EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0341

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2008 tas- 16 ta’ April 2008 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti April 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

OJ L 107, 17.4.2008, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/341/oj

17.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 107/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 341/2008

tas-16 ta’ April 2008

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti April 2008 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti f’April 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 u, għall-grupp 3, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti f’April 2008 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 huma, għal ċerti kwoti, anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, dawn ta’ l-aħħar għandhom jiżdiedu mal-kwantità fissa għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2008 u, għall-grupp 3, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sat-30 ta’ Ġunju 2009 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċcembru 2008, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1549/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 75).


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2008-30.9.2008

(f %)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.10.2008-31.12.2008

(f kg)

1

09.4211

1,780550

2

09.4212

 (1)

27 783 000

4

09.4214

28,694208

5

09.4215

36,799882

6

09.4216

 (2)

2 014 010

7

09.4217

4,045341

8

09.4218

 (1)

3 478 800


Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2008-30.6.2009

(f %)

3

09.4213

3,395585


(1)  Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


Top