Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02012R0874-20200809

    Consolidated text: Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2012/874/2020-08-09

    02012R0874 — MT — 09.08.2020 — 004.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 874/2012

    tat-12 ta’ Lulju 2012

    li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 258 26.9.2012, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 518/2014 tal-5 ta' Marzu 2014

      L 147

    1

    17.5.2014

    ►M2

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/254 tat-30 ta' Novembru 2016

      L 38

    1

    15.2.2017

    ►M3

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019

      L 315

    68

    5.12.2019

    ►M4

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1059 tas-27 ta’ April 2020

      L 232

    28

    20.7.2020


    Ikkoreġut bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 198, 28.7.2015, p.  31 (874/2012)




    ▼B

    REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 874/2012

    tat-12 ta’ Lulju 2012

    li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tikkettar u għall-forniment ta’ informazzjoni supplimentari dwar il-prodott għal bozoz tal-elettriku bħal

    (a) 

    bozoz bil-filament,

    (b) 

    bozoz fluworexxenti,

    (c) 

    bozoz bi skariku elettriku ta’ intensità għolja;

    (d) 

    bozoz LED u moduli LED.

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għat-tikkettar ta’ unitajiet tat-tidwil iddisinjati biex joperaw tali bozoz u kkummerċjalizzati lill-utenti aħħarin, inkluż meta dawn ikunu integrati fi prodotti oħra li mhumiex dipendenti fuq l-input ta’ enerġija biex iwettqu l-użu primarju tagħhom matul l-użu (bħall-għamara).

    2.  Il-prodotti li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:

    (a) 

    Bozoz u moduli LED bi fluss tal-luminożità ta’ inqas minn 30 lumen.

    (b) 

    Bozoz u moduli LED ikkummerċjalizzati għat-tħaddim bil-batteriji.

    (c) 

    Bozoz u moduli LED ikkummerċjalizzati għal applikazzjonijiet li l-użu primarju tagħhom mhuwiex it-tidwil, bħal:

    (i) 

    l-emissjoni ta’ dawl bħala aġent fi proċessi kimiċi jew bijoloġiċi (bħall-polimerizzazzjoni, it-terapija fotodinamika, l-ortikoltura, il-kura tal-annimali domestiċi, il-prodotti kontra l-insetti);

    (ii) 

    il-qbid tal-immaġni u projezzjoni ta’ immaġini (bħal dwal tal-kameras, magni ta’ fotokopjar, vidjoprojetturi);

    (iii) 

    it-tisħin (bozoz infraħomor);

    (iv) 

    is-sinjalar (bħal bozoz tal-mitjar).

    Dawn il-bozoz u moduli LED mhumiex esklużi meta jiġu kkummerċjalizzati għat-tidwil.

    (d) 

    Bozoz u moduli LED ikkummerċjalizzati bħala parti minn unità tat-tidwil u mhux maħsuba għat-tneħħija mill-utent aħħari, għajr meta jkunu offruti għall-bejgħ, kiri jew kiri bin-nifs jew jintwerew separatament lill-utent aħħari, pereżempju bħala partijiet ta’ bdil.

    (e) 

    Bozoz u moduli LED ikkummerċjalizzati bħala parti ta’ prodott li l-użu primarju tiegħu mhuwiex it-tidwil. Madankollu, jekk jitqiegħdu għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs jew jiġu esposti separatament, pereżempju bħala partijiet ta’ bdil, dawn għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (f) 

    Bozoz u moduli LED li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti li jsiru applikabbli fl-2013 u l-2014 skont ir-Regolamenti li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).

    (g) 

    L-unitajiet tat-tidwil li huma ddisinjati biex joperaw esklussivament bil-bozoz u l-moduli LED ►C1  elenkati fil-punti (a) sa (c) u (e). ◄

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/30/UE, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

    1. 

    “Sors ta’ dawl” tfisser superfiċje jew oġġett iddisinjati biex primarjament jemettu radjazzjoni ottika viżibbli prodotta mit-trasformazzjoni tal-enerġija. It-terminu “viżibbli ” jirreferi għal tul tal-mewġa ta’ 380-780 nm.

    2. 

    “Tidwil” tfisser l-applikazzjoni tad-dawl għal xena, oġġetti jew l-ispazji ta’ madwarhom sabiex sabiex il-bndemin ikunu jistgħu jarawhom.

    3. 

    “Tidwil ta’ aċċentwazzjoni” hija għamla ta’ tidwil fejn id-dawl huwa dirett sabiex jenfasizza oġġett jew parti minn erja;

    4. 

    “Bozza” tfisser unità li l-prestazzjoni tagħha tista’ tiġi vvalutata indipendentement u li tikkonsisti minn sors wieħed jew aktar ta’ dawl. Tista’ tinkludi komponenti addizzjonali meħtieġa għall-attivazzjoni, il-provvista tal-elettriku jew il-funzjonament stabbli tal-unità jew għad-distribuzzjoni, il-filtrazzjoni jew it-trasformazzjoni tar-radjazzjoni ottika, f’każijiet fejn dawk il-komponenti ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jagħmlu ħsara permanenti lill-unità.

    5. 

    “Bażi tal-bozza” tfisser dik il-parti tal-bozza li tipprovdi konnessjoni mal-provvista tal-elettriku permezz ta’ ħowlder tal-bozza jew konnettur tal-bozza u li tista’ sservi wkoll biex iżżomm il-bozza fil-ħowlder tal-bozza;

    6. 

    “Ħowlder tal-bozza” jew “sokit” tfisser apparat li jżomm il-bozza f’postha, ħafna drabi billi jkollu l-bażi mdaħħla fiha, f’liema każ jipprovdi wkoll il-mezz biex iqabbad il-bozza mal-provvista tal-elettriku.

    7. 

    “Bozza direzzjonali” tfisser bozza li, tal-anqas, 80 % tad-dawl li titfa’ jkun f’angolu solidu ta’ π sr (li jikkorrispondi għal kon b’angolu ta’ 120°);

    8. 

    “Bozza mhux direzzjonali” tfisser bozza li mhijiex bozza direzzjonali;

    9. 

    “Bozza bil-filament” tfisser bozza li fiha d-dawl jiġi prodott permezz ta’ konduttur li jkun qisu ħajta li jissaħħan sal-inkandexxenza bil-passaġġ ta’ kurrent elettriku. Il-bozza jista’ jkollha gassijiet li jinfluwenzaw il-proċess tal-inkandexxenza.

    10. 

    “Bozza inkandexxenti” tfisser bozza bil-filament li fiha l-filament jaħdem f’bozza evakwata jew ikun imdawwar b’gass inerti.

    11. 

    “Bozza aloġena (tat-tungstenu)” tfisser bozza bil-filament li fiha l-filament huwa magħmul mit-tungstenu u huwa mdawwar b’gass li fih l-aloġeni jew komposti tal-aloġenu. Il-provvista elettrika tagħhom tista’ tkun ġejja minn provvista integrata.

    12. 

    “Bozza bi skariku elettriku” tfisser bozza li fiha d-dawl jiġi prodott, b’mod dirett jew indirett, permezz ta’ skariku elettriku minn ġo gass, fwar tal-metall jew taħlita ta’ diversi gassijiet u fwar.

    13. 

    “Bozza fluworexxenti” tfisser bozza bi skariku elettriku tat-tip bil-merkurju bi pressjoni baxxa li fiha l-biċċa l-kbira tad-dawl joħroġ minn saff wieħed jew iktar ta’ fosfru mqanqal mir-radjazzjoni ultravjola ġġenerata mill-iskariku. Bozoz fluworexxenti jistgħu jiġu fornuti b’ballast integrat.

    14. 

    “Bozza fluworexxenti mingħajr ballast integrat” tfisser bozza fluworexxenti b’bażi waħda jew doppja mingħajr ballast integrat.

    15. 

    “Bozza bi skariku elettriku ta’ intensità għolja” tfisser bozza bi skariku elettriku li fiha l-ark li jipproduċi d-dawl jiġi stabbilizzat bit-temperatura tas-superfiċje tal-bozza u l-ark jkollu qawwa ta’ skariku superfiċjali ogħla minn 3 watts għal kull ċentimetru kwadru.

    16. 

    “Dajowd li jemetti d-dawl (LED)” tfisser sors tad-dawl li jikkonsisti minn apparat fi stat solidu li jinkorpora punt p-n. Il-punt jemetti radjazzjoni ottika meta mqanqal minn kurrent elettriku.

    17. 

    “Pakkett LED” tfisser assemblaġġ li għandu LED wieħed jew aktar. L-assemblaġġ jista’ jinkludi element ottiku u interfaċċji termali, mekkaniċi u elettriċi.

    18. 

    “Modulu LED” tfisser assemblaġġ li ma għandux bażi u li jinkorpora pakkett LED wieħed jew aktar fuq unità ta’ ċirkwit stampat. L-assemblaġġ jista’ jkollu komponenti elettriċi, ottiċi, mekkaniċi u termali, interfaċċji u tagħmir ta’ kontroll.

    19. 

    “Bozza LED” tfisser bozza li tinkorpora LED wieħed jew aktar. Il-bozza tista’ tkun mgħammra b’bażi.

    20. 

    “Tagħmir ta’ kontroll tal-bozza” tfisser apparat li jinsab bejn il-provvista tal-elettriku u bozza waħda jew aktar, li jipprovdi funzjonalità relatata mal-funzjonament tal-bozza/bozoz, bħal dik li jittrasforma l-vultaġġ tal-provvista, jillimita l-kurrent tal-bozza/bozoz sal-valur meħtieġ, jipprovdi l-vultaġġ ta’ attivazzjoni jew il-kurrent tat-tisħin minn qabel, jipprevjeni l-attivazzjoni kiesħa, jikkoreġi l-fattur ta’ potenza jew inaqqas l-interferenza tar-radju. L-apparat jista’ jkun iddisinjat biex ikun konness ma’ tagħmir ieħor ta’ kontroll tal-bozza sabiex iwettaq dawn il-funzjonijiet. It-terminu ma jinkludix:

    — 
    apparati ta’ kontroll;
    — 
    provvisti tal-elettriku li jikkonvertu l-vultaġġ tal-mejns f’vultaġġ ieħor ta’ provvista li huma ddisinjati sabiex jipprovdu, fl-istess stallazzjoni, kemm prodotti ta’ tidwil kif ukoll prodotti li l-iskop primarju tagħhom mhuwiex wieħed ta’ tidwil.
    21. 

    “Apparat ta’ kontroll” tfisser apparat mekkaniku jew elettroniku li jikkontrolla jew jimmonitorja l-fluss ta’ luminożità tal-bozza b’mezzi oħra għajr il-konverżjoni tal-enerġija għall-bozza, bħal swiċċijiet bit-tajmer, sensers ta’ preżenza, sensers tad-dawl u apparati ta’ kontroll tad-dawl ta’ matul il-jum. Minbarra dan, id-dimmers bi qtugħ tal-fażi għandhom jitqiesu wkoll bħala apparati ta’ kontroll.

    22. 

    “Tagħmir estern ta’ kontroll tal-bozza” tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-bozza mhux integrat, iddisnjat biex jiġi installat barra l-kontenitur tal-bozza jew tal-unità tat-tidwil, jew biex jitneħħa mill-kontenitur mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-bozza jew lill-unità tat-tidwil.

    23. 

    “Ballast” tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-bozza mdaħħal bejn il-provvista u bozza waħda jew aktar bi skariku elettriku li, permezz ta’ induttanza, kapaċitanza jew kombinazzjoni ta’ induttanza u kapaċitanza, iservi l-aktar biex jillimita l-kurrent tal-bozza/bozoz sal-valur meħtieġ.

    24. 

    “Tagħmir ta’ kontroll għal bozoz aloġeni” tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-bozoz li jittrasforma l-vultaġġ tal-mejns f’vultaġġ baxx ħafna għall-bozoz aloġeni.

    25. 

    “Bozza fluworexxenti kumpatta” tfisser bozza fluworexxenti li tinkludi l-komponenti kollha meħtieġa biex tixgħel il-bozza u biex din taħdem b’mod stabbli.

    26. 

    “Unità tat-tidwil” tfisser apparat li jiddistribwixxi, jiffiltra jew jittrasforma d-dawl li jgħaddi minn bozza waħda jew aktar li jinkludi l-partijiet kollha meħtieġa biex isostnu, jiffissaw u jipproteġu l-bozoz u, fejn meħtieġ, ċirkwiti awżiljarji flimkien mal-mezzi għall-konnessjoni tagħhom mal-provvista tal-elettriku.

    27. 

    “Punt tal-bejgħ” tfisser post fiżiku fejn il-prodott huwa muri jew offrut għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs lill-utent aħħari.

    28. 

    “Utent aħħari” tfisser persuna naturali li qed tixtri jew mistennija tixtri bozza tal-elettriku jew unità tat-tidwil għal finijiet li mhumiex fl-ambitu tal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha.

    29. 

    “Sid finali” tfisser il-persuna jew l-entità li tkun sid ta’ prodott matul il-fażi tal-użu taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, jew kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f’isem tali persuna jew entità.

    Artikolu 3

    Responsabbiltajiet tal-fornituri

    1.  Il-fornituri tal-bozoz tal-elettriku mqiegħda fis-suq bħala prodotti individwali għandhom jiżguraw li:

    (a) 

    Tkun disponibbli skeda tal-prodott kif stipulat fl-Anness II.

    (b) 

    Id-dokumentazzjoni teknika, kif stipulata fl-Anness III, tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni fuq talba tagħhom.

    (c) 

    Kwalunkwe reklam, prezz formali kkwotat jew offerta li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz għal bozza speċifika tispeċifika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika.

    (d) 

    Kwalunkwe materjal tekniku promozzjonali li jikkonċerna bozza speċifika li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi tagħha jispeċifika l-klassi ta’ effiċjenza enerġetika ta’ dik il-bozza.

    (e) 

    Jekk il-bozza hija maħsuba biex tinbiegħ permezz ta’ punt tal-bejgħ, titqiegħed, tiġi stampata jew titwaħħal tikketta, prodotta fil-format u li fiha l-informazzjoni kif stipulat fl-Anness I.1, fuq in-naħa ta’ barra tal-imballaġġ individwali, u li l-imballaġġ juri l-potenza nominali tal-bozza barra t-tikketta.

    ▼M1

    (f) 

    Tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness I issir disponibbli għan-negozjanti għal kull mudell ta' bozoz tal-elettriku mqiegħed fis-suq mill-1 ta' Jannar 2015 b'identifikatur ġdid tal-mudell. Tista' tiġi magħmula disponibbli wkoll lill-kummerċjanti għal mudelli oħra ta' bozoz tal-elettriku.

    ▼M3 —————

    ▼B

    Artikolu 4

    Responsabbiltajiet tan-negozjanti

    1.  Negozjanti ta’ bozoz tal-elettriku għandhom jiżguraw li:

    ▼M1

    (a) 

    Kull mudell offrut għall-bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs meta l-utent finali ma jkunx mistenni jara l-prodott għall-wiri huwa kkummerċjalizzat bl-informazzjoni mogħtija mill-fornituri skont l-Anness IV. Meta l-offerta tkun magħmula permezz tal-Internet, u tikketta elettronika tkun ġiet magħmula disponibbli f'konformità mal-Artikolu 3(1)(f) minflok għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII;

    ▼B

    (b) 

    Kwalunkwe reklam, prezz formali kkwotat jew offerta li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-enerġija jew il-prezz għal mudell speċifiku tispeċifika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika.

    (c) 

    Kwalunkwe materjal tekniku promozzjonali li jikkonċerna mudell speċifiku li jiddeskrivi l-parametri speċifiċi tiegħu, li jinkludi l-klassi ta’ effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell.

    ▼M3 —————

    ▼B

    Artikolu 5

    Metodi ta’ kejl

    L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta’ proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avanzati u riċenti rikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness V.

    Artikolu 6

    Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

    L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness V meta jivvalutaw il-konformità tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-konsum tal-enerġija ddikjarati.

    Artikolu 7

    Reviżjoni

    Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku mhux aktar tard minn tliet snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari t-tolleranzi tal-verifika stipulati fl-Anness V.

    Artikolu 8

    Revoka

    Id-Direttiva 98/11/KE għandha tiġi revokata b’effett mill-1 ta’ Settembru 2013.

    Ir-referenzi għad-Direttiva 98/11/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Referenzi għall-Anness IV għad-Direttiva 98/11/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Anness VI għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 9

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    1.  L-Artikoli 3(2) u 4(2) ma għandhomx japplikaw għal unitajiet tat-tidwil qabel l-1 ta’ Marzu 2014.

    2.  L-Artikolu 3(1) (c-d) u l-Artikolu 4(1)(a-c) ma għandhomx japplikaw għal reklami stampati u materjal promozzjonali tekniku stampat ippubblikati qabel l-1 ta’ Marzu 2014.

    3.  Bozoz imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 98/11/KE mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta’ Settembru 2013 għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 98/11/KE.

    4.  Bozoz imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 98/11/KE li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u li jitqegħdu fis-suq jew jiġu offruti għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs qabel l-1 ta’ Settembru 2013 għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 98/11/KE.

    Artikolu 10

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    1.  Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    2.  Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2013, ħlief fil-każijiet elenkati fl-Artikolu 9.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Tikketta

    1.   TIKKETTA GĦAL BOZOZ TAL-ELETTRIKU PPREŻENTATI F’PUNT TAL-BEJGĦ

    (1) It-tikketta għandha tkun bħall-illustrazzjoni li ġejja jekk din ma tkunx stampata fuq l-imballaġġ:

    image

    (2) L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fuq it-tikketta:

    I. 

    l-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali;

    II. 

    l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ bozza minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur;

    III. 

    il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ddeterminata skont l-Anness VI; it-tarf tal-vleġġa li tinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-bozza għandu jitpoġġa fl-istess livell bħat-tarf tal-vleġġa li tinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

    ▼M4

    IV. 

    il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat (EC ) f’kWh għal kull 1 000 siegħa, ikkalkulat u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness VII.

    ▼B

    (3) Jekk it-tikketta tiġi stampata fuq l-imballaġġ u l-informazzjoni speċifikata fil-punt (2)(i), (II) u (IV) hija inkluża x’imkien ieħor fuq l-imballaġġ, dik l-informazzjoni tista’ titħalla barra mit-tikketta. It-tikketta għandha mbagħad tintagħżel minn dawn l-illustrazzjonijiet:



    image

    image

    image

    image

    (4) Id-disinn tat-tikketta għandha tkun kif ġej:

    image

    fejn:

    (a) 

    L-ispeċifikazzjonijiet tad-daqs fil-grafika hawn fuq u fil-punt (d) japplikaw għal tikketta ta’ bozza wiesgħa 36 mm u għolja 75 mm. Jekk it-tikketta tiġi stampata f’format differenti, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

    Il-verżjoni tat-tikketta speċifikata fil-punti (1) u (2) għandha tkun mill-anqas wiesgħa 36 mm u għolja 75 mm, u l-verżjonijiet speċifikati fil-punt (3) għandhom ikunu, mill-inqas, wiesgħa 36 mm u għolja 68 mm u, mill-inqas, wiesgħa 36 mm u għolja 62 mm, rispettivament. Jekk l-ebda ġenb tal-imballaġġ mhuwa kbir bizzejjed biex jinkludi t-tikketta u l-bordura vojta tagħha, jew fejn din tgħatti aktar minn 50 % tal-wiċċ tal-ikbar ġenb, jistgħu jiġu mċekkna t-tikketta u l-bordura iżda mhux b’aktar milli meħtieġ biex jiġu ssodisfati dawn iż-żewġ kundizzjonijiet. Madankollu, f’ebda każ ma tista’ tiċċekken it-tikketta għal iżjed minn 40 % (bħala tul) tad-daqs standard tagħha. Jekk l-imballaġġ huwa żgħir wisq biex jieħu tikketta mċekkna bħal din, tikketta wiesgħa 36 mm u għolja 75 mm għandha titwaħħal mal-bozza jew mal-imballaġġ.

    (b) 

    L-isfond għandu jkun abjad kemm għal verżjonijiet multikuluriti kif ukoll għal dawk monokromatiċi tat-tikketta.

    (c) 

    Għall-verżjoni multikulurita tat-tikketta, il-kuluri għandhom ikunu CMYK - cyan, maġenta, isfar u iswed, skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

    (d) 

    It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-grafika li tidher hawn fuq; l-ispeċifikazzjonijiet tal-kulur japplika biss għall-verżjoni multikulurita tat-tikketta):

    image 

    Linja tal-Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 1 mm.

    image 

    Logo tal-EU – kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

    image 

    Logo tal-enerġija: kulur: X-00-00-00. Pittogramma kif murija: Logo tal-UE u logo tal-enerġija (flimkien): wisa’: 30 mm, għoli: 9 mm.

    image 

    Bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 30 mm.

    image 

    Skala A++-E

    — 
    Vleġġa: għoli: 5 mm, spazju intermedju: 0,8 mm – kuluri:
    L-ogħla klassi: X-00-X-00,
    It-tieni klassi: 70-00-X-00,
    It-tielet klassi: 30-00-X-00,
    Ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,
    Il-ħames klassi: 00-30-X-00,
    Is-sitt klassi: 00-70-X-00,
    L-aħħar klassi: 00-X-X-00.
    — 
    Test: Calibri tipa grassa 15 pt, b’ittri kbar u abjad; “+” simboli: Calibri tipa grassa 15 pt, Superskritt, abjad, allinjat fuq ringiela waħda.
    image 

    Klassi tal-effiċjenza enerġetika

    — 
    Vleġġa: wisa’: 11,2 mm, għoli: 7 mm, 100 % sewda;
    — 
    Test: Calibri tipa grassa 20 pt, b’ittri kbar u abjad; “+” simboli: Calibri tipa grassa 20 pt, Superskritt, abjad, allinjat fuq ringiela waħda.
    image 

    Konsum tal-enerġija ppeżat;

    Valur: Calibri tipa grassa 16 pt, 100 % iswed; u Calibri regolari 9 pt, 100 % iswed.

    image 

    Isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali.

    image 

    Identifikatur tal-mudell tal-fornitur

    L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta’ 30 x 7 mm.

    Xejn iżjed li jitqiegħed, jiġi stampat jew jitwaħħal fuq l-imballaġġ individwali ma għandu joskura t-tikketta jew inaqqas il-viżibbiltà tagħha.

    Permezz ta’ deroga, meta mudell ikun ingħata “Ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), tista’ tiżdied wkoll kopja tal-Ekotikketta tal-UE.

    2.   TIKKETTA GĦAL UNITAJIET TAT-TIDWIL PPREŻENTATI F’PUNT TAL-BEJGĦ

    (1) It-tikketta għandha tkun il-verżjoni tal-lingwa rilevanti, u għandha tintwera skont l-illustrazzjoni li ġejja, jew f’varjanti ddefiniti skont il-punti (2) u (3).

    image

    (2) L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:

    I. 

    L-isem tal-fornitur jew marka kummerċjali;

    II. 

    L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, jiġifieri l-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta’ unità tat-tidwil minn mudelli oħra bl-istess marka kummerċjali jew isem tal-fornitur;

    III. 

    Is-sentenza kif murija bħala eżempju fil-punt (1), jew waħda mill-alternattivi tagħha mill-eżempji fil-punt (3) hawn taħt, kif applikabbli. Minflok it-terminu “unità tat-tidwil” jista’ jintuża terminu aktar preċiż li jiddeskrivi t-tip partikolari ta’ unità tat-tidwil jew il-prodott li fih tiġi integrata l-unità tat-tidwil (bħall–għamara), sakemm jibqa’ ċar li t-terminu jirreferi għall-prodott għall-bejgħ li jopera b’sorsi tad-dawl;

    IV. 

    Il-firxa ta’ klassijiet ta’ effiċjenza enerġetika skont il-parti 1 ta’ dan l-Anness, akkumpanjati minn dawn l-elementi li ġejjin, kif applikabbli:

    (a) 

    pittogramma ta’ “bozza” li tindika l-klassijiet ta’ bozoz sostitwibbli mill-utenti li hija kumpattibbli magħhom l-unità tat-tidwil skont ir-rekwiżiti l-aktar avvanzati għall-kumpatibbiltà;

    (b) 

    salib fuq il-klassijiet ta’ bozoz li mhijiex kumpattibbli magħhom l-unità tat-tidwil skont ir-rekwiżiti l-aktar avvanzati għall-kumpatibbiltà

    (c) 

    l-ittri “LED” irranġati vertikalment tul il-klassijiet A sa A++ jekk l-unità tat-tidwil tinkludi moduli LED li mhumiex maħsuba għat-tneħħija mill-utent aħħari. Jekk tali unità tat-tidwil ma fihiex sokits għal bozoz sostitwibbli mill-utent, il-klassijiet minn B sa E għandhom ikunu koperti b’salib;

    V. 

    Waħda mill-opzjonijiet li ġejjin, kif applikabbli:

    (a) 

    jekk l-unità tat-tidwil titħaddem b’bozoz li jistgħu jiġu sostitwiti mill-utent aħħari, u tali bozoz huma inklużi fl-imballaġġ tal-unità tat-tidwil, is-sentenza kif murija fl-eżempju fil-punti (1), li tinkludi l-klassijiet tal-enerġija xierqa. Fejn meħtieġ, is-sentenza tista’ tiġi aġġustata biex tirreferi għal bozza waħda jew aktar, u jistgħu jiġu elenkati bosta klassijiet tal-enerġija;

    (b) 

    jekk l-unità tat-tidwil tinkludi biss moduli LED li mhumiex maħsuba għat-tneħħija mill-utent aħħari, is-sentenza kif murija fl-eżempju fil-punt (3)(b);

    (c) 

    jekk l-unità tat-tidwil tinkludi kemm moduli LED li mhumiex maħsuba għat-tneħħija mill-utent aħħari kif ukoll sokits għal bozoz li jistgħu jiġu sostitwiti, u tali bozoz mhumiex inklużi mal-unità tat-tidwil, is-sentenza kif murija fl-eżempju fil-punt(3)(d);

    (d) 

    jekk l-unità tat-tidwil titħaddem biss b’bozoz li jistgħu jiġu sostitwiti mill-utent aħħari u ebda bozza bħal din mhija inkluża mal-unità tat-tidwil, l-ispazju għandu jitħalla vojt, kif muri fl-eżempju fil-punt (3)(a).

    (3) Dawn l-illustrazzjonijiet jipprovdu eżempji ta’ tikketti tipiċi ta’ unitajiet tat-tidwil flimkien mal-illustrazzjoni fil-punt (1), mingħajr ma jintwerew il-kombinazzjonijiet kollha possibbli.

    (a) 

    Unità tat-tidwil b’bozoz sostitwibbli mill-utent aħħari kumpatibbli b’bozoz tal-klassijiet tal-enerġija kollha bl-ebda bozoz inklużi:

    image

    (b) 

    Unità tat-tidwil li tinkludi biss moduli LED mhux sostitwibbli:

    image

    (c) 

    Unità tat-tidwil li tinkludi kemm moduli LED mhux sostitwibbli kif ukoll sokits għal bozoz sostitwibbli mill-utent, bil-bozoz inklużi:

    image

    (d) 

    Unità tat-tidwil li tinkludi kemm moduli LED mhux sostitwibbli kif ukoll sokits għal bozoz sostitwibbli mill-utent, bil-bozoz mhux inklużi:

    image

    (4) Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-grafika hawn taħt:

    image

    (a) 

    Il-verżjoni tat-tikketta trid tkun tal-inqas wiesgħa 50 mm u għolja 100 mm.

    (b) 

    L-isfond għandu jkun jew abjad jew trasparenti, iżda l-ittri tal-klassijiet tal-enerġija għandhom ikunu dejjem bl-abjad. Meta l-isfond ikun trasparenti, in-negozjant għandu jiżgura li t-tikketta hija applikata fuq superfiċje li tkun bajda jew griża ċara li tippreserva l-leġibbiltà tal-elementi kollha tat-tikketta.

    (c) 

    Il-kuluri għandhom ikunu CMYK – cyan, maġenta, isfar u iswed, skont dan l-eżempju: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

    (d) 

    It-tikketta għandha tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-grafika li tidher hawn fuq):

    image 

    Linja tal-Bordura: 2 pt – kulur: Cyan 100 % – kantunieri tondi: 1 mm.

    image 

    Bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – tul: 43 mm.

    image 

    Logo tal-unità tat-tidwil: linja: 1 pt – kulur: Cyan 100 % – Daqs: 13 mm x 13 mm – kantunieri tondi: 1 mm. Il-pittogramma kif murija, jew il-pittogramma jew ritratt tal-fornitur stess, jekk jiddeskrivu aħjar l-unità tat-tidwil li tikkorrispondi għal dik it-tikketta.

    image 

    Test: Calibri Regolari 9 pt jew akbar, 100 % iswed

    image 

    Skala A++-E

    — 
    Vleġġa: għoli: 5 mm, spazju intermedju: 0,8 mm – kuluri:
    L-ogħla klassi: X-00-X-00,
    It-tieni klassi: 70-00-X-00,
    It-tielet klassi: 30-00-X-00,
    Ir-raba’ klassi: 00-00-X-00,
    Il-ħames klassi: 00-30-X-00,
    Is-sitt klassi: 00-70-X-00,
    L-aħħar klassi: 00-X-X-00.
    — 
    Test: Calibri tipa grassa 14 pt, b’ittri kbar u abjad; “+” simboli: Calibri tipa grassa 14 pt, Superskritt, abjad, allinjat fuq ringiela waħda.
    image 

    Test LED: Verdana Regolari 15 pt, 100 % iswed:

    image 

    Salib: kulur:13-X-X-04, linja: 3 pt

    image 

    Logo tal-bozza: Pittogramma kif murija

    image 

    Test: Calibri Regolari 10 pt jew akbar, 100 % iswed

    image 

    Numerazzjoni tar-Regolament: Calibri tipa grassa10 pt, 100 % sewda;

    image 

    Logo tal-UE: Kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00.

    image 

    Isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali.

    image 

    Identifikatur tal-mudell tal-fornitur:

    L-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqgħodu f’spazju tad-daqs 43 x 10 mm.

    image 

    Vleġġa tal-klassi tal-enerġija

    — 
    Vleġġa: għoli: 3,9 mm, wisa’: kif murija fl-illustrazzjoni fil-punt (4) iżda mċekkna fl-istess proporzjon tat-tul, kulur: il-kulur iddefinit fil-puntimage, kif applikabbli.
    — 
    Test: Calibri tipa grassa 10,5 pt, b’ittri kbar u abjad; “+” simboli: Calibri tipa grassa 10,5 pt, Superskritt, abjad, allinjat fuq ringiela waħda.

    Jekk mhemmx biżżejjed spazju biex jintwerew il-vleġeġ tal-klassi tal-enerġija fi ħdan l-erja tas-sentenza msemmija fil-punt (2) V. (a), tista’ tintuża l-erja bejn in-numru tar-Regolament u l-logo tal-UE għal dak l-iskop.

    (e) 

    It-tikketta tista’ tintwera wkoll f’orjentazzjoni orizzontali fejn, f’dak il-każ, għandha tkun wiesgħa mill-inqas 100 mm u għolja mill-inqas 50 mm. Il-komponenti tat-tikketti għandhom ikunu kif deskritti fil-punti (b) sa (d) u għandhom ikunu rranġati skont l-eżempji kif ġejjin, kif applikabbli. Jekk mhemmx biżżejjed spazju biex jintwerew il-vleġeġ tal-klassi tal-enerġija fil-kaxxa tat-test fuq ix-xellug tal-iskala A++ sa E, il-kaxxa tat-test tista’ titkabbar vertikalment skont il-ħtieġa.

    image image image




    ANNESS II

    Skeda tal-Prodott għall-bozoz tal-elettriku

    L-iskeda għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata għat-tikketta. Fejn mhumiex ipprovduti fuljetti informattivi dwar il-prodott, it-tikketta pprovduta mal-prodott tista’ titqies ukoll bħala l-iskeda.




    ANNESS III

    Dokumentazzjoni teknika

    Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) u (2)(a) għandha tinkludi:

    (a) 

    l-isem u l-indirizz tal-fornitur;

    (b) 

    deskrizzjoni ġenerali tal-mudell, suffiċjenti li ma tħalli l-ebda dubju u tkun faċilment identifikata;

    (c) 

    fejn xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

    (d) 

    fejn xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

    (e) 

    l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fornitur;

    (f) 

    il-parametri tekniċi għad-determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika fil-każ ta’ bozoz tal-elettriku, u kumpatibbiltà mal-bozoz fil-każ ta’ unitajiet tat-tidwil, li jispeċifikaw mill-inqas kombinazzjoni realistika waħda ta’ konfigurazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jiġi ttestjat il-prodott;

    (g) 

    għall-bozoz tal-elettriku, ir-riżultati tal-kalkoli imwettaq skont l-Anness VII.

    L-informazzjoni li tinsab f’din id-dokumentazzjoni teknika tista’ tingħaqad mad-dokumentazzjoni teknika pprovduta skont il-miżuri fl-ambitu tad-Direttiva 2009/125/KE.




    ANNESS IV

    Informazzjoni li għandha tingħata f’każijiet fejn is-sidien aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott muri

    1. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tingħata fl-ordni li ġejja:

    (a) 

    il-klassi tal-effiċjenza enerġetika kif stipulat fl-Anness VI;

    ▼M4

    (b) 

    fejn meħtieġ mill-Anness I, il-konsum tal-enerġija ppeżat f’kWh għal kull 1 000 siegħa, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-parti 2 tal-Anness VII.

    ▼B

    2. Fejn tingħata wkoll informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda dwar il-prodott, din għandha tkun fil-forma u fl-ordni speċifikati fl-Anness II.

    3. Id-daqs u t-tipa, li bihom tkun stampata jew tintwera l-informazzjoni kollha msemmija f’dan l-Anness, għandhom jinqraw faċilment.

    ▼M2




    ANNESS V

    Il-verifika tal-konformità tal-prodott mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

    It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott m'għandhomx ikunu aktar favorevoli mill-valuri dikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.

    Meta jivverifikaw il-konformità ta' mudell ta' prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament Delegat, għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw din il-proċedura:

    1.   PROĊEDURA TA' VERIFIKA GĦALL-BOZOZ TAL-ELETTRIKU U GĦALL-MODULI LED LI JIĠU KUMMERĊJALIZZATI BĦALA PRODOTTI INDIVIDWALI

    (1) 

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw lott kampjun ta' mill-anqas 20 bozza tal-istess mudell mingħand l-istess fornitur, u meta jkun possibbli dan il-kampjun għandu jinkiseb bi proporzjonijiet indaqs minn erba' sorsi magħżula b'mod aleatorju.

    (2) 

    Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk:

    (a) 

    il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont l-Artikolu 5(b) tad-Direttiva 2010/30/UE (il-valuri dikjarati) u, meta applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta' dawn il-valuri ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-testijiet skont il-punt (iii) tal-Artikolu msemmi hawn fuq; kif ukoll

    (b) 

    il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda informattiva tal-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri dikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi stabbilita bil-valuri dikjarati; kif ukoll

    (c) 

    meta jkunu qed jiġu ttestjati l-unitajiet tal-mudell, il-medja aritmetika tal-valuri stabbiliti (il-valuri tal-parametri rilevanti kif imkejla waqt l-ittestjar u l-valuri kkalkulati b'dan il-kejl) tkun fi ħdan it-tolleranzi tal-verifika rispettivi ta' 10 %.

    (3) 

    Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b) u (c), il-mudell għandu jitqies li mhux konformi ma' dan ir-Regolament Delegat.

    (4) 

    Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta' konformità tal-mudell skont il-punt 3, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu mingħajr dewmien kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri tal-kejl li jirriflettu metodi tal-kejl avvanzati, affidabbli, preċiżi, riproduċibbli, u li huma ġeneralment rikonoxxuti, fosthom il-metodi stabbiliti fid-dokumenti li r-referenza tagħhom ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal dak il-għan. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness VII.

    L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika ta' 10 % u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 4 għar-rekwiżiti msemmija f'dan l-Anness. M'għandha tintuża l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew f'xi metodi oħrajn tal-kejl.

    2.   PROĊEDURA TA' VERIFIKA GĦALL-UNITAJIET TAT-TIDWIL LI HUMA MAĦSUBA BIEX JIĠU KUMMERĊJALIZZATI JEW LI HUMA KUMMERĊJALIZZATI LILL-UTENT AĦĦARI

    L-unitajiet tat-tidwil għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jekk magħhom tingħata l-informazzjoni meħtieġa dwar il-prodott, jekk jiġi dikjarat li jkunu kompatibbli mal-klassijiet kollha tal-effiċjenza enerġetika tal-bozoz li fil-fatt ikunu kompatibbli magħhom, u jekk meta jitħaddmu metodi u kriterji avvanzati għall-analiżi tal-kompatibbiltà jinstab li jkunu kompatibbli mal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-bozoz li fil-fatt qed jiġu dikjarati kompatibbli magħhom skont il-punti (2)(IV)(a) u (b) tal-parti 2 tal-Anness I.

    ▼B




    ANNESS VI

    Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

    Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-bozoz għandha tkun iddeterminata abbażi tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tagħhom kif stipulat fit-Tabella 1.

    L-EEI tal-bozoz għandu jiġu determinat skont l-Anness VII.



    Tabella 1

    Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għal bozoz

    Klassi tal-effiċjenza enerġetika

    Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) għal bozoz direzzjonali

    Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) għal bozoz direzzjonali

    A++ (l-iktar effiċjenti)

    EEI ≤ 0,11

    EEI ≤ 0,13

    A+

    0,11 < EEI ≤ 0,17

    0,13 < EEI ≤ 0,18

    A

    0,17 < EEI ≤ 0,24

    0,18 < EEI ≤ 0,40

    B

    0,24 < EEI ≤ 0,60

    0,40 < EEI ≤ 0,95

    C

    0,60 < EEI ≤ 0,80

    0,95 < EEI ≤ 1,20

    D

    0,80 < EEI ≤ 0,95

    1,20 < EEI ≤ 1,75

    E (l-inqas effiċjenti)

    EEI > 0,95

    EEI > 1,75




    ANNESS VII

    Metodu għall-ikkalkular tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika u l-konsum tal-enerġija

    1.   KALKOLU TAL-INDIĊI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

    Għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ta’ mudell, il-potenza tiegħu kkoreġuta għal kwalunkwe telf tat-tagħmir ta’ kontroll hija mqabbla mal-potenza ta’ referenza tiegħu. Il-potenza ta’ referenza tinkiseb mill-flus utli ta’ luminożità, li huwa l-fluss totali għal bozoz direzzjonali, u l-fluss f’kon ta’ 90° jew 120° għal bozoz direzzjonali.

    L-EEI jiġi kkalkulat u aġġustat sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali:

    EEI = Pcor/Pref

    fejn:

    Pcor hija l-potenza assenjata (Prated) għall-mudelli mingħajr tagħmir ta’ kontroll estern u l-potenza assenjata (Prated) ikkoreġuta skont it-Tabella 2 għal mudelli b’tagħmir ta’ kontroll estern. Il-potenza assenjata tal-bozoz titkejjel għall-vultaġġ nominali tal-input tagħhom.



    Tabella 2

    Korrezzjoni tal-potenza jekk il-mudell jesiġi tagħmir estern ta’ kontroll

    Skop tal-korrezzjoni

    Potenza kkoreġuta għal telf ta’ tagħmir ta’ kontroll (Pcor)

    Bozoz li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal bozoz aloġeni

    Prated × 1,06

    Bozoz li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal bozoz LED

    Prated × 1,10

    Bozoz fluworexxenti b’dijametru ta’ 16 mm (bozoz T5) u bozoz fluworexxenti b’bażi unika 4-pin li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal bozoz fluworexxenti

    Prated × 1,10

    Bozoz oħra li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal bozoz fluworexxenti

    image

    Bozoz li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern bi skariku elettriku ta’ intensità għolja

    Prated × 1,10

    Bozoz li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll għal bozoz b’sodju ta’ pressjoni baxxa

    Prated × 1,15

    Pref hija l-potenza ta’ referenza miksuba minn fluss utli ta’ luminożità tal-mudell (Φuse) permezz tal-formuli li ġejjin:

    Għall-mudelli b’Φuse < 1 300 lumen: Pref = 0,88√Φuse + 0,049Φuse
    Għall-mudelli b’Φuse < 1 300 lumen: Pref = 0,07341Φuse

    Il-fluss utli ta’ luminożità (Φuse) huwa ddefinit skont it-Tabella 3.



    Tabella 3

    Definizzjoni ta’ fluss utli ta’ luminożità

    Mudell

    Fluss utli ta’ luminożità (Φuse)

    Bozoz mhux direzzjonali

    Fluss ta’ luminożità assenjat totali (Φ)

    Bozoz direzzjonali b’angolu tar-raġġ ≥ 90° għajr bozoz bil-filament u li għandhom twissija testwali jew grafika fuq l-imballaġġ tagħhom li mhumiex adattati għat-tidwil li jaċċentwa

    Fluss utli ta’ luminożità assenjat f’kon ta’ 120° (Φ120°)

    Bozoz direzzjonali oħra

    Fluss ta’ luminożità assenjat f’kon ta’ 90° (Φ90°)

    2.   KALKOLU TAL-KONSUM TAL-ENERĠIJA

    Il-konsum annwali ta’ enerġija ppeżat (Ec ) jiġi kkalkulat f’kWh/1 000 siegħa kif ġej u mqarreb sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali:

    ▼C1

    image

    ▼B

    Fejn Pcor hija l-potenza kkoreġuta għal kwalunkwe telf tat-tagħmir ta’ kontroll skont il-parti 1 hawn fuq.

    ▼M1




    ANNESS VIII

    L-informazzjoni li għandha tingħata f'każ ta' bejgħ, kiri jew xiri bin-nifs fuq l-Internet

    (1) Għall-finijiet tal-punti 2 sa 4 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    “mekkaniżmu għall-wiri” tfisser kwalunkwe skrin, inklużi l-iskrins tattili, jew kwalunkwe teknoloġija viżiva li tintuża biex l-utenti jintwerew il-kontenut fuq l-Internet;

    (b) 

    “wiri ta' ħaġa ġo oħra” tfisser interfaċċa viżiva li fiha wieħed ikollu aċċess għal stampa jew sett tad-dejta billi jagħfas fuq stampa oħra jew sett tad-dejta ieħor bil-maws, jew billi jmur bil-maws fuq dik l-istampa l-oħra jew fuq dak is-sett tad-dejta l-ieħor jew billi jwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor fuq l-iskrin tattilu;

    (c) 

    “skrin tattilu” tfisser skrin li jaħdem meta tmissu bħal tablets, kompjuters tat-tip slate jew smartfowns;

    (d) 

    “test alternattiv” tfisser test li jingħata bħala alternattiva għall-istampi, li jippermetti li l-informazzjoni tintwera b'mod mhux grafiku f'każ li l-apparat għall-wiri ma jkunx jista' juri l-istampa, jew li jingħata biex jappoġġa l-aċċessibbiltà għall-informazzjoni, bħal, pereżempju, biex tiddaħħal fl-applikazzjonijiet għall-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi.

    (2) It-tikketta x-xierqa tal-prodott li l-fornituri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikolu 3(1)(f) jew l-Artikolu 3(2)(e) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li hija tkun tidher u tinqara b'mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs mogħti fl-Anness I. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra. F'dak il-każ, l-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża l-wiri ta' ħaġa ġo oħra, it-tikketta għandha tidher mill-ewwel hekk kif wieħed jagħfas darba bil-maws, jew hekk kif wieħed imur bil-maws fuq l-istampa l-oħra jew is-sett tad-dejta l-ieħor jew hekk kif wieħed iwessa' dik l-istampa l-oħra jew dak is-sett tad-dejta l-ieħor darba fuq l-iskrin tattilu.

    (3) L-istampa li għandha tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra għandha:

    (a) 

    tkun vleġġa li jkollha l-istess kulur bħall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

    (b) 

    turi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott bl-abjad fuq il-vleġġa, bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz; kif ukoll

    (c) 

    tkun f'wieħed miż-żewġ formati li ġejjin:

    image

    (4) Fil-każ tal-wiri ta' ħaġa ġo oħra, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:

    (a) 

    l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott;

    (b) 

    l-istampa għandha tagħmel kollegament mat-tikketta;

    (c) 

    it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jagħfas l-istampa bil-maws, jew imur bil-maws fuq l-istampa jew iwessa' dik l-istampa fuq l-iskrin tattilu;

    (d) 

    it-tikketta għandha tintwera billi tinfetaħ kaxxa oħra, folja (“tab”) ġdida jew paġna ġdida fuq l-iskrin, jew billi tintwera permezz ta' skrin ieħor fuq l-istess skrin;

    (e) 

    għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir bil-mess;

    (f) 

    it-tikketta għandu jkollha għażla biex tingħalaq jew mekkaniżmu ieħor standard biex tingħalaq sabiex ma tibqax tintwera;

    (g) 

    it-test alternattiv għall-istampa, li għandu jintwera jekk l-istampa ma tintweriex, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott, muri bl-istess daqs bħad-daqs tal-prezz.



    ( 1 ) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

    ( 2 ) ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

    Top