Help Print this page 

Document 01980L0181-20090527

Title and reference
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE (80/181/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1980/181/2009-05-27
Multilingual display
Text

1980L0181 — MT — 27.05.2009 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Diċembru 1979

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE

(80/181/KEE)

(ĠU L 039, 15.2.1980, p.40)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 85/1/KEE tat-18 ta' Diċembru 1984

  L 2

11

3.1.1985

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 89/617/KEE tas-27 ta’ Novembru 1984

  L 357

28

7.12.1989

►M3

ID-DIRETTIVA 1999/103/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-24 ta' Jannar 2000

  L 34

17

9.2.2000

►M4

DIRETTIVA 2009/3/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-11 ta’ Marzu 2009

  L 114

10

7.5.2009




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Diċembru 1979

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl u dwar l-irrevokar tad-Direttiva 71/354/KEE

(80/181/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 71/354/KEE tat-18 ta'' Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl ( 1 ), hekk kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 76/770/KEE ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 3 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 4 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 5 ),

Billi l-unitajiet ta' kejl huma essenzjali fl-użu ta' l-istrumenti kollha ta' kejl, sabiex jesprimu kejl jew kull indikazzjoni ta' kwantità; billi l-unitajiet ta' kejl huma użati f'bosta oqsma ta' l-attività umana; billi hemm bżonn li tiġi żgurata l-akbar kjarezza possibbli fl-użu tagħhom; billi hemm bżonn li jsiru regoli għall-użu tagħhom fi ħdan il-Komunità għal skopijiet ekonomiċi, ta' saħħa pubblika, ta' sigurtà pubblika, jew amministrattivi;

Billi, madankollu, jeżistu konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali fil-qasam tat-trasport internazzjonali li jorbtu lill-Komunità jew lill-Istati Membri; billi dawn il-konvenzjonijiet u l-ftehim għandhom jiġu rispettati;

Billi l-liġijiet li jirregolaw l-użu ta' l-unitajiet ta' kejl fl-Istati Membri jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, u bħala riżultat huma ostaklu għall-kummerċ; billi f'dawn iċ-ċirkostanzi, huwa neċessarju illi ssir armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex jiġu megħluba dawn l-ostakoli;

Billi l-unitajiet ta' kejl huma soġġetti għar-riżoluzzjonijiet internazzjonali adottati mill-Konferenza Ġenerali dwar il-Piżijiet u l-Kejl (CGPM) stabbilita mill-Konvenzjoni tal-Metru hekk kif iffirmata f'Pariġi nhar l-20 ta' Mejju 1875, li għaliha jaderixxu l-Istati Membri kollha; billi l-“International System of Units” (SI) ġiet stabbilita b'riżultat ta' dawn ir-riżoluzzjonijiet;

Billi l-Kunsill fit-18 ta' Ottubru 1971 adotta d-Direttiva 71/354/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri sabiex jeliminaw l-ostakoli għall-kummerċ billi jadottaw is-sistema internazzjonali ta' l-unitajiet fuq livell Komunitarju; billi d-Direttiva 71/354/KEE ġiet emendata bl-Att ta' Adeżjoni u bid-Direttiva 76/770/KEE;

Billi dawn id-dispożizzjonijiet tal-Komunità ma għelbux l-ostakoli kollha f'dan il-qasam; billi d-Direttiva 76/770/KEE tipprovdi għal reviżjoni qabel il-31 ta' Diċembru 1979 tas-sitwazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-unitajiet ta' kejl, ismijiet u simboli elenkati fil-Kapitolu D ta' l-Anness tagħha; billi huwa neċessarju wkoll illi ssir reviżjoni tas-sitwazzjoni dwar ċerti unitajiet oħra ta' kejl;

Billi huwa neċessarju, sabiex ma jkunx hemm diffikultajiet serji, li jkun provdut għal perjodu ta' transizzjoni li matulu l-unitajiet ta' kejl li mhumiex kompatibbli mas-sistema internazzjonali jinqatgħu gradwalment; billi madankollu huwa essenzjali illi dawk l-Istati Membri li jixtiequ jingħataw permess sabiex idaħħlu fis-seħħ malajr kemm jista' jkun, fit-territorju tagħhom, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 ta' l-Anness; billi għalhekk huwa neċessarju illi jiġi limitat it-tul ta' dan il-perjodu ta' transizzjoni f'livell Komunitarju, waqt illi fl-istess ħin, l-Stati Membri jkunu mħollija jillimitaw dan il-perjodu;

Billi matul il-perjodu ta' transizzjoni huwa essenzjali, b'mod partikolari, sabiex ikun protett il-konsumatur, illi tinżamm pożizzjoni ċara dwar l-użu ta' l-unitajiet ta' kejl fil-kummerċ bejn l-Istati Membri; billi l-obbligu fuq l-Istati Membri li jippermettu l-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari fuq il-prodotti u t-tagħmir importat minn Stati Membri oħra matul dan il-perjodu ta' transizzjoni jidher li qiegħed jaqdi dan il-għan tajjeb;

Billi l-adozzjoni sistematika ta' soluzzjoni ta' dan it-tip għall-istrumenti kollha ta' kejl, inklużi strumenti mediċi, mhix neċessarjament mixtieqa; billi l-Istati Membri għandhom għaldaqstant ikunu jistgħu jeħtieġu, illi fuq it-territorju tagħhom, l-istrumenti ta' kejl ikollhom indikazzjonijiet tal-kwantità f'unità legali ta' kejl waħdanija;

Billi din id-Direttiva ma taffettwax it-tkomplija ta'manifattura ta' prodotti li diġà jinsabu fuq is-suq; billi. madankollu, taffetwa fil-fatt it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti u tagħmir li fihom indikazzjonijiet ta' kwantità f'unitajiet ta' kejl li ma għadhomx unitajiet legali ta' kejl, meta prodotti u tagħmir bħal dawn huma neċċessarji sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet ta' prodotti, tagħmir, u strumenti bħal dawn li jkunu diġà fis-suq; billi huwa għalhekk neċessarju għall-Istati Membri sabiex jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' tali prodotti u tagħmir sabiex ilestu u jissostitwixxu komponenti, anke fejn ikun fihom indikazzjonijiet ta' kwantità f'unitajiet ta' kejl li ma jkunux għadhom unitajiet legali ta' kejl, sabiex prodotti, tagħmir u strumenti diġà fis-suq ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw;

Billi l-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), nhar l-1 ta' Marzu 1974, adottat standard internazzjonali fir-rappreżentazzjoni ta' l-SI u unitajiet oħra sabiex jintużaw f'sistemi b'numru limitat ta' karattri; billi huwa tajjeb għall-Komunità illi tadotta soluzzjonijiet li diġà ġew approvati fuq livell internazzjonali aktar wiesa' mill-Istandard ta' l-ISO 2955 ta' l-1 ta' Marzu 1974;

Billi d-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar l-unitajiet ta' kejl jinsabu f'diversi testi tal-Komunità; billi kwistjonijiet dwar l-unitajiet ta' kejl huma tant importanti illi huwa essenzjali illi tkun tista' ssir riferenza għal test tal-Komunità wieħed; billi din id-Direttiva tikkonsolida d-dispożizzjonijiet tal-Komunità kollha dwar is-suġġett u tirrevoka d-Direttiva 71/354/KEE,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



L-Artikolu 1

L-unitajiet legali ta' kejl fi ħdan it-tifsira ta' din id-Direttiva li għandhom jintużaw sabiex jesprimu l-kwantitajiet għandhom ikunu

(a) dawk elenkati fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness;

▼M4

(b) dawk elenkati fil-Kapitolu II tal-Anness f'dawk l-Istati Membri biss fejn kienu awtorizzati fil-21 ta' April 1973.

▼B

(ċ) dawk elenkati fil-Kapitolu III ta’ l-Anness biss f’dawk l-Istati Membri fejn kienu awtorizzati fil-21 ta’ April 1973 u sa data li għad trid tiġi stabbilita minn dawk l-Istati Membri. Din id-data ma tistax tkun iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1994;

(d) dawk elenkati fil-Kapitolu IV ta’ l-Anness biss f’dawk l-Istati Membri fejn ġew awtorizzati nhar l-21 ta’ April 1973 u sa data li għad trid tiġi stabbilita minn dawk l-Istati Membri. Din id-data ma tistax tkun iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1999.

▼B

L-Artikolu 2

▼M4

(a) L-obbligi taħt l-Artikolu 1 jirrelataw mal-istrumenti użati ta' kejl, il-kejl li sar u indikazzjonijiet ta' kwantità espressi f'unitajiet tal-kejl.

▼B

(b) Din id-Direttiva ma għandhiex taffetwa l-użu ta' l-unitajiet fil-qasam tat-trasport bl-arja u bil-baħar u traffiku fuq il-linji tal-ferroviji, għajr jekk magħmula obbligatorji bis-saħħa ta' din id-Direttiva, li ġew stabbiliti fil-konvenzjonijiet jew ftehim internazzjonali li jorbtu lill-Komunità jew lill-Istati Membri.

L-Artikolu 3

1.  Għall-fini ta' din id-Direttiva “indikazzjoni supplementari” tfisser indikazzjoni waħda jew aktar ta' kwantità espressa f'unitajiet ta' kejl li ma jinsabux fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness li jakkumpanjaw l-indikazzjoni ta' kwantità espressa f'unità li tinsab f'dak il-Kapitolu.

▼M4

2.  L-użu ta' indikazzjonijiet supplimentari għandu jkun awtorizzat.

▼B

3.  Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-istrumenti ta' kejl ikun fihom indikazzjonijiet ta' kwantità f'unità legali ta' kejl waħda.

4.  L-indikazzjoni espressa f'unità ta' kejl stabbilita fil-Kapitolu 1 għandha tippredomina. B'mod partikolari, l-indikazzjonijiet espressi f'unitajiet ta' kejl mhux elenkati fil-Kapitolu 1 għandhom jiġu espressi f'karattri mhux ikbar minn dawk ta' l-indikazzjoni korrispondenti f'unitajiet elenkati fil-Kapitolu I.

▼M2 —————

▼B

L-Artikolu 4

L-użu ta' unitajiet ta' kejl li mhumiex jew li ma għadhomx aktar legali għandu jiġi awtorizzat għal:

 prodotti u tagħmir diġà fis-suq u/jew li qiegħed fis-servizz fid-data li fiha hija adottata din id-Direttiva,

 komponenti u partijiet ta' prodotti u ta' tagħmir meħtieġa sabiex jissupplimentaw jew jissostitwixxu komponenti u partijiet tal-prodotti u tat-tagħmir ta' hawn fuq.

Madanakollu, l-użu ta' unitajiet legali ta' kejl jista' jkun meħtieġ għal indikaturi ta' strumenti ta' kejl.

L-Artikolu 5

L-istandard internazzjonali ISO 2955 ta' ►M2  il-15 ta’ Mejju 1983 ◄ , “Ipproċessar ta” informazzjoni - Rappreżentazzjonijiet tal-SI u unitajiet oħra li jintużaw f'sistemi b'settijiet ta' karattri limitati "għandu japplika fil-qasam kopert bil-paragrafu 1 tiegħu.

L-Artikolu 6

Id-Direttiva 71/354/KEE għandha tiġi rrevokata nhar l-1 ta' Ottubru 1981.

▼M2 —————

▼M3

L-Artikolu 6a

Il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u, b'mod partikolari, il-każ ta' indikazzjonijiet supplimentari għandhom jiġu eżaminati aktar, u jekk meħtieġ jittieħdu l-miżuri adottati bi qbil mal-proċedura msemmija f'Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE ( 6 ).

▼M4

Artikolu 6b

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi tas-suq relatati ma' din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha fir-rigward tal-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u tal-kummerċ internazzjonali u għandha tippreżenta rapport dwar dawk l-iżviluppi, akkumpanjat minn proposti fejn ikun il-każ, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2019.

▼B

L-Artikolu 7

(a) L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw qabel l-1 ta' Lulju 1981, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan.

Dawn għandhom japplikaw dawn il-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1981.

(b) Sa mid-data tan-notifika ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll illi l-Kummissjoni tkun infurmata, f'ħin tajjeb li jippermettilha illi tissottometti l-kummenti tagħha, bi kwalunkwe abbozz ta' liġi, regolament u dispożizzjoni amministrattiva li huma jkollhom il-ħsieb li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 8

Din id-direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS

IL-KAPITOLU I

UNITAJIET LEGALI TA' KEJL LI SARET REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1(a)

1.   UNITAJIET SI U L-MULTIPLI U S-SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM

1.1.   unitajiet SI bażi



Kwantità

Unità

Isem

Simbolu

Tul

metru

m

Piż

kilogramm

kg

Ħin

sekonda

s

Kurrent Elettriku

ampere

A

Temperatura termodinamika

kelvin

K

Ammont ta' sustanza

mole

mol

Intensità ta' luminosità

candela

cd

Definizzjonijiet ta' l-unitajiet SI bażi:

▼M1

Metru huwa t-tul tal-mogħdija tad-dawl f'vakwu matul 1/299 792 485 sekondi.

(Is-sbatax-il CGPM (1983), L-1 Riżoluzzjoni).

▼B

Il-kilogramm hija l-unità tal-massa; huwa ugwali għall-massa tal-prototip internazzjonali tal-kilogramm.

(It-Tielet CGPM (1901), paġna 70 tar-rapport tal-konferenza).

Is-sekonda hija t-tul ta' żmien ta' 9 192 631 770 perjodi tar-radjazzjoni li tikkorrispondi għat-transizzjoni bejn żewġ livelli iperfini u l-ground state ta' l-atomu ta' caesium-133.

(It-Tlettax-il CGPM (1967), riżoluzzjoni 1).

L-ampere huwa dak il-kurrent kostanti li jekk miżmum f'żewġ tulijiet dritti paralleli infiniti, ta' sezzjoni trasversali tonda negliġibbli u mpoġġija metru 'l bogħod mill-ieħor f'vakwu, jipproduċi bejn iż-żewġ materjali kondutturi forza ugwali għal 2 x 10-7 newton għal kull metru ta' tul.

(CIPM (1946), riżoluzzjoni 2, approvata mid-disa' CGPM (1948)).

▼M4

Il-kelvin, unità tat-temperatura termodinamika, huwa l-frazzjoni 1/273,16 tat-temperatura termodinamika tal-punt triplu tal-ilma.

Din id-definizzjoni tirriferi għal ilma li għandu kompożizzjoni isotopika ddefinita minn proporzjonijiet ta' ammont ta' sustanza li ġejjin: 0.000 155 76 mole ta' 2H kull mole ta' 1H, 0.000 379 mole kull 17O kull mole ta' 16O u 0.002 005 2 mole ta' 18O kull mole ta' 16O.

(It-Tlettax-il CGPM (1967), riżoluzzjoni 4 u t-Tlieta u għoxrin CGPM (2007), riżoluzzjoni 10)

▼B

(1) Il-mole hija l-ammont ta' sustanza ta' sistema li fiha entitajiet elementari daqs kemm hemm atomi f'0·012 kg ta' carbon 12.

(2) Meta l-mole hija użata, l-entitajiet elementari għandhom jiġu speċifikati u jistgħu jkunu atomi, molekuli, jonji, elettroni, jew partikuli oħra jew gruppi speċifiċi ta' tali partikuli.

(L-Erbatax-il CGPM (1971), riżoluzzjoni 3).

Il-candela hija l-intensità tal-luminosità, f'direzzjoni partikolari, ta' sors li jemetti raġġi monokromatiċi bi frekwenza ta' 540 x 1012 hertz u li l-intensità ta' radjanti f'dik id-direzzjoni hija ta' (1/683) watt per steradian

(Is-Sittax -il CGPM (1979), riżoluzzjoni 3).

1.1.1.    ►M4  Isem speċjali jew simbolu tal-unità ta' temperatura dderivati mill-SI sabiex tkun espressa t-temperatura f'Celsius ◄



Kwantità

Unità

Isem

Simbolu

Temperatura f'Celsius

Grad Celsius

oC

▼M3

Temperatura Celsius t hija definita bħala d-differenza t = T - To bejn iż-żewġ temperaturi termodinamiċi T u To fejn To = 273,15 K. Intervall jew differenza ta' temperatura jista' jiġi espress jew f'kelvins jew fi gradi Celsius. L-unità “grad Celsius” hija ugwali għall-unità “kelvin”.

▼M4

1.2.   Unitajiet derivati mis-SI

▼M4 —————

▼M4

1.2.2.   Regola ġenerali għall-unitajiet derivati mis-SI

L-unitajiet imnisslin b'mod koerenti mill-unitajiet bażi SI huma mogħtijin bħala espressjonijiet alġebrajiċi fil-forma ta' prodotti ta' powers tal-unitajiet bażi SI b'fattur numeriku ugwali għal 1.

1.2.3.   Unitajiet SI mnisslin li għandhom ismijiet u simboli speċjali



Kwantità

Unità

Espressjoni

Isem

Simbolu

F'termini ta' unitajiet SI oħra

F'termini ta' unitajiet SI bażi

Angolu pjan

radian

rad

 

m · m–1

Angolu solidu

steradian

sr

 

m2 · m–2

Frekwenza

hertz

Hz

 

s–1

Forza

newton

N

 

m · kg · s–2

Pressjoni, stress

pascal

Pa

N · m–2

m–1 · kg · s–2

Enerġija, work; kwantità ta' sħana

joule

J

N · m

m2 · kg · s–2

Saħħa (1), fluss radjanti

watt

W

J · s–1

m2 · kg · s–3

Kwantità ta' elettriku, karg ta' elettriku

coulomb

C

 

s · A

Potenzjal tal-elettriku, differenza fil-potenzjal, forza elettromotiva

volt

V

W · A–1

m2 · kg · s–3 · A–1

Resistenza tal-elettriku

ohm

Ω

V · A–1

m2 · kg · s–3 · A–2

Konduttività

siemens

S

A · V–1

m–2 · kg–1 · s3 · A2

Kapaċitanza

farad

F

C · V–1

m–2 · kg–1 · s4 · A2

Fluss manjetiku

weber

Wb

V · s

m2 · kg · s–2 · A–1

Densità tal-fluss manjetiku

tesla

T

Wb · m–2

kg · s–2 · A–1

Inductance

henry

H

Wb · A–1

m2 · kg · s–2 · A–2

Fluss luminuż

lumen

lm

cd · sr

cd

Illuminanza

lux

lx

lm · m–2

m–2 · cd

Attività (ta' radionuclide)

becquerel

Bq

 

s–1

Doża assorbita, enerġija speċifika trasferita, kerma, indiċi tad-doża assorbita

gray

Gy

J · kg–1

m2 · s–2

Doża ekwivalenti

sievert

Sv

J · kg–1

m2 · s–2

Attività katalittika

katal

kat

 

mol · s–1

(1)   Ismijiet speċjali għal unità ta' power; l-isem volt-ampere (simbolu “VA”) meta użat sabiex ifisser s-saħħa apparenti ta' kurrent tal-elettriku li jalterna, u var (simbolu “var”) meta huwa użat sabiex ifisser is-saħħa elettrika reattiva. Il-“var” mhuwiex inkluż fir-riżoluzzjonijiet tal-CPGM.

Unitajiet imnisslin mill-unitajiet SI bażi jistgħu jiġu espressi f'termini ta' unitajiet elenkati fil-Kapitolu I.

B'mod partikolari, l-unitajiet SI imnisslin jistgħu jiġu espressi permezz ta' ismijiet u simboli speċjali mogħtija fit-tabella ta' hawn fuq; per eżempju l-unità SI tal-viskożità dinamika tista' tiġi espressa bħala m–1 · kg · s–1 jew N · s · m–2 jew Pa · s.

▼B

1.3.   Prefissi u s-simboli tagħhom użati sabiex jingħataw ċerti multipli u submultipli deċimali

▼M3



Il-Fattur

Il-Prefiss

Is-Sinjal

Il-Fattur

Il-Prefiss

Is-Sinjal

1024

yotta

Y

10-1

deci

d

1021

zetta

Z

10-2

centi

c

1018

exa

E

10-3

mili

m

1015

peta

P

10-6

mikro

μ

1012

tera

T

10-9

nano

n

109

giga

G

10-12

piko

p

106

mega

M

10-15

femto

a

103

kilo

k

10-18

atto

f

102

hekto

h

10-21

zepto

z

101

deka

da

10-24

yocto

y

▼B

L-ismijiet u s-simboli tal-multipli u s-submultipli deċimali ta' l-unità tal-massa huma iffurmati billi jiġu mehmuża prefissi mal-kelma “gramm” u s-simboli tagħhom mas-simbolu “g”.

Fejn unità imnissla hija espressa bħala frazzjoni, il-multipli u s-submultipli deċimali tagħha jistgħu jingħataw billi jiġi mehmuż il-prefiss ma' l-unitajiet fin-numeratur jew fid-denominatur, jew f'dawn iż-żewġ partijiet.

Prefissi komposti, jew aħjar prefissi ffurmati mit-tqeħid ħdejn xulxin ta' diversi prefissi imsemmija hawn fuq, ma jistgħux jintużaw.

1.4.   Ismijiet speċjali awtorizzati u simboli tal-multipli u submultipli deċimali ta' l-Unitajiet SI



Kwantità

Unità

Isem

Simbolu

Valur

Volum

litri

1 jew L (1)

1 l = 1 dm3 = 10-3 m3

Massa

tunnellati metriċi

t

1 t = 1 Mg = 103 kg

Pressjoni, stress

bar

bar (2)

1 bar = 105 Pa

(1)   Iż-żewġ simboli “I” u “L” jistgħu jintużaw għall-unità tal-litru.

(2)   Unità imniżżla fil-ktejjeb tal-Bureau Internazzjonali tal-Piżijiet u Kejl bħala fost l-unitajiet li għandhom jiġu permessi b'mod temporanju.

Nota:

Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' unitajiet u simboli li jinsabu fit-Tabella 1.4.

2.   UNITAJIET LI HUMA DEFINITI FUQ IL-BAŻI TA' L-UNITAJIET SI IŻDA LI MHUMIEX MULTIPLI JEW SUBMULTIPLI DEĊIMALI TAGĦHOM



Kwantità

Unità

Isem

Simbolu

Valur

Angolu plan

rivoluzzjoni * (1) ()

 

1 rivoluzzjoni = 2 π rad

grad* jew gon *

gon*

image

grad

°

image

minuta ta' l-angolu

'

image

sekonda ta' l-angolu

"

image

Ħin

minuta

min

1 min = 60 s

siegħa

h

1 h = 3 600 s

ġurnata

d

1 d = 86 400 s

(1)   il-karattru (*) wara l-isem jew is-simbolu ta' l-unità jindika li ma jidhirx fil-listi mħejjija mill-CGPM,CIPM jew BIPM. Dan japplika għall-Anness kollu.

(2)   Ma jeżisti l-ebda simbolu internazzjonali.

Nota:

il-prefissi elenkati fi 1.3 jistgħu jiġu użati biss flimkien ma' l-ismijiet “grad” jew “gon” u s-simbolu “gon”.

▼M3

3.   UNITAJIET UŻATI MA' L-SI, LI L-VALUR TAGĦHOM HUWA MIKSUB B'MOD SPERIMENTALI



Kwantità

Unità

Isem

Simbolu

Definizzjoni

Enerġija

Volt elettroniku

eV

Il-volt elettroniku huwa l-enerġija kinetika miksuba minn elettron li jgħaddi minn differenza potenzjali ta' 1 volt f'vakwu

Piż

Unità ta' piż atomiku sħiħ

U

L-unità tal-piż atomiku sħiħ hija ugwali għall-1/12 tal-piż ta' atomu tan-nuklide 12C.

Nota:

Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati fil-lista 1.3 jistgħu jiġu wżati ma' dawn iż-żewġ unitajiet u mas-simboli tagħhom.

▼B

4.   UNITAJIET U ISMIJIET TA' L-UNITAJIET PERMESSI F'OQSMA SPEĊJALIZZATI BISS



Kwantità

Unità

Isem

Simbolu

Valur

Vergency ta' sistemi ottikali

dioptre*

 

1 dioptre = 1m-1

Massa tal-ħagar prezzjuż

karat metriku

 

1 karat metriku = 2 X 10-4 kg

Area ta' l-art agrikola u art għall-bini

are

a

1 a = 102 m2

Massa għal kull unità ta' tul tal-yarn u l-ħjut tat-tessili

tex*

tex*

1 tex = 10-6 kg m-1

▼M1

Pressjoni tad-demm u ta' fluidi oħra tal-ġisem

Millimetru ta' merkurju

mm Hg(*)

1 mm Hg = 133,322 Pa

Cross-sectional area effettiva

Barn

b

1 b = 10 -28 m2

▼B

Nota:

►M1  Il-prefissi u s-simboli tagħhom elenkati f'1.3 jistgħu jintużaw flimkien ma' l-unitajiet u s-simboli ta' hawn fuq, bl-eċċezzjoni tal-millimetru ta' merkurju u s-simbolu tiegħu. Iżda l-multiplu ta' 102a huwa msejjaħ “ettaru”. ◄

5.   UNITAJIET KOMPOSTI

Kombinazzjonijiet ta' l-unitajiet elenkati fil-Kapitolu I jiffurmaw unitajiet komposti.

▼M2

IL-KAPITOLU II



L-UNITAJIET LEGALI TA’ KEJL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(b), AWTORIZZATI GĦAL UŻU SPEĊIFIKU BISS

Settur ta’ applikazzjoni

Unità

Isem

Valur approssimat

Simbolu

Sinjali tat-traffiku, kejl ta’ distanza u veloċità

mil

1 mil =

1 609 m

mil

jarda

1 jarda =

0,9144 m

jarda

pied

1 pied =

0,3048 m

pied

pulzier

1 pulzier =

2,54 x 10-2m

pulzier

Tqassim ta’ birra draught u ċidru; ħalib f’reċipjenti li jingħataw lura

pinta

1 pintat =

0,5683 x 10-3 m3

pinta

▼M4 —————

▼M2

Transazzjoni f’metalli prezzjużi

uqija troj

1 uqija troj =

31,10 x 10-3 kg

uqija troj

▼M4

L-unitajiet elenkati f'dan il-Kapitolu jistgħu jiġu kkombinati ma' xulxin jew ma' dawk fil-Kapitolu I sabiex jiffurmaw unitajiet komposti.

▼B

Il-KAPITOLU III

UNITAJIET LEGALI TA' KEJL LI SARET REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 1(ċ)



KWANTITAJIET, ISEM TA' L-UNITAJIET, SIMBOLI U VALURI APPROSSIMATTIVI

Tul

pulzier

1 in = 2,54 x 10-2 m

pied

1 ft = 0,3048m

▼M2 —————

▼B

mil

mil = 1 609 m

jarda

jarda = 0,9144m

Area

pied kwadru

1 sq ft = 0,929 x 10-1 m2

acre

1 ac = 4 047 m2

Jarda kwadra

1 sq yd = 0,8361 m2

Volum

Uqija fluwida

1 fl oz = 28,41 x 10-6 m3

Kwart ta' pinta

1 gill = 0,1421 x 10-3 m3

Pinta

1 pt = 0,5683 x 10-3 m3

Kwart

1 qt = 1,137 x 10-3 m3

Gallun

1 gal = 4,546 x 10-3 m3

Piż

Uqija (avoirdupois)

1 oz = 28,35 x 10-3 kg

Troy ounce

1 oz tr = 31,10 x 10-3 kg

Libbra

1 lb = 0.4536 kg

Enerġija

therm

1 therm = 105,506 x 106 J

Sad-data li għad trid tiġi stabbilita taħt l-Artikolu 1(ċ), l-unitajiet elenkati fil-Kapitolu III jistgħu jiġu magħqudin flimkien jew ma' dawk fil-Kapitolu 1 sabiex jiffurmaw unitajiet komposti.

▼M2

Il-KAPITOLU IV



L-UNITAJIET LEGALI TA’ KEJL IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(d), AWTORIZZATI GĦAL OQSMA SPEĊJALIZZATI BISS

Settur ta’ applikazzjoni

Unità

Isem

Valur approssimat

Simbolu

 
 

Navigazzjoni marittima

fathom

1 fm =

1,829 m

fm

Birra, ċidru, ilmijiet, luminati u meraq tal-frott f’reċipjenti li jistgħu jingħataw lura

pinta

1 pinta =

0,5683 x 10-3 m3

pintat

uqija fluwida

1 uqija fluwida =

28,41 x 10-6 m3

uqija fluwida

Xorb alkoħoliku

kwart ta’ pinta

kwart ta’ pinta =

0,142 x 10-3 m3

kwart ta’ pinta

Oġġetti mibjugħin b’waħdiet f’lott

uqija

(avoir dupois)

1 uqija =

28,35 x 10-3 kg

oz

libbra

1 libbra =

0,4536 kg

libbra

Provvista tal-gass

term

1 term =

105,506 x 106 J

term

Sad-data li għad trid tiġi stabbilita taħt l-Artikolu 1(d), l-unitajiet elenkati f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu kkombinati ma’ xulxin jew ma’ dawk fil-Kapitolu I sabiex jiffurmaw unitajiet komposti.



( 1 ) ĠU L 243, tad-29.10.1971, p. 29

( 2 ) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 204

( 3 ) ĠU C 81, tat-28.3.1979, p. 6

( 4 ) ĠU C 127, tal-21.5.1979, p. 80

( 5 ) L-Opinjoni mogħtija fl-24/25 ta' Ottubru 1979 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

( 6 ) ĠU L 202, tas-6.9.1971, p.1.

Top