EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0755

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 755/2008 tal- 31 ta’ Lulju 2008 li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 205, 1.8.2008, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 05 Volume 003 P. 271 - 273

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/755/oj

1.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 205/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 755/2008

tal-31 ta’ Lulju 2008

li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(c)(ii) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2005/36/KE jistipula li fejn, għal professjoni speċifika rregolata, jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi oħra direttament relatati mar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2005/36/KE ma japplikawx. L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri u li jemenda d-Direttiva 2001/25/KE (2) jipprovdi għar-rikonoxximent awtomatiku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri skond ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2001 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ għall-baħħara (3). Għalhekk, id-Direttiva 2005/36/KE m’għandhiex tapplika għar-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-baħħara li jaħdmu fuq bastimenti li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2001/25/KE.

(2)

Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, ir-Rumanija u l-Olanda ressqu talbiet raġunati sabiex ineħħu l-professjonijiet ta’ tbaħħir tagħhom li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 2001/25/KE mill-punt 3(a) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja u r-Rumanija talbu t-tħassir tal-professjonijiet kollha u tad-deskrizzjoni assoċjata tat-taħriġ elenkati għall-pajjiżi tagħhom taħt il-punt 3(a) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. L-Olanda talbet it-tħassir ta’ żewġ professjonijiet: “l-uffiċjal ewlieni (bastiment kostali) (b’taħriġ addizzjonali) (‘stuurman kleine handelsvaart (met aanvulling)’)” u “inġinier ta’ bastiment kostali (b’diploma) (‘diploma motordrijver’)”, kif ukoll id-deskrizzjoni assoċjata tat-taħriġ mill-punt 3(a) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE.

(4)

Ir-Renju Unit ressaq talba raġunata biex ineħħi l-professjonijiet ta’ tbaħħir tiegħu, li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 2001/25/KE, mill-punt 5 ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE.

(5)

Id-Direttiva 2005/36/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat skond kif stipulat fl-Anness għal dan.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160.

(3)  ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/45/KE (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160).


ANNESS

L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 3(a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Trasport bil-baħar

 

Taħriġ għal dawn li ġejjin:

 

fil-Latvja:

inġinier ta’ l-elettriku uffiċjal fuq bastimenti (kuģu elektromehāniķis),

operatur ta' makkinarju tar-refriġerazzjoni (kuģa saldēšanas iekārtu mašīnists).

 

fl-Olanda:

uffiċjal tal-VTS (VTS-functionaris),

 

li jirrappreżentaw taħriġ:

fil-Latvja:

(i)

għal inġinier ta’ l-elettriku uffiċjal fuq bastimenti (kuģu elektromehāniķis),

1.

persuna ta' mhux inqas minn 18-il sena;

2.

tirrappreżenta edukazzjoni ta' perjodu totali ta' mhux inqas minn 12-il sena u nofs, li jkun magħmul minn mhux inqas minn disa' snin edukazzjoni primarja u mhux inqas minn tliet snin edukazzjoni vokazzjonali. Barra minn hekk, huwa meħtieġ servizz ta’ tbaħħir ta' mhux inqas minn sitt xhur bħala elettriċista ta' bastiment jew bħala assistent ta' l-inġinier elettriku fuq bastimenti li għandhom saħħa ta' ġeneratur ta' aktar minn 750 kW. It-taħriġ vokazzjonali huwa kompletat b'eżami speċjali mill-awtorità kompetenti skond il-programm ta' taħriġ kif approvat mill-Ministeru tat-Trasport.

(ii)

għal operaturi tal-makkinarju tar-refriġerazzjoni (kuģa saldēšanas iekārtu mašīnists),

1.

persuna ta' mhux inqas minn 18-il sena;

2.

tirrappreżenta edukazzjoni ta' perjodu totali ta' mhux inqas minn 13-il sena, li jkun magħmul minn mhux inqas minn 9 snin edukazzjoni primarja u mhux inqas minn tliet snin edukazzjoni vokazzjonali. Barra minn hekk, huwa meħtieġ servizz ta' tbaħħir ta' mhux inqas minn 12-il xahar bħala assistent ta' inġinier tar-refriġerazzjoni. It-taħriġ vokazzjonali huwa kompletat b'eżami speċjali mill-awtorità kompetenti skond il-programm ta' taħriġ kif approvat mill-Ministeru tat-Trasport.

fl-Olanda

Edukazzjoni ta’ perjodu totali ta' mhux inqas minn 15-il sena, li jkun magħmul minn mhux inqas minn tliet snin edukazzjoni vokazzjonali superjuri (HBO) jew taħriġ vokazzjonali intermedju (MBO), segwiti minn korsijiet ta' speċjalizzazzjoni nazzjonali u reġjonali, li jkunu magħmula minn mhux inqas minn 12-il ġimgħa taħriġ fit-teorija u li kull wieħed jispiċċa b'eżami.”

(2)

Il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

L-għaxar, il-ħdax, it-tnax, it-tlettax u l-erbatax-il inċiż huma mħassra.


Top