EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0036

Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 36/2010 tat- 3 ta’ Diċembru 2009 dwar mudelli Komunitarji għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, ċertifikati komplementari, kopji ċċertifikati taċ-ċertifikati komplementari u formoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill test b’rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 13, 19.1.2010, p. 1–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 012 P. 170 - 195

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/36/oj

19.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 36/2010

tat-3 ta’ Diċembru 2009

dwar mudelli Komunitarji għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, ċertifikati komplementari, kopji ċċertifikati taċ-ċertifikati komplementari u formoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji Nru ERA/REC/SAF/04-2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-formati armonizzati għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u kopji ċċertifikati taċ-ċertifikati komplementari għas-sewwieqa tal-ferroviji [traduzzjoni mhux uffiċjali], b’konformità mad-Direttiva 2007/59/KE u r-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji Nru ERA/REC/SAF/06-2008 tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar l-użu ta’ mudell armonizzat għal formola tal-applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/59/KE tipprovdi li s-sewwieqa kollha tal-ferroviji għandhom ikunu b’saħħithom u għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa biex isuqu l-ferroviji, u għandu jkollhom id-dokumenti li ġejjin: liċenzja li turi li s-sewwieq jissodisfa l-kundizzjonijiet minimi fir-rigward tar-rekwiżiti mediċi, edukazzjoni bażika u ħiliet professjonali ġenerali, u ċertifikat wieħed jew iktar li juri/u l-infrastrutturi li s-sewwieq huwa awtorizzat isuq fuqhom u li jindika(w) il-vetturi ferrovjarji li d-detentur huwa awtorizzat isuq.

(2)

Il-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għas-sewwieqa tal-ferroviji jvarjaw konsiderevolment. Għalhekk, għandhom jiġu adottati mudelli armonizzati għaċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji biex isostnu l-implimentazzjoni tar-regoli Komunitarji rilevanti.

(3)

L-għan li l-liċenzji u ċ-ċertifikati komplementari jiġu armonizzati huwa primarjament li jagħmilha iktar faċli għas-sewwieqa tal-ferroviji biex jiċċaqalqu minn Stat Membru għal ieħor, iżda wkoll li jagħmilha iktar faċli għalihom biex jiċċaqalqu minn impriża ferrovjarja għal oħra, u ġeneralment li l-liċenzji u ċ-ċertifikati jkunu rikonoxxuti mill-partijiet interessati kollha fis-settur ferrovjarju. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li d-dispożizzjonijiet jistabbilixxu rekwiżiti minimi li l-applikanti għandhom jissodisfaw sabiex jiksbu liċenzja jew ċertifikat komplementari armonizzat. Sabiex jiġu garantiti l-uniformità u t-trasparenza meħtieġa, l-Istati Membri għandhom jadottaw mudell armonizzat għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, filwaqt li l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom joħorġu ċ-ċertifikati komplementari armonizzati.

(4)

Għall-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura li jħaddmu jew jikkuntrattaw lis-sewwieqa, u speċjalment għall-impriżi ferrovjarji li joperaw servizzi internazzjonali, huwa importanti li l-format taċ-ċertifikati komplementari jkun l-istess fi Stati Membri differenti; għalhekk, il-format għandu jiġi armonizzat sabiex il-konformità tas-sewwieqa tiġi affermata ma’ ċerti kundizzjonijiet minimi, kwalifikazzjonijiet professjonali u għarfien lingwistiku.

(5)

Skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2007/59/KE, l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji hija mitluba tħejji abbozz ta’ mudell Komunitarju għal-liċenzja, għaċ-ċertifikat komplementari u għall-kopja taċ-ċertifikat komplementari, u tiddetermina wkoll il-karatteristiċi fiżiċi tagħhom, b’kunsiderazzjoni tal-miżuri kontra l-falsifikazzjoni. L-istess Artikolu jitlob lill-Aġenzija biex tirrakkomanda Kodiċijiet Komunitarji għat-tipi differenti ta’ kategoriji tas-sewqan A u B biex jintwerew fiċ-ċertifikat komplementari. L-Anness I(2)(g) għad-Direttiva 2007/59/KE jiddikjara li l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-kodiċijiet għall-informazzjoni addizzjonali jew għar-restrizzjoni medika li se jkunu inklużi fil-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji.

(6)

Kull liċenzja tas-sewqan tal-ferroviji (fit-tabella iktar ‘il quddiem tissejjaħ “liċenzja ta’ sewwieq tal-ferroviji”) għandha tingħata b’numru uniku mill-Istati Membri; dan in-numru għandu jagħmilha iktar faċli biex il-liċenzja tiġi rreġistrata fir-reġistru nazzjonali tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, li għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 22(1)(a) tad-Direttiva 2007/59/KE.

(7)

L-informazzjoni kollha li tinsab fil-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, fiċ-ċertifikati komplementari u fir-reġistri tagħhom għandha tintuża mill-awtoritajiet tas-sikurezza biex tiffaċilita l-evalwazzjoni tal-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-impjegati pprovdut fl-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar il-liċenzjar ta’ impriżi ferrovjarji (2) u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija) u biex tħaffef il-ħruġ taċ-ċertifikati pprovduti f’dawk l-Artikoli.

(8)

L-impjieg ta’ sewwieqa tal-ferroviji ċċertifikati skont id-Direttiva 2007/59/KE ma għandux jeżonera lill-impriżi ferrovjarji u lill-amministraturi tal-infrastrutturi mill-obbligu tagħhom li jistabbilixxu sistema ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll intern tal-kompetenza u l-imġiba tas-sewwieqa tal-ferroviji tagħhom skont l-Artikolu 9 u l-Anness III għad-Direttiva 2004/49/KE u għandu jifforma parti minn dik is-sistema. Iċ-ċertifikat komplementari armonizzat ma għandux jeħles lill-impriżi ferrovjarji u lill-amministraturi tal-infrastruttura mir-responsabbiltà tagħhom għall-operat bla periklu tal-parti tagħhom tas-sistema ferrovjarja, u, b’mod partikolari, mit-taħriġ tal-impjegati tagħhom.

(9)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2007/59/KE jiddikjara li liċenzja għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Komunità u l-Artikolu 4(4) ta’ dik id-Direttiva jitlob li jiġi stabbilit mudell Komunitarju. Għalhekk, formola tal-applikazzjoni armonizzata għal-liċenzji tiffaċilita x-xogħol tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li sabiex jagħtu l-liċenzja jkollhom jiġbru l-informazzjoni.

(10)

L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2007/59/KE jitlob lill-awtoritjiet kompetenti fl-Istati Membri biex jippubblikaw il-proċedura li trid tiġi segwita biex tinkiseb il-liċenzja. Meta jiġu biex jistabbilixxu dawk il-proċeduri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet għall-użu tal-formola tal-applikazzjoni armonizzata.

(11)

Il-formola tal-applikazzjoni armonizzata tista’ tintuża biex tipprovdi informazzjoni adegwata dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ infurzar għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3) u dwar il-protezzjoni tal-individwi waqt l-ipproċessar ta’ dejta personali. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużawha biex jiksbu l-awtorizzazzjoni li jipproċessaw id-dejta dwar l-applikanti għal-liċenzja tas-sewqan tal-ferroviji jew dwar id-detenturi, kull meta dan ikun meħtieġ.

(12)

L-adozzjoni ta’ formola tal-applikazzjoni armonizzata għandha impatt ekonomiku limitat ħafna u tikkonstitwixxi piż amministrattiv żgħir ħafna, li tingħata l-possibbiltà li wieħed jagħżel bejn dokument stampat jew interface informatiku li juża applikazzjoni komuni.

(13)

Skont l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2007/59/KE, din tal-aħħar ma tapplikax għal Ċipru u Malta. Għalhekk, dan ir-Regolament ma għandux japplika f’Ċipru u Malta, sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorju ta’ dawn l-Istati Membri.

(14)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza Ferrovjarja u l-Interoperabbiltà kif stabbilit skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mudell Komunitarju għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji

Il-mudell Komunitarju kif stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandu jintuża għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2007/59/KE. Dan il-format għandu jintuża kull meta tinħareġ, tiġġedded, tiġi aġġornata, emendata jew revokata liċenzja tas-sewqan tal-ferroviji.

Il-lingwa użata għandha tkun lingwa uffiċjali waħda jew iktar tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 2

Mudell Komunitarju għaċ-ċertifikati komplementari

Il-mudell Komunitarju kif stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandu jintuża għaċ-ċertifikati komplementari kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2007/59/KE.

Dan il-format għandu jintuża kull meta jinħareġ, jiġġedded, jiġi aġġornat, emendat jew revokat ċertifikat komplementari.

Il-lingwa użata għandha tkun lingwa uffiċjali waħda jew iktar tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 3

Mudell Komunitarju għall-kopji ċċertifikati taċ-ċertifikati komplementari

Il-mudell Komunitarju stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament għandu jintuża għall-kopji ċċertifikati taċ-ċertifikati komplementari maħruġa skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2007/59/KE.

Artikolu 4

Formola tal-applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji

1.   Il-mudell Komunitarju tal-formola tal-applikazzjoni, kif stabbilit fl-Anness IV għal dan ir-Regolament, jista’ jintuża għall-formoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji msemmija fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2007/59/KE. Dan il-mudell għandu jippermetti l-inklużjoni ta’ rekwiżiti nazzjonali li jistgħu jikkumplimentaw l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

2.   Il-mudell Komunitarju tal-formola tal-applikazzjoni jista’ jintuża biex wieħed japplika għal liċenzja ġdida, għall-aġġornament tad-dettalji tal-liċenzja, għal tiġdid ta’ liċenzja jew għal kopja ta’ liċenzja.

3.   Il-linji gwida għall-mili tal-mudell Komunitarju tal-formola tal-applikazzjoni huma stabbiliti fl-Anness IV.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jbiddlu t-tqassim tal-mudell Komunitarju fil-proċedura li se tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2007/59/KE u fl-interfaces informatiċi.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha, minbarra Ċipru u Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51.

(2)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


ANNESS I

MUDELL KOMUNITARJU TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN TAL-FERROVIJI

1.   KARATTERISTIĊI FIŻIĊI TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN TAL-FERROVIJA

Il-liċenzja tas-sewqan tal-ferroviji għandha tkun skont il-format ID-1 stabbilit fl-istandard internazzjonali ISO/IEC 7810:2003 Karti tal-identifikazzjoni – Karatteristiċi fiżiċi.

Mingħajr preġudizzju lejn ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri jistgħu, għall-użu nazzjonali biss, jużaw mezz tal-ħażna (mikroċippa) bħala parti mil-liċenzja, biex jippermettu lill-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura jaħżnu l-informazzjoni relatata mal-kumpanija, inkluża d-dejta li trid tidħol fiċ-ċertifikat komplementari, sakemm ma tfixkilx bl-ebda mod l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-inserzjoni ta’ kull mikroċippa għandha tikkonforma mal-istandard internazzjonali 7816-1:1998 Karti tal-identifikazzjoni – Karti b’ċirkwit(i) integrat(i) bil-kuntatti - Parti 1: Karatteristiċi fiżiċi.

L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura mhumiex se jiġu eżentati mill-adozzjoni tal-mudell Komunitarju taċ-ċertifikat komplementari deskritt fil-Kapitolu 4 tal-Anness II sakemm ma jiġux stabbiliti r-rekwiżiti armonizzati għall-użu tal-ismart card.

Il-metodi ta’ verifika tal-karatteristiċi tal-liċenzji tas-sewqan, sabiex jiġi żgurat li jkunu konsistenti mal-istandards internazzjonali, għandhom ikunu konformi mal-istandard ISO/IEC 10373-1:2006 Karti tal-identifikazzjoni - Metodi tal-ittestjar - Parti 1: Karatteristiċi ġenerali.

2.   MIŻURI KONTRA L-FALSIFIKAZZJONI

(a)

Il-materjal użat ghal-liċenzji tas-sewqan għandu jiġi protett kontra l-falsifikazzjoni bl-użu tal-mezz li ġej (karatteristiċi obbligatorji tas-sigurtà):

il-materjal tal-karta ma għandux jiġi affetwat mill-UV,

għandu jitfassal disinn ta’ sigurtà fl-isfond li jkun protett kontra l-falsifikazzjoni bl-iskenjar, bl-istampar jew bl-ikkupjar, permezz ta’ stampar qawsalla bl-użu ta’ linka ta’ sigurta li jkollha iktar minn kulur wieħed u stampar b’guilloche pożittiv u negattiv; id-disinn ma għandux ikun magħmul minn kuluri primarji (CMYK); għandu jkun fih disinji kumplessi f’mill-anqas żewg kuluri speċjali u għandu jinkludi ittri stampati b’mod mikro,

elementi ottiċi varjabbli għandhom jipprovdu l-protezzjoni adegwata kontra l-ikkupjar u t-tbagħbis tar-ritratt,

fil-parti fejn ikun jidher ir-ritratt, l-isfond tad-disinn ta’ sigurtà u r-ritratt għandhom jintrikbu fuq għall-inqas ix-xifer tar-ritratt (disinn li jiddgħajjef).

(b)

Barra minn hekk, il-materjal użat għal-liċenzji tas-sewqan għandu jkun protett kontra l-falsifikazzjoni bl-użu ta’ wieħed mill-mezzi li ġejjin (fatturi addizzjonali ta’ sigurtà):

linka ta’ kuluri varjabbli,

linka termokromika,

ologrammi speċjali,

dehriet varjabbi tal-lejżer,

figuri, simboli jew disinji li jinħassu.

Il-mezzi użati għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiċċekkjaw il-validità tal-karta mingħajr ebda tagħmir speċjali.

Il-miżuri mhux tekniċi biex jevitaw il-falsifikazzjoni għandhom ikunu relatati mal-monitoraġġ tas-sistema tal-ġestjoni tas-sigurtà stabbilit mill-impriżi ferrovjarji u mill-amministraturi tal-infrastruttura b’konformità mal-Anness III(2)(j) għad-Direttiva 2004/49/KE.

3.   TQASSIM TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN TAL-FERROVIJI

Il-liċenzja tas-sewqan tal-ferroviji għandha tkun skont il-mudell Komunitarju, il-kuluri ta’ referenza (Blu Pantone Reflex u Isfar Pantone) u d-disinji, li t-tqassim tagħhom huwa pprovdut fl-appendiċi.

L-Aġenzija għandha tipprovdi verżjoni elettronika tat-tqassim grafiku ta’ definizzjoni għolja, li għandha tinkludi tipi standard (Myriad Pro u Minion Pro, disponibbli fl-alfabeti kollha tal-lingwi tal-UE) u dimensjonijiet li għandhom jintużaw għat-tipi.

Il-liċenzja tas-sewqan tal-ferrovija għandu jkollha informazzjoni murija fuq żewġ naħat.

Il-parti ta’ quddiem għandu jkollha:

(a)

il-kliem “liċenzja tas-sewqan tal-ferroviji” stampat b’tipa kbira bil-lingwa jew bil-lingwi tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja;

(b)

isem l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja;

(c)

is-sinjal ta’ distinzjoni tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, ibbażat fuq il-kodiċi ISO 3166 alpha-2, stampat fin-negattiv f’rettangolu blu u mdawwar bi 12-il stilla safra.

Is-sinjali ta’ distinzjoni għandhom ikunu kif ġej:

[(*) CH u NO jissemmew għall-informazzjoni]

AT

:

L-Awstrija

BE

:

Il-Belġju

BG

:

Il-Bulgarija

CY

:

Ċipru (1)

CZ

:

Ir-Repubblika Ċeka

DK

:

Id-Danimarka

EE

:

L-Estonja

FI

:

Il-Finlandja

FR

:

Franza

DE

:

Il-Ġermanja

EL

:

Il-Greċja

HU

:

L-Ungerija

IS

:

L-Iżlanda

IE

:

L-Irlanda

IT

:

L-Italja

LV

:

Il-Latvja

LI

:

Il-Liechtenstein

LT

:

Il-Litwanja

LU

:

Il-Lussemburgu

MA

:

Malta (1)

[NO]

:

[In-Norveġja] (*)

NL

:

L-Olanda

PL

:

Il-Polonja

PT

:

Il-Portugall

RO

:

Ir-Rumanija

SK

:

Ir-Repubblika Slovakka

SI

:

Is-Slovenja

ES

:

Spanja

SE

:

L-Iżvezja

[CH]

:

[L-Iżvizzera] (*)

UK

:

Ir-Renju Unit

(d)

informazzjoni speċifika għal-liċenzja maħruġa, li għandha tiġi nnumerata kif ġej:

1.

kunjom(ijiet) id-detentur. Il-kunjom(ijiet) għandu/hom jaqblu ma’ dak/dawk muri(ja) fil-passaport/fil-karta tal-identità nazzjonali/f’dokument rikonoxxut ieħor li japprova l-identità;

2.

isem/ismijiet id-detentur. L-isem/ismijiet għandu/hom jaqbel/jaqblu ma’ dak/dawk muri(ja) fil-passaport/fil-karta tal-identità nazzjonali/f’dokument rikonoxxut ieħor li japprova l-identità;

3.

id-data u l-post tat-twelid tad-detentur;

4a

id-data tal-ħruġ tal-liċenzja;

4b

id-data tal-iskadenza tal-liċenzja;

4c

isem l-awtorità li toħroġha;

4d

in-numru ta’ referenza mogħti lill-impjegat mill-impjegatur (fakultattiv);

5.

in-numru tal-liċenzja li jagħti aċċess għad-dejta fir-reġistru nazzjonali huwa bbażat fuq in-Numru Ewropew tal-Identifikazzjoni (EIN), kif imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007 (2).

Il-kodiċi EIN b’żewġ ċifri għat-tip ta’ dokument għandha tkun kif ġej:

71 san-numru 9 999;

jekk tinħareġ iktar minn 9 999 liċenzja fis-sena:

72 jekk in-numru jkun 10 000 u sa 19 999;

f’każijiet fejn tinħareġ iktar minn 19 999 liċenzja fis-sena:

73 jekk in-numru jkun 20 000 u sa 29 999;

6.

ritratt tad-detentur;

7.

il-firma tad-detentur.

Il-parti ta’ wara għandu jkollha:

8.

il-post residenzjali permanenti jew l-indirizz postali tad-detentur (fakultattiv) muri fl-ispazju identifikat bin-numru 8;

9.

informazzjoni addizzjonali (identifikata bħala kaxxi “9.a”), jew restrizzjonijiet mediċi (identifikati bħala kaxxi “9.b”) għall-użu impost minn awtorità kompetenti. Ir-restrizzjonijiet mediċi jintwerew f’forma ta’kodiċi.

9.a

L-informazzjoni addizzjonali għandha tintwera f’kaxxi identifikati bin-numru 9.a, fl-ordni li ġejja:

a.1

Il-lingwa/i nattiva/i tas-sewwieq tal-ferrovija, skont il-klassifikazzjoni tal-użu fl-Istat Membru,

a.2

Spazju riservat għall-annotazzjonijiet mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, għall-informazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

9.b

Ir-restrizzjoni medika għandha tintwera fil-kaxxi identifikati bin-numru 9.b. Il-kodiċijiet “b.1” u “b.2” se jikkonstitwixxu l-kodiċijiet Komunitarji armonizzati għar-restrizzjonijiet mediċi:

b.1

L-użu obbligatorju ta’ nuċċalijiet/lentijiet ta’ kuntatt;

b.2

L-użu obbligatorju ta’ apparat akustiku (appart għas-smigħ)/apparat tal-komunikazzjoni.

Il-kodiċi rilevanti għandha tiżdied f’waħda mill-kaxxi, u dawk li ma jintużawx għandhom jitħallew vojta.

Barra minn hekk, il-kliem “Mudell tal-Komunitajiet Ewropej” fil-lingwa jew fil-lingwi tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja u l-kliem “Liċenzja tas-sewqan tal-ferroviji” fil-lingwi l-oħra tal-Komunità, għandu jiġi stampat kif ġej:

Bulgaru

СВИДЕТЕЛСТВО ЗА УПРАВЛЕНИЕ НА ЛОКОМОТИВ

Ċek

LICENCE STROJVEDOUCÍHO

Daniż

LOKOMOTIVFØRERLICENS

Olandiż

VERGUNNING MACHINIST (l-Olanda)

VERGUNNING VAN TREINBESTUURDER (il-Belġju)

Ingliż

TRAIN DRIVING LICENCE

Estonjan

VEDURIJUHILUBA

Finlandiż

KULJETTAJAN LUPAKIRJA

Franċiż

LICENCE DE CONDUCTEUR DE TRAIN (il-Belġju, Franza, il-Lussemburgu)

Ġermaniż

EISENBAHNFAHRZEUG-FÜHRERSCHEIN (il-Belġju, il-Ġermanja)

FAHRERLAUBNIS FÜR TRIEBFAHRZEUGFÜHRER (l-Awstrija)

Grieg

ΆΔΕΙΑ ΜΗΧΑΝΟΔΗΓΟΎ

Ungeriż

VASÚTI JÁRMŰVEZETŐI IGAZOLVÁNY

Irlandiż

CEADÚNAS TIOMÁNA TRAENACH

Taljan

PATENTE DEL MACCHINISTA

Latvjan

VILCIENA VADĪTĀJA APLIECĪBA

Litwan

TRAUKINIO MAŠINISTO PAŽYMĖJIMAS

Malti

LIĊENZJA TA’ SEWWIEQ TAL-FERROVIJI

[Norveġiż]

[FØRERBEVIS] * (għall-informazzjoni)

Pollakk

LICENCJA MASZYNISTY]

Portugiż

CARTA DE MAQUINISTA

Rumen

PERMIS DE MECANIC DE LOCOMOTIVĂ

Slovakk

PREUKAZ RUŠŇOVODIČA

Sloven

DOVOLJENJE ZA STROJEVODJO

Spanjol

TITULO DE CONDUCCIÓN DE VEHICULOS FERROVIARIOS/MAQUINISTA

Żvediż

FÖRARBEVIS

4.   STATUS U NUMERAZZJONI TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN TAL-FERROVIJI

In-numru għandu jkun attribwit mill-awtorità kompetenti jew mill-entità maħtura, meta tinħareġ il-liċenzja tas-sewqan tal-ferroviji. In-numru għandu jinżamm, fil-każ ta’ tiġdid, emenda, aġġornament jew fil-ħruġ ta’ kopja.

Meta l-liċenzja tiġġedded, wara 10 snin, fuq il-liċenzja għandhom jintwerew ritratt ġdid u skadenza ġdida.

Il-liċenzja għandha tiġi aġġornata f’każ li jkun hemm bidliet fid-dejta fakultattiva, bħal bidla fl-indirizz, bidla fin-numru ta’ referenza tal-impjegat.

Il-liċenzja għandha tiġi emendata meta, waqt il-perjodu ta’ validità, ikollha tiġi rreġistrata restrizzjoni medika. Għandha/hom tiżdied/jiżdiedu kodiċi(jiet) ġdida/ġodda skont il-proċedura stabbilita skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2007/59/KE.

L-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-liċenzja skont il-proċedura u d-dewmien stabbiliti b’konformità mal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2007/59/KE. L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura li jħaddmu jew jikkuntrattaw lis-sewwieqa għandhom jimplimentaw mingħajr dewmien kull deċiżjoni li tirriżulta mir-riżultat tal-kontrolli mediċi.

Il-bidliet kollha fl-istatus tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru nazzjonali tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji.

5.   PREVENZJONI TAL-UŻU TA’ KARTI MHUX VALIDI

Jekk l-informazzjoni fuq il-liċenzja tinbidel, id-detentur għandu minnufih jirritorna l-karta lill-awtorità li tkun ħarġitha, sabiex l-informazzjoni tkun tista’ tinbidel, u l-karta invalida tinqered.

L-istess proċedura tapplika għal karta mitlufa, mibdula b’oħra ġdida u mbagħad misjuba mill-ġdid.

6.   MUDELL KOMUNITARJU TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN TAL-FERROVIJI

Image

(1)  L-obbligi għat-traspożizzjoni u l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għal Ċipru u Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom [l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2007/59/KE].

(2)  ĠU L 153, 14.6.2007, p. 9.


ANNESS II

MUDELL KOMUNITARJU TAĊ-ĊERTIFIKAT KOMPLEMENTARI

1.   KONTENUT

L-impriżi ferrovjarji u l-amministarturi tal-infrastruttura għandhom joħorġu ċertifikati komplementari li għandhom jinżammu mis-sewwieqa tal-ferroviji li jimpjegaw jew li jikkuntrattaw, skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2007/59/KE.

Il-proċedura għall-ħruġ u l-aġġornament taċ-ċertifikati komplementari, stabbilita skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2007/59/KE, għandha tispeċifika l-lingwa/i li biha/bihom jinħarġu ċ-ċertifikati.

Iċ-ċertifikati komplemetari għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

Referenza għan-numru tal-liċenzja,

Kunjom(ijiet) id-detentur: L-Istati Membri jistgħu jinkludu l-kunjomijiet rikonoxxuti kollha, imma l-prijorità għandha tingħata lill-kunjom ewlieni u t-tniżżil tal-ismijiet għandu jkun konsistenti ma’ dak muri fil-liċenzja,

Isem/ismijiet id-detentur: L-Istati Membri jistgħu jinkludu l-ismijiet kollha li jirrikonoxxu huma, imma t-tniżżil tal-ismijiet għandu jkun konsistenti ma’ dak muri fil-liċenzja,

In-numru ta’ referenza mogħti mill-impjegatur (fakultattiv),

Id-data tal-ħruġ u tal-iskadenza taċ-ċertifikat komplementari: It-tul ta’ żmien ta’ validità għaċ-ċertifikat komplemetari huwa stabbilit mill-impriżi ferrovjarji u mill-amministraturi ferrovjarji li jħaddmu jew jikkuntrattaw lis-sewwieqa, u huwa stabbilit fil-proċedura li għandha tiġi ppubblikata mill-impriżi ferrovjarji u mill-amministraturi ferrovjarji b’konformità mal-Artikolu 15. Jekk iċ-ċertifikat ikun validu b’mod indefinit, id-data ta’ skadenza titħalla vojta,

Id-data relatata mal-organizzazzjoni li toħroġ il-liċenzji: Iċ-ċertifikat komplementari jista’ jinħareġ minn dipartiment ċentrali jew reġjonali tal-impriżi ferrovjarji/tal-amministraturi ferrovjarji, maħtur skont il-proċedura b’konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2007/59/KE,

Jista’ jinkludi numru intern ta’ kumpanija għal finijiet amministrattivi.

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun innumerata kif deskritt hawn taħt.

1.1   Dejta dwar l-impjegatur

L-informazzjoni dwar il-kumpanija li tħaddem jew tikkuntratta lis-sewwieq tal-ferrovija għandha tinkludi:

isem il-kumpanija u, jekk rilevanti, il-post tax-xogħol (eż. il-post li huwa assenjat għalih is-sewwieq),

il-kategorija tal-entità li tħaddem jew tikkuntratta lis-sewwieq: “impriża ferrovjarja” jew “amministratur tal-infrastruttura”,

l-indirizz postali: l-indirizz tat-triq, il-kodiċi postali, il-belt u l-pajjiż,

in-numru ta’ referenza personali tas-sewwieq tal-ferrovija mal-kumpanija. Din hija informazzjoni fakultattiva.

1.2   Dejta dwar id-detentur

Għandha tintwera d-dejta li ġejja dwar id-detentur:

il-post tat-twelid (post u pajjiż),

id-data tat-twelid,

in-nazzjonalità tas-sewwieq,

l-indirizz postali (l-indirizz tat-triq, il-kodiċi postali, il-belt u l-pajjiż). Din hija informazzjoni fakultattiva.

1.3   Kategorija tas-sewqan

Il-kategoriji u t-tipi tas-sewqan li għalihom is-sewwieq huwa awtorizzat isuq għandhom jintwerew kif ġej.

Kategorija A

L-impriżi ferrovjarji/l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu jużaw “A” bħala kategorija globali, li tinkorpora l-attivitajiet kollha tal-kategorija A: lokomotivi ta’ trasferiment, ferroviji tax-xogħol, vetturi ferrovjarji ta’ manutenzjoni u l-lokomotivi l-oħra kollha meta jintużaw għat-trasferimenti.

B’mod alternattiv, l-impriżi ferrovjarji/l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu jillimitaw l-għan taċ-ċertifikat għal tip wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

A1

=

meta jkun limitat għal-lokomotivi ta’ trasferiment;

A2

=

meta jkun limitat għall-ferroviji tax-xogħol;

A3

=

meta jkun limitat għall-vetturi ferrovjarji ta’ manutenzjoni;

A4

=

meta jkun limitat għal-lokomotivi l-oħra kollha meta jintużaw għat-trasferiment;

A5

=

oħrajn, jekk l-awtorizzazzjoni tkopri s-servizzi jew il-vetturi ferrovjarji li mhumiex inklużi fil-kategoriji ta’ qabel. Dan għandu jkun speċifikat fl-ispazju xieraq.

Kategorija B

L-impriżi ferrovjarji/l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu jużaw “B” bħala kategorija globali, li tinkorpora vaguni tal-ferroviji tal-passiġġieri u tal-merkanzija.

B’mod alternattiv, l-impriżi ferrovjarji/l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu jillimitaw l-ambitu taċ-ċertifikat għal tip wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

B1

=

meta jkun limitat għal vaguni tal-ferroviji tal-passiġġieri;

B2

=

meta jkun limitat għal vaguni tal-ferroviji tal-merkanzija.

Il-kategorija li fiha d-detentur huwa awtorizzat isuq għandha tkun indikata billi timtela l-kaxxa xierqa jekk tingħażel kategorija globali, jew il-kaxxi jekk tingħażel sottokategorija waħda jew iktar. Il-kaxxi li mhumiex meħtieġa għandhom jitħallew vojta.

Eżempji:

A

Image

=

Kategorija globali A. Ma tintuża l-ebda sottokategorija

A

Image

=

Kategorija A, sottokategorija 1

(awtorizzazzjoni għas-sewqan ta’ lokomotivi ta’ trasferiment biss)

A

Image

=

Kategorija A, sottokategoriji 2 u 3

(awtorizzazzjoni għas-sewqan ta’ ferroviji tax-xogħol u vetturi ta’ manutenzjoni)

A

Image

=

Kategorija A, sottokategorija 5

(awtorizzazzjoni relatata mas-servizzi jew mal-vetturi ferrovjarji li ma jikkorrispondux mas-sottokategoriji minn A1 sa A4. Għandha tiġi speċifikata fil-kaxxa “noti”)

B

Image

=

Kategorija globali B, ma tintuża l-ebda sottokategorija

B

Image

=

Kategorija B, sottokategorija 2

(awtorizzazzjoni għas-sewqan ta’ ferroviji tal-merkanzija)

L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-għażla tas-sottokategorija ma tinfluwenzax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi V u VI għad-Direttiva 2007/59/KE.

1.4   Informazzjoni addizzjonali

Din il-parti hija riservata għall-informazzjoni addizzjonali li tista’ tintalab mil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli jew mill-proċeduri interni tal-kumpanija.

1.5   Dejta relatata mal-ħiliet lingwistiċi

Il-lista tal-lingwi kollha, minbarra l-lingwa nattiva, li huma meħtieġa biex wieħed jopera fuq l-infrastruttura rilevanti u li s-sewwieqa tal-ferroviji jkunu jafuhom u jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness VI għad-Direttiva 2007/59/KE, għandha tiddaħħal hawn.

1.6   Restrizzjonijiet

Din il-parti turi restrizzjonijiet relatati mal-karatteristiċi u l-kapaċitajiet tas-sewwieq f’dak li għandi x’jaqsam mal-kontenut taċ-ċertifikat komplementari (eż.: sewqan permess biss fid-dawl ta’ bi nhar).

Jekk ir-restrizzjonijiet jikkonċernaw il-vetturi ferrovjarji (eż.: restrizzjonijiet tal-veloċità meta jkunu qed jiġu misjuqa ċerti tipi ta’ lokomotivi) u/jew l-infrastruttura, l-informazzjoni fil-format tat-test għandha tingħata fil-kaxxa “noti” maġenb il-vetturi ferrovjarji rilevanti u/jew l-infrastruttura.

1.7   Dejta relatata mal-vetturi ferrovjarji

Din il-parti telenka t-tipi ta’ vetturi u vaguni ferrovjarji li s-sewwieq huwa awtorizzat isuq, wara valutazzjoni tal-kompetenzi elenkata fl-Anness V għad-Direttiva 2007/59/KE.

Id-dejta għandha tintwera fil-kaxxi li ġejjin:

kaxxa għad-dejta tal-bidu tal-validità tal-kompetenza rilevanti;

kaxxa għal kull tip ta’ vettura ferrovjarja;

kaxxa bi spazju għal noti (pereżempju, it-timbru biex jikkonferma l-kompetenzi miksuba, id-data ta’ tmiem il-validità tal-kompetenza, jew informazzjoni rilevanti oħra, kif imsemmi fil-punt 1.6 hawn fuq).

1.8   Dejta relatata mal-infrastruttura

Din il-parti telenka l-infrastruttura li s-sewwieq huwa awtorizzat isuq fuqha, wara valutazzjoni tal-kompetenzi elenkati fl-Anness VI, il-punti (1) sa (7) għad-Direttiva 2007/59/KE.

Id-dejta għandha tintwera fil-kaxxi li ġejjin:

kaxxa għad-dejta tal-bidu tal-validità tal-kompetenza rilevanti;

kaxxa għal safejn għandha tasal l-infrastruttura li s-sewwieq huwa awtorizzat isuq fuqha;

kaxxa bi spazju għal noti (pereżempju, it-timbru biex jikkonferma l-kompetenzi miksuba, id-data ta’ tmiem il-validità tal-kompetenza, jew informazzjoni rilevanti oħra, kif imsemmi fil-punt 1.6 hawn fuq).

Il-medda tal-infrastruttura li s-sewwieq huwa awtorizzat isuq fuqha hija deskritta fil-proċedura tal-impriża ferrovjarja għall-ħruġ u l-aġġornament taċ-ċertifikat komplementari. Għal kull parti ta’ infrastruttura li s-sewwieq huwa awtorizzat isuq fuqha, għandhom jiġu miżjuda l-informazzjoni rilevanti u r-restrizzjonijiet.

2.   KARATTERISTIĊI FIŻIĊI TAĊ-ĊERTIFIKAT KOMPLEMENTARI

Il-mudell Komunitarju taċ-ċertifikat komplementari għandu jkun dokument li jintewa, id-daqs għandu jkun ta’ 10 ċm x 21 ċm (meta mhux mitwi) bi tliet paġni fuq barra u tliet paġni fuq ġewwa.

Il-paġna ta’ quddiem għandha turi l-informazzjoni li ġejja:

Kunjom(ijiet) u isem/ismijiet id-detentur,

In-numru tal-liċenzja,

Id-dati tal-ħruġ u tal-iskadenza taċ-ċertifikat komplementari,

Dejta relatata mal-entità tal-ħruġ u t-timbru. Tista’ tinkludi numru intern ta’ kumpanija għal finijiet amministrattivi.

It-tieni paġna għandu jkollha dejta dwar l-impjegatur/l-entità kontraenti u dejta addizzjonali dwar id-detentur, innumerati kif ġej:

1.

Dejta dwar l-impjegatur jew l-entità kontraenti;

2.

Dejta dwar is-sewwieqa tal-ferroviji (id-detentur taċ-ċertifikat komplementari).

It-tielet paġna għandu jkollha:

3.

Il-kategoriji tas-sewqan;

4.

Informazzjoni addizzjonali;

5.

Il-ħiliet lingwistiċi;

6.

Ir-restrizzjonijiet.

Il-paġni ta’ ġewwa għandu jkollhom it-tipi ta’ vetturi u vaguni ferrovjarji li s-sewwieq huwa awtorizzat isuq (it-tipi, id-data tal-valutazzjoni inizjali) u l-lista tal-infrastruttura li s-sewwieq huwa awtorizzat isuq fuqha.

Jistgħu jiżdiedu paġni addizzjonali fuq ġewwa biex jinkludu informazzjoni li taqbeż l-ispazju disponibbli.

Iċ-ċertifikat komplementari għandu jikkonforma mal-mudell muri fit-Taqsima 4.

3.   MIŻURI KONTRA L-FALSIFIKAZZJONI

Iż-żewġ miżuri kontra l-falsifikazzjoni li ġejjin għandhom jintużaw għaċ-ċertifikati komplementari:

Il-miżuri tekniċi (l-iktar komuni huma l-logo tal-kumpanija, l-għamla tal-karta u l-linka permanenti, il-wiri tan-numru ta’ referenza interna u t-timbru). L-aġġornamenti kollha għandhom ikunu kkonfermati b’data u timbru fuq id-dokument u għandhom ikunu konsistenti mal-informazzjoni fir-reġistru.

Il-proċeduri għall-monitoraġġ tas-sistema tal-ġestjoni tas-sigurtà, biex jiġi vverifikat li l-informazzjoni fiċ-ċertifikat komplementari hija valida u ma ġietx mibdula, skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2007/59/KE.

Din l-informazzjoni kollha għandha tiddaħħal fid-dispożizzjonijiet għall-ħruġ u l-aġġornament taċ-ċertifikati komplementari, skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2007/59/KE.

4.   MUDELL KOMUNITARJU TAĊ-ĊERTIFIKAT KOMPLEMENTARI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

MUDELL KOMUNITARJU TAL-KOPJA ĊĊERTIFIKATA TAĊ-ĊERTIFIKAT KOMPLEMENTARI

1.   KOPJA ĊĊERTIFIKATA TAĊ-ĊERTIFIKAT KOMPLEMENTARI

L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom joħorġu kopji taċ-ċertifikati komplementari għas-sewwieq tal-ferrovija fuq talba tiegħu jew meta jitlaq mix-xogħol. Il-mudell Komunitarju tal-kopja ċċertifikata taċ-ċertifikat komplementari huwa stabbilit fit-Taqsima 4 ta’ dan l-Anness.

Il-proċedura għall-ħruġ taċ-ċertifikati komplementari, stabbilita skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2007/59/KE, għandha tispeċifika l-lingwa/i li biha/bihom jinħarġu ċ-ċertifikati.

2.   KARATTERISTIĊI FIŻIĊI TAL-KOPJA ĊERTIFIKATA TAĊ-ĊERTIFIKAT KOMPLEMENTARI

Il-mudell Komunitarju tal-kopja ċċertifikata ta’ ċertifikat komplementari għandu jkun fuq karta A4, jelenka l-informazzjoni nnumerata bħal fl-Anness II, it-Taqsima 1 u jkun fih id-data ta’ meta s-sewwieq waqaf isuq il-ferroviji għall-impriża ferrovjarja/l-amministratur tal-infrastruttura, skont l-Artikoli 6(2) u 17 tad-Direttiva 2007/59/KE.

Il-pussess ta’ kopja ċċertifikata ta’ ċertifikat komplementari jipprovdi informazzjoni dwar il-kompetenzi miksuba mis-sewwieq u ma jirrappreżentax awtorizzazzjoni għas-sewqan.

Il-mudell għandu jkun daqs karta A4 u jkun limitat għal paġna waħda. Madankollu, minħabba l-possibbiltà li l-informazzjoni tista’ titlob iktar minn linja waħda fil-kaxxi rilevanti, iċ-ċertifikat komplementari finali jista’ jkun itwal minn paġna.

3.   MIŻURI KONTRA L-FALSIFIKAZZJONI

Il-miżuri kontra l-falsifikazzjoni għall-kopji ċċertifikati taċ-ċertifikati komplementari għandhom ikunu l-istess bħal dawk għaċ-ċertifikati komplementari, deskritti fl-Anness II, it-Taqsima 3.

4.   MUDELL KOMUNITARJU TAL-KOPJA ĊERTIFIKATA TAĊ-ĊERTIFIKAT KOMPLEMENTARI

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI ARMONIZZATA GĦAL-LIĊENZJI TAS-SEWQAN TAL-FERROVIJI

1.   RIMARKI ĠENERALI

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw il-format armonizzat li ġej biex jiġbru l-informazzjoni bl-għan li joħorġu liċenzja tas-sewqan tal-ferroviji ġdida, imġedda, emendata jew aġġornata jew kopja tagħha. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu lill-utent tal-formola l-ispjegazzjoni u l-istruzzjonijiet meħtieġa mogħtija hawn taħt.

Il-kontenut tal-formola tal-applikazzjoni:

Il-formola tal-applikazzjoni armonizzata għandha tikkonsisti mill-partijiet li ġejjin:

(a)

Il-formola tal-applikazzjoni tal-liċenzja li għandha timtela meta applikant jew entità f’ismu jitlob/titlob liċenzja tas-sewqan tal-ferroviji ġdida, aġġornata, emendata, imġedda jew kopja tagħha. Il-formola tal-applikazzjoni armonizzata hija stabbilita fit-Taqsima 3;

(b)

Dikjarazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta personali. Il-ħtieġa li tiġi protetta d-dejta personali għandha tkun riflessa fil-proċedura għall-ksib ta’ liċenzja. Eżempju ta’ dikjarazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta jingħata fit-Taqsima 4. L-Istati Membri jistgħu jadattawha għar-rekwiżiti nazzjonali tagħhom skont id-Direttiva 95/46/KE (1);

(c)

Il-lista tad-dokumenti annessi, li għandha tintuża bħala lista ta’ kontroll għall-ħruġ taċ-ċertifikati jew kull dokument ieħor li jipprovdi l-informazzjoni dwar ir-rekwiżiti inizjali għall-applikar għal liċenzja jew ir-rekwiżiti meħtieġa għat-tiġdid. Dan huwa stabbilit fit-Taqsima 5.

(d)

Gwida dwar il-formola tal-applikazzjoni għall-applikanti u l-awtoritajiet kompetenti. Din hija stabbilita fit-Taqsima 5.

2.   FORMA TAL-APPLIKAZZJONI ARMONIZZATA

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

3.   EŻEMPJI TA’ DIKJARAZZJONI TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA

3.1.   Eżempju li għandu jiġi adattat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli konformi mad-Direttiva 95/46/KE

Kwalunkwe dejta personali, ipproċessata għall-finijiet tal-għoti tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u biex tilħaq ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2007/59/KE dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità, għandha tiġi pproċessata skont [il-Leġiżlazzjoni Nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE] dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali.

Għandha tiġi pproċessata biss għall-finijiet imsemmija hawn fuq u għall-ġestjoni tar-reġistru mill-entità li żżomm ir-reġistru. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt għall-aċċess tad-dejta personali tiegħu u d-dritt li kwalunkwe dejta li ma tkunx eżatta jew ma tkunx kompluta tiġi rrettifikata.

Jekk is-suġġett tad-dejta jkollu kwalunkwe mistoqsija rigward l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu, għandu jindirizzaha lill-entità li taġixxi bħala kontrollur tad-dejta:

(isem il-kontrollur(i) tad-dejta personali fl-awtorità kompetenti/fl-entità maħtura għandu jiġi elenkat hawn)

Skont l-aċċess tad-dejta soġġetta għall-fini rilevanti, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt għal appell f’kull ħin għand il-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Dejta:

(isem il-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Dejta fl-awtorità kompetenti/fl-entità maħtura għandu jintwera hawn)

***

3.2.   Awtorizzazzjoni għall-ipproċessar tad-dejta personali (eżempju)

Is-suġġett tad-dejta ġie infurmat dwar l-għan u l-proċedura tal-ipproċessar tad-dejta personali, u jawtorizza lill-ipproċessar tad-dejta personali għall-ħruġ ta’ liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u r-reġistrazzjoni tad-dejta fir-Reġistru Nazzjonali tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji skont id-Direttiva 2007/59/KE.

Data

Firma tal-applikant

***

4.   LISTA TAD-DOKUMENTI LI GĦANDHOM JINHEMŻU MAL-FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TAS-SEWQAN TAL-FERROVIJI

DOKUMENTI LI GĦANDHOM JIĠU SOTTOMESSI META WIEĦED JAPPLIKA GĦAL

Data tal-wasla


1   LIĊENZJA ĠDIDA

1.1

Il-formola tal-applikazzjoni ffirmata

 

1.2

Awtorizzazzjoni għall-ipproċessar tad-dejta personali (Direttiva 95/46/KE)

 

1.3

Evidenza tal-ogħla livell ta’ edukazzjoni

 

1.4

Ċertifikat tas-saħħa fiżika

 

1.5

Ċertifikat tas-saħħa psikoloġika fuq ix-xogħol

 

1.6

Ċertifikat tal-kompetenza professjonali ġenerali

 

1.7

Kopja tal-passaport/tal-karta tal-identità/ta’ dokument rikonoxxut ieħor bħala prova tal-identità

 


 2   AĠĠORNAMENT

2.1

Liċenzja attwali

 

2.2

Ġustifikazzjoni għall-bidla sabiex tiġi aġġornata d-dejta

 

2.3

 


 3   EMENDA

3.1

Liċenzja attwali

 

3.2

Ċertifikat tas-saħħa fiżika

 

3.3

Ġustifikazzjoni għall-bidla sabiex tiġi kkoreġuta d-dejta

 


 4   KOPJA

4.1

Dikjarazzjoni tar-raġuni għala qed tintalab kopja (inqerdet/insterqet/irrappurtata mitlufa/inbidlet id-dejta)

 

4.2

Liċenzja, biss fil-każ li tintalab kopja għax il-liċenzja nbidlet/saritilha ħsara

 


 5   TIĠDID

5.1

Ċertifikat tas-saħħa fiżika

 

5.2

Kopja tal-aħħar liċenzja

 

5.3

Evidenza tal-kompetenza miżmuma (jekk applikabbli)

 


Numru ta’ referenza interna

Data meta titlesta l-applikazzjoni

SPAZJU RISERVAT GĦAT-TIMBRU TAL-UFFIĊĊJU/AWTORITÀ INDIRIZZAT/A

 

 

5.   GWIDA DWAR IL-FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI

Rimarki ġenerali

a)

Din il-formola tal-applikazzjoni għandha tiġi inkorporata fil-proċedura tal-Istati Membri għal talba ta’ liċenzja. Il-mudell armonizzat huwa bbażat fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2007/59/KE (“id-Direttiva”)).

Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti speċifiċi li juru li l-applikant jilħaq ir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2007/59/KE.

b)

Din il-formola tal-applikazzjoni tinħareġ bil-lingwi kollha tal-Komunità Ewropea, u s-sistema ta’ numerazzjoni għandha tinżamm, irrispettivament mil-lingwa.

(c)

Id-dejta għandha tiġi pprovduta fil-format speċifikat hawn taħt sabiex tkun konsistenti mal-format tad-dejta tar-reġistru. Kull fejn ikun possibbli, id-dati għandhom jintwerew fil-format SSSS-XX-JJ, skont l-istandard ISO 8601:2004 “Elementi tad-dejta u l-iskambju tal-formati – L-iskambju tal-informazzjoni – Rappreżentazzjoni tad-dati u l-ħinijiet”.

d)

Fejn skont id-Direttiva, il-ġbir tad-dejta huwa fakultattiv, u terminu ma jinġabarx, il-kaxxa rilevanti għandha timtela bil-kliem “mhux applikabbli”.

e)

Tista’ tintalab informazzjoni addizzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex tiġi kkontrollata l-identifikazzjoni personali. Kwalunkwe dejta addizzjonali mitluba mill-awtoritajiet kompetenti għandha tiżdied fi tmiem ir-rekwiżiti armonizzati. Il-kaxex nnumerati 2.24, 2.25, 2.26 jipprovdu spazju biex jiddaħħlu r-rekwiżiti speċifiċi; madankollu, in-numru għandu jkun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ, sabiex ma jmurx kontra l-għan li d-dokument ikun armonizzat.

1.   L-ewwel taqsima tittratta l-organizzazzjoni tal-ħruġ

1.1.   Għandha tiġi mfassla mill-organizzazzjoni tal-ħruġ (l-Awtoritajiet Nazzjonali għas-Sikurezza, l-Impriżi Ferrovjarji, jew entitajiet kontraenti oħra)

1.2.   Imla l-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-ħruġ

2.   It-tieni taqsima tittratta l-istat tal-liċenzja

2.1.   Immarka waħda mill-erba’ kaxxi li ġejjin biex tiddikjara r-raġuni għall-applikazzjoni

2.2.   Immarka din il-kaxxa jekk l-applikazzjoni titressaq għal liċenzja ġdida; f’dan il-każ iridu jiġu pprovduti d-dokumenti elenkati fit-Taqsima 4.1.

2.3.   Immarka din il-kaxxa jekk l-applikazzjoni hija għal liċenzja aġġornata jew emendata, u imla l-kaxxa għat-test billi tagħti raġuni għall-aġġornament jew l-emenda.

Aġġornament: il-liċenzja tista’ teħtieġ li tiġi aġġornata, pereżempju, jekk ikun hemm bidla f’punt fakultattiv, bħall-indirizz personali tas-sewwieqa tal-ferroviji jew in-numru ta’ referenza tal-impjegat.

Emenda: il-liċenzja tista’ teħtieġ li tiġi emendata jekk ikollu jinbidel punt fakultattiv ta’ informazzjoni addizzjonali jew restrizzjoni wara eżami mediku, jew jekk xi kaxxa jkun fiha żball u jeħtieġ li jitranġa.

2.4.   Immarka din il-kaxxa jekk l-applikazzjoni hija għal tiġdid tal-liċenzja. Il-liċenzja għandha tiġġedded kull 10 snin, u għandu jiġi pprovdut ritratt ġdid.

2.5.   Immarka din il-kaxxa jekk l-applikazzjoni hija għal kopja tal-liċenzja, u imla l-kaxxa għat-test billi tagħti raġuni għat-talba (eż.: telf, serq jew qerda aċċidentali). L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-liċenzja li ntalbet kopja tagħha għadha valida u ma ġietx sospiża jew irtirata.

2.6.   Meta tinħareġ liċenzja għall-ewwel darba, jingħata Numru Ewropew tal-Identifikazzjoni. Jekk l-applikazzjoni hija għall-ewwel liċenzja, ħalli din il-kaxxa vojta.

Niżżel in-numru EIN jekk qed tapplika biex il-liċenzja tiġi emendata, aġġornata, imġedda jew mibdula (il-ħruġ ta’ kopja).

2.7.   Imla din il-kaxxa jekk qed tapplika biex il-liċenzja tiġi emendata, aġġornata, imġedda jew mibdula (il-ħruġ ta’ kopja).

2.8.   Jekk jogħġbok speċifika jekk l-applikazzjoni hijiex qed tiġi sottomessa mill-applikant jew minn entità oħra f’ismu. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biex tissegwa l-applikazzjoni, u jekk ikun meħtieġ jiġi kkuntattjat sewwieq li l-indirizz postali tiegħu m’għadux validu.

2.9.   Immarka din il-kaxxa jekk l-applikant qed jissottometti l-applikazzjoni.

2.10.   Immarka din il-kaxxa jekk entità oħra qed tissottometti l-applikazzjoni.

2.11.   Imla din it-Taqsima (2.11 sa 2.13) jekk l-applikazzjoni qed tiġi sottomessa minn entità f’isem l-applikant u agħti isem l-entità li qed tissottometti l-applikazzjoni.

2.12.   Imla l-istatus tal-entità li qed tissottometti l-applikazzjoni (l-impjegatur/l-entità kontraenti/oħrajn). Dan jippermetti r-reġistrazzjoni tal-kontrolli fuq it-taħriġ kontinwu, eż. magħmul bħala parti mis-Sistema tal-Ġestjoni tas-Sigurtà tal-impriżi ferrovjarji jew l-amministraturi tal-infrastruttura.

2.13.   Imla l-indirizz postali tal-entità li qed tissottometti l-applikazzjoni hawn, fl-ordni li ġejja:

In-numru (jekk applikabbli)/it-triq

Il-kodiċi postali/il-belt

Il-pajjiż

2.14.   Imla d-dettalji personali tal-applikant fit-Taqsima li jmiss (minn 2.15 sa 2.23). Il-kaxex 2.2.1 u 2.2.2 huma fakultattivi.

2.15.   Hawnhekk irid jidher il-kunjom jew il-kunjomijiet, eżatt kif jidher/jidhru fil-passaport tal-applikant jew fil-karta tal-identità nazzjonali jew f’dokumenti rikonoxxuti oħra li jagħtu prova tal-identità.

2.16.   Imla l-ewwel isem jew ismijiet tal-applikant, eżatt kif jidher/jidhru fil-passaport tal-applikant jew fil-karta tal-identità nazzjonali jew f’dokumenti rikonoxxuti oħra li jagħtu prova tal-identità.

2.17.   Immarka l-kaxxa rilevanti billi tagħti s-sess tal-applikant.

2.18.   Imla d-data tat-twelid tal-applikant hawn.

2.19.   Imla l-post tat-twelid tal-applikant (belt jew raħal), kif ġej:

is-sinjal ta’ distinzjoni (żewġ ittri) tal-pajjiż (ara l-Anness I, it-Taqsima 3) – il-kodiċi postali – il-post.

Imla:

in-nazzjonalità tal-applikant jew il-pajjiż tat-twelid, skont ir-rekwiżiti legali nazzjonali għal din l-informazzjoni.

Il-lingwa nattiva tal-applikant..

2.20.   Hawnhekk irid jidher in-numru ta’ referenza mogħti lill-impjegat mill-impjegatur (din l-informazzjoni hija fakultattiva, skont id-Direttiva 2007/59/KE).

2.21.   Niżżel l-indirizz postali fejn għandha tintbagħat il-liċenzja (l-indirizz iddikjarat mill-applikant jew mill-entità li qed tapplika f’ismu) fl-ordni li ġejja, jekk differenti minn dik fil-kaxxa 2.13 jew fil-kaxxa 2.22):

In-numru (jekk applikabbli)/It-triq

Il-kodiċi postali/Il-belt

Il-pajjiż

Din l-informazzjoni hija importanti minħabba li tippermetti lill-awtorità kompetenti ssaqsi lis-sewwieq jew lill-entità li qed tissottometti l-applikazzjoni f’ismu għall-kjarifika tad-dokumenti jew tal-informazzjoni pprovduta.

2.22.   L-indirizz permanenti tal-applikant li jista’ jintwera fil-liċenzja (din l-informazzjoni hija fakultattiva skont id-Direttiva 2007/59/KE), fl-ordni li ġejja:

In-numru (jekk applikabbli)/It-triq

Il-kodiċi postali/Il-belt

Il-pajjiż

Jistgħu jiżdiedu kaxex addizzjonali għal iktar informazzjoni, eż. in-numru tat-telefown jew l-indirizz elettroniku.

2.23.   Żid ritratt tal-applikant, preferibbilment ritratt diġitali (il-format preferut:.jpeg;.bmp;.tiff) li jippermetti definizzjoni tajba għad-daqs żgħir. Għall-applikazzjonijiet ta’ tiġdid, ir-ritratt għandu jkun aġġornat.

Filwaqt li r-rekwiżiti tal-pajjiżi dwar id-daqsijiet tar-ritratti għad-dokumenti uffiċjali jistgħu jvarjaw, hemm speċifikazzjoni għall-kwalità tar-ritratti, imsemmija fil-politika tal-UE, fl-Appendiċi 11 tat-Taqsima IV tad-dokument ICAO 9303 “Dokumenti tal-Ivvjaġġar li jinqraw bil-Magna” (ed. 2006). Din tinkludi linji gwida, li jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

Ir-ritratt għandu jinkludi l-wiċċ kollu, minn quddiem u bl-għajnejn miftuħin

Ir-ritratt għandu juri r-ras kollha mill-bidu tax-xahar sal-ispallejn

Ir-ritratt għandu jittieħed fuq sfond abjad jew abjad jagħti fil-griż/fl-isfar mingħajr disinji

Evita d-dellijiet fuq il-wiċċ jew fl-isfond

Il-wiċċ fir-ritratt għandu jkollu espressjoni naturali (bil-ħalq magħluq)

Il-wiċċ fir-ritratt ma għandux jinkludi nuċċali tax-xemx bil-lentijiet ikkuluriti jew nuċċali bi frejm oħxon, u d-dawl ma għandux jiġi rifless fuq il-lentijiet

Is-suġġett ma għandux jilbes kappell, apparti dawk li huma aċċettati mill-awtoritajiet tal-Istat

Il-kuntrast u d-dawl fir-ritratt għandhom ikunu normali

2.24. 2.25. 2.26.   (spazju riservat għal dejta addizzjonali li għandha tinġabar abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali)

Dawn l-ispazji huma riservati għall-annotazzjonijiet mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, biex idaħħal kwalunkwe informazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. (eż.: In-numri personali tal-identifikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jistgħu jiddaħħlu hawn: għandhom ikunu validi biss għall-pajjiż li joħroġ il-liċenzja).

2.27.   L-applikanti għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ffirmata, jew fuq karta jew f’verżjoni elettronika, li l-informazzjoni mogħtija mill-kandidat/mis-sewwieq tal-ferrovija hija veru. Id-dikjarazzjoni għandha tkun soġġetta għal-liġi dwar l-isperġur fl-istat li fih issir id-dikjarazzjoni. Għalhekk, tista’ tiġi adattata għal-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex tissodisfa r-rekwiżiti legali rigward il-konsegwenzi ta’ rappreżentazzjoni żbaljata jew falza, falsifikazzjoni tad-dokumenti, frodi eċċ.

2.28.   Niżżel id-data ta’ meta ġiet iffirmata l-applikazzjoni.

2.29.   Żid il-firma tal-applikant hawn, oriġinali, kopja tagħha jew skont id-Direttiva 1999/93/KE (2) *.

2.30.   L-Awtorità Kompetenti tista’ żżid numru ta’ referenza tal-fajl intern hawn (pereżempju l-għadd ta’ posta li tasal).

2.31.   Id-data tal-wasla tal-formola tal-applikazzjoni għandha tiżdied hawn, biex jiġi kkontrollat li l-liċenzja tinħareġ sad-data tal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 14(4) tad-Directive 2007/59/KE.

2.32.   Dan l-ispazju huwa riservat għall-awtorità li tirċievi (pereżempju għal timbru jew kwalunkwe indikazzjoni meħtieġa għar-reġistrazzjoni).

3   Protezzjoni tad-dejta personali

3.1.   L-awtoritajiet kompetenti huma mitluba jiżguraw li r-reġistri pprovduti fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/59/KE jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni tad-dejta personali (3). Dan huwa strettament limitat għad-dejta pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni, sabiex tidher fil-liċenzja.

3.2.   Il-protezzjoni tad-dejta stabbilita fit-Taqsima 3.1 ta’ dan l-Anness, u l-awtorizzazzjoni li se tiġi ffirmata mill-applikant fit-Taqsima 3.2 huma biss eżempji ta’ arranġamenti possibbli. Għalhekk, għandhom jiġu adottati għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

Mod tekniku kif tinkiseb l-awtorizzazzjoni biex tiġi pproċessata d-dejta personali jista’ jissostitwixxi l-firma tal-applikant.

4   Din it-taqsima hija relatata mal-provvista ta’ dokumenti li jipprovdu evidenza b’appoġġ għall-informazzjoni relatata mal-istatus possibbli tal-liċenzja

4.1.   Biex tikseb liċenzja, immarka l-kaxxa nru 1 fit-Taqsima 4 (lista ta’ dokumenti annessi), u ipprovdi d-dokumenti elenkati f’1.1 sa 1.6 [ara l-Artikolu 14(4) tad-Direttiva].

[1.2] Ipprovdi l-awtorizzazzjoni biex tiġi pproċessata d-dejta personali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali.

[1.3] Ir-rekwiżiti tal-edukazzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2007/59/KE.

[1.4] Ir-rekwiżiti fiżiċi huma stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2007/59/KE.

[1.5] Ir-rekwiżiti psikoloġiċi huma stabbiliti fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2007/59/KE.

[1.6] Ir-rekwiżiti ġenerali tal-kompetenza professjonali huma stabbiliti fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2007/59/KE.

4.2.   Għal aġġornament tal-liċenzja, immarka l-kaxxa nru 2 fit-Taqsima 4 u ipprovdi d-dokumenti elenkati f’2.1, 2.2 jew 2.3.

4.3.   Għal liċenzja emendata, immarka l-kaxxa nru 3 fit-Taqsima 4 u ipprovdi d-dokumenti elenkati f’3.1, 3.2 jew 3.3.

4.4.   Biex tikseb kopja tal-liċenzja, immarka l-kaxxa numru 4 u ipprovdi d-dokumenti elenkati f’4.1 sa 4.2.

4.5.   Biex iġġedded liċenzja, immarka l-kaxxa numru 4.5 u ipprovdi d-dokumenti elenkati f’5.1 sa 5.3.

[5.3] L-evidenza ta’ kompetenza miżmuma għandha x’taqsam ma’ sewwieqa li jistgħu ma jkunux inklużi f’sistema tal-ġestjoni tas-sigurtà ta’ impriża ferrovjarja jew amministratur tal-infrastruttura jew fi programm għaż-żamma tal-kompetenzi organizzat jew rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti.

Jistgħu jiżdiedu iktar kaxxi. Madankollu, dawn mhumiex parti mill-format armonizzat.


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


Top