EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0883

Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999

OJ L 248, 18.9.2013, p. 1–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/01/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/oj

18.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/1


REGOLAMENT (UE, EURATOM) Nru 883/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Settembru 2013

dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 325 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jagħtu importanza kbira lill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u lill-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa dawk l-interessi. Ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni f’dik il-konnessjoni hija marbuta mill-qrib mad-dmir tagħha li timplimenta l-baġit skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-importanza ta’ azzjoni għal dak il-għan ikkonfermata mill-Artikolu 325 TFUE.

(2)

Il-mezzi kollha disponibbli għandhom jintużaw bis-sħiħ sabiex jinkiseb dak l-objettiv, notevolment fil-kuntest ta’ dmirijiet investigattivi li jaqgħu fuq l-Unjoni, filwaqt li t-tqassim u l-bilanċ attwali ta’ responsabbilitajiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jinżammu.

(3)

Sabiex issaħħaħ il-mezzi disponibbli biex tikkumbatti l-frodi, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-awtonomija fl-organizzazzjoni interna ta’ kull istituzzjoni, il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (3), stabbilixxiet l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (“l-Uffiċċju”) fost is-servizzi tagħha stess b’responsabbiltà għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet ta’ frodi amministrattivi. Il-Kummissjoni tat lill-Uffiċċju indipendenza sħiħa biex iħaddem il-funzjoni investigattiva tiegħu. Id-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tipprevedi li għall-iskopijiet tal-investigazzjonijiet, l-Uffiċċju għandu jħaddem is-setgħat mogħtija mil-liġi tal-Unjoni.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ġie adottat biex jirregola investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju. Sabiex l-attivitajiet investigattivi tal-Uffiċċju jsiru aktar effettivi, u fid-dawl tal-evalwazzjonijiet tal-attivitajiet tiegħu magħmula mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta’ April 2003 u r-Rapporti Speċjali Nru 1/2005 (5) u Nru 2/2011 (6) tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-ġestjoni tal-Uffiċċju, jeħtieġ li jiġi rivedut il-qafas legali attwali.

(5)

Il-mandat tal-Uffiċċju għandu jinkludi t-twettiq ta’ investigazzjonijiet fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji stabbiliti minn, jew abbażi tat-Trattati (“istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji”) u t-tħaddim tas-setgħa tal-investigazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni mill-atti rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll jipprovdi lill-Istati Membri b’għajnuna mill-Kummissjoni fl-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom. L-Uffiċċju għandu jikkontribwixxi wkoll għat-tfassil u l-iżvilupp ta’ metodi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ibbażati fuq il-prattika operazzjonali tiegħu f’dan il-qasam.

(6)

Ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju kif stabbilita mill-Kummissjoni testendi wkoll lil hinn mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji biex tinkludi l-attivitajiet kollha li għandhom x’jaqsmu mas-salvagwardja tal-interessi tal-Unjoni kontra mġiba irregolari fi proċeduri amministrattivi jew kriminali.

(7)

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal protezzjoni aktar estensiva li tista’ tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tat-Trattati.

(8)

Minħabba l-ħtieġa li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Uffiċċju għandu jkun jista’ jwettaq investigazzjonijiet interni fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha.

(9)

Fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet esterni, l-Uffiċċju għandu jiġi fdat bit-tħaddim tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni mir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (7). L-Uffiċċju għandu wkoll jitħalla jħaddem is-setgħat l-oħra mogħtija lill-Kummissjoni sabiex jagħmel kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fl-Istati Membri, notevolment għall-iskop li jiġu skoperti irregolaritajiet kif mitlub mill-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (8).

(10)

L-effiċjenza operazzjonali tal-Uffiċċju tiddependi ħafna mill-koperazzjoni mal-Istati Membri. Jeħtieġ li l-Istati Membri jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jistgħu jipprovdu lill-Uffiċċju l-għajnuna meħtieġa fit-twettiq ta’ dmirijietu. F’każijiet fejn Stat Membru ma jkunx waqqaf dipartiment speċjalizzat f’livell nazzjonali bl-inkarigu li jikkoordina l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, għandu jinħatar servizz (is-servizz ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi) biex tiġi ffaċilitata koperazzjoni effettiva u skambju tal-informazzjoni mal-Uffiċċju.

(11)

L-Uffiċċju għandu jkollu aċċess għal kull informazzjoni rilevanti miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni b’rabta mal-investigazzjonijiet esterni.

(12)

L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu f’konformità mat-Trattat u partikolarment mal-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jirrispettaw ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (9) (“ir-Regolamenti tal-Persunal”), u l-Istat għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u b’rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari l-prinċipju tal-imparzjalità, għad-dritt tal-persuni involuti li jesprimu ruħhom dwar il-fatti li jikkonċernawhom u għall-prinċipju li l-konklużjonijiet ta’ investigazzjoni jistgħu jkunu bażati biss fuq elementi li għandhom valur bħala xiehda. Għal dak il-għan, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jistipulaw it-termini u l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom isiru investigazzjonijiet interni.

(13)

L-investigazzjonijiet interni jistgħu jsiru biss jekk l-Uffiċċju jingħata aċċess għall-kwartieri ġenerali kollha tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji u għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha miżmuma minnhom.

(14)

Il-preċiżjoni tal-informazzjoni mibgħuta lill-Uffiċċju b’rabta mal-mandat tiegħu għandha tiġi valutata minnufih. Għal dak il-għan, l-Uffiċċju, qabel ma tinfetaħ investigazzjoni, għandu jkollu aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti fil-bażijiet tad-data miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji, meta dan ikun indispensabbli għall-valutazzjoni tal-bażi fil-fatt tal-allegazzjonijiet.

(15)

L-Uffiċċju għandu jitqiegħed taħt obbligi preċiżi biex jinforma lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni dwar investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin fejn uffiċjal, aġent ieħor, membru ta’ istituzzjoni jew korp, kap ta’ uffiċċju jew aġenzija jew membru tal-persunal ikun ikkonċernat mill-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata jew fejn jistgħu jkunu meħtieġa miżuri ta’ prekawzjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(16)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari li, filwaqt li jikkonfermaw il-prijorità li jgawdi l-Uffiċċju fit-twettiq ta’ investigazzjonijiet interni fuq kwistjonijiet li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jagħmluha possibbli għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji li jwettqu tali investigazzjonijiet f’każijiet li fihom l-Uffiċċju jiddeċiedi li ma jintervjenix.

(17)

Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Uffiċċju fit-twettiq tal-kompiti li ngħatawlu b’dan ir-Regolament, id-Direttur Ġenerali tiegħu għandu jkun jista’ jiftaħ investigazzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess. Meta l-Uffiċċju jkun qed iwettaq investigazzjoni, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji rilevanti ma għandhomx iwettqu investigazzjoni tal-istess fatti b’mod parallel, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mal-Uffiċċju.

(18)

L-investigazzjonijiet għandhom isiru taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali, b’indipendenza sħiħa mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u mill-Kumitat ta’ Sorveljanza. Għal dak il-għan, id-Direttur Ġenerali għandu jkun jista’ jadotta linji gwida dwar il-proċeduri ta’ investigazzjoni għall-persunal tal-Uffiċċju. Dawk il-linji gwida għandhom jipprovdu gwida prattika lill-persunal tal-Uffiċċju dwar it-twettiq ta’ investigazzjonijiet u l-garanziji u d-drittijiet proċedurali ta’ persuni kkonċernati jew xhieda, u dettalji dwar il-proċeduri konsultattivi u ta’ kontroll interni li għandhom jiġu osservati, inkluża verifika tal-legalità. Sabiex jipprovdu aktar trasparenza fir-rigward tat-twettiq tal-investigazzjonijiet, dawk il-linji gwida għandhom ikunu disponibbli għall-pubblika fuq is-sit web tal-Uffiċċju. Dawk il-linji gwida ma għandhomx joħolqu jew jibdlu kwalunkwe dritt jew obbligu li jirriżulta minn dan ir-Regolament.

(19)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-persunal tal-Uffiċċju għandu jwettaq l-investigazzjonijiet f’konformità mal-linji gwida dwar il-proċeduri ta’ investigazzjoni u abbażi tal-istruzzjonijiet individwali mogħtija mid-Direttur Ġenerali f’każijiet speċifiċi.

(20)

F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, il-persunal tal-Uffiċċju għandu jwettaq il-kompiti investigattivi tiegħu permezz b’indipendenza sħiħa u għandu jevita kunflitti ta’ interess. Il-membri tal-persunal tal-Uffiċċju għandhom jinfurmaw immedjatament lid-Direttur Ġenerali jekk investigazzjoni tikkonċerna kwistjoni li għandhom kwalunkwe interess personali fiha tant li jxekkel l-indipendenza tagħhom, b’mod partikolari jekk ikunu jew kienu involuti f’kapaċità oħra fil-kwistjoni li tkun qed tiġi investigata.

(21)

L-investigazzjonijiet esterni u interni mill-Uffiċċju jsegwu, parzjalment, regoli distinti. Madankollu, l-Uffiċċju għandu jitħalla, kull meta meħtieġ, jikkumbina f’investigazzjoni waħda l-aspetti ta’ investigazzjoni esterna u interna, mingħajr ma jkollu jiftaħ żewġ investigazzjonijiet separati.

(22)

Huwa meħtieġ, fl-interessi taċ-ċertezza legali, li jiġu speċifikati l-garanziji proċedurali applikabbli għal investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju, b’kont meħud tan-natura amministrattiva ta’ dawk l-investigazzjonijiet.

(23)

Il-garanziji proċedurali u d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati u tax-xhieda għandhom jiġu rrispettati mingħajr diskriminazzjoni dejjem u fl-istadji kollha tal-investigazzjonijiet esterni kif ukoll interni, b’mod partikolari meta tingħata informazzjoni dwar investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin. L-għoti ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni jew lill-Qorti tal-Awdituri, hux b’mod bilaterali jew bħala parti minn skambju ta’ fehmiet, għandu jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, id-drittijiet leġittimi tal-persuni konċernati u, fejn japplika, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-proċedimenti ġudizzjarji. Informazzjoni mibgħuta jew miksuba matul investigazzjonijiet għandha tiġi ttrattata skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. L-iskambji ta’ informazzjoni għandhom jitmexxew mill-prinċipju ta’ proporzjonalità u mill-prinċijpu ta’ ħtieġa għat-tagħrif.

(24)

Biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet individwali ta’ persuni li jkunu qegħdin jiġu investigati, ma għandhomx jitfasslu konklużjonijiet li jirreferu għall-persuna b’isimha, fl-istadju finali ta’ investigazzjoni, mingħajr ma dik il-persuna tingħata l-opportunità tikkummenta dwar fatti li jikkonċernawha.

(25)

Id-Direttur Ġenerali għandhu jiżgura li kwalunkwe informazzjoni mogħtija lill-pubbliku tkun konformi mad-drittijiet leġittimi tal-persuni konċernati.

(26)

L-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji involuti fl-investigazzjoni għandhom jipproteġu l-libertà tal-espressjoni, f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u sorsi ġurnalistiċi.

(27)

Għandu jkun id-dmir tad-Direttur Ġenerali li jiżgura l-protezzjoni ta’ data personali u r-rispett għall-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miġbura waqt l-investigazzjonijiet; L-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni għandhom jiġu żgurati li ser jingħataw protezzjoni legali ekwivalenti għal dik prevista mir-Regolamenti tal-Persunal.

(28)

Sabiex jiġi żgurat li s-sejbiet tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju jiġu kkunsidrati u li tittieħed l-azzjoni sussegwenti meħtieġa, ir-rapporti għandu jkollhom l-istatus ta’ prova ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji. Għal dak il-għan, dawk ir-rapporti għandhom jitfasslu b’mod kompatibbli mar-regoli li jirregolaw ir-rapporti amministrattivi fl-Istati Membri.

(29)

Meta jinstab li l-fatti li ħarġu fir-rapport finali dwar investigazzjoni interna jistgħu jwasslu għal proċedimenti kriminali, l-informazzjoni dwar dan għandha tintbagħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Fir-rakkomandazzjonijiet li jakkumpanjaw ir-rapport finali tal-investigazzjoni, id-Direttur Ġenerali għandu jindika jekk, fid-dawl tan-natura tal-fatti u l-iskala tal-impatt finanzjarju tagħhom, miżuri interni mill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata jippermettux segwitu aktar effettiv.

(30)

F’każijiet meta d-Direttur Ġenerali jibgħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri kkonċernati informazzjoni miksuba mill-Uffiċċju matul investigazzjonijiet interni, dik it-trasmissjoni ta’ informazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għal klassifikazzjoni sussegwenti fil-liġi mill-awtorità ġudizzjarja nazzjonali dwar jekk proċedimenti investigattivi humiex meħtieġa.

(31)

Huwa f’idejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji, skont il-każ, li jiddeċiedu x’azzjoni għandha tittieħed dwar investigazzjonijiet li jkunu tlestew fuq il-bażi ta’ rapporti finali ta’ investigazzjoni imħejjija mill-Uffiċċju.

(32)

Biex itejjeb l-effiċjenza tiegħu, l-Uffiċċju għandu jkun jaf kif ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tiegħu ġew segwiti. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u, fejn adatt, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Uffiċċju, fuq talba tiegħu, dwar l-azzjoni meħuda, jekk tkun ittieħdet, abbażi tal-informazzjoni mibgħuta lilhom mill-Uffiċċju.

(33)

Fid-dawl tal-benefiċċji prinċipali tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Uffċċju, il-Eurojust, il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-Uffiċċju għandu jkun jista’ jikkonkludi magħhom l-arranġamenti amministrattivi li jistgħu, b’mod partikolari, jimmiraw li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni prattika u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet tekniċi u operazzjonali, mingħajr ma jinħolqu obbligi legali oħra.

(34)

Sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Uffiċċju, il-Eurojust u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward ta’ atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ investigazzjoni kriminali, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-Eurojust dwar, b’mod partikolari, dawk il-każijiet ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra suspettata li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li tinvolvi forom serji ta’ kriminalità. It-trasmissjoni ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandha ssir, kif adegwat, qabel ma l-informazzjoni mogħtija lilhom tintbagħat mill-Uffiċċju lill-Eurojust jew lill-Europol, meta informazzjoni bħal din tkun akkumpanjata minn stedina biex tittieħed azzjoni kriminali investigattiva speċifika.

(35)

Sabiex ikun hemm kooperazzjoni ta’ suċċess bejn l-Uffiċċju, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, għandu jiġi organizzat skambju ta’ informazzjoni reċiproku. Skambju ta’ informazzjoni bħal dan għandu jirrispetta l-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (10). B’mod partikolari, l-Uffiċċju għandu jivverifika li r-reċipjent għandu l-kompetenza adegwata u li t-trasmissjoni tal-informazzjoni hija meħtieġa. L-iskambji ta’ informazzjoni mal-Eurojust għandhom ikunu koperti mill-mandat tal-Eurojust, li jestendi sal-koordinazzjoni f’każijiet transnazzjonali ta’ reat serju.

(36)

Meta wieħed jikkunsidra l-iskala tal-fondi tal-Unjoni allokati għas-settur tal-għajnuna esterna, l-għadd ta’ investigazzjonijiet magħmulin mill-Uffiċċju f’dak is-settur u l-eżistenza ta’ koperazzjoni internazzjonali għal għanijiet ta’ investigazzjoni, l-Uffiċċju għandu jkun jista’, meta adatt f’koordinazzjoni ma’ servizzi kompetenti oħra, jitlob fil-qadi tal-kompiti tiegħu, permezz ta’ arranġamenti amministrattivi, għajnuna prattika mill-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi u minn organizzazzjonijet internazzjonali, mingħajr ma jinħolqu obbligi legal oħra.

(37)

L-Uffiċċju għandu jgawdi indipendenza fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu. Sabiex tissaħħaħ dik l-indipendenza, l-Uffiċċju għandu jkun soġġett għal sorveljanza regolari tal-funzjonijiet investigattivi tiegħu minn Kumitat ta’ Sorveljanza, kompost minn persuni indipendenti esterni li huma kwalifikati sew fl-oqsma ta’ attività tal-Uffiċċju. Il-Kumitat ta’ Sorveljanza ma għandux ifixkel it-twettiq ta’ investigazzjonijiet li jkun għaddejjin. Id-dmirijiet tiegħu għandhom jinkludu wkoll għajnuna lid-Direttur Ġenerali fil-qadi tar-responsabbiltajiet tiegħu.

(38)

Huwa xieraq li l-kriterji u l-proċedura għall-ħatra tal-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza jiġu speċifikati u jiġu speċifikati ulterjorment il-kompiti tal-Kumitat ta’ Sorveljana li jirriżultaw mill-mandat tiegħu.

(39)

Għandha titfassal lista ta’ riżerva li tinnomina kandidati li jistgħu jissostitwixxu membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għall-bqija tal-mandat tagħhom fil-każ li membru jew aktar minnhom jirriżenjaw, imutu jew ma jkunux jistgħu għal xi raġuni oħra iwettqu l-kompiti tagħhom.

(40)

Sabiex jiġi żgurat li l-Kumitat ta’ Sorveljanza jista’ jwettaq il-missjoni tiegħu b’mod effiċjenti, il-funzjonament indipendenti tas-segretarjat tiegħu għandu jkun iggarantit mill-Uffiċċju.

(41)

Għandu jseħħ skambju ta’ fehmiet darba fis-sena bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Dan l-iskambju ta’ fehmiet għandu jkopri, fost l-oħrajn, il-prijoritajiet strateġiċi għal politiki investigattivi u għall-effettività tal-ħidma tal-Uffiċċju fir-rigward tal-mandat tiegħu mingħajr ma jfixkel bl-ebda mod fl-indipendenza tal-Uffiċċju fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tiegħu. It-tħejjija għall-iskambju ta’ fehmiet għandha ssir fil-livell tekniku u għandha tinkludi, sa fejn ikun meħtieġ, laqgħa preparatorja bejn is-servizzi rilevanti tal-istituzzjonijiet ikkonċernati. Meta jiddiskutu l-effettività tal-ħidma tal-Uffiċċju fir-rigward tat-twettiq tal-mandat tiegħu, l-istituzzjonijiet li jkunu qed jipparteċipaw fl-iskambju ta’ fehmiet għandhom ikunu jistgħu jindirizzaw informazzjoni statistika dwar is-segwitu mogħti għall-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju u l-informazzjoni mibgħuta mill-Uffiċċju.

(42)

Biex tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa fit-tmexxija tal-Uffiċċju, id-Direttur Ġenerali tiegħu għandu jinħatar għal perijodu ta’ seba’ snin li ma jiġġeddidx.

(43)

Il-funzjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju hija partikolarment importanti wkoll għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-persuna maħtura bħala Direttur Ġenerali għandha tgawdi mill-akbar appoġġ u rikonoxximent possibbli mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tfittex li tikseb qbil komuni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-qafas tal-proċedura konsultattiva.

(44)

Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta’ Direttur Ġenerali għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mill-anqas sitt xhur qabel it-tmiem tal-mandat tad-Direttur Ġenerali fil-kariga. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għandha titħejja mill-Kummissjoni abbażi tal-eżitu tal-konsultazzjonijiet mill-qrib mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Hija għandha tispeċifika l-kriterji tal-għażla, inkluż ir-rekwiżiti li għandhom jissodisfaw il-kandidati sabiex ikunu eliġibbli għall-post.

(45)

Id-Direttur Ġenerali għandu jinforma lill-Kumitat ta’ Sorveljanza perjodikament dwar dawk il-każijiet li fihom intbagħtet informazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri u dwar in-numru totali ta’ każijiet tal-Uffiċċju trattati mill-istess awtoritajiet ġudizzjajri tal-Istati Membri inkwistjoni, permezz ta’ segwitu għal investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju.

(46)

Esperjenza msejsa fuq prattika operazzjonali wriet li jkun utli li d-Direttur Ġenerali jitħalla jiddelega l-eżerċizzju ta’ xi wħud mill-funzjonijiet tiegħu lil membru wieħed jew aktar tal-persunal tal-Uffiċċju.

(47)

Id-Direttur Ġenerali għandu jimplimenta mekkaniżmu interni ta’ konsulenza u kontroll, inkluż verifika ta’ legalità, b’referenza partikolari għall-obbligu tar-rispett tal-garanziji proċedurali u d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati.

(48)

Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tal-Uffiċċju, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar delega adegwata tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Ġenerali.

(49)

Dan ir-Regolament b’ebda mod ma jnaqqas is-setgħat u r-responsabbilitajiet tal-Istati Membri li jieħdu passi sabiex jikkumbattu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jekk il-kompiti ta-twettiq ta’ investigazzjonijiet amministrattivi esterni f’dan il-qasam jiġi fdat f’idejn Uffiċċju indipendenti, dan ikun f’konformità sħiħa mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit minn Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex tingħata spinta lill-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjajri tal-Unjoni.

(50)

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa ta’ reviżjoni ta’ dan ir-Regolament fil-każ li jiġi stabbilit Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

(51)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u huwa konformi, b’mod partikolari, mal-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fondamentali tal-Unjoni Ewropea.

(52)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta l-opinjoni tiegħu fil-1 ta’ Ġunju 2011 (11).

(53)

Minħabba n-numru sostanzjali ta’ emendi meħtieġa, ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 għandu jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament.

(54)

Skont l-Artikolu 106a(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (TKEEA) li jestendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 325 TFUE għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), ir-regoli li jikkontrollaw l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju fir-rigward tal-Unjoni għandhom japplikaw ukoll fir-rigward tal-Euratom. Skont l-Artikolu 106a(2) TKEEA, referenzi għall-Unjoni fl-Artikolu 325 TFUE għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-Euratom u referenzi għall-Unjoni f’dan ir-Regolament għandhom, għalhekk jinkludu, meta l-kuntest jitlob dan, referenzi għall-Euratom. Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (12) għandu għalhekk jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Objettivi u inkarigi

(1)   Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u tal-Komunita Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn ‘il quddiem imsejħa kollettivament, skont il-kuntest, “l-Unjoni”), l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi stabbilit bid-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (“l-Uffiċċju”) għandu jeżerċita s-setgħat ta’ investigazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni:

(a)

mill-atti rilevanti tal-Unjoni; u

(b)

mill-ftehimiet rilevanti ta’ koperazzjoni u għajnuna reċiproka konklużi mill-Unjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(2)   L-Uffiċċju għandu jipprovdi lill-Istati Membri b’għajnuna mingħand il-Kummissjoni fl-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni mill-qrib u regolari bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom immirata lejn il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra l-frodi. L-Uffiċċju għandu jikkontribwixxi għat-tfassil u l-żvilupp ta’ metodi ta’ prevenzjoni u ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju għandu jippromwovi u jikkoordina, ma’ u fost l-Istati Membri, il-kondiviżjoni ta’ esperjenza operazzjonali u l-aħjar prattiki proċedurali fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u għandu jappoġġa azzjonijiet konġunti kontra l-frodi li jieħdu Stati Membri fuq bażi volontarja.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal:

(a)

il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(b)

l-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew;

(c)

ir-Regolamenti tal-Persunal;

(d)

ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

4.   Fi ħdan l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji stabbiliti permezz, jew fuq il-bażi tat-Trattati (“istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji”), l-uffiċċju għandu jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi bil-għan li jiġġieled il-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan l-Uffiċċju għandu jinvestiga kwistjonijiet serji li għandhom x’jaqsmu mal-qadi ta’ dmirijiet professjonali li jikkostitwixxu nuqqas ta’ ħarsien ta’ obbligi ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni u li jistgħu jwasslu għal proċedimenti dixxiplinarji jew, skont il-każ, kriminali, jew nuqqas ekwivalenti ta’ qadi ta’ obbligi minn membri ta’ istituzzjonijiet u korpi, kapi ta’ uffiċċji u aġenziji jew membri tal-persunal ta’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji li ma mhux soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal (minn hawn ‘il quddiem kollettivament imsemmija bħala “uffiċjali, aġenti oħrajn, membri ta’ istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta’ uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal”).

5.   Għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji jistgħu jistabbilixxu arranġamenti amministrattivi mal-Uffiċċju. Dawk l-arranġamenti amminsitrattivi jistgħu jikkonċernaw, b’mod partikolari, it-trasmissjoni ta’ informazzjoni u t-twettiq ta’ investigazzjonijiet.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“interessi finanzjarji tal-Unjoni” għandha tinkludi d-dħul, l-infiq u l-assi koperti mill-baġit tal-Unjoni Ewropea u dawk koperti mill-baġits tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u l-baġits immexxija u mmonitorjati minnhom;

(2)

“irregolarità” għandha tfisser “irregolarità” kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95;

(3)

“frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività irregolari oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni” għandu jkollha t-tifsira applikata lil dan il-kliem fl-atti rilevanti tal-Unjoni;

(4)

“investigazzjonijiet amministrattivi” (“investigazzjonijiet”) għandha tfisser kwalunkwe spezzjoni, kontroll jew miżura oħra meħuda mill-Uffiċċju skont l-Artikoli 3 u 4, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu l u li tiġi stabbilita, fejn ikun meħtieġ, in-natura irregolari tal-attivitajiet li jkunu qiegħdin jiġu investigati; dawk l-investigazzjonijiet ma għandhomx jaffettwaw is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jibdew proċeduri kriminali;

(5)

“persuna kkonċernata” għandha tfisser kwalunnkwe persuna jew operatur ekonomiku ssuspettat li wettaq frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li għalhekk hija soġġetta għal investigazzjoni mill-Unjoni;

(6)

“operatur ekonomiku” għandu jkollu t-tifsira applikata li dak it-terminu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96;

(7)

“arranġamenti amministrattivi” għandu jkollha t-tifsira ta’ natura teknika u/jew operazzjonali konkluża mill-Uffiċċju, li jista’ jkollha b’mod partikolari l-għan li tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-partijiet tagħhom, u li ma joħolqux obbligi legali addizzjonali.

Artikolu 3

Investigazzjonijiet esterni

1.   L-Uffiċċju għandu jeżerċita s-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni mir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 biex iwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fl-Istati Membri u, f’konformità mal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ta’ għajnuna reċiproka u kwalunkwe strument legali ieħor fis-seħħ, f’pajjiżi terzi u f’organizzazzjonijet internazzjonali.

Bħala parti mill-funzjoni investigattiva tiegħu, l-Uffiċċju għandu jagħmel il-verifiki u l-ispezzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u fir-regoli settorjali msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ dak ir-Regolament fl-Istati Membri u, f’konformità mal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni u ta’ għajnuna reċiproka u kwalunkwe strument legali ieħor fis-seħħ, f’pajjiżi terzi u f’organizzazzjonijet internazzjonali.

2.   Sabiex jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim jew deċiżjoni jew kuntratt ta’ għotja li jikkonċerna l-finanzjament tal-Unjoni, l-Uffiċċju, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, jista’ jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post għand operaturi ekonomiċi affettwati.

3.   Waqt il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post, il-persunal tal-Uffiċċju għandu jaġixxi, soġġett għal-liġi tal-Unjoni applikabbli, f’konformità mar-regoli u l-prattiki tal-Istati Membri kkonċernati u l-garanziji proċedurali previsti f’dan ir-Regolament.

Fuq talba tal-Uffiċċju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħti lill-persunal tal-Uffiċċju l-għajnuna li jkollu bżonn biex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv, kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni bil-miktub imsemmija fl-Artikolu 7(2). Jekk dik l-għajnuna teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja f’konformità mar-regoli nazzjonalii, għandha ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħal din.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, f’konformità mar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, li l-persunal tal-Uffiċċju jitħalla jkollu aċċess, bl-istess termini u kundizzjonijiet bħal tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu u f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha relatati mal-kwistjoni taħt investigazzjoni li jkunu meħtieġa biex il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jitmexxew b’mod effettiv u effiċjenti.

4.   L-Istati Membri għandhom, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, jagħżlu servizz (“is-servizz ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi”) biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni effettiva u l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni ta’ natura operazzjonali, mal-Uffiċċju. Fejn meħtieġ, f’konformità mal-liġi nazzjonali, is-servizz ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi jista’ jitqies bħala awtorità kompetenti għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.   Waqt investigazzjoni esterna l-Uffiċċju jista’ jkollu aċċess għal kull informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni f’bażijiet tad-data, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji konnessi mal-kwistjoni investigata, meta ikun strettament meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk ikunux twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan, għandu japplika l-Artikolu 4(2) u (4).

6.   Meta, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni esterna jew le, l-Uffiċċju jittratta informazzjoni li tissuġġerixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jista’ jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u, fejn meħtieġ, is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-regoli settorjali msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni xierqa li fiha jkun jista’ jieħu sehem l-Uffiċċju, f’konformità mal-liġi nazzjonali. Fuq talba, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar l-azzjoni meħuda u dwar is-sejbiet tagħhom abbażi tal-informazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Artikolu 4

Investigazzjonijiet interni

1.   Fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, l-Uffiċċju għandu jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi fl- istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji (“investigazzjonijiet interni”).

Dawk l-investigazzjonijiet interni għandhom jitwettqu f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament u fid-deċiżjonijiet adottati mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija rispettiva.

2.   Sakemm id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu mħarsa:

(a)

l-Uffiċċju għandu jkollu d-dritt ta’ aċċess immedjat u minngħajr avviż għal kull informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni f’bażijiet tad-data, miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji, u għall-bini tagħhom. L-Uffiċċju għandu jkollu s-setgħa li jispezzjona l-kotba tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji. L-Uffiċċju jista’ jieħu kopja ta’ jew jikseb siltiet minn, kull dokument jew il-kontenut ta’ kull mezz ta’ informazzjoni miżmum mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, jekk ikun hemm bżonn, jieħu l-kustodja ta’ dawk id-dokumenti jew informazzjoni sabiex jiżgura li ma jkunx hemm periklu li dawn jgħibu;

(b)

l-Uffiċċju jista’ jitlob informazzjoni orali, inkluż permezz ta’ interrogazzjonijiet, u informazzjoni bil-miktub minn uffiċjali, aġenti oħrajn, membri ta’ istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta’ uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal.

3.   F’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju jista’ jagħmel verifiki u spezzjonijiet fuq il-post għand operaturi ekonomiċi sabiex jikseb aċċess għall-informazzjoni rilevanti b’relazzjoni mal-fatti taħt investigazzjoni interna.

4.   L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom ikunu infurmati kull meta l-persunal tal-Uffiċċju jagħmel investigazzjoni interna fuq il-post tagħhom jew jikkonsulta dokument jew jitlob informazzjoni miżmuma minnhom. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11, l-Uffiċċju jista’ f’kull żmien jgħaddi lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata l-informazzjoni miksuba matul l-investigazzjonijiet interni.

5.   L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jistabbilixxu proċeduri adatti u jieħdu miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet interni fl-istadji kollha.

6.   Meta l-investigazzjonijiet interni jiżvelaw uffiċjal, aġent ieħor, membru ta’ istituzzjoni jew korp, kap ta’ uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal jista’ jkun persuna kkonċernata, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija li tappartjeni għaliha dik il-persuna għandha tiġi infurmata.

F’każijiet meta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni interna ma tistax tiġi żgurata meta jintużaw il-kanali ta’ komunikazzjoni tas-soltu, l-Uffiċċju għandu juża kanali alternattivi adegwati biex jibagħtu l-informazzjoni.

F’każijiet eċċezzjonali, l-għoti ta’ informazzjoni bħal din jista’ jiġi diferit abbażi ta’ deċiżjoni raġunata mid-Direttur Ġenerali, li għandha tintbagħat lill-Kumitat ta’ Sorveljanza wara l-għeluq tal-investigazzjoni.

7.   Id-deċiżjoni li għandha tiġi adottata minn kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kif stipulat fil-paragrafu 1, għandha tinkludi, b’mod partikolari, regola dwar id-dmir min-naħa tal-uffiċjali, l-aġenti oħrajn, il-membri ta’ istituzzjonijiet jew korpi, kapi ta’ uffiċċji jew aġenziji, jew membri tal-persunal li jikkooperaw u jipprovdu l-informazzjoni lill-Uffiċċju, filwaqt li jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni interna.

8.   Meta, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni interna jew le, l-Uffiċċju jittratta informazzjoni li tissuġġerixxi li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa jista’ jinforma lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata. Fuq talba, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata għandha tinforma lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe informazzjoni meħuda u dwar is-sejbiet tagħha abbażi ta’ tali informazzjoni.

Meta meħtieġ, l-Uffiċċju għandu jinforma wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membr kkonċernat. F’dan il-każ, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti proċedurali stabbilit fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 9(4). Jekk l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jieħdu kwalunkwe azzjoni abbażi tal-informazzjoni mibgħuta lilhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, huma għandhom, fuq talba, jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar dan.

Artikolu 5

Ftuħ ta’ investigazzjonijiet

1.   Id-Direttur Ġenerali jista’ jiftaħ investigazzjoni meta jkun hemm biżżejjed suspett, li jista’ jkun ukoll ibbażat fuq informazzjoni mogħtija minn kwalunkwe pajjiż terz jew informazzjoni anonima, li twettqu atti ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Id-deċiżjoni mid-Direttur Ġenerali dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le għandha tqis il-prijoritajiet tal-politika ta’ investigazzjoni u l-pjan annwali ta’ ġestjoni tal-Uffiċċju stabbilit f’konformità mal-Artikolu 17(5). Dik id-deċiżjoni għandha tqis ukoll il-ħtieġa ta’ użu effiċjenti tar-riżorsi tal-Uffiċċju u tal-proporzjonalità ta’ mezzi użati. Fir-rigward ta’ investigazzjonijiet interni, għandu jittieħed qies speċifiku tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li jkunu fl-aħjar pożizzjoni biex jagħmluhom, partikolarment abbażi tan-natura tal-fatti, l-impatt finanzjarju attwali jew potenzjali tal-każ, u l-prospettiva ta’ kwalunkwe segwitu ġudizzjarju.

2.   Id-deċiżjoni biex tinfetaħ investigazzjoni esterna għandha tittieħed mid-Direttur Ġenerali, li jaġixxi fuq inizjattiva tiegħu stess jew wara talba minn Stat Membru kkonċernat jew kwalunkwe istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni.

Id-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni interna għandha tittieħed mid-Direttur Ġenerali, li jaġixxi fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew wara talba mill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija li għandha titwettaq fihom l-investigazzjoni jew minn Stat Membru.

3.   Waqt li d-Direttur Ġenerali ikun qed jikkunsidra jekk jiftaħx investigazzjoni interna jew le wara talba kif imsemmi fil-paragrafu 2, u/jew waqt li l-Uffiċċju qed iwettaq investigazzjoni interna, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji kkonċernati ma għandhomx jiftħu investigazzjoni parallela dwar l-istess fatti, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mal-Uffiċċju.

4.   Fi żmien xahrejn minn meta l-Uffiċċju jirċievi t-talba kif imsemmi fil-paragrafu 2, trid tittieħed deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le. Hija għandha tkun ikkomunikata mingħajr dewmien lill-Istat Membru, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija li jkunu għamlu t-talba. Għandhom jingħataw raġunijiet għal deċiżjoni li ma tinfetaħx investigazzjoni. Jekk malli jiskadi dak il-perijodu ta’ xahrjen, l-Uffiċċju jkun għadu ma ħa ebda deċiżjoni, l-Uffiċċju għandu jitqies li jkun iddeċieda li ma tinfetaħx investigazzjoni.

Meta uffiċjal, aġent ieħor, membru ta’ istituzzjoni jew korp, kap ta’ uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal, li jaġixxi skont l-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal, jipprovdi informazzjoni lill-Uffiċċju dwar suspett ta’ frodi jew ta’ irregolarità, l-Uffiċċju għandu jinforma lil dik il-persuna bid-deċiżjoni dwar jekk tinfetaħx investigazzjoni jew le b’rabta mal-fatti inkwistjoni.

5.   Jekk id-Direttur Ġenerali jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni interna, huwa għandu, mingħajr dewmien, jibgħat kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jkollu lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata biex tittieħed azzjoni xierqa f’konformità mar-regoli applikabbli għal dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija. L-Uffiċċju għandu jaqbel ma’ dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija, jekk xieraq, dwar miżuri xierqa biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tas-sors ta’ dik l-informazzjoni u għandu jitlob, jekk ikun meħtieġ, li jkun informat dwar l-azzjoni meħuda.

6.   Jekk id-Direttur Ġenerali jiddeċiedi li ma jiftaħx investigazzjoni esterna, huwa jista’ jibgħat, mingħajr dewmien, kwalunkwe informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat biex tittieħed azzjoni fejn xieraq, f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu. Meta meħtieġ, l-Uffiċċju għandu jinforma wkoll lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata.

Artikolu 6

Aċċess għal informazzjoni f’bażijiet tad-data qabel ma tinfetaħ investigazzjoni

1.   Qabel ma tinfetaħ investigazzjoni, l-Uffiċċju għandu jkollu d-dritt tal-aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti fil-bażijiet tad-data miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji meta din tkun indispensabbli għall-valutazzjoni tal-bażi fil-fatt tal-allegazzjonijiet. Dak id-dritt tal-aċċess għandu jitħaddem fil-limitu ta’ żmien, li għandu jiġi stabbilit mill-Uffiċċju, meħtieġ għal valutazzjoni minnufih tal-allegazzjonijiet. Meta jitħaddem dak id-dritt tal-aċċess, l-Uffiċċju għandu jirrispetta l-prinċipji tal-ħtieġa u l-proporzjonalità.

2.   L-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata għandha tikkoopera b’sinċerità billi tħalli lill-Uffiċċju jikseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti skont kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikat fid-deċiżjonijiet adottati fl-Artikolu 4(1).

Artikolu 7

Proċedura tal-investigazzjonijiet

1.   Id-Direttur Ġenerali għandu jidderieġi t-twettiq tal-investigazzjonijiet, fejn adegwat, abbażi tal-istruzzjonijiet bil-miktub. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu taħt id-direzzjoni tiegħu mill-persunal tal-Uffiċċju magħżul minnu.

2.   Il-persunal tal-Uffiċċju għandu jwettaq il-kompiti tiegħu wara li jipproduċi awtorizzazzjoni bil-miktub li turi l-identità u l-kapaċità tiegħu. Id-Direttur Ġenerali għandu joħroġ tali awtorizzazzjoni li tindika s-suġġett u l-iskop tal-investigazzjoni, il-bażijiet legali biex issir l-investigazzjoni u s-setgħat investigattivi li joħorġu minn dawk il-bażijiet.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, f’konformità mar-regoli nazzjonali, jagħtu l-assistenza meħtieġa biex il-persunal tal-Uffiċċju jkun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv.

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jiżguraw li l-uffiċjali, l-aġenti oħrajn, il-membri, il-kapi u l-membri tal-persunal tagħhom jagħtu l-għajnuna meħtieġa biex il-persunal tal-Uffiċċju jkun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv.

4.   Meta investigazzjoni tikkumbina elementi esterni u interni, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 4 rispettivament.

5.   L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu kontinwament matul perijodu li għandu jkun proporzjonat għaċ-ċirkostanzi u l-kumplessità tal-każ.

6.   Meta l-investigazzjonijiet juru li jista’ jkun xieraq li jittieħdu miżuri amminisstrattivi ta’ prekawzjoni biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Uffiċju għandu, mingħajr dewmien, jinforma lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata bl-investigazzjoni li tkun qed issir. L-informazzjoni mogħtija għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-identità tal-uffiċjal, aġent ieħor, membru ta’ istituzzjoni jew korp, kap ta’ uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal ikkonċernat u ġabra fil-qosor tal-fatti inkwistjoni;

(b)

kull informazzjoni li tista’ tgħin lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata biex tiddeċiedi jekk huwiex adatt li jittieħdu miżuri amministrattivi prekawzjonarji biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(c)

kwalunkwe miżura speċjali ta’ kunfidenzjalità rakkomandata f’każijiet partikolari li jinvolvu l-użu ta’ miżuri investigattivi li jaqgħu fil-kompetenza ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali jew, fil-każ ta’ investigazzjoni esterna, fil-kompetenza ta’ awtorità nazzjonali, skont ir-regoli nazzjonali applikabbli għal investigazzjonijiet.

L-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata tista’ fi kwalunkwe ħin, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju, tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe miżuri prekwazjonarji adatti, inklużi miżuri għas-salvagwardja tal-provi, u għandha tinforma lill-Uffiċċju mingħajr dewmien dwar tali deċiżjoni.

7.   Meta meħtieġ, għandu tkun ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fuq talba tal-Uffiċċju, li jieħdu l-miżuri prekawzjonarji adatti skont il-liġi nazzjonali tagħhom, b’mod partikolari miżuri għas-salvagwardja tal-provi.

8.   Jekk investigazzjoni ma tkunx tista’ tingħalaq fi żmien 12-il xahar wara li tkun infetħet, id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta, malli jiskadi dak il-perijodu ta’ 12-il xahar u f’intervalli ta’ sitt xhur wara dan, lill-Kumitat ta’ Sorveljanza, filwaqt li jindika r-raġunijiet u l-miżuri ta’ rimedju previsti bil-ħsieb li titħaffef l-investigazzjoni.

Artikolu 8

Dmir li jiġi informat l-Uffiċċju

1.   L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju mingħajr dewmien kull informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ każijiet possibbli ta’ frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

2.   L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sa fejn jippermetti l-liġi nazzjonali tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jibagħtu lill-Uffiċċju kull dokument jew informazzjoni li jkollhom relatata ma’ investigazzjoni li tkun qed issir mill-Uffiċċju.

3.   L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u, sa fejn jippermetti l-liġi nazzjonali tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Uffiċċju kull dokument ieħor jew informazzjoni li jkollhom u li jqisu rilevanti għall-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 9

Garanziji proċedurali

1.   Fl-investigazzjonijiet tiegħu l-Uffiċċju għandu jara li jkollu provi favur u kontra l-persuna kkonċernata. L-investigazzjonijiet għandhom isiru b’mod objettiv u imparzjali u f’konformità mal-prinċipji tal-preżunzjoni tal-innoċenza u bil-garanziji proċedurali stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   L-Uffiċċju jista’ jinterroga persuna kkonċernata jew xhieda fi kwalunkwe ħin matul investigazzjoni. Kull persuna interrogata għandu jkollha d-dritt li ma tinkriminax lilha nnifisha.

L-istedina għal interrogazzjoni għandha tintbagħat lil persuna kkonċernata mill-inqas għaxart ijiem ta’ xogħol qabel. Dak il-perijodu ta’ notifika jista’ jitqassar bil-kunsens espliċitu tal-persuna kkonċernata jew fuq għal skopijiet irraġunati kif xieraq ta’ urġenża tal-investigazzjoni. Fl-aħħar każ, il-perijodu ta’ avviż ma għandux ikun anqas minn 24 siegħa. L-istedina għandha tinkludi lista tad-drittijiet tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari id-dritt li tiġi tingħata għajnuna minn persuna tal-għażla tagħha.

L-istedinja għal interrogazzjoni għandha tintbagħat lil xhieda mill-inqas 24 siegħa qabel. Dak il-perijodu ta’ avviż jista’ jitqassar bil-kunsens espliċitu tax-xhieda jew għal skopijiet irraġunati kif xieraq ta’ urġenża tal-investigazzjoni kif adatt.

Ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi ma għandhomx japplikaw għat-teħid ta’ stqarrijiet fil-kuntest ta’ verifiki u spezzjonijiet fuq il-post.

Meta, matul interrogazzjoni, joħorġu l-provi li x-xhieda tista’ tkun persuna kkonċernata, l-interrogazzjoni għandha tintemm. Ir-regoli proċedurali previsti f’dan il-paragrafi u fil-paragrafi 3 u 4 japplikaw immedjatament. Dik ix-xhieda għandha tiġi infurmata minn qabel dwar id-drittijiet tagħha bħala persuna kkonċernata u għandha tirċievi, fuq talba, kopja tar-rendikonti ta’ kwalunkwe stqarrija li għamlet fil-passat. L-Uffiċċju ma jistax juża l-istqarrijiet passati tal-persuna kontrieha mingħajr ma qabel jagħtiha l-opportunità li tikkummenta dwar dawk l-istqarrijiet.

L-Uffiċċju għandu jfassal rendikont tal-interrogazzjoni u jagħti lill-persuna interrogata aċċess għalih sabiex il-persuna interrogata tkun tista’ tapprova r-rendikont kif ukoll tagħmel xi osservazzjonijiet. L-uffiċċju għandu jagħti lill-persuna kkonċernata kopja tar-rendikont tal-interrogazzjoni.

3.   Hekk kif l-investigazzjoni tikxef li uffiċjal, aġent ieħor, membru ta’ istituzzjoni jew korp, kap ta’ uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal jista’ jkun persuna kkonċernata, dak l-uffiċjal, aġent ieħor, membru ta’ istituzzjoni jew korp, kap ta’ uffiċċju jew aġenzija, jew membru tal-persunal għandu jiġi infurmat dwar dan, dment li dan ma jippreġudikax it-twettiq tal-investigazzjoni jew ta’ kwalunkwe proċediment investigattiv li jaqa’ taħt awtorità ġudizzjarja nazzjonali.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4(6) u 7(6), ladarba titlesta l-investigazzjoni u qabel ma jitfasslu konklużjonijiet li jirreferu għal persuna kkonċernata b’isimha, dik il-persuna għandha tingħata l-opportunità tikkummenti fuq il-fatti li jikkonċernawha.

Għal dak il-għan, l-Uffiċċju għandu jibgħat stedina lill-persuna kkonċernata biex tikkummenta bil-miktub jew f’interrogazzjoni mal-persunal magħżul mill-Uffiċċju. Din l-istedina għandha tinkludi ġabra fil-qosor tal-fatti li jikkonċernaw lill-persuna kkonċernata u l-informazzjoni mitluba mill-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, u għandha tindika l-limitu ta’ żmien biex jintbagħtu l-kummenti, li ma għandux ikun anqas minn għaxart ijiem ta’ xogħol minn meta tasal l-istedina għall-kummenti. Dak il-perijodu ta’ avviz jista’ jitqassar bil-kunsens espliċitu tal-persuna kkonċernata jew għal skopijiet irraġunati kif xieraq ta’ urġenża tal-investigazzjoni. Ir-rapport finali tal-investigazzjoni għandu jagħmel referenza għal kwalunkwe kumment bħal dan.

F’każijiet iġġustifikati debitament, meta huwa meħtieġ li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni u/jew meta huwa involut l-użu ta’ proċedimenti investigattivi li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-awtorità ġudizzjarja nazzjonali, id-Direttur Ġenerali jista’ jiddeċiedi li jiddeferixxi t-twettiq tal-obbligi biex jistieden lill-persuna kkonċernata biex tikkummenta.

F’każijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) tal-Anness IX għar-Regolamenti tal-Persunal, nuqqas min-naħa tal-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija milli tirrispondi fi żmien xahar għat-talba tad-Direttur Ġenerali għal differiment tat-twettiq tal-obbligu li tiġi mistiedna l-persuna kkonċernata biex tikkummenta għandu jitqies li jikkostitwixxi tweġiba fil-pożittiv.

5.   Kull persuna interrogata għandha tkun intitolata li tuża kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Madankollu, uffiċjali jew impjegati oħra tal-Unjoni jistgħu jintalbu jużaw lingwa uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom għarfien tajjeb tagħha.

Artikolu 10

Kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data

1.   L-informazzjoni mogħtija jew miksuba waqt investigazzjonijiet esterni, tkun xi tkun il-forma tagħha, għandha tkun protetta mid-dispożizzjonijiet rilevanti.

2.   L-informazzjoni mibgħuta jew miksuba matul l-investigazzjonijiet interni, tkun xi tkun il-forma tagħha, għandha tkun soġġetta għas-segretezza professjonali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija mir-regoli applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

3.   L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju tkun irrispettata flimkien mad-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati, u, fejn ikunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji, li r-regoli nazzjonali kollha applikabbli għal proċedimenti bħal dawn ikunu ġew segwiti.

4.   L-Uffiċċju għandu jinnomina Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

5.   Id-Direttur Ġenerali għandu jiżgura li kwalunkwe informazzjoni pprovduta lill-pubbliku tingħata b’mod newtrali u imparzjali, u li l-iżvelar tagħha jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet u jikkonforma mal-prinċipji stabbiliti f’dan l-Artikolu u l-Artikolu 9(1).

F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal, il-persunal tal-Uffiċċju għandu jevita kwalunkwe żvelar mhux awtorizzat ta’ informazzjoni li tasal waqt il-qadi ta’ dmirijietu, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà saret pubblika jew tkun aċċessibbli għall-pubbliku, u għandu jkompli jkun marbut b’dak l-obbligu wara li jitlaq mis-servizz.

Artikolu 11

Ir-rapport tal-investigazzjoni u l-azzjoni li għandha tittieħed wara l-investigazzjonijiet

1.   Meta titlesta investigazzjoni mill-Uffiċċju, għandu jitfassal rapport, taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali. Dak ir-rapport għandu jagħti rendikont tal-bażi legali għall-investigazzjoni, il-passi proċedurali segwiti, il-fatti stabbiliti u l-klassifikazzjoni preliminari tagħhom fil-ligi, l-impatt finanzjarju stmat tal-fatti stabbiliti, ir-rispett lejn il-garanziji proċedurali f’konformità mal-Artikolu 9 u l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni.

Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet tad-Direttur Ġenerali dwar jekk għandhiex tittieħed azzjoni jew le. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet għandhom, fejn adatt, jindikaw kwalunkwe azzjoni dixxiplinarja, amministrattiva, finanzjarja u/jew ġudizzjarja mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati, u għandhom jispeċifikaw, b’mod partikolari, l-ammonti stmati li għandhom jiġu rkuprati, kif ukoll il-klassifikazzjoni preliminari fil-liġi tal-fatti stabbiliti.

2.   Fit-tfassil ta’ tali rapport u rakkomandazzjonijiet, għandu jittieħed kont tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Ir-rapporti mħejjija fuq dik il-bażi għandhom jikkostitwixxu provi ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istat Membru li fih l-użu tagħhom jirriżulta li huwa meħtieġ, bl-istess mod u taħt l-istess kundizzjonijiet bħar-rapporti amministrattivi mfassla minn spetturi amministrattivi nazzjonali. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli ta’ valutazzjoni bħal dawk applikabbli għar-rapporti amministrattivi evalwazzjoni minn spetturi amministrattivi nazzjonali u għandu jkollhom l-istess valur ta’ prova bħal dawn ir-rapporti.

3.   Ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet mfassla wara investigazzjoni esterna u kull dokument relatat rilevanti għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati f’konformità mar-regoli relatati mal-investigazzjonijiet esterni u, jekk meħtieġ, lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.

4.   Ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet imfassla wara investigazzjoni interna u kull dokument relatat rilevanti li għandu jintbagħat lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija involuta. Dik l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija għandha tieħu tali azzjoni, partikolarment ta’ natura dixxiplinarja jew legali, fuq il-bażi tar-riżultati tal-investigazzjoni interna, u għandha tirraporta dwarha lill-Uffiċċju sal-iskadenza stipulata fir-rakkomandazzjonijiet li jakkumpanjaw ir-rapport, u, barra minn hekk, fuq talba tal-Uffiċċju.

5.   Meta r-rapport maħruġ wara investigazzjoni interna juri l-eżistenza ta’ fatti li jistgħu iwasslu għal azzjonijiet penali, dik l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru kkonċernat.

6.   Fuq talba mill-Uffiċċju, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom, fi żmien debitu, jibagħtu lill-Uffiċċju informazzjoni dwar l-azzjoni meħuda, jekk tkun ittieħdet, wara t-trasmissjoni mid-Direttur Ġenerali tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu f’konformità mal-paragrafu 3, u wara t-trasmissjoni mill-Uffiċċju ta’ kwalunkwe informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 5.

7.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jekk, malli titlesta investigazzjoni, ma jkunu nstabu l-ebda provi kontra l-persuna kkonċernata, id-Direttur Ġenerali għandu jagħlaq l-investigazzjoni dwar dik il-persuna u jinforma lil dik il-persuna fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol.

8.   Fejn informant li pprovda lill-Uffiċċju b’informazzjoni li twassal għal investigazzjoni jew relatata magħha, jitlob dan, l-Uffiċċju jista’ jinnotifika lill-dak l-informant li l-investigazzjoni tkun ingħalqet. Madankollu l-Uffiċċju jista’jiċħad kwalunkwe talba bħal din jekk iqis li tkun tali li tippreġudika l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata, l-effettività tal-investigazzjoni u tal-azzjoni li għandha tittieħed warajha, jew kull rekwiżit ta’ kunfidenzjalità.

Artikolu 12

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-Uffiċċj u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament u għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju jista’ jibgħat fiż-żmien dovut lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati informazzjoni miksuba waqt investigazzjonijiet interni biex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni adattat f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 11, id-Direttur Ġenerali għandu jibgħat lill-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istat Membru kkonċernat informazzjoni miksuba mill-Uffiċċju, waqt investigazzjonijiet interni, dwar fatti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali.

F’konformità mal-Artikolu 4 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, id-Direttur Ġenerali għandu jibgħat ukoll lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija kkonċernata l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu inklużi l-identità tal-persuna kkonċernata, ġabra fil-qosor tal-fatti stabbiliti, il-klassifikazzjoni preliminari tagħhom fil-liġi u l-impatt stmat fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Artikolu 9(4) għandu japplika.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali tagħhom, jinfurmaw lill-Uffiċċju fi żmien dovut, dwar l-inizzjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-Uffiċċju, tal-azzjoni meħuda abbażi tal-informazzjoni li ntbagħtet lihom skont dan l-Artikolu.

4.   L-Uffiċċju jista’ jipprovdi provi fi proċedimenti quddiem qrati u tribunali nazzjonali f’konformità mal-liġi nazzjonali u r-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 13

Kooperazzjoni tal-Uffiċċju mal-Eurojust u l-Europol

1.   Fil-mandat tiegħu li jipproteġi l-interessi finanzjajri tal-Unjoni, l-Uffiċċju għandu jikkoopera, kif adatt, mal-Eurojust u mal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol). Fejn meħtieġ, sabiex tiġi ffaċilitata dik il-kooperazzjoni, l-Uffiċċju għandu jaqbel mal-Eurojust u l-Europol dwar arranġament amministrattivi. Tali arranġamenti ta’ ħidma jistgħu jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni operazzjonali, strateġika jew teknika, inkluż data personali u informazzjoni kklassifikata u, fuq talba, rapporti ta’ progress.

Meta dan jista’ jappoġġa u jsaħħaħ il-koordinazzjoni u l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni, jew meta l-Uffiċċju jkun bagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri informazzjoni li biha jipprovdi l-bażi għas-suspett dwar l-eżistenza ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-forma ta’ kriminalità serja, huwa għandu jibgħat l-informazzjoni relevanti lill-Eurojust, fil-mandat tal-Eurojust.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu infurmati fil-ħin mill-Uffiċċju f’każijiet meta l-informazzjoni mogħtija minnhom tintbagħat mill-Uffiċċju lill-Eurojust jew lill-Europol.

Artikolu 14

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.   L-Uffiċċju jista’ jaqbel ukoll, kif jixraq, dwar arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijet internazzjonali. L-Uffiċċju għandu jikkoordina l-azzjoni tiegħu, kif xieraq, mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u mas-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna, b’mod partikolari qabel ma jaqbel dwar arranġamenti bħal dawn. Arranġamenti bħal dawn jistgħu jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni operazzjonali, strateġika jew teknika, inkluż, fuq talba, rapporti ta’ progress.

2.   L-Uffiċċju għnadu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati qabel mal-informazzjoni pprovduta minnhom tintbagħat mill-Uffiċċju lill-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali.

L-Uffiċċju għandu jżomm rendikont tat-trasmissjonijiet kollha ta’ data personali, inklużi r-raġunijiet għal trasmissjonijiet bħal dawn, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 15

Kumitat ta’ Sorveljanza

1.   Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jimmonitorja regolarment l-implimentazzjoni mill-Uffiċċju tal-funzjoni investigattiva tiegħu, sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-Uffiċċju fit-twettiq tajjeb tal-kompetenzi mogħtija lilu permezz ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu b’mod partikolari jimmonitorja l-iżviluppi dwar l-applikazzjoni ta’ garanziji proċedurali u t-tul tal-investigazzjonijiet fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mid-Direttur Ġenerali f’konformità mal-Artikolu 7(8).

Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandhu jindirizza opinjonijiet lid-Direttur Ġenerali, inkluż meta xieraq, rakkomandazzjonijiet dwar fost l-oħrajn ir-riżorsi meħtieġa biex titwettaq il-funzjoni investigattiva tal-Uffiċċju, dwar il-prijoritajiet investigattivi tal-Uffiċċju u dwar it-tul tal-investigazzjonijiet. Dawk l-opinjonijiet jistgħu jingħataw fuq inizjattiva tiegħu stess, fuq talba tad-Direttur Ġenerali jew fuq talba ta’ istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija, madanakollu mingħajr ma jfixklu t-twettiq tal-investigazzjonijiet li jkunu għaddejja.

L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji għandhom ikunu pprovduti b’kopja ta’ opinjonijiet bħal dawn mogħtija skont it-tielet subparagrafu.

F’sitwazzjonijiet iġġustifikati debitament, il-Kumitat ta’ Sorveljanza jista’ jitlob lill-Uffiċċju għal aktar informazzjoni dwar investigazzjonijiet, inklużi rapporti u rakkomandazzjonijiet dwar investigazzjonijiet magħluqa, madankollu, mingħajr ma jfixklu t-twettiq tal-investigazzjonijiet li jkunu għaddejja.

2.   Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jkun kompost minn ħames membri indipendenti li għandhom esperjenza f’funzjoni ġudizzjarja jew investigattiva għolja jew funzjoni komparabbli marbuta mal-oqsma ta’ attività tal-Uffiċċju. Huma għandhom jinħatru bi qbil komuni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Id-deċiżjoni li taħtar il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandha tinkludi wkoll lista ta’ riżerva ta’ membri potenzjali biex jissostitwixxi membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għall-bqija tal-mandat fil-każ ta’ riżenja, mewt jew inkapaċità permanenti ta’ wieħed minn dawk il-membri jew aktar.

3.   Il-mandat tal-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jkun ta’ ħames snin u ma jiġġeddidx. Tliet u żewġ membri għandhom jiġu sostitwiti alternattivament sabiex tiġi ppreservata l-ħila esperta tal-Kumitat ta’ Sorveljanza.

4.   Meta jiskadi l-mandat tagħhom, il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinbidlu.

5.   Jekk membru tal-Kumitat ta’ Sorveljanza jieqaf jissodisfa l-kundizzjonijiet li jmexxu t-tħaddim tad-drittijiet tiegħu jew, jekk ikun instab ħati ta’ mġiba ħażina serja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistgħu, bi qbil komuni, jeħilsuh mill-kompiti tiegħu.

6.   F’konformità mar-regoli applikabbli tal-Kummissjoni, il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandhom jirċievu konċessjoni ta’ kuljum u għandhom jiġu rimborsati għall-ispejjeż li jkunu ġarrbu fi dmirijiethom.

7.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija.

8.   Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jaħtar il-president tiegħu. Huwa għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, li, qabel ma jkunu adottati, għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data bħala informazzjoni. Laqgħat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza għandhom jissejħu fuq inizjattiva tal-president tiegħu jew tad-Direttur Ġenerali. Huwa għandu jiltaqa’ mill-anqas għal 10 laqgħat fis-sena. Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu. Is-segretarjat tiegħu għandu jiġi pprovdut mill-Uffiċċju, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Kumitat ta’ Sorveljanza.

9.   Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jadotta mill-inqas rapport wieħed dwar l-attivitajiet tiegħu kull sena, li jkun ikopri partikolarment l-evalwazzjoni tal-indipendenza tal-Uffiċċju, l-applikazzjoni ta’ garanziji proċedurali u d-durata ta’ investigazzjonijiet. Dawk ir-rapporti għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

Il-Kumitat ta’ Sorveljanza jista’ jippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju u l-azzjoni meħuda abbażi ta’ dawk ir-riżultati.

Artikolu 16

Skambju ta’ fehmiet mal-istituzzjonijiet

1.   Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiltaqgħu darba fis-sena mad-Direttur Ġenerali għal skambju ta’ fehmiet fuq livell politiku biex jiddiskutu l-politika tal-Uffiċċju dwar il-metodi ta’ prevenzjoni u ta’ ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjajri tal-Unjoni. Il-Kumitat ta’ Sorveljanza għandu jipparteċipa fl-iskambju ta’ fehmiet. Ir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Eurojust u/jew il-Europol jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu fuq bażi ad hoc fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, id-Direttur Ġenerali jew il-Kumitat ta’ Sorveljanza.

2.   L-iskambju ta’ fehmiet jista’ jkun relatat ma’:

(a)

il-prijoritajiet strateġiċi għall-politiki ta’ investigazzjoni tal-Uffiċċju;

(b)

l-opinjonijiet u r-rapporti ta’ attività tal-Kumitat ta’ Sorveljanza previsti fl-Artikolu 15;

(c)

ir-rapporti tad-Direttur Ġenerali skont l-Artikolu 17(4) u, kif adatt, kwalunkwe rapport ieħor mill-istituzzjonijiet dwar il-mandat tal-Uffiċċju;

(d)

il-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji;

(e)

il-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

(f)

ir-relazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qafas tal-arranġamenti msemmija f’dan ir-Regolament;

(g)

l-effettività tal-ħidma tal-Uffiċċju fir-rigward tat-twettiq tal-mandat tiegħu.

3.   L-istituzzjonijiet kollha parteċipanti fl-iskambju ta’ fehmiet għandhom jiżguraw li l-iskambju ta’ fehmiet ma jfixkilx it-twettiq tal-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin.

4.   L-istituzzjonijiet parteċipanti fl-iskambju ta’ fehmiet għandhom jieħdu kont, fl-azzjonijiet tagħhom, tal-opinjonijiet espressi f’dak l-iskambju. Id-Direttur Ġenerali għandu jipprovdi, fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 17(4), informazzjoni dwar l-azzjonijiet, jekk ikunu ttieħdu, meħuda mill-Uffiċċju.

Artikolu 17

Direttur Ġenerali

1.   L-Uffiċċju għandu jitmexxa minn Direttur Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali għandu jinħatar mill-Kummissjoni, skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 2. Il-mandat tad-Direttur Ġenerali għandu jkun ta’ seba’ snin u ma jiġġeddidx.

2.   Biex taħtar Direttur Ġenerali ġdid, il-Kummissjoni għandha tippubblika sejħa għal applikazzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Pubblikazzjoni bħal din għandha ssir mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem tal-mandat tad-Direttur Ġenerali fil-kariga. Wara li tkun ingħatat opinjoni favorevoli mill-Kumitat ta’ Sorveljanza dwar il-proċedura tal-għażla applikata mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta’ kandidati kwalifikati kif xieraq. Wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-Kummissjoni għandha taħtar lid-Direttur Ġenerali.

3.   Id-Direttur Ġenerali ma għandu la jfittex, u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand xi gvern jew xi istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija fil-qadi ta’ dmirijietu fir-rigward tal-ftuħ u t-tmexxija ta’ investigazzjonijiet esterni u interni jew fl-abbozzar ta’ rapporti wara investigazzjonijiet bħal dawk. Jekk id-Direttur iqis li miżura meħuda mill-Kummissjoni titfa’ dubju fuq l-indipendenza tiegħu, huwa għandu jinforma minnufih lill-Kumitat ta’ Sorveljanza, u għandu jiddeċiedi jekk iressaqx azzjoni kontra l-Kummissjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

4.   Id-Direttur Ġenerali għandu jirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri dwar is-sejbiet ta’ investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju, l-azzjoni meħuda u l-problemi li kien hemm, waqt li jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet, id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati u tal-informanti, u, fejn ikun xieraq, il-liġi nazzjonali applikabbli għal proċedimenti ġudizzjarji.

5.   Id-Direttur Ġenerali għandu kull sena jiddetermina, fil-kuntest tal-pjan ta’ ġestjoni annwali, il-prijoritajiet tal-politika ta’ investigazzjoni tal-Uffiċċju u għandu, qabel il-pubblikazzjoni tagħhom, jibgħathom lill-Kumitat ta’ Sorveljanza.

Id-Direttur Ġenerali għandu jżomm lill-Kumitat ta’ Sorveljanza informat perjodikament dwar l-attivitajiet tal-Uffiċċju, l-implimentazzjoni tal-funzjoni investigattiva tiegħu u l-azzjoni meħuda bħala segwitu għal investigazzjonijiet.

Id-Direttur Ġenerali għandu jinforma lill-Kumitat ta’ Sorveljanza perjodikament:

(a)

dwar każijiet li fihom ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mid-Direttur Ġenerali ma jkunux ġew segwiti;

(b)

dwar każijiet li fihom l-informazzjoni tkun intbagħtet lill-awtoritajiet ġudizzjajri tal-Istat Membri;

(c)

dwar it-tul tal-investigazzjonijiet skont l-Artikolu 7(8).

6.   Id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju jista’ jiddelega bil-miktub l-eżerċizju ta’ uħud mill-funzjonijiet tiegħu skont l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 11(7) u l-Artikolu 12(2) lil membru wieħed jew aktar tal-persunal tal-Uffiċċju li jispeċifika l-kondizzjonijiet u l-limiti li jirregolaw tali delega.

7.   Id-Direttur Ġenerali għandu jimplimenta mekkaniżmu intern ta’ konsulenza u kontroll, inkluż verifika ta’ legalità, dwar fost l-oħrajn ir-rispett tal-garanziji proċedurali u d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati u tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, b’referenza partikolari għall-Artikolu 11(2).

8.   Id-Direttur Ġenerali għandu jadotta linji gwida dwar il-proċeduri ta’ investigazzjoni għall-persunal tal-Uffiċċju. Dawk il-linji gwida għandhom ikunu f’konformità ma’ dan ir-Regolamenti u għandhom ikopru, fost l-oħrajn:

(a)

it-twettiq ta’ investigazzjonijiet;

(b)

il-garanziji proċedurali;

(c)

id-dettalji dwar il-proċeduri interni ta’ konsulenza u kontroll, inkluż il-verifika ta’ legalità;

(d)

il-protezzjoni tad-data.

Dawk il-linji gwida, u kwalunkwe modifika għalihom, għandhom jiġu adottati wara li l-Kumitat ta’ Sorveljanza jkun ingħata l-opportunità jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwarhom u wara għandhom jintbagħtu għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u jiġu ppubblikati għal skopijiet ta’ informazzjoni fuq is-sit web tal-Uffiċċju fil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

9.   Qabel ma timponi kwalunkwe penali dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat ta’ Sorveljanza.

L-impożizzjoni ta’ kwalunkwe penali dixxiplinari fuq id-Direttur Ġenerali għandha tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni raġunata, li għandha tintbagħat għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kumitat ta’ Sorveljanza.

10.   Kwalunkwe referenza għad-“Direttur” tal-Uffiċċju fi kwalunkwe test legali għandha tinqara bħala referenza għad-Direttur Ġenerali.

Artikolu 18

Finanzjament

L-approprjazzjonijiet totali tal-Uffiċċju, inkluż għall-Kumitat ta’ Sorveljanza u s-segretarjat tagħhu, għandhom jiddaħħlu f’linja baġitarja speċifika fis-sezzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea relatata mal-Kummissjoni u għandhom jiġu stabbiliti fid-dettall f’Anness ta’ din is-sezzjoni.

Il-pan ta’ stabbiliment tal-Uffiċċju, inkluż is-segretarjat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza, għandu jiġi anness għall-pjan ta’ stabbiliment tal-Kummissjoni.

Artikolu 19

Rapport ta’ evalwazzjoni

Sat-2 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn opinjoni tal-Kumitat ta’ Sorveljanza u għandu jiddikjara jekk hemmx bżonn li jiġi emendat dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament (Euratom) Nru 1074/1999 huma b’dan irrevokati.

Ir-referenzi għar-Regolamenti revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab fl-Anness II.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ u dispożizzjonijiet transizzjonali

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   L-Artikolu 15(3) għandu japplika għat-tul tal-mandat tal-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza fil-kariga fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-President tal-Parlament Ewropew għandu jagħżel bil-polza, minn fost il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza, żewġ membri li d-doveri tagħhom għandhom jintemmu, permezz ta’ deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3), malli jiskadu l-ewwel 36 xahar tal-mandat tagħhom. Għandhom jinħatru żewġ membri ġodda awtomatikament għal mandat ta’ ħames snin biex jieħdu post il-membri ħerġin, fuq il-bażi tal-lista u fl-ordni tal-lista li tinsab fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2012/45/UE, Euratom tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2012 li taħtar il-membri tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (13). Dawk il-membri l-ġodda għandhom ikunu l-ewwel żewġ persuni li jidher isimhom fil-lista.

3.   It-tielet sentenza tal-Artikolu 17(1) għandha tapplika għat-tul tal-mandat tad-Direttur Ġenerali fil-kariga fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta’ Settembru 2013.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

V. LEŠKEVIČIUS


(1)  ĠU C 254, 30.8.2011, p. 1.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Novembru 2008 (ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 201) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-25 ta’ Frar 2013 (ĠU, C 89 E, 27.3.2013, p. 1). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Lulju 2013 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta’ April 1999 li twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20).

(4)  Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).

(5)  ĠU C 202, 18.8.2005, p. 1.

(6)  ĠU C 124, 27.4.2011, p. 9.

(7)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(8)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(9)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(10)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(11)  ĠU C 279, 23.9.2011, p. 11.

(12)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8.

(13)  ĠU L 26, 28.1.2012, p. 30.


ANNESS I

REGOLAMENTI RREVOKATI (IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 20)

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999

(ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999

(ĠU L 136, 31.5.1999, p. 8)


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament (Euratom) Nru 1074/1999

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(5)

Artikolu 2 punt 1

Artikolu 2 punt 2

Artikolu 2 punt 3

Artikolu 2

Artikolu 2 punt 4

Artikolu 2 punt 5

Artikolu 2 punt 6

Artikolu 2 punt 7

Artikolu 3 l-ewwel paragrafu

Artikolu 3(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3 it-tieni paragrafu

Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(3) it-tielet subparagrafu

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(4) l-ewwel sentenza

Artikolu 4(5)

Artikolu 4(5) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(6) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(6) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(5) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(6) it-tielet subparagrafu

Artikolu 4(6) punt (a)

Artikolu 4 (7)

Artikolu 4(6) punt (b)

Artikolu 4(8)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5 l-ewwel paragrafu

Artikolu 5(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5 it-tieni paragrafu

Artikolu 5(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4)

Artikolu 5(5)

Artikolu 5(6)

Artikolu 6

Artikolu 6(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 7(2) l-ewwel sentenza

Artikolu 6(3)

Artikolu 7(2) it-tieni sentenza

Artikolu 6(4)

Artikolu 3(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 7(5)

Artikolu 6(6)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(6)

Artikolu 7(7)

Artikolu 7(8)

Artikolu 7(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9

Artikolu 8(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 8(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(2)

Artikolu 8(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 10(4)

Artikolu 10(5)

Artikolu 9(1)

Artikolu 11(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 11(3)

Artikolu 9(4)

Artikolu 11(4)

Artikolu 11(5)

Artikolu 11(6)

Artikolu 11(7)

Artikolu 11(8)

Artikolu 10(1)

Artikolu 12(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 12(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 12(2) it-tielet subparagrafu

Artikolu 10(3)

Artikolu 4(4) it-tieni sentenza

Artikolu 12(3)

Artikolu 12(4)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 11(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(1) it-tielet subparagrafu

Artikolu 15(1) ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 15(1) il-ħames subparagrafu

Artikolu 11(2)

Artikolu 15(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 15(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(3)

Artikolu 15(3)

Artikolu 11(4)

Artikolu 15(4)

Artikolu 15(5)

Artikolu 15(6)

Artikolu 11(5)

Artikolu 15(7)

Artikolu 11(6)

Artikolu 15(8)

Artikolu 11(7)

Artikolu 17(5) it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(8)

Artikolu 15(9)

Artikolu 16

Artikolu 12(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 17(2)

Artikolu 12(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(3)

Artikolu 12(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 17(4)

Artikolu 12(3) it-tielet subparagrafu

Artikolu 10(3)

Artikolu 17(5) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(5) it-tieni subparagrafu

Artikolu 17(6)

Artikolu 17(7)

Artikolu 17(8)

Artikolu 12(4) l-ewwel sentenza

Artikolu 17(9) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(4) it-tieni sentenza

Artikolu 17(9) it-teini subparagrafu

Artikolu 17(10)

Artikolu 13

Artikolu 18

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 16

Artikolu 21(1)

Artikolu 21(2)

Artikolu 21(3)

Anness I

Anness II


Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tikkonferma li l-Uffiċċju ddikjara li huwa se jaġixxi f’kull mument f’konformità mal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u mal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, filwaqt li jirrispetta b’mod sħiħ il-libertà u l-indipendenza tal-Membri kif previst fl-Artikolu 2 tal-Istatut.


Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li żżomm il-poteri attwali tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi li permezz tagħhom jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati għar-reklutaġġ fl-Uffiċċju, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda t-tul tal-kuntratti u t-tiġdid tagħhom.


Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

Kull darba li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaħtru membri ġodda tal-Kumitat ta’ Sorveljanza l-ġdid, huma għandhom jaħtru wkoll dawk il-membri biex jibdew il-kariga tagħhom fis-sostituzzjoni parzjali li jmiss.


Top