EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0014

2009/14/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2000/636/KE li tistipula t-tqassim annwali għal kull Stat Membru tal-ammont tal-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perjodu mill- 1 ta’ Jannar 2007 sal- 31 ta’ Diċembru 2013 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8370)

OJ L 8, 13.1.2009, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 030 P. 263 - 264

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/14(2)/oj

13.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 8/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2000/636/KE li tistipula t-tqassim annwali għal kull Stat Membru tal-ammont tal-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8370)

(2009/14/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/410/KE tal-24 ta’ Mejju 2006 li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (2) u li tiddefinixxi għall-iskopijiet tal-baġit 2007-2013 l-ammonti totali tat-trasferimenti magħmula mill-FAEG lejn l-FAEŻR, waqt li tikkonforma mal-Artikoli tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (3) u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 378/2007 (4), li jistabbilixxi regoli għal modulazzjoni volontarja ta’ pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kienet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/955/KE (5).

(2)

Minħabba l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2008/955/KE, jeħtieġ li l-ammonti disponibbli għall-FAEŻR jiġu adattati u li jiżdiedu mat-tqassim annwali relattiv għall-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/636/KE (6) għandha għalhekk tiġi emendata skond dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/636/KE għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-sena tal-baġit 2009.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 15.6.2006, p. 10.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1

(4)  ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 338, 17.12.2008, p. 67.

(6)  ĠU L 261, 22.9.2006, p. 32.


ANNESS

Tqassim skond l-Istat Membru ta’ l-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perjodu 2007-2013

(prezz kurrenti f’EUR)

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total 2007-2013

Ammont minimu għar-reġjuni li jistgħu jibbenefikaw mill-Objettiv ta’ “Konverġenza”

(Total)

Il-Belġju

63 991 299

63 957 784

60 238 083

59 783 509

59 367 519

57 095 480

54 576 632

419 010 306

40 744 223

Il-Bulgarija (*)

244 055 793

337 144 772

437 343 751

399 098 664

398 058 913

397 696 922

395 699 781

2 609 098 596

692 192 783

Ir-Repubblika Ċeka

396 623 321

392 638 892

388 036 387

400 932 774

406 640 636

412 672 094

417 962 250

2 815 506 354

1 635 417 906

Id-Danimarka

62 592 573

66 344 571

65 671 254

66 234 762

65 331 467

64 497 618

63 488 551

454 160 796

0

Il-Ġermanja

1 184 995 564

1 186 941 705

1 152 525 574

1 161 018 553

1 164 459 200

1 151 761 509

1 136 214 950

8 137 917 055

3 174 037 771

L-Estonja

95 608 462

95 569 377

95 696 594

100 929 353

104 639 066

108 913 401

113 302 602

714 658 855

387 221 654

L-Irlanda

373 683 516

355 014 220

331 071 422

335 372 252

326 098 528

318 171 063

308 803 589

2 348 214 590

0

Il-Greċja

461 376 206

463 470 078

457 393 090

456 018 509

636 568 186

630 830 398

624 447 957

3 730 104 424

1 905 697 195

Spanja

286 654 092

1 277 647 305

1 275 950 901

1 298 574 047

1 120 313 000

1 114 078 191

1 105 464 263

7 478 681 799

3 178 127 204

Franza

931 041 833

942 359 146

911 821 939

934 088 155

971 090 147

958 717 557

943 394 332

6 592 513 109

568 263 981

L-Italja

1 142 143 461

1 135 428 298

1 127 350 921

1 155 713 236

1 325 406 589

1 320 949 382

1 313 305 996

8 520 297 883

3 341 091 825

Ċipru

26 704 860

24 772 842

22 749 762

23 071 507

22 402 714

21 783 947

21 037 942

162 523 574

0

Il-Latvja

152 867 493

147 768 241

142 542 483

147 766 381

148 781 700

150 188 774

151 198 432

1 041 113 504

327 682 815

Il-Litwanja

260 974 835

248 836 020

236 928 998

244 741 536

248 002 433

250 278 098

253 598 173

1 743 360 093

679 189 192

Il-Lussemburgu

14 421 997

13 661 411

12 655 487

12 818 190

12 487 289

12 181 368

11 812 084

90 037 826

0

L-Ungerija

570 811 818

537 525 661

498 635 432

509 252 494

547 603 625

563 304 619

578 709 743

3 805 843 392

2 496 094 593

Malta

12 434 359

11 527 788

10 656 597

10 544 212

10 347 884

10 459 190

10 663 325

76 633 355

18 077 067

L-Olanda

70 536 869

72 638 338

71 391 337

72 215 293

70 606 648

69 682 449

68 550 233

495 621 167

0

L-Awstrija

628 154 610

594 709 669

553 552 057

560 657 505

545 170 574

531 468 629

514 856 948

3 928 569 992

31 938 190

Il-Polonja

1 989 717 841

1 932 933 351

1 872 739 817

1 866 782 838

1 860 573 543

1 857 244 519

1 850 046 247

13 230 038 156

6 997 976 121

Il-Portugall

560 524 173

562 491 944

557 240 154

606 561 895

611 642 601

611 692 105

610 872 156

4 121 025 028

2 180 735 857

Ir-Rumanija (**)

0

1 146 687 683

1 442 871 530

1 359 770 651

1 357 854 634

1 359 146 997

1 356 173 250

8 022 504 745

1 995 991 720

Is-Slovenja

149 549 387

139 868 094

129 728 049

129 354 946

124 076 091

118 858 866

113 031 296

904 466 729

287 815 759

Is-Slovakkja

303 163 265

286 531 906

268 049 256

256 310 239

263 028 387

275 025 447

317 309 578

1 969 418 078

1 106 011 592

Il-Finlandja

335 121 543

316 143 440

293 685 407

297 667 134

289 390 092

282 108 238

273 317 053

2 087 432 907

0

L-Iżvezja

292 133 703

277 225 207

258 396 031

261 797 463

254 575 513

248 360 755

240 859 282

1 833 347 954

0

Ir-Renju Unit

263 996 373

645 001 582

698 742 271

741 160 084

748 994 332

752 455 626

749 224 152

4 599 574 420

188 337 515

Total

10 873 879 246

13 274 839 325

13 373 664 584

13 468 236 182

13 693 511 311

13 649 623 242

13 597 920 797

91 931 674 687

31 232 644 963


(*)  Għas-snin 2007, 2008 u 2009, il-ħlasijiet tat-taqsima tal-“Garanziji” tal-FAEG jiżdiedu għal EUR 193 715 561, EUR 263 453 163 u EUR 337 004 104 rispettivament.

(**)  Għas-snin 2007, 2008 u 2009, il-ħlasijiet tat-taqsima tal-“Garanziji” tal-FAEG jiżdiedu għal EUR 610 786 223, EUR 831 389 081 u EUR 1 058 369 098 rispettivament.


Top