EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013L0022

Direttiva tal-Kunsill 2013/22/UE tat- 13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

OJ L 158, 10.6.2013, p. 356–361 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 026 P. 284 - 289

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/22/oj

10.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 158/356


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/22/UE

tat-13 ta' Mejju 2013

li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, fejn atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma kinux previsti f'dak l-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma ġiex adottat mill-Kummissjoni.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li kienet fasslet u adottat it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Kroazja indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawk l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ biex jitqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3)

Id-Direttivi 91/672/KEE (1), 92/106/KEE (2), 1999/37/KE (3), 1999/62/KE (4), 2003/59/KE (5), 2006/87/KE (6) u 2006/126/KE (7) għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 91/672/KEE, 92/106/KEE, 1999/37/KE, 1999/62/KE, 2003/59/KE, 2006/87/KE u 2006/126/KE huma b'dan emendati kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, l-aktar tard sad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ suġġetta għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ ta', it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.

Artikolu 4

Id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

(4)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/62/KE tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42).

(5)  Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).

(6)  Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1).

(7)  Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18).


ANNESS

PARTI A

IT-TRASPORT BIT-TRIQ

1.

Fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/106/KEE jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza:

“—

Il-Kroazja:

godišnja naknada za uporabu javnih cesta koja se plaća pri registraciji motornih i priključnih vozila;”

2.

Id-Direttiva 1999/37/KE tinbidel kif ġej:

(a)

l-Anness I jinbidel kif li ġej:

(i)

fit-tieni inċiż tal-punt II.4 jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza:

“HR

:

Kroazja”;

(ii)

fil-punt III.1.A(b), jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza:

“HR

Kroazja”;

(b)

l-Anness II jinbidel kif li ġej:

(i)

fit-tieni inċiż tal-punt II.4 jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza:

“HR

:

Kroazja”;

(ii)

fil-punt III.1.A(b) jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza:

“HR

Kroazja”.

3.

Fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 1999/62/KE jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza:

“—

Kroazja:

godišnja naknada za uporabu javnih cesta koja se plaća pri registraciji motornih I priključnih vozila,”.

4.

Il-punt 2 tal-Anness II tad-Direttiva 2003/59/KE jinbidel kif ġej:

(a)

fil-punt (c), taħt il-kliem “Naħa 1 ikollha fiha”, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza:

“HR

:

Kroazja”;

(b)

fil-punt (e), taħt il-kliem “Naħa 1 ikollha fiha”, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata “cárta cáilíochta tiomána”:

“kvalifikacijska kartica vozača”;

(c)

fil-punt (b), taħt il-kliem “Naħa 2 ikollha fiha”, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Jekk xi Stat Membru jixtieq jifformula dawk l-entrati f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiz, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Isvediż, dan għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-karta billi juża waħda minn dawn il-lingwi msemmija, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan l-Anness.”

5.

Il-punt 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE jinbidel kif ġej:

(a)

fil-punt (c), taħt il-kliem “Il-paġna 1 għandha jkollha”, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għal Franza:

“HR

:

Kroazja”;

(b)

fil-punt (e), taħt il-kliem “Il-paġna 1 għandha jkollha”, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata “Ceadúas Tiomána”:

“Vozačka dozvola”;

(c)

fil-punt (b), taħt il-kliem “Il-paġna 2 għandha jkollha”, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

‘Jekk xi Stat Membru jixtieq jifformula l-entrati f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiz, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol jew l-Isvediż, dan ifassal verżjoni bilingwi tal-liċenzja billi juża waħda minn dawn il-lingwi msemmija, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan l-Anness.’.

PARTI B

TRASPORT FUQ ILMIJIET INTERNI NAVIGABBLI

1.

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/672/KEE jiżdied dan li ġej taħt l-intestatura “GRUPP B”:

“Repubblika tal-Kroazja:

Svjedodžba o stručnoj osposobljenosti/Befähigungszeugnis

Zapovjednik - vrsta A/Schiffsführer – Klasse A

(Ċertifikat ta' kwalifika professjonali – Barklor tat-tip A)

Svjedodžba o stručnoj osposobljenosti/Befähigungszeugnis

Zapovjednik - vrsta B/Schiffsführer – Klasse B

(Ċertifikat ta' kwalifika professjonali – Barklor tat-tip B)

(f'konformità mal-Ordinanza dwar it-titoli u l-kwalifiki professjonali tal-Barklori, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 73/09)”.

2.

Id-Direttiva 2006/87/KE tinbidel kif ġej:

(a)

l-Anness I jinbidel kif ġej:

(i)

fil-Kapitolu 2, iż-Żona 3, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għar-Repubblika Franċiża:

“Ir-Repubblika tal-Kroazja

Id-Danubju: minn 1 295 km + 500 m sa rkm 1 433

Xmara Drava: minn 0 km sa 198 km + 600 m

Xmara Sava: minn 211 km sa 594 km

Xmara Kupa:minn 0 km sa 5 km + 900 m

Xmara Una: minn 0 km sa 15 km”;

(ii)

fil-Kapitolu 3, iż-Żona 4, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għar-Repubblika Franċiża:

“Ir-Repubblika tal-Kroazja

Il-passaġġi fuq l-ilma l-oħrajn kollha li mhumiex elenkati fiż-Żona 3”;

(b)

fil-Parti IV tal-Appendiċi VI tal-Anness II jiddaħħal dan li ġej fil-lista taħt it-Taqsima 1 tal-punt 1 wara l-entrata għall-Irlanda:

“25 għall-Kroazja”;

(c)

l-Anness IX jinbidel kif ġej:

(i)

fl-Artikolu 7(2) tal-Parti I, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għall-Irlanda:

“25= Kroazja”;

(ii)

fl-Artikolu 1.06(2) tal-Parti II, jiddaħħal dan li ġej fil-lista wara l-entrata għall-Irlanda:

“25= Kroazja”;

(iii)

il-Parti V tinbidel kif ġej:

it-tabella taħt il-punt 1 tinbidel b'din li ġejja:

“Pajjiż

Isem

Indirizz

Numru telefoniku

Indirizz E-mail

Belġju

 

 

 

 

Bulgarija

 

 

 

 

Danimarka

 

 

 

 

Ġermanja

 

 

 

 

Estonja

 

 

 

 

Finlandja

 

 

 

 

Franza

 

 

 

 

Greċja

 

 

 

 

Italja

 

 

 

 

Irlanda

 

 

 

 

Kroazja

 

 

 

 

Latvja

 

 

 

 

Litwanja

 

 

 

 

Lussemburgu

 

 

 

 

Malta

 

 

 

 

Pajjiżi l-Baxxi

 

 

 

 

Awstrija

 

 

 

 

Polonja

 

 

 

 

Portugall

 

 

 

 

Rumanija

 

 

 

 

Svezja

 

 

 

 

Svizzera

 

 

 

 

Spanja

 

 

 

 

Slovakkja

 

 

 

 

Slovenja

 

 

 

 

Repubblika Ċeka

 

 

 

 

Ungerija

 

 

 

 

Renju Unit

 

 

 

 

Ċipru

 

 

 

 

Jekk ma hijiex indikata awtorità, ifisser li ebda awtorità kompetenti ma ġiet speċifikata mill-pajjiż rilevanti.”;

fil-punt 4 jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għall-Irlanda:

“Kroazja

Nru

Isem

Indirizz

Numru telefoniku

Indirizz E-mail

Jekk ma hijiex speċifikata ditta approvata, ifisser li ebda approvazzjoni ngħatat għal ditti f'dan il-pajjiż.”.


Top