EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0105

Direttiva 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 marbuta ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (Verżjoni kkodifikata) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 264, 8.10.2009, p. 12–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 054 P. 214 - 231

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2016; Imħassar b' 32014L0029

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/105/oj

8.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/12


DIRETTIVA 2009/105/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2009

marbuta ma’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni

(verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/404/KEE tal-25 Ġunju 1987 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta ma’ tankijiet sempliċi ta’ pressjoni (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw is-sigurtà ta’ persuni, annimali domestiċi u proprjetà fit-territorju tagħhom fir-rigward ta’ perikli li jirriżultaw mit-tnixxija jew tifqigħ ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni.

(3)

F’kull Stat Membru, dispożizzjonijiet mandatorji jiddefinixxu b’mod partikolari l-livell ta’ sigurtà meħtieġa minn reċipjenti sempliċi taħt pressjoni billi jispeċifikaw il-karatteristiċi ta’ disinn u tħaddim, kundizzjonijiet ta’ stallazzjoni u użu u proċeduri ta’ spezzjoni qabel u wara li jitqiegħdu fis-suq. Dawn id-dispożizzjonijiet mandatorji ma jwasslux neċessarjament għal livelli ta’ sigurtà differenti minn Stat Membru għal ieħor iżda, bin-nuqqas ta’ qbil tagħhom, ifixklu l-kummerċ fi ħdan il-Komunità.

(4)

Din id-Direttiva għalhekk għandha tinkludi biss ħtiġijiet mandatorji u essenzjali. Biex tkun iffaċilitata prova ta’ konformità mal-ħtiġijiet essenzjali, huwa neċessarju li jkun hemm standards armonizzati fuq livell Komunitarju b’mod partikolari għad-disinn, tħaddim u stallazzjoni ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni biex prodotti li huma konformi magħhom jistgħu jitqiesu li huma konformi mal-ħtiġijiet tas-sigurtà. Dawn l-istandards armonizzati f’livell Ewropew huma mfassla minn korpi privati u għandhom jibqgħu testijiet mhux mandatorji. Għal dak il-għan il-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni (CEN), l-Kumitat Ewropew għal Standardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI) huma rikonoxxuti bħala l-korpi kompetenti għall-adozzjoni ta’ standards armonizzati bi qbil mal-linji ta’ gwida ġenerali għal koperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) u dawk it-tliet korpi ffirmati fit-28 ta’ Marzu 2003 (5) .

(5)

Il-Kunsill diġà adotta serje ta’ Direttivi mfassla sabiex ineħħu l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ b’mod konformi mal-prinċipji stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għal armonizzazzjoni u standards tekniċi (6); billi kull waħda minn dawn id-Direttivi tipprevedi t-twaħħil tal-marka “CE”. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-15 ta’ Ġunju 1989 dwar approċċ globali għaċ-ċertifikazzjoni u l-ittestjar (7), il-Kummissjoni pproponiet li jsiru regoli komuni li jikkonċernaw immarkjar “CE” b’disinn sempliċi. Fir-Riżoluzzjoni tagħha tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar approċċ globali għal evalwazzjoni ta’ konformità (8), il-Kunsill approva bħala prinċipju ta’ gwida l-adozzjoni tal-approċċ konsistenti bħal dan fir-rigward tal-użu tal-marka “CE”. Iż-żewġ elementi bażiċi tal-approċċ il-ġdid li għandhom jiġu applikati huma għalhekk il-ħtiġijiet essenzjali u l-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità.

(6)

Iċċekkjar dwar konformità mal-ħtiġijiet tekniċi relevanti huwa meħtieġ biex tkun provduta protezzjoni effettiva għal utenti u terzi persuni. Il-proċeduri ta’ spezzjoni eżistenti huma differenti minn Stat Membru għal ieħor. Biex ikunu evitati għadd ta’ spezzjonijiet, li fl-effett tagħhom ikunu xkiel għall-moviment liberu ta’ reċipjenti , għandhom isiru arranġamenti għar-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri ta’ spezzjoni mill-Istati Membri. Biex ikun iffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri ta’ spezzjoni, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri tal-Komunità u għandhom kif ukoll il-kriterji biex jinħatru l-korpi responsabbli mill-eżekuzzjoni tat-testijiet, sorveljanza u verifika.

(7)

Il-preżenza tal-immarkar “CE” fuq reċipjenti sempliċi taħt pressjoni għandha tindika li dan jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u għalhekk ma jkunx hemm għalfejn, meta reċipjent ikun impurtat u mqiegħed għax-xogħol, li jiġu rrepetuti l-ispezzjonijiet li diġà jkunu saru. Minkejja li reċipjenti sempliċi taħt pressjoni jafu jirrappreżentaw perikolu lis-sigurtà. Għandha għalhekk issir dispożizzjoni għal proċedura biex jitnaqqas dan il-periklu.

(8)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness IV, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

AMBITU, DEFINIZZJONIJIET TQEGĦID FIS-SUQ U MOVIMENT LIBERU

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva tapplika għal reċipjenti sempliċi taħt pressjoni manifatturati f’sensiela.

2.   Ir-reċipjenti li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tad-Direttiva:

(a)

reċipjenti ddisinjati speċifikament għal użu nukleari, li l-falliment tagħhom jista’ jikkawża emissjoni ta’ radjuattività;

(b)

reċipjenti maħsuba speċifikament għal stallazzjoni f’vapuri u ajruplani jew għall-propulsjoni tagħhom;

(c)

apparat għat-tifi tan-nar.

3.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“reċipjent sempliċi taħt pressjoni” jew “reċipjent” tfisser reċipjent iwweldjat soġġett għal pressjoni interna mmarkata li hi aktar minn 0,5 bar li huwa maħsub biex ikollu arja jew nitroġenu u li mhuwiex maħsub li jiġi sparat;

Il-partijiet u assemblaġġi li jikkontribwixxu għas-saħħa tar-reċipjent taħt pressjoni għandhom ikunu magħmula minn azzar mhux imħallat ta’ kwalità jew minn aluminju mhux imħallat jew taħlit ta’ aluminju li ma jibbisx biż-żmien.

Ir-reċipjent għandu jkun magħmul minn:

(i)

jew parti ċilindrika ta’ felli li jdur bħal ċirku magħluq bi truf iddixxjati ‘l barra u/jew ċatti li jduru madwar l-istess fus li miegħu ddur il-parti ċilindrika;

(ii)

jew żewġt itruf iddixxjati li jduru madwar l-istess fus.

Il-pressjoni massima operattiva tar-reċipjent ma għandhiex teċċedi t-30 bar u l-prodott ta’ dik il-pressjoni u l-kapaċità tar-reċipjent (PS x V) ma għandhiex teċċedi 10 000 bar/litru;

It-temperatura minima operattiva ma għandhiex tkun anqas minn –50 °C u t-temperatura massima operattiva ma għandhiex tkun ogħla minn 300 °C għal reċipjenti tal-azzar u 100 °C għal reċipjenti ta’ aluminju jew ta’ aluminju mħallat.

(b)

“norma armonizzata” tfisser speċifikazzjoni teknika (standard Ewropew jew dokument ta’ armonizzazzjoni) adottata mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC), jew l-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet (ETSI) jew tnejn minn dawn il-korpi, jew mit-tlieta li huma, fuq proposta mill-Kummissjoni bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (9) u l-linji ta’ gwida ġenerali għal koperazzjoni bejn il Kummissjoni, l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA) u dawn it-tliet korpi ffirmati fit-28 ta’ Marzu 2003.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha biex jiżguraw li r-reċipjenti jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jiddaħħlu fis-servizz biss jekk ma jikkompromettux is-sigurtà ta’ persuni, annimali domestiċi jew proprjetà meta stallati, issir manutenzjoni fuqhom u meta wżati għall-finijiet li għalihom huma maħsuba.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw id-dritt ta’ Stati Membri li jispeċifikaw – b’osservanza xierqa tat-Trattat – il-ħtiġijiet li huma jaħsbu li huma meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema jkunu protetti meta jkunu qegħdin jużaw ir-reċipjenti, sakemm dan ma jfissirx li r-reċipjenti jkunu modifikati b’mod li m’huwiex speċifikat f’din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   Reċipjenti li l-prodott ta’ PS x V tagħhom jeċċedi il-50 bar/litru għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ sigurtà essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

2.   Reċipjenti li l-prodott PS x V tagħhom huwa 50 bar/litru jew anqas għandhom ikunu manifatturati bi qbil ma’ prattika soda ta’ inġinerija f’wieħed mill-Istati Membri u li jkollhom il-marki kif stabbilit fl-Anness II, punt 1, bl-eċċezzjoni tal-immarkar “CE” imsemmi fl-Artikolu 16.

Artikolu 4

L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq jew dħul fis-servizz fit-territorju tagħhom ta’ reċipjenti li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jassumu li reċipjenti li għandhom l-immarkar “CE” jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva.

Il-konformità tar-reċipjenti mal-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom jirriżultaw fi preżunzjoni ta’ konformità mal-ħtiġiet essenzjali tas-sigurtà stabbiliti fl-Anness I .

L-Istati Membri għandhom jippublikaw in-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards nazzjonali.

2.   Stati Membri għandhom jippreżumu li reċipjenti li għalihom ma jeżistux l-istandards msemmijin fit-tieni subpargarafu tal-paragrafu 1, jew fejn il-manifattur ma applikax għalihom, jew applika biss parzjalment, dawk l-istandards, jikkonformaw mal-ħtiġijiet essenzjali ta’ sigurtà stabbiliti fl-Anness I fejn, wara li jkun inkiseb ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE, il-konformità tagħhom mal-mudell approvat tkun ġiet ċertifikata bit-twaħħil tal-immarkar “CE”.

3.   Fejn ir-reċipjenti huma soġġetti għal Direttivi oħra li jkopru aspetti oħra u li jipprovdu wkoll għat-twaħħil tal-immarkar “CE”, dan tal-aħħar għandu jindika li r-reċipjenti in kwistjoni huma preżunti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi l-oħra.

Iżda, fejn waħda jew aktar minn dawn id-Direttivi jippermettu lill-manifattur, waqt perjodu ta’ tranżizzjoni, li jagħżel liema arranġamenti japplika, l-immarkar “CE” għandu jindika konformità mad-Direttivi applikati mill-manifattur biss. F’dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jingħataw fid-dokumenti, notifiki jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkumpanjaw lil dawn ir-reċipjenti.

Artikolu 6

Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 5(1) ma jilħqux kompletament il-ħtiġijiet essenzjali ta’ sigurtà stabbiliti fl-Anness I, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-każ quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-kumitat”, u jagħti r-raġunijiet għal dan.

Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.

Fid-dawl tal-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri jekk huwiex meħtieġ jew le li jkunu rtirati dawk l-istandards mill-pubblikazzjonijiet, msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1).

Artikolu 7

1.   Fejn Stat Membru jsib li reċipjenti li fihom l-immarkar “CE” u li huma użati bi qbil mal-għan maħsub għalihom jafu jikkompromettu s-sigurtà ta’ persuni, annimali domestiċi jew proprjetà, huwa għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira dawk il-prodotti mis-suq jew biex jipprojbixxi jew jirristrinġi t-tqegħid tagħhom fis-suq.

L-Istat Membru konċernat għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni dwar kull miżura bħal din, jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, u b’mod partikolari jekk in-nuqqas ta’ konformità hijiex dovuta għal:

(a)

falliment biex jintlaħqu l-ħtiġijiet essenzjali ta’ sigurtà stabbiliti fl-Anness I, fejn ir-reċipjent ma jilħaqx l-istandards armonizzati;

(b)

applikazzjoni skorretta tal-istandards armonizzati;

(c)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati infushom.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet konċernati kemm jista’ jkun malajr. Fejn, wara konsultazzjoni bħal din, il-Kummissjoni ssib li kull miżura li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 tkun ġustifikata, hi għandha tinforma minnufih lill-Istat Membru li jkun ħa l-azzjoni kif ukoll lill-Istati Membri l-oħra.

Fejn id-deċiżjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 tattribwixxi għal nuqqasijiet fl-istandards, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet konċernati, għandha ġġib il-każ quddiem il-Kumitat fi żmien xahrejn jekk l-Istat Membru li ħa l-miżuri jixtieq iżommhom u għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 6.

3.   Fejn reċipjent li ma jikkonformax ikollu l-immarkar “CE”, l-Istat Membru kompetenti għandu jieħu passi xierqa kontra kull min ikun waħħal il-marka u għandu jinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar dan.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jinżammu informati dwar il-progress u riżultati tal-proċedura msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3.

KAPITOLU II

ĊERTIFIKAZZJONI

TAQSIMA 1

Proċeduri ta’Ċertifikazzjoni

Artikolu 8

1.   Qabel ma tibda l-produzzjoni ta’ reċipjenti taħt pressjoni li l-prodott PS x V tagħhom jkun jeċċedi l-50 bar/litru, manifatturati skont l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 5(1), il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għandu bl-għażla tiegħu jew:

(a)

jinforma korp approvat ta’ spezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9, li wara li jeżamina d-disinn u l-iskeda tal-manifattura stabbiliti fl-Anness II punt 3, għandu jipprepara ċertifikat ta’ suffiċjenza li jafferma li l-iskeda hija sodisfaċenti, jew

(b)

jissottometti reċipjent prototip għall-eżami tat-tip KE imsemmi fl-Artikolu 10.

2.   Qabel ma sseħħ il-produzzjoni ta’ reċipjenti taħt pressjoni li l-prodott PS x V tagħhom jkun jeċċedi l-50 bar/litru, mhux manifatturati, jew manifatturati biss parzjalmemt, skont l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 5(1), il-manifattur, jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, għandu jissottometti reċipjent prototip għall-eżami tat-tip KE imsemmifl-Artikolu 10.

3.   Reċipjenti manifatturati bi qbil mal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 5(1), jew bil-prototip approvat għandhom, qabel ma jitqiegħdu fis-suq, ikunu soġġetti:

(a)

għall-verifika KE msemmia fl-Artikolu 11 fejn il-prodott ta’ PS x V jeċċedi t-3 000 bar/litru;

(b)

għall-għażla tal-manifattur, fejn il-prodott ta’ PS x V ma jeċċedix it-3 000 bar/litru imma jeċċedi l-50 bar/litru:

(i)

jew għad-dikjarazzjoni ta’ konformità KE imsemmija fl-Artikolu 12, jew

(ii)

għall-verifika KE imsemmija fl-Artikolu 11.

4.   Ir-reġistri, u korrispondenza marbuta mal-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jinkitbu bl-ilsien uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp ta’ spezzjoni approvat jew b’ilsien aċċettat minn dak il-korp.

Artikolu 9

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi ta’ spezzjoni approvati li nnominaw sabiex jesegwixxu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 8(1), (2) u (3) flimkien max-xogħlijiet speċifiċi li dawn il-korpi ġew nominati li jesegwixxu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista tal-korpi notifikati flimkien man-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u x-xogħlijiet li għalihom ġew notifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.

2.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness III .

3.   Stat Membru li jkun approva korp ta’ spezzjoni għandu jirtira l-approvazzjoni jekk jinduna li l-korp m’għadux jissodisfa il-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness III.

Huwa għandu immedjatament jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

TAQSIMA 2

Eżami tat-tip KE

Artikolu 10

1.   L-eżami tat-tip KE hija l-proċedura li biha korp approvat ta’ spezzjoni jaċċerta u jiċċertifika li reċipjent prototip jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih.

2.   L-applikazzjoni għal eżami tat-tip KE għandha ssir mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat minnu ma’ korp approvat ta’ spezzjoni wieħed rigward reċipjent prototip jew prototip li jirrappreżenta familja ta’ reċipjenti. Dak ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkun stabbilit fil-Komunità.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat minnu u l-post ta’ manifattura tar-reċipjent ;

(b)

l-iskeda tad-disinn u l-manifattura msemmija fl-Anness II, punt 3.

Hija għandha tkun akkumpanjata minn reċipjent li jkun rappreżentattiv tal-produzzjoni preveduta.

3.   Il-korp ta’ spezzjoni approvat għandu jagħmel l-eżami tat-tip KE fil-manjiera deskritta fit-tieni u t-tielet subparagrafu .

Huwa għandu jeżamina mhux biss l-iskeda tad-disinn u l-manifattura biex jiċċekkja l-konformità tiegħu, iżda wkoll ir-reċipjent sottomess.

Meta jeżamina r-reċipjent, il-korp għandu:

(a)

jivverifika li r-reċipjent ġie mmanifatturat b’mod konformi mal-iskeda tad-disinn u manifattura u li jista’ jintuża b’mod sigur fil-kundizzjonijiet tax-xogħol maħsuba għalih;

(b)

jagħmel eżamijiet u testijiet xierqa biex jiċċekkja li r-reċipjent huwa konformi mal-ħtiġijiet essenzjali applikabbli għalih.

4.   Jekk il-prototip huwa konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli għalih il-korp ta’ spezzjoni approvat għandu jipprepara ċertifikat tal-eżami tat-tip KE li għandu jintbagħat lill-applikant. Dak iċ-ċertifikat għandu jiddikjara l-konklużjonijiet tal-eżami, jindika xi kundizzjonijiet li għalihom tista’ tkun soġġetta l-pubblikazzjoni tiegħu u jkun akkumpanjat mid-deskrizzjonijiet u tpinġijiet meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-prototip approvat.

Il-Kummissjoni, il-korpi ta’ spezzjoni approvati l-oħra u l-Istati Membri l-oħra jistgħu jiksbu kopja taċ-ċertifikat u, b’talba raġunata, kopja tal-iskeda tad-disinn u manifattura u r-rapporti dwar l-eżamijiet u t-testijiet li jkunu saru.

5.   Korp ta’ spezzjoni approvat li jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE għandu jinforma lill-korpi ta’ spezzjoni approvati l-oħra dwar dan.

Korp ta’ spezzjoni approvat li jirtira ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE għandu jinforma dwar dan lill-Istat Membru li jkun approvah. Dan tal-aħħar għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar dan, u jagħti r-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni.

TAQSIMA 3

Verifika tal-KE

Artikolu 11

1.   Il-verifika tal-KE hija l-proċedura li biha manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jiżgura u jiddikjara li r-reċipjenti li ġew ikkontrollati b’mod konformi mal-paragrafu 3 huma f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE jew mal-iskeda ta’ disinn u manifattura stabbilita fl-Anness II punt 3 b’riċevuta ta’ ċertifikat ta’ suffiċjenza.

2.   Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa kollha għall-proċess ta’ manifattura sabiex jiżgura li r-reċipjenti kollha jikkonformaw mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE jew għall-iskeda ta’ disinn u manifattura stabbilita fl-Anness II punt 3. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal il-marka “CE” fuq kull reċipjent u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità.

3.   Il-korp ta’ spezzjoni approvat għandu jesegwixxi l-eżamijiet u testijiet xierqa sabiex jikkontrolla l-konformità tar-reċipjenti mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva permezz ta’ eżami u ttestjar tar-reċipjenti b’mod konformi mat-tieni sal-għaxar subparagrafi.

Il-manifattur għandu jippreżenta r-reċipjenti tiegħu fil-forma ta’ lottijiet u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex il-proċess ta’ manifattura jiżgura l-uniformità ta’ kull lott prodott.

Dawn il-lottijiet għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat ta’ eżami tat-tip KE imsemmi fl-Artikolu 10, jew, jekk ir-reċipjenti ma jkunux immanifatturati b’mod konformi ma prototip approvat, mill-iskeda ta’ disinn u manifatturar stabbiliti fl-Anness II punt 3. F’dan il-każ il-korp ta’ spezzjoni approvat għandu, qabel il-verifika KE, jeżamina l-iskeda sabiex jiċċertifika l-konformità tagħha.

Meta lott jiġi eżaminat, il-korp ta’ spezzjoni approvat għandu jiżgura li r-reċipjenti ġew manifatturati u kkontrollati b’mod konformi mal-iskeda ta’ disinn u manifatturar u għandu jagħmel test idrostatiku jew, test pnewmatiku ta’ effett ekwivalenti fuq kull reċipjent fin-numru ta’ reċipjenti bi pressjoni Ph ugwali għal darba u nofs tal-pressjoni ddisinnjata għar-reċipjent sabiex jiġi kkontrollat l-istat tajjeb tiegħu. It-test pnewmatiku għandu jkun soġġett għall-aċċettazzjoni tal-proċeduri tas-sigurtà tat-testijiet mill-Istat Membru li fih isir it-test.

Barra minn hekk, il-korp ta’ spezzjoni approvat għandu jwettaq testijiet fuq biċċiet għat-test meħudin minn biċċa għat-test tal-produzzjoni rappreżentattiva jew minn reċipjent, kif jagħżel il-manifattur, sabiex tiġi eżaminata l-kwalità tal-iwweldjar. It-testijiet għandhom isiru fuq weldjaturi lonġitudinali. Iżda, fejn jintużaw tekniki differenti ta’ wweldjar għal weldjaturi lonġitudinali u ċirkulari, it-testijiet għandhom jerġgħu jsiru fuq il-weldjaturi ċirkulari.

Għar-reċipjenti msemmija fl-Anness I punt 2.1.2 dawn it-testijiet fuq biċċiet għat-test għandhom jinbidlu b’test idrostatiku fuq ħames reċipjenti meħudin b’mod każwali minn kull numru ta’ reċipjenti, sabiex jiġi kkontrollat li jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali ta’ sigurtà stabbiliti stabbiliti fl-Anness I punt 2.1.2.

Fil-każ ta’ lottijiet aċċettati, il-korp ta’ spezzjoni approvat għandu jwaħħal, jew iqabbad lil min iwaħħal, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu fuq kull prodott reċipjent u għandu jifformola ċertifikat ta’ konformità bil-miktub dwar it-testijiet imwettqa. Ir-reċipjenti kollha fil-lott jistgħu jitqiegħdu fis-suq għajr dawk li m’għaddewx b’mod sodisfaċenti minn test idrostatiku jew test pnewmatiku.

Jekk lott jiġi rifjutat, il-korp ta’ spezzjoni approvat għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ dak il-lott. Fl-eventwalità ta’ rifjut b’mod frekwenti tal-lottijiet, il-korp ta’ spezzjoni approvat jista’ jissospendi l-verifika tal-istatistika.

Il-manifattur jista’, taħt ir-responsabbilità tal-korp ta’ spezzjoni approvat, iwaħħal in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ dan tal-aħħar waqt il-proċess ta’ manifattura;

Il-manifattur jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu għandu jkun jista’ jforni fuq talba, iċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp ta’ spezzjoni approvat li saret referenza għalihom fis-seba’ subparagrafu.

TAQSIMA 4

Dikjarazzjoni ta’Konformità KE

Artikolu 12

1.   Manifattur li jissodisfa l-obbligi li jqumu mill-Artikolu 13 għandu jwaħħal l-immarkar “CE” li hemm provdut għalih fl-Artikolu 16 fuq ir-reċipjenti li jiddikjara li huma f’konformità:

(a)

mal-iskeda ta’ disinn u manifattura stabbilita fl-Anness II, punt 3, li fuqha ġie ppreparat ċertifikat ta’ adegwatezza jew

(b)

prototip approvat.

2.   B’din id-dikjarazzjoni ta’ proċedura ta’ konformità KE l-manifattur jiġi soġġett għal sorveljanza KE, f’każi fejn il-prodott ta’ PS x V jeċċedi l-200 bar/litru.

L-iskop tas-sorveljanza KE hija biex ikun żgurat, kif meħtieġ fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 14, li l-manifattur jissodisfa l-obbligi li joħorġu minn Artikolu 13(2). Sorveljanza għandha ssir mill-korp ta’ spezzjoni approvat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE li għalih jirreferi l-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 10 (4), fejn ir-reċipjenti kienu ġew manifatturati bi qbil ma’ prototip approvat jew, jekk dan ma jkunx il-każ, mill-korp approvat li lilu tkun intbagħtet l-iskeda tad-disinn u manifattura bi qbil ma’ Artikolu 8(1), punt (a).

Artikolu 13

1.   Fejn manifattur juża l-proċedura li għaliha jirreferi Artikolu 12, huwa għandu, qabel jibda l-manifattura, jibgħat lill-korp ta’ spezzjoni approvat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip KE jew iċ-ċertifikat ta’ suffiċjenza, dokument li jiddeskrivi l-proċessi tal-manifattura u l-miżuri sistematiċi deċiżi minn qabel meħuda biex tkun żgurata konformità tar-reċipjenti taħt pressjoni ma’ standards imsemmija fl-Artikolu 5(1) jew il-prototip approvat.

2.   Dan id-dokument għandu jinkludi:

(a)

deskrizzjoni tal-mezz ta’ manifattura u ċċekkjar xieraq għall-kostruzzjoni tar-reċipjent;

(b)

dokument ta’ spezzjoni li jiddeskrivi l-eżamijiet u testijiet xierqa li għandhom isiru waqt il-manifattura, flimkien mal-proċeduri ta’ dawn u l-frekwenza li bihom għandhom isiru;

(c)

impenn li jsiru l-eżamijiet u testijiet bi qbil mad-dokument ta’ spezzjoni msemmi f’punt (b) u li jsir test idrostatiku jew, soġġett għall-ftehim tal-Istat Membru, test pnewmatiku esegwit fuq kull reċipjent manifatturat bi pressjoni tat-test ugwali għal darba u nofs il-pressjoni tad-disinn.

Dawn l-eżamijiet u testijiet għandhom isiru bir-responsibbilità ta’ ħaddiema kwalifikati li jkunu indipendenti biżżejjed minn nies impjegati tal-produzzjoni, u għandhom ikunu s-suġġett ta’ rapport;

(d)

l-indirizzi tal-postijiet ta’ manifattura u ħażna u d-data li fiha għandha tibda l-manifattura.

3.   Meta l-prodott ta’ PS x V jeċċedi l-200 bar/litru, il-manifatturi għandhom jawtorizzaw aċċess għall-imsemmijin postijiet ta’ manifattura u ħażna mill-korp responsabbli għal sorveljanza KE, għal finijiet ta’ spezzjoni, u għandhom jippermettu lil dak il-korp li jagħżel kampjuni ta’ reċipjent u għandhom jipprovduh bl-informazzjoni meħtieġa kollha, u b’mod partikolari:

(a)

l-iskeda ta’ disinn u manifattura;

(b)

ir-rapport ta’ spezzjoni;

(c)

iċ-ċertifikat tat-tip KE jew ċertifikat ta’ suffiċjenza, fejn xieraq;

(d)

rapport dwar l-eżamijiet u testijiet li saru.

Artikolu 14

Il-korp ta’ spezzjoni approvat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tat-tip KE jew iċ-ċertifikat ta’ suffiċjenza għandu, qabel id-data li tibda kull manifattura, jeżamina sew id-dokument li għalih jirreferi Artikolu 13(1) u sew l-iskeda ta’ disinn u manifattura stabbiiti fl-Anness II, punt 3, biex tkun iċċertifikata l-konformità tagħhom fejn reċipjenti ma jkunux manifatturati bi qbil mal-prototip approvat.

Barra minn dan, fejn il-prodott ta’ PS x V jeċċedi l-200 bar/litru, dak il-korp ta’ spezzjoni approvat għandu waqt il-manifattura:

(a)

jiżgura li l-manifattur effettivament jiċċekkja reċipjenti prodotti f’sensiela bi qbil mal-Artikolu 13(2), punt (c);

(b)

jieħu kampjuni bl-addoċċ fil-postijiet ta’ manifattura jew fil-post ta’ ħażna ta’ reċipjenti għal finijiet ta’ spezzjoni.

Il-korp ta’ spezzjoni approvat għandu jissupplixxi kopja tar-rapport ta’ spezzjoni lill-Istat Membru li approvaha, u, b’talba, lill-korpi ta’ spezzjoni approvati l-oħra, l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

IL-KAPITOLU III

L-IMMARKAR “CE” U SKRIZZJONIJIET

Artikolu 15

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7:

(a)

fejn Stat Membru jistabbilixxi li l-marka “CE” ġiet imwaħħla bla raġuni, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi mad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar “CE” u li jwaqqaf il-ksur tar-regolament taħt il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru;

(b)

fejn in-nuqqas ta’ konformità tkompli, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jirristrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fuq is-suq tal-prodott in kwistjoni jew li jiżgura li jitneħħa mis-suq b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7.

Artikolu 16

1.   L-immarkar ta’ konformità “CE” u l-iskrizzjonijiet li hemm provdut għalihom f’Anness II, punt 1, għandhom jitwaħħlu b’mod viżibbli, li jinqraw faċilment u f’forma li ma titħassarx mar-reċipjent jew fuq pjanċa ta’ informazzjoni mwaħħla mar-reċipjent b’mod li ma tistax tinqala’.

L-immarkar “CE” għandu jkun magħmul mill-inizjali “CE” fil-forma murija fil-kampjun fl-Anness II, punt 1.1. L-immarkar “CE” għandu jkun segwit min-numru ta’ identifikazzjoni li hemm referenza għalih fl-Artikolu 9(1) tal-korp ta’ spezzjoni approvat responsabbli mill-verifiki “CE” jew mis-sorveljanza “CE”.

2.   It-twaħħil ta’ marki fuq ir-reċipjenti li jafu jqarrqu b’terzi persuni fejn jidħol it-tifsir u l-forma tal-immarkar “CE” għandu jiġi projbit. Tista’ titwaħħal kull marka oħra mar-reċipjenti jew mal-pjanċa tad-data sakemm il-visibilità u l-leġibilità tal-immarkar “CE” ma tkunx b’hekk imnaqqsa.

IL-KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Kull deċiżjoni meħuda skont din id-Direttiva li tirriżulta f’restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq u/jew it-teħid fis-servizz ta’ reċipjent għandha tiddikjara r-raġunijiet eżatti dwar fuqhiex inhi bbażata. Deċiżjoni bħal din għandha tkun innotifikata mingħajr dewmien lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tkun infurmata dwar ir-rimedji ġudizzjali disponibbli lilu fil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u dwar il-limiti taż-żmien li għalihom huma soġġetti dawn ir-rimedji.

Artikolu 18

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 19

Id-Direttiva 87/404/KEE, kif emendata mid-Direttivi elenkati fl-Anness IV, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness IV, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 20

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 21

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Settembru 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

C. MALMSTRÖM


(1)  ĠU C 27, 3.2.2009, p. 41.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009.

(3)  ĠU L 220, 8.8.1987, p. 48.

(4)  Ara l-Anness IV, Parti A.

(5)  ĠU C 91, 16.4.2003, p. 7.

(6)  ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

(7)  ĠU C 267, 19.10.1989, p. 3.

(8)  ĠU C 10, 16.1.1990, p. 1.

(9)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.


ANNESS I

ĦTIĠIJIET TA’ SIGURTÀ ESSENZJALI

(msemmija fl-Artikolu 3(1))

1.   MATERJALI

Il-materjali għandhom jintgħażlu skont l-użu maħsub tar-reċipjent u bi qbil ma’ punti 1.1 sa 1.4.

1.1.   Partijiet taħt pressjoni

Il-materjali msemmija fl-Artikolu 1 li huma użati għall-manifattura tal-partijiet taħt pressjoni għandhom ikunu:

(a)

kapaċi li jiġu wweldjati;

(b)

duttili u b’saħħithom, biex xi ksur b’temperatura minima operattiva ma tippermettix tfarrik jew ksur tat-tip fraġli;

(c)

m’huwiex affettwat avversament biż-żmien.

Għal reċipjenti tal-azzar, il-materjali għandhom ukoll jilħqu l-ħtiġijiet stabbiliti fil-punt 1.1.1 u, għal reċipjenti tal-aluminju jew ta’ aluminju mħallat, dawk stabbiliti fil-punt 1.1.2.

Huma għandhom ikunu akkumpanjati minn karta ta’ spezzjoni ppreparata mill-produttur tal-materjali.

1.1.1.   Reċipjenti tal-azzar

Azzar mhux imħallat ta’ kwalità għandu jilħaq il-ħtiġijet li ġejjin:

(a)

huwa ma għandux ikun effervexxenti u jkun fornut wara trattament ta’ normalizzazzjoni, jew fi stat ekwivalenti;

(b)

il-kontenut ta’ karbonju għal kull prodott għandu jkun inqas minn 0,25 % u dak ta’ kubrit u fosfru għandu jkun anqas minn 0,05 % f’kull każ;

(c)

huma għandu jkollhom il-kwalitajiet mekkaniċi li ġejjin għal kull prodott:

ta’ tensjoni massima Rm,mass għandha tkun anqas minn 580 N/mm2,

wara l-ksur għandu jkun:

il-biċċiet tat-test jittieħdu paralleli għad-direzzjoni tal-irrumblar:

ħxuna ≥ 3 mm:

A

≥ 22 %,

ħxuna < 3 mm:

A80 mm

≥ 17 %,

il-biċċiet tat-test jittieħdu perpendikolari għad-direzzjoni tal-irrumblar:

ħxuna ≥ 3 mm:

A

≥ 20 %,

ħxuna < 3 mm:

A80 mm

≥ 15 %

il-medja ta’ telf ta’ enerġija KCV għal tliet biċċiet tat-test lonġitudinali f’temperatura minima operattiva ma għandhiex tkun anqas minn 35 J/ċm2. Mhux aktar minn wieħed mit-tliet ċifri ma tista’ tkun anqas minn 35 J/ċm2, b’minimu ta’ 25 J/ċm2.

Fil-każ ta’ azzar użat fil-manifattura ta’ reċipjenti li t-temperatura minima operattiva tagħhom tkun anqas minn – 10 °C u li l-ħxuna tal-ħitan tagħhom ma taqbiżx ħames mm, din il-kwalità għandha tkun iċċekkjata.

1.1.2.   Reċipjenti tal-aluminju

Aluminju mhux imħallat għandu jkollu kontenut ta’ aluminju ta’ mill-anqas 99,5 % u dawk it-taħlitiet deskritti fl-Artikolu 1(3)(a) għandhom juru reżistenza adegwata għall-korrożjoni interkristallina f’temperatura massima operattiva.

Aktar minn hekk, dawn il-materjali għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet li ġejjin:

(a)

huma għandhom jiġu fornuti fi stat temprat; u

(b)

huma għandu jkollhom il-kwalitajiet mekkaniċi li ġejjin għal kull prodott:

is-saħħa massima ta’ tensjoni Rm,mass m’għandhiex tkun aktar minn 350 N/mm2,

it-titwil wara l-ksur għandu jkun:

A ≥ 16 % jekk il-biċċa għat-test hija meħuda paralleli għad-direzzjoni tal-irrumblar,

A ≥ 14 % jekk il-biċċa għat-test hija meħuda perpendikolari għad-direzzjoni tal-irrumblar.

1.2.   Materjali għall-iwweldjar

Il-materjali għall-iwweldjar użati fl-eżekuzzjoni ta’ weldjaturi fuq jew fil-manifattura tar-reċipjent taħt pressjoni għandhom ikunu xierqa għal u kompatibbli mal-materjali li se jkunu jiġu wweldjati.

1.3.   Aċċessorji li jikkontribwixxu għas-saħħa tar-reċjipjent

Dawn l-aċċessorji (eż boltijiet u skorfini) għandhom ikunu magħmula minn materjal speċifikat f’1.1 jew ta’ tipi oħra ta’ azzar, aluminju jew aluminju mħallat kompatibbli mal-materjali użati għall-manifattura ta’ partijiet taħt pressjoni.

Dawn il-materjali għandhom ikollhom titwil xieraq wara ksur u saħħa f’temperatura minima operattiva.

1.4.   Partijiet li ma humiex taħt pressjoni

Il-partijiet kollha tar-reċipjenti wweldjati li ma humiex taħt pressjoni għandhom ikunu ta’ materjali li huma kompatibbli ma’ dak tal-komponenti li magħhom huma wweldjati.

2.   DISINN TAR-REĊIPJENT

Il-manifattur għandu, meta jiddisinja r-reċipjent, jiddefinixxi l-użu li għalih se jkun soġġett, u jagħżel:

(a)

it-temperatura minima operattiva Tmin;

(b)

it-temperatura massima operattiva Tmass;

(c)

il-pressjoni massima operattiva PS.

Iżda, jekk tingħażel temperatura minima operattiva li teċċedi – 10 °C, il-kwalitajiet meħtieġa mill-materjali għandhom ikunu sodisfatti f’temperatura ta’ – 10 °C.

Il-manifattur għandu jinnota wkoll id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

għandu jkun possibbli li jkun spezzjonat il-ġewwieni tar-reċipjenti,

għandu jkun possibbli li jitbattlu r-reċipjenti,

il-kwalitajiet mekkaniċi għandhom jinżammu għat-tul kollu tal-perjodu tal-użu tar-reċipjent għall-iskop maħsub,

ir-reċipjenti għandhom, bil-ħsieb tal-użu preskritt tagħhom, ikunu protetti b’mod suffiċjenti kontra l-korrożjoni,

u l-fatt li fil-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba:

ir-reċipjenti ma jiġux soġġetti għal tensjonijiet li kapaċi jfixklu s-sigurtà tagħhom fl-użu,

il-pressjoni interna ma għandhiex tkun aktar mill-pressjoni massima operattiva PS b’mod permanenti. Madanakollu, tista’ tagħmel hekk mumentarjament sa 10 %.

Ħjatat ċirkulari u lonġitudinali għandhom isiru bl-użu ta’ weldjaturi ta’ penetrazzjoni mimlija jew weldjaturi ta’ effett ekwivalenti. Truf konvessi barra minn dawk emisferi għandu jkollhom tarf ċilindriku.

2.1.   Ħxuna tal-ħajt

Jekk il-prodott PS × V ma jkunx aktar minn 3 000 bar/litru, il-manifattur għandu jagħżel wieħed mill-metodi deskritti f’ punti 2.1.1 u 2.1.2 biex jiddeċiedi l-ħxuna tal-ħajt tar-reċipjenti; jekk il-prodott ta’ PS × V ikun aktar minn 3 000 bar/litru, jew it-temperatura massima operattiva tkun aktar minn 100 °C, ħxuna bħal din għandha tkun deċiża bil-metodu deskritt f’punt 2.1.1.

Il-ħxuna effettiva tal-ħajt tat-taqsima ċilindrika u t-truf għandha, iżda ma tkunx anqas minn 2 mm fil-każ ta’ reċipjenti tal-azzar u mhux anqas minn 3 mm fil-każ ta’ reċipjenti tal-aluminju jew tal-aluminju mħallat.

2.1.1.   Metodu ta’ kalkolu

Il-ħxuna minima ta’ partijiet taħt pressjoni għandha tkun kalkulata wara li tiġi kunsidrata l-intensità tal-pressjonijiet u d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pressjoni għall-kalkolu li għandha tiġi nnotata ma għandhiex tkun anqas mill-pressjoni massima operattiva PS magħżulha;

(b)

it-tensjoni tal-membrana massima permessa ma għandhiex teċċedi l-iċken valuri 0,6 RET jew 0,3 Rm. Il-manifattur għandu juża l-valuri minimi RET u Rm garantiti mill-manifattur tal-materjal biex jiddeċiedi t-tensjoni permessibbli.

Iżda, fejn il-porzjon ċilindriku tar-reċipjent għandu weldjatura waħda jew aktar lonġitudinali magħmulin bl-użu ta’ proċess ta’ iwweldjar mhux awtomatiku, il-ħxuna kalkulata kif muri fl-ewwel subparagrafu għandha tkun immultipplikata bil-koeffiċjent 1,15.

2.1.2.   Metodu sperimentali

Il-ħxuna tal-ħajt għandha tkun deċiża biex tgħin lir-reċipjenti jirreżistu f’temperatura ambjentali pressjoni ugwali għal mill-inqas ħames darbiet il-pressjoni massima operattiva, b’deformazzjoni ċirkonferenzjali permanenti ta’ mhux aktar minn 1 %.

3.   PROĊESS TA’ MANIFATTURA

Ir-reċipjenti għandhom jinbnew u jkunu soġġetti għal iċċekkjar waqt il-produzzjoni bi qbil mar-reġistru ta’ disinn u manifattura stabbiliti fl-Anness II, punt 3.

3.1.   Tħejjija tal-partijiet komponenti

Tħejjija tal-partijiet komponenti (eż. l-iffurmar u ċanfrinar) ma għandhiex tikkawża difetti fil-wiċċ jew qsim jew tibdil fil-karatteristiċi mekkaniċi li jafu jkunu ta’ detriment lis-sigurtà tar-reċipjenti.

3.2.   Weldjaturi fuq partijiet taħt pressjoni

Il-karatteristiċi ta’ weldjaturi u żoni maġenbhom għandhom ikunu simili għal dawk ta’ materjali wweldjati u għandhom ikunu ħielsa minn kull difett fil-wiċċ jew intern li jistgħu jkunu ta’ detriment lis-sigurtà tar-reċipjenti.

Il-weldjaturi għandhom isiru minn welders kwalifikati jew minn operaturi li jipproċessaw il-livell ta’ kompetenza xierqa, bi qbil mal-proċessi ta’ iwweldjar approvati. Approvazzjoni u testijiet ta’ kwalifikazzjoni bħal dawn għandhom isiru minn korpi approvati ta’ spezzjoni.

Il-manifattur għandu wkoll, waqt il-manifattura, jiżgura kwalità ta’ iwweldjar konsistenti billi jagħmel testijiet xierqa bl-użu ta’ proċeduri adegwati. Dawn it-testijiet għandhom ikunu s-suġġett ta’ rapport.

4.   TQEGĦID FIS-SERVIZZI TAR-REĊIPJENTI

Ir-reċipjenti għandhom ikunu akkumpanjati mill-istruzzjonijiet magħmula mill-manifattur, kif stabbiliti fl-Anness II, punt 2.


ANNESS II

IMIMMARKAR “CE”, SKRIZZJONIJIET, ISTRUZZJONIJIET, SKEDI TA’ DISINN U MANIFATTURA, DEFINIZZJONIJIET U SIMBOLI

1.   IMIMMARKAR “CE” U SKRIZZJONIJIET

1.1.   Marka “CE”

Il-marka “CE” għandha tkun magħmula mill-inizjali “CE” fil-forma segwenti:

Image

Jekk il-marka “CE” tiġi mċekkna jew imkabbra, il-proporzjonijietmogħtija fid-disinn gradwat stabbilit f’dan il-punt għandhom jiġu rispettati.

Il-komponenti varji tal-immarkar “CE” għandu jkollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li ma tistax tkun anqas minn 5 mm.

1.2.   Skrizzjonijiet

Ir-reċipjent jew il-pjanċa tad-data għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-pressjoni massima tax-xogħol (PS f’bar);

(b)

it-temperatura massima tax-xogħol (Tmax f’ °C);

(c)

it-temperatura minima tax-xogħol (Tmin f’ °C);

(d)

il-kapaċità tar-reċipjent (V f’l);

(e)

l-isem jew il-marka tal-manifattur;

(f)

it-tip u l-identifikazzjoni tas-serje jew tal-lott tar-reċipjent;

(g)

l-aħħar żewġ figuri tas-sena li fiha ġie mwaħħal l-immarkar “CE”.

Fejn tintuża l-pjanċa tad-data, għandha tkun ddisinjata b’mod li ma tistax terġa’ tintuża u għandha tinkludi spazju vojt sabiex tippermetti li tiġi pprovduta informazzjoni oħra.

2.   STRUZZJONIJIET

L-istruzzjonijiet għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-dettalji mogħtija f’punt 1 ħlief l-identifikazzjoni tas-sensiela tar-reċipjent;

(b)

l-użu maħsub għar-reċipjent;

(c)

il-ħtiġijiet ta’ manutenzjoni u stallazzjoni għal sigurtà tar-reċipjent .

Huma għandhom ikunu fl-ilsien jew ilsna uffiċjali tal-pajjiż ta’ destinazzjoni.

3.   SKEDI TA’ DISINN U MANIFATTURA

L-iskedi ta’ disinn u manifattura għandu jkollhom deskrizzjoni tat-teknika u operazzjonijiet użati biex jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’ sigurtà essenzjali stabbiliti fl-Anness I jew l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 5(1), u b’mod partikolari:

(a)

tpinġija dettaljata tal-manifattura tat-tip ta’ reċipjent;

(b)

l-istruzzjonijiet;

(c)

dokument li jiddeskrivi:

il-materjali magħżula,

il-proċessi magħżula ta’ wweldjar,

l-iċċekkjar magħżul,

kull dettall li jappartjeni għad-disinn tar-reċipjent.

Fejn huma applikati il-proċeduri stabbiliti f’Artikoli 11 sa 14, l-iskeda għandha tinkludi wkoll:

(a)

iċ-ċertifikati marbuta mal-kwalifika xierqa tal-operazzjonijiet ta’ iwweldjar u tal-welders jew operaturi;

(b)

il-karta ta’ spezzjoni għall-materjali użati fil-manifattura ta’ partijiet u armar li jikkontribwixxu għas-saħħa tar-reċipjent taħt pressjoni;

(c)

rapport dwar l-eżamijiet u testijiet magħmula jew deskrizzjoni tal-iċċekkjar propost.

4.   DEFINIZZJONIJIET U SIMBOLI

4.1.   Definizzjonijiet

(a)

Il-pressjoni tad-disinn “P” hija l-pressjoni mmarkata magħżulha mill-manifattur u użata biex tkun deċiża l-ħxuna tal-partijiet tar-reċipjent taħt pressjoni.

(b)

Il-pressjoni massima operattiva “P” hija l-ogħla pressjoni mmarkata li tista’ tiġi eżerċitata f’kundizzjonijet normali ta’ użu tar-reċipjent.

(c)

It-temperatura minima operattiva Tmin hija l-iktar temperatura baxxa stabbilizzata li l-ħajt tar-reċipjent jista’ jikseb f’kundizzjonijiet normali ta’ użu.

(d)

It-temperatura massima operattiva Tmass hija l-ogħla temperatura stabbilizzata li l-ħajt tar-reċipjent jista’ jikseb f’kundizzjonijiet normali ta’ użu.

(e)

Is-saħħa ta’ li joħroġ “RET” hija l-valur fit-temperatura massima operattiva Tmass:

ta’ fuq ta’ dak li joħroġ ReH, għal materjal b’punti ta’ li joħroġ sew fuq u sew taħt,

tal-prova ta’ tensjoni Rp0,2,

tal-prova ta’ tensjoni Rp1,0 fil-każ ta’ aluminju mhux imħallat.

(f)

Familji ta’ reċipjenti:

Reċipjenti jiffurmaw parti mill-istess familja jekk ikunu differenti mill-prototip biss fid-dijametru, sakemm il-ħtiġijiet permessibbli li għalihom jirreferi fil-punt 2.1.1 u 2.1.2 tal-Anness I ikunu mħarsa u/jew fit-tul tal-porzjon ċilindriku fi ħdan il-limiti li ġejjin:

prototip ikollu ċurkett jew aktar fil-qoxra barra mit-truf, varjanti fil-familja għandu jkollhom mill-inqas ċurkett wieħed fil-qoxra,

prototip ikollu biss żewġt itruf iddixxjati, varjanti fil-familja m’għandux ikollhom ċrieket fil-qoxra.

Varjazzjonijiet fit-tul li jikkawżaw aperturi u/jew penetrazzjonijiet li għandhom ikunu modifikati għandhom jintwerew fit-tpinġijiet għal kull varjant.

(g)

Lott ta’ reċipjenti jikkonsisti l-aktar minn 3 000 reċipjent tal-mudell tal-istess tip.

(h)

Hemm il-manifattura f’sernsiela fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva jekk aktar minn reċipjent wieħed tal-istess tip jiġi manifatturat waqt perjodu mogħti bi proċess ta’ manifattura kontinwa, bi qbil ma’ disinn komuni u bl-użu tal-istess proċessi ta’ manifattura.

(i)

karta ta’ spezzjoni: dokument li bih il-produttur jiċċertifika li l-prodotti kkunsinjati jilħqu l-ħtiġijiet tal-ordni u li fih iniżżel ir-riżultati tat-test ta’ spezzjoni b’rutina fl-impjant, b’mod partikolari l-komposizzjoni kimika u l-karatteristiċi mekkaniċi magħmula fuq prodotti magħmula bl-istess proċess ta’ produzzjoni bħall-kunsinna, iżda mhux bilfors fuq il-prodott kkunsinjat.

4.2.   Simboli

A

Titwil wara ksur

Formula

%

A 80 mm

Titwil wara ksur (Lo = 80 mm)

%

KCV

Enerġija tal-ksur

J/ċm2

P

Pressjoni tad-disinn

bar

PS

Pressjoni massima operattiva

bar

Ph

Pressjoni tat-test idrostatiku jew pnewmatiku

bar

Rp0,2

Stress bi prova ta’ 0,2 %

N/mm2

RET

Saħħa ta’ x’joħroġ f’temperatura massima operattiva

N/mm2

ReH

Punt ta’ fuq ta’ x’joħroġ

N/mm2

Rm

Saħħa tat-tensjoni

N/mm2

Rm, mass

Saħħa massima tat-tensjoni

N/mm2

Rp1,0

Stress bi prova ta’ 1,0 %

N/mm2

Tmass

Temperatura massima operattiva

°C

Tmin

Temperatura minima operattiva

°C

V

Kapaċità tar-reċipjent

l


ANNESS III

KRITERJI MINIMI LI GĦANDHOM JIĠU SODISFATTI MILL-ISTATI MEMBRI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-KORPI TA’ SPEZZJONI

(Msemmja fl-Artikolu 9(2))

(1)

Il-korp ta’ spezzjoni approvat, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli biex isiru t-testijiet tal-verifika ma għandhomx ikunu d-disinjatur, manifattur, fornitur, stallatur ta’ reċipjenti li huma jispezzjonaw, lanqas ir-rappreżentanti awtorizzati ta’ xi wieħed minn dawk il-partijiet. Huma ma għandhomx ikunu involuti direttament fid-disinn, kostruzzjoni, bejgħ jew manutenzjoni tar-reċipjent, u lanqas ma jirrappreżentaw lill-partijiet inġaġġati f’dawn l-attivitajiet. Dan ma jipprekludix il-possibbiltà ta’ tpartit ta’ informazzjoni teknika bejn il-manifattur u l-korp ta’ spezzjoni approvat .

(2)

Il-korp ta’ spezzjoni approvat u l-ħaddiema tiegħu għandhom jesegwixxu t-testijiet ta’ verifika bl-ogħla grad ta’ integrità professjonali u kompetenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn pressjonijiet u persważjonijiet, b’mod partikolari dawk finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-ispezzjoni, speċjalment minn persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultat tal-verifiki.

(3)

Il-korp ta’ spezzjoni approvat għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-ħaddiema meħtieġa u l-faċilitajiet meħtieġa biex ikun jista’ jesegwixxi sew ix-xogħlijiet amministrattivi u tekniċi konnessi mal-verifika; għandu wkoll ikollu aċċess għall-apparat meħtieġ għal verifika speċjali.

(4)

Il-ħaddiema responsabbli għall-ispezzjoni għandu jkollhom:

(a)

taħriġ tekniku u professjonali sod;

(b)

tagħrif sodisfaċenti dwar il-ħtiġijiet tat-testijiet li jagħmlu u esperjenza adegwata ta’ dawn it-testijiet;

(c)

il-kapaċità li jippreparaw iċ-ċertifikati, reġistri u rapporti meħtieġa biex jawtentikaw l-andament tat-testijiet.

(5)

L-imparzjalità tal-ħaddiema ta’ spezzjoni għandha tkun garantita. Il-ħlas tagħhom ma għandux jiddependi mill-għadd ta’ testijiet li jagħmlu u lanqas mir-riżultati ta’ dawn it-testijiet.

(6)

Il-korp ta’ spezzjoni approvat għandu jkollu assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà tagħha tittieħed mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu huwa responsabbli direttament għat-testijiet.

(7)

Il-ħaddiema tal-korp ta’ spezzjoni approvat huwa marbut li josserva s-segretezza professjonali rigward l-informazzjoni kollha miksuba fl-esekuzzjonijiet tax-xogħlijiet tiegħu (ħlief rigward l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tal-Istat li fih saru l-attivitajiet) f’din id-Direttiva jew kull dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li jagħtiha effett.


ANNESS IV

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 19)

Direttiva tal-Kunsill 87/404/KEE

(ĠU L 220, 8.8.1987, p. 48)

 

Direttiva tal-Kunsill 90/488/KEE

(ĠU L 270, 2.10.1990, p. 25)

 

Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE

(ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1)

Artikolu 1, punt 1, u Artikolu 2 biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmi fl-Artikolu 19)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

87/404/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1989.

l-1 ta’ Lulju 1990 (1)

90/488/KEE

fl-1 ta’ Lulju 1991.

93/68/KEE

fit-30 ta’ Ġunju 1994.

l-1 ta’ Jannar 1995 (2)


(1)  Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 18(2), l-Istati Membri għandhom, għall-perijodu sal-1 ta’ Lulju 1992, jippermettu t-tqegħid fis-suq u/jew fis-servizz ta’ reċipjenti li jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ fit-territorji tagħhom qabel l-1 ta’ Lulju 1990.

(2)  Skont l-Artikolu 14(2), sal-1 ta’ Jannar 1997 l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ prodotti li jikkonformaw mal-arranġamenti ta’ mmarkar fis-seħħ qabel fl-1 ta’ Jannar 1995.


ANNESS V

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 87/404/KEE

Din id-Direttiva

Premessa 5, ħames sentenza

Artikolu 1(3), punt (b)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(3), punt (a), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 1(3), punt (a), it-tieni subparagrafu

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż, l-ewwel u t-tieni sub-inċiż

Artikolu 1(3), punt (a), it-tielet subparagrafu, punti (i) u (ii)

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 1(3), punt (a), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu, ir-raba’ inċiż

Artikolu 1(3), punt (a) il-ħames subparagrafu

Artikolu 1(3), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi

Artikolu 1(2), punti (a), (b) u (c)

Artikoli 2, 3 u 4

Artikoli 2, 3 u 4

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3), punti (a) u (b)

Artikolu 5(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 6, l-ewwel, it-tieni u t-tielet frażijiet

Artikolu 6, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subpargrafi

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2), l-ewwel u t-tieni frażi

Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2), it-tielet frażi

Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8 (1) frażi introduttorja u punt (a) frażi introduttorja

Artikolu 8(1) frażi introduttorja

Artikolu 8(1), punt (a), l-ewwel u tieni inċiż

Artikolu 8(1), punti (a) u (b)

Artikolu 8(1), punt (b)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(2), punt (a)

Artikolu 8(3), punt (a)

Artikolu 8(2), punt (b), l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 8(3), punti (b),(i) u (ii)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu10(2), it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b)

Artikolu 10(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 10(2), it-tielet subparagrafu

Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(3), it-tielet subparagrafu, punti (a) u (b)

Artikolu 10(3), it-tielet subparagrafu, punti (a) u (b)

Artikolu 10(4)

Artikolu 10(4)

Artikolu 10(5), l-ewwel frażi

Artikolu 10(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(5), it-tieni u t-tielet frażi

Artikolu 10(5), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(1) u (2)

Artikolu 11(1) u (2)

Artikolu 11(3), kliem tal-bidu

Artikolu 11(3), l-ewwel subpargrafu

Artikolu 11(3) punt 3.1

Artikolu 11(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(3) punt 3.2

Artikolu 11(3) it-tielet subparagrafu

Artikolu 11(3) l-ewwel subpargarafu punt 3.3

Artikolu 11(3) ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 11(3) subparagrafu punt 3.3

Artikolu 11(3) il-ħames subparagrafu

Artikolu 11(3) punt 3.3

Artikolu 11(3) is-sitt subparagrafu

Artikolu 11(3) l-ewwel subparagrafu punt 3.4.

Artikolu 11(3) is-seba’ subparagrafu

Artikolu 11(3) l-ewwel subparagrafu punt 3.4, it-tieni subparagrafu

Artikllu 11(3) it-tmien subparagrafu

Artikolu 11(3) l-ewwel subparagrafu punt 3.4 it-tielet subparagrfau

Artiklu 11(3) id-disa’ subparagrafu

Artikolu 11(3) l-ewwel subparagrafu punt 3.5

Artiklu 11(3) l-għaxar subparagrafu

Artikolu 12(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 12(1), punti (a) u (b)

Artikolu 12(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(2)

Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 13(1)

Artikolu 13(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(2)

Artikolu 13(2), l-ewwel sar-raba’ inċiż

Artikolu 13(3), punti (a) sa (d)

Artikolu 14(1)

Artikolu 14 l-ewwel subparagrafu

Artikolu 14(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 14 it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b)

Artikolu 14(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 14, it-tielet subparagrafu

Artikoli 15, 16 u 17

Artikoli 15, 16 u 17

Artikolu 18(1)

Artikolu 18(2)

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 19

Artikolu 21

Anness I, punt 1

Anness I, punt 1

Anness I, punt 1.1, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Anness I, punt 1.1, l-ewwel subparagrafu, punti (a), (b) u (c)

Anness I, punt 1.1, it-tieni u t-tielet paragrafu

Anness I, punt 1.1, it-tieni u t-tielet paragrafu

Anness I, punti 1.1.1 u 1.1.2

Anness I, punti 1.1.1 u 1.1.2

Anness I, punti 1.2, 1.3 u 1.4

Anness I, punti 1.2, 1.3 u 1.4

Anness I, punt 2, l-ewwel paragrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Anness I, punt 2, l-ewwel paragrafu, punti (a), (b) u (c)

Anness I, punt 2, it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafu

Anness I, punt 2, it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafu

Anness I, punti 2.1, 3 u 4

Anness I, punt 2.1, 3 u 4

Anness II, punt 1

Anness II, punt 1

Anness II, punt 1(a), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Anness II, punt 1.1, l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafu

Anness II, punt 1(b), l-ewwel paragrafu, l-ewwel sa s-seba’ inċiż

Anness II, punt 1.2, l-ewwel paragrafu, punti (a) sa (g)

Anness II, punt 1(b), it-tieni paragrafu

Anness II, punt 1.2, it-tieni paragrafu

Anness II, punt 2, l-ewwel paragrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Anness II, punt 2, l-ewwel paragrafu, punti (a), (b) u (c)

Anness II, punt 2, it-tieni paragrafu

Anness II, punt 2, it-tieni paragrafu

Anness II, punt 3, l-ewwel paragrafu

Anness II, punt 3, l-ewwel paragrafu

Anness II, punt 3, it-tieni paragrafu, punt (i), (ii) u (iii)

Anness II, punt 3, it-tieni paragrafu, punt (a), (b) u (c)

Anness II, punt 4

Anness II, punt 4

Anness III, punti (1), (2) u (3)

Anness III, punti (1), (2) u (3)

Anness III, punti (4), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Anness III, punt (4), punti (a), (b) u (c)

Anness III, punti (5), (6) u (7)

Anness III, punt (5), (6) u (7)

Anness IV

Anness V


Top