EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0017

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-adozzjoni ta’ parametri bażiċi għar-reġistri ta’ liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari pprovduti skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2009) 8278) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 8, 13.1.2010, p. 17–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 008 P. 267 - 281

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/17(1)/oj

13.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ Ottubru 2009

dwar l-adozzjoni ta’ parametri bażiċi għar-reġistri ta’ liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari pprovduti skont id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8278)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/17/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea dwar il-parametri bażiċi għar-reġistri tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari (ERA/REC/SAF/05-2008) tad-19 ta’ Diċembru 2008,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2007/59/KE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistru nazzjonali għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji jew jiżguraw li t-tali reġistru jinżamm.

(2)

Skont l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2007/59/KE, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iżommu reġistru tal-kumpanija għaċ-ċertifikati komplementari jew jiżguraw li t-tali reġistru jinżamm.

(3)

L-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2007/59/KE jitlob lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea tfassal il-parametri bażiċi għar-reġistri tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji biex jiġu stabbiliti minn awtoritajiet kompetenti u r-reġistri għaċ-ċertifikati komplementari biex jiġu stabbiliti mill-impriżi ferrovjarji u mill-amministraturi tal-infrastruttura li jħaddmu jew iħaddmu b’kuntratt lis-sewwieqa Ir-reġistru nazzjonali għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji ta’ Stat Membru għandu jkollu l-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji kollha maħruġa f’dak l-Istat Membru.

Għandha tintuża formola ta’ applikazzjoni standard għall-applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji, għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni tal-liċenzja u għaż-żamma tal-aġġornamenti, l-emendi, il-bdil, it-tiġdid, is-sospensjonijiet u l-irtirar.

(4)

Ir-reġistri għal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji u ċ-ċertifikati komplementari għandhom ikunu aċċessibbli għall-konsultazzjoni mir-rappreżentattivi awtorizzati tal-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati. Ir-reġistri differenti għandhom ikunu konsistenti f’dak li jirrigwarda d-dejta li jkun fihom u l-ifformattjar tad-dejta. Għandhom għalhekk jiġu stabbiliti billi jintużaw speċifikazzjonijiet operatorji u tekniċi komuni.

(5)

L-informazzjoni kollha li tinsab fil-liċenzji, fiċ-ċertifikati komplementari armonizzati u fir-reġistri tal-liċenzji u taċ-ċertifikati komplementari armonizzati għandha tintuża mill-awtoritajiet tas-sikurezza sabiex jiffaċilitaw l-evalwazzjoni tal-proċess taċ-ċertifikazzjoni tal-impjegati pprovdut fl-Artikolu 10 u 11 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferroviji tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzji tal-impriżi tal-linji tal-ferroviji u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferroviji) (2) u biex jitħaffef il-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ sikurezza pprovduti f’dawk l-Artikoli.

(6)

Skont l-Artikolu 19(1)(f) tad-Direttiva 2007/59/KE, ir-reġistru tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji għandu jinżamm u jiġi aġġornat mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-entitajiet delegati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-entità li jkunu nnominaw għal din il-fini, parzjalment biex jippermettu lil dawn l-entitajiet jagħmlu skambju tal-informazzjoni.

(7)

Idealment, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi reġistru tal-liċenzji tal-ferroviji kompjuterizzat biex jikseb interoperabbiltà sħiħa tar-reġistri u jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti u li partijiet oħrajn li għandhom drittijiet tal-aċċess biex jiksbu l-informazzjoni. Madankollu, għal raġunijiet ekonomiċi u tekniċi, dan it-tip ta’ interface ma jistax jiġi adottat qabel ma ssir iktar investigazzjoni. L-ewwel nett, huwa meħtieġ li jintlaħaq ftehim dwar il-metodi li jiżguraw li l-aċċess jingħata jkun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, kif mitlub bid-Direttiva 2007/59/KE. It-tieni nett, huwa meħtieġ li jsir stħarriġ tal-għadd ta’ tranżazzjonijiet biex issir analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċji u tiġi proposta soluzzjoni possibbli li ma timponix spejjeż amministrattivi li jistgħu jkunu sproporzjonati għall-ħtiġijiet reali. Għalhekk, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea proponiet li tiġi implimentata soluzzjoni temporanja, bi skambju tal-informazzjoni simplifikat, u li l-iżvilupp tal-interface elettroniku jitkompla iktar ‘il quddiem.

(8)

Skont l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2007/59/KE, dik id-Direttiva ma tapplikax għal Ċipru u Malta. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tiġi applikata għal Ċipru u Malta sakemm dawn l-Istati Membri ma jkollhomx sistema ferrovjarja.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Interoperabbiltà u s-Sikurezza Ferrovjarja stabbilit skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 96/48/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEIŻJONI:

Artikolu 1

Il-parametri bażiċi għar-Reġistru Nazzjonali tal-Liċenzji tas-Sewqan tal-Ferroviji (minn issa ‘l quddiem “NLR”) stabbiliti fl-Anness I huma adottati.

Artikolu 2

Il-parametri bażiċi għar-Reġistru taċ-Ċertifikati Komplementari (minn issa ‘l quddiem “CCR”) stabbiliti fl-Anness II huma adottati.

Artikolu 3

1.   Fi żmien 24 xahar minn meta din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn issa ‘l quddiem “l-Aġenzija”) għandha tagħmel studju ta’ fattibbiltà għal applikazzjoni kompjuterizzata li tissodisfa l-parametri bażiċi għall-NLR u s-CCR u li tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura.

L-istudju ta’ fattibbiltà għandu b’mod partikolari jikkunsidra l-arkitettura funzjonali u teknika, il-modi ta’ funzjonament u r-regoli għad-dħul u l-konsultazzjoni tad-dejta.

L-istudju ta’ fattibbiltà għandu jiġi diskuss u approvat fi ħdan il-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentattivi tal-awtoritajiet kompetenti speċifikati fl-Artikolu 35 tad-Direttiva 2007/59/KE.

2.   Fejn huwa xieraq, abbażi tar-riżultati tal-istudju msemmi fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi applikazzjoni pilota ta’ netwerk b’mill-inqas tliet NLRs u disa’ CCRs.

L-Aġenzija għandha timmonitorja l-applikazzjoni pilota għal mill-inqas sena, u toħroġ rapport lill-Kummissjoni b’rakkomandazzjoni biex temenda din id-Deċiżjoni, fejn huwa xieraq.

Artikolu 4

Fi żmien sena minn meta din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra:

(a)

dwar l-entità nominata biex toħroġ il-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji skont l-Artikolu 19(1)(a) tad-Direttiva 2007/59/KE,

(b)

dwar l-entità nominata biex iżżomm u taġġorna l-NLR skont l-Artikolu 19(1)(f) tad-Direttiva 2007/59/KE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Ma għandhiex tapplika għal Ċipru u Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51. (Mhux disponibbli bil-Malti)

(2)  ĠU L 220, 21.6.2004, p. 16.


ANNESS I

PARAMETRI BAŻIĊI GĦAR-REĠISTRI NAZZJONALI TAL-LIĊENZJI TAS-SEWQAN TAL-FERROVIJI (NLRs)

1.   Parametri bażiċi

Il-parametri bażiċi għar-Reġistri Nazzjonali tal-liċenzji tas-sewqan tal-ferroviji stabbiliti skont l-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2007/59/KE, huma:

Dejta li għandha tinġabar (il-Kapitolu 2)

Format tad-dejta (il-Kapitolu 3)

Drittijiet tal-aċċess (il-Kapitolu 4)

Skambju tad-dejta (il-Kapitolu 5)

Tul taż-żmien taż-żamma tad-dejta (il-Kapitolu 6).

2.   Dejta li għandha tinġabar

L-NLR għandu jkollu erba’ taqsimiet.

It-Taqsima 1 għandu jkollha informazzjoni dwar l-istat attwali tal-liċenzja.

It-Taqsima 2 għandu jkollha informazzjoni dwar il-liċenzja maħruġa, konformi mal-lista tar-rekwiżiti li jinsabu fl-Anness I, it-Taqsima 2, għad-Direttiva 2007/59/KE.

It-Taqsima 3 għandu jkollha informazzjoni storika dwar il-liċenzja.

It-Taqsima 4 għandu jkollha informazzjoni dwar ir-rekwiżiti bażiċi u l-kontrolli inizjali, li jippermettu li tinħareġ il-liċenzja u jsiru l-kontrolli sussegwenti, li jippermettu li l-liċenzja tibqa’ valida.

Id-dejta li għandha tinġabar hija stabbilita fit-tabella fil-Kapitolu 3.

3.   Format tad-dejta

Din li ġejja hija lista ta’ rekwiżiti għall-format tad-dejta tal-NLR.

Il-lista hija stabbilita kif ġej:

Nru

Informazzjoni li għandha tidher

Werrej

Format

L-istat tar-rekwiżit


Taqsima 1:   L-istat attwali tal-liċenzja

1

In-numru tal-liċenzja

1.1

In-numru tal-liċenzja

EIN (12-il ċifra)

Obbligatorja

2

L-istat attwali tal-liċenzja

2.1

Evidenza tal-istat attwali tal-liċenzja.

Valida

Sospiża (deċiżjoni pendenti)

Irtirata

Test

Obbligatorja

2.2

Raġuni għas-sospensjoni jew għall-irtirar

Test

Obbligatorja


Taqsima 2:   Informazzjoni dwar il-liċenzja attwali maħruġa, skont l-Anness I, it-Taqsima 2, għad-Direttiva 2007/59/KE

3

Kunjom(ijiet) id-detentur

3.1

Kunjom(ijiet) imniżżel/imniżżlin fil-passaport jew fil-karta tal-identità nazzjonali jew f’dokument rikonoxxut ieħor li japprova l-identità. Huwa permessibbli iktar minn kunjom wieħed, jiddependi mill-użanza nazzjonali

test

Obbligatorja

4

Isem/ismijiet id-detentur

4.1

Isem/ismijiet imniżżel/imniżżlin fil-passaport jew fil-karta tal-identità nazzjonali jew f’dokument rikonoxxut ieħor li japprova l-identità. Huwa permessibbli iktar minn isem wieħed, jiddependi mill-użanza nazzjonali

test

Obbligatorja

5

Data tat-twelid tad-detentur

5.1

Data tat-twelid tad-detentur

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

6

Post tat-twelid tad-detentur

6.1

Post tat-twelid tad-detentur

test

Obbligatorja

6.2

Nazzjonalità

test

Mhux obbligatorju

7

Data tal-ħruġ tal-liċenzja

7.1

Wiri tad-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

8

Data tal-iskadenza tal-liċenzja

8.1

Data tal-iskadenza formali mistennija tal-liċenzja valida

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

9

Isem l-awtorità li toħroġ il-liċenzja

9.1

Isem l-awtorità li toħroġ il-liċenzji (l-awtorità kompetenti, l-entità delegata, l-impriża ferrovjarja, l-amministraturi tal-infrastruttura)

Test

Obbligatorja

10

In-numru ta’ referenza assenjat lill-impjegat minn min iħaddmu

10.1

Referenza tal-kumpanija għas-sewwieq tal-ferrovija

Test

Mhux obbligatorju

11

Ritratt tad-detentur

11.1

Ritratt

Oriġinali jew skenjat elettronikament

Obbligatorja

12

Firma tad-detentur

12.1

Firma

Oriġinali/Fotokopja/Skenjata elettronikament

Obbligatorja

13

Post tar-residenza permanenti jew l-indirizz postali tad-detentur

13.1

Indirizz tad-detentur

Triq u numru

Test

Mhux obbligatorju

13.2

Belt

Test

Mhux obbligatorju

13.3

Pajjiż

Test

Mhux obbligatorju

13.4

Kodiċi postali

Kodiċi Alfa-numerika

Mhux obbligatorju

13.5

Numru tat-telefown

Test

Mhux obbligatorju

13.6

Indirizz elettroniku

Test

Mhux obbligatorju

14

Informazzjoni addizzjonali

14.1

Informazzjoni imposta minn awtorità kompetenti skont l-Anness II għad-Direttiva 2007/59/KE

Informazzjoni kodifikata

Obbligatorja

Il-Qasam 9.a.1 —

Il-lingwa(i) nattiva(i) tas-sewwieq

Test

 

Il-Qasam 9.a.2 —

Spazju riservat għar-reġistrazzjoni mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, għal informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Test

 

15

Restrizzjoni medika

15.1

Informazzjoni imposta minn awtorità kompetenti skont l-Anness II għad-Direttiva 2007/59/KE

Informazzjoni kodifikata

Obbligatorja

Użu obbligatorju ta’ nuċċalijiet/lentijiet ta’ kuntatt

(il-kodiċi b.1)

 

Użu obbligatorju ta’ apparat akustiku (hearing aid(s))

(il-kodiċi b.2)

 


Taqsima 3:   Informazzjoni storika dwar l-istat tal-liċenzja u r-riżultati tal-kontrolli perjodiċi

16

Data tal-ewwel ħarġiet tal-liċenzji

16.1

Data tal-ewwel ħruġ

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

17

Data tal-iskadenza

17.1

Data tal-iskadenza (u tat-tiġdid formali mistenni)

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

18

Aġġornament(i) (Diversi reġistri huma possibbli)

18.1

Id-data tal-aġġornament

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

18.2

Raġuni għall-aġġornament

Test

Obbligatorja

19

L-emenda/i (Diversi reġistri huma possibbli)

19.1

Id-data tal-emenda

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

19.2

Raġuni tal-emenda

Test

Obbligatorja

20

Sospensjoni(jiet) (Diversi reġistri huma possibbli)

20.1

It-tul tal-perjodu ta’ sospensjoni

Minn (data) sa (data)

Obbligatorja

20.2

Ir-raġuni għas-sospensjoni

Test

Obbligatorja

21

Irtirar (Diversi reġistri huma possibbli)

21.1

Data ta’ rtirar

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

21.2

Ir-raġuni għall-irtirar

Test

Obbligatorja

22

Liċenzja rrappurtata mitlufa

22.1

Id-data tal-komunikazzjoni

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

22.2

Id-data ta’ kwalunkwe kopja maħruġa

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

23

Liċenzja rrappurtata misruqa

23.1

Id-data tal-komunikazzjoni

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

23.2

Id-data ta’ kwalunkwe kopja maħruġa

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

24

Liċenzja rrappurtata distrutta

24.1

Id-data tal-komunikazzjoni

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

24.2

Id-data ta’ kwalunkwe kopja maħruġa

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja


Taqsima 4:   Informazzjoni dwar ir-rekwiżiti bażiċi għall-ħruġ ta’ liċenzja u r-riżultati ta’ kontrolli perjodiċi

25

Edukazzjoni

25.1

Rekwiżit bażiku

L-ogħla livell ta’ ċertifikazzjoni miksub

Test

Obbligatorja

26

Saħħa fiżika

26.1

Rekwiżit bażiku

Dikjarazzjoni dwar l-ilħiq tal-kriterju fid-Direttiva 2007/59/KE, Anness II (it-Taqsimiet 1.1, 1.2, 1.3 u 2.1)

Test

Obbligatorja

26.2

Data tal-kontroll

 

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

26.3

Kontroll perjodiku sussegwenti

Konfermat/mhux konfermat

Test

Obbligatorja

26.4

(diversi reġistri possibbli)

Data tal-aħħar kontroll

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

26.5

Il-kontroll li jmiss

Data tal-kontroll mistenni formalment

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

26.6

Noti

Noti li jridu jiġu speċifikati:

Skeda normali

Skeda antiċipata (skont iċ-ċertifikat tat-tabib)

Tibdil fl-informazzjoni (il-kodiċi 9.a.2) jekk meħtieġ

Bdil fil-kodiċi restrizzjonali

Oħrajn + qasam li jrid jiġi speċifikat

Test

Obbligatorja

27

Saħħa psikoloġika fuq il-post tax-xogħol

27.1

Rekwiżit bażiku

Dikjarazzjoni dwar l-ilħiq tal-kriterju fl-Anness II għad-Direttiva 2007/59/KE (it-Taqsima 2.2)

Test

Obbligatorja

27.2

Data tal-kontroll

 

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

27.3

Il-kontroll(i) li jmiss

Jekk ikun meħtieġ biss (diversi reġistri possibbli)

Dikjarazzjoni

Obbligatorja

27.4

 

Data ta’ kwalunkwe kontroll sussegwenti

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

28

Għarfien professjonali ġenerali

28.1

Rekwiżit bażiku

Dikjarazzjoni dwar l-ilħiq tal-kriterju fl-Anness IV għad-Direttiva 2007/59/KE

Test

Obbligatorja

28.2

Data tal-kontroll

 

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

28.3

Kontroll sussegwenti

(jekk meħtieġ fuq livell nazzjonali biss)

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

4.   Drittijiet tal-aċċess

L-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fis-NLR għandha tingħata lill-partijiet interessati li ġejjin għall-finijiet li ġejjin:

lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, fuq talba rraġunata, sabiex

jikkontrollaw il-ferroviji li jaħdmu fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni tagħhom;

jagħmlu stħarriġ rigward il-konformità mad-Direttiva 2007/59/KE minn dawk kollha attivi fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni tagħhom;

lill-Aġenzija, fuq talba rraġunata, sabiex tevalwa l-iżvilupp taċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieq tal-ferrovija skont l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2007/59/KE, b’mod partikolari rigward l-interkonnessjoni tar-reġistri;

lil min iħaddem is-sewwieqa, sabiex jikkonsulta l-istatus tal-liċenzji skont l-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2007/59/KE;

lill-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, li jħaddmu jew iħaddmu b’kuntratt is-sewwieqa tal-ferroviji, sabiex jikkonsultaw l-istatus tal-liċenzji, skont l-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2007/59/KE;

lis-sewwieqa tal-ferroviji, fuq talba, sabiex jikkonsultaw id-dejta li tikkonċernahom;

lill-entitajiet investigattivi stabbiliti skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/49/KE, sabiex jinvestigaw l-inċidenti, b’mod partikolari kif imniżżel fl-Artikolu 20(2)(e) u (g) ta’ dik id-Direttiva.

5.   Skambju tad-dejta

L-aċċess għad-dejta rilevanti għandu jingħata fuq talba formali. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi d-dejta, mingħajr dewmien, b’mod li tiżgura trażmissjoni sikura tal-informazzjoni u protezzjoni tad-dejta personali.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joffru faċilitajiet biex wieħed jidħol fis-sit tal-Internet tagħhom lil kull min għandu drittijiet tal-aċċess, sakemm jiżguraw li jiġu ċċekkjati r-raġunijiet għat-talbiet.

6.   It-tul taż-żmien taż-żamma tad-dejta

Id-dejta kollha fl-NLR għandha tinżamm għal mill-inqas 10 snin mid-data ta’ tmiem il-validità tal-liċenzja tas-sewqan tal-ferroviji. Jekk fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ 10 snin, tinbeda investigazzjoni li tinvolvi s-sewwieq, id-dejta relatata mas-sewwieq għandha tinżamm anke wara l-perjodu ta’ 10 snin, jekk dan ikun meħtieġ.

Kwalunkwe tibdil fis-NLR għandu jiġi rreġistrat.


ANNESS II

PARAMETRI BAŻIĊI GĦAR-REĠISTRI TAĊ-ĊERTIFIKATI KOMPLEMENTARI TAS-SEWWIEQA TAL-FERROVIJI

1.   Parametri bażiċi

Il-parametri bażiċi għar-reġistri taċ-ċertifikati komplementari (CCR), stabbiliti skont l-Artikolu 22(4) tad-Direttiva 2007/59/KE, huma:

Dejta li għandha tinġabar (il-Kapitolu 2)

Format tad-dejta (il-Kapitolu 3)

Drittijiet tal-aċċess (il-Kapitolu 4)

Skambju tad-dejta (il-Kapitolu 5)

Tul taż-żmien taż-żamma tad-dejta (il-Kapitolu 6)

Proċeduri f’każ ta’ falliment (il-Kapitolu 7)

2.   Dejta li għandha tinġabar

Is-CCRs għandu jkollhom erba’ taqsimiet.

It-Taqsima 1 għandu jkollha informazzjoni dwar l-istat attwali tal-liċenzja li jkollu s-sewwieq tal-ferrovija.

It-Taqsima 2 għandu jkollha informazzjoni dwar iċ-ċertifikat komplemetari maħruġ, kif elenkat fl-Anness I, it-Taqsima 3, għad-Direttiva 2007/59/KE.

It-Taqsima 3 għandu jkollha informazzjoni storika dwar iċ-ċertifikat komplemetari.

It-Taqsima 4 għandu jkollha informazzjoni dwar ir-rekwiżiti bażiċi u l-kontrolli inizjali biex jippermettu li jinħareġ ċertifikat komplementari u dwar il-kontrolli sussegwenti li jridu jiġu rreġistrati biex jippermettu li ċ-ċertifikat jibqa’ validu.

Id-dejta li għandha tinġabar hija stabbilita fit-tabella fil-Kapitolu 3.

Fit-Taqsima 2 għandha tingħata informazzjoni dwar l-għarfien attwali fuq il-vetturi ferrovjarji, għarfien tal-infrastruttura u għarfien lingwistiku evalwat skont il-parti rilevanti tad-Direttiva 2007/59/KE. Dik it-taqsima għandha tinkludi d-data tal-kontrolli mistennija li jmiss. Mid-data tal-kontrolli sussegwenti jibda l-“istat attwali” l-ġdid, u l-informazzjoni preċedenti titpoġġa fit-Taqsima 4, li fiha l-informazzjoni storika.

3.   Format tad-dejta

Il-lista li ġejja turi l-format tad-dejta tas-CCR.

Il-lista hija stabbilita kif ġej:

Nru

Informazzjoni li għandha tidher

Werrej

Format

L-istat tar-rekwiżit


Taqsima 1:   Referenza għal-liċenzja

1

In-numru tal-liċenzja

1.1

In-numru tal-liċenzja li jagħti aċċess għad-dejta fir-reġistru nazzjonali

EIN (12-il ċifra)

Obbligatorja

2

L-istat attwali tal-liċenzja

2.1

Evidenza tal-istat attwali tal-liċenzja

Valida

Sospiża

Irtirata

test

Mhux obbligatorju


Taqsima 2:   L-informazzjoni dwar iċ-ċertifikat komplementari attwali maħruġ, kif elenkat fl-Anness I, it-Taqsima 3, għad-Direttiva 2007/59/KE

3

Kunjom(ijiet) id-detentur (l-istess bħal tal-liċenzja)

3.1

Kunjom(ijiet) imniżżel/imniżżlin fil-passaport jew fil-karta tal-identità nazzjonali jew f’dokument rikonoxxut ieħor li japprova l-identità. Huwa permessibbli iktar minn kunjom wieħed, jiddependi mill-użanza nazzjonali

test

Obbligatorja

4

Isem/ismijiet id-detentur (l-istess bħal tal-liċenzja)

4.1

Isem/ismijiet imniżżel/imniżżlin fil-passaport jew fil-karta tal-identità nazzjonali jew f’dokument rikonoxxut ieħor li japprova l-identità. Huwa permessibbli iktar minn isem wieħed, jiddependi mill-użanza nazzjonali

test

Obbligatorja

5

Data tat-twelid tad-detentur

5.1

Data tat-twelid tad-detentur

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

6

Post tat-twelid tad-detentur

6.1

Post tat-twelid tad-detentur

test

Obbligatorja

7

Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat

7.1

Data attwali tal-ħruġ taċ-ċertifikat

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

8

Data tal-iskadenza taċ-ċertifikat

8.1

Id-data tal-iskadenza formali mistennija taċ-ċertifikat, għandha tiġi stabbilita mill-kumpanija u inkluża fil-proċedura meħtieġa fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2007/59/KE.

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

9

Isem l-entità li toħroġ il-liċenzja

9.1

Isem l-entità li toħroġ iċ-ċertifikat (l-impriża ferrovjarji, l-amministratur tal-infrastruttura, oħrajn)

Test

Obbligatorja

10

In-numru ta’ referenza assenjat lill-impjegat minn min iħaddmu

10.1

Referenza tal-kumpanija għas-sewwieq tal-ferrovija

Test

Mhux obbligatorju

11

Ritratt tad-detentur

11.1

Ritratt

Oriġinali jew skenjat elettronikament

Obbligatorja

12

Firma tad-detentur

12.1

Firma

Oriġinali/Fotokopja/Skenjata elettronikament

Obbligatorja

13

Post tar-residenza permanenti jew l-indirizz postali tad-detentur

13.1

Indirizz tad-detentur

Triq u numru

Test

Mhux obbligatorju

13.2

Belt

Test

Mhux obbligatorju

13.3

Pajjiż

Test

Mhux obbligatorju

13.4

Kodiċi postali

Kodiċi Alfa-numerika

Mhux obbligatorju

13.5

Numru tat-telefown

 

 

13.6

Indirizz elettroniku

 

 

14

L-indirizz tal-impriża ferrovjarja jew tal-amministratur tal-infrastruttura li għalihom is-sewwieq huwa awtorizzat isuq

14.1

Indirizz tal-RU/IM

Triq u numru

Test

Obbligatorja

14.2

Belt

Test

Obbligatorja

14.3

Pajjiż

Test

Obbligatorja

14.4

Kodiċi postali

Kodiċi Alfa-numerika

Obbligatorja

14.5

Persuna ta’ kuntatt

Test

Mhux obbligatorju

14.6

Numru tat-telefown

test

Obbligatorja

14.7

Numru tal-feks

test

Obbligatorja

14.8

Indirizz elettroniku

test

Obbligatorja

15

Il-kategorija li fiha s-sewwieq huwa awtorizzat isuq

15.1

Il-kodiċi rilevanti

Test

Obbligatorja

16

Il-vetturi ferrovjarji li s-sewwieq huwa awtorizzat isuq

16.1

(lista, ir-reġistru għandu jiġi ripetut)

Test

Obbligatorja

16.2

Għal kull ħaġa, id-data tal-kontroll mistenni li jmiss għandha tiżdied

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

17

L-infrastruttura li s-sewwieq huwa awtorizzat isuq fiha

17.1

(lista, ir-reġistru għandu jiġi ripetut)

Test

Obbligatorja

17.2

Għal kull ħaġa, id-data tal-kontroll mistenni li jmiss għandha tiżdied

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

18

Ħiliet lingwistiċi

18.1

(lista, ir-reġistru għandu jiġi ripetut)

Test

Obbligatorja

18.2

Għal kull ħaġa, id-data tal-kontroll mistenni li jmiss għandha tiżdied

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

19

Informazzjoni addizzjonali

19.1

(lista, ir-reġistru għandu jiġi ripetut)

Test

Obbligatorja

20

Restrizzjonijiet addizzjonali

20.1

(lista, ir-reġistru għandu jiġi ripetut)

Test

Obbligatorja


Taqsima 3:   Reġistri storiċi dwar l-istat taċ-ċertifikat komplemetari

21

Id-data tal-ewwel ħarġa

21.1

Id-data tal-ewwel ħruġ taċ-ċertifikat

SSSS-XX-JJ

Mhux obbligatorju

22

Aġġornament(i) (Diversi reġistri huma possibbli)

22.1

Id-data tal-aġġornament

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

22.2

Id-dettalji tal-aġġornament u r-raġuni għall-aġġornament (tiswija ta’ dejta waħda jew iktar imniżżla fiċ-ċertifikat komplementari. eż. l-indirizz personali tas-sewwieq)

Test

Obbligatorja

23

L-emenda/i (Diversi reġistri huma possibbli)

23.1

Id-data tal-emenda

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

 

Ir-raġuni għall-emendi, li jirreferu għal partiijiet speċifiċi taċ-ċertifikat:

l-emendi fil-qasam 3 “Kategoriji tas-sewqan”

l-emendi fil-qasam 4 “Informazzjoni addizzjonali”

l-emendi fil-qasam 5: għarfien lingwistiku ġdid miksub jew għarfien ikkontrollat perjodikament

l-emendi fil-qasam 6 “Restrizzjonijiet”

l-emendi fil-kolonna 7: għarfien ġdid miksub dwar il-vetturi ferrovjarji jew għarfien ikkontrollat perjodikament

l-emendi fil-kolonna 8: għarfien infrastrutturali ġdid miksub jew għarfien ikkontrollat perjodikament

Test

Obbligatorja

24

Sospensjoni(jiet) (Diversi reġistri huma possibbli)

24.1

It-tul tal-perjodu ta’ sospensjoni

Minn (data) sa (data)

Obbligatorja

24.2

Ir-raġuni għas-sospensjoni

Test

Obbligatorja

25

Irtirar (Diversi reġistri huma possibbli)

25.1

Data ta’ rtirar

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

25.2

Ir-raġuni għall-irtirar

Test

Obbligatorja

26

Ċertifikat irrappurtat mitluf

26.1

Id-data tal-komunikazzjoni

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

26.2

Jekk iva, id-data tal-kopja maħruġa

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

27

Ċertifikat irrappurtat mitluf

27.1

Id-data tal-komunikazzjoni

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

27.2

Id-data ta’ kwalunkwe kopja maħruġa

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

28

Ċertifikat irrappurtat distrutt

28.1

Id-data tal-komunikazzjoni

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

28.2

Id-data ta’ kwalunkwe kopja maħruġa

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja


Taqsima 4:   Reġistri storiċi marbuta mar-rekwiżiti bażiċi għall-ħruġ ta’ ċertifikat komplemetari u r-riżultati ta’ kontrolli perjodiċi

29

Kompetenza lingwistika

29.1

Rekwiżit bażiku

Il-lingwa/i proċedurali li għaliha/om inħarġet dikjarazzjoni li l-kriterji stabbiliti fl-Anness VI(8) għad-Direttiva 2007/59/KE ġew issodisfati

Test

Obbligatorja

29.2

Kontroll perjodiku

Id-data tal-għarfien ċertifikat (eżami mgħoddi) għal kull lingwa

Diversi reġistri huma possibbli.

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

30

L-għarfien tal-vetturi ferrovjarji

30.1

Rekwiżit bażiku

Il-vetturi ferrovjarji li għalihom inħarġet dikjarazzjoni li l-kriterji stabbiliti fl-Anness V għad-Direttiva 2007/59/KE ġew issodisfati

Test

Obbligatorja

30.2

Kontroll perjodiku

Id-data tal-kontroll perjodiku (għarfien ċertifikat)

Diversi reġistri huma possibbli.

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

31

Għarfien infrastrutturali

31.1

Rekwiżit bażiku

L-infrastruttura li għaliha inħarġet dikjarazzjoni li l-kriterji stabbiliti fl-Anness VI għad-Direttiva 2007/59/KE ġew issodisfati

Test

Obbligatorja

31.2

Kontroll perjodiku

Id-data tal-kontroll perjodiku (għarfien ċertifikat).

Diversi reġistri huma possibbli.

SSSS-XX-JJ

Obbligatorja

4.   Drittijiet tal-aċċess

L-aċċess għall-informazzjoni li tinsab fis-CCR għandha tingħata lill-partijiet interessati li ġejjin għall-finijiet li ġejjin:

lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont l-Artikolu 22(2)(b) tad-Direttiva 2007/59/KE;

lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom jaħdmu l-impriża ferrovrarja jew l-amministratur tal-infrastruttura, jew fejn is-sewwieq huwa awtorizzat li jsuq fuq mill-inqas linja waħda tan-netwerk:

għall-kompitu tagħhom ta’ monitoraġġ tal-iżvilupp taċ-ċertifikazzjoni, skont l-Artikolu 19(1)(g) u l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/59/KE;

għall-kompiti tagħhom ta’ spezzjoni skont l-Artikolu 19(1)(h) u (2) u l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2007/59/KE (dan il-kompitu jista’ jsir minn entità delegata);

lis-sewwieqa tal-ferroviji, għad-dejta li tikkonċernhom, skont l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2007/59/KE;

lill-entitajiet investigattivi stabbiliti skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/49/KE, sabiex jinvestigaw l-inċidenti, b’mod partikolari kif imniżżel fl-Artikolu 20(2)(e) u (g) ta’ dik id-Direttiva.

Il-kumpaniji għandhom ikunu ħielsa li jagħtu aċċess lil utenti oħra, soġġetti għall-protezzjoni tad-dejta personali.

5.   Skambju tad-dejta

Skont id-Direttiva 2007/59/KE, għandu jingħata aċċess għad-dejta rilevanti:

(a)

lill-awtoritajiet kompetenti fejn ikunu domiċiljati l-impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura, skont l-Artikolu 22(2)(b) tad-Direttiva 2007/59/KE,

(b)

lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, fuq talba, skont l-Artikolu 22(2)(c) tad-Direttiva 2007/59/KE,

(ċ)

lis-sewwieqa, fuq talba, skont l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2007/59/KE.

L-impriża ferrovjarja, l-amministratur tal-infrastruttura jew l-entità delegata għandhom jipprovdu d-dejta, mingħajr dewmien, b’mod li jiżguraw t-trażmissjoni sikura tal-informazzjoni u l-protezzjoni tad-dejta personali.

L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura jistgħu joffru faċilitajiet biex wieħed jidħol fis-sit tal-Internet tagħhom lil kull min għandu drittijiet tal-aċċess, sakemm jiżguraw li jiġu ċċekkjati r-raġunijiet għat-talbiet.

6.   It-tul taż-żmien taż-żamma tad-dejta

Id-dejta kollha fis-CCR għandha tinżamm għal mill-inqas 10 snin mill-aħħar skadenza msemmija fiċ-ċertifikat.

Jekk fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ 10 snin, tinbeda investigazzjoni li tinvolvi s-sewwieq, id-dejta relatata mas-sewwieq għandha tinżamm anke wara l-perjodu ta’ 10 snin, jekk dan ikun meħtieġ.

Kwalunkwe tibdil fis-CCR għandu jiġi rreġistrat.

7.   Il-proċedura f’każ ta’ falliment

Jekk impriża ferrovjarja jew amministratur tal-infrastruttura jfallu, il-kumpanija l-ġdida li tieħu t-tħaddim tas-servizz f’idejha għandha tkun responsabbli għad-dejta li tinsab fir-reġistru taċ-ċertifikati komplementari.

L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-impriża ferrovjarja jew l-amministratur tal-infrastruttura għandha tkun l-arkivju tad-dejta li tinsab fir-reġistru taċ-ċertifikati komplementari jekk l-attività ma tittiħidx minn kumpanija oħra.


Top