EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kooperazzjoni mill-qrib bejn amministrazzjonijiet doganali tal-UE (Konvenzjoni ta' Napli II)

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Konvenzjoni fuq assistenza reċiproka u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali

X’INHU L-GĦAN TAL-KONVENZJONI?

  • Din tissostitwixxi u ssaħħaħ il-Konvenzjoni ta’ Napli oriġinali miftehma fl-1967.
  • Din tkopri assistenza u kooperazzjoni reċiproka bejn l-awtoritajiet nazzjonali fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni u fil-prosekuzzjoni ta’ ċertu ksur ta’ regoli doganali tal-Unjoni Ewropea (UE) u dawk nazzjonali.

PUNTI EWLENIN

  • L-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-UE jeħtieġ li jikkooperaw flimkien sabiex jindirizzaw b’suċċess il-frodi doganali u t- traffikar transnazzjonali, u biex jipprosegwixxu u jikkastigaw lil min iwettaq ir-reat.
  • Id-dwana tal-UE jinkludu imposti agrikoli, dazji tas-sisa armonizzati fuq l-alkoħol, it-tabakk u ż-żejt minerali u taxxa fuq id-dħul minn negozju fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE. Il-konvenzjoni ma tkoprix taxxa fuq il-valur miżjud.
  • Il-konvenzjoni tapplika għal regoli doganali nazzjonali inklużi dawk relatati mad-drogi, l-armi u l-pornografija tat-tfal, kif ukoll dazji tas-sisa mhux armonizzati.
  • Il-konvenzjoni tqis il-“ksur” f’sens wiesa’, inkluż tentattivi ta’ ksur u l-forom kollha ta’ parteċipazzjoni, bħal instigazzjoni u li tkun involut bħala aċċessorju, kif ukoll tkun marbut ma’ organizzazzjoni kriminali u ħasil tal-flus.
  • L-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet doganali tingħata wara talba għal informazzjoni, sorveljanza, inkjesti jew notifika; jew spontanjament, mingħajr talba minn qabel, inkluż sorveljanza sigrieta u għoti spontanju ta’ informazzjoni.
  • It-talbiet normalment jiġu skambjati bejn l-unitajiet ta’ koordinazzjoni ċentrali maħtura f’kull amministrazzjoni doganali nazzjonali.
  • It-talbiet fil-prinċipju jsiru bil-miktub, fejn jagħtu r-raġuni għat-talba, il-fatti rilevanti u r-regoli u l-leġiżlazzjoni involti. Madankollu, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, jiġu aċċettati talbiet bil-fomm iżda dawn għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub malajr kemm jista’ jkun.
  • L-amministrazzjonijiet doganali għandhom jipprovdu lil xulxin bil-persunal meħtieġ u b’appoġġ organizzattiv meta jkunu qed jikkooperaw fuq kwistjonijiet transkonfinali bħal
    • insegwiment — insegwiment transkonfinali tas-suspettati;
    • sorveljanza transkonfinali;
    • investigazzjonijiet sigrieta;
    • skwadri ta’ investigazzjoni speċjali konġunti u
    • konsenji kkontrollati — konsenji illeċiti li ma jinqabdux fil-fruntieri, iżda jiġu ntraċċati sad-deżinjazzjoni finali tagħhom.
  • Il-kooperazzjoni transkonfinali tiffoka fuq drogi illeċiti, armi, munizzjoni, splussivi, oġġetti kulturali, skart perikoluż u tossiku, materjali nukleari u tagħmir għal armi bijoloġiċi u kimiċi.

Kooperazzjoni amministrattiva f’oqsma relatati

Minbarra l-kooperazzjoni tagħhom skont il-konvenzjoni ta’ Napli, l-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-UE jaħdmu mill-qrib fuq aspetti varjati bħal dazji tas-sisa, kriminalità organizzata, ħasil tal-flus, drogi illeċiti, armi u vjeġġi tal-iskart. Dawn jikkooperaw ukoll biex jiżguraw li ma jkunx hemm ksur fid-dwana tal-UE jew fil-leġiżlazzjoni agrikola.

MINN META TAPPLIKA L-KONVENZJONI?

Ilha tapplika mit-23 ta’ Ġunju 2009.

DOKUMENTI EWLENIN

Att tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1997 li jfassal, fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar l-assistenza u l-koperazzjoni reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana — Dikjarazzjonijiet (98/C 24/01) (OJ C 24, 23.1.1998, p. 1–1)

Konvenzjoni magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq assistenza reċiproka u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (ĠU C 24, 23.1.1998, p. 2–22)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, pp. 1–16)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 515/97 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Rapport ta’ Spjegazzjoni dwar il-Konvenzjoni magħmula fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq assistenza reċiproka u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (Test approvat mill-Kunsill fit-28 ta’ Mejju 1998) (ĠU C 189, 17.6.1998, pp. 1-18)

Strateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tal-SALW u l-munizzjon tagħhom, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Brussell, it-13 ta’ Jannar 2006

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/39/GAI tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-18 ta’ Diċembru 1997, imfassla fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, dwar l-għajnuna reċiproka u l-koperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (ĠU L 9, 12.1.2008, pp. 21–22)

Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (ĠU L 190, 12.7.2006, pp. 1-98)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (ĠU L 121 8.5.2012, pp. 1–15)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/979 tal-20 ta’ Mejju 2016 rigward l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Konvenzjoni li tfasslet fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (ĠU L 161, 18.6.2016, pp. 35–36)

l-aħħar aġġornament 14.11.2016

Top