EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0309

2008/309/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ April 2008 li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

OJ L 107, 17.4.2008, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/309/oj

17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ April 2008

li taħtar membru Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/309/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sinjura MOERMAN sar vakanti post ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Dirk VAN MECHELEN, il-Ministru Fjamming tal-Finanzi, il-Baġit u l-Ġestjoni tat-Territorju, huwa maħtur membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat tas-Sinjura MOERMAN, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŽERJAV


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top