EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ir-reklamar u l-isponsorship tat-tabakk

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2003/33/KE dwar ir-reklamar u l-patrunaġġ ta’ prodotti tat-tabakk

X’INHU L-GĦAN TA' DIN ID-DIRETTIVA?

Hija tirregola r-reklamar* u l-promozzjoni tat-tabakk* fil-mezzi stampati, fuq ir-radju, fis-servizzi tas-soċjetà tal-informatika u permezz tal-isponsorship relatat mat-tabakk.

PUNTI EWLENIN

  • Ir-reklamar fl-istampa u pubblikazzjonijiet oħra stampati: huwa pprojbit ħlief għal pubblikazjonijiet maħsuba esklussivament għall-kummerċ tat-tabakk, jew dawk stampati u ppubblikati barra mill-UE u mhux maħsuba għal udjenza tal-UE.
  • Radju: l-għamliet kollha tar-reklamar huma pprojbiti. Il-programmi tar-radju ma jistgħux jiġu sponsorjati minn kumpaniji li l-attività prinċipali tagħhom hija l-manifattura jew il-bejgħ tal-prodotti mit-tabakk.
  • Sponsorships: dan huwa pprojbit għall-okkażjonijiet u l-attivitajiet kollha li jinvolvu jew li jsiru f’aktar minn pajjiż wieħed tal-UE. Il-projbizzjoni testendi għad-distribuzzjoni bla ħlas tal-prodotti mit-tabakk.
  • Il-legalità tad-direttiva ġiet ikkonfermata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Diċembru 2006.
  • F’Mejju 2008, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva.
  • Regoli addizzjonali għas-servizzi tal-midja awdjoviżiva jikkumplimentaw id-direttiva billi jipprojbixxu r-reklamar u t-tqegħid ta' prodotti tat-tabakk fuq it-televiżjoni u permezz ta’ servizzi on-demand (eż. servizzi li jippermettu lill-ispettaturi jaraw programm meta jixtiequ huma għaliex, pereżempju, huwa disponibbli fuq il-websajt tax-xandar).
  • Barra minn dan, rakkomandazzjoni tal-Kunsill mhux vinkolanti tħeġġeġ lill-gvernijiet tal-UE jieħdu diversi miżuri biex jillimitaw ir-reklamar fil-pajjiżi tagħhom, inkluż:
    • il-projbizzjoni ta’ prattiki bħal meta toffri axtrejs, lajters u roħs fil-prezzijiet,
    • il-projbizzjoni tar-reklamar lokali tat-tabakk fuq billboards, f’postijiet ta’ bejgħ u fiċ-ċinema,
    • il-ħtieġa li l-manifatturi, l-importaturi u kummerċjanti fuq skala kbira jipprovdu informazzjoni dwar l-infiq tagħhom fuq ir-reklamar, il-kummerċjalizzazzjoni, l-isponsorships u kampanji ta’ promozzjoni mhux ipprojbiti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
  • Id-Direttiva 2014/40/UE estendiet ir-regoli tal-UE dwar ir-reklamar tat-tabakk u l-promozzjoni tas-sigaretti elettroniċi.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mill-20 ta’ Ġunju 2003. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sat-3 ta’ Lulju 2005.

* TERMINI EWLENIN

Reklamar: kull għamla ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali bil-għan dirett jew indirett li tippromwovi prodotti mit-tabakk.

Prodotti mit-tabakk: il-prodotti kollha, anke dawk li parzjalment fihom it-tabakk, maħsuba li jiġu mpejpa, imxamma, mirdugħa jew mimgħuda.

ATT

Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-reklmar u l-isponsorships tal-prodotti tat-tabakk (ĠU L 152, 20.6.2003, p. 16-19)

Emendi u korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2003/33/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-kordinament ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li jirrigwardaw il-provvediment tas-servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1-24)

Verżjoni konsolidata

Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1-38)

Verżjoni konsolidata

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/54/KE tat-2 ta’ Diċembru 2002 dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u dwar inizjattivi biex jissaħħaħ il-kontroll fuq it-tabakk (ĠU L 22, 25.1.2003, p. 31-34)

l-aħħar aġġornament 25.07.2016

Top