EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01994L0062-20150526

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE ta’ l- 20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/62/2015-05-26

1994L0062 — MT — 26.05.2015 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 94/62/KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994

dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(ĠU L 365 31.12.1994, p. 10)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M2

ID-DIRETTIVA 2004/12/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Frar 2004

  L 47

26

18.2.2004

►M3

ID-DIRETTIVA2005/20/KETAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Marzu 2005

  L 70

17

16.3.2005

►M4

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M5

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2013/2/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-7 ta’ Frar 2013

  L 37

10

8.2.2013

►M6

DIRETTIVA (UE) 2015/720 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tad-29 ta' April 2015

  L 115

11

6.5.2015




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 94/62/KE

ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994

dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat ( 3 ),

Billi l-miżuri nazzjonali differenti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għandhom jiġu armonizzati sabiex, minn naħa l-waħda, dawn ma jħallu l-ebda impatt fuq l-ambjent jew sabiex jitnaqqas l-impatt, sabiex b’hekk jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, u min-naħa l-oħra, sabiex jiġi żgurat illi s-suq intern jaħdem kif suppost u jiġi evitat tfixkil tal-kummerċ kif ukoll distorsjonijiet u restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni fil-Komunità;

Billi l-aħjar mezz ta’ prevenzjoni tal-ħolqien ta’ l-iskart mill-imballaġġ huwa li jitnaqqas il-volum totali ta’ l-imballaġġ;

Billi huwa importanti, fejn għandhom x’jaqsmu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, illi jiġi rrispettat il-prinċipju ġenerali li miżuri meħuda fi Stat Membru wieħed sabiex jipproteġu l-ambjent m’għandhomx jaffettwaw ħażin il-ħila ta’ Stati Membri oħra illi jiksbu l-għanijiet tad-Direttiva;

Billi t-tnaqqis ta’ l-iskart huwa essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli mitlub b’mod specifiku mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

Billi din id-Direttiva għandha tkopri t-tipi kollha ta’ l-imballaġġ mqiegħed fis-suq u l-iskart mill-imballaġġ kollu; billi, għalhekk, id-Direttiva tal-Kunsill 85/339/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar il-kontenituri tal-likwidi għall-konsum tan-nies ( 4 ) għandha tiġi rrevokata;

Billi l-imballaġġ għandu funzjoni soċjali u ekonomika vitali u għalhekk il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal ħtiġiet leġislattivi relevanti oħra li jaffettwaw il-kwalità u t-trasport ta’ l-imballaġġ jew tal-merkanzija imballata;

Billi, skond l-istrateġija tal-Komunità għall-immaniġġjar ta’ l-iskart stabbilita bir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1990 dwar il-politika ta’ l-iskart ( 5 ) u bid-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart ( 6 ), l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ għandu jinkludi bħala l-ewwel prijorità, il-prevenzjoni ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, bħala prinċipji fondamentali addizzjonali, l-użu mill-ġdid ta’ l-imballaġġ, ir-riċiklaġġ u forom oħra ta’ rkupru ta’ l-iskart mill-imballaġġ sabiex b’hekk ikun hemm tnaqqis fir-rimi finali ta’ skart ta’ din ix-xorta;

Billi, sakemm isir progress xjentifiku u teknoloġiku fil-proċessi ta’ l-irkupru, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għandhom jingħataw preferenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impatt ambjentali; billi dan jeħtieġ l-istabbiliment fl-Istati Membri ta’ sistemi li jiggarantixxu r-ritorn ta’ l-imballaġġ użat u/jew l-iskart mill-imballaġġ; billi stimi taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ l-imballaġġ għandhom jitlestew kemm jista’ jkun malajr sabiex tiġi gġustifikata ġerarkija ċara bejn l-imballaġġ li jista’ jintuża mill-ġdid, dak li jista’ jiġi rriċiklat u dak li jista’ jiġi rkuprat;

Billi l-prevenzjoni ta’ l-iskart mill-imballaġġ għandha titwettaq permezz ta’ miżuri xierqa, inklużi l-inizjattivi meħuda fl-Istati Membri b’konformità ma’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva;

Billi l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, b’konformità mat-Trattat, sistemi ta’ l-użu mill-ġdid ta’ l-imballaġġ li jista’ jerga’ jintuża b’mod illi jirrispetta l-ambjent, sabiex jieħdu l-vantaġġ tal-kontribuzzjoni ta’ sistemi bħal dawn lill-protezzjoni ambjentali;

Billi mill-perspettiva ambjentali r-riċiklaġġ għandu jiġi meqjus bħala parti importanti mill-irkupru bil-ħsieb partikolari li jitnaqqas il-konsum ta’ l-enerġija u tal-materja prima u tal-qerda finali ta’ l-iskart;

Billi l-irkupru ta’ l-enerġija huwa mezz wieħed effettiv ta’ l-irkupru ta’ l-iskart mill-imballaġġ;

Billi l-miri stabbiliti fl-Istati Membri għall-irkupru u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart mill-imballaġġ għandhom ikunu restritti fil-kamp tal-varjazzjoni sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri u sabiex jiġu evitati xkiel għall-kummerċ u distorsjoni tal-kompetizzjoni;

Billi, sabiex jinkisbu riżultati fuq medda daqsxejn twila ta’ żmien u biex l-operaturi ekonomiċi, il-konsumaturi u l-awtoritajiet pubbliċi jingħataw il-perspettiva meħtieġa għall-futur imbiegħed, temma taż-żmien fuq perijodu medju għandha tigi stabbilita sabiex jintlaħqu l-miri msemmija qabel u temma taż-żmien fuq perijodu fit-tul għandha tigi stabbilita għal miri li għandhom jiġu stabbiliti fi stadju aktar tard bil-ħsieb li dawn il-miri jiżdiedu b’mod sostanzjali;

Billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, fuq il-bażi ta’ rapporti mill-Kummissjoni, jeżaminaw l-esperjenza prattika miksuba fl-Istati Membri fil-ħidma tagħhom lejn il-miri msemmija qabel u s-sejbiet tat-teknika tar-riċerka u l-evalwazzjoni xjentifika bħal mhuma l-istati tal-bilanc ekologiku;

Billi l-Istati Membri li għandhom, jew se jagħmlu, programmi li jmorru lil hinn minn skali ta’ miri bħal dawn għandhom jiġu mħollija jsegwu dawk il-miri fl-interess ta’ livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali bil-kondizzjoni li miżuri ta’ din ix-xorta jevitaw disturbi fis-suq intern u ma jżommux lill-Istati Membri l-oħra milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva; billi l-Kummissjoni għandha tikkonferma miżuri bħal dawn wara verifikazzjoni xierqa;

Billi, mill-banda l-oħra, ċerti Stati Membri jistgħu jitħallew jadottaw miri aktar baxxi minħabba fiċ-ċirkostanzi speċifiċi f’dawk l-Istati Membri, bil-kondizzjoni li huma jiksbu l-mira minima għall-irkupru fit-temma taż-żmien stabbilita għall-Istati Membri kollha, u f’temma taż-żmien aktar tard il-miri stabbiliti għall-Istati Membri kollha;

Billi l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ jeħtieġ illi l-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta’ ritorn, ġbir u rkupru; billi sistemi bħal dawn għandhom jinfetħu għall-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha u għandhom jiġu ddisinjati b’mod illi jevitaw id-diskriminazzjoni kontra l-prodotti importati u l-ostakoli għall-kummerċ jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u li jiggarantixxu l-akbar ritorn possibbli ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ, skond it-Trattat;

Billi l-kwistjoni ta’ l-immarkar Komunitarju ta’ l-imballaġġ teħtieġ aktar studju, imma għandha tiġi deċiża mill-Komunità fil-futur qarib;

Billi, sabiex jitnaqqas l-impatt fuq l-ambjent ta’ l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ u galbiex jiġu evitati ostakoli għall-kummerċ u distorsjoni tal-kompetizzjoni, huwa meħtieġ ukoll li jiġu ddefiniti l-ħtiġiet essenzjali li jirregolaw il-kompożizzjoni u n-natura ta’ l-imballaġġ li jista’ jintuża mill-ġdid u li jista’ jiġi rkuprat (inkluż irriċiklat);

Billi l-preżenza fl-imballaġġ ta’ metalli u sustanzi oħra li jagħmlu l-ħsara għandha tiġi llimitata minħabba l-impatt tagħhom fuq l-ambjent (b’mod partikolari fid-dawl tal-preżenza mistennija tagħhom fl-emissjonijiet jew fl-irmied meta l-imballaġġ jiġi maħruq, jew fil-lissija meta l-imballaġġ jigi mirdum); billi huwa essenzjali, bħala l-ewwel pass lejn it-tnaqqis tat-tossiċità ta’ l-iskart mill-imballaġġ, illi titwaqqaf iż-żieda fl-imballaġġ ta’ metalli tqal li jagħmlu l-ħsara u li jiġi żgurat li sustanzi bħal dawn ma joħorgux fl-ambjent, b’eżenzjonijiet xierqa li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni f’każijiet speċifiċi taħt proċedura tal-Kumitat;

Billi, jekk għandu jintlaħaq livell għoli ta’ riċiklaġġ u jiġu evitati problemi ta’ saħħa u ta’ sigurtà minn dawk impjegati biex jiġbru u jipproċessaw l-iskart mill-imballaġġ, huwa essenzjali li skart ta’ din ix-xorta jiġi magħżul fis-sorsi;

Billi l-ħtiġiet għall-fabbrikar ta’ l-imballaġġ m’għandhomx jgħoddu għall-imballaġġ użat għal prodotti specifikati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva; billi perijodu ta’ transizzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ l-imballaġġ huwa meħtieġ ukoll;

Billi l-għażla ta’ l-aħjar mument għad-dispożizzjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta’ l-imballaġġ li jilħaq il-ħtiġiet essenzjali kollha għandha tqis il-fatt li standards Ewropej qed jiġu ppreparati mill-korp kompetenti ta’ l-istandardizzazzjoni; billi, madanakollu, id-dispożizzjonijiet dwar il-mezzi tal-prova tal-konformità ta’ l-istandards nazzjonali għandhom japplikaw bla dewmien;

Billi l-preparazzjoni ta’ l-istandards Ewropej għall-ħtiġiet essenzjali u għal punti oħra li għandhom x’jaqsmu magħhom għandha tiġi inkoraggita;

Billi l-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva jimplikaw l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ l-irkupru u r-riċiklaġġ u ta’ swieq għall-materjali ta’ l-imballaġġ riċiklati;

Billi l-inklużjoni ta’ materjal riċiklat fl-imballaġġ m’għandux imur kontra d-dispożizzjonijiet relevanti dwar l-iġjene, is-saħħa, u s-sigurtà tal-konsumatur;

Billi informazzjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ mill-Komunità kollha hija meħtieġa sabiex tigi mmonitorjata l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva;

Billi huwa essenzjali li dawk kollha involuti fil-produzzjoni, l-użu, l-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti ta’ l-imballaġġ u l-prodotti imballati jsiru aktar konxji ta’ l-ammont ta’ imballaġġ illi jsir skart, u li skond il-prinċipju li min iniġġeż iħallas jaċċettaw ir-responsabbiltà għal dan l-iskart; billi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva għandhom jinvolvu u jeħtieġu l-koperazzjoni mill-qrib tal-imsieħba kollha, fejn xieraq, fl-ispirtu ta’ responsabbiltà komuni;

Billi l-konsumaturi għandhom funzjoni essenzjali fl-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ u għalhekk għandhom jingħataw biżżejjed tagħrif sabiex jaddattaw l-imġieba u l-attitudnijiet tagħhom;

Billi l-inklużjoni ta’ kapitolu speċifiku dwar l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ fil-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart meħtieġa mid-Direttiva 75/442/KEE tikkontribbwixxi għall-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-Direttiva;

Billi, sabiex tiġi mħaffa l-kisba ta’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jista’ jkun xieraq li l-Komunità u l-Istati Membri jużaw strumenti ekonomiċi skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, sabiex jiġu evitati forom ġodda ta’ protezzjoniżmu;

Billi l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tistabbilixxi l-proċedura għall-provvediment tat-tagħrif fil-qasam ta’ l-istandards u tar-regolamenti tekniċi ( 7 ), jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozz ta’ kull miżura li għandhom il-ħsieb li jadottaw qabel ma jadottawha, sabiex ikun jista’ jiġi stabbilit jekk tikkonformax mad-Direttiva jew le;

Billi l-addattament għall-progress xjentifiku u teknoloġiku tas-sistema ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-imballaġġ u l-formati li għandhom x’jaqsmu mas-sistema tad-database għandhom jiġu żgurati mill-Kummissjoni bi proċedura ta’ kumitat;

Billi jeħtieġ li jiġu pprovduti miżuri speċifiċi li għandhom jittieħdu sabiex tingħeleb kull diffikultà li tinqala’ fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva bi qbil ma’, fejn xieraq, l-istess proċedura tal-kumitat,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

Għanijiet

1.  Din id-Direttiva għandha bħala għan l-armonizzazzjoni tal-miżuri nazzjonali li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ sabiex, min-naħa l-waħda, ma jkun hemm l-ebda impatt minn dawn fuq l-ambjent ta’ l-ebda Stat Membru jew ta’ terzi pajjiżi jew sabiex jitnaqqas l-impatt, biex b’hekk jiġi pprovdut livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, u sabiex, min-naħa l-oħra, tiġi żgurata l-funzjoni tas-suq intern u jiġu evitati t-tfixkil tal-kummerċ u distorsjonijiet u restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni fil-Komunità.

2.  Għal dan il-għan din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati, bħala l-ewwel prijorità, lejn it-twaqqif tal-produzzjoni ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, bħala prinċipji fundamentali addizzjonali, lejn l-użu mill-ġdid ta’ l-imballaġġ, lejn ir-riċiklaġġ u lejn forom oħra ta’ l-irkupru ta’ l-iskart mill-imballaġġ u, b’hekk lejn it-tnaqqis tal-qerda finali ta’ dan l-iskart.

L-Artikolu 2

Il-kamp ta’ l-applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva tkopri l-imballaġġ kollu mqiegħed fis-suq tal-Komunità u l-iskart mill-imballaġġ kollu, kemm jekk jigi użat kemm jekk jinħareg fil-livell ta’ l-industrija, tal-kummerċ, ta’ l-uffiċini, tal-ħwienet, ta’ xi servizzi, domestiku jew ta’ xi livell ieħor, ikun xi jkun il-materjal użat.

2.  Din id-Direttiva għandha tgħodd mingħajr preġudizzju għal ħtiġiet eżistenti tal-kwalità għall-imballaġġ bħalma huma dawk li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà, mal-protezzjoni tas-saħħa u ma’ l-iġjene tal-prodotti imballati jew għal ħtiġiet eżistenti tat-trasport jew għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar l-iskart perikoluż ( 8 ).

L-Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva

1. “l-imballaġġ” għandu jfisser il-prodotti kollha magħmula minn kull materjal tkun xi tkun in-natura tiegħu sabiex jintużaw għaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġjar, it-twassil u l-preżentazzjoni tal-merkanzija, minn materja prima sa prodotti pproċessati, mill-produttur sa l-utent jew il-konsumatur. Il-prodotti li mhumiex maħsubin sabiex jerġgħu jinġabru li jiġu wżati għall-istess skopijiet għandhom jitqiesu bħala imballaġġ ukoll.

“L-imballaġġ” jikkonsisti biss fi-:

(a) imballaġġ għall-bejgħ jew imballaġġ primarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi unità ta’ bejgħ lill-utent jew lill-konsumatur finali fil-post fejn jinxtara;

(b) imballaġġ ta’ prodotti fi gruppi jew imballaġġ sekondarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jikkostitwixxi fil-post fejn jinxtara gruppi ta’ ċertu numru ta’ unitajiet tal-bejgħ kemm jekk dawn ta’ l-aħħar jiġu mibjugħa b’dan il-mod lill-utent jew lill-konsumatur finali kemm jekk iservu biss bħala mezz biex jimtlew l-ixkafef fil-post tal-bejgħ; jista’ jitneħħa mill-prodott mingħajr ma jaffettwa l-karatteristiċi tiegħu;

(ċ) imballaġġ għat-trasport jew imballaġġ terzjarju, jiġifieri l-imballaġġ maħsub sabiex jiġu mħeffa l-immaniġġjar u t-trasport ta’ numru ta’ unitajiet tal-bejgħ jew imballaġġ ta’ prodotti fi gruppi sabiex ma ssirx ħsara mill-immaniġġjar fiżiku u waqt it-trasport. L-imballaġġ tat-trasport ma jinkludix il-kontejners li jinġarru fuq il-vetturi ta’ l-art, fuq il-ferrovija, fuq il-bastimenti jew fuq l-ajruplani.

Id-definizzjoni ta' “ippakkjar” għandha tiġi bażata wkoll fuq il-kriterji stabbiliti hawn taħt. L-oġġetti msemmija f'Anness I huma eżempji illustrati ta' l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji.

(i) L-oġġetti għandhom jiġu konsidrati bħala ippakkjar jekk jaderixxu mad-definizzjoni hawn fuq imsemmija mingħajr preġudizzju għall-funzjonijiet oħra li jista' jagħmel l-ippakkjar, kemm-il darba l-oġġett mhux parti integrali ta' prodott u huwa neċessarju li dak il-prodott jinżamm, jiġi sostnut jew priservat fit-tul taż-żmien tiegħu u l-elementi kollha huma intiżi li jintużaw, jiġu ikkonsmati jew mormija flimkien.

(ii) L-oġġetti mfassla u ntiżi biex jimtlew fil-ħin tal-bejgħ tagħhom u l-oġġetti li ma jerġgħux jintużaw li jkunu mibjugħa, mimlija jew mfassla u intiżi biex jimtlew fil-ħin tal-bejgħ tagħhom għandhom jiġu ikkonsidrati bħala ippakkjar sakemm jaderixxu mal-funzjoni ta' ippakkjar.

(iii) Komponenti ta' l-ippakkjar u elementi anċillari integrati fl-ippakkjar għandhom jiġu konsidrati bħala parti mill-ippakkjar li huma mdaħħla fih. L-elementi anċillari mdendla direttament fuq, jew imwaħħla mal-prodott u li jwettqu funzjoni ta' l-ippakkjar għandhom jiġu konsidrati bħala ippakkjar kemm-il darba m'humiex parti integrali ta' dan il-prodott u l-elementi kollha huma intiżi biex jiġu konsmati u mormija flimkien.

Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, teżamina u, fejn meħtieġ, tirrevedi l-eżempji illustrattivi dwar id-definizzjoni ta' imballaġġ mogħtija fl-Anness I. L-oġġetti li ġejjin għandhom jiġu indirizzati bħala prijorità: kaxxi tas-CD u l-vidjo, qsari, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli, karta approprjata għal tikketti bi twaħħil proprju u karti għat-tgeżwir. Billi dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3);

▼M6

1a. “plastik” għandha tfisser polimer fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), li miegħu jistgħu jkunu żdiedu addittivi jew sustanzi oħra, u li kapaċi jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-basktijiet;

1b. “basktijiet tal-plastik” għandha tfisser basktijiet bil- jew mingħajr widna, magħmula mill-plastik, li huma fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ ta' oġġetti jew prodotti;

1c. “basktijiet tal-plastik ħfief” għandha tfisser basktijiet tal-plastik […] bi ħxuna ta' inqas minn 50 mikroni […];

1d. “basktijiet tal-plastik ħfief ħafna” għandha tfisser basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 15 mikroni u li huma meħtieġa għal skopijiet ta' iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ primarju għal ikel sfuż meta dan jgħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel;

1e. “basktijiet tal-plastik ossodegradabbli” għandha tfisser basktijiet tal-plastik magħmula minn materjali tal-plastik li jinkludu addittivi li jikkatalizzaw il-frammentazzjoni tal-materjal tal-plastik f'mikroframmenti;

▼B

2. “l-iskart mill-imballaġġ” għandu jfisser kull imballaġġ jew materjal ta’ l-imballaġġ li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ l-iskart fid-Direttiva 75/442/KEE, minbarra l-fdalijiet tal-produzzjoni;

3. “l-immaniġġjar ta’ l-iskart ta’ l-imballaġġ” għandu jfisser l-immaniġġjar ta’ l-iskart kif definit fid-Direttiva 75/442/KEE;

4. “il-prevenzjoni” għandha tfisser it-tnaqqis fil-kwantità u fil-ħsara għall-ambjent:

 tal-materjali u s-sustanzi li jinsabu fl-imballaġġ u fl-iskart mill-imballaġġ,

 ta’ l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ fil-livell tal-proċess tal-produzzjoni u fl-istadji tat-tħejjija għas-suq, tat-tqassim, ta’ l-utilizzazzjoni u ta’ l-eliminazzjoni,

b’mod partikolari permezz ta’ l-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġija “nodfa”;

5. “l-użu mill-ġdid” għandu jfisser kull operazzjoni li permezz tagħha l-imballaġġ, li jkun ġie maħsub u ddisinjat sabiex iwettaq fiċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu numru minimu ta’ vjaġġi jew rotazzjonijiet, jiġi mimli mill-ġdid jew użat għall-istess skop li għalih kien ġie maħsub, bl-appoġġ jew mingħajru ta’ prodotti awżiljari preżenti fis-suq li jgħinu sabiex il-prodott jerġa’ jimtela; imballaġġ użat mill-ġdid bħal dan isir skart ta’ l-imballaġġ meta ma jistax jerġa’ jintuża;

6. “l-irkupru” għandu jfisser kull operazzjoni applikabbli pprovduta fl-Anness II.B tad-Direttiva 75/442/KEE;

7. “ir-riċiklaġġ” għandu jfisser il-proċessar mill-ġdid fi proċess tal-produzzjoni tal-materjali ta’ l-iskart għall-iskopijiet oriġinali jew għal skopijiet oħra inkluż ir-riċiklaġġ organiku imma minbarra l-irkupru ta’ l-enerġija;

8. “l-irkupru ta’ l-enerġija” għandu jfisser l-użu ta’ l-iskart mill-imballaġġ li jieħu n-nar bħala mezz sabiex tiġi ġġenerata l-enerġija permezz ta’ ħruq dirett flimkien ma’, jew mingħajr, skart ieħor imma bl-irkupru tas-sħana;

9. “ir-riċiklaġġ organiku” għandu jfisser it-trattament erobiku (kompostjar) jew anerobiku (bijometanizzar), taħt kondizzjonijiet kontrollati u bl-użu ta’ mikro-organiżmi, tal-partijiet bijodegradabbli ta’ l-iskart mill-imballaġġ, li jipproduċu residwi organiċi stabblizzati jew metanu. L-irdim m’għandux jitqies bħala forma ta’ riċiklaġġ organiku;

10. “qerda” għandha tfisser kull operazzjoni applikabbli pprovduta fl-Anness II.A tad-Direttiva 75/442/KEE;

11. “l-operaturi ekonomiċi” fir-rigward ta’ l-imballaġġ għandhom ifissru l-fornituri tal-materjali ta’ l-imballaġġ, il-produtturi ta’ l-imballaġġ u dawk li jimlew l-imballaġġ u l-utenti, l-importaturi, in-negozjanti u d-distributuri, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet statutorji;

12. “ftehim volontarju” għandu jfisser il-ftehim formali milħuq bejn l-awtoritajiet kompetenti pubbliċi ta’ l-Istati Membri u s-setturi ekonomiċi interessati, li jrid ikun miftuħ għall-imsieħba kollha li jixtiequ jilħqu l-kondizzjonijiet tal-ftehim fil-ħsieb li jaħdmu ghall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

▼M2

L-Artikolu 4

Prevenzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, flimkien mal-miżuri li jipprevenu l-ħolqien ta' l-iskart ta' l-ippakkjar stabbiliti skond l-Artikolu 9, jimplimentaw miżuri oħra preventivi.

Dawn il-miżuri differenti jistgħu jikkonsistu fi programmi nazzjonali, proġetti li jintroduċu r-responsabbilità tal-produttur biex inaqqas l-impatt ambjentali ta' l-ippakkjar u azzjonijiet simili adottati, b'konsultazzjoni jekk approprjat ma' operaturi ekonomiċi, u mfassla biex jgħaqqdu u jittieħed gwadann mill-ħafna inizjattivi li l-Istati Membri jieħdu rigward il-prevenzjoni. Dawn għandhom ikunu konformi ma' l-għanijiet ta' din id-Direttiva kif imsemmija fl-Artikolu 1(1).

▼M6

1a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief fit-territorju tagħhom […].

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta' miri ta' tnaqqis nazzjonali, li jżommu jew jintroduċu strumenti ekonomiċi kif ukoll restrizzjonijiet kummerċjali b'deroga mill-Artikolu 18, dment li dawn ir-restrizzjonijiet ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji.

Tali miżuri jistgħu jvarjaw skont l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta dawn jiġu rkuprati jew mormija, il-proprjetajiet ta' kompostjar tagħhom, it-tul ta' żmien jew l-użu maħsub speċifiku.

Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għandhom jinkludu waħda minn jew it-tnejn li ġejjin:

(a) l-adozzjoni ta' miżuri li jiżguraw li l-livell ta' konsum annwali ma jeċċedix 90 basket tal-plastik ħfief kull persuna sal-31 ta' Diċembru 2019 u 40 basket tal-plastik ħfief kull persuna sal-31 ta' Diċembru 2025, jew miri ekwivalenti stabbiliti bil-piż. Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jistgħu jiġu esklużi minn objettivi nazzjonali tal-konsum;

(b) l-adozzjoni ta' strumenti li jiżguraw li, sal-31 ta' Diċembru 2018, il-basktijiet tal-plastik ħfief ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti jew tal-prodotti, ħlief jekk jiġu implimentati strumenti effettivi b'mod ekwivalenti. Il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jistgħu jiġu esklużi minn dawn il-miżuri.

Mis-27 ta' Mejju 2018 l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar il-konsum annwali ta' basktijiet tal-plastik ħfief meta jipprovdu dejta lill-Kummissjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ f'konformità mal-Artikolu 12.

Sas-27 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-konsum annwali ta' basktijiet tal-plastik ħfief kull persuna u li jadatta l-formati adottati taħt l-Artikolu 12(3). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).

1b.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri bħal strumenti ekonomiċi u miri ta' tnaqqis nazzjonali, fir-rigward ta' kwalunkwe tip ta' basket tal-plastik, irrispettivament mill-ħxuna tagħhom.

1c.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, tal-inqas matul l-ewwel sena wara s-27 ta' Novembru 2016, jinkoraġġixxu b'mod attiv kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni pubbliċi dwar l-impatt ambjentali negattiv tal-użu eċċessiv ta' basktijiet tal-plastik ħfief.

▼M2

2.  Il-Kummissjoni għandha tgħin fil-promozzjoni tal-prevenzjoni billi tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' standards adattati Ewropej, skond l-Artikolu 10. L-istandards għandhom jimmiraw biex inaqqsu l-impatt ambjentali ta' l-ippakkjar skond l-Artikoli 9 u 10.

3.  Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tippreżenta proposti għall-miżuri biex issaħħaħ u tikkumplimenta l-infurzar tal-ħtiġiet essenzali u tassigura li l-ippakkjar ġdid jidħol fis-suq biss meta l-produttur ikun ħa l-miżuri kollha neċessarji biex inaqqas l-impatt ambjentali mingħajr ma jikkomprometti l-funzjonijiet essenzali ta' l-ippakkjar.

▼B

L-Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu sistemi ta’ użu mill-ġdid ta’ l-imballaġġ, li jista’ jintuża mill-ġdid b’mod li jħares l-ambjent, f’konformità mat-Trattat.

▼M2

L-Artikolu 6

Irkuprar u riċiklaġġ

1.  Biex ikunu konformi mal-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu l-miri li ġejjin li jkopru t-territorju kollu tagħhom:

(a) mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001 bejn 50 % bħala minimu u 65 % bħala massimu bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi rkuprat jew maħruq f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;

(b) mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 mill-inqas 60 % bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi rkuprat jew maħruq f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;

(ċ) mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001 bejn 25 % bħala minimu u 45 % bħala massimu bl-użin tat-total tal-materjali ta' l-ippakkjar li jkunu fl-iskart ta' l-ippakkjar għandhom jiġu riċiklati b'minimu ta' 15 % bl-użin għal kull materjal ta' l-ippakkjar;

(d) mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 bejn 55 % bħala minimu u 80 % bħala massimu bl-użin ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għandu jiġi riċiklat;

(e) mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008 il-miri minimi li ġejjin għar-riċiklaġġ tal-materjali misjuba fl-iskart ta' l-ippakkjar għandhom jiġu miksuba:

(i) 60 % bl-użin għall-ħġieġ;

(ii) 60 % bl-użin għall-karta u għat-tavla;

(iii) 50 % bl-użin għall-metalli;

(iv) 22,5 % bl-użin għall-plastik, waqt li jiġi mgħoddi biss il-materjal riċiklat lura għall-plastik;

(v) 15 % bl-użin għall-injam.

2.  L-iskart ta' l-ippakkjar li jiġi esportat barra l-Komunità skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ( 10 ), (KE) Nru 1420/1999 ( 11 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 ( 12 ), għandu jgħodd biss għat-twettieq ta' l-obbligi u l-miri tal-paragrafu 1 jekk ikun hemm prova biżżejjed li l-operazzjoni ta' l-irkuprar u/jew ta' riċiklaġġ tkun saret taħt kondizzjonijiet simili ħafna għal dawk preskritti mill-leġislazzjoni tal-Komunità fuq din il-materja.

3.  L-Istati Membri għandhom, fejn approprjat, jinkoraġġixxu l-irkuprar ta' enerġija, fejn dan ikun preferut aktar mir-riċiklaġġ tal-materjal minħabba raġunijiet kemm ambjentali kif ukoll ta' spejjes u benefiċċji. Dan jista' jsir billi jiġi ikkonsidrat marġini suffiċjenti bejn ir-riċiklaġġ nazzjonali u l-miri ta' rkuprar.

4.  L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jinkoraġġixxu l-użu ta' materjal miksub mir-riċiklaġġ ta' l-iskart ta' l-ippakkjar għall-manifattura ta' l-ippakkjar u prodotti oħra billi:

(a) jtejbu l-kondizzjonijiet tas-suq għal dawn il-materjali;

(b) jirrevedu r-regolamenti eżistenti li jipprevenu l-użu ta' dawn il-materjali.

5.  Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, waqt li jaġixxu permezz ta' maġġoranza kwalifikata u fuq proposta tal-Kummissjoni, jiffissaw il-miri għat-tielet fażi ta' ħames snin mill-2009 sa l-2014, ibbażati fuq l-esperjenza prattika miksuba fl-Istati Membri fl-isforz biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-iskoperti tar-riċerka xjentifika u l-metodi ta' teknika ta' evalwazzjoni bħall-istimi dwar iċ-ċiklu tal-ħajja u l-analiżi dwar l-ispejjes u l-benefiċċji.

Dan il-proċess għandu jiġi ripetut kull ħames snin.

6.  Il-miżuri u l-miri msemmija fil-paragrafu1 għandhom jiġu pubblikati mill-Istati Membri u għandhom ikunu s-suġġett ta' kampanja ta' informazzjoni għall-pubbliku ġenerali u għall-operaturi ekonomiċi.

7.  Il-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall jistgħu, minħabba s-sitwazzjonijiet speċifiċi tagħhom, li huma rispettivament in-numru kbir ta' gżejjer ċkejkna, il-preżenza ta' żoni rurali u muntanjużi u l-livell baxx preżenti ta' konsum ta' l-ippakkjar, jiddeċiedu biex:

(a) jilħqu, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2001, miri aktar baxxi minn dawk stabbiliti fil-paragrafi 1(a) u (ċ), imma għandhom jilħqu bħala minimu 25 % għall-irkuprar jew l-inċinerazzjoni f'fabbriki għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart bl-irkuprar ta' l-enerġija;

(b) fl-istess żmien jipposponu l-kisba tal-miri tal-paragrafi 1(a) u (ċ) għal terminu perentorju li jkun aktar tard li iżda m'għandux ikun aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005;

(ċ) jipposponu l-kisba tal-miri msemmija fil-paragrafi 1(b), (d) u (e) sa data magħżula minnhom stess li ma tkunx aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.

8.  Il-Kummissjoni għandha, mill-aktar fis possibli u mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq il-progress ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u l-impatt tagħha fuq l-ambjent, kif ukoll fuq it-tħaddim tas-suq intern. Ir-rapport għandu jieħu in- konsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi individwali f'kull Stat Membru:

(a) evalwazzjoni ta' l-effettività, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-ħtiġiet essenzali;

(b) miżuri ta' prevenzjoni oħra biex jitnaqqas kemm jista' jkun possibli l-impatt ambjentali ta' l-ippakkjar mingħajr ma jiġu kompromessi l-funzjonijiet essenzali;

(ċ) l-iżvilupp possibbli ta' indikatur ambjentali dwar l-ippakkjar biex jagħmel il-prevenzjoni ta' l-iskart ta' l-ippakkjar sempliċi u aktar effettiv;

(d) pjani għall-prevenzjoni ta' l-iskart ta' l-ippakkjar;

(e) appoġġ għall-użu mill-ġdid u, b'mod partikolari, tqabbil ta' l-ispejjes u l-benefiċċji ta' l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;

(f) ir-responsabbilità tal-produttur inkluż l-aspetti finanzjarji;

(g) sforzi biex jitnaqqsu aktar u, jekk xieraq, fl-aħħar jitneħħew metalli tqal u sustanzi oħra perikolużi fl-ippakkjar sa l-2010.

Dan ir-rapport għandu, kif inhu xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma' din id-Direttiva, kemm-il darba dawn il-proposti sa dak iż-żmien ma jkunux ġew ippreżentati.

9.  Ir-rapport għandu jindirizza l-kwistjonijiet tal-paragrafu 8 kif ukoll kwistjonijiet oħra relevanti fil-qafas ta' l-elementi differenti tas-Sitt Programm ta' Azzjoni fuq l-Ambjent, b'mod partikolari l-istrateġija tematika fuq ir-riċiklaġġ u l-istrateġija tematika fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif xieraq, jinkoraġġixxu studji u proġetti bi prova li jikkonċernaw il-punti 8(b), (ċ), (d), (e) and (f) u strumenti oħra preventivi.

10.  L-Istati Membri li għamlu, jew ser jagħmlu, programmi li jmorru ‘l-hinn mill-miri ta' paragrafu 1 u li jipprovdu f'dak ir-rigward kapaċitajiet xierqa għar-riċiklaġġ u għall-irkuprar għandhom jingħataw permess biex jilħqu dawk il-miri fl-interess tal-livell għoli tal-protezzjoni ambjentali, bil-kondizzjoni li dawn il-miżuri jevitaw distorsjonijiet fis-suq intern u ma jtellfux il-konformità ta' Stati Membri oħra ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dawn il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tikkonferma dawn il-miżuri, wara li tkun ivverifikat, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, li huma konsistenti mal-konsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq u ma jinkludux mezzi arbitrarji ta' diskriminazzjoni jew xi restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

▼M3

11.  L-Istati Membri li aderew ma' l-Unjoni Ewropea bis-saħħa tat-Trattat ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 jistgħu jipposponu il-kisba tal-miri msemmija fil-paragrafu 1 il-punti (b), (d) u (e) sa data ta' l-għażla tagħhom li m'għandhiex tkun aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 għar-Repubblika ċeka, l-Estonja, ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, is-Slovenja u s-Slovakkja; il-31 ta' Diċembru 2013 għal Malta; il-31 ta' Diċembru 2014 għal-Polonja; u l-31 ta' Diċembru 2015 għal-Latvja.

▼B

L-Artikolu 7

Is-sistemi tar-ritorn, tal-ġbir u ta’ l-irkupru

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi biex jipprovdu:

(a) għar-ritorn u/jew għall-ġbir ta’ l-imballaġġ użat u/jew l-iskart mill-imballaġġ mingħand il-konsumatur, utent finali ieħor, jew mill-gabra finali ta’ l-iskart sabiex jiġi mgħoddi lis-sistemi alternattivi ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart l-aktar addattati;

(b) għall-użu mill-ġdid jew għall-irkupru inkluż ir-riċiklaġġ ta’ l-imballaġġ u/jew l-iskart mill-imballaġġ miġbur,

sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva.

Dawn is-sistemi għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ l-operaturi ekonomiċ tas-setturi interessati u għall-parteċipazzjoni ta’ l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti. Għandhom jgħoddu wkoll għall-prodotti importati, taħt kondizzjonijiet mhux diskriminatorji, inklużi l-arranġamenti dettaljati u kull tariffa imposta għall-aċċess għas-sistemi, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw xkiel għall-kummerċ jew distorsjoni tal-kompetizzjoni f’konformità mat-Trattat.

2.  Il-miżuri riferiti fil-paragrafu 1 għandhom jiffurmaw parti mill-politika li tkopri l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ kollu u għandhom iqisu, b’mod partikolari, il-ħtiġiet tal-protezzjoni tas-saħħa ambjentali u tal-konsumatur, tas-sigurtà u ta’ l-iġjene; il-protezzjoni tal-kwalità, ta’ l-awtentiċità u l-karatteristiċi tekniċi tal-merkanzija imballata u tal-materjali użati; u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali u kummerċjali.

L-Artikolu 8

Is-sistema ta’ l-immarkar u ta’ l-identifikazzjoni

1.  Il-Kunsill għandu, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bit-Trattat, jiddeċiedi fuq l-immarkar ta’ l-imballaġġ mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

▼M2

2.  Biex jiffaċilita l-ġbir, l-użu mill-ġdid u l-irkuprar inkluż ir-riċiklaġġ, l-ippakkjar għandu jindika għall-iskopijiet tiegħu ta' identifikazzjoni u klassifikazzjoni bl-industrija konċernata n-natura tal-materjal(i) użat(i) għall-ippakkjar fuq bażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/129/KE ( 13 ).

▼B

3.  L-imballaġġ għandu jġorr l-immarkar addattat fuq l-imballaġġ innifsu jew fuq it-tikketta. Għandu jkun jidher ċar u jinqara bil-ħeffa. L-immarkar għandu jkun jiflaħ għall-istrapazz u jservi kif suppost, inkluż meta jinfetaħ l-imballaġġ.

▼M6

Artikolu 8a

Miżuri speċifiċi għal basktijiet tal-plastik bijodegradabbli u kompostabbli

Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tat-tikketti jew il-marki biex jiġi żgurat rikonoxximent fl-Unjoni kollha tal-basktijiet tal-plastik bijodegradabbli jew kompostabbli u biex il-konsumaturi jiġu pprovduti b'informazzjoni korretta dwar il-proprjetajiet ta' kompostjar ta' dawn il-basktijiet. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).

Mhux iktar tard minn tmintax-il xahar wara l-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li basktijiet tal-plastik bijodegradabbli jew kompostabbli jkunu ttikkettjati skont l-ispeċifikazzjonijiet provduti f'dak l-att ta' implimentazzjoni.

▼B

L-Artikolu 9

Il-ħtiġiet essenzjali

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-imballaġġ ikun jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk jikkonforma mal-ħtiġiet essenzjali kollha definiti f’din id-Direttiva inkluż l-Anness II.

2.  L-Istati Membri għandhom, mid-data stabbilita fl-Artikolu 22(1), jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali kollha stabbiliti f’din id-Direttiva inkluż fl-Anness II fil-każ ta’ l-imballaġġ li jikkonforma:

(a) ma’ l-istandards armonizzati relevanti, li n-numri tar-referenza tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw in-numri tar-referenza ta’ l-istandards nazzjonali li jittrasponu dawn l-istandards armonizzati;

(b) ma’ l-istandards nazzjonali relevanti riferiti fil-paragrafu 3 sakemm, fl-oqsma koperti b’dawn l-istandards, l-ebda standards armonizzati ma jeżistu.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ l-istandards nazzjonali tagħhom, riferiti fil-paragrafu 2(b), li jidhrilhom illi jikkonformaw mal-ħtiġiet riferiti f’dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn it-testijiet mill-aktar fis lill-Istati Membri l-oħra.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta’ dawn l-istandards. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

4.  Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkonsidraw li l-istandards riferiti fil-paragrafu 2 ma jilħqux għal kollox il-ħtiġiet essenzjali riferiti fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru interessat għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 83/189/KEE u jagħti r-raġunijiet għaliha. Dan il-Kumitat għandu jaghti opinjoni mingħajr dewmien.

Fid-dawl ta’ l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri jekk ikunx meħtieġ illi jiġu rtirati dawk l-istandards mill-pubblikazzjonijiet riferiti fil-paragrafi 2 u 3.

L-Artikolu 10

L-istandardizzazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tmexxi ’l quddiem, kif xieraq, il-preparazzjoni ta’ standards Ewropej li għandhom x’jaqsmu mal-ħtiġiet essenzjali riferiti fl-Anness II.

Il-Kummissjoni għandha tmexxi ’l quddiem, b’mod partikolari, il-preparazzjoni ta’ standards Ewropej li għandhom x’jaqsmu ma’:

 il-kriterji u l-metodoloġiji għall-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ l-imballaġġ,

 il-metodi biex tiġi mkejla u vverifikata l-preżenza ta’ metalli tqal u sustanzi oħra ta’ periklu fl-imballaġġ u l-ħruġ tagħhom mill-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ għal ġo l-ambjent,

 il-kriterji għall-kontenut minimu ta’ materjal riċiklat fl-imballaġġ għat-tipi addattati ta’ l-imballaġġ,

 il-kriterji għall-metodi tar-riċiklaġġ,

 il-kriterji għall-metodi tal-kompostjar u l-kompost prodott,

 il-kriterji għall-immarkar ta’ l-imballaġġ.

L-Artikolu 11

Il-livelli tal-konċentrazzjoni tal-metalli tqal preżenti fl-imballaġġ

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi s-somma tal-livelli tal-konċentrazzjoni tac-ċomb, tal-kadmju, tal-merkurju, u tal-kromju eksavalenti preżenti fl-imballaġġ jew fil-komponenti ta’ l-imballaġġ m’għandhomx jaqbżu dak li ġej:

 600 ppm skond il-piż sentejn wara d-data riferita fl-Artikolu 22(i);

 250 ppm skond il-piż tliet snin wara d-data riferita fl-Artikolu 22(i);

 100 ppm skond il-piż ħames snin wara d-data riferita fl-Artikolu 22(i).

2.  Il-livelli tal-konċentrazzjoni riferiti fil-paragrafu 1 m’għandhomx jgħoddu għall-imballaġġ magħmul kollu kemm hu mill-ħġieġ tal-kristall biċ-ċomb definit fid-Direttiva 69/493/KEE ( 14 ).

▼M4

3.  Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom il-livelli tal- konċentrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma japplikawx għall-materjali riċiklati u għaċ-ċirkwiti tal-prodotti li jkunu f'katina magħluqa jew kontrollata, kif ukoll it-tipi ta' imballaġġ li huma eżenti mir-rekwiżiti msemmija fit-tielet inċiż tal-paragrafu 1.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).

▼B

L-Artikolu 12

Is-sistemi ta’ l-informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi d-databases fuq l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ jiġu mibnija, fejn mhux diġà jeżistu, fuq bażi armonizzata sabiex jgħinu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fil-monitorjar ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva.

2.  Għal dan il-għan, id-databases għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-kobor, il-karatteristiċi u l-evoluzzjoni taċ-ċirkolazzjoni ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ (inkluża l-informazzjoni dwar it-tossiċità jew il-periklu tal-materjali ta’ l-imballaġġ u l-komponenti użati għall-fabbrikazzjoni tagħhom) fil-livell ta’ l-Istati Membri individwali.

▼M4

3.  Sabiex jiġu armonizzati l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tad-data provduta u biex id-data tal-Istati Membri ssir kompatibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data disponibbli tagħhom f'formati li għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-Anness III, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).

▼B

4.  Meta jipprovdu informazzjoni ddettaljata l-Istati Membri għandhom iqisu l-problemi partikolari ta’ l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju.

5.  L-informazzjoni miksuba għandha tingħata mar-rapporti nazzjonali riferiti fl-Artikolu 17 u għandha tiġi aġġornata fir-rapporti sossegwenti.

6.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-operaturi kollha involuti jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha dwar is-settur tagħhom kif meħtieġ f’dan l-Artikolu.

L-Artikolu 13

Tagħrif għall-utenti ta’ l-imballaġġ

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, fi żmien sentejn mid-data riferita fl-Artikolu 22(1), biex jiżguraw illi l-utenti ta’ l-imballaġġ, inklużi b’mod partikolari l-konsumaturi, jiksbu t-tagħrif meħtieġ dwar:

 is-sistemi tar-ritorn, tal-ġbir u ta’ l-irkupru disponibbli għalihom,

 ir-rwol tagħhom fil-kontribuzzjoni lejn l-użu mill-ġdid, l-irkupru u r-riċiklaġġ ta’ l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ,

 it-tifsira ta’ l-immarkar fuq l-imballaġġ li jkun fis-suq,

 l-elementi li jgħoddu tal-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ riferiti fl-Artikolu 14.

▼M2

L-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll l-informazzjoni għall-konsumatur u l-kampanji li jqajmu kuxjenza.

▼B

L-Artikolu 14

Il-pjanijiet għall-immaniġġjar

Filwaqt li jsegwu l-għanijiet u l-miżuri riferiti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjanijiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart meħtieġa skond l-Artikolu 17 tad-Direttiva 75/442/KEE, kapitolu speċifiku dwar l-immaniġġjar ta’ l-imballaġġ u ta’ l-iskart mill-imballaġġ, inklużi l-miżuri meħuda skond l-Artikoli 4 u 5.

L-Artikolu 15

L-istrumenti ekonomiċi

Waqt li jaġixxi fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, il-Kunsill jadotta strumenti ekonomiċi biex imexxi ’l quddiem l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva. Fin-nuqqas ta’ miżuri bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jimplimentaw dawn l-għanijiet, skond il-prinċipji li jirregolaw il-politika ambjentali tal-Komunità, fost ħwejjeġ oħra, il-prinċipju li min iniġġeż iħallas, u l-obbligazzjonijiet taħt it-Trattat.

L-Artikolu 16

In-notifikazzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 83/189/KEE, qabel ma jadottaw miżuri bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tal-miżuri li jkunu bi ħsiebhom jadottaw fil-qafas ta’ din id-Direttiva, minbarra l-miżuri ta’ natura fiskali, iżda inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi magħquda ma’ miżuri fiskali li jinkoraġġixxu l-konformità ma’ speċifikazzjonijiet tekniċi bħal dawn, sabiex jippermettu lil din ta’ l-aħħar illi teżaminahom fid-dawl tad-dispożizzjonijiet eżistenti filwaqt li ssegwi f’kull każ il-proċedura taħt id-Direttiva msemmija fuq.

2.  Jekk il-miżura proposta hija wkoll kwistjoni teknika fit-tifsira tad-Direttiva 83/189/KEE, l-Istat Membru interessat jista’ jindika, waqt li jsegwi l-proċeduri tan-notifika riferiti f’din id-Direttiva, li n-notifikazzjoni hija valida wkoll għad-Direttiva 83/189/KEE.

L-Artikolu 17

L-obbligu li jsir rapport

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza r-rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent ( 15 ). L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu 1995 sa 1997.

L-Artikolu 18

Il-libertà tat-tqegħid fis-suq

L-Istati Membri m’għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq tat-territorju tagħhom ta’ l-imballaġġ li jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

▼M4

Artikolu 19

Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku

1.  L-emendi meħtieġa għall-adattament tal-progress xjentifiku u tekniku tas-sistema ta' identifikazzjoni (kif imsemmija fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10, it-tieni paragrafu, l-aħħar inċiż) u tal-formati relatati mas-sistema tad-database (kif imsemmija fl-Artikolu 12(3) u l-Anness III) għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa biex l-eżempji illustrattivi għad-definizzjoni ta' imballaġġ (kif imsemmija fl-Anness I) jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).

▼B

L-Artikolu 20

Miżuri speċifiċi

▼M4

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-miżuri tekniċi meħtieġa biex titratta kwalunkwe diffikultà li tinqala' fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari, għall-materjali tal-imballaġġ inerenti, imqiegħda fis-suq fi kwantitajiet żgħar ħafna (i.e. madwar 0,1 % bl-użin) fil-Komunità, l-imballaġġ primarju għall-apparat mediku u prodotti farmaċewtiċi, imballaġġ żgħir u imballaġġ ta' lussu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).

▼B

2.  Il-Kummissjoni għandha wkoll tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kull miżura oħra li tkun ser tittieħed, akkumpanjat minn proposta jekk applikabbli.

▼M6

Artikolu 20a

Rapport dwar basktijiet tal-plastik ħfief

1.  Sas-27 ta' Novembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-effettività tal-miżuri fl-Artikolu 4(1a) fil-livell tal-Unjoni, fil-ġlieda kontra l-iskart, il-bidla fl-imġiba tal-konsumatur u biex tiġi promossal-prevenzjoni tal-iskart. Jekk il-valutazzjoni turi li l-miżuri adottati mhumiex effettivi, il-Kummissjoni għandha teżamina modi possibbli oħra biex jinkiseb it- tnaqqis fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, inkluż l-istabbiliment ta' miri realistiċi u li jistgħu jinkisbu fil-livell tal-Unjoni, u tippreżenta proposta leġislattiva, jekk xieraq.

2.  Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jeżamina l-impatt tal-użu ta' basktijiet tal-plastik ossodegradabbli fuq l-ambjent u tippreżenta proposta leġislattiva, jekk xieraq.

3.  Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatti ta' possibbilitajiet differenti għat-tnaqqis tal-konsum ta' basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, u tippreżenta proposta leġislattiva jekk adatt.

▼M2

L-Artikolu 21

Proċedura tal-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2.  Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 16 ) għandhom jgħoddu, b'rispett lejn id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

▼M4

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼B

L-Artikolu 22

L-implimentazzjoni fil-liġi nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-30 ta’ Ġunju 1996. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi sabiex issir referenza bħal din għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3.  Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha adottati fil-kamp ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

▼M6

3a.  Dment li l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 6 jintlaħqu, l-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4(1a) u 7 permezz ta' ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi konċernati.

▼M2

Dawn il-ftehim għandhom ikollhom il-ħtiġiet li ġejjin:

(a) il-ftehim għandhom ikunu tat-tip li jiġu nfurzati;

(b) il-ftehim għandhom jispeċifikaw l-għanijiet bit-termini perentorji korrispondenti;

(ċ) il-ftehim għandhom jiġu pubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew f'dokument uffiċjali li jkun ugwalment aċċessibli għall-pubbliku, u mibgħut lill-Kummissjoni;

(d) ir-riżultati miksuba għandhom jiġu kontrollati b'mod regolari, rapportati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni u mqegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-ftehim;

(e) l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-progress miksub skond dan il-ftehim jiġi eżaminat;

(f) F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-ftehim, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw d-dispożizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva permezz ta' miżuri leġislattivi, regulatorji u amministrattivi.

▼B

4.  Il-ħtiġiet għall-fabbrikazzjoni ta’ l-imballaġġ m’għandhom fl-ebda każ jgħoddu għall-imballaġġ użat għal prodotti specifikati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

5.  L-Istati Membri għandhom, għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ l-imballaġġ iffabbrikat qabel din id-data u li huwa f’konformità mal-liġi nazzjonali eżistenti.

L-Artikolu 23

Id-Direttiva 85/339/KEE hija b’dan irrevokata b’effett mid-data riferita fl-Artikolu 22(1).

L-Artikolu 24

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 25

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M5




ANNESS I

EŻEMPJI ILLUSTRATTIVI GĦALL-KRITERJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (i)

Imballaġġ

Kaxxi tal-ħelu

Tgeżwira tal-plastik madwar kaxxa ta’ CD

Boroż tal-posta għall-katalgi u għar-rivisti (b’rivista ġo fihom).

Forom tal-karta għal madwar il-kejkijiet li jinbiegħu bil-kejk magħhom

Rollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli (pereżempju film tal-plastik, aluminju, karta), għajr rollijiet, tubi u ċilindri intenzjonati bħala parts tal-makkinarju tal-produzzjoni u mhux biex jintużaw għall-preżentazzjoni ta’ prodott bħala unità ta’ bejgħ

Qsari maħsubin biex jintużaw biss għall-bejgħ u għat-trasportazzjoni tal-pjanti u mhux biex jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha

Fliexken tal-ħġieġ għas-soluzzjonijiet tal-injezzjonijiet

Mgħażel tas-CD (CD spindles) (li jinbiegħu bis-CDs, mhux maħsubin biex jintużaw għall-ħżin)

Spallieri (li jinbiegħu bil-ħwejjeġ)

Kaxxi tas-sulfarini

Sistemi ta’ iżolament sterili (boroż, trejs u materjali meħtieġa għall-preservazzjoni tal-isterilità tal-prodott)

Kapsuli tal-magni tax-xarbiet (pereżempju kafè, kawkaw, ħalib) li jitħallew vojta wara l-użu

Ċilindri tal-azzar li jistgħu jerġgħu jimtlew użati għal tipi differenti ta’ gass, minbarra ċ-ċilindri għat-tifi tan-nar

Mhux imballaġġ

Qsari maħsuba biex jibqgħu mal-pjanta tul ħajjitha

Kaxxi tal-għodda

Boroż tat-tè

Saffi tax-xema’ madwar il-ġobon

Ġilda taz-zalzett

Spallieri (li jinbiegħu separatament)

Kapsuli tal-kafè tal-magni tax-xarbiet, boroż tal-fojl tal-kafè, u karta tal-filtru għall-imżiewed tal-kafè li tintrema’ flimkien mal-prodott tal-kafè użat

Kartriġis għall-printers

Kaxxi tas-CD, tad-DVD u tal-vidjo (li jinbiegħu b’CD, DVD jew vidjo ġo fihom)

Mgħażel tas-CD (li jinbiegħu vojta, maħsubin biex jintużaw għall-ħżin)

Boroż li jistgħu jinħallu għad-deterġenti

Dwal għall-oqbra (kontenituri għax-xemgħat)

Mitħna tal-id mekkanika għat-tħin (integrata f’reċipjent li jista’ jerġa’ jimtela, pereżempju mitħna tal-bżar li tista’ terġa’ timtela)

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (ii)

Imballaġġ, jekk ikun imfassal u maħsub biex jimtela mal-bejgħ

Boroż tal-ġarr tal-karti jew tal-plastik

Platti u kikkri għar-rimi wara l-użu

Cling film

Boroż għas-sandwiċis

Fojl tal-aluminju

Fojl tal-plastik għall-ħwejjeġ imnaddfin fil-londri

Mhux imballaġġ

Oġġett li jħawwad

Pożati għar-rimi wara l-użu

Karta tat-tgeżwir (li tinbiegħ separatament)

Forom tal-karta għas-sajran fil-forn (li jinbiegħu vojta)

Forom tal karta għal madwar il-kejkijiet mingħajr il-kejk

Eżempji illustrattivi għall-kriterju (iii)

Imballaġġ

Tikketti mdendla direttament ma’ prodott jew imwaħħla miegħu

Parti mill-imballaġġ

Pinzell tal-maskara li jifforma parti mis-sistema tal-għeluq tal-kontenitur

Tikketti adesivi mwaħħla ma’ oġġett ieħor ta’ imballaġġ

Stejpils

Koperturi tal-plastik

Apparat għall-kejl tad-doża li jifforma parti mis-sistema tal-għeluq tal-kontenituri tad-deterġenti.

Mitħna tal-id mekkanika għat-tħin (integrata f’reċipjent li ma jistax jerġa’ jimtela, li jkun mimli bi prodott, pereżempju mitħna tal-bżar mimlija bil-bżar)

Mhux imballaġġ

Tikketti għall-identifikazzjoni permezz tal-frekwenza tar-radju (RFID)

▼B




L-ANNESS II

IL-ĦTIĠIET ESSENZJALI DWAR IL-KOMPOŻIZZJONI U N-NATURA TA’ L-IMBALLAĠĠ ILLI JISTA’ JERGA’ JINTUŻA’ MILL-ĠDID JEW JIĠI RKUPRAT, INKLUŻ IRRIĊIKLAT

1.   Il-ħtiġiet speċifiċi għall-fabbrikazzjoni u l-komposizzjoni ta’ l-imballaġġ

 L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi l-volum u l-piż ta’ l-imballaġġ jigu llimitati għall-ammont minimu adegwat sabiex jinżamm il-livell meħtieġ tas-sigurtà, ta’ l-iġjene u ta’ l-aċċettazzjoni tal-prodott imballat u għall-konsumatur.

 L-imballaġġ għandu jiġi ddisinjat, prodott u kummerċjalizzat hekk illi jippermetti l-użu mill-ġdid jew l-irkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, u li jitnaqqas l-impatt tiegħu fuq l-ambjent meta jinqerdu l-iskart mill-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart mill-imballaġġ.

 L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi l-preżenza bħala kostitwenti tal-materjal ta’ l-imballaġġ jew ta’ xi komponenti ta’ l-imballaġġ ta’ sustanzi li jagħmlu l-ħsara u ta’ materjali oħra perikolużi tiġi mminimizzata fl-emissjonijiet, fl-irmied jew fil-lissija meta l-imballaġġ jew ir-residwi minn operazzjonijiet ta’ l-immaniġġjar jew ta’ l-iskart mill-imballaġġ jinħarqu jew jiġu mirduma.

2.   Il-ħtiġiet speċifiċi għan-natura ta’ l-imballaġġ li tippermetti l-użu mill-ġdid

Il-ħtiġiet li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti fl-istess ħin:

 il-kwalitajiet u l-karatteristiċi fiżiċi ta’ l-imballaġġ għandhom jippermettu numru ta’ vjaġġi jew rotazzjonijiet f’kondizzjonijiet ta’ l-użu li normalment jistgħu jitbassru,

 il-possibbiltà ta’ l-ipproċessar ta’ l-imballaġġ użat sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema,

 jigu osservati l-ħtiġiet speċifiċi għall-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat meta l-imballaġġ ma jibqax jerga’ jintuża u għalhekk isir skart.

3.   Il-ħtiġiet speċifiċi għall-imballaġġ illi jista’ jigi rkuprat

(a)  L-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat fil-forma ta’ materjal riċiklat

L-imballaġġ għandu jiġi ffabbrikat hekk illi jippermetti r-riċiklaġġ ta’ ċertu percentwal skond il-piż tal-materjali użati fil-fabbrikazzjoni tal-prodotti li jistghu jitqieghdu fis-suq, f’konformità ma’ l-istandards korrenti fil-Komunità. L-ghażla ta’ dan il-percentwal tista’ tvarja, skond ix-xorta ta’ materjal li minnu l-imballaġġ ikun maghmul.

(b)  L-imballaġġ li jista’ jigi rkuprat fil-forma ta’ irkupru ta’ l-enerġija

L-iskart mill-imballaġġ proċessat għall-iskop ta’ l-irkupru ta’ l-enerġija għandu jkollu valur minimu kalorifiku inferjuri sabiex jippermetti l-aħjar irkupru ta’ l-enerġija.

(ċ)  L-imballaġġ illi jista’ jigi rkuprat fil-forma ta’ kompostjar

L-iskart mill-imballaġġ proċessat għall-iskop tal-kompostjar għandu jkun ta’ natura bijodegradabbli li ma tfixkilx il-ġbir separat u l-proċess jew l-attività tal-kompostjar li fihom jiddahhal.

(d)  L-imballaġġ bijodegradabbli

L-iskart mill-imballaġġ bijodegradabbli għandu jkun ta’ natura li jkun kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika, kimika, termali jew bijoloġika tant li ħafna mill-kompost li jibqa’ jiddekomponi fl-aħħar f’dijossidu karboniku, bijomassa u ilma.




L-ANNESS III

L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FID-DATABASES DWAR IMBALLAĠĠ U L-ISKART TA’ L-IMBALLAĠĠ (SKOND IT-TABELLI 1 SA 4)

1.

Għall-imballaġġ primarju, sekondarju u terzjarju:

(a) il-kwantitajiet, għal kull kategorija wiesgħa tal-materjal, ta’ l-imballaġġ ikkonsumat fil-pajjiż (prodott + importat – esportat) (Tabella 1);

(b) il-kwantitajiet użati mill-ġdid (Tabella 2).

2.

Għall-iskart mill-imballaġġ domestiku u mhux domestiku:

(a) il-kwantitajiet, għal kull kategorija wiesgħa tal-materjal, irkuprati u meqruda fil-pajjiż (prodott + importat – esportat) (Tabella 3);

(b) il-kwantitajiet riċiklati u l-kwantitajiet irkuprati għal kull kategorija wiesgħa tal-materjal (Tabella 4).



IT-TABELLA 1

Il-kwantità ta’ imballaġġ (primarju, sekondarju u terzjarju) ikkonsumat fit-territorju nazzjonali

 

It-tunnellaġġ prodott

- It-tunnellaġġ esportat

+ It-tunnellaġġ importat

= It-total

Il-ħġieġ

 

 

 

 

Il-plastik

 

 

 

 

Il-karta/il-kartun

(inklużi dawk komposti)

 

 

 

 

Il-metalli

 

 

 

 

L-injam

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

It-total

 

 

 

 



IT-TABELLA 2

Il-kwantità ta’ l-imballaġġ (primarju, sekondarju u terzjarju) użat mill-ġdid fit-territorju nazzjonali

 

It-tunnellaġġ ta’ l-imballaġġ ikkonsumat

L-imballaġġ użat mill-ġdid

It-tunnellaġġ

Il-percentwal

Il-ħġieġ

 

 

 

Il-plastik

 

 

 

Il-karta/il-kartun

(inklużi dawk komposti)

 

 

 

Il-metall

 

 

 

L-injam

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

It-total

 

 

 



IT-TABELLA 3

Il-kwantità ta’ l-iskart mill-imballaġġ irkuprat u meqrud fit-territorju nazzjonali

 

It-tunnellaġġ ta’ l-iskart prodott

- It-tunnellaġġ ta’ l-iskart esportat

+ It-tunnellaġġ ta’ l-iskart importat

= It-total

L-iskart domestiku

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-ħġieġ

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-plastik

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-karta/tal-kartun

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-kartun kompost

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-metall

 

 

 

 

L-imballaġġ ta’ l-injam

 

 

 

 

It-total ta’ l-imballaġġ ta’ l-iskart domestiku

 

 

 

 

L-iskart mhux domestiku

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-ħġieġ

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-plastik

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-karta/tal-kartun

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-kartun kompost

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-metall

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-injam

 

 

 

 

It-total ta’ l-imballaġġ ta’ l-iskart mhux domestiku

 

 

 

 



IT-TABELLA 4

Il-kwantità ta’ l-iskart mill-imballaġġ riċiklat jew irkuprat fit-territorju nazzjonali

 

It-tunnellaġġ totali rkuprat u meqrud

Il-kwantità riċiklata

Il-kwantità rkuprata

It-tunnellaġġ

Il-percentwal

It-tunnellaġġ

Il-percentwal

L-iskart domestiku

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-ħġieġ

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-plastik

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-karta/kartun

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-kartun kompost

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-metall

 

 

 

 

 

L-imballaġġ ta’ l-injam

 

 

 

 

 

It-total ta’ l-imballaġġ ta’ l-domestiku

 

 

 

 

 

L-iskart mhux domestiku

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-ħġieġ

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-plastik

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-karta/kartun

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-kartun kompost

 

 

 

 

 

L-imballaġġ tal-metall

 

 

 

 

 

L-imballaġġ ta’ l-injam

 

 

 

 

 

It-total ta’ l-imballaġġ ta’ l-iskart mhux domestiku

 

 

 

 

 



( 1 ) ĠU C 263, tat-12.10.1992, p. 1 u ĠU C 285, tal-21.10.1993, p. 1.

( 2 ) ĠU C 129, ta’ l-10.5.1993, p. 18.

( 3 ) L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 1993 (ĠU C 194, tad-19.7.1993, p. 177), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu 1994 (ĠU C 137, tad-19.5.1994, p. 65) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-4 ta’ Mejju 1994 (ĠU C 205, tal-25.7.1994, p. 163). Ikkonfermati fit-2 ta’ Diċembru 1993 (ĠU C 342, ta’ l-20.12.1993, p. 15). It-test komuni tal-Kumitat tal-Konċiljazzjoni tat-8 ta’ Novembru 1994.

( 4 ) ĠU L 176, tas-6.7.1985, p. 18. Id-Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/629/KEE (ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48).

( 5 ) ĠU C 122, tat-18.5.1990, p. 2.

( 6 ) ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/156/KEE (ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 32).

( 7 ) ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8. Id-Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/400/KEE (ĠU L 221, tas-6.8.1992, p. 55).

( 8 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20.

( 9 ) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

( 10 ) ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 (ĠU L 349, tal-31.12.2001, p. 1).

( 11 ) ĠU L 166, ta' l-1.7.1999, p. 6. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2118/2003 (ĠU L 318, tat-3.12.2003, p. 5).

( 12 ) ĠU L 185, tas-17.7.1999, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2118/2003.

( 13 ) ĠU L 50, 20.2.97, p. 28.

( 14 ) ĠU L 326, tad-29.12.1969, p. 36.

( 15 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

( 16 ) ĠU L 184, 17.7.99, p. 23.

Top