EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Sikurezza fit-toroq: Database tal-UE dwar inċidenti tat-traffiku fit-triq

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni 93/704/KE dwar il-ħolqien ta’ database tal-UE dwar inċidenti tat-triq

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI?

Din tistabbilixxi CARE — id-database tal-UE dwar inċidenti tat-triq.

PUNTI EWLENIN

Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom:

  • jirrekordjaw statistiċi dwar inċidenti tat-traffiku fit-triq li jseħħu fil-pajjiż li jinvolvu mill-inqas vettura waħda u li jikkawżaw imwiet jew korrimenti;
  • jgħaddu dik id-data lill-Kummissjoni Ewropea kull sena (Eurostat).

Il-Kummissjoni Ewropea jenħtieġ li tiżgura li d-data li tirċievi tinxtered u li d-database taħdem kif suppost, u tieħu deċiżjonijiet fuq il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-istatistiċi, u fuq kwalunkwe pubblikazzjoni, f’kooperazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma tal-Esperti ta’ CARE.

Il-Kummissjoni, wara 3 snin mill-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, kellha tipprepara rapport għall-Kunsill dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-indikaturi li rriżultaw għall-kontinwazzjoni tal-attivitajiet.

B’mod ġenerali, il-konklużjonijiet tar-rapport kienu pożittivi. Saru xi suġġerimenti għal titjib, bħal:

  • l-armonizzazzjoni tad-data dwar l-inċidenti;
  • l-għoti ta’ informazzjoni ġdida sabiex jiġu mirquma l-analiżijiet internazzjonali komparattivi;
  • titjib fil-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE, għax dan għandu rwol essenzjali fil-ġestjoni u fil-kwalità tad-data, u fl-iżvilupp ta’ politika dwar l-aċċess tal-utent u l-applikazzjoni ta’ CARE.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika sa mit-22 ta’ Diċembru 1993.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/704/KE tat-30 ta’ Novembru 1993 dwar il-ħolqien ta’ database tal-Komunità dwar inċidenti tat-triq (ĠU L 329, 30.12.1993, pp. 63-65)

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 93/704/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni dwar il-progress fil-proġett u l-prospettivi futuri tiegħu — CARE: Database tal-Komunità dwar inċidenti tat-triq — Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1993 (93/704/KE) (COM(97) 238 final, 26.5.1997)

l-aħħar aġġornament 18.04.2018

Top