EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1287

Tingħata spinta lill-intraprenditorija tal-SMEs Ewropej — Il-programm COSME

Status legali tad-dokument Din it-taqsira ġiet arkivjata u mhux se tkun aġġornata Ara 'Il-Programm tas-Suq Uniku' għall-informazzjoni aġġornata dwar is-suġġett.

Tingħata spinta lill-intraprenditorija tal-SMEs Ewropej — Il-programm COSME

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 1287/2013 — li jistabbilixxi programm għall-kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) (2014–20)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi programm tal-Unjoni Ewropea (UE) li għandu l-għan li jagħti spinta lill-appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) billi jtejjeb il-kundizzjonijiet li fihom tista’ tirnexxi l-intraprenditorja.

PUNTI EWLENIN

  • L-SMEs huma l-kontributuri ewlenin għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-UE. Fl-ambitu tal-programm għall-kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medfju (COSME), issa huwa aktar faċli għall-SMEs biex jibqgħu kompetittivi permezz tal-aċċess għal finanzjament u għas-swieq, is-simplifikazzjoni tar-regolament u l-promozzjoni tal-intraprenditorija.
  • COSME ser jipprovdi mezz dirett għall-komunikazzjoni bejn l-SMEs Ewropej u l-Kummissjoni Ewropea.

Kundizzjonijiet aħjar tan-negozju

  • COSME ser jappoġġja azzjonijiet li jtejbu l-aċċess għal finanzjament għall-SMEs mill-fażijiet tal-bidu għall-fażijiet tat-tkabbir. Strumenti finanzjarji jinkludu faċilitajiet ta’ ekwità u garanzija għal self. F’xi każijiet, dawn jistgħu jintużaw flimkien ma’ strumenti finanzjarji nazzjonali għal politika reġjonali u l-programm Orizzont 2020 għar-riċerka u l-innovazzjoni.
  • Il-programm ser jagħti wkoll aċċess aħjar għas-swieq fl-UE u barra minnha. Il-programm ser jipprovdi informazzjoni f’oqsma bħalma huma:
    • opportunitajiet ta’ negozju disponibbli;
    • ostakoli għad-dħul fis-suq f’oqsma barra mill-UE;
    • parir dwar prattiċi legali u doganali.
  • Ser jingħataw ukoll servizzi ta’ appoġġ dwar drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, inkluż assistenza fil-kooperazzjoni tan-negozju transkonfinali, it-teknoloġija u t-trasferiment R&Ż u s-sħubiji ta’ innovazzjoni.

Promozzjoni tal-kompetizzjoni

  • Sabiex jinżammu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tan-negozji, il-programm għandu l-għan li jtejjeb it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki eżistenti li jaffettwaw l-SMEs. Dan ser jippromwovi wkoll kollaborazzjoni transkonfinali u jappoġġja l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi u teknoloġiji.
  • L-SMEs ser ikunu mħeġġa wkoll biex joperaw b’ mod sostenibbli għall-ambjent u juru responsabbiltà soċjali korporattiva.

Kultura ta’ intraprenditorija

  • Il-programm ser jiffoka fuq il-promozzjoni tal-intraprenditorija. Dan għandu l-għan li joħloq kultura intraprenditorjali fl-UE billi jneħħi l-ostakoli li jagħmluha diffiċli għal negozji żgħar biex jikbru, inkluż billi jibdel il-piżijiet regolatorji li diġà tqiegħdu fuq l-SMEs.
  • Il-programm ser jagħti attenzjoni partikolari lil intrapendituri żgħażagħ nisa, kif ukoll lil gruppi oħrajn speċifiċi fil-mira, bħal anzjani u intraprendituri li jappartjenu għal komunitajiet żvantaġġjati soċjalment.

Finanzjament

Il-programm għandu baġit ta’ EUR 2.3 biljun fuq 7 snin, u ser jaħdem mill-2014 sal-2020. Dan ser ikun ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mit-23 ta’ Diċembru 2013.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) (2014–20) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 33-49)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 01.03.2018

Fuq