EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0726

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2018/726 tat-2 ta' Mejju 2018 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2018)

OJ L 122, 17.5.2018, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/01/2021: This act has been changed. Current consolidated version: 01/10/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/726/oj

17.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2018/726

tat-2 ta' Mejju 2018

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2018)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-EUCAP Sahel Niger, inkluż, b'mod partikolari, id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-6 ta' Mejju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Sahel Niger/2/2014 (2), li taħtar lis-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger mis-6 ta' Mejju 2014 sal-15 ta' Lulju 2014.

(3)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/482/PESK (3), li testendi l-mandat tal-EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2014 sal-15 ta' Lulju 2016.

(4)

Fl-24 ta' Lulju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Sahel Niger/3/2014 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2014 sal-15 ta' Lulju 2015.

(5)

Fil-15 ta' April 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/611 (5), li testendi l-mandat tas-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2015 sal-15 ta' Lulju 2016.

(6)

Fit-18 ta' Lulju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1172 (6), li testendi l-mandat tal-EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2016 sal-15 ta' Lulju 2018.

(7)

Fis-26 ta' Lulju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1632 (7) li taħtar lis-Sinjura Kirsi HENRIKSSON bħala Kap tal-EUCAP Sahel Niger mill-1 ta' Settembru 2016 sal-15 ta' Lulju 2017.

(8)

Fit-13 ta' Ġunju 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1174 (8), li testendi l-mandat tas-Sinjura Kirsi HENRIKSSON bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2017 sal-15 ta' Lulju 2018.

(9)

Fil-25 ta' April 2018, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Frank VAN DER MUEREN bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Frank VAN DER MUEREN huwa b'dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) mill-1 ta' Mejju 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2018.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Niger/2/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (2014/259/PESK) (ĠU L 136, 9.5.2014, p. 26).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/482/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 31).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Niger/3/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (2014/643/PESK) (ĠU L 267, 6.9.2014, p. 5).

(5)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/611 tal-15 ta' April 2015 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2015) (ĠU L 101, 18.4.2015, p. 61).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1172 tat-18 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 106).

(7)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1632 tas-26 ta' Lulju 2016 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2016) (ĠU L 243, 10.9.2016, p. 6).

(8)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1174 tat-13 ta' Ġunju 2017 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2017) (ĠU L 170, 1.7.2017, p. 92).


Top