This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02009R0911-20170105
Commission Regulation (EC) No 911/2009 of 29 September 2009 concerning the authorisation of a new use of the preparation of Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M as a feed additive for salmonids and shrimps (holder of authorisation Danstar Ferment AG ) (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009 tad- 29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli (detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG ) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009 tad- 29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli (detentur tal-awtorizzazzjoni Danstar Ferment AG ) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
No longer in force
02009R0911 — MT — 05.01.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 911/2009 tad-29 ta’ Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli (detentur tal-awtorizzazzjoni ►M1 Danstar Ferment AG ◄ ) (ĠU L 257 30.9.2009, p. 10) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2260 tal-15 ta' Diċembru 2016 |
L 342 |
14 |
16.12.2016 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 911/2009
tad-29 ta’ Settembru 2009
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli (detentur tal-awtorizzazzjoni ►M1 Danstar Ferment AG ◄ )
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
|
CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (li jaffettwaw favorevolment it-tkabbir tal-annimali). |
|||||||||
|
4d1712 |
►M1 Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS ◄ |
Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparazzjoni ta’ ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M li fiha minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Ċelloli vijabbli Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M Metodu analitiku (1): Il-kwantifikazzjoni: metodu tat-tifrix bl-użu ta’ agar MRS u 37 °C bħala temperatura ta’ inkubazzjoni. Identifikazzjoni: elettroforeżi bil-ġell f’kamp pulsat (PFGE). |
Salmonidi |
— |
3 × 109 |
— |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita minn qabel, indika t-temperatura li fiha ssir il-ħażna, it-tul ta’ żmien tal-ħażna u l-istabilità għall-pelleting. 2. Doża rakkomandata għas-Salmonidi 3 × 109 CFU/kg ta’ għalf komplut. 3. Għal raġunijiet ta’ sikurezza: għandha tintuża protezzjoni għar-respirazzjoni matul l-immaniġġjar. |
20 ta’ Ottubru 2019 |
|
Gambli |
1 × 109 |
||||||||
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju li ġej: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives |
|||||||||