EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0219

Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Marzu 2009 li jadatta numru ta' atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju – Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju – Parti Tnejn

OJ L 87, 31.3.2009, p. 109–154 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 004 P. 212 - 257

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/219/oj

31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/109


REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Marzu 2009

li jadatta numru ta' atti soġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju

Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju – Parti Tnejn

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 37, 44(1), 71, 80(2), 95, 152(4)(b), 175(1), 179 u 285 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (4) ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (5), li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta' miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku adottat skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitneħħew uħud minn dawn l-elementi jew billi l-istrument jiġi ssupplementat b'elementi ġodda mhux essenzjali.

(2)

F'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-atti li huma diġà fis-seħħ u li kienu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawn għandhom jiġu aġġustati skont il-proċeduri applikabbli.

(3)

Billi l-emendi magħmula fl-atti għal dan l-iskop huma ta' natura teknika u jikkonċernaw il-proċedura tal-kumitat biss, m'hemmx il-ħtieġa, fil-każ tad-direttivi, ta' traspożizzjoni mill-Istati Membri,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-atti elenkati fl-Anness huma b'dan adattati, skont dak l-Anness, għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE.

Artikolu 2

Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti li jinsabu fl-Anness għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dawk id-dispożizzjonijiet kif adattati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta' Marzu 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU C 224, 30.8.2008, p. 35.

(2)  ĠU C 117, 14.5.2008, p. 1.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 (għadha ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2009.

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(5)  ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.

(6)  ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.


ANNESS

1.   GĦAJNUNA UMANITARJA

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja  (1)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1257/96, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni għal dak ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1257/96, billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1257/96 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

fl-Artikolu 13, ir-raba' paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Id-deċiżjonijiet biex jitkomplew il-ħidmiet adottati mill-proċedura ta' urġenza għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, li taġixxi skont il-proċedura ta' mmaniġġjar imsemmija fl-Artikolu 17(2) u fil-limiti stabbiliti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 15(2).”;

2)

l-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 15

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni għal dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif msemmija fl-Artikolu 17(4).

2.   Filwaqt li taġixxi skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 17(3), il-Kummissjoni għandha:

tiddeċiedi dwar il-finanzjament Komunitarju tal-ħidmiet ta' protezzjoni tal-għajnuna umanitarja msemmija fl-Artikolu 2(c),

tiddeċiedi li tieħu azzjoni diretta tal-Kummissjoni jew li tiffinanzja azzjoni mill-aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri.

3.   Filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta' mmaniġġjar msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha:

tapprova pjanijiet globali mfassla biex jipprovdu għal azzjonijiet f'pajjiż jew reġjun partikolari li jkun fejn l-iskala u l-kumplessità tal-kriżi umanitarja hija tali li tidher li x'aktarx li ser tissokta, u l-estimi għal dawk il-pjani. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-prijoritajiet li għandhom jiġu stabbiliti biex jiġu implimentati dawn il-pjanijiet globali,

tiddeċiedi dwar il-proġetti li jiskorru 2 miljuni ECU, bla ħsara għall-Artikolu 13.”;

3)

l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.

4.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

2.   INTRAPRIŻA

2.1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers  (2)

Fir-rigward tad-Direttiva 75/324/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta l-adattamenti tekniċi neċessarji għal dik id-Direttiva u l-emendi meħtieġa biex l-Anness ikun adattat għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 75/324/KEE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 75/324/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa biex tadatta l-Anness ta' din id-Direttiva għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).”;

2)

l-Artikolu 7 huwa emendat hekk kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

“2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

3)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta adattamenti tekniċi neċessarji ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).

F'dak il-każ, l-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta' salvagwardja jista' jżommhom sakemm jidħlu fis-seħħ l-adattamenti.”.

2.2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għall-użu ċivili  (3)

Fir-rigward tad-Direttiva 93/15/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta d-Direttiva biex titqies kwalunkwe emenda futura tar-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u biex tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14, it-tieni paragrafu. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 93/15/KEE billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 93/15/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2.   Il-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe materja li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont il-proċedura ta' mmaniġġjar msemmija fil-paragrafu 3, miżuri ta' implimentazzjoni partikolarment biex titqies kwalunkwe emenda futura tar-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.”;

2)

it-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jaċċertaw jekk impriżi bħal dawn ikollhomx sistema sabiex jagħtu kont tal-isplussivi b'dak il-mod li dawk li jkollhom xi splussivi jkunu jistgħu jiġu identifikati f'kull żmien. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(4).”.

2.3.   Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra  (4)

Fir-rigward tad-Direttiva 2000/14/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni għall-adattament għall-progress tekniku tal-Anness III. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2000/14/KE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2000/14/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 18 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar;

2)

l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 18a

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex ikun hemm adattament għall-progress tekniku tal-Anness III, sakemm dawn ma jkollhomx xi impatt dirett fuq il-livell imkejjel tal-qawwa tal-ħoss tal-apparat elenkat fl-Artikolu 12, b'mod partikolari permezz tal-inklużjoni ta' referenzi għall-istandards Ewropej rilevanti.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

3)

fl-Artikolu 19, il-punt(b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

jassisti lill-Kummissjoni fl-adattament għall-progress tekniku tal-Anness III.”.

2.4.   Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti  (5)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-annessi tagħha għall-progress tekniku, biex tadatta l-metodi ta' kejl, it-teħid ta' kampjuni u analiżi, biex tadotta regoli li għandhom x'jaqsmu ma' miżuri ta' kontroll u biex tinkludi tipi ġodda ta' fertilizzanti tal-KE. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

fl-Artikolu 29, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha tadatta u timmodernizza l-metodi ta' kejl, tat-teħid ta' kampjuni u ta' analiżi u għandha, fejn ikun possibbli, tuża Standards Ewropej. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 32(3). L-istess proċedura għandha tapplika għall-adozzjoni ta' regoli ta' implimentazzjoni meħtieġa biex jiġu speċifikati l-miżuri ta' kontroll previsti f'dan l-Artikolu u fl-Artikoli 8, 26 u 27. Dawn ir-regoli għandhom b'mod partikolari jikkunsidraw il-kwistjoni tal-frekwenza li biha l-eżamijiet għandhom jiġu ripetuti, kif ukoll il-miżuri li huma intenzjonati biex jiżguraw li l-fertilizzant imqiegħed fis-suq hu identiku għall-fertilizzant eżaminat.”;

2)

l-Artikolu 31 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness I biex jinkludi tipi ġodda ta' fertilizzanti.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Annessi biex jitqies il-progress tekniku.”;

(ċ)

il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“4.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 3, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 32(3).”;

3)

l-Artikolu 32 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 32

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

2.5.   Id-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorji (GLP) (Verżjoni kodifikata)  (6)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/9/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-Anness I għall-progress tekniku u tbiddel il-formula fl-Artikolu 2(2). Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/9/KE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/9/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 6(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Jekk il-Kummissjoni tqis li huma meħtieġa emendi għal din id-Direttiva biex jissolvew il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, hija għandha tadotta dawk l-emendi.

Bawn il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).”;

2)

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva u tal-Kunsill 67/548/KEE (*), minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitat”.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1”;"

3)

l-Artikolu 8(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni għal dawn li ġejjin:

(a)

l-adattament tal-formula msemmija fl-Artikolu 2(2);

(b)

l-adattament tal-Anness I biex jitqies il-progress tekniku.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).”.

2.6.   Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (verżjoni kodifikata)  (7)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/10/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-Anness I għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/10/KE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/10/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 3a

Il-Kummissjoni tista' tadatta l-Anness I għall-progress tekniku, fir-rigward tal-prinċipji tal-GLP.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 4(2).”;

2)

l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (**).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(**)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1”;"

3)

fl-Artikolu 5(2) it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex tintroduċi adattamenti tekniċi neċessarji għal din id-Direttiva.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 4(2).

Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-Istat Membru li jkun adotta l-miżuri ta' salvagwardja jista' jżommhom sad-dħul fis-seħħ ta' dawk l-adattamenti.”.

2.7.   Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga  (8)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta miżuri ta' implimentazzjoni. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 14 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a)

is-sentenza introduttorja għandha jiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni dwar dan li ġej:”;

(b)

għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel paragrafu, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).

Il-miżuri msemmija fil-punt (f) tal-ewwel paragrafu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' mmaniġġjar msemmija fl-Artikolu 15(2).”;

2)

l-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 15

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 (***).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(***)  ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1.”."

2.8.   Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar id-deterġenti  (9)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 648/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-annessi tagħha u tadotta kwalunkwe emendi jew żiediet meħtieġa biex jiġu applikati r-regoli ta' dak ir-Regolament għad-deterġenti b'bażi ta' solventi fejn ikun meħtieġ. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 648/2004, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

il-premessa 27 għandha titħassar;

2)

l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

3)

l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Adattament tal-Annessi

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta kull emenda meħtieġa biex tadatta l-Annessi u, safejn hu possibbli, tuża l-Istandards Ewropej.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta kull emenda jew żieda meħtieġa biex tapplika r-regoli ta' dan ir-Regolament għal deterġenti b'bażi ta' solventi.

3.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif imsemmija fl-Artikolu 12(3).”;

4)

Fl-Anness VII, punt A, is-sitt paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Jekk limiti individwali ta' konċentrazzjoni bbażati fuq ir-riskju għall-allerġeni ta' fwieħa jiġu stabbiliti wara bl-SCCFP, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-adozzjoni ta' limiti bħal dawn biex jissostitwixxu l-limitu ta' 0.01 % imsemmi hawn fuq. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”.

2.9.   Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini  (10)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta ċerti dispożizzjonijiet u annessi, biex tadotta dispożizzjonijiet ġodda, u biex tniżżel kondizzjonijiet speċifiċi ta' applikazzjoni. Peress li dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 3(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Wara li jkun ġie kkonsultat il-kumitat kompetenti tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tista' tadatta l-Anness għall-progress tekniku u xjentifiku u tista' tadotta kull emenda meħtieġa mingħajr ma testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedura ċentralizzata.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu adotatti skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).”;

2)

fl-Artikolu 14(7), it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-għoti ta' awtorizzazzjoni bħal din. Dik il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).”;

3)

l-Artikolu 16(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, għandha tadotta dispożizzjonijiet adatti biex ikunu eżaminati varjazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet għall-marketing f'forma ta' regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).”;

4)

l-Artikolu 24 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-marketing għal prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem għandu jiżgura li l-effetti sekondarji serji suspettati mhux mistennija kollha u kull trażmissjoni suspetta permezz ta' prodott mediċinali ta' xi aġent li jinfetta li jseħħ fit-territorju ta' pajjiż terz jiġu rrappurtati fil-pront lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, u mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jkun irċieva l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet għar-rappurtar ta' effetti sekondarji suspettati mhux mistennija li m'humiex serji, kemm jekk iseħħu fil-Komunità kemm jekk f'pajjiż terz. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).”;

(b)

il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi dispożizzjonijiet biex jemendaw il-paragrafu 3 minħabba l-esperjenza miksuba bit-tħaddim tiegħu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).”;

5)

l-Artikolu 29 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 29

Il-Kummissjoni tista' tadotta kull emenda li tista' tkun meħtieġa biex taġġorna d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).”;

6)

fl-Artikolu 41(6) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“6.   Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, għandha tadotta dispożizzjonijiet adatti biex ikunu eżaminati varjazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet għall-marketing f'forma ta' regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).”;

7)

l-Artikolu 49 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2 l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-marketing għall-prodott mediċinali veterinarju għandu jiżgura li l-effetti sekondarji suspettati serji mhux mistennija kollha, u effetti sekondarji mill-bniedem, u kull trażmissjoni suspetta permezz ta' prodott mediċinali ta' xi aġent li jinfetta li jseħħu fit-territorju ta' pajjiż terz jiġu rrappurtati fil-pront lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jkun irċieva l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet għar-rappurtar ta' reazzjonijiet kuntrarji suspettati mhux mistennija li m'humiex serji, kemm jekk iseħħu fil-Komunità kemm jekk f'pajjiż terz. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).”;

(b)

il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jemendaw il-paragrafu 3 minħabba l-esperjenza miksuba bit-tħaddim tiegħu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 87(2a).”;

8)

l-Artikolu 54 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 54

Il-Kummissjoni tista' tadotta kull emenda li tista' tkun meħtieġa biex taġġorna d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).”;

9)

l-Artikolu 70(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Madankollu, il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet li jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi fejn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jistgħu jħallsu ħlasijiet imnaqqsa, jiddeferixxu l-pagament tal-ħlas, jew jirċievu għajnuna amministrattiva. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).”;

10)

fl-Artikolu 84(3) l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Fuq talba tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tista' timponi penali finanzjarji fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-marketing mogħtija taħt dan ir-Regolament jekk jonqsu milli jħarsu ċerti obbligi stabbiliti fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet. L-ammonti massimi kif ukoll il-kondizzjonijiet u l-metodi għall-ġbir ta' dan il-penali għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 87(2a).”;

11)

l-Artikolu 87 huwa b'dan emendat hekk kif ġej:

(a)

il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal:

“2a.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.”;

(b)

il-paragrafu 4 għandu jitħassar.

3.   L-AMBJENT

3.1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 82/883/KEE tat-3 ta' Diċembru 1982 fuq il-proċeduri ta' sorveljanza u monitoraġġ ta' ambjenti milquta mill-iskart tal-industrija tad-dijossidu ta' titanju  (11)

Fir-rigward tad-Direttiva 82/883/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-kontenut tal-Annessi fir-rigward tal-parametri elenkati fil-kolonna “determinazzjoni mhux obbligatorja” u l-metodi ta' referenza ta' kejl. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 82/883/KEE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 82/883/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 9 għandu għall-progress xjentifiku u tekniku li ġej:

“Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa biex tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-kontenuti tal-Annessi fir-rigward tal-parametri elenkati fil-kolonna “determinazzjoni mhux obbligatorja” u l-metodi ta' referenza għall-kejl.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2).”;

2)

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

3.2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b'mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura  (12)

Fir-rigward tad-Direttiva 86/278/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta għall-progress tekniku u xjentifiku d-dispożizzjonijiet tal-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 86/278/KEE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 86/278/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Il-Kummissjoni għandha tadatta għall-progress tekniku u xjentifiku d-dispożizzjonijiet tal-Annessi għad-Direttiva, bl-eċċezzjoni għall-parametri u l-valuri elenkati fl-Annessi I A, I B u I C, kwalunkwe fattur li x'aktarx jaffettwa l-evalwazzjoni tal-valuri, u l-parametri għall-analiżi msemmija fl-Annessi II A u II B.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).”;

2)

l-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 15

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

3.3.   Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ  (13)

Fir-rigward tad-Direttiva 94/62/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex teżamina u, fejn meħtieġ, tirrevedi l-eżempji illustrattivi għad-definizzjoni ta' imballaġġ u biex tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom livelli ta' konċentrazzjoni ta' metalli tqal preżenti fl-imballaġ jew fil-komponenti tal-imballaġ ma japplikawx għal ċerti materjali u ċirkwiti tal-prodotti, it-tipi ta' mballaġġ eżenti mill-ħtieġa rigward il-livelli ta' konċentrazzjoni u l-miżuri tekniċi meħtieġa biex jitrattaw kull diffikultà li wieħed jiltaqa' magħha fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 94/62/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 94/62/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

fl-Artikolu 3, punt (1), ir-raba' subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, teżamina u, fejn meħtieġ, tirrevedi l-eżempji illustrattivi dwar id-definizzjoni ta' imballaġġ mogħtija fl-Anness I. L-oġġetti li ġejjin għandhom jiġu indirizzati bħala prijorità: kaxxi tas-CD u l-vidjo, qsari, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli, karta approprjata għal tikketti bi twaħħil proprju u karti għat-tgeżwir. Billi dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).”;

2)

l-Artikolu 11(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom il-livelli tal- konċentrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma japplikawx għall-materjali riċiklati u għaċ-ċirkwiti tal-prodotti li jkunu f'katina magħluqa jew kontrollata, kif ukoll it-tipi ta' imballaġġ li huma eżenti mir-rekwiżiti msemmija fit-tielet inċiż tal-paragrafu 1.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).”;

3)

l-Artikolu 12(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Sabiex jiġu armonizzati l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tad-data provduta u biex id-data tal-Istati Membri ssir kompatibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data disponibbli tagħhom f'formati li għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-Anness III, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).”;

4)

l-Artikolu 19 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 19

Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku

1.   L-emendi meħtieġa għall-adattament tal-progress xjentifiku u tekniku tas-sistema ta' identifikazzjoni (kif imsemmija fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10, it-tieni paragrafu, l-aħħar inċiż) u tal-formati relatati mas-sistema tad-database (kif imsemmija fl-Artikolu 12(3) u l-Anness III) għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa biex l-eżempji illustrattivi għad-definizzjoni ta' imballaġġ (kif imsemmija fl-Anness I) jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).”;

5)

l-Artikolu 20(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-miżuri tekniċi meħtieġa biex titratta kwalunkwe diffikultà li tinqala' fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari, għall-materjali tal-imballaġġ inerenti, imqiegħda fis-suq fi kwantitajiet żgħar ħafna (i.e. madwar 0,1 % bl-użin) fil-Komunità, l-imballaġġ primarju għall-apparat mediku u prodotti farmaċewtiċi, imballaġġ żgħir u imballaġġ ta' lussu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).”;

6)

l-Artikolu 21(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

3.4.   Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi  (14)

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/32/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi kriterji għall-użu ta' teknoloġiji għat-tnaqqis ta' emissjonijiet minn bastimenti ta' kull bandiera f'portijiet u estwarji magħluqa fil-Komunità u biex tadotta l-emendi meħtieġa biex tagħmel adattamenti tekniċi għal xi dispożizzjonijiet fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/32/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 1999/32/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 4c(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Għandhom jiġu stabbiliti kriterji mill-Kummissjoni għall-użu tat-teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet minn bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera f'portijiet u estwarji magħluqa fil-Komunità. Billi dawn il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2). Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawn il-kriterji lill-IMO.”;

2)

l-Artikolu 7(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Kwalunkwe emenda meħtieġa biex isiru adattamenti tekniċi fl-Artikolu 2, il-punti 1, 2, 3, 3a, 3b u 4 jew fl-Artikolu 6(2) fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2). Dawn l-adattamenti m'għandhomx jirriżultaw f'bidliet diretti tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jew fil-limiti fuq il-kubrit fil-karburant speċifikati f'din id-Direttiva.”;

3)

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

3.5.   Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi  (15)

Fir-rigward tad-Direttiva 2001/81/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex taġġorna l-metodoloġiji li għandhom jintużaw skont l-Anness III. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dik id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2001/81/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 7(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej

“4.   Kwalunkwe aġġornament tal-metodoloġiji li għandhom jintużaw skont l-Anness III, għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).”;

2)

l-Artikolu 13(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

3.6.   Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità  (16)

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11b(5) biex ikunu adottati linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet, biex ikun adottat Regolament għal sistema standardizzata u sigura ta' uffiċċji tar-reġistrazzjoni inklużi dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-użu u l-identifikazzjoni tas-CERs u l-ERUs fl-iskema tal-Komunità u l-monitoraġġ tal-livell ta' dan l-użu, biex temenda l-Anness III kif stabbilit fl-Artikolu 22, biex tapprova l-inklużjoni ta' attivitajiet u gassijiet serra li m'humiex elenkati fl-Anness I, biex tfassal kwalunkwe dispożizzjoni meħtieġa għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti skont l-istrumenti ta' ftehim ma' pajjiżi terzi u biex tadotta metodi standardizzati jew aċċettati għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra oħra. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/87/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2003/87/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

fl-Artikolu 11b, il-paragrafu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4, b'mod partikolari fir-rigward tal-evitar ta' għadd doppju, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2). Il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu fejn il-parti ospitanti tissodisfa r-rekwiżiti ta' eliġibilità kollha għall-attivitajiet tal-proġett JI. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).”;

2)

fl-Artikolu 14(1), l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I ta' gassijiet serra speċifikati fil-kuntest ta' dawk l-attivitajiet. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).”;

3)

l-Artikolu 19(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Sabiex timplimenta din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament għal sistema standardizzata u sigura ta' uffiċċji tar-reġistrazzjoni fil-għamla ta' databases elettroniċi u standardizzati li jkun fihom elementi komuni ta' informazzjoni sabiex jittraċċjaw il-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti, sabiex jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku u għall-kunfidenzjalità kif xieraq u sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda trasferiment li jkun inkompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-Protokoll ta' Kyoto. Dak ir-Regolament għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-identifikazzjoni ta' CERSs u ERUs fl-iskema tal-Komunità u dwar il-monitoraġġ tal-livell ta' tali użu. Dik il-miżura, mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).”;

4)

l-Artikolu 22 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 22

Emendi għall-Anness III

Il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness III, minbarra l-kriterji 1, 5 u 7, għall-perjodu taż-żmien mill-2008 sal-2012 fid-dawl tar-rapporti previsti fl-Artikolu 21 u l-esperjenza tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).”;

5)

l-Artikolu 23(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

6)

l-Artikolu 24 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Filwaqt li jitqiesu l-kriterji rilevanti kollha, b'mod partikolari l-effetti fuq is-suq intern, id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali tal-iskema u l-affidabilità tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' rappurtaġġ ippjanata, l-Istati Membri jistgħu, mill-2008, japplikaw għal skambji ta' kwoti ta' emissjonijiet skont din id-Direttiva għal:

(a)

installazzjonijiet li m'humiex elenkati fl-Anness I, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta' dawn l-installazzjonijiet tkun approvata mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2), u

(b)

attivitajiet u gassijiet serra li m'humiex elenkati fl-Anness I, bil-kondizzjoni li l-inklużjoni ta' dawn l-attivitajiet u gassijiet serra tkun approvata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dik id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

Mill-2005, l-Istati Membri jistgħu japplikaw taħt l-istess kondizzjonijiet l-iskambji ta' kwoti ta' emissjonijiet għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I taħt il-limiti tal-kapaċità msemmija f'dak l-Anness.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess, jew fuq talba ta' Stat Membru tadotta linji gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtar għall-emissjonijiet minn attivitajiet, installazzjonijiet u gassijiet bl-effett serra li mhumiex elenkati fl-Anness I jekk il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ ta' dawn l-emmisjonijiet jistgħu jitwettqu bi preċiżjoni suffiċjenti.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).”;

7)

l-Artikolu 25(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn jiġi konkluż ftehim imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe dispożizzjoni meħtieġa relatata mar-rikonoxximent reċiproku tal-kwoti ta' dak il-ftehim. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).”;

8)

fl-Anness IV, il-paragrafu taħt it-titolu “Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' gassijiet oħra tas-serra” għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Għandhom jintużaw metodi standardizzati jew aċċettati, żviluppati mill-Kummissjoni f'kollaborazzjoni mal-partijiet rilevanti kollha. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).”.

3.7.   Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti  (17)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi ċerti limiti tal-konċentrazzjoni fl-annessi, biex temenda l-annessi kull meta xi sustanza titniżżel fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, biex timmodifika l-annotazzjonijiet eżistenti u biex tadatta l-annessi għall-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 4, il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

skart li jkun fih jew li jkun kontaminat b'xi sustanza elenkata fl-Anness IV jista' bħala alternattiva jintrema jew jiġi rkuprat skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Komunità, bil-kondizzjoni li l-kontenut tas-sustanzi elenkati fl-iskart għandu jkun taħt il-limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom jiġu speċifikati fl-Anness IV. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3). Sa dak iż-żmien li l-limiti tal-konċentrazzjoni jiġu stabbiliti skont din il-proċedura, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tadotta jew tapplika limiti tal-konċentrazzjoni jew rekwiżiti tekniċi speċifiċi dwar ir-rimi jew l-irkupru ta' skart taħt dan il-punt.”;

(b)

fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-limiti tal-konċentrazzjoni fl-Anness V, il-parti 2 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-paragrafu 4(b) ta' dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).”;

2)

l-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Emendi għall-Annessi

1.   Kull meta sustanza tiġi elenkata fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, temenda l-Annessi I, II u III kif meħtieġ.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).

2.   Kull meta sustanza tiġi elenkata fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, temenda l-Anness IV kif meħtieġ.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta modifiki għall-annotazzjonijiet eżistenti fl-Annessi I, II u III, inkluż l-adattament tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta modifiki tal-annotazzjonijiet eżistenti fl-Anness IV u modifiki għall-Anness V, inkluż l-adattament tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(3).”;

3)

l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

4)

l-Artikolu 17(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

3.8.   Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali  (18)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/107/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta ċerti dispożizzjonijiet u Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/107/KE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/107/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“9.   Irrispettivament mil-livelli ta' konċentrazzjoni għandu jiġi installat post wieħed fejn jinġabru l-kampjuni ta' sfond kull 100 000km2 għall-kejl indikattiv fl-arja ambjentali, tal-arseniku, il-kadmju, in-nikil, il-merkurju gassuż totali, il-benzo(a)pirene u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fil-paragrafu 8, u tad-depożizzjoni totali ta' arseniku, kadmju, merkurju, nikil, benzo(a)pirene u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fil-paragrafu 8. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mill-inqas stazzjon ta' kejl wieħed. Madankollu, bi ftehim u skont linji gwida li jridu jiġu mfassla taħt il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 6(2), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu stazzjon jew diversi stazzjonijiet komuni ta' kejl li jkopru ż-żoni ġirien fl-Istati Membri kontigwi, sabiex tintlaħaq riżoluzzjoni tal-ispazju meħtieġ. Il-kejl ta' merkurju bivalenti gassuż u ta' partikulati ta' merkurju hu wkoll rakkomandat. Fejn xieraq, il-monitoraġġ għandu jkun ikkoordinat mal-istrateġija ta' monitoraġġ u l-programm ta' kejl tal-Monitoraġġ u l-Istima ta' Sustanzi li Jniġġsu (EMEP). Is-siti ta' fejn jinġabru l-kampjuni ta' dawn is-sustanzi li jniġġsu għandhom jintgħażlu b'tali mod li l-varjazzjoni ġeografika u t-tendenzi fuq perijodu twil jistgħu jiġu identifikati. Għandhom japplikaw is-Sezzjonijiet I, II, u II tal-Anness III.”;

(b)

Il-paragrafu 15 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“15.   Kwalunkwe emenda meħtieġa sabiex jiġu adattati d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u tas-Sezzjoni II tal-Anness II u tal-Annessi III, IV u V għall-progress xjentifiku u tekniku għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3). Dawn jistgħu ma jirriżultawx f'xi tibdil dirett jew indirett fil-valuri ta' mira.”;

2)

l-Artikolu 5(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 6(2), kwalunkwe arranġament dettaljat biex tingħadda l-informazzjoni li hija mitluba taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”;

3)

l-Artikolu 6(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

4)

l-Anness V, il-punt V għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“V.   It-tekniki ta' referenza ta' mudellar tal-kwalità tal-arja

Fil-preżent it-tekniki ta' referenza ta' mudellar għall-kwalità tal-arja ma jistgħux jiġu speċifikati. Il-Kummissjoni tista' tagħmel emendi biex tadatta dan il-punt għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 6(3).”.

3.9.   Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart  (19)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-annessi kif stabbiliti fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u biex tadotta ċerti miżuri addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 inter alia billi jissuplimentawhom b’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

fl-Artikolu 11(3), it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Jekk ma tinstabx soluzzjoni sodisfaċenti, kwalunkwe mill-Istati Membri jista' jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tiddetermina l-kwistjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).”;

2)

l-Artikolu 58 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 58

Emendi għall-Annessi

1.   Il-Kummissjoni tista' temenda l-Annessi biex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 59a(3). B'żieda ma' dan:

(a)

l-Annessi I, II, III, IIIA, IV u V għandhom jiġu emendati sabiex jitqiesu l-bidliet miftehma taħt il-Konvenzjoni ta' Basel u d-Deċiżjoni tal-OECD;

(b)

jistgħu jiġu miżjuda tipi ta' skart mhux klassifikat mal-Annessi IIIB, IV jew V fuq bażi proviżorja sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-inklużjoni tagħhom fl-Annessi rilevanti tal-Konvenzjoni ta' Basel jew id-Deċiżjoni tal-OECD;

(ċ)

fuq il-preżentazzjoni ta' talba ta' xi Stat Membru, jistgħu jiġu kkunsidrati taħlitiet ta' żewġ tipi jew iżjed ta' skart elenkati fl-Anness III sabiex jiġu inklużi fl-Anness IIIa fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) fuq bażi proviżorja sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-inklużjoni tagħhom fl-Annessi pertinenti mal-Konvenzjoni ta' Basel jew mad-Deċiżjoni tal-OECD. L-Anness IIIA jista' jinkludi l-kondizzjoni li xi entrata jew aktar m'għandhiex tapplika għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni tal-OECD;

(d)

għandhom jiġu determinati l-każijiet eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 3(3) u, fejn ikun meħtieġ, skart bħal dan għandu jiżdied mal-Annessi IVA u V u mħassra mill-Anness III;

(e)

l-Anness V għandu jiġi emendat sabiex jirrifletti l-bidliet miftiehma għal-lista ta' skart perikoluż adottati skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 91/689/KEE;

(f)

l-Anness VIII għandu jiġi emendat biex jirrifletti l-konvenzjonijiet u l-istrumenti ta' ftehim internazzjonali rilevanti.

2.   Meta jiġi emendat l-Anness IX, il-Kumitat stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta' Diċembru 1991 biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi dwar l-ambjent (****) għandu jkun assoċjat bis-sħiħ mad-deliberazzjonijiet.

(****)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.”;"

3)

l-Artikolu 59 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 59

Miżuri addizzjonali

1.   Il-Kummissjoni tista' tadotta, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2), il-miżuri addizzjonali li ġejjin relatati mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a)

linji gwida għall-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1)(g);

(b)

linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 relatati mal-identifikazzjoni u s-sorveljanza ta' skart sottopost għal bidliet sostanzjali fl-operazzjoni ta' rkupru jew rimi temporanju;

(ċ)

linji gwida għall-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' vjeġġi illegali kif imsemmija fl-Artikolu 24;

(d)

rekwiżiti tekniċi u organizzattivi għall-implimentazzjoni prattika tal-iskambju tad-data elettronika biex ikunu ppreżentati d-dokumenti u l-informazzjoni skont l-Artikolu 26(4);

(e)

aktar gwida dwar l-użu tal-lingwi kif imsemmi fl-Artikolu 27;

(f)

aktar kjarifika tar-rekwiżiti proċedurali tat-Titolu II fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom għall-esportazzjonijiet, l-importazzjonijiet u t-tranżitu tal-iskart minn, lejn u ġewwa l-Komunità;

(g)

aktar rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw termini legali mhux definiti.

2.   Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(a)

metodu biex tiġi kkalkulata l-garanzija finanzjarja jew l-assigurazzjoni ekwivalenti kif stabbilit fl-Artikolu 6;

(b)

aktar kondizzjonijiet u rekwiżiti relatati ma' faċilitajiet ta' rkupru li dwarhom ikun hemm qbil minn qabel kif imsemmija fl-Artikolu 14.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 59a(3).”;

4)

l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 59a

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/12/KE.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

5)

l-Artikolu 63 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Bl-eċċezzjoni ta' skart tal-ħġieġ, skart tal-karta u skart tat-tajers pnewmatiċi, dan il-perjodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).”;

(b)

fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Dan il-perijodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012 skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).”;

(ċ)

il-paragrafu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

it-tielet subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Dan il-perijodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015 skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).”;

(ii)

il-ħames subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Dan il-perijodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015 skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 59a(2).”.

4.   L-EUROSTAT

4.1.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta' stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali  (20)

Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex taġġorna l-lista ta' prodotti li għandhom x'jaqsmu ma' dak ir-Regolament. Għandha tingħatalha setgħa wkoll biex tadotta regoli dettaljati dwar ir-rappreżentattività u l-perjodiċità ta' ċerti prodotti u biex tistabbilixxi l-arranġamenti għall-kontenut tal-istħarriġ u miżuri ta' implimentazzjoni, inklużi miżuri għall-aġġustament għall-progress tekniku dwar il-ġbir tad-data u l-ipproċessar tar-riżultati. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91, inter alia biex jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 2(6) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“6.   Il-lista Prodcom u l-informazzjoni li tkun fil-fatt ġiet miġbura għal kull intestatura għandhom jiġu aġġornati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

2)

l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2 il-kliem “skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10” għandhom jiġu mibdula bil-kliem “skont il-proċedura ta' mmaniġġjar msemmija fl-Artikolu 10(2).”;

(b)

il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Regoli dettaljati biex jiġi applikat il-paragrafu 3, inklużi miżuri għall-aġġustament għall-progress tekniku, għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

3)

l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-Artikolu 4

Il-Perjodi ta' Stħarriġ

L-istħarriġ għandu jkopri perjodu annwali ta' sena kalendarja waħda.

Madankollu, fil-każ ta' ċerti intestaturi fil-Lista Prodcom, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li għandu jitwettaq stħarriġ ta' kull xahar jew ta' kull tliet xhur. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

4)

l-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-informazzjoni meħtieġa għandha tinġabar mill-Istati Membri permezz ta' kwestjonarji għall-istħarriġ li l-kontenut tagħhom għandu jkun konformi mal-arranġamenti definiti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

5)

l-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

L-ipproċessar tar-riżultati

L-Istati Membri għandhom jipproċessaw il-kwestjonarji kkompletati msemmija fl-Artikolu 5(1) jew l-informazzjoni minn sorsi oħra msemmija fl-Artikolu 5(3) skont ir-regoli dettaljati adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).”;

6)

fl-Artikolu 7(2) il-kliem “b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 10” għandhom jiġu mibdula bil-kliem “skont il-proċedura ta' mmaniġġjar msemmija fl-Artikolu 10(2).”;

7)

l-Artikolu 9 għandu jitħassar;

8)

l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Proċedura ta' kumitati

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Programm tal-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (*****).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha jkun ta' tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*****)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.”."

4.2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta' Marzu 1996 dwar stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib  (21)

Fir-rigward tad-Direttiva 96/16/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta d-definizzjonijiet dwar l-azjendi agrikoli li fosthom l-Istati Membri għandhom jagħmlu stħarriġ dwar il-produzzjoni tal-ħalib u l-użu tiegħu, tadotta l-lista tal-prodotti tal-ħalib koperti mill-istħarriġ u biex tfassal definizzjonijiet standard li għandhom jintużaw fil-komunikazzjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 96/16/KE billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 96/16/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

fl-Artikolu 1, il-punt 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   għandhom iwettqu stħarriġ annwali dwar il-produzzjoni ta' ħalib u l-użu tiegħu fl-azjendi agrikoli kif definiti mill-Kummissjoni. Il-miżuri li jiddefinixxu l-azjendi agrikoli mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).”;

2)

l-Artikolu 3(2) u (3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-lista ta' prodotti tal-ħalib koperti mill-istħarriġ għandha tkun adottata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).

3.   Id-definizzjonijiet standard li għandhom jintużaw fil-komunikazzjoni tar-riżultati għall-prodotti varji għandhom jitfasslu mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmmija fl-Artikolu 7(3).”;

3)

fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6(1), il-kliem “skont il-proċedura preskritta fl-Artikolu 7” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “skont il-proċedrua regolatorja msemmija fl-Artikolu 7(2)”.

4)

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola, imwaqqaf mid-Deċiżjoni 72/279/KEE.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

4.3.   Id-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq mill-Istati Membri sabiex jiġi ddeterminat il-potenzjal tal-produzzjoni ta' pjantazzjonijiet ta' xi speċje ta' siġar tal-frott  (22)

Fir-rigward tad-Direttiva 2001/109/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-lista ta' speċi ta' siġar tal-frott kif ukoll it-tabella tal-ispeċi li huma s-suġġett ta' stħarriġ fl-Istati Membri, biex tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' ċerti artikoli u biex tiddetermina l-limiti taż-żoni ta' produzzjoni għall-Istati Membri. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2001/109/KE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2001/109/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-lista ta' dawn l-ispeċi u t-tabella msemmija jistgħu jkunu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).”;

2)

l-Artikolu 2(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Ir-regoli dettaljati għall-organizzazzjoni ta' stħarriġ li jipprovdi riżultati rilevanti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).”;

3)

l-Artikolu 3(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Ir-regoli dettaljati għall-ġbir każwali ta' kampjuni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).”;

4)

l-Artikolu 4(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Ir-riżultati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti għal kull żona ta' produzzjoni. Il-limiti taż-żoni ta' produzzjoni li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(2).”;

5)

l-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola, imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (******).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u 5(a), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(******)  ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1.”."

4.4.   Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-statistika tat-trasport bil-ferrovija  (23)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta d-definizzjonijiet u biex tadotta l-miżuri addizzjonali, biex tadatta l-kontenut tal-Annessi u biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tingħata għar-rapporti dwar il-kwalità u l-paragunar tar-riżultati. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 3(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Id-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu adattati, u d-definizzjonijiet addizzjonali meħtieġa sabiex jiżguraw l-armonizzazzjoni tal-istatistika jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”;

2)

l-Artikolu 4 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   L-Annessi B u D jistabbilixxu rekwiżiti ta' rappurtaġġ issemplifikati, li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri bħala alternattiva għar-rekwiżiti ta' rappurtaġġ ddettaljat normali stabbiliti fl-Annessi A u Ċ għall-impriżi li l-volum totali ta' merkanzija jew passiġġieri huwa inqas minn 500 miljun tunnellata metrika-kilometri jew 200 miljun passiġġieri-kilometri rispettivament. Dawk il-limiti jistgħu jiġu adattati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”;

(b)

il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Il-kontenut tal-Annessi jista' jiġi adattat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”;

3)

l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Il-proċeduri ta' implimentazzjoni

1.   L-arranġamenti għat-trasmissjoni tad-data lill-Eurostat għandhom isiru skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

l-adattament tal-limiti għar-rappurtaġġ issimplifikat (l-Artikolu 4);

(b)

l-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni tad-definizzjonijiet addizzjonali (l-Artikolu 3(2));

(ċ)

l-adattament tal-kontenut tal-annessi (l-Artikolu 4);

(d)

l-ispeċifikazzjoni ta' informazzjoni li trid tiġi pprovduta għar-rapporti dwar il-kwalità u l-paragunar tar-riżultati (l-Artikolu 8(2)).

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”;

4)

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Il-proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika mwaqqaf bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(a) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

5)

fil-punt 5 tal-Anness H, il-kliem “skont il-proċedura tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 11(2)” għandhom jinbidlu bil-kliem “skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”.

4.5.   Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru  (24)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 437/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi standards ta' preċiżjoni, tispeċifika fajls tad-data u tadotta ċerti miżuri ta' implimentazzjoni. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 437/2003, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

L-eżatezza tal-istatistika

Il-ġbir tal-informazzjoni għandu jkun ibbażat fuq prospetti kompletati, ħlief jekk jiġu stabbiliti standards oħra tal-eżatezza mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”;

2)

l-Artikolu 7(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi skont il-fajls tal-informazzjoni li jidhru fl-Anness I. Il-fajls għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).

Il-mezz li għandu jintuża għat-trażmissjoni għandu jiġi speċifikat mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2).”;

3)

l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Il-miżuri tal-implimentazzjoni

1.   Il-miżuri tal-implimentazzjoni li ġejjin għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2):

il-lista ta' ajruporti tal-Komunità koperti mill-Artikolu 3(2),

id-deskrizzjoni tal-kodiċijiet ta' d-data u l-mezz li għandu jintuża biex jiġu trażmessi r-riżultati lill-Kummissjoni (l-Artikolu 7),

id-disseminazzjoni tar-riżultati statistiċi (l-Artikolu 8).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

l-adattament tal-ispeċifikazzjonijiet fl-Annessi ta' dan ir-Regolament,

l-adattament tal-karatteristiċi tal-ġbir tal-informazzjoni (l-Artikolu 3),

l-eżatezza tal-istatistika (l-Artikolu 5),

id-deskrizzjoni tal-fajls tad-data (l-Artikolu 7).

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”;

4)

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Il-proċedura ta' kumitati

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5) a) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

4.6.   Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru dwar il-produzzjoni ta' statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija tal-azzar għas-snin ta' referenza 2003-2009  (25)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 48/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex taġġorna l-lista ta' karatteristiċi kkonċernati minn dak ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 48/2004, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.   Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mal-formati ta' trażmissjoni u l-ewwel perijodu ta' trażmissjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 8(2).

2.   Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-aġġornament tal-lista ta' karatteristiċi, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3), bil-kondizzjoni li l-ebda piż addizzjonali sinifikanti ma jkun impost fuq l-Istati Membri,.”;

2)

l-Artikolu 8(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

5.   IS-SUQ INTERN

Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri  (26)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/25/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) għall-kontenut tad-dokument tal-offerta. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/25/KE, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Id-Direttiva 2004/25/KE ipprovdiet għal restrizzjoni fiż-żmien dwar is-setgħa ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Fl-istqarrija tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni stqarrew li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li jifli b'reqqa l-implimentazzjoni ta' strumenti adotatti skont il-proċedura tal-kodeċiżjoni u li, għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tingħata setgħa ta' implimentazzjoni mingħajr limitu ta' żmien. Wara d-dħul tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi dik ir-restrizjoni ta' żmien fid-Direttiva 2004/25/KE għandha titħassar.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/25/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 6(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli li jimmodifikaw il-lista fil-paragrafu 3. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

2)

l-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jitħassar.

6.   IS-SAĦĦA U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATURI

6.1.   Id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-marketing ta' għalf kompost  (27)

Fir-rigward tad-Direttiva 79/373/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta eżenzjonijiet għad-dispożizzjonijiet fuq l-ippakkjar tal-għalf, u biex temenda l-Anness. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 79/373/KEE, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 79/373/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 4(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-eżenzjonijiet għall-prinċipju tal-paragrafu 1 li għandhom jiġu aċċettati fil-livell Komunitarju. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3), bil-kondizzjoni li jiġu żgurati l-identifikazzjoni u l-kwalità tal-għalf kompost.”;

2)

l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Fid-dawl tal-avvanzi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tistabbilixxi l-kategoriji li jiġbru fihom diversi materjali għall-għalf tal-annimali;

(b)

tadotta l-metodu tal-kalkolu tal-valur tal-enerġija tal-għalf kompost;

(ċ)

tadotta emendi għall-Anness.

Il-miżuri kollha msemmija hawn fuq, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).”;

3)

l-Artikolu 13(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

6.2.   Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali  (28)

Fir-rigward tad-Direttiva 82/471/KEE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta emendi u biex tistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għad-definizzjoni tal-prodotti inklużi fid-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 82/471/KEE billi jissuplimentwha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Għal raġunijiet ta' urġenza, jeħtieġ li tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE biex ikunu adottati l-emendi għad-Direttiva.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 82/471/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 6 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“1.   L-emendi li għandhom isiru fl-Anness fid-dawl tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Fil-każ tal-prodotti msemmija fit-Taqsimiet 1.1 u 1.2 tal-Anness, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment tal-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel.

Madankollu, fil-każ ta' prodotti miksuba minn ħmira tal-varjetà “Candida” u kkultivati fuq n-alkanes, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-Kummissjoni għandha tadotta pożizzjoni fi żmien sentejn min-notifika ta' din id-Direttiva, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment tal-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel.”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Kriterji li jagħmluha possibbli li wieħed jiddefinixxi l-prodotti inklużi f'din id-Direttiva, partikolarment il-kriterji tal-kompożizzjoni u l-purità u l-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u bijoloġiċi, jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).”;

2)

fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2), il-kliem “il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 13(2).”;

3)

l-Artikolu 8(3) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li huma meħtieġa xi emendi għal din id-Direttiva sabiex ittaffi d-diffikultajiet msemmija fil-paragrafu 1 u sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, hija għandha tadotta dawn il-miżuri. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 13(4). L-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta' salvagwardja jista' f'dak il-każ iżommhom sakemm jidħlu fis-seħħ l-emendi.”;

4)

l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal:

“4.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

5)

l-Artikolu 14 għandu jitħassar.

6.3.   Id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta' April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' materjali tal-għalf tal-bhejjem  (29)

Fir-rigward tad-Direttiva 96/25/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi u temenda l-lista tal-materjali li ċ-ċirkolazzjoni jew l-użu tagħhom għal skopijiet tal-alimentazzjoni tal-annimali huma projbiti jew limitati u biex temenda l-anness fid-dawl tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 96/25/KE, inter alia billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, ma jistgħux jiġu rrispettati l-perijodi ta' żmien normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-emenda tal-lista tas-sustanzi li ċ-ċirkulazzjoni jew l-użu tagħhom għal skopijiet ta' alimentazzjoni tal-annimali hija limitataq jew ipprojbita.

Għal raġunijiet ta' effikaċja, il-perijodi ta' żmien normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jiġu mqassra għall-adozzjoni tal-emendi għall-Anness fid-dawl tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 96/25/KE hija emendata kif ġej:

1)

it-tieni inċiż tal-Artikolu 5(1)(g) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“—

Il-miżuri Komunitarji inklużi fil-lista li għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).”;

2)

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   Sistema ta' kodifikazzjoni numerika għall-materjali tal-għalf tal-annimali elenkati bbażati fuq glossarji konnessi mal-oriġini, il-parti mill-prodott/prodott sekondarju użat, l-ipproċessar, il-maturità/kwalità tal-materjali tal-għalf tal-annimali li jippermetti li l-għalf tal-annimali jiġi identifikat fuq livell internazzjonali – b'mod partikolari bl-isem u d-deskrizzjoni, tista' tiġi adottata, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 13(2).

2.   Il-lista tal-materjali li ċ-ċirkolazzjoni jew l-użu għall-iskopijiet ta' nutriment tal-annimali hija ristretta jew ipprojbita għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni sabiex tkun żgurata l-konformità tagħhom mal-Artikolu 3. Dik il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).

3.   Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi emendata mill-Kummissjoni fid-dawl ta' avvanzi fl-għarfien xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 13(5) bil-għan li jiġu adottati dawk il-miżuri.

4.   L-emendi li għandhom isiru fl-Anness bħala riżultat tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(4).”;

3)

l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

“4.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodi stabbiliti fl-Artikoli 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.

5.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

6.4.   Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali  (30)

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/32/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-Annessi I u II u biex tadattahom fid-dawl tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, u biex tistabbilixxi kriterji addizzjonali għall-proċessi ta' ditossifikazzjoni. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/32/KE, inter alia billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-perjodi ta' żmien normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju ma jistgħux jiġu rrispettati, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adattament tal-Annessi I u II fid-dawl tal-avvanzi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2002/32/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għandha tittieħed deċiżjoni immedjata dwar jekk l-Annessi I u II għandhomx jiġu emendati. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11(4).”;

2)

l-Artikolu 8(1) u (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Annessi I u II fid-dawl tal-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3). Għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11(4) bil-għan li jiġu adottati dawk l-emendi.

2.   Barra minn hekk il-Kummissjoni:

għandha tadotta perijodikament verżjonijiet konsolidati tal-Annessi I u II li jkunu jinkorporaw fihom kwalunkwe adattament magħmul skont il-paragrafu 1, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 11(2),

tista' tiddefinixxi kriterji ta' aċċettabilità għall-proċessi ta' ditossifikazzjoni li jiżdiedu mal-kriterji previsti għall-prodotti mmirati għall-għalf tal-annimali li kienu sottomessi għal dawn il-proċessi. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).”;

3.)

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Għalf tal-Annimali, imwaqqaf bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 70/372/KEE (*******).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

4.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*******)  ĠU L 170, 3.8.1970, p. 1.”;"

4).

l-Artikolu 12 għandu jitħassar.

6.5.   Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets  (31) .

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-lista tal-ispeċi tal-annimali stabbilita fil-Parti Ċ tal-Anness I u l-listi ta' pajjiżi u territorji stabbiliti fil-Partijiet B u Ċ tal-Anness II, tħejji rekwiżiti speċifiċi għal mard għajr ir-rabja fir-rigward tal-Istati Membri u t-territorji elenkati fit-taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II, tadotta l-kondizzjonijiet applikabbli għall-moviment ta' annimali tal-ispeċi mniżżla fil-Parti Ċ tal-Anness I minn pajjiżi terzi u tadotta rekwiżiti ta' natura teknika għall-moviment ta' annimali tal-ispeċi elenkata fil-Partijiet A u B tal-Anness I. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal raġunijiet ta' effiċjenza, l-iskadenzi normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom ikunu limitati għall-adozzjoni tal-lista ta' ċerti pajjiżi terzi.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Il-moviment bejn l-Istati Membri jew minn territorju elenkat fit-taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta' annimali ta' speċi elenkati fil-Parti Ċ tal-Anness I m'għandu jkun suġġett għall-ebda rekwiżit li għandu x'jaqsam mar-rabja. Il-Kummissjoni għandha tfassal, jekk meħtieġ, rekwiżiti speċifiċi, inkluż il-possibilità ta' limitu fuq in-numru ta' annimali, fir-rigward ta' mard ieħor. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4). Jista' jitfassal ukoll mudell ta' ċertifikat li jintbagħat mal-annimal skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 24(2).”;

2)

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Il-kondizzjonijiet applikabbli għall-moviment ta' annimali tal-ispeċi elenkati fil-Parti Ċ tal-Anness I minn pajjiżi terzi għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4). Il-mudell ta' ċertifikat li għandu jakkumpanja l-moviment ta' annimali għandu jkun imfassal skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 24(2).”;

3)

l-Artikolu 10 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Il-lista ta' pajjiżi terzi prevista fil-parti Ċ tal-Anness II għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni. Biex ikun inkluż f'dik il-lista, pajjiż terz jeħtieġ li l-ewwel juri l-istatus tiegħu dwar ir-rabbja u li:”;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal:

“Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(5).”;

4)

fl-Artikolu 17, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Għall-moviment ta' annimali tal-ispeċi elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I, il-Kummissjoni tista' tadotta rekwiżiti ta' natura teknika barra dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4).”;

5)

l-Artikolu 19 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 19

Il-Parti Ċ tal-Anness I u l-partijiet B u Ċ tal-Anness II jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni biex iqisu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni fil-Komunità jew fil-pajjiżi terzi rigward il-mard li jaffettwa l-ispeċi tal-annimali koperti b'dan ir-Regolament, b'mod partikolari r-rabbja, u, jekk ikun hemm il-ħtieġa, jillimitaw, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, in-numru ta' annimali li jkunu jistgħu jiċċaqalqu minn post għall-ieħor. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4).”;

6)

l-Artikolu 21 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 21

“Kull dispożizzjoni tranżitorja tista' tiġi adottata mill-Kummissjoni sabiex tippermetti l-bidla mill-arranġamenti attwali għall-arranġamenti stabbiliti b'dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(4).”;

7)

l-Artikolu 24 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal:

“5.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodi stabbiliti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.”.

6.6.   Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ ta' żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi  (32)

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/99/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi programmi koordinati ta' monitoraġġ dwar żoonożi u l-aġenti żoonetiċi. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/99/KE, inter alia billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal raġunijiet ta' urġenza, il-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE jeħtieġ li tkun applikata għall-adozzjoni tal-emendi tal-Anness I tad-Direttiva 2003/99/KE biex żoonożi u aġenti żoonetiċi jiżdiedu mal-listi provduti jew jitneħħew minnhom.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2003/99/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-frażi introduttorja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-Anness I jista' jiġi emendat mill-Kummissjoni biex żoonożi u aġenti żoonetiċi jiżdiedu jew jitneħħew mil-listi tiegħu, waqt li jitqiesu b'mod partikolari l-kriterji li ġejjin:”;

(b)

is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal:

“Dawk il miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 12(4).”;

2)

l-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Jekk id-data miġbura permezz tal-monitoraġġ regolari b'konformità mal-Artikolu 4 ma tkunx suffiċjenti, programmi koordinati ta' monitoraġġ li jikkonċernaw waħda jew aktar żoonożi u/jew l-aġenti żoonetiċi jistgħu jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni, speċjalment fejn ikunu identifikati ħtiġijiet speċifiċi, biex ikunu vvalutati r-riskji jew biex ikunu stabbiliti l-valuri tal-linja-bażi relatati maż-żoonożi jew l-aġenti żoonetiċi fil-livell tal-Istati Membri jew fil-livell tal-Komunità. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

3)

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Emendi għall-Annessi u miżuri ta' tranżizzjoni jew ta' implimentazzjoni

L-Annessi II, III u IV jistgħu jkunu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

Miżuri tranżizzjonali ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).”;

4)

l-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

(b)

il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal:

“4.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

6.7.   Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel  (33)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta dispożizzjonijiet dwar regoli speċifiċi ta' iġjene u dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti, u biex tagħti derogi għall-Annessi I u II taħt ċerti kondizzjonijiet. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 4(4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   Il-kriterji, il-ħtiġiet u l-miri msemmija fil-paragrafu 3, u l-metodi assoċjati tal-kampjunar u l-analiżi għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

2)

il-punt (c) tal-Artikolu 6(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(ċ)

b'deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

3)

l-Artikolu 12 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Miżuri tranżitorji ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).

Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).”;

4)

l-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

is-sentenza introduttorja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-Annessi I u II jistgħu jiġu adattati jew aġġornati mill-Kummissjoni filwaqt li jkun ikkunsidrat:”;

(ii)

is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal:

“Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Jistgħu jingħataw derogi għall-Annessi I u II mill-Kummissjoni, partikolarment biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 fir-rigward ta' negozji żgħar, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-fatturi ta' riskji rilevanti bil-kondizzjoni li dawn id-derogi ma jaffettwawx it-twettiq tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).”;

5)

l-Artikolu 14(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

6.8.   Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali  (34)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta dispożizzjonijiet relatati mal-obbligi ġenerali tal-operaturi fin-negozju tal-ikel u mal-garanziji speċjali għat-tqegħid fis-su q tal-prodotti tal-ikel fl-Isvezja u l-Finlandja, u biex tippermetti derogi għall-Annessi soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

fl-Artikolu 3(2), l-ewwel sentenza għandha jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-operaturi fin-negozju tal-ikel m'għandhomx juża l-ebda sustanza oħra ħlief l-ilma li jista' jinxtorob – jew, meta r-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew dan ir-Regolament jippermettu l-użu tiegħu, l-ilma nadif – biex jitneħħa t-tniġġis superfiċjali minn fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali, ħlief jekk l-użu ta' sustanza jkun ġie approvat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

2)

l-Artikolu 8(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.

(a)

Il-ħtiġiet tal-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu aġġornati mill-Kummissjoni, b'mod partikolari biex jitqies it-tibdil fil-programmi ta' kontroll tal-Istati Membri jew tal-adozzjoni ta' kriterji mikrobijoloġiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

(b)

Skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2), ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' oġġetti tal-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu estiżi, parzjalment jew totalment, għal kull Stat Membru jew reġjun ta' Stat Membru li jkollu programm ta' kontroll rikonoxxut ekwivalenti għal dak approvat għall-Isvezja u l-Finlandja dwar l-oġġetti tal-ikel ikkonċernati ta' oriġini mill-annimali.”;

3)

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Miżuri tranżitorji ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).”;

4)

l-Artikolu 10 huwa b'dan emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-formulazzjoni introduttorja għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“L-Annessi II u III jistgħu jiġu adattati jew aġġornati mill-Kummissjoni, filwaqt li jkun ikkunsidrat:”;

(ii)

is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal:

“Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mill-Annessi II u III mill-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li dawn ma jaffettwawx il-kisba tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).”;

5)

il-formulazzjoni introduttorja tal-Artikolu 11 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ġenerali tal-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1), miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2), u emendi tal-Annessi II jew III, bħala miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3),”;

6)

l-Artikolu 12(3) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

6.9.   Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali mfassla għall-konsum uman  (35)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda jew tadatta l-annessi tiegħu u biex tadotta miżuri tranżitorji, b'mod partikolari speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 16 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Miżuri tranżitorji ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

Miżuri oħra ta' implimentazzjoni jew ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).”;

2)

l-Artikolu 17(1) u (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Annessi I, II, III, IV, V u VI jistgħu jiġu emendati jew supplimentati mill-Kummissjoni biex jiġi kkunsidrat il-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

2.   Eżenzjonijiet mill-Annessi I, II, III, IV, V u VI jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li dawn ma jaffettwawx il-kisba tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).”;

3)

il-formulazzjoni introduttorja tal-Artikolu 18 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ġenerali tal-Artikolu 16 u l-Artikolu 17(1), jistgħu jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2), u emendi għall-Annessi I, II, III, IV, V jew VI, bħala miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3), biex jispeċifikaw:”;

4)

l-Artikolu 19(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

6.10.   Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf  (36)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tiddefinixxi l-kriterji mikrobijoloġiċi u l-miri li għandhom jikkonformaw magħhom l-operaturi fin-negozju tal-għalf tal-annimali, biex tadotta miżuri relatati mal-approvazzjoni tal-istabbilimenti, biex temenda l-Annessi I, II u III u biex tagħti derogi għal dawk l-annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, inter alia billi jissuplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-kriterji u l-miri msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3).”;

2)

fl-Artikolu 10, il-punt (3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(3)   hija meħtieġa l-approvazzjoni b'Regolament adottat mill-Kummissjoni. Din il-miżura, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3).”;

3)

l-Artikolu 27 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 27

Emendi għall-Annessi I, II u III

L-Annessi I, II u III jistgħu jiġu emendati biex jikkunsidraw:

(a)

l-iżvilupp ta' kodiċi ta' prattika tajba;

(b)

l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tas-sistemi bbażati fuq l-HACCP skont l-Artikolu 6;

(ċ)

l-iżviluppi teknoloġiċi;

(d)

l-pariri xjentifiċi, b'mod partikolari valutazzjonijiet tar-riskju ġodda;

(e)

l-iffissar ta' miri tas-sigurtà tal-għalf;

u

(f)

l-iżvilupp ta' ħtiġijiet marbutin ma' operazzjonijiet speċifiċi.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3).”;

4)

l-Artikolu 28 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 28

Derogi mill-Annessi I, II u III

Jistgħu jingħataw derogi mill-Annessi I, II u III mill-Kummissjoni għal raġunijiet partikolari, bil-kondizzjoni li dawn id-derogi ma jaffettwawx il-kisba tal-għanijiet stabbiliti ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament blli jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 31(3).”;

5)

l-Artikolu 31(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

7.   ENERĠIJA U TRASPORT

7.1.   Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar l-apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq  (37)

Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tagħmel l-emendi meħtieġa biex tadatta l-Annessi għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

fl-Artikolu 5, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Is-sigurtà tas-sistema għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness I B. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-Anness imsemmi jistipula li l-apparat ta' reġistrazzjoni jista' ma jingħatax l-approvazzjoni tal-komponent tat-tip KE sakemm is-sistema kollha (l-apparat ta' reġistrazzjoni nnifsu, il-karta tas-sewwieq u l-konnessjonijiet elettriċi tal-gearbox) ma tagħtix prova tal-kapaċità tagħha li tirreżisti tentattivi biex isiru tbagħbis jew alterazzjonijiet fid-data dwar il-ħinijiet tas-sewqan. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2). It-testijiet meħtieġa biex jiġi stabbilit dan għandhom isiru minn esperti li jkunu midħla ma' modi ta' teknika aġġornati ta' tbagħbis.”;

2)

l-Artikolu 17(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-emendi meħtieġa biex jiġu adattati l-annessi għall-progress tekniku, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2).”;

3)

l-Artikolu 18 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 18

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

7.2.   Id-Direttiva 97/70/KE tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar  (38)

Fir-rigward tad-Direttiva 97/70/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta dispożizzjonijiet għall-interpretazzjoni armonizzata ta' dispożizzjonijiet tal-Anness tal-Protokoll ta' Torremolinos u, għall-implimentazzjoni tad-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa biex temenda ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva u tal-Annessi tagħha sabiex jiġu applikati, għall-finijiet tad-Direttiva, l-emendi sussegwenti tal-Protokoll ta' Torremolinos li daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni tad-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 97/70/KE, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 97/70/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

fl-Artikolu 4(4)(b), il-kliem “skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 9” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2).”;

2)

fl-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-adattamenti li ġejjin, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(3):

(a)

dispożizzjonijiet jistgħu jiġu adottati u mdaħħla għal:

interpretazzjoni armonizzata ta' dawk id-dispożizzjonijiet tal-Anness għall-Protokoll ta' Torremolinos li tħallew fid-diskrezzjoni tal-amministrazzjonijiet tal-partijiet kontraenti individwali, sa fejn hu meħtieġ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom fil-Komunità,

l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mingħajr ma jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

(b)

l-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 ta' din id-Direttiva jistgħu ikunu adattati u l-Annessi tagħha jistgħu jiġu emendati biex jiġu applikati, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-emendi għall-Protokoll ta' Torremolinos li jkunu daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.”;

3)

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Proċedura ta' kumitati

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (*********), filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahrejn.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(********)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1."

(*********)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.”."

7.3.   Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta'veloċità kbira għall-passiġġieri  (39)

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/35/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-Annessi, id-definizzjonijiet, u r-referenzi għall-istrumenti tal-Komunità u l-istrumenti tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) biex jinġiebu konformi mal-miżuri tal-Komunità jew tal-IMO li daħlu fis-seħħ sussegwentement. Għandha tingħata setgħa, ugwalment, lill-Kummissjoni biex temenda l-annessi sabiex ittejjeb is-sistema stabbilita mid-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/35/KE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 1999/35/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

fl-Artikolu 4(1), l-aħħar sentenza, l-Artikolu 11(6) u (8), u l-Artikolu 13(3), it-tieni u l-aħħar sentenzi, il-kliem “il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16” għandu jinbidel bil-kliem “il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 16(2).”;

2)

l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**********).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahrejn.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(**********)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”;"

3)

l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17

Proċedura ta' emenda

L-Annessi ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijet, ir-referenzi għal strumenti tal-Komunità u r-referenzi għal strumenti tal-IMO jistgħu jiġu adattati sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex jinġiebu konformi ma' miżuri tal-Komunità jew tal-IMO li jkunu daħlu fis-seħħ, iżda mingħajr ma jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Annessi ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu adattati wkoll meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġu mtejba l-arranġamenti stabbiliti minn din id-Direttiva, iżda mingħajr ma jitwessa’ l-kamp tal-applikazzjoni tagħha.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 16(3).

L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.”.

7.4.   Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed  (40)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 417/2002, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda ċerti referenzi għar-Regolamenti rilevanti fil-MARPOL 73/78 u għar-Riżoluzzjonijiet MEPC 111(50) u 94(46), sabiex ir-referenzi jiġu allinjati mal-emendi għal dawn ir-Regolamenti u r-Riżoluzzjonijiet adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), sakemm dawn l-emendi ma jwessgħux il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 417/2002, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***********).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(***********)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”;"

2)

fl-Artikolu 11, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista' temenda r-referenzi f'dan ir-Regolament għar-Regolamenti tal-Anness I għall-MARPOL 73/78, kif ukoll għar-Riżoluzzjonijiet MEPC 111(50) u 94(46) kif emendata bir-Riżoluzzjonijiet MEPC 99(48) u 112(50), sabiex ir-referenzi jiġu allinjati mal-emendi għal dawk ir-Regolamenti u r-Riżoluzzjonijiet adottati mill-IMO, sa fejn dawn l-emendi ma jwessgħux il-kamp tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(2).”.

7.5.   Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti  (41)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 782/2003, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi reġim armonizzat ta' perizja u ċertifikazzjoni għal ċerti bastimenti, biex tieħu ċerti miżuri dwar il-bastimenti li jtajru bandiera ta' Pajjiż terz, biex tistabbilixxi proċeduri għall-kontrolli mill-Istat tal-port, u biex temenda ċerti referenzi u annessi biex jiġi kkunsidrat l-iżviluppi fuq livell internazzjonali, partikolarment fi ħdan l-IMO, jew sabiex issaħħaħ l-effikaċja ta' dak ir-Regolament meta titqies l-esperjenza miksuba. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 782/2003, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1(b), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi reġim armonizzat ta' perizja u ċertifikazzjoni għal dawn il-bastimenti. Billi din il-miżura hija mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).”;

(b)

il-paragrafu 3 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“3.   Jekk il-Konvenzjoni AFS ma tkunx daħlet fis-seħħ sa [l-1 ta' Jannar 2007], il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri adatti sabiex tippermetti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat terz li juru l-konformità tagħhom mal-Artikolu 5. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).”;

2)

fl-Artikolu 7, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Jekk il-Konvenzjoni AFS ma tkunx daħlet fis-seħħ fl-[1 ta' Jannar 2007], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri adatti għal dawn il-kontrolli. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).”;

3)

l-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u b'mod partikolari fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), jew biex titjieb l-effettività ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-esperjenza, il-Kummissjoni tista' temenda r-referenzi għall-Konvenzjoni AFS, għaċ-Ċertifikat AFS, għad-Dikjarazzjoni AFS u għad-Dikjarazzjoni dwar il-Konformità AFS u l-Annessi ma' dan ir-Regolament, inklużi l-linji gwida rilevanti tal-IMO b'rabta mal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni AFS. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2).”;

4)

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (************).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(************)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”;"

7.6.   Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija  (42)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/8/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tirrevedi l-valuri ta' referenza ta' effiċjenza armonizzata għall-produzzjoni separata ta' elettriċità u sħana, biex tadatta l-limiti ta' valuri stabbiliti fl-Artikolu 13 għall-progress tekniku, u biex tistabbilixxi u tadatta għall-progress tekniku l-linji gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Anness II ta' dik id-Direttiva, inkluża d-determinazzjoni tal-proporzjon ta' enerġija elettrika għall-enerġija termali. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/8/KE, inter alia billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/8/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 4(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-valuri ta' referenza ta' effiċjenza armonizzata għal produzzjoni separata ta' elettriċità u sħana msemmija fil-paragrafu 1, għall-ewwel darba fil-21 ta' Frar 2011, u kull erba' snin minn dakinhar, biex tieħu qies tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-kambjamenti fid-distribuzzjoni tal-għejjun tal-enerġija. Kull miżura li tirriżulta minn dan l-eżami, mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).”;

2)

l-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Adattament għall-progress tekniku

1.   Il-Kummissjoni għandha tadatta l-limiti tal-valuri użati għall-kalkolazzjoni ta' elettriċità mill-koġenerazzjoni imsemmija fl-Anness II(a) għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadatta l-limiti ta' valuri għall-kalkolazzjoni ta' effiċjenza tal-produzzjoni tal-koġenerazzjoni u tfaddil ta' enerġija primarja msemmija fl-Anness III(a) għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha tadatta l-linji gwida biex jiġu stabbiliti l-proporzjon ta' enerġija elettrika għal enerġija termali msemmija fl-Anness II(d) għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).”;

3)

l-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”;

4)

fl-Anness II, il-punt (e) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“(e)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Anness II, inkluża d-determinazzjoni tal-proporzjon ta' enerġija elettrika għal enerġija termali. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).”.

7.7.   Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità  (43)

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/52/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex taddatta l-anness u biex tieħu d-deċiżjonijiet relatati mad-definizzjoni tas-servizz Ewropew tas-sistemi elettroniċi tat-taxxa tat-toroq. Il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa biex tieħu d-deċiżjonijiet tekniċi relatati mat-twettiq tas-servizz Ewropew tas-sistemi elettroniċi tat-taxxa tat-toroq. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/52/KE, inter alia billi jissuplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/52/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Meta xieraq, l-Anness jista' jiġi adattat għal raġunijiet tekniċi. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(2).”;

(b)

il-paragrafi 4, 5 u 6 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“4.   Id-deċiżjonijiet dwar id-definizzjoni tas-servizz Ewropew ta' sistemi elettroniċi tat-taxxa tat-toroq għandhom jittieħdu mill-Kummmissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(2). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu biss jekk il-kondizzjonijiet kollha, valutati fuq il-bażi ta' studji xierqa, ikunu disponibbli biex l-interoperabilità tkun tista' taħdem mill-aspetti kollha, inklużi l-kondizzjonijiet tekniċi, ġuridiċi u kummerċjali.

5.   Id-deċiżjonijiet tekniċi dwar it-twettiq tas-servizz Ewropew ta' sistemi elettroniċi tat-taxxa tat-toroq għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(2).”;

2)

l-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat dwar Ġbir Elettroniku tat-Taxxa tat-Toroq.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”

7.8.   Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet  (44)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tiddeċiedi jekk l-emendi għall-Annessi, li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti miżuri speċjali biex itejbu s-sigurtà marittima tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, u tal-Kodiċi Internazzjonali dwar is-sigurtà tal-vapuri u tal-portijiet, li japplikaw awtomatikament għat-traffiku internazzjonali għandhomx japplikaw ukoll għal vapuri li joperaw servizzi lokali u l-portijiet li jagħtuhom is-servizzi. Billi dawn il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 jistabbilixxi l-ħtiġijiet u l-miżuri ta' sigurtà u huwa bbażat fuq strumenti internazzjonali li jistgħu jiġu emendati. Meta, għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-limiti normali ta' żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju ma jistgħux jiġu osservati, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 10(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-integrazzjoni ta' emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 rigward il-vapuri li joperaw servizzi lokali u l-portijiet li jagħtuhom is-servizzi, li għalihom japplika dan ir-Regolament, sakemm dawn jikkostitwixxu aġġornar tekniku tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni SOLAS u tal-Kodiċi ISPS. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4); għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11(5). Il-proċedura għall-iċċekkjar tal-konformità stabbilita fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu m'għandhiex tapplika f'dawn il-każijiet.”;

2)

l-Artikolu 10(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta dispożizzjonijiet sabiex tiddefinixxi proċeduri armonizzati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-Kodiċi ISPS, mingħajr ma twessa’ l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).

Għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 11(5).”;

3)

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 6 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodi stabbiliti fl-Artikolu 6(b) u (c) rispettivament tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu stabbiliti għal xahar.

4.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

5.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.

7.9.   Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità  (45)

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 789/2004, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda ċerti definizzjonijiet biex tikkunsidra l-iżviluppi fuq livell internazzjonali, partikolarment fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), u biex tagħmel ir-Regolament aktar effikaċi meta jitqiesu l-esperjenza miksuba u l-progress tekniku. Billi dawn il-miżuri huma ta' kaamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 789/2004, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*************).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

(*************)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”;"

2)

Fl-Artikolu 9(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fuq livell internazzjonali, partikolarment fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u biex tikber l-effikaċja ta' dan ir-Regolament bis-saħħa tal-esperjenza miksuba u l-progress tekniku, il-Kummissjoni tista' temenda d-definizzjonijiet li jidhru fl-Artikolu 2 safejn dawn l-emendi ma jwessgħux il-kamp tal-applikazzjoni tiegħu. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(3).”.

7.10.   Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità  (46)

Fir-rigward tad-Direttiva 2005/44/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex taddatta l-annessi għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2005/44/KE, huma għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2005/44/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1)

l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Proċedura ta' emenda

L-Annessi I u II jistgħu jiġu emendati fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u adattati għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(4).”;

2)

l-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma (**************).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

4.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

5.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta perijodikament lir-rappreżentanti tas-settur.

(**************)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.”."

7.11.   Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet  (47)

Fir-rigward tad-Direttiva 2005/65/KE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadatta l-Annessi tagħha. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2005/65/KE, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Id-Direttiva 2005/65/KE tistabbilixxi rekwiżiti u miżuri ta' sigurtà u hija bbażata fuq strumenti internazzjonali li jistgħu jkunu emendati. Meta għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-limiti normali ta' żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju ma jistgħux jiġu osservati, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adattament tal-Annessi tagħha.

Għal din ir-raġuni, l-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2005/65/KE għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 14

Adattamenti

Il-Kummissjoni tista' tadatta l-Annessi I sa IV mingħajr ma' twessa’ l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).

Għal raġunijiet ta' urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 15(3).

Artikolu 15

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) 725/2004.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.”.


(1)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.

(3)  ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20.

(4)  ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.

(6)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 28.

(7)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44.

(8)  ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1.

(9)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(10)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(11)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 1.

(12)  ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6.

(13)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

(14)  ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13.

(15)  ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22.

(16)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(17)  ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5.

(18)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3.

(19)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(20)  ĠU L 374, 31.12.1991, p. 1.

(21)  ĠU L 78, 28.3.1996, p. 27.

(22)  ĠU L 13, 16.1.2002, p. 21.

(23)  ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1.

(24)  ĠU L 66, 11.1.2003, p. 1.

(25)  ĠU L 7, 13.1.2004, p. 1.

(26)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

(27)  ĠU L 86, 6.4.1979, p. 30.

(28)  ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8.

(29)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 35.

(30)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(31)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(32)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.

(33)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(34)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(35)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(36)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

(37)  ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.

(38)  ĠU L 34, 9.2.1998, p. 1.

(39)  ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1.

(40)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1.

(41)  ĠU L 115, 9.5.2003, p. 1.

(42)  ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.

(43)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124.

(44)  ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.

(45)  ĠU L 138, 30.4.2004, p. 19.

(46)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.

(47)  ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28.


Indiċi kronoloġiku

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE tal-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers

2.

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar iċ-ċirkolazzjoni ta' għalf kompost

3.

Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta' Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali

4.

Id-Direttiva tal-Kunsill 82/883/KEE tat-3 ta' Diċembru 1982 fuq il-proċeduri ta' sorveljanza u monitoraġġ ta' ambjenti milquta mill-iskart tal-industrija tad-dijossidu ta' titanju

5.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq

6.

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b'mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura

7.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta' stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali

8.

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għall-użu ċivili

9.

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

10.

Id-Direttiva 96/16/KE tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 1996 fuq stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib

11.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta' April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' materjali tal-għalf tal-bhejjem

12.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja

13.

Id-Direttiva 97/70/KE tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta' sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta' tul ta' 24 metru jew aktar

14.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi

15.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta'veloċità kbira għall-passiġġieri

16.

Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra

17.

Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi

18.

Id-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq mill-Istati Membri sabiex jiġi ddeterminat il-potenzjal tal-produzzjoni ta' pjantazzjonijiet ta' xi speċje ta' siġar tal-frott

19.

Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta' ħtiġiet ta' buq doppju jew ta' disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b'buq wieħed

20.

Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali

21.

Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-statistika tat-trasport bil-ferrovija

22.

Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru

23.

Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti

24.

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets

25.

Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti

26.

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità

27.

Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ ta' żoonosi u tal-aġenti żoonotiċi

28.

Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2003 dwar il-produzzjoni ta' statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija tal-azzar għas-snin ta' referenza 2003-2009

29.

Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga

30.

Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern tal-enerġija

31.

Id-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorju (GLP) (Verżjoni kodifikata)

32.

Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-applikazzjoni tal-prinċipji ta' prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (verżjoni kodifikata)

33.

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar id-deterġenti

34.

Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

35.

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet

36.

Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità

37.

Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri

38.

Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti

39.

Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel

40.

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali

41.

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman

42.

Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità

43.

Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali

44.

Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf

45.

Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità

46.

Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet

47.

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart


Top