Help Print this page 

Document 02003L0006-20110104

Title and reference
Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuz tas-suq)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/6/2011-01-04
Multilingual display
Text

2003L0006 — MT — 04.01.2011 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 2003/6/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Jannar 2003

dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuz tas-suq)

(ĠU L 096, 12.4.2003, p.16)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2008/26/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008

  L 81

42

20.3.2008

►M2

DIRETTIVA 2010/78/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-24 ta’ Novembru 2010

  L 331

120

15.12.2010




▼B

ID-DIRETTIVA 2003/6/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Jannar 2003

dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuz tas-suq)



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tieghu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Centrali Ewropew ( 3 ),

Filwaqt li jagixxu skond il-procedura stabbilita fl-Artikolu 251 ( 4 ),

Billi:

(1)

Suq wahdieni genwin ghal servizzi finanzjarji huwa krucjali ghal tkabbir ekonomiku u l-holqien ta' impjieg fil-Komunità.

(2)

Suq finanzjarju integrat u efficjenti jehtieg integrità tas-suq. Il-funzjonament bla xkiel ta' swieq ta' titoli u kunfidenza pubblika fi swieq huma prerekwiziti ghal tkabbir u gidekonomiku. L-abbuz tas-suq jaffettwa hazin l-integrità ta' swieq finanzjarji u kunfidenza pubblika f'titoli u derivattivi.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 1999 intitolata “L-Implimentazzjoni ta' kwadru ghall-pjan ta' azzjoni ta' swieq finanzjarji”: jiddentifika serje ta' azzjonijiet li huma mehtiega sabiex jigi kompletat is-suq singolu ghal servizzi finanzjarji. Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona ta' April 2000 sejjah ghall-implimentazzjoni ta' dak il-pjan ta' azzjoni sa l-2005. Il-pjan ta' azzjoni jaghmel enfasi fuq il-bzonn li titfassal Direttiva kontra l-manipulazzjoni tas-suq.

(4)

Fil-laqgha tieghu fis-17 ta' Lulju 2000, il-Kunsill stabbilixxa Kumitat ta' l-Ghorrief dwar ir-Regolament ta' Swieq Ewropej ta' Titoli. Fir-rapport finali tieghu, il-Kumitat ta' l-Ghorrief ippropona l-introduzzjoni ta' teknici legislattivi godda bbazati fuq approc tar-raba' livell, jigifieri principji kwadru, mizuri ta' implimentazzjoni, kooperazzjoni u applikazzjoni. Livell 1, id-Direttiva, ghandha tkun limitata ghal principji “kwadru” wiesgha generali waqt li l-Livell 2 ghandu jkollu mizuri teknici ta' implimentazzjoni li ghandhom jigu adottati mill-Kummissjoni bl-assistenza ta' kumitat.

(5)

Ir-Rizoluzzjoni adottata mill-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma ta' Marzu 2001 iffirmat ir-rapport finali tal-Kumitat ta' l-Ghorrief u pproponiet l-approc tar-raba' livell sabiex il-process regolatorju ghal legislazzjoni Komunitarja f'titoli tkun iktar efficjenti u trasparenti.

(6)

Ir-Rizoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-legislazzjoni ta' servizzi finanzjarji wkoll iffirmat ir-rapport tal-Kumitat ta' l-Ghorrief, fuq il-bazi tad-dikjarazzjoni solenni maghmula quddiem il-Parlament fl-istess jum mill-Kummissjoni u l-ittra tat-2 ta' Ottubru 2001 indirizzata mill-Kummissarju tas-Suq Intern lill-President tal-Kumitat dwar Affarijiet Ekonomici u Monetarji tal-Parlament fir-rigward tas-salvagwardji ghar-rwol tal-Parlament Ewropew f'dan il-process.

(7)

Il-mizuri mehtiega sabiex tigi implimentata din id-Direttiva ghandhom jigu adottati skond id-Decizjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Gunju 1999 li tistabbilixxi l-proceduri sabiex jigu ezercitati l-poteri ta' implimetazzjoni ikkonferiti lill-Kummissjoni ( 5 ),

(8)

Skond il-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma, mizuri ta' implimentazzjoni tal-Livell 2 ghandhom jintuzaw iktar frekwentement, sabiex jigi assigurat li dispozizzjonijiet teknici jinzammu aggornati ma' zviluppi tas-suq u ta' sorveljanza, u ghandhom jigu stabbiliti limiti perentorji ghall-istadji kollha tax-xoghol tal-Livell 2.

(9)

Il-Parlament Ewropew ghandu jinghata perjodu ta' tliet xhur mill-ewwel trasmissjoni ta' mizuri ta' implimentazzjoni ta' abbozz sabiex ikun jista' jezaminahom u jaghti l-opinjoni tieghu. Madankollu, f'kazijiet urgenti u gustifikati kif dovut, dan il-perjodu jista' jitqassar. Jekk, f'dak il-perjodu, tghaddi rizoluzzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni ghandha tezamina mill-gdid il-mizuri ta' abbozz.

(10)

Zviluppi finanzjarji u teknici godda jsahhu l-incentivi, l-mezzi u l-opportunitajiet ghal abbuz tas-suq: permezz ta' prodotti godda, teknologiji godda, attivitajiet trans-fruntieri dejjem jizdiedu u l-Internet.

(11)

Il-kwadru legali ezistenti Komunitarju ghall-protezzjoni ta' l-integrità tas-suq huma inkomplet. Htigiet legali jvarjaw minn Stat Membru wiehed ghall-iehor, u atturi ekonomici hafna drabi jithallew incerti dwar kuncetti, definizzjonijiet u applikazzjoni. F'xi Stati Membri ma hemm ebda legislazzjoni li tindirizza l-kwistjonijiet ta' manipulazzjoni ta' prezz u t-tixrid ta' informazzjoni li tqarraq.

(12)

L-abbuz tas-suq jikkonsisti f'insider dealing u manipulazzjoni tas-suq. Il-mira ta' legislazzjoni kontra l-insider dealing hija l-istess bhal dik ta' legislazzjoni kontra manipulazzjoni tas-suq: li tigi assigurata l-integrità ta' swieq finanzjarji Komunitarji u tissahhah il-kunfidenza ta' investituri f'dawk is-swieq. Huwa ghalhekk tajjeb li jigu adottati regoli kkumbinati sabiex jiggieldu kontra kemm l-insider dealing u manipulazzjoni tas-suq. Direttiva wahda tassigura fil-Komunità kollha l-istess kwadru ghall-allokazzjoni ta' responsabbiltajiet, applikazzjoni u kooperazzjoni.

(13)

Moghtija l-bidliet fi swieq finanzjarji u f'legislazzjoni Komunitarja mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/592/KEE tat-13 ta' Novembru 1989 li tikkoordina regolamenti dwar l-insider dealing ( 6 ), dik id-Direttiva ghandha issa tigi sostitwita, sabiex tigi assigurata konsistenza mal-legislazzjoni kontra manipulazzjoni tas-suq. Hemm bzonn ukoll ta' Direttiva gdida sabiex jigu evitati trappoli fil-legislazzjoni Komunitarja li jistghu jintuzaw ghal tmexxija hazina u li jistghu jahdmu kontra kunfidenza pubblika u ghalhekk jippregudikaw il-funzjonament bla xkiel tas-swieq.

(14)

Din id-Direttiva tissodisfa l-hsibijiet espressi mill-Istati Membri wara l-attakki terroristici fil-11 ta' Settembru 2001 fir-rigward tal-glieda kontra l-iffinanzjar ta' attivitajiet terroristici.

(15)

L-insider dealing u manipulazzjoni tas-suq jipprevjenu trasparenza shiha u proprja tas-suq, li hija prerekwizit ghal kummerc ghall-atturi ekonomici kollha fi swieq finanzjarji integrati.

(16)

Informazzjoni minn gewwa hija kwalunkwe informazzjoni ta' natura preciza li ma saritx pubblika, li tirrelata, direttament jew indirettament, ghal wiehed jew iktar responsabbli mill-hrug ta' strumenti finanzjarji jew ghal strument finanzjarju wiehed jew iktar. Informazzjoni li jista' jkollha effett sinifikanti fuq l-evoluzzjoni u l-iffurmar tal-prezzijiet ta' suq regolat infatti tista' tigi kkunsidrata bhala informazzjoni li tirrelata indirettament ghal wiehed jew iktar li johorgu strumenti finanzjarji jew ghal strument finanzjarju wiehed jew iktar derivattiv relatat.

(17)

Fir-rigward ta' insider dealing, ghandu jittiehed kont ta' kazijiet meta informazzjoni minn gewwa ma toriginax minn professjoni jew funzjoni imma minn attivitajiet kriminali, li l-preparazzjoni jew l-ezekuzzjoni taghhom jista' jkollhom effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta' strument finanzjarju wiehed jew iktar jew fuq formazzjoni ta' prezz fis-suq regolat.

(18)

L-uzu ta' informazzjoni minn gewwa jista' jikkonsisti fl-akkwist jew id-disponiment ta' strumenti finanzjarji minn persuna li taf, jew suppost kienet taf, li l-informazzjoni li kellha kienet informazzjoni minn gewwa. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti ghandhom jikkunsidraw dak li persuna normali u ragjonevoli kienet tkun taf jew suppost kellha tkun taf fic-cirkostanzi. Barra minn hekk, il-fatt li dawk li jaghmlu s-suq, korpi awtorizzati biex jagixxu bhala kontropartijiet, jew persuni awtorizzati biex jezegwixxu ordinijiet ghan-nom ta' partijiet terzi b'informazzjoni minn gewwa jillimitaw irwiehhom, fl-ewwel zewg kazijiet, biex isegwu n-negozju legittimu taghhom ta' xiri u bejgh ta' strumenti finanzjarji jew, fil-kaz ta' l-ahhar, biex iwettqu ordni bi dmir, m'ghandux bhala fatt fih inniffsu jitqies li jikkostitwixxi l-uzu ta' din l-informazzjoni minn gewwa.

(19)

L-Istati Membri ghandhom jittrattaw il-prattika maghrufa bhala “front running”, li tinkludi “front running” f'derivattivi ta' komoditajiet, meta dan jikkostitwixxi abbuz tas-suq taht id-definizzjonijiet li jinstabu f'din id-Direttiva.

(20)

Persuna li tidhol f'operazzjonijiet jew tohrog ordnijiet ghal kummerc li jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq tista' tistabbilixxi li r-ragunijiet taghha biex tidhol f'dawn l-operazzjonijiet jew tohrog l-ordnijiet ghal kummerc kienu legittimi u li l-operazzjonijiet u l-ordnijiet ghal kummerc kienu in konformità ma' prattika accettata fis-suq regolat ikkoncernat. Xorta tista' tigi imposta sanzjoni jekk l-awtorità kompetenti stabbiliet li kien hemm raguni, illegittima ohra wara dawn l-operazzjonijiet jew ordnijiet ghal kummerc.

(21)

L-awtorità kompetenti tista' tohrog gwida dwar kwistjonijiet koperti b'din id-Direttiva, ez. definizzjoni ta' informazzjoni minn gewwa fir-rigward ta' derivattivi dwar komoditajiet jew implimentazzjoni tad-definizzjoni ta' prattiki tas-suq accettati fir-rigward tad-definizzjoni ta' manipulazzjoni tas-suq. Din il-gwida ghandha tkun in konformità mad-dispozizzjonijiet tad-Direttiva u l-mizuri ta' implimentazzjoni adottati skond il-procedura ta' komitologija

(22)

L-Istati Membri ghandhom ikunu jistghu jaghzlu l-iktar mod approprjat sabiex jigu regolati persuni li jipproducu jew ixerrdu ricerka li tikkoncerna strumenti finanzjarji jew dawk li johorgu strumenti finanzjarji jew persuni li jipproducu jew ixerrdu informazzjoni ohra li tirrakkomanda jew tissuggerixxi strategija ta' investiment, inkluzi mekkanizmi approprjati ghal regolament proprju, li ghandha tigi notifikata lill-Kummissjoni.

(23)

It-tqeghid ta' informazzjoni minn gewwa minn dawk li johorguha fuq is-siti taghhom ta' l-internet ghandha tkun skond ir-regoli dwar it-trasferiment ta' data personali lil pajjizi terzi kif stabbilit f'din id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipprocessar ta' data personali u dwar il-moviment ta' din id-data ( 7 ).

(24)

L-izvelar malajr u gust ta' informazzjoni lill-pubbliku jtejjeb l-integrità tas-suq, filwaqt li zvelar selettiv minn dawk li johorguha jista' jwassal ghal telf tal-kunfidenza ta' l-investitur fl-integrità ta' swieq finanzjarji. Atturi ekonomici professjonali ghandhom jikkontribwixxu ghall-integrità tas-suq b'mezzi varji. Dawn il-mizuri jistghu jinkludu, per ezempju, il-holqien ta' “grey lists”, l-applikazzjoni ta' “window trading” ghal kategoriji sensittivi ta' persunal, l-applikazzjoni tal-kodici interni ta' kondotta u l-istabbiliment ta' “Chinese walls”. Dawn il-mizuri preventivi jistghu jikkontribwixxu biex jigi kkumbattut l-abbuz tas-suq biss jekk jigu applikati b'determinazzjoni u jigu kontrollati kif dovut. Kontroll adegwat ta' informazzjoni jimplika per ezempju n-nomina ta' ufficjali ta' konformità fil-korpi koncernati u kontrolli perjodici kondotti mill-awdituri indipendenti

(25)

Metodi moderni ta' komunikazzjoni jaghmluha possibbli ghal professjonistsi tas-swieq finanzjarji u investituri privati li jkollhom access iktar ugwali ghal informazzjoni finanzjarja, imma wkoll zieda fir-riskju tat-tixrid ta' informazzjoni falza jew li tqarraq.

(26)

Trasparenza akbar ta' operazzjonijiet kondotti minn persuni li jiskarikaw responsabbiltajiet amministrattivi lil dawk li johorgu informazzjoni u, meta applikabbli, lil persuni assocjati mill-qrib maghhom, tikkostitwixxi mizura preventiva kontra l-abbuz tas-suq. Il-pubblikazzjoni ta' dawk l-operazzjonijiet fuq mill-inqas bazi individwali tista' wkoll tkun fonti ta' valur gholi ta' informazzjoni ghall-investituri.

(27)

Operaturi tas-suq ghandhom jikkontribwixxu ghall-prevenzjoni ta' l-abbuz tas-suq u jadottaw dispozizzjonijiet strutturali mmirati lejn il-prevenzjoni u l-kxif ta' prattiki ta' manipulazzjoni tas-suq. Dawn id-dispsoizzjonijiet jistghu jinkludu htigiet li jikkoncernaw it-trasparenza ta' operazzjonijiet konkluzi, l-izvelar totali ta' ftehim ta' regolarizzazzjoni tal-prezz, sistema gusta ta' tqabbil ta' pari ta' ordnijiet, l-introduzzjoni ta' skema effettiva ta' kxif ta' ordni atipika, skemi robusti bizzejjed ta' ffissar ta' prezzijiet ta' strument finanzjarju u kjarezza ta' regoli dwar is-sospensjoni ta' operazzjonijiet.

(28)

Din id-Direttiva ghandha tigi interpretata, u implimentata minn Stati Membri, b'mod konsistenti mal-htigiet ghal regolament effettiv sabiex ikun hemm protezzjoni kontra l-interessi ta' titolari ta' titoli trasferibbli li ghandhom drittijiet ta' vot f'kumpannija (jew li jista' jkollhom dawn id-drittijiet bhala konsegwenza ta' l-ezercizzju tad-drittijiet jew il-konverzjoni) meta l-kumpannija hija soggetta ghal offerta pubblika take-over jew bidla ohra proposta ta' kontroll. B'mod partikolari, din id-Direttiva ma tipprevjeni b'ebda mod lil Stat Membru milli jqieghed jew li jkollu dawn il-mizuri kif jara gusti ghal dawn l-iskopijiet.

(29)

L-access ghal informazzjoni minn gewwa li tirrelata ghal kumpannija ohra u l-uzu taghha fil-kuntest ta' offerta pubblika ta' take-over ghall-iskop li jkun hemm kontroll ta' dik il-kumpannija jew li jkun hemm proposta ta' ghaqda ma' dik il-kumpannija m'ghandux fih innifsu jitqies li jikkostitwixxi insider dealing.

(30)

Ladarba l-akkwist jew id-disponiment ta' strumenti finanzjarji jinvolvi necessarjament decizjoni minn qabel ghall-akkwist jew id-disponiment li titiehed mill-persuna li tiehu fuqha operazzjoni wahda jew ohra minn dawn, it-twettiq ta' dan l-akkwist jew dan id-disponiment m'ghandux jitqies fih innifsu li jikkostitwixxi l-uzu ta' informazzjoni minn gewwa.

(31)

Ricerka u estimi zviluppati minn data disponibbli pubblikament m'ghandhomx jitqiesu bhala informazzjoni minn gewwa u, ghalhekk, kull operazzjoni mwettqa abbazi ta' din ir-ricerka jew dawn l-estimi m'ghandhiex titqies fiha nnifisha li tikkostitwixxi insider dealing fis-sens ta' din id-Direttiva.

(32)

L-Istati Membri u s-Sistema Ewropea ta' Banek Centrali, banek centrali nazzjonali jew kull korp iehor ufficjalment nominat, jew kull persuna li tagixxi ghan-nom taghhom, m'ghandhomx ikunu ristretti fit-twettiq ta' politika monetarja, ta' rata tal-kambju jew ta' amministrazzjoni ta' debitu pubbliku.

(33)

L-Istabilizzazzjoni ta' strumenti finanzjarji jew kummerc f'ishma proprji fi programmi buy back tista' tkun legittima, f'certi cirkostamzi, ghal ragunijiet ekonomici u m'ghandhiex, ghalhekk, fiha nnifisha titqies bhala abbuz tas-suq. Standards komuni ghandhom jigu zviluppati sabiex tigi provduta gwida prattika.

(34)

Biex jitwessa' l-qasam ta' applikazzjoni ta' swieq finanzjarji, il-bidla rapida u l-firxa ta' prodotti u zviluppi godda hemm il-htiega ta' applikazzjoni wiesgha ta' din id-Direttiva ghal strumenti u teknici finanzjarji involuti, sabiex tigi garantita l-integrità ta' swieq finanzjarji Komunitarji.

(35)

Biex jigu stabbiliti kondizzjonijiet ugwali ta' operazzjoni fi swieq finanzjarji Komunitarji hemm il-htiega ta' applikazzjoni geografika wiesgha koperta b'din id-Direttiva. Fir-rigward ta' strumenti derivattivi mhux ammessi ghal negozju imma li jaqghu fil-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kull Stat Membru ghandu jkun kompetenti biex jaghti sanzjonijiet fuq azzjonijiet imwettqa fit-territorju tieghu jew barra minnu li jikkoncernaw strumenti finanzjarji bazi ammessi ghal kummerc f'suq regolat li jinstab jew li jopera fit-territorju tieghu jew li ghalih saret talba ghal ammissjoni ghal kummerc f'dan is-suq regolat. Kull Stat Membru ghandu wkoll ikun kompetenti biex jaghti sanzjoni fuq azzjonijiet imwettqa fit-territorju tieghu li jikkoncernaw strumenti finanzjarji bazi ammessi ghal kummerc f'suq regolat fi Stat Membru jew li ghalihom saret talba ghal ammissjoni ghal kummerc f'dan is-suq.

(36)

Varjetà ta' awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri, li jkollhom responsabbiltajiet differenti, tista' tikkrea konfuzjoni fost atturi ekonomici. Awtorità kompetenti singola ghandha tigi nominata f'kull Stat Membru sabiex tassumi mill-inqas responsabbiltà finali ghas-sorveljanza ta' konformità mad-dispozizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, kif ukoll kollaborazzjoni internazzjonali. Din l-awtorità ghandha tkun ta' natura amministrattiva li tiggarantixxi l-indipendenza taghha minn atturi ekonomici u li tevita kunflitti ta' interess. Skond il-ligi nazzjonali, Stati Membri ghandhom jassiguraw finanzjar approprjat ta' l-awtorità kompetenti. Dik l-awtorità ghandu jkollha arrangamenti adegwati ghal konsultazzjoni li tikkoncerna bidliet possibbli fil-legislazzjoni nazzjonali bhal kumitat konsultattiv kompost minn rapprezentanti ta' dawk li johorgu informazzjoni, provvedituri u konsumaturi ta' servizzi finanzjarji, sabiex tkun kompletament infurmata bl-opinjonijiet u bil-hsibijiet taghhom.

(37)

Sett minimu komuni ta' ghodda u setghat effettivi ghall-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru jiggarantixxi effettività ta' sorveljanza. Imprizi tas-suq u l-atturi ekonomici kollha ghandhom ukoll jikkontribwixxu fil-livell taghhom ghall-integrità tas-suq. F'dan is-sens, in-nomina ta' awtorità singola kompetenti ghal abbuz tas-suq ma teskludix rabtiet ta' kollaborazzjoni jew delegazzjoni taht ir-responsabbiltà ta' l-awtorità kompetenti, bejn dik l-awtorità u intraprizi tas-suq bl-iskop li tigi garantita sorveljanza efficjenti ta' konformità mad-dispozizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva.

(38)

Sabiex jigi assigurat li kwadru Komunitarju kontra abbuz tas-suq huwa sufficjenti, kull ksur tal-projbizzjonijiet jew tal-htigiet stabbiliti skond din id-Direttiva jkollhom jigu ntraccati u moghtija sanzjoni. Ghal dan l-iskop, sanzjonijiet ghandhom ikunu disswazivi bizzejjed u proporzjonati ghall-gravità tal-ksur u ghall-gwadanni realizzati u ghandhom ikunu applikati b'mod konsistenti.

(39)

L-Istati Membri ghandhom jibqghu attenti, fid-determinazzjoni tal-mizuri amministrattivi u s-sanzjonijiet, ghall-bzonn li jigi assigurat grad ta' uniformità ta' regolament minn Stat Membru ghall-iehor.

(40)

Attivitajiet trans-fruntieri dejjem jizdiedu jehtiegu kooperazzjoni msahha u sett komprensiv ta' dispozizzjonijiet ghall-iskambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-organizzazzjoni ta' sorveljanza u ta' poteri investigatorji f'kull Stat Membru m'ghandhiex tfixkel il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(41)

Ladarba l-mira ta' l-azzjoni proposta, l-iktar ghall-prevenzjoni ta' abbuz tas-suq fil-forma ta' insider dealing u manipulazzjoni tas-suq, ma tistax tintlahaq sufficjentement mill-Istati Membri u tista' ghalhekk, ghar-raguni ta' l-iskala u l-effetti tal-mizuri, tintlahaq ahjar f'livell Komunitarju, il-Komunità tista tadotta mizuri, skond il-principju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-principju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu necessarju sabiex tintlahaq dik il-mira.

(42)

Gwida teknika u mizuri ta' implimentazzjoni ghar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva jistghu minn zmien ghal zmien ikunu necessarji sabiex jittiehed kont ta' zviluppi godda fi swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni ghandu mbaghad ikollha s-setgha tadotta mizuri ta' implimentazzjoni, sakemm dawn ma jimmodifikawx l-elementi essenzjali ta' din id-Direttiva u ta' l-atti tal-Kummissjoni skond il-principji stabbiliti f'din id-Direttiva, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Decizjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE ( 8 ).

(43)

Fl-ezercizzju tal-poteri taghha ta' implimentazzjoni skond din id-Direttiva, il-Kummissjoni ghandha tirrispetta l-principji li gejjin:

 il-bzonn li tigi assigurata kunfidenza fi swieq finanzjarji fost investituri billi jigu promossi standards gholjin ta' trasparenza fi swieq finanzjarji,

 il-bzonn li investituri jigu provduti b'firxa wiesgha ta' investimenti ta' kompetizzjoni u livell ta' zvelar u protezzjoni adattat ghac-cirkostanzi taghhom,

 il-bzonn li jigi assigurat li awtoritajiet regolatorji indipendenti japplikaw ir-regoli b'mod konsistenti, specjalment fir-rigward tal-glieda kontra kriminalità ekonomika,

 il-bzonn ghal livelli gholja ta' trasparenza u konsultazzjoni mal-partecipanti kollha tas-suq u mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill,

 il-bzonn li tigi nkoraggita innovazzjoni fi swieq finanzjarji jekk ghandhom ikunu dinamici u efficjenti,

 il-bzonn li tigi assigurata integrità tas-suq b'monitoragg mill-qrib u reattiv ta' innovazzjoni finanzjarja,

 l-importanza tat-tnaqqis ta' l-ispiza ta', u z-zieda ta' access ghall-, kapital,

 il-bilanc ta' l-ispejjez u l-beneficcji ghall-partecipanti tas-suq fuq bazi ghal zmien twil (inkluzi negozji zghar u ta' daqs medju u investituri zghar) fi kwalunkwe mizuri ta' implimentazzjoni,

 il-bzonn li tinzamm il-kompetittività internazzjonali ta' swieq finanzjarji ta' l-UE minghajr pregudizzju ghal estensjoni ta' kooperazzjoni internazzjonali mehtiega hafna,

 il-bzonn li jintlahqu kondizzjonijiet ugwali ta' operazzjoni ghall-partecipanti kollha tas-suq billi jigu stabbiliti regolamenti generali ta' l-UE kull darba li hu approprjat,

 il-bzonn li jigu rispettati differenzi fi swieq nazzjonali meta dawn ma jhallux effett mhux dovut fuq il-koerenza tas-suq wahdieni,

 il-bzonn li tigi assigurata koerenza ma' legislazzjoni Komunitarja ohra f'dan il-qasam, peress li zbilanci fl-informazzjoni u nuqqas ta' trasparenza jistghu jipperikolaw l-operazzjoni tas-swieq u fuq kollox jaghmlu hsara lill-konsumaturi u lill-investituri zghar.

(44)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-principji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari mill-Artikolu 11 taghha u mill-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar Drittijiet Umani. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva ma tipprevjeni b'ebda mod lil Stati Membri milli japplikaw ir-regoli kostituzzjonali taghhom li jirrelataw ghal-libertà ta' pubblikazzjoni u l-libertà ta' espressjoni fil-medja,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

Ghall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

1. “Informazzjoni minn gewwa” ghandha tfisser informazzjoni ta' natura preciza li ma saritx pubblika, li tirrelata, direttament jew indirettament, ghal wiehed jew iktar li johorgu strumenti finanzjarji jew ghal strument finanzjarju wiehed jew iktar u li, li kieku saret pubblika, x'aktarx kien ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta' dawk l-istrumenti finanzjarji jew fuq il-prezz ta' strumenti finanzjarji derivattivi relatati.

Fir-rigward ta' derivattivi dwar komoditajiet “informazzjoni minn gewwa” ghandha tfisser informazzjoni ta' natura preciza li ma saritx pubblika, li tirrelata, direttament jew indirettament, ghal wiehed jew iktar minn dawn id-derivattivi u li utenti tas-swieq li fihom huma kkumercjati dawn id-derivattivi kienu jistennew li jircievu skond prattiki accettati tas-suq f'dawk is-swieq.

Ghal persuni inkarigati bl-ezekuzzjoni ta' ordnijiet li jikkoncernaw strumenti finanzjarji, “informazzjoni minn gewwa” ghandha wkoll tfisser informazzjoni mibghuta minn klijent u relatata ghall-ordnijiet pendenti tal-klijent, li hi ta' natura preciza, li tirrelata direttament jew indirettament ghal wiehed jew iktar li johorgu strumenti finanzjarji jew ghal strument finanzjarju wiehed jew iktar, u li, li kieku saret pubblika kien x'aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta' dawk l-istrumenti finanzjarji jew fuq il-prezz ta' strumenti finanzjarji derivattivi relatati.

2. “manipulazzjoni tas-suq” ghandha tfisser:

(a) operazzjonijiet jew ordnijiet ghal kummerc:

 li jaghtu, jew x'aktarx jaghtu, sinjali foloz jew li jqarrqu dwar il-provvista ta', id-domanda ghal jew il-prezz ta' strumenti finanzjarji, jew

 li jassiguraw, permezz ta' persuna, jew persuni li jagixxu f'kollaborazzjoni, il-prezz ta' strument finanzjarju wiehed jew iktar fuq livell anormali jew artificjali,

sakemm il-persuna li dahlet fl-operazzjonijiet jew harget l-ordnijiet ghal kummerc ma tistabbilixxix li r-ragunijiet taghha biex taghmel dan huma legittimi u li dawn l-operazzjonijiet jew l-ordnijiet ghal kummerc ma jikkonformawx ma' prattiki accettati tas-suq dwar is-suq regolat ikkoncernat;

(b) operazzjonijiet jew ordnijiet ghal kummerc li jinvolvu proceduri fittizji jew kull forma ohra ta' qerq jew kontravenzjoni;

(c) tixrid ta' informazzjoni permezz tal-medja, inkluz l-Internet, jew bi kwalunkwe mezz iehor, li taghti, jew x'aktarx taghti, sinjali foloz jew li jqarrqu dwar strumenti finanzjarji, inkluz it-tixrid ta' ghijdud u informazzjoni falza jew li tqarraq, meta l-persuna li xerrditha kienet taf, jew suppost kienet taf, li l-informazzjoni kienet falza jew tqarraq. Fir-rigward ta' gurnalisti meta jagixxu fil-kapacità professjonali taghhom dan it-tixrid ta' informazzjoni ghandu jigi stmat, minghajr pregudizzju ghall-Artikolu 11, b'kont mehud tar-regoli li jirregolaw il-professjoni taghhom, sakemm dawk il persuni ma jiehdux, direttament jew indirettament, vantagg fuq profitti mit-tixrid ta' l-informazzjoni inkwistjoni.

B'mod partikolari, l-istanzi li gejjin johorgu mid-definizzjoni principali moghtija fil-punti (a), (b) u (c) fuq:

 kondotta minn persuna, jew persuni li jagixxu inkollaborazzjoni, sabiex jassiguraw pozizzjoni dominanti fuq il-provvista ta' jew id-domanda ghal strument finanzjarju li ghandu l-effett li jiffissa, direttament jew indirettament, prezzijiet ta' xiri jew bejgh jew li johloq kondizzjonijiet ingusti ta' kummerc

 ix-xiri jew il-bejgh ta' strumenti finanzjarji fl-gheluq tas-suq bl-effett ta' investituri li jqarrqu li jagixxu abbazi ta' prezzijiet maghluqa

 li jittiehed vantagg minn access okkazjonali jew regolari ghall-medja tradizzjonali jew elettronika billi tigi espressa opinjoni dwar strument finanzjarju (jew indirettament dwar min johorgu) waqt li qabel ikunu ttiehdu pozizzjonijiet dwar dak l-istrument finanzjarju jkun hemm profitt sussegwentement mill-impatt ta' l-opinjonijiet espressi dwar il-prezz ta' dak l-istrument, minghajr ma qabel jigi zvelat simultanjment il-konflitt ta' l-interess ghall-pubbliku b'mod gust u effettiv.

 Id-definizzjonijiet ta' manipulazzjoni tas-suq ghandhom jigu adattati sabiex jigu assigurati mudelli godda ta' attività li fi-prattika jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq jistghu jigu inkluzi.

3. “Strument finanzjarju” ghandu jfisser:

 titoli trasferibbli kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta' l-10 ta' Mejju 1003 dwar servizzi ta' investiment fil-qasam tat-titoli ( 9 ),

 unitajiet f'intraprizi ta' investiment kollettiv,

 strumenti tas-suq tal-flus,

 kuntratti ta' futuri finanzjarji, inkluzi strumenti ekwivalenti rizoluti bil-flus

 ftehim bil-quddiem b'rati ta' imghax,

 skambju ta' rata ta' imghax, munita u ekwità,

 ghazliet ghall-akkwist jew id-disponiment ta' kull strument li jaqa' f'dawn il-kategoriji, inkluzi strumenti ekwivalenti rizoluti bil-flus,

 derivattivi fuq komoditajiet,

 kull strument iehor ammess ghall-kummerc f'suq regolat fi Stat Membru jew li ghalih saret talba ta' ammissjoni ghall-kummerc f'dan is-suq.

4. “Suq regolat” ghandu jfisser suq kif definit bl-Artikolu 1(13) tad-Direttiva 93/22/KEE.

▼M1

5. “Prattiki accettati tas-suq” ghandhom ifissru prattiki li huma ragonevolment mistennija f’suq finanzjarju wiehed jew iktar u huma accettati mill-awtorità kompetenti skond il-linji gwida adottati mill-Kummissjoni skond il-procedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 17(2a).

L-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn ‘il quddiem “AETS”), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ) (l-“ASE(AETS)”), tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-atti adotatti mill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu fir-rigward ta’ prattiki tas-suq aċċettati.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

6. “Persuna” ghandha tifsser kull persuna fizika jew guridika.

7. “Awtorità kompetenti” ghandha tfisser l-awtorità kompetenti nnominata skond l-Artikolu 11.

Sabiex jitqiesu l-izvilupp fis-swieq finanzjarji u sabiex tigi assigurata applikazzjoni uniformi ta' dinid-Direttiva fil-Komunità, il-Kummissjoni, ►M1  ————— ◄ ghandha tadotta mizuri ta' implimentazzjoni li jikkoncernaw il-punti 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. ►M1   Dawk il-mizuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, ghandhom jigu adottati skond il-procedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 17(2a). ◄

L-Artikolu 2

1.  L-Istati Membri ghandhom jipprojbixxu lil kull persuna msemmija fit-tieni subparagrafu li ghandha informazzjoni minn gewwa milli tuza dik l-informazzjoni billi takkwista jew tiddisponi minn, jew billi tipprova takkwista jew tiddisponi minn, ghall-kont proprju jew ghall-kont ta' parti terza, jew direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji li tirrelata ghalihom l-informazzjoni.

L-ewwel subparagrafu ghandu japplika ghal kwalunkwe persuna li tippossjedi dik l-informazzjoni:

(a) permezz tas-shubija tieghu tal-korpi amministrattivi, ta' gestjoni jew ta' sorveljanza ta' min johrogha; jew

(b) permezz ta' l-assi finanzjarji fil-kapital ta' min johrogha; jew

(c) billi jkollha access ghall-informazzjoni permezz ta' l-ezercizzju ta' l-impjieg, il-professjoni jew id-dmirijiet taghha; jew

(d) permezz ta' l-attivitajiet kriminali taghha.

2.  Meta l-persuna msemmija fil-paragrafu 1 hija persuna guridika, il-projbizzjoni stabbilita f'dak il-paragrafu ghandha wkoll tapplika ghall-persuni fizici li jiehdu parti fid-decizjoni li jwettqu l-operazzjoni ghall-kont tal-persuna kkoncernata.

3.  Dan l-Artikolu ghandu japplika ghal operazzjonijiet kondotti fl-iskarika ta' obbligu li sar dovut ghall-akkwidt jew id-disponiment ta' strumenti finanzjarji meta dak l-obbligu jirrizulta min ftehim konkluz qabel ma l-persuna kkoncernata kellha informazzjoni minn gewwa.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri ghandhom jipprojbixxu lil kull persuna soggetta ghall-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2 milli:

(a) tizvela informazzjoni minn gewwa lil xi persuna ohra sakemm dan l-izvelar ma jsirx fl-ezercizzju normali ta' l-impjieg, il-professjoni jew id-dmirijiet taghha;

(b) tirrakkomanda jew tinduci persuna ohra, abbazi ta' informazzjoni minn gewwa, sabiex takkwista jew tiddisponi minn strumenti finanzjarji li tirrelata ghalihom dik l-informazzjoni.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri ghandhom jassiguraw li l-Artikoli 2 u 3 japplikaw ukoll ghal kull persuna, ta' xort' ohra mill-persuni msemmija f'dawk l-Artikoli, li tippossjedi informazzjoni minn gewwa waqt li dik il-persuna taf, jew suppost kienet taf, li hi informazzjoni minn gewwa.

L-Artikolu 5

L-Istati Membri ghandhom jipprojbixu lil kull persuna milli tinvolvi ruhha f'manipulazzjoni tas-suq.

L-Artikolu 6

1.  L-Istati Membri ghandhom jassiguraw li dawk li johorgu strumenti finanzjarji jinfurmaw lill-pubbliku malli possibbli b'informazzjoni minn gewwa li tikkoncerna direttament lil dawk li johorguhom, imsemmija.

Minghajr pregudizzju ghal kull mizura mehuda sabiex tikkonforma mad-dispozizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu, Stati Membri ghandhom jassiguraw li dawk li johorguhom, ghal perjodu approprjat, iqieghdu fuq is-siti taghhom ta' l-Internet l-informazzjon ta' gewwa kollha li huma mehitega jizvelaw b'mod pubbliku.

2.  Min johrog l-informazzjoni jista' taht ir-responsabbiltà proprja jittardja l-izvelar pubbliku ta' informazzjoni minn gewwa, kif imsemmi fil-paragrafu 1, sabiex ma jippregudikax l-interessi legittimi sakemm din l-ommissjoni ma tizvijax x'aktarx lill-pubbliku u sakemm dak li johrog l-informazzjoni jkun jista jassigura l-konfidenzjalità ta' dik l-informazzjoni. L-Istati Membri jistghu jehtiegu li min johrog l-informazzjoni ghandu minghajr dewmien jinforma lill-awtorità kompetenti bid-decizzjoni li jigi ttardjat l-izvelar pubbliku ta' informazzjoni minn gewwa.

3.  L-Istati Membri ghandhom jehtiegu li, kull meta min johrog l-informazzjoni, jew persuna li tagixxi ghan-nom tieghu jew ghall-kont tieghu, jizvelaw xi informazzjoni minn gewwa lil xi parti terza fl-ezercizzju normali ta' l-impjieg, il-professjoni jew id-dmirijiet tieggu, kif imsemmi fl-Artikolu 3(a), ghandu jaghmel zvelar pubbliku komplet u effettiv ta' dik l-informazzjoni, simultanjament fil-kaz ta' zvelae intenzjonali u mill-ewwel fil-kaz ta' zvelar mhux intenzjonali.

Id-dispozizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu m'ghandhomx japplikaw jekk il-persuna li tircievi l-informazzjoni ghandha obbligu ta' dmir ta' kunfidenzjalità, kemm jekk dan id-dmir hu bbazat fuq ligi, fuq regolamenti, fuq artikoli ta' assocjazzjoni jew fuq kuntratt.

L-Istati Membri ghandhom jehtiegu li min johrog l-informazzjoni, jew persuni li jagixxu ghan-nom taghhom jew ghall-kont taghhom, ifasslu lista' ta' dawk il-persuni li jahdmu ghalihom, taht kuntratt ta' impjieg jew xort'ohra, li ghandhom access ghal informazzjoni minn gewwa. Min johrog l-informazzjoni u persuni li jagixxu ghan-nom taghhom ghandhom regolarment jaggornaw din il-lista u jittrasmettuha lill-awtorità kompetenti kull meta din ta' l-ahhar titlobha.

4.  Persuni li jiskarikaw responsabbiltajiet amministrattvi lil min johrog strumenti finanzjarji u, meta applikabbli, persuni assocjati mieghu mill-qrib, ghandhom, ghall-inqas, jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bl-ezistenza ta' operazzjonijiet immexxija ghall-kont proprju li jirrelataw ghal ishma ta' dak li jorhog l-istrumenti finanzjarji msemmi, jew ghal derivattivi jew strumenti finanzjarji ohra marbuta maghhom. L-Istati Membri ghandhom jassiguraw li access pubbliku ta' informazzjoni li tikkoncerna dawn l-operazzjonijiet, fuq ghall-inqas bazi individwali, huwa disponibbli malajr kemm jista' jkun.

5.  L-Istati Membri ghandhom jassiguraw li hemm regolament approprjat fis-sehh sabiex jigi assigurat li persuni li jipproducu jew ixerrdu r-ricerka li tikkoncerna strumenti finanzjarji jew dawk li johorgu strumenti finanzjarji u persuni li jipproducu jew ixerrdu informazzjoni ohra li tirrakkomanda jew tissuggerixxi strategija ta' investiment, intiza ghal kanali ta' distribuzzjoni jew ghall-pubblikum joqoghdu attenti biex jassiguraw li din l-informazzjoni hija pprezentata b'mod gust u jizvelaw l-interessi taghhom jew jindikaw kunflitti ta' interess li jikkoncernaw l-istrumenti finanzjarji li tirrelata ghalihom dikl-informazzjoni. Dettalji ta' dan ir-regolament ghandhom jigu notifikati lill-Kummissjoni.

6.  L-Istati Membri ghandhom jassiguraw li operaturi tas-suq jadottaw dispozizzjonijiet strutturali mmirati lejn il-prevenzjoni u l-kxif ta' prattiki ta' manipulazzjoni tas-suq.

7.  Bl-iskop li tigi assigurata konformità mal-paragrafi 1 sa 5, l-awtorità kompetenti tista' tiehu l-mizuri necessarji kollha sabiex jigi assigurat li l-pubbliku huwa infurmat kif suppost.

8.  Istituzzjonijiet pubblici li jxerrdu statistiki li x'aktarx ikollhom effett sinifikanti fuq swieq finanzjarji ghandhom ixerrduhom b'mod gust u trasparenti.

9.  L-Istati Membri ghandhom jehtiegu li kull persuna li tirranga operazzjonijiet professjonalment fi strumenti finanzjarji li tissuspetta b'mod ragjonevoli li operazzjoni tista' tikkostitwixxi insider dealing jew manipulazzjoni tas-suq ghandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti minghajr dewmien.

10.  Sabiex jittiehed kont ta' zviluppi teknici fi swieq finanzjarji u sabiex tigi assigurata applikazzjoni unifromi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni ghandha tadotta, ►M1  ————— ◄ mizuri ta' implimentazzjoni li jikkoncernaw:

 il-modalitajiet teknici ghal zvelar pubbliku approprjat ta' informazzjoni minn gewwa kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 3,

 il-modalitajiet teknici biex jigi ttardjat l-izvelar pubbliku ta' informazzjoni minn gewwa kif imsemmi fil-paragrafu 2,

 il-modalitajiet teknici mahsuba biex jiffavorixxu approcc komun fl-implimentazzjoni tat-tieni sentenza tal-paragrafu 2,

 il-kondizzjonijiet li tahthom dawn li johorgu l-informazzjoni, jew entitajiet li jagixxu ghan-nom taghhom, ghandhom ifasslu lista ta' dawk il-persuni li jahdmu ghalihom li ghandhom access ghal informazzjoni minn gewwa, kif imsemmi fil-paragrafu 3,

 il-kategoriji ta' persuni li huma s-suggett ta' dmir ta' zvelar kif imsemmi fil-paragrafu 4 u l-karatterisitici ta' operazzjoni, inkluza d-daqs taghha, li jinstigaw dak id-dmir, u l-arrangamenti teknici ghall-izvelar lill-awtorità kompetenti,

 arrangamenti teknici, ghall-kategoriji varji ta' persuni msemmija fil-paragrafu 5, ghal prezentazzjoni gusta ta' ricerka u informazzjoni ohra li tirrakkomanda startegija ta' investiment u ghall-izvelar ta' interessi partikolari jew kunflitti ta' interess kif imsemmi fil-paragrafu 5. Dawn l-arrangamenti ghandhom jiehdu kont tar-regoli, inkluz ir-regolament proprju, li jirregolaw il-professjoni ta' gurnalist,

 arrangamenti teknici li jirregolaw in-notifika lill-awtorità kompetenti mill-persuni msemmija fil-paragrafu 9.

▼M1

Dawk il-mizuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, ghandhom jigu adottati skond il-procedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 17(2a).

▼M2

11.  L-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tal-atti adottati mill-Kummissjoni skont is-sitt inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 10.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

L-Artikolu 7

Din id-Direttiva m'ghandhiex tapplika ghal operazzjonijiet imwettqa fit-twettiq ta' politika monetarja, ta' rata tal-kambju jew ta'amministrazzjoni pubblika ta' debitu minn Stat Membru, mis-Sistema Ewropea ta' Banek Centrali, minn bank centrali nazzjonali jew minn kwalunkwe korp ufficjalment nominat, jew minn kull persuna li tagixxi ghan-nom taghhom. L-Istati Membri jistghu jestendu din l-ezenzjoni ghall-Istati federati taghhom jew awtoritajiet simili lokali fir-rigward ta' l-amministrazzjoni tad-debitu pubbliku taghhom.

L-Artikolu 8

►M2  1. ◄   Il-projbizzjonijiet previsti f din id-Direttiva m'ghandhomx japplikaw ghal kummerc f'ishma proprji fi programmi “buy back” jew ghall-istabilizzazzjoni ta' strument finanzjarju sakemm dan il-kummerc hu mwettaq skond mizuri ta' implimentazzjoni ►M1  ————— ◄ . ►M1   Dawk il-mizuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, ghandhom jigu adottati skond il-procedura regolatorja bi skrutinju li tissemma fl-Artikolu 17(2a). ◄

▼M2

2.  L-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiżgura kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-atti adottati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

L-Artikolu 9

Din id-Direttiva ghandha tapplika ghal kull strument finanzjarju ammess ghal kummerc f'suq regolat f'mill-inqas Stat Membru wiehed, jew li ghalih saret talba ghal ammissjoni f'dan is-suq, irrispettivament minn jekk l-operazzjoni proprja attwalment saret f'dak is-suq.

L-Artikoli 2, 3 u 4 ghandhom ukoll japplikaw ghal kull strument finanzjarju mhux ammess ghal kummerc f'suq regolat fi Stat Membru, imma li l-valur tieghu jiddependi fuq strument finanzjarju kif imsemmi fil-paragrafu 1

L-Artikolu 6(1) sa (3) m'ghandux japplika ghal dawk li johorgu informazzjoni li ma talbux jew ma approvawx ammissjoni ta' l-istrumenti finanzjarji taghhom ghal kummerc f'suq regolat fi Stat Membru.

L-Artikolu 10

Kull Stat Membru ghandu japplika l-projbizzjonijiet u l-htigiet previsti f'din id-Direttiva:

(a) azzjonijiet imwettqa fit-territorju tieghu jew barra minnu li jikkoncernaw strumenti finanzjarji li huma ammessi ghal kummerc f'suq regolat li jinstab jew li jopera fit-territorju tieghu jew li ghalih saret talba ghal kummerc f'dan is-suq;

(b) azzjonijiet imwettqa fit-territorju tieghu li jikkoncernaw strumenti finanzjarji li huma ammessi ghal kummerc f'suq regolat fi Stat Membru jew li ghalihom saret talba ghal ammissjoni ghal kummerc f'dan is-suq.

L-Artikolu 11

Minghajr pregudizzju ghall-kompetenzi ta' l-awtoritajiet gudizzjarji, kull Stat Membru ghandu jinnomina awtorità singola amministrattiva kompetensi biex tassigura li d-dispozizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva huma applikati.

L-Istati Membri ghandhom jistabbilixxu arrangamenti u proceduri effettivi konsultattivi ma' partecipanti tas-suq li jikkoncernaw bidliet possibbli fil-legislazzjoni nazzjonali. Dawn l-arrangamenti jistghu jinkludu kumitati konsultattivi f'kull awtorità kompetenti, li s-shubija taghhom ghandha tirrifletti sa fejn possibbli d-diversità ta' partecipanti fis-suq, sew jekk johorgu informazzjoni, provvedituri ta' servizzi finanzjarji jew konsumaturi.

L-Artikolu 12

1.  L-awtorità kompetenti ghandha tinggata l-poteri ta' sorveljanza u ta' investigazzjoni kollha li huma necesarji ghall-ezercizzju tal-funzjonijiet taghha

(a) direttament; jew

(b) f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet ohra jew ma' l-intraprizi tas-suq; jew

(c) taht ir-responsabbiltà taghha b'delegazzjoni lil dawn l-awtoritajiet jew lill-intraprizi tas-suq

(d) permezz ta' applikazzjoni lill-awtoritajiet gudizzjarja kompetenti.

2.  Minghajr pregudizzju ghall-Artikolu 6(7), il-poteri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ghandhom jigu ezercitati in konformità mal-ligi nazzjonali u ghandhom jinkludu mill-inqas id-dritt:

(a) ghal access ghal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe forma, u li jircievu kopja tieghu;

(b) li jiddomandaw informazzjoni minn kwalunkwe persuna, inkluzi dawk li huma involuti successivament fit-trasmissjoni ta' ordnijiet jew fil-kondotta ta' l-operazzjonijiet ikkoncernati, kif ukoll il-principali taghhom, u jekk necessarju, li jsejhu u jisimghu lil kwalunkwe tali persuna;

(c) li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post;

(d) li jehtiegu registri tat-telefon u tat-traffikar tad-data ezistenti;

(e) li jehtiegu li tieqaf kull prattika li hi kuntrarja ghad-dispozizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;

(f) li jigi sospiz kummerc ta' l-istrumenti finanzjarji koncernati;

(g) li jitolbu l-iffrizar u/jew is-sekwestru ta' assi;

(h) li jitolbu projbizzjoni temporanja ta' attività professjonali.

3.  Dan l-Artikolu ghandu jkun minghajr pregudizzju ghad-dispozizzjonijiet guridici nazzjonali dwar is-segretezza professjonali.

L-Artikolu 13

L-obbligu ta' segretezza professjonali ghandu japplika ghal persuni kollha li jahdmu jew li hadmu ghall-awtorità kompetenti jew ghal kwalunkwe awtorità jew intrapriza tas-suq li lilha l-awtorità komeptenti ddelegat il-poteri, inkluzi awdituri u esperti moghtija istruzzjonijiet mill-awtorità kompetenti. Informazzjoni koperta b'segretezza professjonali ma tistax tigi zvelata lil xi persuna jew awtorità ohra hlief permezz tad-dispozizzjonijiet stabbiliti bil-ligi.

L-Artikolu 14

1.  Minghajr pregudizzju ghad-dritt ta' Stati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali, Stati Membri ghandhom jassiguraw, in konformità mal-ligi nazzjonali taghhom, li l-mizuri amministrattivi approprjati jistghu jittiehdu jew sanzjonijiet amministrattivi jigu imposti kontra l-persuni responsabbli meta ma jkunx hemm konformità mad-dispozizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri ghandhom jassiguraw li dawn il-mizuri huma effettivi, proporzjonati u disswazivi.

2.  Skond il-procedura stabbilita fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni ghandha, ghall-informazzjoni, tfassal lista tal-mizuri u s-sanzjonijiet amminsitrattivi msemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri ghandhom jistabbilixxu s-sanzjonijiet li ghandhom jigu applikati ghal nuqqas ta' kooperazzjoni f'investigazzjoni koperta bl-Artikolu 12.

4.  L-Istati Membri ghandhom jipprovdu li l-awtorità kompetenti tista' tizvela lill-pubbliku kull mizura jew sanzjoni li tigi imposta ghal ksur tad-dispozizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm dan l-izvelar ma jipperikolax b'mod serju s-swieq finanzjarji jew jikkawza hsara sproporzjonata lill-partijiet involuti.

▼M2

(5)  Kull sena l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-AETS l-informazzjoni aggregata rigward il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi kollha imposti skont il-paragrafi 1 u 2.

Meta l-awtorità kompetenti tkun żvelat lill-pubbliku miżura jew sanzjoni amministrattiva, hija għandha kontemporanjament tirrapporta dak il-fatt lill- AETS.

Meta sanzjoni ppubblikata tirrigwarda ditta ta’ investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2004/39/KE, l-AETS) għandha żżid referenza mas-sanzjoni ppubblikata fir-reġistru tad-ditti ta’ investiment stabbilit skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2004/39/KE.

▼B

L-Artikolu 15

L-Istati Membri ghandhom jassiguraw li appell migjub quddiem qorti kontra d-decizjonijiet mehuda mill-awtorità kompetenti.

▼M2

Artikolu 15a

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-AETS bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha, f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

L-Artikolu 16

1.  Awtoritajiet kompetenti ghandhom jikkooperaw ma' xulxin kull meta necessarju ghall-iskop li jitwettqu d-dmirijiet taghhom, u jsir uzu mill-poteri taghhom kemm jekk stabbiliti f'din id-Direttiva kemm jekk fil-ligi nazzjonali Awtoritajiet kompetenti ghandhom jaghtu assistenza lil awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri ohra. B'mod partikolari, ghandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw f'attivitajiet ta' investigazzjoni.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ghandhom, fuq talba, jfornu immedjatament kull informazzjoni mehtiega ghall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1. Meta necessarju, l-awtoritajiet kompetenti li jircievu din it-talba ghandhom immedjatament jiehdu l-mizuri necessarji sabiex jigbru l-informazzjoni mehtiega. Jekk l-awtorità kompetenti mitluba ma tistax tforni l-informazzjoni mehtiega immedjatament, ghandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti li titlobha bir-ragunijiet. L-informazzjoni hekk moghtija ghandha tkun koperta bl-obbligu ta' segretezza professjonali li huma soggetti ghaliha l-persuni impjegati jew qabel impjegati mill-awtoritajiet kompetenti li jircievu l-informazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistghu jirrifjutaw li jagixxu fuq talba ghal informazzjoni meta:

 il-komunikazzjoni tista' taffettwa b'mod avvers is-sovranità, is-sigurtà jew il-politika pubblika ta' l-Istat Membru indirizzat,

 jkunu digà inbdew proceduri gudizzjarji fir-rigward ta' l-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru indirizzat, jew

 meta gudizzju finali jkun digà nghata fir-rigward ta' dawn il-persuni ghall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.

Fi kwalunkwe kaz, ghandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti li taghmel it-talba, kif dovut, u jipprovdu informazzjoni dettaljata kemm possibbli dwar dawk il-proceduri jew dwar is-sentenza.

▼M2

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), awtorità kompetenti li ma jkunx hemm azzjoni fuq it-talba tagħha għal informazzjoni fi żmien raġonevoli jew li t-talba tagħha għal informazzjoni tiġi rrifjutata tista’ tirreferi dak ir-rifjut jew in-nuqqas ta’ azzjoni fi żmien raġonevoli lill-AETS. Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel sentenza, l- AETS tista’ taġixxi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni prevista fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għall-possibbiltà tal-AETS li taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

Minghajr pregudizzju ghall-obbligi li huma soggetti ghalihom fi proceduri gudizzjarji taht ligi kriminali, l-awtoritajiet kompetenti li jircievu informazzjoni skond il-paragrafu 1 jistghu juzawha biss ghallezercizzju tal-funzjonijiet taghhom fil-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u fil-kuntest ta' proceduri amministrattivi jew gudizzjajra specifikament relatati ghall-ezercizzju ta' dawk il-funzjonijiet. Madankollu, meta l-awtorità kompetenti li tikkomunika informazzjoni taghti kunsens ghal dan, l-awtorità li tircievi l-informazzjoni tista' tuzaha ghal skopijiet ohra jew tghaddiha lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati ohra.

3.  Meta awtorità kompetenti tkun konvinta li atti kuntrarji ghad-dispozizzjonijiet ta' din id-Direttiva qeghdin jitwettqu, jew twettqu fit-terriotrju ta' Stat Membru iehor jew li atti qeghdin jaffettwaw strumenti finanzjarji kkumercjati f'suq regolat li jinstab fi Stat Membru iehor, ghandha taghti notifika ta' dak il-fatt b'mod specifiku kemm jista' jkun lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru l-iehor. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru l-iehor ghandha tiehu azzjoni approprjata. Ghandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta' notifika bir-rizultat u, sa fejn possibbli, bi zviluppi interim sinifikanti. Dan il-paragrafu m'ghandux jippregudika l-kompetenzi ta' l-awtorità kompetenti li ghaddiet l-informazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri varji li huma kompetenti ghall-iskopijiet ta' l-Artikolu 10 ghandhom jikkonsultaw ma' xulxin dwar il-follow up propost ghall-azzjoni taghhom.

4.  Awtorità kompetenti ta' Stat Membru wiehed tista' titlob li titwettaq investigazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru iehor, fuq it-territorju ta' dan ta' l-ahhar.

Tista' imbaghad titlob li membri tal-personal proprju taghha jithallew jakkumpanjaw lill-persunal ta' l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru l-iehor tul l-investigazzjoni

L-investigazzjoni ghandha, madanakollu, tkun soggetta in generali ghal kontroll globali ta' l-Istat Membru li fit-territorju tieghu hi kondotta.

L-awtoritajiet kompetenti jistghu jirrifjutaw li jagixxu fuq talba biex investigazzjoni tigi kondotta kif previst fl-ewwel subparagrafu, jew fuq talba biex il-persunal taghha jkun akkumpanjat mill-personal ta' l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru iehor kif previst fit-tieni subparagrafu, meta din l-investigazzjoni tista' taffettwa hazin is-sovranità, is-sigurtà jew il-politika pubblika ta' l-Istat indirizzat, jew meta proceduri gudizzjarji jkunu digà inbdew fir-rigward ta' l-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awotirtajiet ta' l-Istat indirizzat jew meta tkun digà inghatat sentenza finali fir-rigward ta' dawn il-persuni ghall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat. F'dak il-kaz, ghandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti li taghmel it-talba kif dovut, u jipprovdu informazzjoni, dettaljata kemm jsita' jkun, dwar dawk il-proceduri jew sentenza.

▼M2

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, awtorità kompetenti li l-applikazzjoni tagħha għall-ftuħ ta’ inkjesta jew li t-talba tagħha għal awtorizzazzjoni biex l-uffiċjali tagħha jakkumpanjaw lil dawk tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor ma jkunx hemm azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli jew li tiġi rrifjutata tista’ tirreferi dak ir-rifjut jew in-nuqqas ta’ azzjoni fi żmien raġonevoli lill-AETS. Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-aħħar sentenza, l-AETS tista’ taġixxi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni prevista fir-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għall-possibilità li l-AETS taġixxi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 4, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri u l-forom ta’ skambju ta’ informazzjoni u għal spezzjonijiet transkonfinali kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

▼B

L-Artikolu 17

1.  Il-Kummissjoni ghandha tigi assistita mill-Kumitat ta' Titoli Ewropej istitwit b'Decizjoni 2001/528/KE (hawnhekk izjed 'il quddiem maghruf bhala “il-Kumitat”).

2.  Meta ssir referenza ghal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Decizjoni 1999/468/KE ghandhom japplikaw, b'qies ghad-dispozizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tieghu, sakemm il-mizuri ta' implimentazzjoni adottati skond din il-procedura ma jimmodifikawx id-dispozizzjonijiet essenzjali ta' din id-Direttiva.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Decizjoni 1999/468/KE ghandu jigi stabbilit ghal tliet xhur.

▼M1

2a.  Fejn issir referenza ghal dan il-paragrafu, ghandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Decizjoni 1999/468/KE, filwaqt li jigu kkunsidrati d-dispozizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 taghha.

▼M1

3.  Sal-31 ta’ Dicembru 2010, u, wara din id-data, ta’ lanqas kull tliet snin, il-Kummissjoni ghandha tirrevedi d-dispozizzjonijiet li jirrigwardaw is-setghat ta’ implimentazzjoni u tipprezenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta’ dawk is-setghat. Dan ir-rapport ghandu jezamina, partikolarment, il-htiega li l-Kummissjoni tipproponi emendi ghad-Direttiva prezenti sabiex tizgura l-kamp ta’ applikazzjoni xieraq tas-setghat ta’ implimentazzjoni moghtija lill-Kummissjoni. Il-konkluzjoni dwar jekk hemmx il-htiega ta’ emenda jew le ghandha tigi akkumpanjata minn dikjarazzjoni dettaljata tar-ragunijiet ghal din il-konkluzjoni. Jekk mehtieg, ir-rapport ghandu jigi akkumpanjat minn proposta legizlattiva ghal emenda tad-dispozizzjonijiet li jaghtu setghat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

▼M2

Artikolu 17a

Sal-1 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Artikoli 1, 6, 8, 14, u 16 u tippreżenta kwalunkwe proposta leġislattiva adatta sabiex tippermetti l-applikazzjoni sħiħa tal-atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE u l-atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE fir-rigward ta’ din id-Direttiva. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ implimentazzjoni diġà adottati, is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni fl-Artikolu 17 biex jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni li jibqgħu wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, għandhom jieqfu milli japplikaw fl-1 ta’ Diċembru 2012.

▼B

L-Artikolu 18

L-Istati Membri ghandhom idahhlu fis-sehh il-ligijiet, ir-regolamenti u d-dispozizzjonijiet amministrattivi necessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mit-12 ta' Ottubru 2003. Ghandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjon bihom.

Meta l-Istati membri jadottaw dawk il-mizuri, ghandu jkollhom referenza ghal din id-Direttiva jew ikollhom maghhom din ir-referenza fl-okkazjoni tal-pubblikazzjoni ufficjali taghhom. L-Istati Membri ghandhom jistabbilixxu kif ghandha ssir din ir-referenza.

L-Artikolu 19

L-Artikolu 11 m'ghandux jippregudika l-possibiltà ghal Stat Membru li jaghmel arrangamenti separati legali u amministrattivi ghal territorji Extra-Ewropej li hu responsabbli ghar-relazzjonijiet esterni taghhom dak l-Istat Membru.

L-Artikolu 20

Id-Direttiva 89/592/KEE u l-Artikolu 68(1) u l-Artikolu 81(1) tad-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 dwar l-ammissjoni ta' titoli ghall-elenkar ufficjali tal-borza u dwar informazzjoni li ghandha tigi ppubblikata fuq dawk it-titoli ( 11 ) ghandha tithassar b'effett mid-data tad-dhul fis-sehh ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 21

Din id-Direttiva ghandha tidhol fis-sehh fil-jum tal-pubblikazzjoni ufficjali taghha fil-Gurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 22

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) GU C 240 E, tat-28.8.2001, p. 265.

( 2 ) GU C 80, tat-3.4.2002, p. 61.

( 3 ) GU C 24, tas-26.1.2002, p. 8.

( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 2002 (ghadha mhux ippubblikata fil-Gurnal Ufficjali), Pozizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 (GU C E, tal-25.9.2002, p. 19) u Decizjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' Ottubru 2002 (ghadha mhux ippubblikata fil-Gurnal Ufficjali).

( 5 ) GU L 184, tas-17.7.99, p. 23.

( 6 ) GU L 334, tat-18.11.89, p. 30.

( 7 ) GU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

( 8 ) GU L 191, tat-13.7.2001, p. 45.

( 9 ) GU L 141, tal-11.6.1993, p. 27. Direttiva kif l-ahhar emendata mill-Parlament Ewropew u bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/64/KE (GU L 290, tas-17.11.2000, p. 27).

( 10 ) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

( 11 ) GU L 184, tas-6.7.2001, p. 1.

Top