EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0335

2009/335/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ April 2009 dwar il-linji gwida tekniċi għall-istabbiliment tal-garanzija finanzjarja skont id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2798)

OJ L 101, 21.4.2009, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 034 P. 131 - 131

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/335/oj

21.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ April 2009

dwar il-linji gwida tekniċi għall-istabbiliment tal-garanzija finanzjarja skont id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2798)

(2009/335/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(1) (c) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni bejn l-Istati Membri meta l-garanzija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/21/KE tiġi stabbilita, għandha tiġi ddefinita bażi komuni minima għall-kalkulazzjoni tal-garanziji u notevolment għal dak li jikkonċerna l-informazzjoni li għandha titqies u l-metodu ta’ kalkulazzjoni tal-garanzija;

(2)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2006/21/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il-kalkolazzjoni tal-garanzija finanzjarja msemmija fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/21/KE fuq dawn li ġejjin:

(a)

l-impatti mistennija fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem tal-faċilità tal-iskart;

(b)

id-definizzjoni ta’ rijabilitazzjoni, inkluż wara l-użu tal-faċilità tal-iskart;

(ċ)

l-istandards u l-impatti ambjentali applikabbli, inklużi stabbilità fiżika inkluża tal-faċilità tal-iskart, standards mimimi ta’ kwalità għar-riżorsi ta’ ħamrija u ilma u r-rati ta’ rilaxx massimi ta’ kontaminanti;

(d)

il-miżuri tekniċi meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi ambjentali, partikolarment il-miżuri bl-għanijiet li jimmiraw biex jiżguraw l-istabbilità tal-faċilità tal-iskart u li jillimitaw il-ħsarat ambjentali;

(e)

il-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi matul u wara l-għeluq, fosthom ir-rijabilitazzjoni tal-art, wara t-trattament u l-monitoraġġ tal-għeluq jekk meħtieġ, u, jekk relevanti, il-miżuri biex terġa’ tiġi stabbilita mill-ġdid il-biodiversità;

(f)

l-iskala ta’ żmien tal-impatti stmata u l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa;

(g)

valutazzjoni tal-ispejjeż meħtieġa sabiex tiġi ggarantita r-rijabilitazzjoni tal-art, l-għeluq u wara l-għeluq li jinkludi possibilment il-monitoraġġ jew it-trattament ta’ kontaminanti.

2.   Din il-valutazzjoni msemmija f’punt (g) għandha ssir minn partijiet terzi li jkollhom il-kwalifiki xierqa u għandha tqis il-possibbiltà ta’ għeluq mhux ippjanat jew prematur.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, l-20 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.


Top