat mill-ġeneratur awżiljarju. Il-konsum attwali tal-karburant għal kull titjira għandu jintuża kull fejn hu possibbli u għandu jiġi kkalkulat permezz tal-formola:

Ammont ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba jkun sar il-mili tal-karburant għat-titjira – ammont ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru wara li jkun sar il-mili tal-karburant għat-titjira sussegwenti + mili tal-karburant għal dik it-titjira sussegwenti.

Jekk id-data tal-konsum attwali tal-karburant ma tkunx disponibbli, għandu jintuża metodu standardizzat imqassam f’livelli għall-istima tad-data tal-konsum tal-karburant ibbażat fuq l-aqwa informazzjoni disponibbli.

Għandhom jintużaw il-fatturi ta’ bażi għall-emissjonijiet IPCC, meħudin mil-Linji Gwida tal-Inventarju tal-IPCC 2006 jew minn aġġornamenti sussegwenti ta’ dawn il-Linji Gwida, sakemm ma jkunux aktar preċiżi l-fatturi għall-emissjonijiet marbutin speċifikament mal-attività li waslu għalihom laboratorji indipendenti akkreditati permezz ta’ metodi ta’ analiżi aċċettati. Il-fattur tal-emissjoni għall-bijomassa għandu jkun żero.

Għandu jsir kalkolu separat għal kull titjira u għal kull karburant.

Ir-rappurtaġġ tal-emissjonijiet

Taħt l-Artikolu 14(3) kull operatur tal-inġenji tal-ajru, fir-rapport tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

A. Data li tiddentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż:

 l-isem tal-operatur tal-inġenji tal-ajru,

 l-Istat Membru amministrattiv tiegħu,

 l-indirizz tiegħu, inkluż il-kodiċi postali u l-pajjiż u, jekk differenti, l-indirizz ta’ kuntatt tiegħu fl-Istat Membru amministrattiv,

 in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru li ntużaw minnu fil-perijodu kopert bir-rapport għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,

 in-numru u l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru u l-liċenzja operattiva li permezz tagħha l-operatur tal-inġenji tal-ajru wettaq l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,

 l-indirizz, u d-dettalji tat-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna ta’ kuntatt, u

 l-isem ta’ sid l-inġenju tal-ajru.

B. Għal kull tip ta’ karburant li għalih jiġu kkalkulati l-emissjonijiet:

 il-konsum tal-karburant,

 il-fattur tal-emissjoni,

 l-emissjonijiet totali aggregati mit-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru,

 l-emissjonijiet aggregati minn:

 

 it-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajruu li telqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u li waslu f’ajruport li jinsab fit-territorju tal-istess Stat Membru,

 titjiriet kollha oħrajn li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru,

 l-emissjonijiet totali aggregati mit-titjiriet kollha li twettqu matul il-perijodu kopert bir-rapport li jaqgħu’ fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li għalihom l-operatur in kwistjoni huwa kkunsidrat l-operatur tal-inġenji tal-ajru u li:

 

 telqu minn kull Stat Membru, u

 waslu f’kull Stat Membru minn pajjiż terz,

 l-inċertezza.

Il-monitoraġġ tad-data f’tunnellati-kilometru għall-fini tal-Artikoli 3e u 3f

Għall-fini tal-applikazzjoni għal allokazzjoni ta’ kwoti skond l-Artikolu 3e(1) jew l-Artikolu 3f(2), l-ammont tal-attività tal-avjazzjoni għandu jiġi kkalkulat f’tunnellati-kilometru permezz tal-formola li ġejja:

tunnellati-kilometru = distanza x tagħbija li tinġarr bi ħlas

fejn:

“distanza” tfisser id-distanza fiċ-ċirku kbir bejn l-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla b’żieda ta’ fattur fiss addizzjonali ta’ 95 km; u

“tagħbija li tinġarr bi ħlas” tfisser il-massa totali tal-merkanzija, il-posta u l-passiġġieri li nġarru.

Għall-finijiet tal-kalkolu tat-tagħbija li tinġarr bi ħlas:

 in-numru tal-passiġġieri għandu jkun in-numru ta’ persuni abbord esklużi l-membri tal-ekwipaġġ,

 operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jagħżel li japplika jew il-massa attwali jew standard għall-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati li jinsabu fil-massa tiegħu u d-dokumentazzjoni bilanċarja għat-titjiriet rilevanti jew valur ta’ bażi ta’ 100 kg għal kull passiġġier u l-bagalji rreġistrati tiegħu.

Ir-rappurtaġġ ta’ data f’tunnellati-kilometru għall-fini tal-Artikoli 3e u 3f

Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja fl-applikazzjoni tiegħu skond l-Artikolu 3e(1) jew Artikolu 3f(2):

A. Data li tidentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż:

 l-isem tal-operatur tal-inġenji tal-ajru,

 l-Istat Membru amministrattiv tiegħu,

 l-indirizz tiegħu, inkluż il-kodiċi postali u l-pajjiż u, jekk differenti, l-indirizz ta’ kuntatt tiegħu fl-Istat Membru amministrattiv,

 in-numri ta’ reġistrazzjoni tal-inġenji tal-ajru u t-tipi ta’ inġenji tal-ajru li ntużaw matul is-sena koperta bl-applikazzjoni għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni mill-operatur tal-inġenji tal-ajru elenkati fl-Anness I,

 in-numru u l-awtorità tal-ħruġ taċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru u l-liċenzja operattiva li permezz tagħha l-operatur tal-inġenji tal-ajru wettaq l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I,

 l-indirizz, u d-dettalji tat-telefon, il-fax u l-e-mail għal persuna ta’ kuntatt, u

 l-isem ta’ sid l-inġenju tal-ajru.

B. Data f’tunnellati-kilometru:

 in-numru ta’ titjiriet għal kull par ta’ ajrudromi,

 in-numru ta’ passiġġieri-kilometri għall kull par ta’ ajrudromi,

 in-numru ta’ tunnellati-kilometru skond il-pari ta’ ajrudrom,

 il-metodu magħżul biex tiġi kkalkulata l-massa għall-passiġġieri u l-bagalji rreġistrati,

 in-numru totali ta’ tunnellati-kilometru għat-titjiriet kollha li twettqu matul is-sena relatati mar-rapport li jaqgħu fi ħdan l-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I u li twettqu mill-operatur tal-inġenji tal-ajru.

▼B




ANNESS V

IL-KRITERJI GĦALL-VERIFIKA RIFERITI FL-ARIKOLU 15

▼M2

PARTI A –   Il-verifika tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji

▼B

Il-Prinċipji ġenerali

1. L-emissjonijiet minn kull waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu bla ħsara għal verifika.

2. Il-proċess tal-verifika għandu jinkludi l-konsiderazzjoni tar-rapport skond l-Artikolu 14(3) u tal-monitoraġġ matul is-sena ta’ qabel. Għandu jindirizza l-fiduċja, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi tal-monitoraġġ u l-informazzjoni u t-tagħrif irrappurtati fejn jidħlu l-emissjonijiet, b’mod partikolari:

(a) l-informazzjoni dwar l-attività rrappurtata u l-kejlijiet u l-kalkoli rrelatati;

(b) il-għażla u l-użu tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet;

(ċ) il-kalkoli li jwasslu sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali; u

(d) jekk jintuża l-kejl, l-approprjatezza tal-għażla u l-użu tal-metodi tal-kejl.

3. L-emissjonijiet irrappurtati jistgħu jiġu vvalidati biss jekk l-informazzjoni u t-tagħrif ta’ fiduċja u kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b’livell għoli ta’ ċertezza. Livell għoli ta’ ċertezza jeħtieġ li l-operatur juri illi:

(a) l-informazzjoni rrappurtata tkun ħielsa mill-inkonsistenzi;

(b) il-kollezzjoni ta’ l-informazzjoni tkun twettqet skond l-i standards xjentifiċi li japplikaw; u

(ċ) ir-registri rilevanti ta’ l-istallazzjoni jkunu kompleti u konsistenti.

4. Il-verifikatur għandu jingħata aċċess għas-siti kollha u t-tagħrif fejn jidħol is-suġġett tal-verifika.

5. Il-verifikatur għandu jqis jekk l-istallazzjoni tkunx irreġistrata skond l-iskema Komunitarja ta’ l-eko-ġestjoni u l-verifika (EMAS).

Il-metodoloġija

L-analiżi strateġiku

6. Il-verifika għandha tkun imsejsa fuq analiżi strateġiku dwar l-attivitajiet kollha mwettqa fl-istallazzjoni. Dan ifisser illi l-verifikatur ikollu veduta ġenerali ta’ l-attivitajiet kollhau s-sinifikat tagħhom għall-emissjonijiet.

L-analiżi tal-proċess

7. Il-verifika tat-tagħrif issottomess għandha, meta xieraq, titwettaq fuq is-sit ta’ l-istallazzjoni. Il-verifikatur għandu juża kontrolli fuq il-post sabiex jistabbilixxi l-fiduċja ta’ l-informazzjoni u tat-tagħrif irrappurtati.

L-anliżi tar-riskju

8. Il-verifikatur għandu jissottometti s-sorsi kollha ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni għal valutazzjoni rigward il-fiduċja ta’ l-informazzjoni dwar kull sors li jikkontribwixxi għall-emissjonijiet ġenerali ta’ l-istallazzjoni.

9. Fuq il-bażi ta’ dan l-analiżi, il-verifikatur għandu jidentifika b’mod espliċitu dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti l-oħra tal-proċedura tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ li x’aktarx jikkontribwixxu għall-iżbalji meta jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali. Dan jinvolvi b’mod speċjali l-għażla tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet u l-kalkoli meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-livell ta’ l-emissjonijiet minn sorsi individwali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti msemmija hawn fuq dwar il-proċedura tal-monitoraġġ.

10. Il-verifikatur għandu jieħu f’konsiderazzjoni kull metodu effettiv tal-kontroll tar-riskju applikat mill-operatur bil-ħsieb li jiġi mminimizzat il-grad ta’ l-inċertezza.

Ir-rapport

11. Il-veifikatur għandu jħejji rapport dwar il-proċess tal-validazzjoni fejn jiddikjara jekk ikunx sodisfaċenti r-rapport skond l-Artikolu 14(3). Dan ir-rapport għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għax-xogħol imwettaq. Tista’ ssir dikjarazzjoni illi r-rapport skond l-Artikolu 14(3) huwa sodisfaċenti jekk, fl-opinjoni tal-verifikatur, l-emissjonijiet ma jkunux iddikjarati ħażin materjalment.

Il-ħtiġiet tal-kompetenza minima għall-verifikatur

12. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-operatur, iwettaq l-attivitajiet tiegħu f’manjiera soda u professjonalment oġġettiva, u jifhem:

(a) id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva kif ukoll ta’ l-i standards rilevanti u l-gwida adottata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(1);

(b) il-ħtiġiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attivitajiet li jkunu qegħdin jiġu vverifikati; u

(ċ) il-ġenerazzjoni tat-tagħrif kollu li għandu x’jaqsam ma’ kull wieħed mis-sorsi ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni, b’mod partikolari, fejn jidħlu l-ġbir, il-kejl, il-kalkolu u r-rappurtaġġ ta’ l-informazzjoni.

▼M2

PARTI B –   Il-verifika tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni

13. Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet minn titjiriet li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.

Għal dan il-għan:

(a) fil-paragrafu 3, ir-referenza għal operatur għandha tinftiehem bħala referenza għal operatur tal-inġenji tal-ajru, u fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu r-referenza għal installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju tal-ajru li ntuża għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport;

(b) fil-paragrafu 5, ir-referenza għal installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(c) fil-paragrafu 6, ir-referenza għal attivitajiet imwettqin fl-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għal attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport u mwettqin mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;

(d) fil-paragrafu 7, ir-referenza għas-sit tal-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għas-siti użati mill-operatur tal-inġenji tal-ajru għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport;

(e) fil-paragrafi 8 u 9 r-referenzi għas-sorsi tal-emissjonijiet fl-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju tal-ajru li għalih huwa responsabbli l-operatur tal-inġenji tal-ajru; u

(f) fil-paragrafi 10 u 12 ir-referenzi għal operatur għandhom jinftiehmu bħala referenza għal operatur tal-inġenji tal-ajru.

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijet tal-avjazzjoni

14. Il-verifikatur b’mod partikolari għandu jaċċerta li:

(a) it-titjiriet kollha li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I ittieħdu f’konsiderazzjoni. F’din il-ħidma il-verifikatur għandu jiġi assistit permezz ta’ data dwar l-iskedi ta’ żmien u ta’ data oħra dwar it-traffiku tal-operatur tal-inġenji tal-ajru inkluża d-data mill-Eurocontrol mitluba minn dak l-operatur;

(b) hemm konsistenza ġenerali bejn id-data dwar il-konsum aggregat tal-karburant u d-data dwar il-karburant mixtri jew inkella fornut lill-inġenju tal-ajru li jwettaq l-attività tal-avjazzjoni.

Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-verifika tad-data f’tunnellati-kilometru ppreżentata għall-finijiet tal-Artikoli 3e u 3f

15. Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet skond l-Artikolu 14(3) stabbiliti f’dan l-Anness għandhom, fejn applikabbli, japplikaw ukoll b’mod korrispondenti għall-verifika tad-data f’tunnellati-kilometru tal-avjazzjoni.

16. Il-verifikatur għandu b’mod partikolari jiżgura li dawk it-titjiriet biss li verament twettqu u li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I li għaliha hu responsabbli l-operatur tal-inġenji tal-ajru ttieħdu f’konsiderazzjoni fl-applikazzjoni ta’ dak l-operatur skond l-Artikoli 3e(1) u 3f(2). F’din il-ħidma l-verifikatur għandu jiġi assistit permezz ta’ data dwar it-traffiku tal-operatur tal-inġenji tal-ajru inkluża data mill-Eurocontrol mitluba minn dak l-operatur. Minbarra dan, il-verifikatur għandu jiżgura li t-tagħbija li tinġarr bi ħlas irrappurtat mill-operatur tikkorrispondi għar-reġistri dwar it-tagħbija li tinġarr bi ħlasb miżmuma minn dak l-operatur għall-finijiet ta’ sikurezza.



( 1 ) ĠU C 75 E, tas-26.3.2002, pġ. 33.

( 2 ) ĠU L 221, tas-17.9.2002, pġ. 27.

( 3 ) ĠU L 192, tat-12.8.2002, pġ. 59.

( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Ufiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2003 (ĠU C 125 E, tas-27.5.2003, pġ. 72), id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Lulju 2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003.

( 5 ) ĠU L 242, tal-10.9.2002, pġ. 1.

( 6 ) ĠU L 33, ta-7.2.1994, pġ. 11.

( 7 ) ĠU L 130, tal-15.5.2002, pġ. 1.

( 8 ) ĠU L 167, tad-9.7.1993, pġ. 31. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 1999/296/KE (ĠU L 117, tal-5.5.1999, pġ. 35)

( 9 ) ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, pġ. 26.

( 10 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, pġ. 48.

( 11 ) ĠU L 257, tal-10.10.1996, pġ. 26.

( 12 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

( 13 ) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

( 14 ) ĠU L 140, 5.6.2009, 114

( 15 ) ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.

( 16 ) ĠU L 275, tal-25.10.2003, pġ. 32.”

( 17 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2010 tad-9 ta' Lulju 2010 dwar l-approvazzjoni ta' għodda simplifikata żviluppata mill-organizzazzjoni Ewropea għas-sigurtà tan-navigazzjoni bl-ajru (Eurocontrol) sabiex tistima l-konsum tal-fjuwil ta' ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru b'emissjonijiet baxxi (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 25).

( 18 ) Ġ U L 49, tad-19.2.2004, p. 1.

( 19 ) ĠU L 240, 24.8.1992, p. 8.

Top