EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Tikkettjar taċ-ċanga u tal-vitella

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 - Sistema tal-UE għall-ittikkettjar tal-prodotti taċ-ċanga u tal-vitella

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Huwa jistabbilixxi r-regoli tal-Unjoni Ewropea (UE) fuq l-ittekkettjar taċ-ċanga u tal-prodotti taċ-ċanga.
  • Ir-regoli, li jinkludu tikkettjar mandatorju, huma mfassla biex jagħmluha possibbli li jintraċċaw iċ-ċanga u l-vitella fil-katina alimentari kollha.

PUNTI EWLENIN

  • Tikketti fuq iċ-ċanga u l-vitella kollha għall-bejgħ fl-UE jeħtieġ li jkollhom l-informazzjoni sussegwenti: kodiċi ta’ referenzja li jagħmilha possibbli li tiġi identifikata l-orġini tiegħu, dettalji dwar minn fejn ġie l-annimal maqtul (numru tal-approvazzjoni tal-biċċerija) u mbiċċer (numru tal-approvazzjoni tas-sala tat-tqattigħ fejn twettqet l-operazzjoni tat-tqattigħ fuq il-karkassa jew fuq grupp ta’ karkassi).
  • Mill-1 ta’ Jannar 2002, it-tikketti jeħtieġ li juru wkoll l-Istat Membru jew il-pajjiż mhux tal-UE tat-twelid, tismin u qatla.
  • It-tikketti jista’ jkollhom informazzjoni volontarja addizzjonali dwar il-laħam li qed jinbiegħ. L-informazzjoni teħtieġ li tkun tiftiehem mill-konsumaturi u tikkonforma mal-leġiżlazzjoni fuq l-ittikkettjar tal-ikel, b’mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 (ara s-sommarju).
  • L-Istati Membri jeħtieġ jassiguraw konformità ma’ dan ir-regolament fuq it-territorju tagħhom. Kwalunkwe penali li jimponu fuq operatur jew fuq organizzazzjoni li jikkummerċjalizzaw iċ-ċanga jeħtieġ li jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonali. Fejn l-operaturi u l-organizzazzjonijiet li jikkummerċjalizzaw iċ-ċanga jittikkettaw iċ-ċanga mingħajr ma jikkonformaw mal-obbligazzjonijiet tagħhom, l-Istati Membri jistgħu, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, jesiġu t-tneħħija taċ-ċanga mis-suq.
  • Esperti mill-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-awtoritajiet rilevanti, għandhom is-setgħa li:
    • jivverifikaw li l-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-regolament;
    • jagħmlu verifiki għall-għarrieda biex jassiguraw li l-verifiki qed iseħħu skont ir-regolament.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-14 ta’ Awwissu 2000.

SFOND

Regoli fuq l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini kienu koperti qabel taħt dan ir-regolament. Illum huma koperti mir-Regolament (UE) 2016/429 (il-“Liġi tas-Saħħa tal-Annimali” tal-UE — ara s-sommarju) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, pp. 1-10).

Emendi suċċessivi u korrezzjonijiet għar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 ġew inforporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1825/2000 tal-25 ta’ Awwissu 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettjar taċ-ċanga u tal-prodotti taċ-ċanga (ĠU L 216, 26.8.2000, pp. 8-12)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 23.09.2022

Top