EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01994L0019-20090316

Consolidated text: Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill tat- 30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/19/2009-03-16

1994L0019 — MT — 16.03.2009 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 94/19/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Mejju 1994

dwar skemi ta' garanzija għal depożiti

(ĠU L 135, 31.5.1994, p.252)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA 2005/1/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b' relevanza għaż-ŻEE tad-9 ta' Marzu 2005

  L 79

9

24.3.2005

►M2

DIRETTIVA 2009/14/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-11 ta’ Marzu 2009

  L 68

3

13.3.2009




▼B

ID-DIRETTIVA 94/19/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta' Mejju 1994

dwar skemi ta' garanzija għal depożiti



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel u t-tielet sentenzi ta’ l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 189b tat-Trattat ( 3 ),

Billi, bi qbil ma’ l-għanijiet tat-Trattat, żvilupp armonizzat ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Kommunità kollha għandu jkun imħeġġeġ permezz ta’ l-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet kollha tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jkunu ipprovduti servizzi, waqt li tiżdied l-istabbilità tas-sistema bankarja u tal-protezzjoni ta’ dawk li jfaddlu;

Billi, meta r-restrizzjonijiet dwar l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu eliminati, konsiderazzjoni għandha tingħata lis-sitwazzjoni li tista’ tinqala jekk depożiti f’istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha friegħi fi Stati Membri oħra ma jkunux aktar disponibbli; billi huwa indispensabbli li jkun assigurat livell minimu ta’ armoniżazzjoni tal-protezzjoni ta’ depożiti kull meta depożiti jkunu lokalizzati fil-Komunità minħabba li protezzjoni bħal din għal depożiti hija essenzjali bħala regola prudenti għat-twettieq tas-suq singolu bankarju,

Billi fil-każ ta’ xoljiment ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu falluta id-depożitaturi f’xi friegħi li jkunu jinstabu fi Stat Membru apparti minn dak li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha għandhom ikunu protetti bl-istess skema ta’ garanzija bħad-depożitaturi l-oħra ta’ l-istituzzjoni;

Billi l-kost għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jipparteċipaw fi skema ta’ garanzija m’għandu l-ebda relazzjoni ma’ l-ispiża li tirriżulta minn ġbir massiv ta’ depożiti fil-bank mhux biss mill-istituzzjoni ta’ kreditu f’diffikultajiet imma wkoll mill-instituzzjonijiet b’saħħithom, wara li jkun hemm telf ta’ fiduċja tad-depożitaturi fis-sodizza tas-sistema bankarja;

Billi l-azzjoni li l-Istati Membri ħadu b’reazzjoni tar-rakommandazzjoni tal-Kummissjoni 87/63/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1986 li tikkonċerna l-introduzjoni ta’ skemi ta’ garanzija ta’ depożiti fil-Komunità ( 4 ) għadha ma laħqitx ir-riżultati mixtieqa; billi s-sitwazzjoni tista’ tkun ta’ deni għall-funzjonament xieraq tas-suq intern;

Billi t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 89/646/KEE tal-15 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u temenda d-Direttiva 77/780/KEE ( 5 ), tipprovdi għal sistema ta’ awtorizzazzjoni singola ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu u dwar is-superviżjoni tagħha mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru tal-lokalità tagħha, li kienet daħlet b’effett fl-1 ta’ Jannar 1993;

Billi fergħa ma teħtieġx aktar awtorizzazzjoni fl-Istat Membru ospitanti, minħabba li awtorizzazzjoni singola hija valida matul il-Komunità kollha, u l-likwidità tagħha għandha jkollha l-monitoraġġ ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità; billi dik is-sitwazzjoni tiġġustifika l-kopertura tal-friegħi kollha ta’ l-istess istituzzjoni ta’ kreditu stabbiliti fil-Komunità permezz ta’ skema ta’ garanzija singola; billi dik l-iskema tista’ tkun biss dik li teżisti għal dik il-kategorija ta’ l-istituzzjoni fl-Istat li fih ikun jinstab l-uffiċċju ewlieni ta’ l-istituzzjoni, partikolarment minħabba r-rabta li teżisti bejn is-superviżjoni tal-likwidità tal-fergħa u s-sħubija tagħha fi skema ta’ garanzija ta’ depożiti;

Billi armoniżazzjoni għandha tkun illimitata għall-elementi ewlenija ta’ skemi ta’ garanzija ta’ depożiti u, fi żmien qasir, għandha tassigura pagamenti permezz ta’ garanzija ikkalkolati fuq il-bażi ta’ livell minimu armonizzat;

Billi skemi ta’ garanzija għal depożiti għandhom jintervjenu malli d-depożiti ma jkunux disponibbli;

Billi huwa xieraq li jkun eskluż mill-kopertura, partikolarment, id-depożiti magħmula mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu għan-nom tagħhom u għal kont tagħhom; billi dan m’għandux ikun ta’ preġudizzju għad-dritt ta’ skema ta’ garanzija li tieħu l-miżuri meħtieġa biex issalva istituzzjoni ta’ kreditu li ssib ruħha f’diffikultajiet;

Billi l-armonizzazzjoni ta’ skemi ta’ garanziji ta’ depożitu fil-Komunità m’għandhiex minnha nnisifha toħloq dubji dwar l-eżistenza ta’ sistemi operattivi iddisinjati biex jipproteġu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, partikolarment billi jassiguraw il-likwidità tagħhom, hekk li d-depożiti ma’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inklużi l-friegħi tagħhom stabbiliti fi Stati Membri oħra, ma ssirx mhux disponibbli; billi sistemi alternattivi bħal dawn li jservu skop protettiv differenti jistgħu, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, ikunu meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti li jissodisfaw l-għanijiet ta’ din id-Direttiva; billi għandu jkun għal dawk l-awtoritajiet kompetenti li jivverifikaw il-konformità ma dawk il-kundizzjonijiet;

Billi diversi Stati Membri li jkollhom skemi ta’ protezzjoni tad-depożitu taħt ir-responsabbiltà ta’ organizzazzjonijiet professjonali, l-Istati Membri oħra għandhom skemi stabbiliti u rregolati fuq bażi statutorja u xi skemi, għalkemm stabbilita fuq bażi kontrattwali, huma parzjalment irregolati bi statut; billi l-varjetà ta’ statuti toħloq problema biss fir-rigward ta’ sħubija obbligatorja u ta’ esklużjoni minn skemi; billi huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu passi biex jillimitaw il-poteri ta’ skemi f’dan il-qasam;

Billi ż-żamma fil-Komunità ta’ skemi li jipprovdu koperta għal skemi ta’ depożitu li huma aktar mill-minimu armonizzat jistgħu, fl-istess territorju, iwaslu għal disparitajiet fil-kumpens u kondizzjonijiet inegwali ta’ kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet nazzjonali u friegħi ta’ istituzzjonijiet minn Stati Membri oħra; billi, sabiex ikun hemm kontra azzjoni għal dawk l-iżvantaġġi, il-friegħi għandhom ikunu awtorizzati li jissieħbu fl-iskemi tal-pajjiżi ospitanti sabiex ikunu jistgħu joffru lid-depożitaturi magħhom l-istess garanziji li huma offruti mill-iskemi tal-pajjiżi li fihom ikunu jinstabu; billi huwa għalhekk xieraq li wara numru ta’ snin il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-estent li fih il-friegħi ikunu għamlu użu minn din l-għażla u dwar id-diffikultajiet li huma, jew l-iskemi ta’ garanzija jkunu iltaqgħu magħhom fl-implementazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet; billi ma jistax ikun eskluż li skemi ta’ l-Istat Membru tal-lokalità jista huwa nnifsu joffri għal din il-koperta obbligatorja, suġġett għal kundizzjonijiet li skema bħal din tista’ tesiġi;

Billi d-disturbi fis-suq jistgħu jinħolqu minn friegħi ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joffru livelli ta’ koperti ogħla minn dawk offruti minn l-instituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri ospitanti tagħhom; billi mhux xieraq li l-livell ta’ l-iskop tal-koperta offruta minn skemi ta’ garanzija għandhom isiru strumenti ta’ kompetizzjoni; billi huwa għalhekk meħtieġ, mill-anqas matul il-perijodu inizzjali, li jkun stipulat il-livell u l-iskop tal-koperta offruti mill-iskema ta’ l-Istat Membru tal-lokalità lejn depożitaturi fi friegħi lokalizzati fi Stat Membru ieħor m’għandhomx jeċċedu il-livell massimu u l-iskop offrut minn skema korrespondenti fl-Istat Membru ospitanti; billi disturbi possibli fis-suq għandhom ikunu rriveduti wara numru ta’ snin, fuq il-bażi ta’ l-esperjenza akwistata fid-dawl ta’ żviluppi fis-settur bankarju;

Billi bi prinċipju, din id-Direttiva teħtieġ li kull istituzzjoni ta’ kreditu tissieħeb fi skema ta’ garanzija ta’ depożiti; billi id-Direttivi li jirregolaw id-dħul ta’ xi istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha f’pajjiż li mhux membru, u partikolarment l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill (77/780/KEE) tat-12 ta’ Diċembru 1977 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-bidu u l-insegwiment ta’ negozji ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 6 ) tippermetti l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk, u s-suġġetti għal liema kundizzjonijiet, jippermettu li l-friegħi ta’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw fit-territorji tagħhom; billi dawk il-friegħi m’għandhomx igawdu mill-libertà li jipprovdu servizzi permezz tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 59 tat-Trattat, l-anqas id-dritt ta’ stabbiliment fi Stati Membri apparti minn dawk li fihom ikunu stabbiliti; billi, għalhekk, Stat Membru li jilqa dawn il-friegħi għandu jiddeċiedi kif japplika il-prinċipji ta’ din id-Direttiva lejn dawk il-friegħi bi qbil ma l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 77/780/KEE u mal-ħtieġa li jkunu protetti d-depożitaturi u tinżamm l-integrità tas-sistema finanzjarja; billi huwa essenzjali li d-depożitaturi f’dawk il-friegħi ikunu kompletament konxji bl-arranġamenti ta’ garanzija li jaffetwawhom;

Billi, minn naħa waħda, il-livell minimu ta’ garanzija preskritt f’din id-Direttiva m’għandux iħalli proporzjon kbir ta’ depożiti mingħajr protezzjoni fl-interess kemm tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-istabbilità tas-sistema finanzjarja; billi, minn-naħa l-oħra, ma jkunx xieraq li jkun imponut matul il-Komunità kollha livell ta’ protezzjoni li jista f’ċerti każi li jkollu l-effett li jinkoraġixxi amministrazzjoni mhix soda ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu; billi l-ispiża għal fondi ta’ din l-iskema għandha tkun ikkunsidrata; billi għandu jidher raġjonevoli li jkun eżiġit livell minimu ta’ garanzija armonizzata fi ECU 20 000; billi arranġamenti tranżizzjonali illimitati jistgħu ikunu meħtieġa biex jiffaċilitaw li skemi jkunu konformi ma dik il-figura;

Billi uħud mill-Istati Membri joffru kopertura lid-depożitaturi għad-depożiti tagħhom li huma ogħla mill-livell minimu ta’ garanzija armonizzata li hemm dispożizzjoni dwarha f’din id-Direttiva; billi ma jidhirx li huwa xieraq li jkun meħtieġ li skemi bħal dawk, li uħud minnhom kienu ġew introdotti biss riċentament bis-saħħa tar-rakommandazzjoni 87/63/KEE, li jkunu emendati f’dan il-waqt;

Billi Stat Membru għandu jkun jista’ jeskludi ċerti kategoriji ta’ depożiti jew depożitaturi speċifikament imniżla, jekk huma ma jħossux li dawn ikunu jeħtieġu protezzjoni speċjali, mill-garanzija mogħtija bi skemi ta’ garanzija ta’ depożiti;

Billi f’ċerti Stati Membri, sabiex ikunu nkurraġuti d-depożitaturi li jħarsu aktar bil-galbu lejn il-kwalità ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, depożiti mhux disponibbli ma jkunux rifonduti bis-sħiħ; billi dawn il-prattiċi għandhom ikunu llimitati fir-rigward ta’ depożiti li jinżlu taħt il-livell minimu armonizzat;

Billi l-prinċipju ta’ limitu minimu armonizzat għal kull depożitatur aktar milli għal kull depożitu ġie miżmum; billi huwa għalhekk xieraq li tittieħed konsiderazzjoni tad-depożiti magħmula minn depożitaturi li jekk mhumiex imsemmija bħala li jkollhom kont jew li mhumiex sidien waħedhom ta’ kont; billi l-limitu għandu għalhekk ikun applikat għal kull depożitatur identifikabbli; billi dak m’għandux ikun applikabbli għall-intrapriżi ta’ l-investimenti kollettivi suġġetti għal regoli speċjali ta’ protezzjoni li mhumiex applikabbli għad-depożiti msemmija qabel;

Billi informazzjoni hija element essenzjali fil-protezzjoni ta’ depożitaturi u għandhom għalhekk ukoll ikunu suġġetti għal numru minimu ta’ dispożizzjonijiet li jorbtu; billi, madankollu, l-użu mhux regolat fir-reklamar ta’ referenzi lejn l-ammont u l-iskop ta’ skema ta’ garanzija ta’ depożiti tista’ taffettwa l-istabbilità tas-sistema bankarja jew tal-fiduċja tad-depożitatur; billi l-Istati Membri għandhom għalhekk jistabbilixxu regoli biex jillimitaw dawn ir-referenzi;

Billi, f’każi speċifiċi, f’ċerti Stati Membri li fihom mhemmx skemi ta’ garanzija ta’ depożiti għal ċerti klassijiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jieħdu biss proporzjon ferm żgħir ta’ depożiti, l-introduzjoni ta’ sistema bħal din tista’ f’xi każi tieħu aktar fit-tul miż-żmien stabbilit għat-transposizzjoni ta’ din id-Direttiva; billi f’każi bħal dawn derogazzjoni transizzjonali mill-ħtieġa li jappartjenu fi skema ta’ garanzija ta’ depożiti tista tkun iġġustifikata; billi, madankollu, jekk dik l-istituzzjoni ta’ kreditu topera il-barra mill-pajjiż, l-Istat Membru għandu jkun intitolat li jkun jeħtieġ il-parteċipazzjoni tagħhom fi skema ta’ garanzija ta’ depożiti li hu jkun stabbilixxa;

Billi mhux indispensabbli, f’din id-Direttiva, li jkunu armonizzati skemi finanzjarji li jiggarantixxu depożiti jew lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu innifishom, meqjus, minn-naħa l-waħda, li l-ispiża tal-finanzjament ta’ dawn l-iskemi trid tintrefgħa, bi prinċipju, mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu nnifishom u, minn-naħa l-oħra, li l-kapaċità finanzjarja ta’ dawn l-iskemi għandha tkun proporzjonata għar-responsabbiltajiet tagħhom; billi dan m’għandux, madankollu, ifixkel l-istabbilità tas-sistema bankarja ta’ l-Istat Membru kkonċernat;

Billi din id-Direttiva ma tistax tirriżulta li l-Istat Membru jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu responsabbli fir-rigward ta’ depożitaturi jekk huma jkunu assiguraw li skema waħda jew aktar li tiggarantixxi depożiti jew l-istituzzjonijiet ta’ kreditu nnifishom u tassigura kumpens jew protezzjoni tad-depożitaturi skond il-kundizzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva kienu ġew introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti;

Billi protezzjoni ta’ depożiti hija element essenzjali fit-twettieq tas-suq intern u supplement indispensabbli tas-sistema ta’ superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu minħabba s-solidarjetà li toħloq fost l-istituzzjonijiet kollha f’suq finanzjarju partikolari fil-każ ta’ nuqqas ta’ xi wieħed minnhom,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

1.  “depożitu” għandha tfisser xi bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f’kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn transazzjonijiet bankarji normali u li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tħallas skond il-kondizzjonijiet legali u kontrattwali applikabbli, u xi dejn b’xhieda ta’ ċertifikat maħruġ mill-istituzzjoni ta’ kreditu.

Ishma f’building societies fir-Renju Unit u l-Irlanda apparti minn dawk ta’ natura kapitali koperti bl-Artikolu 2 għandhom ikunu meqjusa bħala depożiti.

Bonds (titoli) li jissodisfaw il-kundizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward intrapriżi għal investiment kollettiv f’sigurtajiet trasferibbli (Ucits) ( 7 ) m’għandhomx ikunu meqjusa bħala depożiti.

Għall-iskop li jkun ikkalkulat bilanċ ta’ kreditu, l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli u r-regolamenti rigward ir-rikumpens u l-kontra-pretensjonijiet skond il-kundizzjonijiet legali u kuntrattwali applikabbli għal depożitu;

2.  “kont konġunt” għandu jfisser kont miftuħ fl-ismijiet ta’ tnejn jew aktar persuni jew li fuqhom tnejn jew aktar persuni jkollhom drittijiet li joperaw permezz ta’ firma ta’ wieħed jew aktar minn dawk il-persuni;

3.  “depożiti mhux disponibbli” għandu jfisser depożitu li huwa dovut u pagabbli imma li ma kienx ġie mħallas mill-istituzzjoni ta’ kreditu permezz tal-kundizzjonijiet legali u kuntrattwali applikabbli dwarhom, li kienu jew:

(i) l-awtoritajiet kompetenti relevanti jkunu ddeterminaw li fl-aspett tagħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tkun tidher li ma tkunx tista’ għal issa, għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħha, li jitħallas lura d-depożitu u li ma jkollha l-ebda prospett attwali li jkun jista jsir dan.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara li l-ewwel ikunu sodisfatti li istituzzjoni ta’ kreditu tkun naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli; jew

(ii) awtorità ġudizzjarja li tkun tat digriet għar-raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha l-effett li tissospendi l-abilità ta’ depożitaturi li jagħmlu pretensjonijiet kontra tagħha, għandha sseħħ qabel ma’ d-determinazzjoni msemmija hawn fuq tkun saret;

4.  “istituzzjonijiet ta’ kreditu” għandha tfisser intrapriża li n-negozju tagħha jkun li tirċievi depożiti jew fondi oħra ri-pagabbli mill-pubbliku u li tagħti krediti mill-kont tagħha;

5.  “fergħa” għandha tfisser il-post tan-negozju li jifforma parti legalment dipendenti mill-istituzzjoni ta’ kreditu u li twettaq direttament it-transazzjonijiet kollha jew parti minnhom inerenti fin-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu; kwalunkwe numru ta’ postijiet ta’ negozju stabbiliti fl-istess Stat Membru minn istituzzjoni ta’ kreditu fl-uffiċċju prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom ikunu meqjusa bħala fergħa singola.

L-Artikolu 2

Dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi minn xi skemi ta’ garanzija ta’ pagament lura:

 suġġett għal-Artikolu 8(3), depożiti magħmula mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra f’isimhom jew għal kont tagħhom,

 l-istrumenti kollha li jidħlu fid-definizzjoni ta’ “fondi tagħha” fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/299/KEE tas-17 ta’April 1989 dwar il-fondi tagħhom ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 8 ),

 depożiti li joriġinaw minn transazzjonijiet li b’konnessjoni magħhom kien hemm kundanna kriminali għal money laundering kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE ta’ l-10 ta’ Ġunju 1991 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop ta’ money laundering ( 9 ).

L-Artikolu 3

1.  Kull Stat Membru għandu jassigura li fit-territorju tiegħu, waħda jew aktar skemi ta’ garanzija ta’ depożitu jkunu introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti. Ħlief f’ċirkostanzi maħsuba fit-tieni sub-paragrafu u l-paragrafu 4, l-ebda istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata f’dak l-Istat Membru bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 77/780/EEC ma tista’ tieħu depożiti sakemm ma tkunx membru ta’ skema bħal dik.

Stat Membru jista, madankollu, jeżenta lill-istituzzjoni ta’ kreditu mill-obbligazzjoni li tappartjeni lejn skema ta’ garanzija ta’ depożitu meta dik l-istituzzjoni ta’ kreditu tappartjeni lejn skema li tipproteġi l-istituzzjoni ta’ kreditu nnifisha u partikolarment tassigura l-likwidità u l-istabbilità tagħha, b’hekk tiggarantixxi protezzjoni għad-depożitaturi mill-anqas ekwivalenti għal dawk ipprovduti bi skema ta’ garanzija ta’ depożitu, u li, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, iwettqu dawn il-kundizzjonijiet:

 is-sistema għandha tkun eżistenti u tkun ġiet uffiċjalment rikonoxxuta meta din id-Direttiva tkun adottata,

 is-sistema għandha tkun iddisinjata sabiex ma tħallix li d-depożiti ma’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jappartjenu għas-sistema milli ma jkunux disponibbli u li jkollha r-riżorsi meħtieġa għal dak l-iskop, għad-dispożizzjoni tagħha,

 is-sistema m’għandhiex tikkonsisti minn garanzija mogħtija lill-istituzzjoni ta’ kreditu minn l-Istat Membru nnifsu jew minn xi awtoritajiet lokali jew reġjonali tiegħu,

 is-sistema għandha tassigura li d-depożitaturi jkunu nfurmati skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9.

Dawk l-Istati Membri li jagħmlu użu minn din l-għażla għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kif xieraq; partikolarment, huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-karatteristiċi ta’ xi sistemi protettivi u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu koperti minnhom u xi tibdiliet sussegwenti fl-informazzjoni fornuta. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill- ►M1  Kumitat Bankarju Ewropew ◄ dwar dan.

2.  Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx konformi ma l-obbligazzjonijiet mitfuha fuqha bħala membru ta’ skema ta’ garanzija ta’ depożitu, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħha għandhom ikunu nnotifikati u, b’kollaborazzjoni ma l-iskema ta’ garanzija, għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa inklużi l-impożizzjonijiet ta’ sanzjonijiet biex jassiguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun konformi ma’ l-obbligazzjonijiet tagħha.

3.  Jekk dawk il-miżuri jonqsu milli jiżguraw konformità min-naħa ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, l-iskema tista’, meta l-liġi nazzjonali tippermetti l-esklużjoni ta’ membru, bil-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti, tagħti notifika ta’ mhux anqas minn 12-il xhar ta’ l-intenzjoni tagħha li teskludi l-istituzzjoni ta’ kreditu mis-sħubija ta’ l-iskema. Depożiti magħmula qabel ma jiskadi l-perijodu tan-notifika għandhom jibqgħu li jkunu koperti bis-sħieħ mill-iskema. Jekk, meta jiskadi l-perijodu tan-notifika, l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx konformi ma l-obbligazzjonijiet tagħha, l-iskema ta’ garanzija tista’, għal darba oħra takkwista l-kunsens espress ta’ l-awtorità kompetenti, tipproċedi għal esklużjoni.

4.  Meta l-liġi nazzjonali tippermetti, u bil-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li tkun harġet l-awtorizzazzjoni tagħha, l-istituzzjoni ta’ kreditu eskluża minn skema ta’ garanzija ta’ depożitu tista’ tibqa li taċċetta depożiti jekk, qabel ma tkun eskluża, li tkun għamlet arranġamenti alternattivi ta’ garanzija li jassiguraw li d-depożitaturi jgawdu livell u skop ta’ protezzjoni mill-anqas ekwivalenti bħal dik offruta mill-iskema uffiċjalment magħrufa.

5.  Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu li l-esklużjoni tagħha tkun proposta abbażi tal-paragrafu 3 ma tkunx tista’ tagħmel arranġamenti alternattivi li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 4, allura l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħhom, għandhom jirrevokawha minnufih.

L-Artikolu 4

1.  Skemi ta’ garanzija ta’ depożitu introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti fi Stat Membru bi qbil ma’ l-Artikolu 3(1) għandha tkopri d-depożitaturi fil-friegħi stabbiliti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri l-oħra.

Sal-31 ta’ Diċembru 1999 la l-livell u l-anqas l-iskop, inkluż il-persentaġġ, ta’ koperta pprovduta m’għandhom jeċċedu l-livell massimu jew il-firxa tal-koperta offruta mill-iskema ta’ garanzija korrespondenti fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti.

Qabel dik id-data, il-Kummissjoni tista’ tħejji rapport dwar il-bażi ta’ l-esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni tat-tieni sub-paragrafu u għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tibqa tuża dawk l-arranġamenti. Jekk xieraq, il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposta għal Direttiva lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, bil-għan li testendi l-validità tagħhom.

2.  Meta l-livell u/jew l-iskop, inkluż il-persentaġġ, ta’ koperta offruta mill-iskema ta’ garanzija ta’ l-Istat Membru ospitanti jeċċedu l-livell u/jew il-firxa tal-koperta pprovduta mill-Istat Membru li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun awtorizzata, l-Istat Membru ospitanti għandu jassigura li jkun hemm skema ta’ garanzija ta’ depożitu uffiċjalment rikonoxxuta fit-territorju tagħha fejn fergħa tista’ voluntarjament tissieħeb sabiex tissupplementa l-garanzija li d-depożitaturi diġà jkunu jgawdu bis-saħħa tas-sħubija ta’ l-Istat Membru tal-lokalità ta’ l-iskema.

L-iskema li fiha għandha tissieħeb il-fergħa għandha tkopri l-kategorija ta’ istituzzjoni li għaliha tappartjeni jew li tikkorispondi l-aktar magħha fl-Istat Membru tal-lokalità.

3.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kundizzjonijiet objettivi u ġeneralment applikati jkunu stabbiliti għal sħubija ta’ friegħi ta’ skema ta’ Stat Membru ospitanti bi qbil mal-paragrafu 2. Id-dħul għandu jkun bil-kundizzjoni li l-obbligazzjonijiet relevanti tas-sħubija jitwettqu, inkluż partikolarment il-pagament ta’ xi kontribuzzjonijiet u imposti oħra. L-Istati Membri għandhom jimxu mal-prinċipji ta’ gwida stabbiliti fl-Anness II fl-implementazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

4.  Jekk fergħa mogħtija sħubija volontarja permezz tal-paragrafu 2 ma tkunx konformi ma’ l-obbligazzjonijiet mitfugħa fuqha bħala membru ta’ skema ta’ garanzija ta’ depożitu, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħha għandhom ikunu nnotifikati u, b’kollaborazzjoni ma’ l-iskema ta’ garanzija, għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jassiguraw li dawn l-obbligazzjonijiet imsemmija qabel ikun hemm konformità magħhom.

Jekk dawn il-miżuri jonqsu milli jassiguraw il-konformità tal-fergħa ma l-obbligazzjonijiet imsemmija qabel, wara perijodu xieraq ta’ avviż ta’ mhux anqas minn 12-il xhar, l-iskema ta’ garanzija tista’, bil-kunsens ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni, li jeskludu l-fergħa. Depożiti magħmula qabel id-data ta’ l-esklużjoni għandhom jibqgħu koperti mill-iskema volontarja sad-dati li fihom ikunu dovuti. Depożitaturi għandhom ikunu informati bit-tneħħija tal-koperta supplementari.

▼M2

5.  Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti jikkooperaw ma’ xulxin.

▼M2

6.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta’ dan l-Artikolu għall-inqas kull sentjen u, jekk xieraq, tipproponi emendi għalih.

▼B

L-Artikolu 5

Id-depożiti miżmuma meta titneħħa l-awtorizzazzjoni ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 77/780/EEC, għandha tibqa tkun koperta mill-iskema tal-garanzija.

L-Artikolu 6

1.  L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-friegħi stabbiliti mill-istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha l-uffiċċju ewlieni il-barra mill-Komunità jkollhom koperta ekwivalenti għal dawk preskritti f’din id-Direttiva.

Fin-nuqqas ta’ dak, l-Istati Membri jistgħu, suġġett għall-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 77/780/KEE, jistipulaw li l-friegħi stabbiliti mill-istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha l-barra mill-Komunità għandhom jissieħbu fi skemi ta’ garanzija ta’ depożitu operabbli fit-territorji tagħhom.

2.  Id-depożitaturi attwali u dawk li jkollhom l-intenzjoni li jiddepożitaw fi friegħi stabbiliti mill-istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha l-uffiċċju ewlieni il-barra mill-Komunità għandha tkun ipprovduta mill-istituzzjoni ta’ kreditu ma’ l-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-arranġamenti ta’ garanzija li tkopri id-depożiti tagħhom.

3.  L-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 għandha tkun disponibbli fil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih fergħa tkun stabbilita fil-manjiera preskritta mill-liġi nazzjonali u għandha tkun abbozzata f’għamla ċara u li tinftiehem.

L-Artikolu 7

▼M2

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kopertura għad-depożiti aggregati ta’ kull depożitant għandha tkun ta’ mill-anqas EUR 50 000 fil-każ li d-depożiti ma jkunux disponibbli.

1a.  Sal-31 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kopertura għad-depożiti aggregati ta’ kull depożitant għandha tkun iffissata għal EUR 100 000 fil-każ li d-depożiti ma jkunux disponibbli.

Jekk fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 12, il-Kummissjoni tikkonkludi li din iż-żieda u din l-armonizzazzjoni mhumiex xierqa u finanzjarjament vijabbli għall-Istati Membri kollha sabiex jiġu żgurati l-ħarsien tal-konsumatur u l-istabilità finanzjarja fil-Komunità u biex jiġu evitati distorsjonijiet transkonfini bejn l-Istati Membri, hija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta biex jiġi emendat l-ewwel subparagrafu.

1b.  L-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro li jaqilbu l-ammonti espressi f’euro msemmijin fil-paragrafu 1 u 1a fil-muniti nazzjonali tagħhom għandhom jiżguraw li l-ammonti fil-muniti nazzjonali effettivament imħallsa lid-depożitanti huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.

▼B

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li ċerti depożitaturi jew depożiti għandhom ikunu esklużi mill-garanzija jew għandhom jingħataw livell anqas ta’ garanzija. Dawk l-esklużjonijiet huma mniżżla fl-Anness I.

▼M2

3.  Il-paragrafu 1a m’għandux jipprekludi ż-żamma ta’ dispożizzjonijiet li kienu joffru, qabel l-1 ta’ Jannar 2008, notevolment għal konsiderazzjonijiet soċjali, kopertura sħiħa għal ċerti tipi ta’ depożiti.

▼M2 —————

▼B

5.  L-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jkun irrevedut perjodikament mill-Kummissjoni mill-anqas kull ħames snin. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal Direttiva biex tagħmel aġġustament għall-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, billi jittieħed akkont partikolarment ta’ żviluppi fis-settur bankarju u fis-sitwazzjoni ekonomika u monetarja fil-Komunità. L-ewwel reviżjoni m’għandhiex isseħħ ħlief wara ħames snin mit-tmiem tal-perijodu li hemm referenza għalih fl-Artikolu 7(1), it-tieni sub-paragrafu.

6.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-drittijiet tad-depożitaturi għal kumpens jista’ jkun suġġett għal azzjoni mid-depożitatur kontra l-iskema ta’ garanzija ta’ depożitu.

▼M2

7.  Il-Kummissjoni tista’ taġġusta l-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 1a skont l-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea abbażi tal-bidliet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea.

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tkun adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7a(2).

Artikolu 7a

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Banek Ewropej, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE ( 10 ).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 11 ) għandhom japplikaw, b’konsiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼B

L-Artikolu 8

1.  Il-limiti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7(1), (3) u (4) għandhom ikunu applikabbli għal depożiti aggregati imqiegħda ma’ l-istess istituzzjoni ta’ kreditu irrispettivament min-numru ta’ depożiti, il-munita u l-lokalità fil-Komunità.

2.  Is-sehem ta’ kull depożitatur fil-kont konġunt għandu jitqies fil-kalkolu tal-limiti li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 7(1), (3) u (4).

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċjali, kont bħal dak għandu jitqassam b’mod indaqs fost id-depożitaturi.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li depożiti f’kont li għalih tnejn jew aktar persuni jkunu intitolati bħala membri ta’ sħubija ta’ negozju, assoċjazzjoni jew gruppi ta’ natura simili, mingħajr personalità legali, jistgħu jkunu aggregati u ittratati bħalli kieku kienu magħmula minn depożitatur wieħed għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 7(1), (3) u (4).

3.  Meta depożitatur ma jkunx assolutament intitolat għas-somom miżmuma f’kont, il-persuna li tkun assolutament intitolata għandha tkun koperta mill-garanzija, basta li dik il-persuna tkun ġiet identifikata jew tkun identifikabbli qabel id-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni deskritta fl-Artikolu 1(3)(i) jew li l-awtorità ġudizzjarja tkun tat il-verdett tagħha kif deskritt fl-Artikolu 1(3) (ii). Jekk ikun hemm diversi persuni li jkunu assolutament intitolati, is-sehem ta’ kull wieħed permezz ta’ l-arranġamenti li suġġett għalihom is-somom huma amministrati għandhom ikunu meqjusa meta l-limiti li hemm dispożizzjoni dwarhom fl-Artikolu 7(1), (3) u (4) ikunu ikkalkolati.

Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tkun applikabbli għall-intrapriżi ta’ investiment kollettiv.

L-Artikolu 9

▼M2

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħmlu disponibbli lid-depożitanti attwali u lil dawk li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu depożitu, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazjoni tal-iskema ta’ garanzija għad-depożiti li tagħha l-istituzzjoni jew il-fergħat huma membri fil-Komunità jew xi arranġament alternattiv previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) jew fl-Artikolu 3(4). Id-depożitanti għandhom jiġu infurmati bid-dispożizzjonijiet tal-iskema ta’ garanzija għad-depożiti jew kwalunkwe arranġament alternattiv applikabbli, inkluż l-ammont u l-iskop tal-kopertura offruti mill-iskema ta’ garanzija għad-depożitu. Meta depożitu ma jkunx garantit permezz ta’ skema ta’ garanzija għad-depożitu skont l-Artikolu 7(2), l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinforma lid-depożitant kif meħtieġ. L-informazzjoni kollha għandha tkun disponibbli b’mod faċli u komprensibbli.

L-informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet għall-kumpens u l-formalitajiet li għandhom jitlestew biex jingħata l-kumpens għandha tingħata fuq talba.

▼B

2.  L-informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli fil-manjiera preskritta mill-liġi nazzjonali fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jillimitaw l-użu fir-reklamar ta’ l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 sabiex ma jħallux li dan l-użu jaffetwa l-istabbilità tas-sistema bankarja jew tal-fiduċja tad-depożitatur. Partikolarment, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu dak ir-reklamar għal referenza fattwali għall-iskema li magħha l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun tappartjeni.

L-Artikolu 10

▼M2

1.  L-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti għandhom ikunu f’qagħda li jħallsu t-talbiet debitament ivverifikati magħmulin minn depożitanti fir-rigward ta’ depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien għoxrin jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1(3)(i) jew li fih awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 1(3)(ii). Dak il-limitu ta’ żmien jinkludi l-ġbir u t-trażmissjoni ta’ data preċiża dwar id-depożitanti u d-depożiti, li huma meħtieġa għall-verifika tat-talbiet.

F’ċirkostanzi kompletament eċċezzjonali, skema ta’ garanzija għad-depożiti tista’ tagħmel applikazjoni lill-awtoritajiet kompetenti għal estenzjoni tal-limitu taż-żmien. Din l-estensjoni m’għandhiex teċċedi għaxart ijiem ta’ xogħol.

Sas-16 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-effettività u ż-żmien tal-proċeduri ta’ rimbors li jevalwa jekk tnaqqis għal 10 ijiem taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu jistax jiġi implimentat.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti jwettqu testijiet regolari tas-sistemi tagħhom u li, jekk xieraq, jiġu infurmati fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti jiskopru problemi f’istituzzjoni ta’ kreditu li x’aktarx jagħtu lok għall-intervent ta’ skemi ta’ garanzija għad-depożiti.

▼M2 —————

▼B

3.  Il-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 ma jistax ikun użat minn skema ta’ garanzija sabiex tiċħad il-benefiċċju ta’ garanzija lil xi depożitatur li ma jkunx jista’ jisħaq fiż-żmien il-pretensjoni tiegħu għal pagament permezz tal-garanzija.

4.  Id-dokumenti rigward il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu mwettqa u l-formalitajiet li għandhom ikunu iffinalizzati biex ikunu eliġibli għal pagament permezz tal-garanzija li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mħejjija fid-dettal u fil-manjiera preskritta bil-liġi nazzjonali fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih ikun jinstab id-depożitu ggarantit.

5.  Independentament mill-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafi 1 u 2, meta depożitatur jew xi persuna intitolata lejn jew interessata fis-sommom miżmuma f’kont tkun ġiet akkużata b’offiża li toriġina minn jew b’relazzjoni mal-money laundering kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 91/308/KEE, l-iskema ta’ garanzija tista’ tissospendi l-pagament sakemm ikun hemm verdett mill-qorti.

L-Artikolu 11

Mingħajr preġudizzju għal xi drittijiet oħra li huma jista’ jkollhom permezz tal-liġi nazzjonali, skemi li jagħmlu pagamenti permezz ta’ garanzija għandhom ikollhom id-dritt ta’ subrogazzjoni għad-drittijiet ta’ depożitaturi fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammont ekwivalenti tal-pagamenti tagħhom.

▼M2

Artikolu 12

1.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2009 rapport dwar:

(a) l-armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament ta’ skemi ta’ garanzija għad-depożiti li jindirizza, b’mod partikolari, l-effetti ta’ nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-każ ta’ kriżi transkonfini, fir-rigward tad-disponibbiltà tar-rimborsi ta’ kumpens tad-depożitu u fir-rigward tal-kompetizzjoni ġusta, u l-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ dan it-tip ta’ armonizzazzjoni;

(b) il-konvenjenza u l-modalitajiet li tiġi pprovduta kopertura sħiħa għal ċerti tipi ta’ bilanċi tal-kontijiet li żdiedu temporanjament;

(c) mudelli possibbli għall-introduzzjoni ta’ kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju;

(d) il-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ introduzzjoni possibbli ta’ skema Komunitarja ta’ garanzija għad-depożiti;

(e) l-impatt ta’ leġislazzjonijiet diverġenti rigward it-tpaċija, fejn il-kreditu ta’ depożitant jiġi bbilanċjat kontra d-djun tiegħu, fuq l-effiċjenza tas-sistema u distorsjonijiet possibbli, filwaqt li jitqies l-istralċ transkonfini;

(f) l-armonizzazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti u d-depożitanti koperti, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u tal-awtoritajiet lokali;

(g) ir-rabta bejn l-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti u modi alternattivi għar-rimbors lid-depożitanti, bħall-mekkaniżmu ta’ rimbors ta’ emerġenza.

Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti adegwati biex temenda din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tal-Banek Ewropej jekk ikollhom l-intenzjoni li jbiddlu l-kamp ta’ applikazzjoni jew il-livell ta’ kopertura għad-depożiti u dwar kwalunkwe diffikultà li jiltaqgħu magħha meta jikkooperaw mal-Istati Membri l-oħrajn.

▼B

L-Artikolu 13

Fil-lista ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huwa meħtieġ li tkun imħejjija bis-saħħa ta’ l-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 77/780/EEC, il-Kummissjoni għandha tindika l-istatus ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu fir-rigward ta’ din id-Direttiva.

L-Artikolu 14

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex dawn ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Lulju 1995. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li jagħmlu referenza bħal dik għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 15

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

Il-Lista ta’ esklużjonijiet li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(2)

1. Id-depożiti mill-istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 1(6) tad-Direttiva 89/646/KEE.

2. Id-depożiti minn intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni.

3. Id-depożiti minn awtoritajiet tal-gvern u awtoritajiet ċentrali amministrattivi.

4. Id-depożiti minn awtoritajiet provinċjali, reġjonali, lokali u muniċipali.

5. Id-depożiti minn intrapriżi ta’ l-investiment kollettiv.

6. Id-depożiti minn fondi ta’ pensjoni u ta’ irtirar.

7. Id-depożiti mid-diretturi, l-amministraturi, membri li jkunu personalment responsabbli, dawk li jkollhom ishma ta’ mill-anqas 5 % tal-kapital ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu, ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, persuni responsabbli biex iwettqu l-awditjar statutorju tad-dokumenti tal-kontijiet ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu u depożitaturi ta’ status simili f’kumpaniji oħra ta’ l-istess grupp.

8. Id-depożiti minn qraba fil-qrib u partijiet terzi li jaġixxu f’isem id-depożitaturi li hemm referenza għalihom f’7.

9. Id-depożiti minn kumpanniji oħra ta’ l-istess grupp.

10. Id-depożiti mhux nominattivi.

11. Id-depożiti li għalihom id-depożitatur ikun, fuq bażi individwali, akkwista mill-istess istituzzjoni ta’ kreditu rati u konċessjonijiet finanzjarji li jkunu għenu biex tkun aggravata is-sitwazzjoni finanzjarja.

12. Is-sigurtajiet ta’ dejn maħruġa mill-istess istituzzjoni u responsabbiltajiet li joriġinaw mill-aċċettazzjonijiet tagħha ta’ noti ta’ promessa.

13. Id-depożiti f’muniti apparti minn:

 dawk ta’ l-Istati Membri,

  ecus.

14. Id-depożiti minn kumpaniji li huma ta’ ċertu daqs hekk li ma jkollhomx permess li jħejju balance sheet imqassra bis-saħħa ta’ l-Artikolu 11 tar-Raba Direttiva tal-Kunsill (78/660/KEE) tal-25 ta’ Lulju 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji ( 12 ).




L-ANNESS II

Il-Prinċipji ta’ gwida

Fejn fergħa tapplika biex tissieħeb ġewwa Stat Membru ospitanti fi skema għal koperta supplementari, l-iskema ta’ l-Istat Membru ospitanti għandha fuq bażi bilaterali tistabbixxi ma’ l-iskema ta’ l-Istat Membru tal-lokalità, regoli xierqa u proċeduri għal pagament ta’ kumpens lejn id-depożitaturi ta’ dik il-fergħa. Dawn il-prinċipji li ġejjin għandhom ikunu applikabbli kemm għat-tħejjija ta’ dawk il-proċeduri u fit-tħejjija tal-qafas tal-kundizzjonijiet tas-sħubija applikabbli lejn fergħa bħal dik (bħal ma hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(2)):

(a) l-iskema ta’ l-Istat Membru ospitanti għandha żżomm id-drittijiet kollha biex timponi l-għanjiet tagħha u r-regoli ġeneralment applikati għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu parteċipanti; għandha tkun tista’ teħtieg il-proviżjoni ta’ l-informazzjoni relevanti u jkollha d-dritt li tivverifika dik l-informazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità;

(b) l-iskema ta’ l-Istat Membru ospitanti tilqa’ l-pretensjonijiet għal kumpens supplementari fuq dikjarazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-lokalità li d-depożiti ma jkunux disponibbli. L-iskema ta’ l-Istat Membru ospitanti iżżomm id-drittijiet kollha biex jivverifika l-intitolar ta’ depożitatur skond in-normi u l-proċeduri tiegħu qabel ma jitħallas il-kumpens supplementari;

(ċ) l-iskemi ta’ l-Istat Membru tal-lokalità u ta’ l-Istat Membru ospitanti għandhom jikkoperaw bis-sħiħ ma’ xulxin sabiex jassiguraw li d-depożitaturi jirċievu kumpens mingħajr dewmien fl-ammonti korretti. Partikolarment, huma għandhom jifthiemu dwar l-eżistenza ta’ kontro-pretensjonijiet li jistgħu jagħtu bidu għal xi rikumpens permezz ta’ waħda mill-iskemi li jaffetwaw il-kumpens imħallas lid-depożitaturi b’kull skema;

(d) l-iskemi ta’ Stat Membru ospitanti għandhom ikunu intitolati li jimponu ħlasijiet fuq friegħi għal koperta supplementari fuq bażi xierqa billi jittieħed akkont tal-garanzija li tkun ingħatat fondi mill-iskema ta’ l-Istat Membru tal-lokalità. Biex jiffaċilita l-imponiment ta’ ħlasijiet, l-iskema ta’ l-Istat Membru ospitanti għandha tkun intitolata li tassumi li r-responsabbiltà tagħha tkun fiċ-ċirkostanzi kollha limitata għall-eċċess tal-garanzija li hi tkun offriet fuq il-garanzija offruta mill-Istat Membru tal-lokalità independentament minn jekk l-Istat Membru tal-lokalità iħallasx attwalment xi kumpens fir-rigward ta’ depożiti miżmuma fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti.

▼M2 —————



( 1 ) ĠU C 163, tat-30.6.1992, p. 6. u ĠU C 178, tat-30.6.1993, p. 14.

( 2 ) ĠU C 332, tas-16.12.1992, p. 13.

( 3 ) ĠU C 115, tas-26.4.1993, p. 96. u id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 (ĠU C 91, tat-28.3.1994).

( 4 ) ĠU L 33, ta’ l-4.2.1987, p. 16.

( 5 ) ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 92/30/KEE (ĠU L 110, tat-28.4.1992, p. 52).

( 6 ) ĠU L 322, tas-17.12.1977, p. 30. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/646/KEE (ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 1).

( 7 ) ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/220/KEE (ĠU L 100, tad-19.4.1988, p. 31.).

( 8 ) ĠU L 124, tal-5.5.1989, p. 16. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/16/KEE (ĠU L 75, tal-21.3.1992, p. 48).

( 9 ) ĠU L 166, tat-28.6.1991, p. 77.

( 10 ) ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36.

( 11 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 12 ) ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/605/KEE (ĠU L 317, tas-16.11.1990, p. 60).

Top