EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010L0047

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/47/UE tal- 5 ta’ Lulju 2010 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq

OJ L 173, 8.7.2010, p. 33–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 008 P. 282 - 295

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/05/2018; Imħassar b' 32014L0047

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/47/oj

8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/33


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/47/UE

tal-5 ta’ Lulju 2010

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (1), u partikolarment l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

Fl-interess tas-sikurezza fuq it-toroq, tal-ħarsien tal-ambjent u tal-kompetizzjoni ġusta huwa importanti li jiġi żgurat li l-vetturi kummerċjali li jintużaw jiġu miżmuma kif xieraq u spezzjonati, sabiex il-prestazzjoni tagħhom fit-traffiku tibqa’ sikura meta jkunu qed jintużaw fit-toroq tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Standards u metodi stipulati fid-Direttiva 2000/30/KE għandhom jiġu adattati għall-progress tekniku, u b’hekk jittejbu l-ispezzjonijiet tekniċi fil-ġenb tat-triq li jsiru fl-Unjoni Ewropea.

(3)

L-ispezzjonijiet ma għandhomx jieħdu aktar minn tul ta’ żmien raġonevoli, sabiex l-ispejjeż u d-dewmien li jiffaċċaw is-sewwieqa jitnaqqsu kemm jista’ jkun.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-korrelazzjoni bejn ir-riżultati tat-test, id-difetti u l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull vettura li tiġi spezzjonata, għandu jinħareġ rapport tal-ispezzjoni standardizzat li jkun aktar dettaljat, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).

(5)

Ir-rekwiżiti tekniċi jvarjaw skont il-kategorija tal-vetturi, kif definit fil-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip (2). Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi emendat kif xieraq biex ikun jindika dawn il-kategoriji tal-vetturi.

(6)

Ir-rapport tal-ispezzjoni, minbarra n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura għandu jindika wkoll in-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura (VIN), sabiex l-identifikazzjoni tal-vettura tkun aktar affidabbli.

(7)

Sabiex jiffaċilita r-reġistrazzjoni tan-nuqqasijiet identifikati mill-ispetturi, ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jinkludi lista sħiħa ta’ elementi fuq in-naħa ta’ wara tiegħu.

(8)

Sabiex ikomplu jittejbu l-ispezzjonijiet tekniċi fil-ġenb tat-triq, fir-rigward tal-progress tekniku, għandhom jiddaħħlu metodi ta’ spezzjoni li jkunu relatati ma’ kull wieħed mill-elementi elenkati fl-Anness II.

(9)

Minbarra l-elementi relatati mas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni ambjentali, l-ispezzjoni għandha tkopri wkoll l-identifikazzjoni tal-vettura sabiex tiżgura li jiġu applikati l-ispezzjonijiet u l-istandards xierqa, sabiex tippermetti li r-riżultati tal-ispezzjoni jiġu rreġistrati u sabiex tippermetti l-infurzar ta’ rekwiżiti legali oħra.

(10)

Il-miżuri pprovvduti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-kumitat għall-addattament għall-progress tekniku tad-Direttiva dwar it-testijiet għall-kwalità tajba fuq it-triq tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom istitwit bl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/40/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I u l-Anness II għad-Direttiva 2000/30/KE huma emendati skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1.

(2)  L-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9,10.2007, p. 1)


ANNESS

L-Annessi I u II għad-Direttiva 2000/30/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS I

(in-naħa ta’ quddiem)

EŻEMPJU TA’ RAPPORT TA’ SPEZZJONI TEKNIKA FIL-ĠENB TAT-TRIQ LI JINKORPORA CHECK-LIST

1.

Il-post fejn issir l-ispezzjoni …

2.

Data …

3.

Ħin …

4.

Il-marka tan-nazzjonalità tal-vettura u n-numru tar-reġistrazzjoni …

5.

Numru VIN/ta’ identifikazzjoni tal-vettura …

    N2(a) (3,5 sa 12 t)

    N3(a) (aktar minn 12 t)

    O3(a) (3,5 sa 10 t)

    O4(a) (aktar minn 10 t)

    M2(a) (> 9 siġġijiet(b) u sa 5 t)

    M3(a) (> 9 siġġijiet(b) u aktar minn 5 t)

    Kategorija ta’ vetturi oħra (Art.1(3))

6.

Kategorija tal-vettura

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

(g)

7.

L-impriża li qed tagħmel it-trasport

(a)

Isem u indirizz …

(b)

Numru tal-liċenzja tal-Komunità(c) [Regolament (KE) 1072/2009] …

8.

Nazzjonalità (Sewwieq) …

9.

Isem tas-sewwieq …

10.

Lista ta’ spezzjoni…

 

Iċċekkjata(d)

mhux iċċekkjata

M’għaddewx(e)

(0)

identifikazzjoni(f)

(1)

tagħmir tal-brejkijiet

(2)

stering(f)

(3)

viżibbiltà(f)

(4)

tagħmir tad-tidwil u sistema tal-elettriku(f)

(5)

fusien, roti, tajers, suspesion(f)

(6)

chassis u attachments tax-chassis(f)

(7)

tagħmir ieħor inkluż takografu(f) u apparat għal-limitazzjoni tal-veloċità

(8)

effetti negattivi inklużi emissjonijiet u tnixxija ta’ fjuwil u/jew żejt

11.

Riżultat tal-ispezzjoni:

Projbizzjoni tal-użu tal-vettura, li għandha difetti perikoluzi

12.

Mixxellaneja/rimarki: …

13.

L-Awtorità/uffiċjal jew spettur li wettaq l-ispezzjoni

Firma ta’:

Awtorità/uffiċjal jew spettur tat-test

Sewwieq

Noti:

(a)

Il-kategorija tal-vettura skont l-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(b)

L-għadd ta’ siġġijiet inkluz dak tas-sewwieq (l-element S.1 taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni).

(c)

Jekk disponibbli.

(d)

“iċċekkjata” tfisser li ġew iċċekkjati wieħed jew aktar mill-elementi ta’ spezzjoni ta’ dan il-grupp elenkati fl-Anness II għad-Direttiva 2009/40/KE kif emendata bid-Direttiva 2010/48/UE.

(e)

Difetti indikati fuq in-naħa ta’ wara.

(f)

Il-metodi għall-ittestjar u l-linji gwida għall-valutazzjoni tad-difetti skont l-Anness II għad-Direttiva 2009/40/KE kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 2010/48/UE.

(in-naħa ta’ wara)

0.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-VETTURA

0.1.

Pjanċi tan-numru ta’ reġistrazzjoni

0.2.

Numru ta’ identifikazzjoni/tax-chassis/tas-serje

1.   TAGĦMIR TAL-BREJKIJIET

1.1.

Il-kondizzjoni mekkanika u l-funzjonament

1.1.1.

Il-pern tal-pedala tas-service brake

1.1.2.

Il-kondizzjoni tal-pedala u t-travel tal-mezz li jopera l-brejkijiet

1.1.3.

Il-pompa tal-vakwu jew il-kompressur u l-akkumulaturi

1.1.4.

Gauge jew indikatur li juri twissija ta’ pressjoni baxxa

1.1.5.

Il-valv manwali ta’ kontroll tal-brejkijiet

1.1.6.

Il-mezz li jattiva l-brejk tal-ipparkjar, il-kontroll tal-lieva, ir-ratchet tal-brejk tal-ipparkjar

1.1.7.

Valvi tal-brejkijiet (foot valves, un-loaders, governors)

1.1.8.

Couplings għall-brejkijiet tal-karrijiet (tal-elettriku u tal-arja)

1.1.9.

Akkumulatur tal-pressjoni

1.1.10.

Unitajiet servo tal-brejk, il-mastruċilindru (sistemi idrawliċi)

1.1.11.

Pajpijiet riġidi tal-brejkijiet

1.1.12.

Hoses flessibbli tal-brejkijiet

1.1.13.

Linings u pads tal-brejkijiet

1.1.14.

Drums tal-brejkijiet, diski tal-brejkijiet

1.1.15.

Kejbils, vireg, livers u linkages tal-brejkijiet

1.1.16.

Actuators tal-brejkijiet (inkluż brejkijiet bil-molla jew ċilindri idrawkiċi)

1.1.17.

Valv li jħoss it-tagħbija

1.1.18.

Indikaturi u mezzi għall-aġġustament tal-laxkezza

1.1.19.

Sistema EBS (meta mgħammra jew meħtieġa)

1.1.20.

Funzjonament awtomatiku tal-brejkijiet tal-karru

1.1.21.

Sistema tal-brejkijiet kompleta

1.1.22.

Konnessjonijiet tat-test

1.2.

Prestazzjoni u effiċjenza tas-service brejk

1.2.1.

Prestazzjoni

1.2.2.

Effiċjenza

1.3.

Prestazzjoni u effiċjenza tal-brejkijiet sekondarji (ta’ emerġenza)

1.3.1.

Prestazzjoni

1.3.2.

Effiċjenza

1.4.

Il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-brejk tal-ipparkjar

1.4.1.

Prestazzjoni

1.4.2.

Effiċjenza

1.5.

Prestazzjoni tal-EBS (Endurance Braking System)

1.6.

Sistema ta’ brejkijiet anti-lock

2.   L-ISTERING

2.1.

Il-kundizzjoni mekkanika

2.1.1.

Il-kundizzjoni tal-apparat tal-istering

2.1.2.

It-tqabbid tal-kejsing tar-rota tal-istering

2.1.3.

Il-kundizzjoni tal-linkage tal-istering

2.1.4.

Il-funzjonament tal-linkage tal-istering

2.1.5.

Il-power steering

2.2.

Ir-rota u l-kolonna tal-isteering

2.2.1.

Il-kondizzjoni tar-rota tal-isteering

2.2.2.

Il-kolonna tal-isteering

2.3.

Il-laxkezza tal-isteering

2.4.

L-allinjament tar-rota tal-isteering

2.5.

Irmonk tal-karru kkontrollat bl-isteering

3.   IL-VIŻIBBILTÀ

3.1.

L-ispazju tal-viżjoni

3.2.

Il-kundizzjoni tal-ħġieġ

3.3.

Il-mirja li juru wara

3.4.

Il-wajpers tal-windskrint

3.5.

Il-washer tal-windscreen

3.6.

Is-sistema li tneħħi ċ-ċpar minn fuq il-windscreen

4.   FANALI, RIFLETTURI, TAGĦMIR TAL-ELETTRIKU

4.1.

Il-fanali ta’ quddiem

4.1.1.

Il-kundizzjoni u l-funzjonament

4.1.2.

L-allinjament

4.1.3.

Is-swiċċijiet

4.1.4.

Konformità mar-rekwiżiti

4.1.5.

Tagħmir għall-invellar tal-fanali

4.1.6.

Tagħmir ta’ tindif tal-fanali ta’ quddiem

4.2.

Il-fanali ta’ quddiem u ta’ wara, il-fanali tal-ġenb u l-fanali li jimmarkaw il-linja ta’ barra

4.2.1.

Il-kundizzjoni u l-funzjonament

4.2.2.

Is-swiċċijiet

4.2.3.

Konformità mar-rekwiżiti

4.3.

Il-fanali tal-waqfien

4.3.1.

Il-kundizzjoni u l-funzjonament

4.3.2.

Is-swiċċijiet

4.3.3.

Konformità mar-rekwiżiti

4.4.

Lampi li jindikaw id-direzzjoni u lampi ta’ twissija ta’ periklu

4.4.1.

Il-kundizzjoni u l-funzjonament

4.4.2.

Is-swiċċijiet

4.4.3.

Konformità mar-rekwiżiti

4.4.4.

Il-frekwenza li biha jixegħlu u jitfu

4.5.

Il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem u ta’ wara

4.5.1.

Il-kundizzjoni u l-funzjonament

4.5.2.

L-allinjament

4.5.3.

Is-swiċċijiet

4.5.4.

Konformità mar-rekwiżiti

4.6.

Il-fanali tas-sewqan b’lura

4.6.1.

Il-kundizzjoni u l-funzjonament

4.6.2.

Is-swiċċijiet

4.6.3.

Konformità mar-rekwiżiti

4.7.

Il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara

4.7.1.

Il-kundizzjoni u l-funzjonament

4.7.2.

Konformità mar-rekwiżiti

4.8.

Retrorifletturi, immarkar biex jolqot l-għajn u pjanċi ta’ wara mmarkati

4.8.1.

Il-kundizzjoni

4.8.2.

Konformità mar-rekwiżiti

4.9.

Indikaturi obbligatorji għat-tagħmir tad-dawl

4.9.1.

Il-kundizzjoni u l-funzjonament

4.9.2.

Konformità mar-rekwiżiti

4.10.

Il-konnessjonijiet elettriċi bejn il-vettura li tiġbed u l-karru jew is-semi-karru

4.11.

Il-wajering elettriku

4.12.

Fanali jew rifletturi mhux obbligatorji

4.13.

Batterija

5.   IL-FUSIEN, IR-ROTI, IT-TAJERS U S-SUSPENSION

5.1.

Il-fusien

5.1.1.

Il-fusien

5.1.2.

Fusijiet tat-tip stub

5.1.3.

Il-bearings tar-rota

5.2.

Ir-roti u t-tajers

5.2.1.

Il-buttun tar-roti tat-triq

5.2.2.

Ir-roti

5.2.3.

It-tajers

5.3.

Is-sistema tas-suspension

5.3.1.

Il-molol u l-istabbilizzatur

5.3.2.

L-assorbituri

5.3.3.

Tubi tat-torque, radius arms, wishbones & susp. arms

5.3.4.

Joints tas-suspension

5.3.5.

Is-suspension tal-arja

6.   IX-CHASSIS U L-AĊĊESSORJI TAX-CHASSIS

6.1.

Ix-chassis jew il-frejm u l-aċċessorji

6.1.1.

Il-kundizzjoni ġenerali

6.1.2.

Il-pajpijiet tal-egżost u s-silencers

6.1.3.

It-tank u l-pajpijiet tal-fjuwil (inkluż it-tank u l-pajpijiet tal-fjuwil tat-tisħin)

6.1.4.

Bampers, protezzjoni laterali u tagħmir taħt il-parti ta’ wara

6.1.5.

Il-kaxxa fejn tinżamm ir-rota ż-żejda

6.1.6.

Il-mekkaniżmi ta’ coupling u t-tagħmir tal-irmunkar

6.1.7.

It-trażmissjoni

6.1.8.

Il-mountings tal-magna

6.1.9.

Il-prestazzjoni tal-magna

6.2.

Il-kabina u x-xogħol fuq il-bodi

6.2.1.

Il-kundizzjoni

6.2.2.

L-immuntar

6.2.3.

Il-bibien u l-molol tal-bibien

6.2.4.

L-art

6.2.5.

Is-siġġu tax-xufier

6.2.6.

Siġġijiet oħra

6.2.7.

Il-kontrolli tas-sewqan

6.2.8.

It-turġien tal-kabina

6.2.9.

Aċċessorji u tagħmir intern u estern

6.2.10.

Mudguards (wings), mezzi li jnaqqsu t-titjir

7.   TAGĦMIR IEĦOR

7.1.

Iċ-ċinturini/bokkli tas-sikurezza

7.1.1.

Is-sigurtà tal-mounting

7.1.2.

Il-kundizzjoni

7.1.3.

Load-limiter taċ-ċinturin tas-sikurezza

7.1.4.

Il-pretensioners taċ-ċintorin tas-sikurezza

7.1.5.

L-airbag

7.1.6.

Is-Sistemi SRS

7.2.

L-estintur tan-nar

7.3.

Is-serraturi u t-tagħmir kontra s-serq

7.4.

It-trianglu ta’ twissija

7.5.

Il-kit tal-ewwel għajnuna

7.6.

Iċ-chocks tar-roti (wedges)

7.7.

Strument ta’ twissija li jinstema’

7.8.

L-ispidometru

7.9.

It-takografu

7.10.

Tagħmir li jillimita l-veloċità

7.11.

L-odometru

7.12.

Electronic Stability Control (ESC)

8.   STORBJU

8.1.

Is-sistema tat-trażżin tal-istorbju

8.2.

L-emissjonijiet tal-egżost

8.2.1.

L-emissjonijiet minn magni petrol

8.2.1.1.

Tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-egżost

8.2.1.2.

Emissjonijiet ta’ gass

8.2.2.

Emissjonijiet minn magni diżil

8.2.2.1.

Tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-egżost

8.2.2.2.

L-opaċità

8.3.

Trażżin tal-interferenza elettromanjetika

8.4.

Elementi oħra relatati mal-ambjent

8.4.1.

Duħħan viżibbli

8.4.2.

Tnixxijiet ta’ fluwidi”

(2)

L-Anness II jinbidel b’dan:

“ANNESS II

WERREJ

1.

INTRODUZZJONI

2.

REKWIŻITI TAL-ISPEZZJONI

1.

Tagħmir tal-brejkijiet

8.

Effetti negattivi

1.   INTRODUZZJONI

L-Anness jistipula r-regoli għall-ittestjar u/jew l-iċċekkjar tas-sistemi tal-brejkijiet u tal-emissjonijiet tal-egżost waqt spezzjoni teknika fil-ġenb tat-triq. L-użu ta’ tagħmir mhuwiex obbligatorju waqt l-ispezzjonijiet fil-ġenb tat-triq. Madankollu, dan itejjeb il-kwalità tal-ispezzjonijiet u, meta jkun possibbli, huwa rrakkomandat li jsir.

L-elementi li jistgħu jiġu ttestjati biss bl-użu ta’ tagħmir ġew immarkati b’ (E).

Meta metodu ta’ spezzjoni jingħata bħala viżwali, dan ifisser illi minbarra milli jħares lejn l-elementi, l-ispettur għandu, jekk ikun meħtieġ, imisshom, jevalwa l-ħsejjes u juża kwalunkwe mezz ta’ spezzjoni ieħor xieraq mingħajr l-użu ta’ tagħmir.

2.   REKWIŻITI TAL-ISPEZZJONI

L-ispezzjonijiet tekniċi fil-genb tat-triq jistgħu jkopru elementi u jużaw il-metodi elenkati hawn taħt. In-nuqqasijiet huma eżempji ta’ difetti li jistgħu jiġu identifikati.

Element

Metodu

Nuqqasijiet

1.   TAGĦMIR TAL-BREJKIJIET

1.1.   

Il-kondizzjoni mekkanika u l-funzjonament

1.1.1.

Il-pern tal-pedala tas-service brake

Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

Nota: Il-vetturi b’sistemi tal-brejkijiet power-assisted għandhom jiġu spezzjonati bil-magna mitfija.

(a)

Pern issikat iżżejjed.

(b)

Ittiekel jew laxk wisq.

1.1.2.

Il-kondizzjoni tal-pedala u t-travel tal-mezz li jopera l-brejkijiet

Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

Nota: Il-vetturi b’sistemi tal-brejkijiet power-assisted għandhom jiġu spezzjonati bil-magna mitfija.

(a)

Travel żejjed jew riserva ta’ travel insuffiċjenti.

(b)

Kontroll tal-brejkijiet li ma jirrilaxxax kif suppost

(c)

Id-dispożizzjoni kontra ż-żliq ta’ fuq il-pedala tal-brejkijiet mhix hemm, maħlula jew ittieklet bl-użu

1.1.3.

Il-pompa tal-vakwu jew il-kompressur u l-akkumulaturi

Spezzjoni viżwali tal-komponenti fi pressjoni operattiva normali. Ħin ta’ ttestjar meħtieġ sakemm il-pressjoni tal-vakwu jew il-pressjoni tal-arja jilħqu livell sikur ta’ tħaddim u jibdew jiffunzjonaw il-mezz ta’ twissija, il-valv ta’ protezzjoni ta’ sistema multi-circuit u l-valv għar-rilaxx tal-pressjoni.

(a)

Il-pressjoni tal-arja/vakwu hija insuffiċjenti biex tassisti għal mill-inqas żewġ applikazzjonijiet tal-brejkijiet wara li l-mezz ta’ twissija jkun iffunzjona (jew il-gauge juri qari mhux ta’ min joqgħod fuqu).

(b)

Il-ħin meħtieġ biex il-pressjoni tal-arja/vakwu jilħqu l-livell sikur ta’ tħaddim ma jissodisfax ir-rekwiżiti (1)

(c)

Il-valv ta’ protezzjoni ta’ sistema multi-circuit jew il-valv għar-rilaxx tal-pressjoni ma jaħdimx

(d)

Tnixxija tal-arja li tikkawża waqgħa notevoli fil-pressjoni jew tnixxijiet tal-arja li jinstemgħu.

(e)

Ħsara esterna li x’aktarx taffettwa l-funzjonament tas-sistema tal-brejkijiet.

1.1.4.

Gauge jew indikatur li juri twissija ta’ pressjoni baxxa

Kontroll tal-funzjonament.

Gauge jew indikatur difettuż jew jaħdem ħażin.

1.1.5.

Il-valv manwali ta’ kontroll tal-brejkijiet

Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

(a)

Il-kontroll imxaqqaq, bil-ħsara jew mittiekel wisq.

(b)

Il-kontroll mhux imwaħħal sew mal-valv jew il-valv mhux imwaħħal sod.

(c)

Konnessjonijiet laxki fis-sistema jew tnixxijiet fis-sistema.

(d)

Funzjonament mhux sodisfaċenti.

1.1.6.

Il-mezz li jattiva l-brejk tal-ipparkjar, il-kontroll tal-lieva, ir-ratchet tal-brejk tal-ipparkjar

Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

(a)

Ir-ratchet mhux jorbot sew.

(b)

Il-pern tal-lieva jew il-mekkaniżmu tar-ratchet ittiekel wisq.

(c)

Moviment eċċessiv tal-lieva li jindika aġġustament inkorrett.

(d)

L-attivatur nieqes, bil-ħsara jew ma jaħdimx.

(e)

Funzjonament ħażin, l-indikatur ta’ twissija jaħdem ħażin.

1.1.7.

Valvi tal-brejkijiet (foot valves, un-loaders, governors)

Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

(a)

Valv bil-ħsara jew tnixxija eċċessiva tal-arja.

(b)

Skarika eċċessiva ta’ żejt mill-kompressur.

(c)

Valv jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin.

(d)

Ħruġ jew tnixxija ta’ fluwidu idrawliku.

1.1.8.

Couplings għall-brejkijiet tal-karrijiet (tal-elettriku u tal-arja)

Skonnettja u kkonnettja mill-ġdid il-couplings kollha tas-sistema tal-brejkijiet bejn il-vettura li tirmonka u l-karru.

(a)

Difett fit-tapp jew fil-valvola li tissiġilla lilha nnifisha.

(b)

Vit jew valv jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin.

(c)

Tnixxijiet eċċessivi.

(d)

Mhux imwaħħlin jew mhux imwaħħlin sew fejn meħtieġ.

(e)

Ma jaħdmux sew.

1.1.9.

Akkumulatur tal-pressjoni

Spezzjoni viżwali.

(a)

It-tank bil-ħsara, imsaddad jew inixxi.

(b)

Il-mezz li bih jiġi mbattal ma jaħdimx.

(c)

It-tank jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin.

1.1.10.

Unitajiet servo tal-brejk, il-mastruċilindru (sistemi idrawliċi)

Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

(a)

Is-servo unit difettuż jew mhux effettiv.

(b)

Il-mastruċilindru difettuż jew inixxi.

(c)

Il-mastruċilindru mhux imwaħħal sod.

(d)

Il-fluwidu tal-brejkijiet huwa insuffiċjenti.

(e)

It-tapp tat-tank tal-mastruċilindru nieqes.

(f)

Il-bozza ta’ twissija tal-fluwidu tal-brejkijiet mixgħula jew difettuża

(g)

Il-mezz li jwissi li l-livell tal-fluwidu tal-brejkijiet ma jaħdimx sew.

1.1.11.

Pajpijiet riġidi tal-brejkijiet

Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

(a)

Riskju imminenti li jċedu jew jinqasmu.

(b)

Pajpijiet jew konnessjonijiet li jnixxu.

(c)

Il-pajpijiet bil-ħsara jew imsadda żżejjed.

(d)

Il-pajpijiet mhux f’posthom.

1.1.12.

Hoses flessibbli tal-brejkijiet

Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

(a)

Riskju imminenti li jċedu jew jinqasmu.

(b)

Hoses bil-ħsara, mittiekla, mibrumin jew qosra wisq.

(c)

Hoses jew konnessjonijiet li jnixxu.

(d)

Hoses minfuħin bil-pressjoni.

(e)

Hoses porużi.

1.1.13.

Linings u pads tal-brejkijiet

Spezzjoni viżwali.

(a)

Il-lining jew il-pad mittiekla wisq.

(b)

Il-lining jew il-pad ikkontaminati (żejt, griż, eċċ.).

(c)

Lining jew pad neqsin.

1.1.14.

Drums tal-brejkijiet, diski tal-brejkijiet

Spezzjoni viżwali.

(a)

Id-drum jew id-disk mittiekla wisq, imsaddin jew fihom taħfir jew qsim, mhux imwaħħlin sod jew maqsumin.

(b)

Id-drum jew id-disk ikkontaminati (żejt, grease, eċċ.).

(c)

Id-drum jew id-disk neqsin.

(d)

Il-back plate mhix imwaħħla sod.

1.1.15.

Kejbils, vireg, livers u linkages tal-brejkijiet

Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

(a)

Kejbil bil-ħsara jew mgħaqqad.

(b)

Komponent mittiekel wisq jew imsaddad.

(c)

Kejbil, virga jew ġonta mhux imwaħħlin sod.

(d)

Il-gwida tal-kejbil difettuża.

(e)

Restrizzjoni għall-moviment ħieles tas-sistema tal-brejkijiet.

(f)

Ċaqliq mhux normali tal-livers/linkage li jindika twaħħil ħażin jew li ttieklu wisq.

1.1.16.

Actuators tal-brejkijiet (inkluż brejkijiet bil-molla jew ċilindri idrawliċi)

Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

(a)

L-actuator maqsum jew bil-ħsara.

(b)

L-actuator inixxi.

(c)

L-actuator jiċċaqlaq jew imwaħħal ħażin.

(d)

L-actuator imsaddad wisq.

(e)

Travel eċċessiv jew insuffiċjenti tal-pistun operattiv jew tal-mekkaniżmu tad-dijaframma.

(f)

L-għatu ta’ protezzjoni mit-trab għandu ħsara kbira jew mhux hemm.

1.1.17.

Valv li jħoss it-tagħbija

Spezzjoni viżwali tal-komponenti waqt li s-sistema tal-brejkijiet tkun qed tiffunzjona.

(a)

Linkage difettuż.

(b)

Linkage aġġustat ħażin.

(c)

Valv iġġammjat jew ma jaħdimx.

(d)

Ma hemmx valv.

(e)

Ma hemmx pjanċa tad-dejta.

(f)

Id-dejta ma tinqarax jew mhix skont ir-rekwiżiti (1).

1.1.18.

Indikaturi u mezzi għall-aġġustament tal-laxkezza

Spezzjoni viżwali.

(a)

Il-mezz għall-aġġustament tal-laxkezza bil-ħsara, iġġammjat jew jiċċaqlaq b’mod anormali, tekil eċċessiv jew aġġustament inkorrett.

(b)

Il-mezz għall-aġġustament tal-laxkezza difettuż.

(c)

Installati jew mibdula ħażin.

1.1.19.

Sistema EBS (meta mgħammra jew meħtieġa)

Spezzjoni viżwali.

(a)

Konnetturi jew mountings mhux imwaħħlin sod.

(b)

Is-sistema għandha difetti ċari jew ma hemmx sistema.

1.1.20.

Funzjonament awtomatiku tal-brejkijiet tal-karru

Skonnettja l-coupling tal-brejkijiet bejn il-vettura tal-irmunkar u l-karru

Il-brejk tal-karru ma jidħolx awtomatikament xħin jiġi skonnettjat il-coupling.

1.1.21.

Sistema tal-brejkijiet kompleta

Spezzjoni viżwali.

(a)

Mezzi oħra tas-sistema (eż., il-pompa tal-anti-freeze, id-dryer tal-arja, eċċ) bi ħsara esterna jew imsaddin wisq tant li jaffettwaw ħażin lis-sistema tal-brejkijiet.

(b)

Tnixxija eċċessiva ta’ arja jew tal-anti-freeze.

(c)

Kwalunkwe komponent li mhux imwaħħlal sod jew imwaħħal ħażin.

(d)

Tiswija jew modifika ħażina ta’ kwalunkwe komponent.

1.1.22.

Konnessjonijiet li jintużaw għall-ittestjar (meta mgħammra jew meħtieġa)

Spezzjoni viżwali.

(a)

Nieqes.

(b)

Bil-ħsara, ma jistgħux jintużaw jew inixxu.

1.2.   

Prestazzjoni u effiċjenza tas-service brejk

1.2.1

Performance

(E)

Test fuq magna tal-ittestjar tal-brejkijiet abbażi ta’ kejl statiku; applika l-brejkijiet b’mod gradwali sakemm tapplika l-ogħla sforz possibbli.

(a)

Saħħa ta’ bbrejkjar inadegwata fuq rota waħda jew aktar.

(b)

Is-saħħa ta’ bbrejkjar minn kwalunkwe rota tkun inqas minn 70 % tal-ogħla saħħa ta’ bbrejkjar irreġistrata mir-rota l-oħra fuq l-istess fus.

(c)

L-ebda varjazzjoni gradwali tas-saħħa tal-ibbrejkjar (qbid).

(d)

Dewmien anormali fil-funzjonament tal-brejk ta’ kwalunkwe rota.

(e)

Is-saħħa tal-brejkijiet tvarja wisq fil-perjodu li fih ir-rota ddur dawra sħiħa.

1.2.2

Efficiency

(E)

Test fuq magna tal-ittestjar tal-brejkijiet abbażi ta’ kejl statiku, bil-piż ippreżentat.

(a)

Ma jagħtix għall-inqas iċ-ċifra minima kif ġej:-

(b)

Kategorija M1, M2 u M3 – 50 % (1)

(c)

Il-Kategorija N1 – 45 %

(d)

Kategorija N2 u N3 – 43 % (2)

(e)

Kategorija O2, O3 u O4 – 40 % (3)

1.3.   

Il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-brejkijiet sekondarji (ta’ emerġenza) (jekk milħuqa minn sistema separata)

1.3.1.

Prestazzjoni

(E)

Jekk is-sistema tal-brejkijiet sekondarja tkun separata mis-sistema tas-service brake, uża l-metodu speċifikat f’1.2.1.

(a)

Saħħa ta’ bbrejkjar inadegwata fuq rota waħda jew aktar.

(b)

Is-saħħa ta’ bbrejkjar minn kwalunkwe rota hija inqas minn 70 % tal-ogħla saħħa ta’ bbrejkjar irreġistrata minn rota oħra li tkun fuq l-istess fus.

(c)

L-ebda varjazzjoni gradwali tas-saħħa tal-ibbrejkjar (qbid).

1.3.2.

Effiċjenza

(E)

Jekk is-sistema tal-brejkijiet sekondarja tkun separata mis-sistema tas-service brake, uża l-metodu speċifikat f’1.2.2.

Saħħa ta’ bbrejkjar inqas minn 50 % (4) tal-prestazzjoni tas-service brake definita fit-taqsima 1.2.2. fir-rigward tal-massa massima awtorizzata jew, fil-każ ta’ semi-karrijiet, is-somma tat-tagħbijiet awtorizzati fuq il-fus.

1.4.   

Il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-brejk tal-ipparkjar

1.4.1.

Prestazzjoni

(E)

Applika l-brejk fuq magna tal-ittestjar tal-brejkijiet abbażi ta’ kejl statiku

Il-brejk ma jaħdimx fuq rota waħda jew iżjed

1.4.2.

Effiċjenza

(E)

Test fuq magna tal-ittestjar tal-brejkijiet abbażi ta’ kejl statiku, bil-piż ippreżentat.

Għall-kategoriji kollha tal-vettura, ma jagħti lanqas 16 % bħala proporzjon tal-brejkijiet fir-rigward tal-massa massima awtorizzata, jew, għal vetturi bil-mutur, 12 % fir-rigward tal-massa massima awtorizzata tal-kombinazzjoni tal-vettura, skont liema tkun l-ikbar

1.5.

Prestazzjoni tal-EBS (Endurance Braking System)

Spezzjoni viżwali u, fejn ikun possibbli, ittestja jekk is-sistema taħdimx.

(a)

L-effiċjenza ma tvarjax b’mod gradwali (mhux applikabbli għal sistemi tal-ibbrejkjar bl-egżost).

(b)

Is-sistema ma taħdimx.

1.6.

Sistema ta’ brejkijiet anti-lock

Spezzjoni viżwali tal-mezz ta’ twissija.

(a)

Il-mezz ta’ twissija ma jaħdimx sewwa.

(b)

Il-mezz ta’ twissija juri funzjonament ħażin fis-sistema.

8.   EFFETTI NEGATTIVI

8.2.   

L-emissjonijiet tal-egżost

8.2.1   

L-emissjonijiet minn magna tal-petrol

8.2.1.1.

Tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-egżost

Spezzjoni viżwali.

(a)

It-tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet imgħammar mill-manifattur ma ġiex installat jew jidher ċar li huwa difettuż.

(b)

Tnixxijiet li jaffettwaw il-kejl tal-emissjonijiet b’mod sinifikanti.

8.2.1.2.

Emissjonijiet ta’ gass

(E)

Kejl li juża analizzatur tal-gass tal-egżost konformi mar-rekwiżiti (1). Jew, għal vetturi mgħammrin b’sistemi dijanjostiċi on-board (OBD) adegwati, il-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-emissjonijiet jista’ jiġi ċċekkjat permezz tal-qari tajjeb tal-mezz OBD u ċċekkjar tal-funzjonament tajjeb tas-sistema OBD installata tal-kejl ta’ emissjonijiet bil-magna f’veloċità minima (idle) skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-kondizzjonament tal-manifattur u rekwiżiti oħra (1), fejn jitqiesu t-tolleranzi xierqa.

Jew, kejl permezz ta’ tagħmir ta’ remote sensing li jiġi kkonfermat permezz ta’ metodi ta’ ttestjar standard.

(a)

Jew, l-emissjonijiet tal-gass huma ogħla mil-livelli speċifiċi indikati mill-manifattur;

(b)

Jew, f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, l-emissjonijiet ta’ CO jkunu ogħla minn:

(1)

għal vetturi mhux ikkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata:

4,5 %, or

3,5 %

skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti (1)

(2)

għal vetturi kkontrollati minn sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet avvanzata:

bil-magna b’veloċità baxxa: 0,5 %

bil-magna b’veloċità għolja: 0,3 %

jew

bil-magna b’veloċità baxxa:0,3 % (5)

bil-magna b’veloċità għolja: 0,2 %

skont id-data tal-ewwel reġistrazzjoni jew użu speċifikat fir-rekwiżiti (1)

(c)

Il-valur Lambda huwa barra mill-medda 1 ± 0,03 jew ma jaqbilx mal-ispeċifikazzjoni tal-manifattur.

(d)

Il-valur moqri mill-OBD jindika funzjonament ħażin ħafna

(e)

Il-kejl permezz ta’ tagħmir ta’ remote sensing jindika nuqqas ta’ konformità kbir

8.2.2   

L-emissjonijiet minn magna tad-diżil

8.2.2.1.

Tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet tal-egżost

Spezzjoni viżwali.

(a)

It-tagħmir li jikkontrolla l-emissjonijiet imgħammar mill-manifattur ma ġiex installat jew jidher ċar li huwa difettuż.

(b)

Tnixxijiet li jaffettwaw il-kejl tal-emissjonijiet b’mod sinifikanti.

8.2.2.2.

L-opaċità

(E)

(a)

L-opaċità tal-gass tal-exhaust li trid tiġi mkejla matul l-aċċelerazzjoni ħielsa (mingħajr tagħbija mill-idle sal-veloċità tal-cut off) bil-gear newtrali u l-clutch magħfus.

(b)

Il-prekondizzjonament tal-vettura:

1.

Il-vetturi jistgħu jiġu ttestjati mingħajr prekondizzjonament għalkemm għal raġunijiet ta’ sikurezza għandhom isiru kontrolli li l-magna tkun sħuna u f’kondizzjoni mekkanika sodisfaċenti.

2.

Ir-rekwiżiti tal-prekondizzjoni:

(i)

Il-magna trid tkun sħuna għal kollox, per eżempju t-temperatura taż-żejt tal-magna mkejla b’sonda fil-pajp tal-ħadida li timmarka l-livell taż-żejt trid tkun mill-anqas 80 °C, jew temperatura normali ta’ tħaddim f’każ li din tkun aktar baxxa, jew it-temperatura tal-blokka tal-magna mkejla permezz tal-livell ta’ radjazzjoni infrared għandha tkun mill-anqas daqs temperatura ekwivalenti. Jekk, minħabba l-konfigurazzjoni tal-vettura, dan il-kejl ma jkunx prattiku, il-mod kif tiġi stabilita t-temperatura normali ta’ tħaddim tal-magna jista’ jsir b’mezzi oħra, pereżempju bit-tħaddim tal-fan tat-tkessiħ tal-magna.

(ii)

Is-sistema tal-exhaust għandha tiġi mnaddfa b’mill-inqas tliet ċikli ta’ aċċelerazzjoni jew b’metodu ekwivalenti.

(c)

Il-proċedura tat-test:

1.

Il-magna u kull turbocharger imwaħħal, li jridu jkunu idle qabel il-bidu ta’ kull ċiklu ta’ aċċelerazzjoni ħielsa. Għall-vetturi diżil heavy-duty, dan ifisser stennija ta’ mill-anqas 10 sekondi wara r-rilaxx tat-throttle (il-kontroll tal-karburant).

2.

Sabiex jinbeda kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-pedala tat-throttle trid tingħafas għal kollox, bil-ħeffa u b’mod kontinwu (f’inqas minn sekonda) iżda mhux bil-goff, sabiex tinkiseb il-kwantità massima ta’ fjuwil mill-pompa tal-injezzjoni.

3.

Matul kull ċiklu ta’ aċċellerazzjoni ħielsa, il-magna għandha tilħaq il-veloċità tal-cut-off jew, għall-vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, il-veloċità speċifikata mill-manifattur jew, jekk din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, allura il-veloċità ta’ żewġ terzi tal-veloċità tal-cut-off, qabel ma jiġi rilaxxat it-throttle. Dan jista’ jiġi ċċekkjat, pereżempju, billi tiġi mmonitorjata l-veloċità tal-magna jew billi jitħalla jgħaddi biżżejjed ħin bejn l-għafis inizjali tat-throttle u r-rilaxx tiegħu, li fil-każ tal-vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 jew N3 għandu jkun ta’ mill-inqas żewġ sekondi.

4.

Il-vetturi għandhom jiġu mwaħħla fit-testijiet fil-każ biss li l-medji aritmetiċi ta’ mill-anqas l-aħħar tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jaqbżu l-valuri tal-limitu. Dan jista’ jiġi kkalkulat billi jiġi injorat kull kejl li ma jaqbilx b’mod sinifikanti mill-medja mkejla, jew ir-riżultat ta’ kwalunkwe kalkolu statistiku ieħor li jikkunsidra t-tifrix tal-kejlijiet. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw in-numru taċ-ċikli tat-testijiet.

5.

Sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jwaħħlu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm ogħla mill-valuri ta’ limitu wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċikli tat-tnaddif. Daqstant ieħor, sabiex jevitaw li jsiru testijiet bla bżonn, l-Istati Membri jistgħu jgħaddu l-vetturi li jkollhom valuri mkejla ferm aktar baxxi mil-limiti wara inqas minn tliet ċikli ta’ aċċellerazzjoni ħielsa jew wara ċikli tat-tnaddif, fejn jitqiesu t-tolleranzi xierqa.

Jew, kejl permezz ta’ tagħmir ta’ remote sensing li jiġi kkonfermat permezz ta’ metodi ta’ ttestjar standard.

(a)

Għal vetturi rreġistrati jew użati għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti (1),

l-opaċità tkun aktar mil-livell reġistrat fuq il-pjanċa li l-manifattur iwaħħal mal-vettura.

(b)

Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ir-rekwiżiti (1) ma jippermettux l-użu ta’ valuri ta’ referenza,

għal magni li jiddependu mill-pressjoni atmosferika biex jiġbdu l-arja għall-kompressjoni (naturally aspirated engines): 2,5 m-1,

għal magni turbo-charged: 3,0 m-1,

jew, għal vetturi identifikati fir-rekwiżiti (1) jew irreġistrati jew użati għall-ewwel darba wara d-data speċifikata fir-rekwiżiti (1),

1,5 m-1  (6)

(c)

Il-kejl permezz ta’ tagħmir ta’ remote sensing jindika nuqqas ta’ konformità kbir


(1)  48 % għal vetturi li mhumiex imgħammrin b’sistema ABS jew li jkunu ġew approvati għat-tip qabel l-1 ta’ Ottubru 1991.

(2)  45 % għal vetturi reġistrati wara l-1988 jew id-data speċifikata fir-rekwiżiti (1), skont liema tkun l-aktar data reċenti.

(3)  43 % għal semi-karrijiet u karrijiet draw-bar irreġistrati wara l-1988 jew mid-data fir-rekwiżiti (1), liema waħda minnhom tkun l-aħħar.

(4)  2,2 m/s2 għal vetturi N1, N2 u N3.

(5)  Approvazzjoni tat-tip skont il-limiti fir-ringiela A jew B sezzjoni 5.3.1.4. tal-Anness I għad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE jew aktar tard jew irreġistrata jew bdiet tintuża l-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2002.

(6)  Approvazzjoni tat-tip skont il-limiti fir-ringiela B sezzjoni 5.3.1.4. tal-Anness I għad-Direttiva 70/220/KEE kif emendata bid-Direttiva 98/69/KE jew wara; ringiela B1, B2 jew Ċ sezzjoni 6.2.1 tal-Anness I għad-Direttiva 88/77/KEE kif emendata bid-Direttiva 1999/96/KE jew wara jew irreġistrata jew bdiet tintuża l-ewwel darba wara l-1 ta’ Lulju 2008.

(1)  ‘rekwiżiti’ jiġu stipulati permezz ta’ rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip fid-data meta ssir l-ewwel reġistrazzjoni jew meta jibdew jintużaw, kif ukoll ta’ obbligi ta’ installazzjoni jew tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ta’ reġistrazzjoni”


Top