EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0225
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL AND THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE on the application of Council Regulation (EC) No 2201/2003 concerning jurisdiction and the recognition and enforcement of judgements in matrimonial matters and the matters of parental responsibility, repealing Regulation (EC) No 1347/2000
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000
/* COM/2014/0225 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 /* COM/2014/0225 final */
Introduzzjoni Il-mobilità
dejjem tikber taċ-ċittadini fl-Unjoni[1]
wasslet għal żieda fin-numru ta’ familji b’dimensjoni
internazzjonali, b'mod partikolari familji li l-membri tagħhom huma ta’
nazzjonalità differenti, jgħixu fi Stati Membri differenti jew wieħed
jew aktar minnhom jgħixu fi Stat Membru li huma ma jkunux persuni
nazzjonali tiegħu. Skont l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tadotta miżuri fil-qasam
tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili b’implikazzjonijiet
transfruntieri. Meta l-familji jinfirdu, tali kooperazzjoni tkun partikolarment
meħtieġa sabiex it-tfal ikollhom ambjent ġuridiku sikur biex
iżommu relazzjonijiet ma’ persuni li għandhom ir-responsabbiltà
tal-ġenituri fuqhom u jkunu jistgħu jgħixu fi Stat Membru
ieħor. Ir-Regolament
Nru 1347/2000 li jistabbilixxi r-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni,
ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi dwar divorzju, separazzjoni u
annullament ta' żwieġ kif ukoll sentenzi dwar responsabbiltà
tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi kien
l-ewwel strument adottat fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi
kwistjonijiet tal-liġi tal-familja[2].
Dan ir-Regolament tħassar bir-Regolament Nru 2201/2003[3]
(normalment magħruf bħala r-Regolament Brussell IIa, minn hawn
’il quddiem “ir-Regolament”). Ir-Regolament huwa l-bażi tal-kooperazzjoni
ġudizzjarja tal-Unjoni fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet
ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. Dan japplika
mill-1 ta’ Marzu 2005 għall-Istati Membri kollha ħlief
għad-Danimarka.[4] Ir-Regolament
jistabbilixxi regoli uniformi biex jiġu solvuti l-kunflitti ta’
ġuriżdizzjoni bejn l-Istati Membri u tiġi ffaċilitata
ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ sentenzi, strumenti awtentiċi u
ftehimiet fl-Unjoni billi jiġu preskritti dispożizzjonijiet dwar
ir-rikonoxximent u l-infurzar tagħhom fi Stat Membru ieħor. Dan
jikkumplimenta l-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980
dwar l-aspetti ċivili ta' sekwestru internazzjonali ta’ minuri[5] (minn
hawn 'il quddiem "il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980") u jistabbilixxi
r-regoli speċifiċi fir-rigward tar-relazzjoni ma' diversi
dispożizzjonijiet stipulati fil-Konvenzjoni tal-Aja
tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni,
il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni
fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u l-Miżuri
għall-Protezzjoni tat-Tfal[6]
(minn hawn 'il quddiem "il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996")[7]. Ir-Regolament
ma jinkludix regoli li jiddeterminaw liema liġi tapplika għal tilwim
transfruntier fl-oqsma msemmija fih. B’rabta mal-liġi applikabbli,
f’Novembru 2004 il-Kunsill Ewropew kien diġà talab lill-Kummissjoni
biex tippreżenta Green Paper dwar ir-regoli dwar il-kunflitt ta'
liġijiet fi kwistjonijiet marbuta mad-divorzju[8].
Fl-2006, il-Kummissjoni pproponiet emendi għar-Regolament fir-rigward
tal-ġuriżdizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar il-liġi
applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali (minn hawn ’il quddiem “il-proposta
tal-Kummissjoni tal-2006 biex jiġi emendat ir-Regolament”)[9]. Ma
seta' jintlaħaq l-ebda qbil b'unanimità fil-Kunsill fir-rigward tar-regoli
dwar il-liġi applikabbli u għalhekk il-Kummissjoni rtirat il-proposta
tal-2006 biex jiġi emendat ir-Regolament[10].
Abbażi tal-proposti tal-Kummissjoni[11],
14-il Stat Membru qablu li jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom[12] u
adottaw ir-Regolament (UE) Nru 1259/2010 li jimplimenta r-regoli li
jiddeterminaw il-liġi applikabbli għad-divorzju u
għas-separazzjoni legali[13]
(minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament Ruma III"). Din kienet
l-ewwel darba li l-kooperazzjoni msaħħa ntużat fl-Unjoni.
Min-natura tagħha, kooperazzjoni msaħħa hija miftuħa
għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha bl-għan
aħħari li r-Regolament Ruma III jiġi adottat mill-Istati
Membri kollha. Mill-adozzjoni tar-Regolament Ruma III żewġ Stati
Membri aktar oħra ddeċidew li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni
msaħħa.[14] Dan
ir-rapport tħejja skont l-Artikolu 65 tar-Regolament.[15] Dan
isegwi l-istruttura tar-Regolament billi jagħmel rieżami
f'sezzjonijiet separati tad-dispożizzjonijiet dwar
il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi u
l-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali tal-Istati Membri. Ir-rapport
jiffoka wkoll b’mod aktar speċifiku fuq għadd ta’ kwistjonijiet
transversali, jiġifieri r-ritorn tal-minuri f’każijiet ta’ sekwestru
tat-tfal mill-ġenituri, l-infurzar ta’ sentenzi u t-tqegħid
tal-minuri fi Stat Membru ieħor. Ir-rapport
huwa l-ewwel valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament sa issa u ma
jimplikaxli hu eżawrjenti. Dan huwa bbażat fuq kontribut riċevut
mill-membri tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u
kummerċjali (minn hawn 'il quddiem "l-NĠE")[16] kif
ukoll fuq studji disponibbli[17],
il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-liġi applikabbli u
ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ta' divorzju[18],
il-proposta tal-Kummissjoni tal-2006 biex jiġi emendat ir-Regolament u
l-ħidma li saret fil-qafas tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt
Internazzjonali Privata dwar is-segwitu tal-1980 u l-Konvenzjonijiet tal-Aja
tal-1996. Fl-aħħar nett, dan jikkunsidra l-ittri
taċ-ċittadini, l-ilmenti, il-petizzjonijiet u l-ġurisprudenza
tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem
“QtĠ-UE”) fir-rigward tar-Regolament. 1. Ġuriżdizzjoni 1.1. Kwistjonijiet matrimonjali Minħabba
l-ammont dejjem jikber ta’ koppji internazzjonali u tar-rata għolja
tad-divorzju fl-Unjoni, il-ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet
matrimonjali tikkonċerna numru sinifikanti ta’ ċittadini kull sena[19].
Ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni tar-Regolament għenu biex jiġi
ssimplifikat il-qafas legali f’sitwazzjoni diġà diffiċli
għall-individwi kkonċernati. Madankollu, issemmew xi diffikultajiet
rigward dawn ir-regoli.[20] L-ewwel
nett, il-bażi alternattiva (aktar milli ġerarkika)
tal-ġuriżdizzjoni stabbilita fir-Regolament flimkien man-nuqqas ta’
regoli dwar il-kunflitt ta' liġijiet armonizzati fl-Unjoni kollha kemm hi
tista' twassal lil wieħed mill-konjuġi għall-“urġenza biex
il-każ jitressaq quddiem il-qorti”, jiġifieri, biex japplika
għad-divorzju qabel il-konjuġi l-ieħor biex jiżgura li
l-liġi applikata fil-proċedimenti tad-divorzju tissalvagwardja
l-interessi tiegħu jew tagħha[21].
Ir-Regolament Ruma III naqqas il-possibbiltà għall-urġenza biex
il-każ jitressaq quddiem il-qorti minn wieħed mill-konjuġi billi
jistabbilixxi regoli armonizzati biex tiġi determinata l-liġi
applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali fl-Istati Membri parteċipanti.
Madankollu, minħabba li r-Regolament għadu ma japplikax fl-Istati
Membri kollha, il-liġi applikabbli għal tilwim matrimonjali tista'
tvarja skont ir-regoli dwar il-kunflitt ta' liġijiet (ir-Regolament
Ruma III jew ir-regoli nazzjonali) applikabbli fl-Istat Membru
tal-proċedimenti. L-"urġenza biex il-każ jitressaq quddiem
il-qorti" tista’ twassal għall-applikazzjoni ta’ liġi li
l-konvenut ma jħossx li għandu rabtiet mill-qrib magħha jew li
ma tqisx l-interessi tiegħu/tagħha. Din tista' tikkomplika aktar
l-isforzi ta’ rikonċiljazzjoni u tħalli ftit żmien
għall-medjazzjoni. It-tieni
nett, ir-Regolament ma jistipulax il-possibiltà lill-konjuġi sabiex
jagħżlu l-qorti kompetenti permezz ta’ ftehim komuni. It-tendenza fi
strumenti tal-Unjoni riċenti fi kwistjonijiet ċivili hija li
tingħata l-possibiltà għal xi awtonomija tal-partijiet (ara,
pereżempju, ir-Regolament dwar il-Manteniment tal-2008[22] jew
ir-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet tal-2012[23]).
L-introduzzjoni ta’ awtonomija tal-partijiet limitata fir-Regolament li
tippermetti lill-konjuġi li jiftiehmu dwar il-qorti kompetenti tista’ tkun
ta’ siwi partikolari f’każijiet ta’ divorzju b’kunsens reċiproku,
speċjalment minħabba li l-konjuġi jkollhom il-possibbiltà skont
ir-Regolament Ruma III biex jaqblu dwar il-liġi applikabbli
għat-tilwim matrimonjali tagħhom. It-tweġibiet
riċevuti fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni tal-2006 li temenda
r-Regolament diġà indikaw il-ħtieġa li tissaħħaħ
iċ-ċertezza tad-dritt u l-prevedibbilità bl-introduzzjoni ta’
awtonomija limitata tal-partijiet u biex tiġi evitata l-“urġenza biex
il-każ jitressaq quddiem il-qorti”[24].
Dawn żvelaw ukoll li l-Artikolu 6 li jikkonferma n-natura esklussiva
tal-ġuriżdizzjoni ddeterminata skont l-Artikoli 3, 4 u 5
tar-Regolament jista' joħloq konfużjoni u kien superfluwi
minħabba li l-Artikoli 3, 4 u 5 jiddeskrivu f’liema ċirkostanzi
qorti jkollha ġuriżdizzjoni esklussiva.[25] Ir-regoli
tal-ġuriżdizzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni tal-2006 biex
jiġi emendat ir-Regolament, il-proposta tal-Kummissjoni tal-2011 dwar
kwistjonijiet ta’ reġim tal-proprjetà matrimonjali u r-regoli
tal-ġuriżdizzjoni li jinsabu f’Regolamenti riċenti fi
kwistjonijiet ċivili[26]
jistgħu jitqiesu bħala mudell possibbli biex jittejbu r-regoli
tal-ġuriżdizzjoni attwali fi kwistjonijiet matrimonjali. 1.2. Kwistjonijiet
ta’ responsabbiltà tal-ġenituri Ir-Regolament
ikopri d-deċizjonijiet kollha dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri
indipendentement minn xi rabta ma’ proċedimenti matrimonjali biex tkun
żgurata l-ugwaljanza għat-tfal kollha. Dan jirrifletti
ż-żieda sinifikanti tal-għadd ta' twelid barra
ż-żwieġ matul dawn l-aħħar żewġ deċenni
fi kważi l-Istati Membri kollha, li jindika bidla fix-xejra
tal-formazzjoni tal-familja tradizzjonali[27].
Kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri jinkludu drittijiet ta’
kustodja u drittijiet ta’ aċċess għal minorenni. Ir-Regolament
jistabbilixxi regoli ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali bbażati fuq
ir-residenza abitwali tal-minuri (l-Artikolu 8) biex jiġi żgurat
li jkun hemm rabta bejn il-minuri u l-Istat Membru li jkun qed
jeżerċita l-ġuriżdizzjoni[28].
Dan il-prinċipju jissaħħaħ permezz
tad-dispożizzjonijiet tal-ġuriżdizzjoni applikabbli
f’każijiet ta’ sekwestru tat-tfal transfruntier (l-Artikolu 10).
F’dawn il-każijiet, il-qrati tal-Istat Membru tar-residenza abitwali
tal-minuri immedjatament qabel il-sekwestru tat-tfal (minn hawn ’il quddiem
“il-qorti ta’ oriġini”) iżommu l-ġuriżdizzjoni sakemm
il-minuri jakkwista residenza abitwali fi Stat Membru ieħor u ċerti
kundizzjonijiet addizzjonali jkunu ġew issodisfati, partikolarment sakemm
sentenza dwar kustodja li ma jinvolvix ir-ritorn tal-minuri tkun
inħarġet mill-qorti tal-oriġini.[29] Filwaqt
li nstabu utli mill-esperti, ir-regoli dwar il-proroga tal-ġuriżdizzjoni
li jiffavorixxu soluzzjoni konsenswali u, b’mod partikolari, biex jiġu
evitati li proċedimenti ta' divorzju u ta' responsabbiltà
tal-ġenituri jiġu ttrattati minn qrati fi Stati Membri differenti
(l-Artikolu 12), qajmu mistoqsijiet dwar l-interpretazzjoni
tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati[30].
Min-naħa tagħhom, id-dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment ta’
ġuriżdizzjoni għal qorti li tkun f’pożizzjoni aħjar
biex tisma' l-kawża jekk dan ikun fl-aħjar interess tal-minuri
(l-Artikolu 15) ħolqu diffikultajiet f’xi każijiet fir-rigward
tal-funzjonament tagħhom, b’mod partikolari minħabba l-fatt li
l-qorti li qed issirilha t-talba sikwit tonqos milli tgħarraf lill-qorti
li qed tagħmel it-talba fil-ħin li se taċċetta
l-ġuriżdizzjoni. F’każijiet
urġenti, miżuri provviżorji jistgħu jeħtieġu li
jiġu adottati mill-qrati ta’ Stat Membru fir-rigward ta' minuri
preżenti fit-territorju tagħhom anki jekk dawn il-qrati ma jkollhomx
ġuriżdizzjoni fuq il-bażi tal-kwistjoni (l-Artikolu 20).
Il-QtĠ-UE tat gwida dwar kif jiġu applikati l-miżuri
provviżorji f’każijiet ta’ sekwestru ta' minuri. Din ikkjarifikat li
l-qorti tal-Istat Membru li fih seħħ il-każ ta' sekwestru
tal-minuri mhijiex permessa li tapplika miżura provviżorja li
tagħti kustodja lil ġenitur dwar il-minuri li huwa/hija
fit-territorju tiegħu/tagħha jekk qorti li jkollha
ġuriżdizzjoni kienet mogħtija provviżorjament kustodja lil
ġenitur wieħed qabel is-sekwestru u din is-sentenza kienet ġiet
dikjarata infurzata f’dak l-Istat Membru.[31] Ir-regola
lis pendens, fejn it-tieni qorti li jkollha quddiema l-każ trid
tissospendi l-proċedimenti sakemm il-ġuriżdizzjoni tal-ewwel
qorti tiġi stabbilita biex jiġu evitati proċedimenti paralleli
fi Stati Membri differenti u deċiżjonijiet kontradittorji, wasslet
għal mistoqsijiet ta’ interpretazzjoni.[32]
Il-QtĠ-UE ċċarat li din ir-regola ma tapplikax fejn l-ewwel
qorti li jkollha quddiema l-każ fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà
tal-ġenituri jkollha l-pussess biss għall-adozzjoni ta’ miżuri
provviżorji u t-tieni qorti li quddiemha titressaq azzjoni li timmira lejn
l-istess miżuri hija l-qorti ta’ Stat Membru ieħor li jkollha
l-ġuriżdizzjoni dwar il-bażi tal-kwistjoni.[33] Sa
fejn l-interpretazzjoni mogħtija mill-QtĠ-UE jistgħu jiġu
inkorporati fir-Regolament għandhom jiġu studjati, kif ukoll kif
l-applikabilità prattika ta' ċerti dispożizzjonijiet jistgħu
jittejbu. 1.3. Kwistjonijiet ta'
ġuriżdizzjoni komuni għal kwistjonijiet matrimonjali u
kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri Fi
kwistjonijiet matrimonjali, il-qorti ta’ Stat Membru jkollha
ġuriżdizzjoni jekk (i) mill-anqas wieħed mill-konjuġi jkun
abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru għal ħin minimu, jew (ii)
iż-żewġ konjuġi għandhom in-nazzjonalità ta’ dak
l-Istat Membru irrispettivament minn jekk ikunux jgħixu fl-Unjoni jew fi
Stat terz (l-Artikolu 3). Skont id-dispożizzjonijiet
tal-ġuriżdizzjoni residwa tar-Regolament (l-Artikolu 7),
l-aċċess tal-konjuġi għal qorti ta’ Stat Membru meta jkunu
ta’ nazzjonalitajiet differenti tal-Unjoni u jgħixu fi Stat terz jiddependi
fuq il-liġi ta’ kull Stat Membru.[34] Fi
kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri dwar minuri, il-qorti ta’
Stat Membru bħala regola għandha ġuriżdizzjoni jekk
il-minuri jkunu abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru fil-mument li
titressaq il-kawża quddiem il-qorti (l-Artikolu 8). Jekk il-minuri
għandu r-residenza abitwali tiegħu/tagħha fi Stat terz,
il-ġuriżdizzjoni xorta tista' tiġi stabbilita fi Stat Membru
sakemm il-ġenituri jkunu espressament aċċettaw
il-ġuriżdizzjoni u li dan ikun fl-aħjar interess tal-minuri
(l-Artikolu 12). Jekk il-ġenituri ma jaqblux, il-possibbiltà li
jingħata bidu għal proċedimenti quddiem qorti ta’ Stat Membru
fuq minuri abitwalment residenti barra l-Unjoni tiddependi, skont
id-dispożizzjonijiet tal-ġuriżdizzjoni residwa, dwar
il-liġi ta’ kull Stat Membru (l-Artikolu 14).[35] Fir-rigward
ta’ kemm kwistjonijiet matrimonjali kif ukoll ta’ responsabbiltà
tal-ġenituri, in-nuqqas ta’ regola uniformi u komprensiva dwar
il-ġuriżdizzjoni residwa jirriżulta li ċ-ċittadini
tal-Unjoni ma jkollhomx aċċess ugwali għall-ġustizzja.
Fil-fatt, ir-regoli tal-Istati Membri dwar il-ġuriżdizzjoni huma
bbażati fuq kriterji differenti u mhux dejjem jiżguraw
aċċess effettiv għall-qorti minkejja rabta mill-qrib
tal-applikant jew il-konvenut ma’ Stat Membru. Dan jista' jwassal għal
sitwazzjonijiet fejn la Stat Membru u lanqas Stat terz ma jkollu
il-ġuriżdizzjoni fuq il-kwistjoni[36]
u għal diffikultajiet prattiċi li jirriżultaw min-nuqqas ta'
regoli komuni fuq l-effetti ta' sentenzi ta' Stat terz fl-Unjoni[37]. Barra
minn hekk, għall-kuntrarju tal-istrumenti leġiżlattivi
riċenti bħar-Regolament dwar il-Manteniment jew ir-Regolament dwar
is-Suċċessjonijiet, ir-Regolament ma jinkludix forum necessitatis[38].
Bażi ta' ġuriżdizzjoni bħal din kienet mitluba mill-Parlament
Ewropew fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu
tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-proposta
għar-Regolament Ruma III.[39] Fl-aħħar
nett, in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet li jiddeterminaw f’liema
każijiet il-qrati ta' Istat Membru jistgħu jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni
tagħhom favur qorti fi Stat terz joħloq inċertezza kbira[40].
Ir-Regolament Brussell I[41]
gie emendat riċentement bir-Regolament Brussell I Riformulat[42] biex
jintroduċi, fost emendi oħra, dispożizzjoni li tindirizza din
il-kwistjoni. Il-proposti
tal-Kummissjoni u l-iżviluppi reċenti fil-qasam leġiżlattiv
f’materji ta’ dritt ċivili[43]
jistgħu jgħinu fir-rieżami tar-Regolament dwar dawn
il-kwistjonijiet filwaqt li jiġi kkunsidrat li, fi kwistjonijiet ta'
responsibbiltà tal-ġenituri, l-aħjar interessi tal-minuri
għandhom ikunu l-prinċipju ewlieni. 2. Ir-rikonoxximent u
l-eżegwibbiltà Il-protezzjoni
tal-aħjar interessi tal-minuri hija waħda mill-objettivi
prinċipali tal-azzjoni tal-Unjoni fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet
ta' rikonoxximent u eżegwibbiltà, b’mod partikolari billi tingħata
espressjoni konkreta lid-dritt fundamentali tal-minuri li jżomm kuntatt
maż-żewġ ġenituri, kif stipulat fl-Artikolu 24
tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem
“il-Karta”). Barra minn hekk, ir-Regolament għandu l-għan li jikseb
iċ-ċirkolazzjoni libera ta’ sentenzi fil-kwistjonijiet matrimonjali u
ta’ responsabbiltà tal-ġenituri kollha[44].
L-abolizzjoni tal-exequator fil-qasam tal-liġi ċivili u
l-introduzzjoni possibbli ta' standards minimi komuni fir-rigward
tar-rikonoxximent u l-eżegwibbiltà tad-deċiżjonijiet ta'
responsabbiltà tal-ġenituri kienet identifikata fil-Programm ta' Stokkolma[45] u
l-Pjan ta' Azzjoni ta' Stokkolma[46]
bħala l-bażi għall-ħidma futura tal-Kummissjoni fi
kwistjonijiet ċivili. Ir-Regolament
huwa l-ewwel strument tal-Unjoni li abolixxa l-exequatur fi
kwistjonijiet ċivili fir-rigward ta’ ċerti
deċiżjonijiet, jiġifieri sentenzi ċertifikati dwar
id-drittijiet ta’ aċċess għall-minuri u ordnijiet
iċċertifikati għar-ritorn f’każijiet ta’ sekwestru
tal-minuri. Dan estenda wkoll il-prinċipju tar-rikonoxximent
reċiproku tas-sentenzi għad-deċiżjonijiet kollha dwar
ir-responsabbiltà tal-ġenituri (il-protezzjoni tal-minuri minkejja
l-eżistenza ta’ rabtiet matrimonjali bejn il-ġenituri) biex b’hekk
jitlesta, skont il-Programm ta’ Stokkolma, l-ewwel stadju tal-programm ta’
rikonoxximent reċiproku, bil-għan aħħari jibqa'
l-abolizzjoni tal-exequatur għad-deċiżjonijiet kollha. Il-fatt
li ċerti kategoriji ta’ sentenzi ma jibbenefikawx mill-abolizzjoni tal-exequatur
iwassal għal proċeduri kumplessi, twal u li għaljin, b’mod
partikolari fir-rigward ta’ sentenzi dwar kwistjonijiet t' responsabbiltà
tal-ġenituri. Dan jista’ jwassal ukoll għal sitwazzjonijiet
kontradittorji fejn Stat Membru jrid jirrikonoxxi d-drittijiet ta’
aċċess skont ir-Regolament (u t-talbiet ta’ manteniment
għall-minuri skont ir-Regolament dwar il-Manteniment) filwaqt li,
fl-istess ħin, jista’ jiġi jiċħad li jirrikonoxxi
d-drittijiet ta’ kustodja mogħtija fl-istess sentenza. Dan għaliex,
f’oqsma oħra minbarra d-drittijiet ta’ aċċess, u r-ritorn ta'
minuri f’ċerti każijiet ta' sewestru, ir-rikonoxximent jista' ma
jiġix approvat għar-raġunijiet stabbiliti fir-Regolament u trid
tinkiseb dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà qabel ma s-sentenza tista’
tiġi eżegwita fi Stat Membru ieħor.[47] Fir-rigward
tar-rikonoxximent ta’ sentenzi fi kwistjonijiet kemm matrimonjali kif ukoll ta’
responsabbiltà tal-ġenituri, l-użu tal-bażi tal-“politika
pubblika” ta’ nuqqas ta’ rikonoxximent kien rari. Madankollu, fi kwistjonijiet
ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, inħolqu diverġenzi sinifikanti
fil-prattika fir-rigward ta’ applikazzjoni usa’ jew aktar ristretta ta’ din
il-bażi[48].
Barra minn hekk, fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, ta'
spiss inħolqot bażi ta' oppożizzjoni kien minħabba l-fatt
li s-sentenza tkun ingħatat mingħajr ma l-minuri ngħata
l-opportunità li jinstema'[49].
F’dan ir-rigward, diffikultajiet partikolari jinqalgħu minħabba
l-fatt li l-Istati Membri għandhom regoli diverġenti li jirregolaw
is-smigħ tal-minuri. Kumplikazzjonijiet
joriġinaw ukoll mill-fatt li l-Istati Membri ma jinterpretawx it-terminu
“infurzar” b’mod uniformi, li wassal għall-adozzjoni ta’ politiki
inkonsistenti tal-Istati Membri dwar liema sentenzi marbutin mar-responsabbilità
tal-ġenituri jeħtieġu dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà. Dan
għandu konsegwenzi importanti fejn, pereżempju, persuna tinħatar
bħala l-gwardjan tal-minuri minn qorti ta’ Stat Membru u dan il-gwardjan
jitlob għal ħruġ ta’ passaport fi Stat Membru ieħor. F’dawn
il-każijiet, xi Stati Membri jeħtieġu biss ir-rikonoxximent
tas-sentenza li tattribwixxi t-tutela filwaqt li, oħrajn, minħabba li
l-ħruġ ta’ passaport huwa att ta’ infurzar, jeħtieġu
dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà tas-sentenza li tattribwixxi t-tutela qabel
ma l-passaport ikun jista' jinħareġ. Għandha
tiġi kkunsidrata l-pertinenza ta' estensjoni tal-abolizzjoni tal-exequatur
għal kategoriji oħra ta' deċiżjonijiet f'konformità
mal-leġiżlazzjoni riċenti tal-Unjoni[50].
F’dan ir-rigward, il-funzjonament tal-bażi attwali ta’ rifjut
għar-rikonoxximent u l-eżegwibbiltà ta’ sentenza għandu
jiġi kkunsidrat sabiex jiġu stabbiliti s-salvagwardji
meħtieġa. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' standards
proċedurali minimi komuni, b’mod partikolari rigward is-smigħ
tal-minuri[51],
tista' ssaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati
Membri u, b’hekk, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li
jikkonċernaw ir-rikonoxximent u l-infurzar. 3. Kooperazzjoni bejn
l-Awtoritajiet Ċentrali Ir-Regolament
jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn
l-Awtoritajiet Ċentrali fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà
tal-ġenituri. Din il-kooperazzjoni hija essenzjali
għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament. L-Awtoritajiet Ċentrali
jridu, pereżempju, jiġbru u jiskambjaw informazzjoni dwar
is-sitwazzjoni tal-minuri (pereżempju f’konnessjoni mal-kustodja jew
il-proċedimenti ta’ ritorn tal-minuri), jgħinu lid-detenturi ta’
responsabbiltà tal-ġenituri li jkollhom is-sentenzi tagħhom
rikonoxxuti u infurzati (b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta’
aċċess u r-ritorn tal-minuri) u jiffaċilitaw il-medjazzjoni.
L-Awtoritajiet Ċentrali jiltaqgħu wkoll regolarment fil-qafas
tal-NĠE biex jiskambjaw opinjonijiet dwar il-prattiki tagħhom kif
ukoll sabiex jiddiskutu bilateralment dwar każijiet li għadhom
għaddejjin.[52] Kooperazzjoni
bejn l-Awtoritajiet Ċentrali, b’mod partikolari f’diskussjonijiet
bilaterali, instabet li kienet utli ħafna fir-rigward tal-każijiet
ta' sekwestru ta' minuri transfruntiera. Fir-rigward ta’ dawn il-każijiet,
il-Programm ta’ Stokkolma jsemmi espressament li, minbarra l-implimentazzjoni
effettiva tal-istrumenti legali eżistenti f’dan il-qasam, il-possibbiltà
li tintuża l-medjazzjoni familjari fil-livell internazzjonali għandha
tiġi studjata filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prattiki siewja fl-Istati
Membri. Skont dan, grupp ta' ħidma li ġie stabbilit fil-qafas
tal-NĠE ingħata mandat biex jipproponi mezzi effiċjenti sabiex
tittejjeb il-medjazzjoni tal-familja fil-każijiet ta' sekwestru
internazzjonali ta' minuri mill-ġenituri[53]. Minkejja
t-tħaddim pożittiv ġenerali tad-dispożizzjonijiet dwar
il-kooperazzjoni, dawn ġew ikkunsidrati bħala mhux
speċifiċi biżżejjed. B’mod partikolari, l-esperti
rrappurtaw diffikultajiet b’rabta mal-obbligu li tinġabar u tiġi
skambjata l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-minuri[54].
It-tħassib ewlieni huwa marbut mal-interpretazzjoni ta’ din
id-dispożizzjoni, il-fatt li l-applikazzjonijiet għall-informazzjoni
mhux dejjem ġew ttrattati fil-ħin kif ukoll it-traduzzjoni
tal-informazzjoni skambjata. Barra minn hekk, jeżistu differenzi
sinifikanti bejn l-Istati Membri fir-rigward l-assistenza pprovduta
mill-Awtoritajiet Ċentrali lid-detenturi tar-responsabbiltà
tal-ġenituri li jfittxu l-infurzar ta’ sentenzi ta' drittijiet ta’
aċċess. L-effiċjenza
tad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni tista’ tittejjeb billi
jiġu kkunsidrati strumenti oħra tal-liġi tal-familja (b’mod
partikolari, ir-Regolament tal-Manteniment) jew billi jiġu żviluppati
gwidi ta’ prattika xierqa skont il-gwida tal-NĠE għal każijiet
ta’ sekwestru ta' minuri[55].
Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli tikkontribwixxi biex tinbena
l-fiduċja bejn l-Istati Membri, inklużi ma' korpi
għall-protezzjoni tal-minuri tal-Istati Membri biex jittejjeb il-fehim
tal-kuntest transfruntier u l-aċċettazzjoni ta’
deċiżjonijiet meħuda fi Stat Membru ieħor. 4. Sekwestru ta' minuri
mill-ġenituri transfruntier: Ħruġ ta’ ordni għar-ritorn Meta
l-ġenituri jkunu jgħixu flimkien huma normalment jeżerċitaw
ir-responsabilità tal-ġenituri fuq it-tfal tagħhom b’mod
konġunt. F’każ ta’ separazzjoni u divorzju, il-ġenituri jridu
jiddeċiedu, permezz ta’ ftehim reċiproku jew fil-qorti, kif se
jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom fil-ġejjieni.
Madankollu, wieħed mill-akbar riskji li jaffettwa l-minuri f’każijiet
ta’ separazzjoni u divorzju huwa l-fatt li jittieħed mill-pajjiż
tiegħu ta’ residenza abitwali minn ġenitur wieħed. L-impatt
negattiv tas-sekwestru tal-minuri mill-ġenituri fuq it-tfal u fuq
il-ġenitur l-ieħor huma sinifikanti biżżejjed li
ttieħdu miżuri kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll fil-livell
tal-Unjoni. Wieħed
mill-objettivi prinċipali tar-Regolament huwa li jkun evitat is-sekwestru
ta' minuri bejn l-Istati Membri u l-minuri jiġu mħarsa mill-effetti
negattivi fuqhom billi jiġu stabbiliti proċeduri li jiżguraw
ritorn immedjat tal-minuri lejn l-Istat Membru ta’ residenza abitwali
immedjatament qabel is-sekwestru tiegħu[56].
F’dan ir-rigward, ir-Regolament jikkumplimenta l-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980
billi jikkjarifika wħud mill-aspetti tagħha, partikolarment
is-smigħ tal-minuri, il-perjodu ta’ żmien biex tittieħed
deċiżjoni wara li tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni
għal ritorn u r-raġunijiet għal nuqqas ta' ritorn tal-minuri.
Dan jintroduċi wkoll id-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-ritorn kunfliġġenti
u ordnijiet biex ma jsirx ritorn maħruġa fi Stati Membri differenti. Il-QtĠ-UE
u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (minn hawn ’il quddiem “il-QEDB”)
stabbilixxew għadd ta’ prinċipji fil-ġurisprudenza tagħhom
dwar is-sekwestru internazzjonali tal-minuri bl-aħjar interessi tat-tfal
bħala l-ewwel kunsiderazzjoni. Il-QtĠ-UE kkonfermat il-prinċipju
li r-Regolament għandu l-għan li jimpedixxi s-sekwestru tal-minuri
bejn l-Istati Membri u jikseb ir-ritorn tagħhom mingħajr dewmien
ladarba jkun seħħ sekwestru[57].
Min-naħa tagħha, il-QtĠ-UE ddeċidiet[58] li,
ladarba jinstab li t-tfal tneħħew b'mod illeċitu, l-Istati
Membri għandhom l-obbligu biex jieħdu l-passi adegwati u effettivi
sabiex jiżguraw ir-ritorn tal-minuri u n-nuqqas li jsir dan jikkostitwixxi
ksur tad-dritt għall-ħajja tal-familja kif stipulat
fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet
tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem
"il-KEDB")[59]. Ir-Regolament
jipprovdi li l-qorti li ssirilha applikazzjoni għal ritorn ta’ minuri trid
taqta' s-sentenza sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara
s-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Il-qrati tal-Istati Membri mhux dejjem
irnexxielhom jilħqu din l-iskadenza[60].
Madankollu, huwa ċar, kif ikkonfermaw l-esperti, li skadenza ta’ sitt
ġimgħat li matulha d-deċiżjoni trid tkun ittieħdet
hija kruċjali biex tingħata importanza li jiġi żgurat li
r-ritorn tal-minuri jseħħ malajr. F'każijiet
ta' kunflitt bejn ordni biex ma jsirx ritorn maħruġa mill-qorti
tal-Istat Membru li fih il-minuri ġie ssekwestrat u ordni ta' ritorn
sussegwenti adottata mill-qorti tal-oriġini, ir-Regolament jiddeċiedi
favur tal-aħħar sabiex jiżgura r-ritorn tal-minuri[61]: fejn
l-ordni ta' ritorn tkun ċertifikata mill-qorti tal-oriġini,
tibbenifika mill-abolizzjoni tal-exequatur, jiġifieri tkun
rikonoxxuta u infurzata immedjatament fl-Istat Membru fejn il-minuri ġie
ssekwestrat mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta'
eżegwibbiltà u mingħajr il-possibbiltà li r-rikonoxximent tagħha
jiġi miċħud[62].
Tali ordni ta' ritorn ma teħtieġx sentenza finali dwar il-kustodja
tal-minuri minn qabel, billi l-iskop tal-ordni ta' ritorn huwa wkoll li
tikkontribwixxi biex tiġi solvuta l-kwistjoni tal-kustodja tal-minuri.[63] Il-qorti
tal-oriġini toħroġ biss iċ-ċertifikat li jakkumpanja
l-ordni ta' ritorn jekk ċerti salvagwardji proċedurali jkunu ġew
applikati matul il-proċedura quddiemha, b’mod partikolari jekk
il-partijiet u l-minuri ngħataw l-opportunità li jinstemgħu[64].
Minħabba d-diverġenzi bejn l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni ta’
dawn is-salvagwardji, b’mod partikolari fir-rigward tas-smigħ tal-minuri,
fil-fażi tal-infurzar jistgħu jinqalgħu diffikultajiet. Fid-dawl
ta’ li ntqal hawn fuq, jista’ jiġi eżaminat jekk l-inkorporazzjoni
tal-ġurisprudenza rilevanti tal-QtĠ-UE fir-Regolament
tiffaċilitax l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar
il-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ ritorn. L-adozzjoni ta’ standards minimi
komuni dwar is-smigħ tal-minuri għandha tiġi kkunsidrata wkoll
biex tissaħħaħ l-effettività tal-ordnijiet ta' ritorn. 5. Kwistjonijiet ta’
infurzar ġenerali Għadd
ta’ kwistjonijiet ta’ infurzar japplikaw b’mod trasversali għal
kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri u ordnijiet ta' ritorn
f’każijiet ta’ sekwestru ta' minuri mill-ġenituri. Ir-Regolament
jipprovdi li sentenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru ieħor u
ddikjarata eżegwibbli fl-Istat Membru tal-infurzar trid tiġi
infurzata skont l-istess kundizzjonijiet daqslikieku kienet ingħatat
hemmhekk.[65] Minħabba
li l-proċedura ta' infurzar hija rregolata mil-liġi tal-Istat Membru
tal-infurzar u jeżistu differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali,
jinqalgħu diffikultajiet rigward l-infurzar tad-deċiżjonijiet
ta' responsabbiltà tal-ġenituri. Xi sistemi nazzjonali ma jkunx fihom
regoli speċjali għall-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-liġi
tal-familja u l-partijiet iridu jirrikorru għal proċeduri disponibbli
għal deċiżjonijiet ċivili jew kummerċjali ordinarji,
li ma jqisux il-fatt li, fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri,
iż-żmien huwa irreversibbli[66].
Għaldaqstant, l-applikazzjoni ta’ proċeduri differenti tal-Istati
Membri (pereżempju, dwar id-dritt ta’ appell, li jissospendi l-effetti
tas-sentenza) ma tistax tiggarantixxi infurzar effettiv u rapidu tas-sentenzi. Fir-rigward,
b’mod partikolari, tal-infurzar ta’ ordnijiet ta’ ritorn f’każijiet ta’
sekwestru ta' minuri mill-ġenituri, ir-Regolament jipprovdi li ordni
iċċertifikata ta' ritorn maħruġa mill-qorti
tal-oriġini għandha tiġi infurzata fl-Istat Membru tal-infurzar
bl-istess kundizzjonijiet daqslikieku kienet ingħatat hemm u li l-ordni ma
tistax tiġi infurzata jekk tkun irrikonċiljabbli ma’ sentenza
infurzabbli sussegwenti.[67] Il-QtĠ-UE
saħħet il-pożizzjoni tal-qrati ta' oriġini
fil-ġurisprudenza tagħha. Skont dan, ebda eċċezzjoni ma
tista' titressaq quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-infurzar li tmur kontra
l-infurzar tal-ordni tar-ritorn ċertifikata u s-sentenza tal-infurzar
sussegwenti tista' tirreferi biss għal sentenza mogħtija mill-qorti
tal-oriġini. Barra minn dan, il-qrati ta’ oriġini huma l-uniċi
intitolati li jeżaminaw l-isfidi għall-ġuriżdizzjoni
tagħhom, applikazzjoni biex jiġi sospiż l-infurzar ta' ordni ta’
ritorn ċertifikata u bidla taċ-ċirkostanzi sussegwenti fl-ordni
ta’ ritorn ċertifikata li tista' tkun ta’ detriment serju
għall-aħjar interessi tal-minuri[68].
Bl-istess mod, il-qorti fl-Istat Membru tal-infurzar ma tistax tmur kontra
l-infurzar ta’ ordni ta’ ritorn ċertifikata fuq il-bażi li l-qorti
tal-oriġini tista’ tkun kisret id-dispożizzjonijiet li jirregolaw
iċ-ċertifikat interpretat skont l-Artikolu 24 dwar id-drittijiet
tal-minuri tal-Karta, billi l-valutazzjoni ta’ jekk hemmx ksur bħal dan
hija l-kompitu esklussiv tal-qorti tal-oriġini.[69]
Il-QEDB użat raġunament simili fil-ġurisprudenza tagħha.[70] Fil-prattika,
jibqgħu diffikultajiet marbutin mal-infurzar attwali tal-ordnijiet ta'
ritorn[71],
kemm jekk huwa l-infurzar ta' ordni ta' ritorn maħruġa minn qorti ta'
Stat Membru fit-territorju ta' dak l-Istat Membru fejn il-minuri ġie
sekwestrat[72],
jew l-infurzar ta' ordni ta' ritorn ċertifikata maħruġa
mill-qorti tal-oriġini f'dak l-Istat Membru. Minħabba li
l-proċeduri ta’ infurzar huma soġġetti għal-liġi
tal-Istat Membru tal-infurzar, il-mezzi tal-infurzar jvarjaw minn Stat Membru
għal ieħor. F’xi Stati Membri, il-proċeduri tal-infurzar
jistgħu fil-fatt idumu għal aktar minn sena minħabba li l-qrati
tal-infurzar jeżaminaw mill-ġdid il-bażi tal-każ[73],
filwaqt li l-ordnijiet ta' ritorn għandhom jiġu infurzati
immedjatament. F’dan ir-rigward, il-QtĠ-UE ddikjarat li, anki jekk
l-objettiv tar-Regolament mhuwiex li jingħaqqdu flimkien ir-regoli
sostantivi u proċedurali tal-Istati Membri, huwa madankollu importanti li
l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali ma tippreġudikax l-effett utli
tar-Regolament[74].
Il-QEDB bl-istess mod enfasizzat li l-proċedimenti relatati mar-ritorn
tal-minuri u l-infurzar tad-deċiżjoni finali li tinvolvi r-ritorn
tal-minuri jirrikjedu trattament urġenti minħabba li t-tul ta'
żmien jista’ jkollu konsegwenzi irrimedjabbli għar-relazzjonijiet
bejn it-tfal u l-ġenitur li jgħixu miegħu. L-adegwatezza ta’
miżura trid għalhekk tiġi ġġudikata
bl-implimentazzjoni rapida tagħha.[75] L-objettiv
ewlieni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi proċedurali
ċivili huwa li l-fruntieri bejn l-Istati Membri ma għandhomx
jikkostitwixxu ostakolu għall-infurzar tad-deċiżjonijiet fi
kwistjonijiet ċvili. Sabiex l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament issir
aktar effettiva, speċjalment fil-qasam kritiku tar-ritorn tal-minuri,
il-Kummissjoni se teżamina mill-ġdid l-infurzar
tad-deċiżjonijiet f’dan il-qasam, inkluż l-adegwatezza
tal-introduzzjoni ta’ standards ta’ infurzar minimi komuni. 6. It-tqegħid
tal-minuri fi Stat Membru ieħor Fl-Artikolu 56
ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar
it-tqegħid tal-minuri taħt kura istituzzjonali jew ma’ familja
tar-rispett fi Stat Membru ieħor. Fejn il-qorti ta’ Stat Membru
tikkunsidra t-tqegħid tal-minuri fi Stat Membru ieħor u l-intervent
tal-awtoritajiet pubbliċi huwa meħtieġ fl-Istat ospitanti
għal każijiet domestiċi tat-tqegħid tal-minuri, il-qorti
għandha tikkonsulta mal-Awtorità Ċentrali jew ma' awtorità kompetenti
oħra fl-Istat ospitanti u tikseb il-kunsens tal-awtorità kompetenti f’dak
l-Istat qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-tqegħid.
Bħalissa, il-proċeduri ta’ konsultazzjoni u kunsens huma rregolati
mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, li jfisser li japplikaw
proċeduri ta' Stati Membri interni diverġenti. L-Awtoritajiet
Ċentrali jridu jikkooperaw, fejn mitlub, fl-għoti ta’ informazzjoni u
assistenza.[76] Il-QtĠ-UE
kkonfermat li s-sentenza ta' tqegħid qabel ma tista’ tiġi infurzata
fl-Istat Membru ospitanti, trid tiġi ddikjarata eżegwibbli f’dak
l-Istat Membru. Bażi għal nuqqas ta' approvazzjoni għal
dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ta' deċiżjoni ta' tqegħid
ta' minuri fi Stat Membru ieħor hija n-nuqqas ta' konformità
tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 56 tar-Regolament[77] biex
tiġi evitata l-miżura ta' tqegħid fuq l-Istat ospitanti. Sabiex
ir-Regolament ma jonqosx milli jkun effettiv, il-QtĠ-UE żiedet li
d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’
eżegwibbiltà trid issir b'mod rapidu u li l-appelli mressqa kontra din
id-deċiżjoni ma jkollhomx effett sospensiv[78].
Minkejja dawn l-osservazzjonijiet, l-esperti rrapportaw li l-applikazzjoni
tal-proċedura tal-exequatur għad-deċiżjonijiet ta'
tqegħid tkun kumplikata ħafna minħabba l-ħtiġiet
tat-tfal. L-applikazzjoni
ta’ proċedura uniformi u komuni, li tippermetti applikazzjoni aktar rapida
u effiċjenti tad-dispożizzjonijiet tat-tqegħid tal-minuri fi Stat
Membru ieħor tista’ għalhekk tiġi studjata bħala mezz
sabiex jingħelbu problemi rrappurtati. Konklużjoni Ir-Regolament
huwa strument li jiffunzjona tajjeb li wassal għal benefiċċji
importanti liċ-ċittadini. Huwa ffaċilita s-soluzzjoni ta’ tilwim
transfruntier f’każijiet matrimonjali u ta’ responsabbiltà
tal-ġenituri permezz ta’ sistema komprensiva ta’ regoli ta’
ġuriżdizzjoni, sistema effiċjenti ta’ kooperazzjoni bejn
l-Awtoritajiet Ċentrali tal-Istati Membri, il-prevenzjoni ta’
proċedimenti paralleli u ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ sentenzi,
strumenti awtentiċi u ftehimiet. Id-dispożizzjonijiet dwar ir-ritorn
tal-minuri li jikkumplimentaw il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 li għandhom
il-għan li jiskuraġġixxu s-sekwestru ta’ minuri
mill-ġenituri bejn l-Istati Membri jitqiesu bħala partikolarment
utli. Madankollu,
hemm indikazzjonijiet abbażi tad-dejta u r-rispons preliminari
mill-esperti li r-regoli eżistenti jistgħu jittejbu. Sabiex jiġi
studjat b’mod komprensiv it-tħassib identifikat f’dan ir-rapport, il-Kummissjoni
beħsiebha tniedi evalwazzjoni politika ulterjuri tar-regoli eżistenti
u l-impatt tagħhom fuq iċ-ċittadini. Għal dan l-għan,
il-Kummissjoni se tniedi wkoll konsultazzjoni pubblika. Fuq il-bażi
tal-evalwazzjoni u t-tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika,
il-Kummissjoni se tieħu azzjoni kif xieraq. Anness Studju dwar
il-qafas Ewropew għad-dritt internazzjonali privat tal-2012: Diskrepanzi
attwali u perspettivi futuri u , imħejji minn Prof. Dr. Xandra Kramer
(Direttur xjentifiku), is-Sur Michiel de Rooij, LL.M. (kap tal-proġett),
Dr Vesna Lazić, Dr. Richard Blauwhoff u s-Sinjura Lisette Frohn, LL.M.,
disponibbli fuq: http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/201212/20121219ATT58300/20121219ATT58300EN.pdf Studju dwar
ir-responsabbiltà tal-ġenituri, il-kustodja tat-tfal u d-drittijiet ta
żjarat f’separazzjonijiet transfruntiera tal-2010), imħejji
mill-Institut Suisse de droit comparé (ISDC), disponibbli fuq: http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/etudes/join/2010/425615/IPOL-PETI_ET(2010)425615_EN.pdf Studju dwar
l-eżerċizzju ta’ drittijiet ta' żjarat transfruntiera,
imħejji minn Dr Gabriela Thoma-Twaroch, il-President tal-Qorti
Distrettwali ta' Josefstadt, Vjenna, disponibbli fuq: http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/note/join/2010/432735/IPOL-JURI_NT(2010)432735_EN.pdf Studju dwar
l-Interpretazzjoni tal-Eċċezzjoni tal-Politika Pubblika kif imsemmi
fi strumenti tal-UE tad-Dritt Internazzjonali Privat u d-Dritt proċedurali
tal-2010, imħejji mill-Prof. Burkhard Hess u l-Prof. Thomas Pfeiffer,
l-Università ta' Heidelberg, disponibbli fuq: http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/etudes/join/2011/453189/IPOL-JURI_ET(2011)453189_EN.pdf Studju ta'
Rapport dwar il-ġuriżdizzjoni Residwa tal-2007 imħejji
mill-Prof. A. Nuyts, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice_home/doc_centre/civil/studies/doc_civil_studies_en.htm
Studju
Komparattiv dwar il-proċeduri tal-infurzar tad-drittijiet tal-familja
tal-2007, imħejji minn T.M.C. ASSER Institut, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice_home/doc_centre/civil/studies/doc_civil_studies_en.htm Studju biex
jipprovdi informazzjoni dwar Valutazzjoni tal-Impatt sussegwenti dwar
il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u l-liġi
applikabbli fi kwistjonijiet tad-divorzju tal-2006, imħejji mill-Konsorzju
Ewropew għall-Evalwazzjoni tal-Politika (EPEC) - Dokument ta’ Ħidma
tal-Persunal tal-Kummissjoni - Valutazzjoni tal-impatt SEC(2006) 949. Evalwazzjoni
dwar il-problemi prattiċi li jirriżultaw min-nuqqas ta'
armonizzazzjoni tal-għażla tar-regoli tad-Dritt fi Kwistjonijiet ta'
Divorzju tal-2002, imħejji minn T.M.C. ASSER Institut, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice_home/doc_centre/civil/studies/doc_civil_studies_en.htm [1] Fl-2011 kien hemm 33,3 miljun ċittadin barrani
residenti fl-Unjoni-27, 6,6 % tal-popolazzjoni totali.
Il-maġġoranza, 20,5 miljun, kienu ċittadini ta’
pajjiżi mhux tal-Unjoni, filwaqt li l-kumplament jiġifieri
12,8 miljun kienu ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni.
Billi ċ-ċittadinanza tista' tinbidel maż-żmien, ikun utli
wkoll li l-informazzjoni tiġi ppreżentata skont il-pajjiż
tat-twelid. Fl-2011 kien hemm 48,9 miljun resident barrani fl-Unjoni,
9,7 % tal-popolazzjoni totali. Minn dawn, 32,4 miljun ma twieldux
fl-Unjoni u 16,5 miljun twieldu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni
(Statistics in Focus, 31/2012: “Kważi żewġ terzi mill-barranin
li joqogħdu fl-Istati Membri tal-UE huma ċittadini ta’ pajjiżi
barra l-UE-27”, Eurostat). [2] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1347/2000
tat-29 ta’ Mejju 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni u
r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji
ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ
konjuġi, ĠU L 160, 30.6.2000, emendat bir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 2116/2004 tat-2 ta’ Diċembru 2004, ĠU
L 367, 14.12.2004. [3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 dwar
il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi
kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà
tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, ĠU
L 338, 23.12.2003, p. 1. [4] Id-Danimarka, skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll
dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u
t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mhux qed tieħu sehem
fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u għalhekk la hija marbuta bih u
lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.
Għall-fini ta’ dan ir-rapport, it-terminu “Stati Membri” ma jinkludix
id-Danimarka. [5] Il-Konvenzjoni tapplika fl-Istati Membri kollha. [6] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill
tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tawtorizza lill-Istati Membri,
fl-interess tal-Komunità, li jiffirmaw il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996 dwar
il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent,
l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u
l-Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal, ĠU L 48, 21.2.2003,
p. 1. Il-Konvenzjoni tapplika fl-Istati Membri kollha minbarra
l-Belġju u l-Italja, li ffirmaw il-Konvenzjoni iżda għadhom ma
rratifikawhiex. [7] Dan ir-Regolament japplika: (i) fejn it-tfal
għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stat Membru u (ii)
fir-rigward tar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenza mogħtija fi Stat
Membru, anki jekk it-tfal għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi
Stat terz li huwa Parti fil-Konvenzjoni; L-Artikolu 61. [8] Il-Programm tal-Aja: it-tisħiħ tal-libertà,
is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, adottat mill-Kunsill Ewropew
fl-4 u l-5 ta’ Novembru 2004. [9] Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda
r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u li
jintroduċi regoli dwar il-liġi applikabbli f'materji matrimonjali
(COM (2006) 399 final). [10] ĠU C 109, 16.4.2013, p. 7. [11] Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Nru. …/2010/UE li tawtorizza koperazzjoni msaħħa fil-qasam
tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali
(COM(2010) 104 final - 2010/0066 (APP)); Proposta għal
Regolament tal-Kunsill li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam
tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali
(COM(2010) 105 final-2010/0067 (CNS)). [12] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza
kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli
għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (2010/405/UE), ĠU
L 189, 22.7.2010, p. 12. L-14-il Stat Membru li stabbilixxew
il-kooperazzjoni msaħħa bejniethom huma l-Belġju,
il-Bulgarija, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja,
il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija u
s-Slovenja. [13] Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal- 20 ta’
Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam
tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali
Ir-Regolament Ruma III japplika fl-14-il Stat Membru oriġinali mill-21 ta’ Ġunju 2012. [14] Ir-Regolament Ruma III se japplika fil-Litwanja sa
mit-22 ta’ Mejju 2014 (ĠU L 323, 22.11.2012,
p. 18) u fil-Greċja mid-29 ta’ Lulju 2015 (ĠU
L 23, 28.1.2014, p. 41). [15] L-Artikolu 65 jipprovdi li,
sal-1 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni tippreżenta
lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament fuq il-bażi
tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. [16] B’mod partikolari, id-diskussjonijiet fil-qafas
tal-laqgħat u t-tweġibiet tal-NĠE għall-kwestjonarju
tal-Kummissjoni tal-2013. Ara wkoll il-Gwida tal-NĠE dwar l-aħjar
prattiki u l-istandards minimi komuni, disponibbli fuq:
https://e-justice.europa.eu/content_parental_responsibility-46-en.do. [17] Ara l-Anness għal dan ir-rapport. [18] COM(2005) 82 final. [19] Minn madwar 122 miljun żwieġ fl-Unjoni,
madwar 16-il miljun (13 %) għandhom dimensjoni transfruntiera.
Mit-2,4 miljun żwieġ iċċelebrat fl-Unjoni fl-2007,
madwar 300 000 jaqgħu taħt din il-kategorija. Dan kien japplika
wkoll għall-140 000 (13 %) mill-1 040 000 divorzju li
seħħ fl-Unjoni fl-istess sena (ara l-Komunikazzjoni
mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u
Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - It-tneħħija
tal-inċertezzi marbuta mad-drittijiet patrimonjali tal-koppji
internazzjonali, COM(2011) 125 final). Skont id-dejta tal-Eurostat tal-2010,
kull sena fl-Unjoni jsiru aktar minn 2.2 miljun kuntratt ta'
żwieġ ġdid u madwar 1 miljun divorzju. [20] Pereżempju, inqalgħu diffikultajiet dwar
l-interpretazzjoni tal-qafas tal-ġuriżdizzjoni bbażata fuq
“in-nazzjonalità tal-konjuġi” (l-Artikolu 3(1)(b)) meta
l-konjuġi ikollhom in-nazzjonalità tal-istess żewġ Stati Membri.
Il-QtĠ-UE, filwaqt li tfakkar l-għażla tal-individwi tal-qorti
li jkollha l-ġuriżdizzjoni, b’mod partikolari f’każijiet fejn
ikun ġie eżerċitat id-dritt tal-libertà ta' moviment għall-persuni,
iddikjarat li din d-dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata
bħala li tfisser li nazzjonalità "effettiva" biss tista'
tiġi kkunsidrata. Il-qrati tal-Istati Membri li l-konjuġi
għandhom nazzjonalità tagħhom ikollhom il-ġuriżdizzjoni u
l-konjuġi jistgħu jindirizzaw lill-qorti tal-Istat Membru
tal-għażla tagħhom; Il-Kawża C-168/08 Hadadi
[2009] Ġabra I-06871, paragrafi 52, 53, 58. [21] Wieħed mill-objettivi tal-proposta tal-Kummissjoni
tal-2006 biex temenda r-Regolament kien li tiġi evitata din it-tip ta’
“urġenza biex il-każ jitressaq quddiem il-qorti” permezz tat-twaqqif
ta’ regoli dwar il-kunflitt ta' liġijiet armonizzati fl-Istati Membri
kollha. L-introduzzjoni ta’ regoli dwar il-kunflitt ta' liġijiet
armonizzati kienet tnaqqas ir-riskju tal-“urġenza biex il-każ
jitressaq quddiem il-qorti” minħabba li kull qorti li tiġi
indirizzata fl-UE kien ikollha tapplika l-liġi determinata minn regoli
komuni. Billi r-Regolament Ruma III dwar il-liġi applikabbli
għad-divorzju u għas-separazzjoni legali ma japplikax
għall-Istati Membri kollha, it-tħassib dwar l-“urġenza biex
il-każ jitressaq quddiem il-qorti” jibqa’ hemm. [22] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009
tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni,
il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni
tad-deċiżjonijiet u l-koperazzjoni f'materji relatati ma’ obbligi ta’
manteniment, ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1 (minn hawn 'il quddiem
"ir-Regolament dwar il-Manteniment"). [23] Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar
il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u
l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar
ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar
il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, ĠU
L 201, 27.7.2012, p. 107 (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament
dwar is-Suċċessjonijiet"). [24] Il-proposta tal-Kummissjoni tal-2006 biex temenda
r-Regolament, p. 5. [25] Il-proposta tal-Kummissjoni tal-2006 biex temenda
r-Regolament, p. 8. Ara wkoll il-Kawża C-68/7 Sundelind Lopez,
[2007] Ġabra I-10403. [26] Il-proposta tal-Kummissjoni dwar
il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u
l-infurzar f’reġimi tal-proprjetà matrimonjali,
COM(2011) 126 final (minn hawn ’il quddiem “il-proposta
tal-Kummissjoni fir-rigward tar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali”);
Ir-Regolament dwar il-Manteniment; Ir-Regolament dwar
is-Suċċessjonijiet; [27] Kull sena, aktar minn 5 miljun tifel u tifla
jitwieldu fit-28 pajjiż tal-Unjoni (Statistika tal-Eurostat 2004-2011).
Fl-2010, madwar 38.3 % tat-tfal twieldu barra ż-żwieġ,
filwaqt li ċ-ċifra korrispondenti fl-1990 kienet ta’ 17.4 %
(Eurostat). [28] Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat gwida
għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ residenza abitwali
fil-każ C-523/07 A., [2009] ECR I- 02805 u l-każ C-497/10 PPU l-Erbgħa,
[2010] Ġabra I- 14309. Fir-rigward tal-Artikoli 8 u 10,
il-QtĠ-UE sostniet b’mod partikolari li r-residenza abitwali tal-minuri
tikkorrispondi għall-post li jirrifletti ċerta integrazzjoni
mill-minuri f’ambjent soċjali u tal-familja u li hija l-qorti nazzjonali
li għandha tistabbilixxi r-residenza abitwali tal-minuri, filwaqt li
jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi kollha tal-fatti
speċifiċi għal kull każ individwali. [29] L-interpretazzjoni tal-kundizzjoni tal-aħħar
ġiet iċċarata mill-QtĠ-UE fil-Kawża C-211/10 PPU
Povse [2010] Ġabra I-06673. Il-QtĠ-UE ddeċidiet li
miżura provviżorja maħruġa mill-qorti ta’ oriġini ma
tikkostitwixxix “sentenza dwar kustodja li ma tinvolvix ir-ritorn tal-minuri”
u, għalhekk, ma tistax tkun il-bażi ta’ trasferiment ta’
ġuriżdizzjoni lill-qrati tal-Istat Membru li l-minuri kien
intbagħat fih illegalment. Fil-fatt, jekk l-effett ta’ xi miżura
provviżorja kien telf ta’ ġuriżdizzjoni fuq il-kwistjoni ta’
kustodja tal-minuri, il-qorti kompetenti fl-Istat Membru fejn il-minuri kien
abitwalment residenti tista' tkun dissważa milli tadotta miżura
proviżorja anki jekk kienet fl-interess tal-minuri (il-paragrafi 47 u
50). [30] B’mod partikolari skont l-Artikolu 12(3). [31] Il-Kawża C-403/09 PPU Detiček,
[2009] Ġabra I-12193. [32] Fir-rigward ta’ din ir-regola, il-QtĠ-UE ddikjarat
fil-Kawża C-497/10 PPU Mercredi [2010]
Ġabra I-14309 li sentenzi ta’ qorti ta’ Stat Membru li jirrifjutaw li
jordnaw ir-ritorn ta’ minuri fil-pront skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980
għall-ġuriżdizzjoni ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor u li
jikkonċernaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri għal dan il-minuri
ma għandhom l-ebda effett fuq sentenzi li għandhom jitwasslu fl-Istat
Membru l-ieħor fil-proċedimenti dwar ir-responsabbilità
tal-ġenituri li ddaħħlu qabel u għadhom pendenti f’dak
l-Istat Membru l-ieħor. [33] Il-Kawża C-296/10 Purrucker II,
[2010] Ġabra I-11163. [34] Ara l-proposta tal-Kummissjoni tal-2006 biex jiġi
emendat ir-Regolament, id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni
SEC(2006) 949 - il-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Istudju dwar
il-ġuriżdizzjoni Residwa imsemmija fl-Anness għal dan
ir-rapport. [35] L-istudju dwar il-ġuriżdizzjoni Residwa imsemmi
fl-Anness għal dan ir-rapport juri li hemm diverġenza sinifikanti
bejn ir-regoli tal-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri. L-aktar
differenza importanti hija li, f’madwar nofs l-Istati Membri,
iċ-ċittadinanza tal-minuri (jew ta’ xi wieħed
mill-ġenituri, li ħafna drabi jikkoinċidi
maċ-ċittadinanza tal-minuri) hija biżżejjed biex
tistabbilixxi ġuriżdizzjoni fl-Istat Membru ta’ din
iċ-ċittadinanza, filwaqt li dan mhuwiex il-każ fin-nofs
l-ieħor. Għalkemm f’xi wħud minn dawn l-Istati msemmija
l-aħħar ikun hemm raġunijiet oħra ta’
ġuriżdizzjoni residwa li jistgħu f'ċerti ċirkustanzi
jippermettu biex azzjoni titressaq fl-Unjoni, ma hemm l-ebda garanzija
għal dan l-għan. [36] Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, fi
kwistjonijiet matrimonjali jekk il-konjuġi jgħixu fi Stat terz fejn
ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni huma bbażati esklussivament fuq
iċ-ċittadinanza tal-konjuġi, jew jekk il-konjuġi
jgħixu fi Stati terzi differenti u r-residenza ta’ wieħed
mill-konjuġi biss ma tkunx biżżejjed biex tiġi stabbilita
l-ġuriżdizzjoni u l-ġuriżdizzjoni mhijiex disponibbli
fl-aħħar residenza abitwali tal-konjuġi. Ara, għal
eżempju prattiku, il-każ attwali rappurtat fl-Istudju dwar il-qafas
Ewropew għal-liġi internazzjonali privata msemmija fl-Anness
għal dan ir-rapport, ta’ ċittadin Taljan u l-mara tiegħu
Olandiża li żżewġu fi stat tal-Afrika u għexu hemm
għal numru ta’ snin. Il-mara, li għandha karriera diplomatika,
tiġi trasferita għal raġunijiet professjonali għal
pajjiż tal-Asja ma’ żewġha. Imbagħad il-koppja xtaqu li
jiddivorzjaw iżda dan irriżulta li ma kienx possibbli fl-istat
Ażjatiku tar-residenza tagħhom. Il-ġuriżdizzjoni kienet
ukoll Olandiża jew mhux disponibbli taħt regoli dwar
il-ġuriżdizzjoni residwa Taljana każijiet ta’ divorzju. F’dawn
iċ-ċirkostanzi, il-qorti ta’ Stat Membru kien ikollha
l-ġuriżdizzjoni skont ir-Regolament biss jekk iż-żewġ
konjuġi kellhom l-istess nazzjonalità tal-istess Stat Membru. [37] Ara l-Istudju dwar il-ġuriżdizzjoni Residwa
imsemmi fl-Anness għal dan ir-rapport. [38] Il-bażi ta’ ġuriżdizzjoni li tippermetti,
fuq bażi eċċezzjonali, qorti ta’ Stat Membru li jkollha
ġuriżdizzjoni fuq każ li huwa marbut ma’ Stat terz, sabiex
jiġu rimedjati, b’mod partikolari, sitwazzjonijiet ta’ ċaħda ta’
ġustizzja, pereżempju meta l-proċedimenti jkunu impossibbli
fl-Istat terz ikkonċernat (pereżempju, minħabba gwerra
ċivili); ara l-Premessa 16 tar-Regolament dwar il-Manteniment. Huwa
tradizzjonalment ikkunsidrat, u saħansitra ġie enfasizzat, waqt
id-diskussjonijiet parlamentari f’xi Stati Membri, li din
il-ġuriżdizzjoni “ta’ neċessità” hija bbażata fuq, jew
saħansitra hija imposta mid-dritt għal proċess ġust skont
l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem –
Studju dwar il-ġuriżdizzjoni Residwa, p. 64. [39] Ir-Riżoluzzjoni P7_TA(2010)0477, punt 3. [40] B’mod partikolari, għall-kwistjonijiet ta’
responsabbiltà tal-ġenituri fi Stati terzi li mhumiex Partijiet Kontraenti
għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1996. Ara l-Istudju dwar il-ġuriżdizzjoni
Residwa imsemmi fl-Anness għal dan ir-rapport. [41] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001
tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni u
r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u
kummerċjali, ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. [42] Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar
il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi
fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni), ĠU
L 351, 20.12.2012, p. 1 (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament
Brussell I Riformulat"). [43] Ir-Regolament dwar il-Manteniment; Il-proposta
tal-Kummissjoni tal-2006 biex temenda r-Regolament; Il-proposta tal-Kummissjoni
fi kwistjonijiet ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali; Il-proposta
tal-Kummissjoni dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli,
ir-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet rigward
il-konsegwenzi tal-proprjetà ta' soċjetà rreġistrata, (COM(2010)127
final); Ir-Regolament dwar is-Suċċessjonijiet; Ir-Regolament
Brussell I Riformulat. [44] Ir-Regolament jipprovdi li l-istrumenti awtentiċi u
l-ftehimiet iridu jiġu ddikjarati infurzabbli fl-istess kundizzjonijiet
bħas-sentenzi jekk dawn ikunu infurzabbli fl-Istat Membru ta' oriġini
tagħhom. Il-fatt li ċ-ċertifikati użati fil-proċedura
ta' exequatur jirreferu biss għal “sentenzi” ikkawża
diffikultajiet. [45] Il-Programm ta’ Stokkolma (id-dokument tal-Kunsill
Nru 17024/09 JAI 896), paragrafi 3.1.2 u 3.3.2. [46] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew,
lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Il-Kisba ta'
Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja għaċ-Ċittadini
tal-Ewropa – Pjan ta' Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma,
tal-20 ta' April 2010, COM(2010) 171 final,
p. 10, 12, 23. [47] Fil-Kawża C-195/08 PPU Rinau, [2008]
Ġabra I-05271, QtĠ-UE ċċarat li, ħlief għal
sentenzi ċertifikati li jibbenefikaw mill-abolizzjoni tal-exequatur,
kull parti interessata tista’ tapplika għal nuqqas ta’ rikonoxximent ta’
sentenza anki jekk l-ebda applikazzjoni għar-rikonoxximent tas-sentenza ma
tkun ġiet sottomessa minn qabel. Fil-Kawża C-256/09 Purrucker I,
[2010] Ġabra I-07353, il-QtĠ-UE kkonfermat li
d-dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ma japplikawx
għall-miżuri provviżorji marbuta ma’ drittijiet ta’ kustodja li
jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 20. [48] Studju dwar l-Interpretazzjoni tal-Eċċezzjoni
ta' Ordni Pubbliku msemmi fl-Anness ma’ dan ir-rapport. [49] Bażi oħra għan-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’
sentenzi li ta' spiss inħolqot kienet is-servizz ta’ dokumenti fejn
is-sentenza tkun ingħatat f’kontumaċja, in-nuqqas ta’ konformità
mal-proċedura stabbilita f’dan ir-Regolament għat-tqegħid
tal-minuri fi Stat Membru ieħor u l-fatt li s-sentenza ingħatat mingħajr
ma l-ġenitur ikkonċernat kellu l-opportunità li jinstema'. Dawn huma
kunsiderazzjonijiet importanti li jirreferu għad-dritt għal rimedju
effettiv u għal proċess imparzjali garantit fl-Artikolu 47
tal-Karta. [50] Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 li joħloq Ordni
Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux kontestati; Ir-Regolament (KE)
1896/2006 li joħloq Proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea;
Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea
għal Talbiet Żgħar; Ir-Regolament dwar il-Manteniment;
Ir-Regolament Brussell I Riformulat. [51] Ara wkoll, pereżempju, il-kunsiderazzjoni ta’
standards minimi futuri dwar is-servizz ta’ dokumenti - Rapport
mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku
u Soċjali dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’
dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet
ċivili u kummerċjali. [52] Mill-2010, 155 każ ġew diskussi f’laqgħat
bilaterali. [53] Ara d-dokument tal-Kunsill 16121/10,
JUSTCIV 194, tat-12 ta’ Novembru 2010, Konklużjonijiet
tas-seminar ministerjali organizzat mill-Presidenza Belġjana dwar
il-medjazzjoni internazzjonali għall-familja f’każijiet ta’ sekwestru
internazzjonali ta' minuri, disponibbli fuq
http://register.consilium.europa.eu. [54] L-Artikolu 55(a). [55] Il-gwida tal-NĠE dwar l-aħjar prattiki u
standards minimi komuni: https://e-justice.europa.eu/content_parental_responsibility-46-mt.do. [56] Fl-2008, kien hemm 706 applikazzjoni ta' ritorn bejn
l-Istati Membri. L-istatistika turi li r-rata ta' ritorn globali bejn l-Istati
Membri kienet ta’ 52 % fl-2008, filwaqt li meta l-Istat li jagħmel
it-talba kien Stat terz kienet 39 %: Analiżi tal-istatistika
tal-applikazzjonijiet li kien hemm fl-2008 skont il-Konvenzjoni tal-Aja
tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili ta' Sekwestru
Internazzjonali tat-Tfal — Parti II — Rapport Reġjonali, Dokument
Preliminari. Nru 8 B — aġġornament ta’ Novembru 2011
għall-attenzjoni tal-Kummissjoni Speċjali ta’ Ġunju 2011,
disponibbli fuq http://www.hcch.net. [57] Il-Kawża C-195/08 PPU Rinau, [2008]
Ġabra I-05271, paragrafu 52, [58] Ara, pereżempju, il-Kawżi Šneersone u
Kampanella vs l-Italja (applikazzjoni Nru 14737/09),
paragrafu 85 (iv); Iglesias Gil u A.U.I. vs Spanja
(applikazzjoni Nru 56673/00); Ignaccolo-Zenide vs Ir-Rumanija
(applikazzjoni Nru 31679/96), Maire vs Il-Portugall (applikazzjoni
Nru 48206/99); PP vs Poland (applikazzjoni Nru 8677/03) u Raw vs Franza (applikazzjoni
Nru 10131/11). [59] Il-QEDB sostniet ukoll f’xi każijiet jista’ jkun ksur
tal-Artikolu 8 tal-KEDB jekk minuri jiġi rritornat, b’mod partikolari
fejn sabet li l-qorti rikjesta ma apprezzatx biżżejjed il-livell ta’
serjetà tad-diffikultajiet li l-minuri x’aktarx kien se jiltaqa' magħhom
mar-ritorn lejn l-Istat ta’ oriġini tiegħu, li l-qorti rikjesta ma
kinitx tista' tistabbilixxi b’mod infurmat jekk kienx hemm riskju fit-tifsira
tal-Artikolu 13(b) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 jew il-qorti rikjesta
naqset milli twettaq eżami effettiv tal-allegazzjonijiet tal-applikant
skont l-Artikolu 13(b) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Ara,
pereżempju, il-Kawżi Šneersone u Kampanella vs l-Italja
(applikazzjoni Nru 14737/09), paragrafu 95 (iv); B v
Il-Belġju (applikazzjoni Nru 4320/11), paragrafu 76; X v
Latvia (applikazzjoni Nru 27853/09), paragrafu 119. [60] Fl-2008, 15 % tal-applikazzjonijiet bejn l-Istati
Membri ġew riżolti fi żmien sitt ġimgħat: ara
l-analiżi tal-istatistika msemmija fin-nota f'qiegħ
il-paġna 56. [61] L-Artikoli 11(8) u 42. [62] Minħabba li r-Regolament għandu l-għan li
jiġi żgurat ritorn rapidu tal-minuri, il-ħruġ ta’
ċertifikat mill-qorti ta’ oriġini fir-rigward tar-ritorn tiegħu
ma jistax ikun soġġett għal appell, u l-uniċi eċċezzjonijiet
legali li jistgħu jiġu invokati fir-rigward taċ-ċertifikat
huma dawk relatati mar-rettifika tiegħu jew li joħolqu dubji dwar
l-awtentiċità tiegħu skont il-liġi tal-Istat Membru ta’
oriġini; Il-Kawża C-211/10 PPU Povse, [2010]
Ġabra I-06673, paragrafu 73. [63] Il-Kawża C-211/10 PPU Povse, [2010]
Ġabra I-06673, paragrafu 53. Skont
il-Kawża C-195/08 PPU Rinau,
[2008] Ġabra I-05271, ladarba ordni li ma jsirx ritorn‑tkun
ittieħdet u mressqa għall-attenzjoni tal-qorti tal-oriġini, huwa
irrilevanti, għall-finijiet tal-qorti tal-oriġini li toħroġ
ordni ta’ ritorn ċertifikat, li l-ordni biex ma jsirx ritorn għadha
mhijiex finali jew ġiet mibdula li r-ritorn tal-minuri ma jkunx attwalment
seħħ. [64] Salvagwardji simili japplikaw għal
deċiżjonijiet ċertifikati dwar id-drittijiet ta’
aċċess għall-minuri. [65] L-Artikolu 47. [66] Ara l-istudju Komparattiv dwar proċeduri ta’ infurzar
ta’ drittijiet tal-familja msemmi fl-Anness ma’ dan ir-rapport. [67] L-istess dispożizzjonijiet ta’ infurzar japplikaw
fir-rigward ta' sentenzi ċertifikati dwar id-drittijiet ta’
aċċess għal minuri; L-Artikolu 47. [68] Il-Kawża C-211/10 PPU Povse, [2010]
Ġabra I-06673, paragrafi 74-83. [69] Il-Kawża C-491/10 Zarraga, [2010]
Ġabra I-14247. [70] Il-Kawża Povse vs L-Awstrija
(applikazzjoni Nru 3890/11), paragrafi 81-82. [71] L-ilmenti taċ-ċittadini jirreferu l-aktar
għall-proċeduri ta’ infurzar diffiċli, proċedimenti twal u
prattiki diverġenti tal-awtoritajiet nazzjonali. [72] Ara, pereżempju, il-Kawżi tal-QEDB PP vs.
Il-Polonja (applikazzjoni Nru 8677/03); Shaw vs L-Ungerija
(applikazzjoni Nru 6457/09); Raw et. vs Franza (applikazzjoniNru 10131/11). [73] Pereżempju, id-dispożizzjonijiet tal-infurzar
f’xi Stati Membri jippermettu li jitressqu appelli kontra ordnijiet ta’
infurzar. [74] Il-Kawża C-195/08 PPU Rinau, [2008]
Ġabra I-05271, paragrafu 82. [75] Ara, pereżempju, Shaw vs L-Ungerija
(applikazzjoni Nru 6457/09) u Raw vs Franza (applikazzjoni
Nru 10131/11). [76] L-Artikolu 55(d). [77] L-Artikoli 31(2) u 23(g). [78] Il-Kawża C-92/12 PPU Health Service
Executive.