EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0311

2008/311/KE,Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 14 ta’ April 2008 li taħtar membru Irlandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

OJ L 107, 17.4.2008, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/311/oj

17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-14 ta’ April 2008

li taħtar membru Irlandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

(2008/311/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Irlandiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

BILLI sar vakanti post ta’ membru tal-Kumitat Ekonimku u Soċjali konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Arthur FORBES,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sinjura Heidi LOUGHEED, Kap ta’ l-IBEC Europe, hija b’dan maħtura bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 14 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/622/KE, Euratom (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39).


Top