EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0792

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat- 23 ta’ Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006

OJ L 242, 7.9.2012, p. 13–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 032 P. 173 - 205

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/01/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/792/oj

7.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/13

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 792/2012

tat-23 ta’ Awwissu 2012

li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun irregolat l-kummerċ fihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Huma meħtieġa dispożizzjonijiet sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KE) Nru 338/97 u sabiex tiġi żgurata l-konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), minn hawn ’il quddiem “il-Konvenzjoni”.

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tar-Regolament (KE) Nru 338/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (2), jeħtieġ li jitfasslu mudelli li jikkorrispondu għalihom il-permessi, iċ-ċertifikati u d-dokumenti l-oħra previsti f’dawk ir-Regolamenti.

(3)

Fil-15-il sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret f’Doha (il-Qatar) mit-13 sal-25 ta’ Marzu 2010, ġew emendati għadd ta’ Riżoluzzjonijiet rigward, fost l-oħrajn, l-armonizzazzjoni fil-permessi u ċ-ċertifikati u emendi fil-kodiċijiet tas-sors. Jeħtieġ għalhekk li dawn ir-Riżoluzzjonijiet jitqiesu u l-mudelli jiġu emendati skont dan. Huma meħtieġa wkoll bidliet sabiex dawn id-dokumenti jsiru aktar ċari għall-utenti tagħhom u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali.

(4)

Għandhom jiġu ddefiniti kundizzjonijiet uniformi għall-użu ta’ dawn il-formoli permezz ta’ mudelli, struzzjonijiet u spjegazzjonijiet, biex jintużaw flimkien mar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

(5)

Dawn il-kundizzjonijiet uniformi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami pprovduta fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (3). Jeħtieġ għalhekk li jiġu inklużi f’Regolament ta’ Implimentazzjoni li huwa distint mir-Regolament (KE) Nru 865/2006.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ fil-Fawna u l-Flora Selvaġġi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dispożizzjoni ġenerali

It-tfassil u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-formoli għal permessi, ċertifikati u dokumenti oħra pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 338/97 u r-Regolament (KE) Nru 865/2006 huma deskritti f’dan ir-Regolament. It-tfassil u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma speċifikati għal dawn id-dokumenti li ġejjin:

(1)

permessi ta’ importazzjoni;

(2)

permessi ta’ esportazzjoni;

(3)

certifikati ta’ riesportazzjoni

(4)

ċertifikati ta’ proprjetà personali;

(5)

ċertifikati tal-kollezzjoni tal-kampjuni;

(6)

notifikazzjonijiet ta’ importazzjoni;

(7)

ċertifikati tal-wirja li tivvjaġġa;

(8)

folji ta’ kontinwazzjoni għal ċertifikati ta’ proprejtà personali u ċertifikati tal-wirja li tivvjaġġa;

(9)

ċertifikati pprovduti fil-paragrafi (2)(b), (3) u (4) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 338/97, u fl-Artikoli 8(3) u 9(2)(b) tiegħu;

(10)

tikketti msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 338/97.

Artikolu 2

Formoli

1.   Il-formoli li fuqhom jimtlew permessi ta’ importazzjoni, permessi ta’ esportazzjoni, ċertifikati ta’ riesportazzjoni, ċertifikati ta’ proprjetà personali u ċertifikati tal-kollezzjoni tal-kampjuni u applikazzjonijiet għal dokumenti bħal dawn għandhom isiru f’konformità mal-mudell fl-Anness I, ħlief fir-rigward ta’ spazji riservati għall-użu nazzjonali.

2.   Il-formoli li fuqhom jimtlew in-notifiki ta’ importazzjoni għandhom jaqblu, għajr fir-rigward ta’ spazji riservati għall-użu nazzjonali, mal-mudell stabbilit fl-Anness II. Jista’ jkollhom numru tas-serje.

3.   Il-formoli li fuqhom jimtlew iċ-ċertifikati ta’ wirja li tivvjaġġa u applikazzjonijiet għal dokumenti bħal dawn għandhom jaqblu, għajr fir-rigward ta’ spazji riservati għall-użu nazzjonali, mal-mudell stabbilit fl-Anness III.

4.   Il-formoli li fuqhom jimtlew il-folji ta’ kontinwazzjoni għal ċertifikati ta’ proprjetà personali u għal ċertifikati ta’ wirja li tivvjaġġa għandhom jaqblu mal-mudell stabbilit fl-Anness IV.

5.   Il-formoli li fuqhom jimtlew iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafi (2)(b), (3), u (4) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 338/97 u fl-Artikoli 8(3) u 9(2)(b) tiegħu u l-applikazzjonijiet għal ċertifikati bħal dawn għandhom jaqblu, għajr fir-rigward ta’ spazji riservati għall-użu nazzjonali, mal-mudell stabbilit fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, minflok it-test stampat minn qabel, il-kaxex 18 u 19 għandhom jinkludu biss iċ-ċertifikazzjoni u/jew l-awtorizzazzjoni rilevanti, jew it-tnejn.

6.   Il-formola tat-tikketti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 għandha tkun taqbel mal-mudell stabbilit fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Speċifikazzjonijiet tekniċi fir-rigward tal-formoli

1.   Il-karta użata għall-formoli msemmija fl-Artikolu 2 għandha tkun ħielsa minn polpa mekkanika u għandha tkun imħejjija għal għanijiet ta’ kitba, u tkun tiżen mill-inqas 55 g/m2.

2.   Id-daqs tal-formoli msemmija fl-Artikoli 2(1) sa (5) għandu jkun ta’ 210 x 297 mm (A4) b’tolleranza massima fit-tul ta’ 18-il mm inqas u 8 mm aktar.

3.   Il-karta użata għall-formoli msemmija fl-Artikolu 2(1) għandha tkun:

(a)

bajda għall-formola 1, l-oriġinali, b’disinn guilloche fl-isfond, stampata bil-griż fuq quddiem, sabiex tikxef kull falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi;

(b)

safra għall-formola 2, il-kopja għad-detentur;

(c)

ħadra ċara għall-formola 3, il-kopja għall-pajjiż esportatur jew riesportatur fil-każ ta’ permess għall-importazzjoni, jew il-kopja li tintbagħat lura mid-dwana lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ fil-każ ta’ permess għall-esportazzjoni jew ċertifikat ta’ riesportazzjoni;

(d)

roża għall-formola 4, il-kopja għall-awtorità amministrattiva tal-ħruġ;

(e)

bajda għall-formola 5, l-applikazzjoni.

4.   Il-karta użata għall-formoli msemmija fl-Artikolu 2(2) għandha tkun:

(a)

bajda għall-formola 1, l-oriġinali;

(b)

safra għall-formola 2, il-kopja għall-importatur.

5.   Il-karta użata għall-formoli msemmija fl-Artikolu 2(3) u (5) għandha tkun:

(a)

safra għall-formola 1, l-oriġinali, b’disinn guilloche fl-isfond, stampata bil-griż fuq quddiem, sabiex tikxef kull falsifikazzjoni b’meżżi mekkaniċi jew kimiċi;

(b)

roża għall-formola 2, il-kopja għall-awtorità amministrattiva tal-ħruġ;

(c)

bajda għall-formola 3, l-applikazzjoni.

6.   Il-karta użata għall-folji ta’ kontinwazzjoni u t-tikketti msemmija fl-Artikolu 2(4) u (6) rispettivament għandha tkun bajda.

7.   Il-formoli msemmija fl-Artikolu 2 għandhom jiġu stampati u jimtlew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni kif speċifikat mill-awtoritajiet amministrattivi ta’ kull Stat Membru. Fejn meħtieġ, dawn għandhom jinkludu traduzzjoni tal-kontenut tagħhom f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ ħidma tal-Konvenzjoni.

8.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli msemmija fl-Artikolu 2, li, fil-każ tal-formoli msemmija fl-Artikoli 2(1) sa (5) jistgħu jkunu parti minn proċess kompjuterizzat ta’ ħruġ ta’ permessi/ċertifikati.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikoli 2 u 3 għandhom jitħassru.

(2)

L-Annessi I sa VI għandhom jitħassru.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-27 ta' Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

ANNESS I

Image Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet

1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/riesportatur attwali, mhux ta’ aġent. Fil-każ ta’ ċertifikat ta’ proprjetà personali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali.

2.

Il-perjodu ta’ validità ta’ permess ta’ esportazzjoni jew ta’ ċertifikat ta’ riesportazzjoni ma għandux jaqbeż is-sitt xhur u ta’ permess ta’ importazzjoni ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Il-perjodu ta’ validità ta’ Ċertifikat ta’ Proprjetà Personali ma għandux jaqbeż it-tliet snin. Wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu, dan id-dokument ma jibqax jiswa u l-oriġinal u l-kopji kollha għandhom jintbagħtu lura mid-detentur lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ mingħajr dewmien żejjed. Permess ta’ importazzjoni ma jkunx validu meta d-dokument CITES korrispondenti mill-pajjiż (ri)esportatur ikun intuża għal xi (ri)esportazzjoni wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu jew jekk id-data tal-introduzzjoni fl-Unjoni hija aktar minn sitt xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.

3.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta’ aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta’ ċertifikat ta’ proprjetà personali.

5.

Din għandha titħalla vojta fil-każ ta’ ċertifikat ta’ proprjetà personali.

6.

Għall-kampjuni ħajjin tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness A għajr il-kampjuni mrobbija fil-magħluq jew dawk imnisslin artifiċjalment, l-awtorità tal-ħruġ tista’ tippreskrivi l-post li għandhom jinżammu fih billi tinkludi d-dettalji tiegħu f’din il-kaxxa. Kull moviment, minbarra għal xi trattament veterinarju urġenti u sakemm il-kampjuni jintbagħtu lura direttament lejn il-post awtorizzat tagħhom, imbagħad ikun jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità amministrattiva kompetenti.

8.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.

9/10.

Uża l-unitajiet tal-kwantità u/jew tal-massa netta skont dawk inklużi fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

11.

Niżżel in-numru tal-Appendiċi CITES (I, II, jew III) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ tal-permess/ċertifikat.

12.

Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ tal-permess/ċertifikat.

13.

Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:

W

Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom

R

Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza.

D

Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

A

Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

C

Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

F

Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

I

Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda (1)

O

Pre-konvenzjoni (1)

U

Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat)

14.

Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika l-għan li għalih jiġu (ri)esportati/importati l-kampjuni:

B

Trobbija fil-magħluq jew tnissil artifiċjali

E

Edukattiv

G

Ġonna botaniċi

H

Trofej tal-kaċċa

L

Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku

M

Mediku (inkluż riċerka bijo-medika)

N

Introduzzjoni mill-ġdid jew introduzzjoni fl-ambjent naturali

P

Personali

Q

Ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor

S

Xjentifiku

T

Kummerċjali

Z

Żus

15 sa 17.

Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew ippropagati artifiċjalment. Meta dan ikun pajjiż terz, il-kaxex 16 u 17 għandhom jinkludu dettalji tal-permess rilevanti. Meta kampjuni li joriġinaw minn Stat Membru tal-Unjoni jiġu esportati minn Stat Membru ieħor, huwa biss l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jissemma fil-kaxxa 15.

18 sa 20.

Il-pajjiż tal-aħħar riesportazzjoni huwa, fil-każ ta’ ċertifikat ta’ riesportazzjoni, il-pajjiż terz li qed jirriesporta li minnu kienu ġew importati l-kampjuni qabel ma ġew riesportati mill-Unjoni. Fil-każ ta’ permess ta’ importazzjoni, huwa l-pajjiż terz riesportatur li minnu jkunu sejrin jiġu importati l-kampjuni. Il-kaxex 19 u 20 għandhom jinkludu dettalji taċ-ċertifikat rilevanti ta’ riesportazzjoni.

21.

L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

23 sa 25.

Għall-użu uffiċjali biss.

26.

L-importatur/(ri)esportatur jew l-aġent tiegħu għandu, fejn xieraq, jindika n-numru tal-polza tat-tagħbija jew tal-polza tat-trasport bl-ajru.

27.

Biex timtela mill-uffiċċju doganali għall-introduzzjoni fl-Unjoni, jew dik ta’ (ri)esportazzjoni, kif xieraq. Fil-każ ta’ introduzzjoni, l-oriġinal (il-formola 1) irid jintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat u l-kopja għad-detentur (il-formola 2) lill-importatur. Fil-każ ta’ (ri)esportazzjoni, il-kopja li għandha tiġi rritornata mid-dwana lill-awtorità tal-ħruġ (il-formola 3) għandha tintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat u l-oriġinal (il-formola 1) u l-kopja għad-detentur (il-formola 2) lill-(ri)esportatur.

Image Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet

1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri)esportatur attwali, mhux ta’ aġent. Fil-każ ta’ ċertifikat ta’ proprjetà personali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali.

2.

Il-perjodu ta’ validità ta’ permess ta’ esportazzjoni jew ta’ ċertifikat ta’ riesportazzjoni ma għandux jaqbeż is-sitt xhur u ta’ permess ta’ importazzjoni ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. Il-perjodu ta’ validità ta’ ċertifikat ta’ proprjetà personali ma għandux jaqbeż it-tliet snin. Wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu, dan id-dokument ma jibqax jiswa u l-oriġinal u l-kopji kollha għandhom jintbagħtu lura mid-detentur lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ mingħajr dewmien żejjed. Permess ta’ importazzjoni ma jkunx validu meta d-dokument CITES korrispondenti mill-pajjiż (ri)esportatur ikun intuża għal xi (ri)esportazzjoni wara l-aħħar jum tal-validità tiegħu jew jekk id-data tal-introduzzjoni fl-Unjoni hija aktar minn sitt xhur mid-data tal-ħruġ tiegħu.

Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza

D

Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

A

Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

C

Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

F

Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

I

Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda (2)

O

Pre-konvenzjoni (2)

U

Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat)

14.

Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika l-għan li għalih jiġu (ri)esportati/importati l-kampjuni:

B

Trobbija fil-magħluq jew tnissil artifiċjali

E

Edukattiv

G

Ġonna botaniċi

H

Trofej tal-kaċċa

L

Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku

M

Mediku (inkluż riċerka bijomedika)

Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom

Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda (3)

O

Pre-konvenzjoni (3)

U

Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat)

14.

Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika l-għan li għalih jiġu (ri)esportati/importati l-kampjuni:

B

Trobbija fil-magħluq jew tnissil artifiċjali

E

Edukattiv

G

Ġonna botaniċi

H

Trofej tal-kaċċa

L

Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku

M

Mediku (inkluż riċerka bijomedika)

N

Introduzzjoni mill-ġdid jew introduzzjoni fl-ambjent naturali

P

Personali

Q

Ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor

S

Xjentifiku

T

Kummerċjali

Z

Żus

15 sa 17.

Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew imwielda artifiċjalment. Meta dan ikun pajjiż terz, il-kaxex 16 u 17 għandhom jinkludu dettalji tal-permess rilevanti. Meta kampjuni li joriġinaw minn Stat Membru tal-Unjoni jiġu esportati minn Stat Membru ieħor, huwa biss l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jissemma fil-kaxxa 15.

18 sa 20.

Il-pajjiż tal-aħħar riesportazzjoni huwa, fil-każ ta’ ċertifikat ta’ riesportazzjoni, il-pajjiż terz li qed jirriesporta li minnu kienu ġew importati l-kampjuni qabel ma ġew riesportati mill-Unjoni. Fil-każ ta’ permess ta’ importazzjoni, huwa l-pajjiż terz riesportatur li minnu jkunu sejrin jiġu importati l-kampjuni. Il-kaxex 19 u 20 għandhom jinkludu dettalji taċ-ċertifikat rilevanti ta’ riesportazzjoni.

21.

L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

23 sa 25.

Għall-użu uffiċjali biss.

26.

L-importatur/riesportatur jew l-aġent tiegħu għandu, fejn xieraq, jindika n-numru tal-polza tat-tagħbija jew tal-polza tat-trasport bl-ajru.

27.

Biex timtela mill-uffiċċju doganali għall-introduzzjoni fl-Unjoni, jew dik ta’ (ri)esportazzjoni, kif xieraq. Fil-każ ta’ introduzzjoni, l-oriġinal (il-formola 1) irid jintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat u l-kopja għad-detentur (il-formola 2) lill-importatur. Fil-każ ta’ (ri)esportazzjoni, il-kopja li għandha tiġi rritornata mid-dwana lill-awtorità tal-ħruġ (il-formola 3) għandha tintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat u l-oriġinal (il-formola 1) u l-kopja għad-detentur (il-formola 2) lill-(ri)esportatur.

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet

1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur/(ri)esportatur attwali, mhux ta’ aġent. Fil-każ ta’ ċertifikat ta’ proprjetà personali, l-isem u l-indirizz sħiħ tal-proprjetarju legali.

2.

Mhux applikabbli.

3.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur attwali, mhux ta’ aġent. Din għandha titħalla vojta fil-każ ta’ ċertifikat ta’ proprjetà personali.

5.

Din għandha titħalla vojta fil-każ ta’ ċertifikat ta’ proprjetà personali.

6.

Għandha timtela biss fuq il-formola tal-applikazzjoni fil-każ ta’ kampjuni ħajjin tal-ispeċi elenkati fl-Anness A għajr il-kampjuni mrobbija fil-magħluq jew imnisslin artifiċjalment.

8.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet (3) ittri skont l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.

9/10.

Uża l-unitajiet tal-kwantità u/jew tal-massa netta skont dawk inklużi fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

11.

Niżżel in-numru tal-Appendiċi ta’ CITES (I, II, jew III) li fih jiġu elenkati l-ispeċi fid-data tal-applikazzjoni għall-permess/ċertifikat.

12.

Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġu elenkati l-ispeċi fid-data tal-applikazzjoni.

13.

Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:

W

Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom

R

Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza.

D

Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu’

A

Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom

C

Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

F

Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

I

Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda (4)

O

Pre-konvenzjoni (4)

U

Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat)

14.

Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika l-għan li għalih jiġu (ri)esportati/importati l-kampjuni:

B

Trobbija fil-magħluq jew tnissil artifiċjali

E

Edukattiv

G

Ġonna botaniċi

H

Trofej tal-kaċċa

L

Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku

M

Mediku (inkluż riċerka bijomedika)

N

Introduzzjoni mill-ġdid jew introduzzjoni fl-ambjent naturali

P

Personali

Q

Ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw minn post għal ieħor

S

Xjentifiku

T

Kummerċjali

Z

Żus

15 sa 17.

Il-pajjiż ta’ oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, twieldu u trabbew fil-magħluq, jew tnisslu artifiċjalment. Meta dan ikun pajjiż terz, il-kaxex 16 u 17 għandhom jinkludu dettalji tal-permess rilevanti. Meta kampjuni li joriġinaw minn Stat Membru tal-Unjoni jiġu esportati minn Stat Membru ieħor, huwa biss l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jissemma fil-kaxxa 15.

18 sa 20.

Il-pajjiż tal-aħħar riesportazzjoni huwa, fil-każ ta’ ċertifikat ta’ riesportazzjoni, il-pajjiż terz li qed jirriesporta li minnu kienu ġew importati l-kampjuni qabel ma ġew riesportati mill-Unjoni. Fil-każ ta’ permess ta’ importazzjoni, huwa l-pajjiż terz riesportatur li minnu jkunu sejrin jiġu importati l-kampjuni. Il-kaxex 19 u 20 għandhom jinkludu dettalji taċ-ċertifikat rilevanti ta’ riesportazzjoni.

21.

L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

23.

Ipprovdi kemm tista’ dettalji u ġġustifika kwalunkwe ommissjoni għall-informazzjoni meħtieġa fuq.

(1)  Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.

(2)  Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.

(3)  Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.

(4)  Biex tintuża biss flimkien ma’ kodiċi tas-sors ieħor.

ANNESS II

Image Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet

1.

Niżżel l-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4.

Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew ippropagati artifiċjalment.

5.

Tapplika biss meta l-pajjiż li minnu jiġu importati l-kampjuni ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini.

6.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun.

9.

L-isem xjentifiku għandu jkun l-isem użat fl-Anness C jew D għar-Regolament (KE) Nru 338/97.

10.

Niżżel III għall-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi III għal CITES.

12.

Niżżel l-ittra (C jew D) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 li fih huwa elenkat l-ispeċi.

13.

L-importatur irid jibgħat l-oriġinali ffirmat (il-formola 1) u l-“kopja għall-importatur” (il-formola 2), meta jkun xieraq, flimkien mad-dokumenti tal-Appendiċi III taċ-CITES mill-pajjiż (ri)esportatur lill-uffiċċju doganali tal-introduzzjoni fl-Unjoni.

14.

L-uffiċċju doganali għandu jibgħat l-oriġinali ttimbrat (il-formola 1) lill-awtorità amministrattiva tal-pajjiż tiegħu u jirritorna l-“kopja għall-importatur” ittimbrata (il-formola 2) lill-importatur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

Image Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet

1.

Niżżel l-isem u l-indirizz sħiħ tal-importatur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

4.

Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew ippropagati artifiċjalment.

5.

Tapplika biss meta l-pajjiż li minnu jiġu importati l-kampjuni ma jkunx il-pajjiż tal-oriġini.

6.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun possibbli.

9.

L-isem xjentifiku għandu jkun l-isem użat fl-Anness C jew D għar-Regolament (KE) Nru 338/97.

10.

Niżżel III għall-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi III għal CITES.

12.

Niżżel l-ittra (C jew D) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 li fih huwa elenkat l-ispeċi.

13.

L-importatur irid jibgħat l-oriġinali ffirmat (il-formola 1) u l-“kopja għall-importatur” (il-formola 2), meta jkun xieraq, flimkien mad-dokumenti tal-Appendiċi III taċ-CITES mill-pajjiż (ri)esportatur lill-uffiċċju doganali tal-introduzzjoni fl-Unjoni.

14.

L-uffiċċju doganali għandu jibgħat l-oriġinali ttimbrat (il-formola 1) lill-awtorità amministrattiva tal-pajjiż tiegħu u jirritorna l-“kopja għall-importatur” ittimbrata (il-formola 2) lill-importatur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

ANNESS III

Image Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet

1.

Għandu jiġi ġġenerat numru uniku għaċ-ċertifikat mill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ.

2.

Id-data tal-iskadenza tad-dokument ma tistax tkun ta’ aktar minn tliet snin wara d-data tal-ħruġ. Meta l-wirja li tivvjaġġa toriġina minn pajjiż terz, id-data tal-iskadenza ma għandhiex tkun aktar tard minn dik indikata fuq iċ-ċertifikat ekwivalenti minn dak il-pajjiż.

3.

Imla l-isem sħiħ, l-indirizz permanenti u l-pajjiż tal-proprjetarju tal-kampjun kopert miċ-ċertifikat. In-nuqqas tal-firma tal-proprjetarju jrendi ċ-ċertifikat f’wieħed invalidu.

4.

L-isem, l-indirizz u l-pajjiż tal-awtorità amministrattiva tal-ħruġ għandhom ikunu diġà stampati minn qabel fuq il-formola.

5.

Dan il-blokk kien stampat minn qabel sabiex jindika l-validità taċ-ċertifikat għal movimenti transkonfinali multipli tal-kampjun bil-wirja tiegħu, għal għanijiet ta’ wiri biss, li jippermetti li l-kampjuni jintwerew lill-pubbliku skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 338/97 u sabiex jiġi ċċarat li ċ-ċertifikat ma għandux jinġabar iżda għandu jibqa’ mal-kampjun/proprjetarju. Dan il-blokk jista’ jintuża sabiex tiġi ġġustifikata l-ommissjoni ta’ ċerta informazzjoni.

6.

Dan il-blokk ġie stampat minn qabel sabiex jindika li l-moviment transkonfinali huwa permess lejn kwalunkwe pajjiż li jaċċetta dan iċ-ċertifikat bħala kwistjoni ta’ liġi nazzjonali.

7.

Dan il-blokk ġie stampat minn qabel bil-kodiċi Q għal ċirkli u wirjiet li jivvjaġġaw.

8.

Fejn xieraq, indika n-numru tal-bolla tas-sigurtà mwaħħla fil-blokk 19.

9.

L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.

10.

Iddeskrivi, bl-aktar mod preċiż possibbli, il-kampjun kopert miċ-ċertifikat, inklużi marki ta’ identifikazzjoni (tikketti, ċrieki, marki uniċi, eċċ.) suffiċjenti sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tal-pajjiż li fih tidħol il-wirja jivverifikaw li ċ-ċertifikat jikkorrispondi għall-kampjun kopert. Fejn possibbli, għandhom jiġu rreġistrati s-sess u l-età, waqt il-ħruġ taċ-ċertifikat.

11.

Indika l-għadd totali tal-kampjuni. Fil-każ ta’ annimali ħajjin, normalment dan ikun wieħed. Jekk ikun hemm aktar minn kampjun wieħed, iddikjara ‘ara l-inventarju mehmuż’.

12.

Niżżel in-numru tal-Appendiċi għall-Konvenzjoni (I, II jew III) li fih jiġi elenkat l-ispeċi waqt il-ħruġ taċ-ċertifikat.

13.

Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġi elenkat l-ispeċi waqt il-ħruġ taċ-ċertifikat.

14.

Uża l-kodiċijiet ta’ hawn taħt sabiex tindika s-sors. Dan iċ-ċertifikat ma jistax jintuża għal kampjuni bil-kodiċi tas-sors W, R, F jew U, sakemm dawn ma jkunux nkisbu jew ġew introdotti fl-Unjoni qabel ma d-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi I, II jew III għall-Konvenzjoni jew fl-Anness Cgħar-Regolament (KEE) Nru 3626/82 jew fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 338/97 saru applikabbli għalihom u jintuża wkoll il-kodiċi O.

W

Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom

R

Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza.

A

Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom

C

Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

F

Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

U

Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat)

O

Qabel il-Konvenzjoni (jista’ tintuża flimkien ma’ kwalunkwe kodiċi ieħor).

15/16.

Il-pajjiż tal-oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, imwielda u mrobbija fil-magħluq, jew imwielda artifiċjalment. Meta dan ikun pajjiż terz, il-kaxxa 16 għandha tinkludi dettalji tal-permess rilevanti. Meta kampjuni li joriġinaw minn Stat Membru tal-Unjoni jiġu esportati minn Stat Membru ieħor, huwa biss l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jissemma fil-kaxxa 15.

17.

Dan il-blokk għandu jinkludi n-numru tar-reġistrazzjoni tal-wirja.

18.

Niżżel id-data tal-akkwist biss għall-kampjuni li nkisbu jew ġew introdotti fl-Unjoni qabel ma d-dispożizzjonijiet relatati mal-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi I, II jew III għall-Konvenzjoni, jew fl-Anness C għar-Regolament (KEE) Nru 3626/82, jew fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 338/97 saru applikabbli għalihom.

19.

Għandha timtela mill-uffiċjal li joħroġ iċ-ċertifikat. Ċertifikat jista’ jinħareġ biss mill-awtorità amministrattiva tal-pajjiż fejn tkun ibbażata wirja u biss meta l-proprjetarju tal-wirja jkun irreġistra d-dettalji sħaħ tal-kampjun ma’ dik l-awtorità amministrattiva. Fil-każ ta’ wirja li toriġina f’pajjiż terz, ċertifikat jista’ jinħareġ biss mill-awtorità amministrattiva tal-pajjiż tal-ewwel destinazzjoni. L-isem tal-uffiċjal tal-ħruġ għandu jinkiteb sħiħ. Is-siġill, il-firma u, fejn xieraq, in-numru tal-bolla tas-sigurtà, għandhom ikunu leġibbli b’mod ċar.

20.

Dan il-blokk jista’ jintuża biex jirreferi għal leġiżlazzjoni nazzjonali jew għal kundizzjonijiet speċjali addizzjonali mpoġġija fil-moviment transkonfinali mill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ.

21.

Dan il-blokk kien stampat minn qabel sabiex jirreferi għall-folja ta’ kontinwazzjoni mehmuża, li għandha tindika l-movimenti transkonfinali kollha.

Soġġett għall-punt 5, malli jiskadi, dan id-dokument għandu jintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva tal-ħruġ.

Id-detentur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jċedi l-oriġinal ta’ dan iċ-ċertifikat (il-formola 1) — u, fejn applikabbli, iċ-ċertifikat tal-wirja li tivvjaġġa maħruġ minn pajjiż terz — għal għanijiet ta’ verifika, u jissottometti l-folja ta’ kontinwazzjoni li takkumpanjah jew (meta ċ-ċertifikat jinħareġ fuq il-bażi ta’ ċertifikat ekwivalenti minn pajjiż terz) iż-żewġ folji ta’ kontinwazzjoni u kopji tagħhom lil xi uffiċċju doganali magħżul skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 338/97. L-uffiċċju doganali għandu, wara li jimla l-folja jew folji ta’ kontinwazzjoni, jibgħat lura l-oriġinal ta’ dan iċ-ċertifikat (il-formola 1), iċ-ċertifikat oriġinali maħruġ minn pajjiż terz (fejn applikabbli) — u l-folja jew folji ta’ kontinwazzjoni — lid-detentur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu u jibgħat kopja approvata tal-folja ta’ kontinwazzjoni taċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru lill-awtorità amministrattiva rilevanti skont l-Artikolu 45 tar-Regolament 865/2006.

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet

3.

Imla l-isem sħiħ, l-indirizz permanenti u l-pajjiż tal-proprjetarju tal-kampjun kopert miċ-ċertifikat (mhux ta’ aġent). In-nuqqas tal-firma tal-proprjetarju jrendi ċ-ċertifikat f’wieħed invalidu.

8.

Fejn xieraq, indika n-numru tal-bolla tas-sigurtà mwaħħla fil-blokk 19.

9.

L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.

10.

Iddeskrivi, bl-aktar mod preċiż possibbli, il-kampjun kopert miċ-ċertifikat, inklużi marki ta’ identifikazzjoni (tikketti, ċrieki, marki uniċi, eċċ.) suffiċjenti sabiex jippermettu lill-awtoritajiet tal-pajjiż li fih tidħol il-wirja jivverifikaw li ċ-ċertifikat jikkorrispondi għall-kampjun kopert. Fejn possibbli, għandhom jiġu rreġistrati s-sess u l-età, waqt il-ħruġ taċ-ċertifikat.

11.

Indika l-għadd totali tal-kampjuni. Fil-każ ta’ annimali ħajjin, normalment dan ikun wieħed. Jekk ikun hemm aktar minn kampjun wieħed, iddikjara ‘ara l-inventarju mehmuż’.

12.

Niżżel in-numru tal-Appendiċi għall-Konvenzjoni (I, II jew III) li fih jiġi elenkat l-ispeċi waqt l-applikazzjoni.

13.

Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġi elenkat l-ispeċi waqt l-applikazzjoni.

14.

Uża l-kodiċijiet ta’ hawn taħt sabiex tindika s-sors. Dan iċ-ċertifikat ma jistax jintuża għal kampjuni bil-kodiċi tas-sors W, R, F jew U, sakemm dawn ma jkunux nkisbu jew ġew introdotti fl-Unjoni qabel ma d-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi I, II jew III għall-Konvenzjoni jew fl-Anness Cgħar-Regolament (KEE) Nru 3626/82 jew fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 338/97 saru applikabbli għalihom u jintuża wkoll il-kodiċi O.

W

Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom

R

Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza.

A

Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom

C

Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

F

Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

U

Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat)

O

Qabel il-Konvenzjoni (jista’ tintuża flimkien ma’ kwalunkwe kodiċi ieħor).

15/16.

Il-pajjiż ta’ oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, twieldu u trabbew fil-magħluq, jew tnisslu artifiċjalment. Meta dan ikun pajjiż terz (jiġifieri pajjiż mhux membru fl-UE), il-kaxxa 16 għandha tinkludi dettalji tal-permess rilevanti. Meta kampjuni li joriġinaw minn Stat Membru tal-Unjoni jiġu esportati minn Stat Membru ieħor, huwa biss l-isem tal-Istat Membru tal-oriġini li jrid jissemma fil-kaxxa 15.

17.

Dan il-blokk għandu jinkludi n-numru tar-reġistrazzjoni tal-wirja.

18.

Niżżel id-data tal-akkwist biss għall-kampjuni li nkisbu jew ġew introdotti fl-Unjoni qabel ma d-dispożizzjonijiet relatati mal-ispeċijiet elenkati fl-Appendiċi I, II jew III għall-Konvenzjoni, jew fl-Anness C għar-Regolament (KEE) Nru 3626/82, jew fl-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 338/97 saru applikabbli għalihom.

19.

Ipprovdi kemm tista’ dettalji u ġġustifika kwalunkwe ommissjoni għall-informazzjoni meħtieġa fuq.

ANNESS IV

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

Image Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet

1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tad-detentur taċ-ċertifikat, mhux ta’ aġent.

2.

Għandha timtela biss fil-każ li l-permess ta’ importazzjoni għall-kampjuni kkonċernati jippreskrivi l-post li għandhom jinżammu fih, jew meta jkun meħtieġ li l-kampjuni li ttieħdu mill-ambjent naturali tagħhom fi Stat Membru jinżammu f’indirizz awtorizzat.

Kull moviment, minbarra għal xi trattament veterinarju urġenti u sakemm il-kampjuni jintbagħtu lura direttament lejn il-post awtorizzat tagħhom, mill-post indikat, għandu mbagħad ikun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità amministrattiva kompetenti (ara l-kaxxa 19).

4.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.

5/6.

Uża l-unitajiet tal-kwantità u/jew tal-massa netta skont dawk inklużi fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

7.

Niżżel in-numru tal-Appendiċi CITES (I, II, jew III) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

8.

Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.

9.

Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:

W

Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom

R

Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza.

D

Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

A

Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom

C

Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

F

Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

I

Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda (1)

O

Qabel il-Konvenzjoni (1)

U

Sors mhux magħruf (irid ikun ġustifikat)

10 sa 12.

Il-pajjiż ta’ oriġini huwa l-pajjiż li minnu ttieħdu l-kampjuni mill-ambjent naturali, twieldu u trabbew fil-magħluq, jew tnisslu artifiċjalment.

13 sa 15.

L-Istat Membru tal-importazzjoni huwa, meta applikabbli, l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ importazzjoni għall-kampjuni kkonċernati.

16.

L-isem xjentifiku għandu jkun skont ir-referenzi standard għan-nomenklatura msemmija fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Struzzjonijiet u spjegazzjonijiet

1.

L-isem u l-indirizz sħiħ tal-applikant għaċ-ċertifikat, mhux ta’ aġent.

2.

Għandha timtela biss fuq il-formola tal-applikazzjoni fil-każ ta’ kampjuni ħajjin tal-ispeċi elenkati fl-Anness A għajr il-kampjuni mrobbija fil-magħluq jew imnisslin artifiċjalment.

4.

Id-deskrizzjoni trid tkun preċiża kemm jista’ jkun possibbli u tinkludi kodiċi bi tliet ittri skont l-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom.

5/6.

Uża l-unitajiet tal-kwantità u/jew tal-massa netta skont dawk inklużi fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 865/2006.

7.

Niżżel in-numru tal-Appendiċi ta’ CITES (I, II, jew III) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-applikazzjoni.

8.

Niżżel l-ittra tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 338/97 (A, B jew C) li fih jiġu elenkati l-ispeċijiet fid-data tal-applikazzjoni.

9.

Uża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin biex tindika s-sors:

W

Kampjuni meħudin mill-ambjent naturali tagħhom

R

Kampjuni ta’ annimali mrobbija f’ambjent ikkontrollat, meħuda bħala bajd jew bħala frieħ mill-ambjent naturali, fejn kieku kien ikollhom probabbiltà baxxa li jissoppravvivu sal-adultezza.

D

Annimali tal-Anness A imrobbija fil-magħluq għal għanijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-Reġistru tas-Segretarjat CITES, skont it-Riżoluzzjoni Conf. 12.10 (Rev. CoP15), u pjanti tal-Anness A artifiċjalment ippropagati għal għanijiet kummerċjali skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

A

Pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Anness A, għal għanijiet mhux kummerċjali u pjanti mnisslin artifiċjalment, speċifikati fl-Annessi B u C, skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom

C

Annimali mrobbija fil-magħluq skont il-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivati minnu

F

Annimali mwielda fil-magħluq, iżda li għalihom il-kriterji tal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006 ma jiġux issodisfati, kif ukoll partijiet u derivati tagħhom

I

Kampjuni kkonfiskati jew maqbuda (2)

O

Qabel il-Konvenzjoni (2)

ANNESS VI

Image

Test ta 'immaġni

Top