EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R2061

Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2061 tat-13 ta' Novembru 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

OJ L 295, 14.11.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2061/oj

14.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 295/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/2061

tat-13 ta' Novembru 2017

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2073 tat-13 ta' Novembru 2017 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2) jagħti effett lill-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2073 tħassar entità waħda mil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(3)

Hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, il-paragrafu 4 huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Ara paġna 59 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi mmirati kontra xi persuni u entitajiet bil-ħsieb tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


Top