EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008E0761

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/761/PESK tad- 29 ta' Settembru 2008 li ġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar iżjed miżuri b’sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY)

OJ L 260, 30.9.2008, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/10/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2008/761/oj

30.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 260/60


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/761/PESK

tad-29 ta' Settembru 2008

li ġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar iżjed miżuri b’sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK (1) sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni kollha li ġew akkużati pubblikament mill-ICTY b’delitti tal-gwerra iżda li m’humiex fil-kustodja tal-ICTY.

(2)

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tapplika sal-10 ta’ Ottubru 2008.

(3)

Il-Kunsill iqis li jeħtieġ li tiġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għal perijodu ulterjuri ta’ tnax-il xahar.

(4)

Il-miżuri implimentattivi Komunitarji huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 tal-11 ta’ Ottubru 2004 li jimponi miżuri restrittivi b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (ICTY) (2),

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK hija mġedda sal-10 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52.

(2)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 14.


Top