EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document L:2008:306M:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, LM 306, 15 ta' Novembru 2008


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
15 ta' Novembru 2008


Werrej

 

Paġna

 

 

2004/584/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2001/651/KE li tistabbixxi l-proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni tal-kontenut tax-xaħam ta’ butir importat minn New Zealand skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1374/98 (notifikata taħt id-dokument numru C(2004) 2962)

1

 

 

1475/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1475/2004 tat-18 ta’ Awwissu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 596/2004 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur tal-bajd

3

 

 

1741/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2004 tas-7 ta’ Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli

5

 

 

1750/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1750/2004 tal-8 ta’ Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

6

 

 

1842/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1842/2004 tat-22 ta' Ottubru 2004 li jawtorizza l-koeżistenza tad-denominazzjoni Munster jew Munster-géromé rreġistrata bħala Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 u d-denominazzjoni mhux irreġistrata Münster Käse bħala referenza għall-isem ta' post fil-Ġermanja

8

 

 

1898/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2004 tad-29 ta' Ottubru 2004 li jissupplimenta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar l-iskrizzjoni ta' isem fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Terre Tarentine) — [DPO]

10

 

 

1902/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1902/2004 tad-29 ta' Ottubru 2004 li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini stipulata fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini (Les Garrigues)

11

 

 

1903/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1903/2004 tad-29 ta' Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3149/92 li jistabbilixxi termini u kundizzjonijiet dwar l-applikazzjoni għall-provvista tal-oġġetti tal-ikel minn ħażniet ta' intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

15

 

 

1969/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1969/2004 tas-16 ta' Novembru 2004 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 96/2004 li jadatta diversi regoli fuq iz-zokkor li jitpoġġa fis-suq minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea

18

 

 

1974/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

21

 

 

2045/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2045/2004 tad-29 ta' Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2131/93 li jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji

28

 

 

2083/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2004 tas-6 ta' Diċembru 2004 jemenda r-Regolamenti (KE) nri 1432/94 u 1458/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

30

 

 

2092/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2092/2004 tat-8 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni għal kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa bla għadam li ġejja mill-Iżvizzera

37

 

 

2094/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2094/2004 tat-8 ta' Diċembru 2004 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja ta' 10000 tunnellata ta' qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra tal-kodiċi NM 11042298

43

 

 

2120/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2120/2004 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2729/2000 li jistabbixxi regoli ddettaljati ta' implimentazzoni għall-kontrolli fis-settur tal-inbid

45

 

 

2125/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2125/2004 ta’ l-14 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 890/78 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-attestazzjoni tal-ħops

51

 

 

2167/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2167/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2004 li jadatta r-Regolament (KEE) Nru 1848/93 minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja

55

 

 

2169/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2169/2004 tas-17 ta' Diċembru 2004 jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 li jistabbilixxi r-regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel

59

 

 

2203/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2203/2004 tal-21 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 rigward il-għażla ta' oqsma [azjendi] li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi detterminat id-dħul tal-oqsma [azjendi] agrikoli

60

 

 

2204/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2004 tal-21 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1915/83 dwar regoli dettaljati ta' implimentazzjoni dwar iż-żamma ta' kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta' ażjendi agrikoli

64

 

 

2221/2004/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2221/2004 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi l-allokazzjoni ta' liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat għall-Istati Uniti tal-Amerika fl-2005 skont ċerti kwoti tal-GATT

66

 

 

2004/915/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Diċembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2001/497/KE fir-rigward ta’ l-introduzzjoni ta’ sett alternattiv ta’ klawżoli standard kontrattwali għat-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2004) 5271)

69

 

 

145/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 145/2005 tat-28 ta’ Jannar 2005 li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

80

 

 

209/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2005 tas-7 ta' Frar 2005 li jistabbilixxi l-lista tal-prodotti tat-tessuti li għalihom m’hemmx il-ħtieġa tal-prova ta’ l-oriġini meta jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità

100

 

 

2005/12/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2005/12/KE tat-18 ta’ Frar 2005 li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġiet ta' stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro ( 27 )

109

 

 

305/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2005 tad-19 ta’ Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 rigward il-kwoti tat-tariffi għal ċerti prodotti li joriġinaw miċ-Ċili

118

 

 

355/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 355/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li jistabbilixxi metodi Komunitarji għall-analiżi tal-inbid

121

 

 

356/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 356/2005 ta' l-1 ta' Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-immarkar u għall-identifikazzjoni ta’ rkaptu tas-sajd passiv u tat-tkarkir bit-travu

126

 

 

379/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 379/2005 ta’ l-4 ta' Marzu 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1168/1999 li jistabbilixxi l-istandard tal-marketing għall-għanbaqar

130

 

 

2005/174/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2005 li tistabbilixxi noti ta’ gwida li jissupplimentaw il-Parti B tal-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 90/219/KEE dwar l-użu fil-magħluq ta’ mikroorganiżmi modifikati ġenetikament (notifikata bid-dokument numru C(2005) 413) ( 27 )

134

 

 

382/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2005 tas-7 ta’ Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef

141

 

 

386/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2005 tat-8 ta' Marzu 2005 li jemenda diversi regolamenti dwar il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda għal ċertu frott u ħaxix u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix

157

 

 

394/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 394/2005 tat-8 Ta' Marzu 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 795/2004 tal-21 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas uniku li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa

159

 

 

436/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2005 tad-17 ta' Marzu 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa

162

 

 

489/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 489/2005 tad-29 ta’ Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1785/2003 fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ ċentri ta’ intervent u t-teħid ta’ ross li għadu fil-fosdqa mill-aġenziji ta’ intervent

164

 

 

503/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 503/2005 tal-31 ta' Marzu 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta' kwoti tat-tariffi tal-Komunità u kwantitajiet ta' referenza għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Marokk

176

 

 

2005/263/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Marzu 2005 li tawtorizza lil Stati Membri jadottaw ċerti derogi skond id-Direttiva 94/55/KE fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (notifikat bid-dokument numru C(2005) 440) ( 27 )

180

 

 

550/2005/KE

 

 

Regolament (KE) Nru 550/2005 tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji sabiex jiġu applikati r-Regolament (KEE) Nru 2201/96 u r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 dwar l-iskema ta’ għajnuna fis-settur tal-prodotti pproċessati minn frott u ħaxix

212

 

 

558/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 558/2005 tat-12 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3846/87 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni tal-esportazzjoni u r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib

214

 

 

570/2005/KE

 

 

Regolament (KE) Nru 570/2005 tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 118/2005, dwar l-istipulazzjoni tal-limiti finanzjarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skond l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tal-Kunsill

218

 

 

606/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2005 tad-19 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

220

 

 

651/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2005 tat-28 ta' April 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

222

 

 

2005/338/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' April 2005 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-ekotikketta Komunitarja għal servizz ta’ post ta’ kampeġġ (notifikata bid-dokument numru C(2005) 1242) ( 27 )

224

 

 

2005/342/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2005 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-eko-tikketta tal-Komunità lid-diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (notifikata bid-dokument numru C(2005) 1026) ( 27 )

244

 

 

2005/360/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2005 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-ekotikketta tal-Komunità lil-lubrikanti (notifikat bid-dokument numru C(2005) 1372) ( 52 )

270

 

 

2005/366/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Marzu 2005 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar u li temenda l-Annessi tagħha (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 463) ( 27 )

279

 

 

749/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 749/2005 tat-18 ta' Mejju 2005 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2131/93 li jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji

346

 

 

782/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2005 ta’ l-24 ta’ Mejju 2005 li jistabbilixxi l-format għat-trażmissjoni tar-riżultati dwar l-istatistika ta’ l-iskart ( 27 )

348

 

 

2005/42/KE

 

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2005/42/KE ta’ l-20 ta’ Ġunju 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kosmetiċi, għar-raġunijiet ta’ adattament tal-Annessi II, IV u VI tagħha għall-progress tekniku ( 27 )

360

 

 

1068/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1068/2005 tas-6 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji tal-intervent u li jippreskrivi l-metodi tal-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali

363

 

 

1238/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/2005 tat-28 ta’ Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 85/2004 li jistabbilixxi l-istandard tal-bejgħ applikabbli għat-tuffieħ

367

 

 

1722/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1722/2005 ta’ l-20 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prinċipji biex ikunu stmati s-servizzi tar-residenzi għall-fini tar-Regolament tal-Kunsil (KE, Euratom) Nru 1287/2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq ( 27 )

377

 

 

1864/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1864/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju Nru 1 u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità Nri 32 u 39 ( 27 )

389

 

 

2005/814/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2005 li tadatta deċiżjonijiet Komunitarji dwar l-importazzjoni għal xi kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni 2000/657/KE ( 27 )

402

 

 

2109/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2109/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/96 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam taċ-ċanga fir-Renju Unit

416

 

 

2005/924/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2005 dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba, stipulat mill-Artikolu 26(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati

418

 

 

2074/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 ( 27 )

419

 

 

2075/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam ( 27 )

452

 

 

2153/2005/KE

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2153/2005 tat-23 ta' Diċembru 2005 dwar l-iskema ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa

475

 

 

2006/402/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2006 li tistabbilixxi l-pjan ta’ ħidma għall-ekotikketta tal-Komunità ( 27 )

483

 

 

2006/410/KE

 

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-24 ta' Mejju 2006 li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

496

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali għandha n-Nru L 306 M.

 

(27)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

 

(52)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Lulju 2004

li temenda d-Deċiżjoni 2001/651/KE li tistabbixxi l-proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni tal-kontenut tax-xaħam ta’ butir importat minn New Zealand skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1374/98

(notifikata taħt id-dokument numru C(2004) 2962)

(2004/584/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli ddettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (2), u b’mod partikolari l-Atikolu 40(1) tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jippreskrivi l-proċedura għall-verifikizzjoni tal-kontenut ta’ xaħam fil-butir ta’ New Zealand ippreżentat biex jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità taħt il-kwota ta' aċċess kurrenti speċifikata taħt in-numru tal-kwota 09.4589 tal-Anness III. A ta' dak ir-Regolament.

(2)

Din il-proċedura hi bbażata fuq prinċipji statistiċi. Element essenzjali ta' din il-proċedura huwa l-użu ta' proċess tipiku standard ta' devjazzjoni tal-kontenut tax-xaħam tal-butir magħmul skont speċifikazzjoni definita f'impjant ta' produzzjoni speċifiku u magħruf minn qabel mill-awtoritajiet ta’ kontroll fl-Istati Membri fejn id-dikjarazzjoni ta’rilaxx għal ċirkilazzjoni ħielsa fil-Komunità hija preżentata.

(3)

L-identifikazzjoni tal-fabbriki u d-devjazzjoni standard tipika korrispondenti jinstabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/651/KE (3).

(4)

L-Awtorità ta’ New Zealand għas-Sikurezza tal-ikel, permezz ta’ ittra ddatata t-23 ta’ April 2004, innotifikat lill-Kummissjoni dwar ismijiet ġodda ta’ fabbriki rreġistrati.

(5)

Id-Deċiżjoni 2001/651/KE għandha għalhekk tiġi emendata f’dan is-sens,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2001/651/KE huwa ssostitwit bit-test fll-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-importazzjoni ta' butir li għalih ġew maħruġa ċertifikati IMA 1 mit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 810/2004 (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 138).

(3)  ĠU L 229, 25.8.2001, p. 24. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2002/667/KE (ĠU L 227, 23.8.2002, p. 51).


ANNESS

ANNESS

Proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni tal-kontenut tax-xaħam ta’ butir importat minn New Zealand u maħsub għar-rilaxx f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-komunità Ewropea taħt il-kwota ta' aċċess attwali prevista taħt il-kwota numru 09.4589 tal-Anness III.A għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001

Isem tal-fabbrika

Numru tal-fabbrika rreġistrat

Numru ta’ speċifikazzjoni

Proċess tipiku standard ta’ devjazzjoni

Fonterra Ltd Kauri

7172

0905

0,160

Fonterra Ltd Te Awamutu

5572

0081

0,175

0084

0,173

Fonterra Ltd Takaka

4672

0081

0,172

0084

0,172

Westland Cooperative Dairy Co. Ltd

143

0081

0,170

0084

0,170

Fonterra Ltd Whareroa

4772

0081

0,175

0084

0,175


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1475/2004

tat-18 ta’ Awwissu 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 596/2004 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ esportazzjoni fis-settur tal-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u partikolarment l-Artikolu 3(2), u l-Artikolu 8(13) tiegħu,

billi:

(1)

Il-sitwazzjoni ekonomika fuq is-swieq tal-esportazzjoni għall-bajd u l-prodotti tal-bajd tvarja ħafna. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li bihom jingħataw ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti ta' dan is-settur.

(2)

Biex jintlaħqu b'mod iktar effettiv l-għanijiet ta' aġġustament tal-metodu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati b'rifużjoni u l-iktar użu effiċjenti possibbli tar-riżorsi disponibbli, kif imessmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, ikun xieraq li jitwessgħu iċ-ċirkostanzi, previsti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 596/2004 (2), li fihom il-Kummissjoni tista' tieħu passi biex tirrestrinġi l-ħruġ ta' liċenzji ta' esportazzjoni jew it-tfigħ ta' applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta' esportazzjoni matul il-perjodu ta' riflessjoni previst wara t-tfigħ tal-applikazzjonijiet.

(3)

Għandhom jiġu previsti wkoll iċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jittieħdu dawn il-miżuri b'destinazzjoni.

(4)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 596/2004 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat ta' ġestjoni tal-laħam tat-tjur u tal-bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 596/2004 hu emendat kif ġej:

1)

Il-paragrafu 4 hu sostitwit bit-test li ġej:

“4.   Meta l-ħruġ ta' ċertifikati ta' esportazzjoni jirriżulta jew jista' jirriżulta biex jinqabżu l-ammonti baġitarji disponibbli jew biex jispiċċaw il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu esportati matul il-perjodu kkonċernat, fid-dawl tal-limiti msemmija fl-Artikolu 8(12) tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, jew ma jippermettix li tiġi żgurata l-kontinwità tal-esportazzjonijiet matul il-bqija tal-perjodu, il-Kummissjoni tista':

a)

tiffissa perċentwal uniku ta' aċċettazzjoni tal-kwantitajiet mitluba;

b)

tirrifjuta l-applikazzjonijiet li għalihom ikunu għadhom ma ngħatawx liċenzji;

c)

tissospendi t-tfigħ tal-applikazzjonijiet għal-liċenzja għal perjodu massimu ta' ħamest ijiet tax-xogħol, li jista' jiġi estiż bil-proċedura speċifikata fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji li jsiru matul il-perjodu ta' sospensjoni jkunu invalidi.

Il-miżuri previsti fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu implimentati jew modulati skond il-kategorija tal-prodott jew skond id-destinazzjoni.”

2)

Il-paragrafu 4a huwa miżjud:

“4a   Il-miżuri previsti fil-paragrafu 4 jistgħu jiġu adottati wkoll meta l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta' esportazzjoni għandhom x'jaqsmu ma' kwantitajiet li jaqbżu jew jistgħu jaqbżu l-kwantitajiet normali disponibbli għal destinazzjoni waħda jew grupp ta' destinazzjonijiet, u fejn l-ħruġ tal-liċenzji mitluba jġib miegħu r-riskju ta' l-ispekulazzjoni, tgħawwiġ tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi, jew tfixkil fil-kummerċ ikkonċernat jew fis-suq tal-Komunità.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1741/2004

tas-7 ta’ Ottubru 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (1) u partikolarment l-Artikolu 26(3) tiegħu, u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti agrikoli,

billi:

(1)

Meta l-liċenzji ta’ l-importazzjoni jintużaw sabiex jistabbilixxu d-dazju fuq l-importazzjoni preferenzjali taħt kwoti ta’ tariffi, jista' jkun hemm riskju ta' frodi billi jintużaw liċenzji falsifikati, b'mod partikolari, f'każijiet fejn hemm differenza kbira bejn id-dazju sħiħ jew id-dazju mnaqqas jew dak żero. Sabiex jitnaqqas dan il-periklu ta’ frodi, għandu jkun hemm mekkaniżmu sabiex tiġi vverifikata l-awtentiċita' tal-liċenzji ppreżentati.

(2)

Għalhekk huwa xieraq li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (2) jiġi emendat.

(3)

Il-miżuri stabbiliti b'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjonijiet tal-Kumitati ta' Ġestjoni kollha kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-paragrafu 5 li ġej għandu jiżdied:

“5.   L-uffiċċju doganali li jaċċetta d-dikjarazzjoni ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa għandu jżomm kopja tal-liċenzja jew l-estratt ippreżentat li jagħti d-dritt għal arranġamenti preferenzjali. Fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, għandhom jintbagħtu lill-korp tal-ħruġ indikat fuq il-liċenzji, kopji ta’ mill-inqas 1 % tal-liċenzji ppreżentati, u mill-inqas żewġ liċenzji kull sena u għal kull uffiċċju doganali sabiex tiġi vverifikata l-awtentiċita’ tagħhom. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu m'għandhomx japplikaw għal liċenzji elettroniċi jew liċenzji li għalihom ir-regoli tal-Komunità jistabbilixx metodu ta’ verifika ieħor”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 636/2004 (ĠU L 100, 6.4.2004, p. 25).


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1750/2004

tal-8 ta’ Ottubru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta’ organizzazzjoni komuni tas-swieq fiż-żjut u x-xaħmijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 35a tiegħu,

billi:

(1)

Skond l-Artikolu 5(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (2) (KE) Nru 1019/2002, l-indikazzjonijiet tal-proprjetajiet organolettiċi jistgħu jidhru fuq it-tikketta biss jekk ikunu bbażati fuq ir-riżultati ta’ metodu ta’ analiżi stipulat fir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (3).

(2)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91, il-karatterisitċi organolettiċi għandhom jiġu evalwati skont il-metodu stipulat fl-Anness XII ta’ dak ir-Regolament L-attributi pożittivi elenkati f’dak l-Anness biss jistgħu jintużaw. Madankollu, jirriżulta li minħabba n-numru żgħir ħafna ta’ karatteristiċi organolettiċi elenkati fl-Anness XII, il-kummerċjanti qed jiltaqgħu ma' diffikultajiet huma u jiddeskrivu l-karatteristiċi organolettiċi taż-żjut tagħhom fuq it-tikketti.

(3)

Minħabba li f’dan il-mument, ma hemm l-ebda metodu objettiv ta’ verifika ta’ ċerti karatteristiċi organolettici li jsaħħu bil-kbir iż-żjut verġni taż-żebbuġa f'dak li gġandu x'jaqsam ma' toghma, riħa jew kulur, dawn kwalitajiet ma jistgħux jissemmew fuq it-tikketta. Barra minn hekk, il-kwalitajiet organolettiċi pożitivi msemmija fl-Anness XII għar-Regolamenti (KEE) Nru 2568/91 ma jippermettux li tiġi koperta l-firxa kollha ta' tipi differenti ta' żebbuġ u togħmiet ta' żjut verġni taż-żebbuġa.

(4)

Minħabba li x-xogħol ta’ riċerka fuq metodi ġodda ta’ evalwazzjoni organolettiċi jippermettu li titwessa' li l-firxa tal-attributi pożittivi taż-żjut verġni taż-żebbuġa li nbeda minn organizzazzjoni internazzjonali għadhom għaddejjin u x’aktarx se jieħdu aktar żmien milli kien previst fl-2003, jeħtieġ li tiġi stabbilita skadenza li tippermetti l-implimentazzjoni ta' dawn il-metodi. Għalhekk jeħtieġ li d-data meta jibda japplika l-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 tiġi posposta. Id-data tal-1 ta' Lulju 2006 bħala data li fiha jibda japplika dan l-Artikolu hija konformi mad-data li fiha tibda l-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 2006/2007.

(5)

Ghalhekk jaqbel li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1019/2002.

(6)

Id-dispożizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament huma conformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijie,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-ewwel Artikolu

Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002, it-tielet inċiż huwa midbul bit-test li ġej:

“L-Artikolu 5(c), japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 172, 30.9.1966, p. 3025/66. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97).

(2)  ĠU L 155, 14.6.2002, p. 27. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 406/2004 (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 10).

(3)  ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1989/2003 (ĠU L 295, 13.11.2003, p. 57).


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1842/2004

tat-22 ta' Ottubru 2004

li jawtorizza l-koeżistenza tad-denominazzjoni “Munster jew Munster-géromé” rreġistrata bħala Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 u d-denominazzjoni mhux irreġistrata “Münster Käse” bħala referenza għall-isem ta' post fil-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (2)irreġistra għal Franza d-denominazzjoni “Munster jew Munster-géromé” bħala Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta. B'segwitu għall-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 il-Ġermanja kellha twaqqaf l-użu tad-denominazzjoni mhux reġistrata “Münster Käse” sa mhux aktar tard mill-21 ta' Ġunju 2001.

(2)

L-Artikolu 13(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, kif miżjud bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 692/2003 (3), jipprovdi għall-koeżistenza ta' denominazzjoni reġistrata u mhux reġistrata f’kundizzjonijiet stretti ħafna u għal perjodu ta' żmien limitat.

(3)

Fl-1 ta' Ottubru 2003 l-Kummissjoni rċeviet talba mill-amministrazzjoni Ġermaniża biex tawtorizza l-koeżistenza tad-denominazzjoni reġistrata “Munster jew Munster-géromé (DOP)” u d-denominazzjoni mhux reġistrata “Münster Käse” għal ħmistax-il sena.

(4)

Münster hija belt fil-Ġermanja u d-denominazzjoni “Münster Käse” ilha soġġetta għal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-Ġermanja mill-1934 u ma nstab l-ebda tagħrif li d-denominazzjoni ma kinitx qed tintuża legalment b'mod konsistenti u ġust għal talanqas 25 sena qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 fis-26 ta' Lulju 1993.

(5)

Il-ġobon bid-denominazzjoni “Münster Käse” ilu jkun ikkumerċalizzat skont il-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar il-kwalitajiet ta' ġobnijiet mill-1951. Għalhekk, id-denominazzjoni mhux reġistrata “Münster Käse” ma setgħatx tgawdi mir-reputazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini “Munster jew Munster-géromé” li kienet irreġistrata fi Franza fl-1969 u skont ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92 fl-1996.

(6)

Sabiex jiġi evitat li l-pubbliku jiġi żgwidat fir-rigward tal-oriġini vera, it-tikketta tal-ġobon “Münster Käse” tindika l-Ġermanja bħala l-pajjiż tal-oriġini, kif miftiehem fl-1973 bejn il-Ġermanja u Franza. L-obbligu dwar it-tikkettar baqa' skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Ma nstab l-ebda tagħrif dwar il-fatt li l-pubbliku kien jew jista' jkun żgwidat fir-rigward tal-oriġini vera tal-ġobon “Münster Käse”.

(7)

L-awtoritajiet Ġermaniżi semmew il-problema li tirriżulta mill-inklużjoni ta' denominazzjonijiet identiċi permezz tal-ittra tas-6 ta' Marzu 1996 lill-Kummissjoni u għalhekk, qabel ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Munster jew Munster-géromé” (PDO) bir-Regolament (KE) Nru 1107/96 tal-21 ta' Ġunju 1996.

(8)

Għalhekk, il-koeżistenza tad-denominazzjoni Franċiża reġistrata “Munster jew Munster-géromé” (DOP) u d-denominazzjoni mhux reġistrata “Münster Käse” li tirreferi għal post fil-Ġermanja tissodisfa l-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Denominazzjonijiet tal-Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-denominazzjoni “Münster Käse” għandha tkun awtorizzata tikkoeżisti mad-denominazzjoni “Munster jew Munster-géromé” rreġistrata bħala Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92.

2   Il-perjodu ta' koeżistenza għandu jiskadi fi żmien ħmistax-il sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u wara dan iż-żmien id-denominazzjoni mhux reġistrata ma għandhiex tibqa' tintuża.

3.   Il-Ġermanja bħala l-pajjiż tal-oriġini għandha tidher b'mod ċar u viżibbli fuq it-tikketta tal-ġobon bid-denominazzjoni “Münster Käse”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 21).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1-10, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1345/2004 (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 14).

(3)  ĠU L 99, 17.4.2003, p. 1.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1898/2004

tad-29 ta' Ottubru 2004

li jissupplimenta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar l-iskrizzjoni ta' isem fir-“Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Terre Tarentine) — [DPO]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu;

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Terre Tarentine” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2)

(2)

Peress li l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni, dan l-isem għandu għalhekk jitniżżel fir-“Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isem imniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament qed jinżied fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 21).

(2)  ĠU C 31, 5.2.2004, p. 2 (Terre Tarentine)


ANNESS

PRODOTTI TAL-ANNESS TAT-TRATTAT INTIŻI GĦALL-ALIMENTAZZJONI TAL-BNIEDEM

Xaħam (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

L-ITALJA

Terre Tarentine (DPO)


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1902/2004

tad-29 ta' Ottubru 2004

li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini stipulata fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini (Les Garrigues)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-awtoritajiet ta’ Spanja ressqu talba għall-emendar taż-żona ġeografika fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini “Les Garrigues”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (2).

(2)

L-iskrutinju tat-talba wera li l-emendi proposti mhumiex minuri.

(3)

Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 u billi l-emendi mhumiex minuri, il-proċedura tal-Artikolu 6 għandha tiġi applikata mutatis mutandis.

(4)

L-emendi proposti tqiesu konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn l-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (3).

(5)

Għaldaqstant, l-emendi għandhom jiġu rreġistrati u ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi li jinsabu fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati u ppubblikati skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Sinteżi tal-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 21).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1354/2004 (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 14).

(3)  ĠU C 187, 7.8.2003, p. 7 (Les Garrigues).


ANNESS I

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2081/92

Emenda għall-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni protetta tal-oriġini (L-Artikolu 9)

Nru tal-KE: ES/0070/24.01.1994

1.

Denominazzjoni rreġistrata: “Les Garrigues”

2.

Emendi mitluba:

Intestatura tal-ispeċifikazzjoni:

Image

Isem

Image

Deskrizzjoni

Image

Żona ġeografika

Image

Prova tal-oriġini

Image

Metodu tal-produzzjoni

Image

Rabta

Image

Tikkettar

Image

Kundizzjonijiet nazzjonali

Emenda/i:

It-tibdil jirrigwarda t-tkabbir taż-żona ġeografika ta’ din id-denominazzjoni sabiex tinkludi l-komuni li ġejjin:

Reġjun

Komun

Les Garrigues

Tarrès

El Segrià

Aitona (il-bqija)

Alcarràs

La Granja d'Escarp

Massalcoreig

Seròs (il-bqija)

Soses

Torres del Segre

F'dak li għandu x'jaqsam mar-rabta mal-ambjent tal-madwar (l-istorja, il-kundizzjonijiet tal-ħamrija, l-art u l-klima), iż-żona ġeografika mkabbra fiha l-istess grad ta’ omoġenjità bħalma kellha qabel it-tkabbir; hija konformi mal-elementi kollha essenzjali tal-ispeċifikazzjoni ta’ din id-denominazzjoni protetta tal-oriġini, imniżżla fir-reġistru Komunitarju tat-tkabbir taż-żebbuġ, u tipproduċi żejt taż-żebbuġa extraverġni bl-istess karatteristiċi bħaż-żejt protett.


ANNESS II

SINTEŻI KONSOLIDATA

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92

“LES GARRIGUES”

Nru tal-KE: ES/0070/24.01.1994

DPO (X) IĠP ( )

Din is-sinteżi tiġbor fil-qosor l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni għal skopijiet informattivi biss. Għall-infomazzjoni kompluta, partikolarment għall-produtturi tal-prodotti koperti bid-DPO jew bl-IĠP kkonċernata, ara l-verżjoni kompluta tal-ispeċifikazzjoni, li tista' tinkiseb fuq livell nazzjonali jew mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea (1).

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem

:

Subdirección General de Sistemas de Calidad Diferenciada. Dirección General de Alimentación. Secretaría General de Agricultura y Alimentación. Ministerio de Agricultura Pesca y Alimentación de España.

Indirizz

:

Po Infanta Isabel, 1, E- 28071 — Madrid

Telefon

:

(34-91) 347 53 94

Feks

:

(34-91) 347 54 10

2.   Grupp:

Isem

:

CONSEJO REGULADOR DE LA D.O.P. “LES GARRIGUES”

Indirizz

:

Complex la Caparrella 97 1a planta. 25192 Lleida

Telefon

:

973 28 04 70

Fax

:

973 26 04 27

Kompożizzjoni

:

produtturi/proċessuri (X) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott: żejt verġni taż-żebbuġa — Klassi 1.5

Speċifikazzjoni: (sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2))

4.1.   Isem: “Les Garrigues”

4.2.   Deskrizzjoni:

Żejt taż-żebbuġa li jinkiseb mill-varjetajiet taż-żebbuġ “Arbeguina” u “Verdiell”. Aċidità ta' anqas minn 0.5°; indiċi ta’ perossidu: 15; umdità ta' anqas minn 0.1 %. Issir distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ żejt: iż-żejt b'togħma ta’ frott u ż-żejt ħelu. Iż-żejt b'togħma ta’ frott għandu lewn ħadrani u togħma tal-lewż morr. Iż-żejt ħelu għandu lewn isfar u togħma ħelwa.

4.3.   Żona ġeografika:

Din iż-żona tinsab fix-Xlokk tal-provinċja ta’ Lleida, u tinkludi l-komuni ta' Les Garrigues, El Segriá u L'Urgel. Il-komuni li jifformaw din iż-żona ġeografika huma dawn li ġejjin:

Reġjun

Komun

Les Garrigues

Albagés, l'; Albi, l'; Arbeca; Bellaguarda; Borges Blanques, les; Bovera; Castelldans; Cervià de les Garrigues; Cogul, el; Espluga Calba, l'; La Floresta; Fulleda; Granyena de les Garrigues; Granadella, la; Juncosa; Juneda (sal-limitu tat-triq minn Lleida sa Tarragona); Omellons, els; Pobla de Cérvoles, la; Soleràs, el; Tarrés;Torms, els; Vilosell, el; Vinaixa

El Segrià

Aitona; Alcanó; Alcarràs; Alfés; Almatret; Aspa; Granja d'Escarp, la; Llardecans; Maials; Massalcoreig; Sarroca de Lleida; Seròs; Soses; Sunyer (limitu tal-kanal ta’ Seròs); Torrebesses; Torres de Segre

L'Urgell

Belianes; Ciutadilla; Guimerà; Maldà; Nalec; Omells de Na Gaia, els; San Martí de Riucorb; Vallbona de les Monges; Verdú

4.4.   Prova tal-oriġini:

Iż-żejt jingħasar minn żebbuġ tal-varjetajiet awtorizzati, li joriġinaw mill-imsaġar taż-żebbuġ irreġistrati f'azjendi mniżżla taħt il-kontroll tal-Consejo regulador (Kunsill regolatorju).

4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

Iż-żejt jingħasar minn żebbuġ b'saħħtu u nadif, skont metodi ta’ estrazzjoni xierqa li ma jibdlu bl-ebda mod il-karatteristiċi tal-prodott.

4.6.   Rabta:

Il-ħamrija hija tat-tip kalkarju, ratba, ta’ konsistenza taflija u bil-ħama, lewn ħamrani skur jew safrani fil-kannella. Il-klima hija kontinentali. It-tkabbir, il-ħsad u l-produzzjoni huma kkontrollati.

4.7.   Organu ta' spezzjoni:

Isem

:

Consejo Regulador D.O.“Les Garrigues”

Indirizz

:

Complex la Caparrella 97 1a planta. — E-25192 Lleida

Telefon

:

(34-973) 28 04 70

Fax

:

(34-973) 26 04 27

Il-kunsill regolatorju tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Les Garrigues” huwa konformi mal-istandard EN 45011.

4.8.   Tikkettar:

Tikketti awtorizzati mill-kunsill regolatorju, bil-kliem: Denominación de Origen “Les Garrigues” aceite virgen (Denominazzjoni tal-oriġini “Les Garrigues” żejt verġni taż-żebbuġa). It-tikketti ta’ wara jiġu nnumerati u jinħarġu mill-kunsill regolatorju.

4.9.   Rekwiżiti legali nazzjonali (fejn xieraq)

Ley 25/1970, de 2 de diciembre. Orden de 10 de mayo de 1987 por la que se reglamenta la Denominación de Origen “Borjas Blancas” y su Consejo Regulador. Orden de 9 de agosto de 1993 por la que se sustituye el nombre de la D.O. “Borjas Blancas” por el de D.O. “Les Garrigues”.


(1)  Il-Kummissjoni Ewropea — Direttorat Ġenerali tal-Agrikultura — L-Unità “Politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli” — B-1049 Brussell.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1903/2004

tad-29 ta' Ottubru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3149/92 li jistabbilixxi termini u kundizzjonijiet dwar l-applikazzjoni għall-provvista tal-oġġetti tal-ikel minn ħażniet ta' intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta' Diċembru 1987, li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-provvista tal-ikel minn stokkijiet tal-intervent lil organizzazzjonijiet indikati għad-distribuzzjoni lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3149/92 (2) waqqaf id-dispożizzjonijiet ta' applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3730/87 għall-provvista tal-oġġetti tal-ikel minn stokkijiet tal-intervent maħsuba għat-tqassim lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità, minn organizzazzjonijiet tal-karità maħtura mill-Istati Membri.

(2)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni aktar standardizzata fl-Istati Membri li qed jipparteċipaw f'din l-azzjoni, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kunċett ta' “benefiċjarji” jew ta' “destinatarji finali” fil-miżura. Sabiex titħaffef il-ġestjoni kif ukoll il-kontroll tal-eżekuzzjoni tal-pjan annwali, stipulat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, huwa xieraq li jiġi previst li l-organizzazzjonijiet ta' karità maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jitqiesu bħala destinatarji finali minħabba li huma jiżguraw it-tqassim effettiv tal-oġġetti tal-ikel fil-livell lokali fejn jgħixu l-persuni l-aktar fil-bżonn, taħt ċerti forom.

(3)

Għandu jiġi enfasizzat li l-implimentazzjoni tal-pjan, f'kull Stat Membru li jieħu sehem fl-azzjoni, trid tkun ipprogrammata, segmentata u regolari, f'dak li għandu x'jaqsam mal-irtirar tal-prodotti tal-istokkijiet tal-intervent kif ukoll mat-twettiq tal-fażijiet ulterjuri sat-tqassim lill-benefiċjarji jew id-destinatarji finali, bl-iskop li jintlaħaq l-għan tal-azzjoni Komunitarja u jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti ta' ġestjoni tajba tal-istokkijiet ta' intervent. Għal dawn l-għanijiet, l-irtirar tal-istokkijiet ta' intervent iridu jitħaddmu fil-biċċa l-kbira tagħhom qabel l-1 ta' Lulju tas-sena ta' implimentazzjoni tal-pjan. Fil-qasam tal-prodotti tal-ħalib, il-karatteristiċi ta' suq sensittiv ħafna, u b'mod partikolari l-impatt tad-dħul mill-ġdid tal-prodotti fis-suq, iwasslu għall-previżjoni tas-sospensjoni tal-irtirar tal-prodotti tal-istokkijiet pubbliċi, fil-qafas tal-eżekuzzjoni tal-azzjoni kkonċernata, matul il-perjodi fejn huwa possibbli x-xiri mill-entitajiet ta' intervent. Iridu jiġu implimentati miżuri xierqa mill-Istati Membri, li jinvolvu pieni progressivi skont id-dewmien biex jieħdu r-responsabilità ta' dawn il-prodotti.

(4)

Jeħtieġ li jiġi speċifikat it-tip ta' kontrolli li huma l-aktar xierqa fl-ambitu tal-implimentazzjoni tal-pjan annwali, b'mod partikolari r-rati ta' kontrolli li jridu jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti. Il-kontrolli speċifiċi għal din l-azzjoni Komunitarja jridu jitwettqu filwaqt li titqies l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92 li jistabilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta' prodotti minn intervent (3). Ir-rapporti annwali tal-implimentazzjoni tal-pjan iridu jinkludu d-dejta li tippermetti li jiġu ddeterminati r-riżultati ta' dawn il-kontrolli u b'hekk l-eżekuzzjoni tal-azzjoni.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3149/1992 għandu jkun emendat skont dan. Il-bidliet iridu jidħlu fis-seħħ malli tibda l-implimentazzjoni tal-pjan annwali 2005.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni kkonċernati.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 3149/92 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 1:

“3.   Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament: ‘il-persuni l-aktar fil-bżonn’ tfisser persuni fiżiċi, individwi jew familji jew gruppi magħmula minn dawn il-persuni, li għandhom qagħda ta' dipendenza soċjali u finanzjarja stabbilita jew meqjusa fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li qed jospitahom, jew determinati fir-rigward ta' kriterji fil-qasam li jadottaw l-organizzazzjonijiet ta' karità li jaġixxu f'isimhom u li huma approvati mill-awtoritajiet kompetenti.”

2.

L-Artikolu 3 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Artikolu 3

1.   Il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-pjan g]andu jibda fl-1 ta’ Ottubru u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara.

2.   L-irtirar tal-prodotti mill-istokkijiet tal-intervent g]andu jseħħ mill-1 ta' Ottubru sal 31 ta' Awwissu tas-sena ta' wara, fuq bażi regolari u skont ir-rekwiżiti tal-implimentazzjoni tal-pjan.

Sebgħin fil-mija (70 %) tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(3)(1)(b) jeħtiġilhom ikunu rtirati mill-istaokk qabel l-1 ta’ Lulju fis-sena tal-implimentazzjoni dan ir-rekwiżit ma għandux jgħodd għal allokazzjonijiet ta’ 500 tunnellata jew anqas, madankollou. Kwalunkwe kwantità lima tkunx ġiet irtirata mill-istokkijiet ta’ intervent sat-30 ta’ Settembru tas-sena tal-implimentazzjoni tal-pjna ma tibqax allokata lill-Istat Membru li għalih kienet assenjata skont il-pjan in kwistjoni

Madankollu, fil-każ tal-butir u t-trab tal-ħalib xkumat, jeħtieġ li 70 % tal-prodotti ikunu rtirati mill-istokkijiet ta’ intervent sal-1 ta’ Marzu fis-sena tal-implimentazzjoni fil-każ tal-pjan tal-2005, u qabel l-1 ta’ Frar b’effett mill-pjan tal-2006. Dan ir-rekwiżit, madankollu, ma għandux japplika għal ritirati ta’ 500 tunnellata jew anqas.

Il-prodotti li se jiġu rtirati għandhom jitneħħew mill-ħażniet ta' intervent fi żmien 60 jum minn meta l-offerta tingħata lill-offerent rebbieħ.

3.   Matul il-perjodu ta' implimentazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull tibdila li jagħmlu fl-implimentazzjoni tal-pjan fit-territorju tagħhom fil-limiti stretti tal-mezzi ta' finanzjament disponibbli għalihom. In-notifika għandha tkun akkompanjata bl-informazzjoni kollha xierqa. Fejn bidliet issostanzjati jikkonċernaw 5 % jew aktar tal-kwantitajiet jew valuri mdaħħla għal kull prodott fil-pjan tal-Komunità, il-pjan għandu jiġi rrivedut.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bi tnaqqis previdibbli fl-infiq għall-applikazzjoni tal-pjan. Il-Kummissjoni tista' talloka r-riżorsi disponibbli lil Stati Membri oħra, abbażi tal-applikazzjonijiet tagħhom u l-użu reali tagħhom ta' prodotti magħmula disponibbli u allokazzjonijiet magħmula matul is-snin finanzjarji ta' qabel.”

3.

Għandu jiżdied l-Artikolu 5(ii) li ġej:

“Artikolu 5(a)

Bl-iskop ta' tqassim tal-oġġetti tal-ikel lil persuni li għandhom l-aktar bżonn u sabiex iwettqu kontrolli, l-organizzazzjonijiet tal-karità li jieħdu ħsieb direttament il-benefiċjarji se jitqiesu li huma d-destinatarji finali ta' dan it-tqassim jekk ikunu huma li effettivament iqassmu l-oġġetti tal-ikel. Oġġetti tal-ikel li, mingħajr ebda intervent ieħor, jitqassmu direttament lill-benefiċjarji bħala pakketti tal-ikel jew ikliet xierqa, skont il-każ, kemm kuljum jew kull ġimgħa, se jitqiesu li jkunu tqassmu.”

4.

L-Artikolu 9 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 9

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li

(a)

il-prodotti ta' intervent, u, fejn ikun xieraq, permessi għal-immobilizzar fis-suq tal-oġġetti tal-ikel jintużaw u jservu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3730/87;

(b)

l-oġġetti li ma jiġux ikkonsenjati bil-grossa lid-destinatarji għandhom din it-kitba fuq l-imballaġġ ‘għajnuna tal-KE’;

(c)

l-organizzazzjonijiet karitattivi maħtura biex jimplimentaw il-miżuri għandhom iżommu l-kontijiet xierqa u d-dokumenti ta’ sostenn kollha u jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti biex ikollhom aċċess għalihom biex ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli meħtieġa;

(d)

is-sejħiet għall-offerti huma skont l-Artikoli 3 u 4 u l-provvisti jiġu implimentati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kontrolli tal-awtoritajiet kompetenti jitwettqu minn meta jinħarġu l-istokkijiet ta' intervent, sal-istadji kollha tal-proċess ta' implimentazzjoni tal-pjan u partikolarment fil-livelli kollha tal-katina ta' tqassim, sal-livell lokali li fih jitwettaq it-tqassim effettiv. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu matul il-perjodu sħiħ ta' implimentazzjoni tal-pjan.

Il-kontrolli għandhom ikopru mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet għal kull tip ta' prodotti elenkati fil-pjan, filwaqt li titqies kwalunkwe emenda tal-pjan. Dawn ir-rati ta' kontroll għandhom jiġu applikati għal kull stadju tal-proċess ta' implimentazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-kriterji tar-riskji.

Il-kontrolli għandhom l-għan li jivverifikaw id-dħul u l-ħruġ tal-prodotti u t-trasferiment tagħhom lil operaturi suċċessivi. Huma jinkludu wkoll paragun bejn l-istokkijiet kif jidhru fil-kontijiet u l-istokkijiet fiżiċi tal-prodotti magħżula għall-ispezzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-operat tal-implimentazzjoni tal-pjan jitħaddem kif suppost u li jipprevjenu u jippenalizzaw l-irregolaritajiet. Għal dan l-għan, huma b'mod partikolari jistgħu jissospendu l-parteċipazzjoni tal-operaturi fil-proċeduri kompetittivi tas-sejħa għall-offerti u l-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-karità fl-implimentazzjoni tal-pjan skont is-serjetà ta' kwalunkwe nuqqas jew irregolarità osservati fil-pjan ta' implimentazzjoni.”

5.

Fl-Artikolu 10, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Ir-rapport jispeċifika l-miżuri ta’ kontroll li ġew applikati biex ġie żgurat li l-oġġetti kisbu l-għanijiet maħsuba għalihom u li waslu għand id-destinatarji finali. Dan ir-rapport għandu jsemmi b'mod partikolari it-tip u l-għadd ta' kontrolli mwettqa, ir-riżultati li nkisbu kif ukoll kwalunkwe każ ta' applikazzjoni ta' sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(3). Ir-rapport għandu jitqies bħala fattur deċisiv meta jitfasslu pjanijiet annwali sussegwenti.”

6.

L-Artikolu 10a għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Artikolu 10a

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw bla ħsara għar-Regolament (KEE) Nru 3002/92.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċcjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-ewwel jum tal-implimentazzjoni tal-pjan annwali 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1 Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2535/95 (ĠU L 260, 31.10.1995, p. 3).

(2)  ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2339/2003 tat-30.12.2003 (ĠU L 346, 31.12.2003, p. 65).

(3)  ĠU L 301, 17.10.1992, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 770/96 (ĠU L 104, 27.4.1996, p. 13).


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1969/2004

tas-16 ta' Novembru 2004

li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 96/2004 li jadatta diversi regoli fuq iz-zokkor li jitpoġġa fis-suq minħabba s-sħubija tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba żball, ir-Regolament tal-Kummisssjoni (KE) Nru 96/2004 (1) ma għamilx l-aġġustamenti meħtieġa, minħabba t-tkabbir tal-Unjoni, fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/95 tas-27 ta' Ġunju 1995 dwar regoli speċjali għall-applikazzjoni ta' sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni fil-qasam taz-zokkor (2).

(2)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 96/2004 għandu jiġi emendat billi jiġu inklużi l-indikazzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1464/95 bil-lingwi tal-Istati Membri ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 96/2004, għandu jiddaħħal il-punt 2a illi ġej:

“2a   Fl-Artikolu 7, paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“2a‘2.   Fir-rigward taz-zokkor, il-ġulepp miz-zokkor, l-isoglukosju u l-ġulepp tal-inulina kif imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a), (d), (f), (g) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 importati fil-Komunità skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000, l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzja għandu jkun fihom:

f'Taqsima 20 tal-inqas waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

Reglamento (CE) no 2007/2000

nařízení (ES) 2007/2000

forordning (EF) nr. 2007/2000

Verordnung (EG) Nr. 2007/2000

määrus (EÜ) nr 2007/2000

κανονισμός (EK) αριθ. 2007/2000

Regulation (EC) No 2007/2000

règlement (CE) no 2007/2000

regolamento (CE) n. 2007/2000

regula (EK) Nr. 2007/2000

reglamentas (EB) Nr. 2007/2000

2007/2000/EK rendelet

Regolament (KE) Nru 2007/2000

Verordening (EG) nr. 2007/2000

rozporządzenie (WE) nr 2007/2000

Regulamento (CE) n.o 2007/2000

nariadenie (ES) 2007/2000

Uredba (ES) št. 2007/2000

asetus (EY) N:o 2007/2000

förordning (EG) nr. 2007/2000,

f'Taqsima 8 l-isem tal-pajjiż tal-oriġini tal-prodott.

Il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tagħmel obbligatorja l-importazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000 mill-pajjiż speċifikat fil-liċenzja.

“2a3.   Fir-rigward taz-zokkor, il-ġulepp miz-zokkor, l-isoglukosju u l-ġulepp tal-inulina kif imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a), (d), (f), (g) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 importati fil-Komunità skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2001/330/KE, l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzja għandu jkun fihom:

f'Taqsima 20 mill-inqas waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

Decisión 2001/330/CE del Consejo

Rozhodnutím Rady 2001/330/ES

Rådets afgørelse 2001/330/EF

Beschluss 2001/330/EG des Rates

Nõukogu otsusega 2001/330/EÜ

Απόφαση 2001/330/ΕΚ του Συμβουλίου

Council Decision 2001/330/EC

décision 2001/330/CE du Conseil

decisione 2001/330/CE del Consiglio

Padomes Lēmumu 2001/330/EK

Tarybos sprendime 2001/330/EB

2001/330/EK tanácsi határozat

id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/330/KE

Besluit 2001/330/EG van de Raad

decyzja Rady 2001/330/EG

Decisão 2001/330/CE do Conselho

Rozhodnutím Rady 2001/330/ES

Sklepom Sveta 2001/330/ES

Neuvoston päätös 2001/330/EY

Rådets Beslut 2001/330/EG,

f'Taqsima 8 l-isem tal-pajjiż tal-oriġini tal-prodott.

Il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tagħmel obbligatorja l-importazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2001/330/KE mill-pajjiż speċifikat fil-liċenzja.

“2a4.   Fir-rigward taz-zokkor, il-ġulepp miz-zokkor, l-isoglukosju u l-ġulepp tal-inulina kif imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a), (d), (f), (g) u (h) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001 importati fil-Komunità skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2001/868/KE, l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzja għandu jkun fihom:

f'Taqsima 20 mill-inqas waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:

Decisión 2001/868/CE del Consejo

Rozhodnutím Rady 2001/868/ES

Rådets afgørelse 2001/868/EF

Beschluss 2001/868/EG des Rates

Nõukogu otsusega 2001/868/EÜ

Απόφαση 2001/868/ΕΚ του Συμβουλίου

Council Decision 2001/868/EC

décision 2001/868/CE du Conseil

decisione 2001/868/CE del Consiglio

Padomes Lēmumu 2001/868/EK

Tarybos sprendime 2001/868/EB

2001/868/EK tanácsi határozat

id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/868/KE

Besluit 2001/868/EG van de Raad

decyzja Rady 2001/868/EG

Decisão 2001/868/CE do Conselho

Rozhodnutím Rady 2001/868/ES

Sklepom Sveta 2001/868/ES

Neuvoston päätös 2001/868/EY

Rådets Beslut 2001/868/EG,

f'Taqsima 8, l-isem tal-pajjiż tal-oriġini tal-prodott.

Il-liċenzja tal-importazzjoni għandha tagħmel obbligatorja l-importazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2001/868/KE mill-pajjiż speċifikat fil-liċenzja.’”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta' Novembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 15, 22.1.2004, p. 3.

(2)  ĠU L 144, 28.6.1995, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 96/2004.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI  (KE) Nru 1974/2004

tad-29 ta’ Ottubru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u (9), 145(c) u (d) u 155 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Nru 795/2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa (2), jintroduċi r-regoli implimentattivi għal skemi ta’ ħlas uniku li se japplikaw mill-2005. L-implimentazzjoni amministrattiva u operattiva tal-iskema li bdiet, fuq dik il-bażi, fuq livell nazzjonali ta’ dak ir-Regolament, uriet il-ħtieġa għal aktar regoli dettaljati dwar ċerti aspetti tal-iskema u biex ikunu ċċarati ċerti aspetti tar-regoli eżistenti.

(2)

Wara l-pubblikazzjoni (3) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004, jidher li xi referenzi għar-Regolament (KE) Nru 796/2004 kienu ppubblikati ħażin. Jixraq għalhekk li jiġu kkoreġuti.

(3)

L-għan tal-Artikolu 46(2) it-2 subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa li jippermetti t-trasferiment ta’ intitolamenti ta’ ħlas mingħajr art taħt kondizzjonijiet speċifiċi. L-Artikolu 46(2) l-1 subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprevedi b’mod ċar li l-bejgħ ta’ intitolamenti ta’ ħlas huwa possibbli biss mingħajr art. Sabiex jiġi evitat li t-tieni subparagrafu jista’ jiftiehem ħażin u jirriżulta li ssir mingħajr oġġett id-dispożizzjoni tal-ewwel subparagrafu ta’ dak l-Artikolu, għalhekk jixraq minħabba ċ-ċarezza li jkun ippreċiżat li t-trasferiment imsemmi f’dak it-tieni subparagrafu jirrefri biss għall-bejgħ ta’ intitolamenti ta’ ħlas mingħajr art u mhux għall-kiri ta’ intitolamenti ta’ ħlas li mhuwiex possibbli mingħajr art.

(4)

Għal raġunijiet amministrattivi, sabiex ikun limitat il-ħolqien ta’ frazzjonijiet ta’ intitolamenti ta’ ħlas sakemm huwa meħtieġ, jixraq li tkun prevista regola li, ladarba l-intitolamenti kollha jkunu intużaw, l-intitolamenti użati parzjalment għandhom ikunu kkunsidrati bħala użati għal kollox waqt li jingħata d-dritt għal ħlas proporzjonali għall-art iddikjarata u, fil-każ ta’ trasferiment, qabel ma jkun diviż intitolament eżistenti, għandhom jintużaw il-frazzjonijiet kollha eżistenti.

(5)

L-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprevedi li l-ħlasijiet fil-perjodi ta’ referenza huma dawk mogħtija jew li għandhom jingħataw f’dak il-perjodu. L-Anness VII iżid li t-tnaqqis li jirriżulta mill-applikazzjoni taż-żoni bażi, limiti massimi jew limitazzjonijiet kwantitattivi oħra bażiċi għandhom ikunu kkunsidrati. Għalhekk jixraq, f’ġieħ iċ-ċarezza, li jkun speċifikat li t-tnaqqis u l-esklużjonijiet applikati skont ir-Regolament (KE) Nru 2419/2001 (4) m’għandhomx ikunu kkunsidrati għall-ħlasijiet diretti kollha li ssir referenza għalihom fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 sabiex ma jkunux ipperpetwati t-tnaqqis u l-esklużjonijiet applikati għal dak il-perjodu. Għalhekk in-numru ta’ annimali u ettari determinati fil-ħin tal-istabbiliment tal-intitolamenti ta’ ħlas għandhom ikunu kkunsidrati mingħajr ħsara għal aktar kontrolli u l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) 2988/95 (5).

(6)

Il-bdiewa li krew jew biegħu ettari m’għandhomx jibbenefikaw mill-mekkaniżmu previst fl-Artikolu 7. Għalhekk huwa meħtieġ li l-art mibjugħa jew ittrasferita għandha tkun inkluża fin-numru ta’ ettari li l-bidwi jiddikjara sabiex dawk l-ettari ma jibbenefikawx mill-mekkaniżmu.

(7)

L-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprevedi għall-applikazzjoni ta’ perjodu ta’ referenza differenti fil-każ ta’ każijiet ta’ diffikultà li jaffettwaw il-produzzjoni. Għalhekk jixraq li jkun speċifikat li l-applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu għandha ssir fuq il-bażi ta’ kull ħlas dirett imsemmi fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament li jikkorrispondi għall-produzzjonijiet differenti.

(8)

Rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 42(9) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jixraq li tkun speċifikata l-applikazzjoni tiegħu fil-każ tat-trasferiment ta’ drittijiet ta’ primjums u l-konsegwenzi dwar il-kalkolu tal-ammont ta’ referenza li jifdal fuq l-ettari li jifdal. Barra minn hekk, wara l-bdil tad-data mid-29 ta’ Settembru 2003 għall-15 ta’ Mejju 2004 introdotta bir-Regolament (KE) Nru 864/2004, sabiex ikun evitat li dak l-Artikolu, fejn applikat, jista’ jkollu effett fuq l-aspettativa leġittima tal-bdiewa li diġà kkonkludew kuntratti bejn it-30 ta’ Settembru 2003 u l-15 ta’ Mejju 2004 li huma konxji tal-applikazzjoni ta’ dik il-klawżola, jixraq li ssir previżjoni għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dak l-Artikolu f’każijiet bħal dawn.

(9)

Sabiex tiġi kkunsidrata l-possibbiltà għall-Istat Membru li jipprevedi għal aktar allokazzjoni ta’ ammont ta’ referenza fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku skont l-Artikolu 34(3) it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jixraq li tkun stabbilita d-data finali għall-istabbiliment definittiv ta’ intitolamenti ta’ ħlas fil-15 ta’ Awwissu waqt li fl-istess ħin tkun ikkunsidrata l-possibbiltà li l-Istati Membri jistabbilixxu data aktar tard fejn ir-raġunijiet amministrattivi jitolbu hekk. Jixraq li tiġi ppreċiżata ż-żona li d-daqs minimu jirreferi għaliha u meta kwantità definita għandha tkun iddikjarata.

(10)

Minħabba l-bdil fid-data mid-29 ta’ Settembru 2003 għall-15 ta’ Mejju 2004 introdotta bir-Regolament (KE) Nru 864/2004, għal raġunijiet ta’ konsistenza, l-istess data għandha tkun introdotta fid-dispożizzjonijiet relatati ma’ bdiewa f’sitwazzjonijiet speċifiċi.

(11)

Għandha tingħata konsiderazzjoni għal kwalunkwe att amministrattiv jew sentenza tal-qorti eventwali li jtemmu kontroversja bejn l-amministrazzjoni u l-bidwi fil-każ li din tirriżulta fl-allokazzjoni jew fiż-żieda ta’ intitolamenti ta’ ħlas. Din is-sitwazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala sitwazzjoni speċjali skont l-Artikolu 42 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u ttrattata konsegwentement.

(12)

Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikolu 43(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jipprevedi li ż-żona kollha għall-foraġġ fil-perjodu ta’ referenza għandha tkun inkluża fil-kalkolu tal-intitolamenti ta’ ħlas, sabiex ikun iffaċilitat il-kompitu tal-amministrazzjonijiet nazzjonali fl-istabbiliment tal-intitolamenti tal-ħlas provviżorji, jixraq li tingħatalhom il-possibbiltà li jikkunsidraw inumru ta’ żoni ta’ foraġġ iddikjarati fl-applikazzjoni tal-għajnuna għal żona qabel l-introduzzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku jew f’każ ta’ stabbiliment preliminari ta’ intitolamenti ta’ ħlas, waqt li lill-bidwi titħallielu l-possibbiltà li jipprova li ż-żona ta’ foraġġ tiegħu fil-perjodu ta’ referenza kienet inqas.

(13)

Ir-regoli implimentattivi preżenti dwar l-intitolamenti għal ħlas soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali jeħtieġ li jkunu kompluti jew speċifikati safejn jirrigwarda ċerti aspetti tal-istabbiliment u l-ġestjoni ta’ dawk l-intitolamenti.

(14)

Il-ħlasijiet ta’ estensifikazzjoni u ħlasijiet addizzjonali fis-setturi taċ-ċanga u l-vitella u n-nagħaġ u l-mogħoż imsemmija fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ingħataw f’perjodu ta’ referenza skont il-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-ammonti stabbiliti mill-Istati Membri u jistgħu jvarjaw minn sena għal oħra. Minħabba l-elementi li jinbidlu, jixraq għalhekk li l-Istati Membri kkonċernati jitħallew jikkunsidraw, skont kriterji oġġettivi, dawk il-kondizzjonijiet tal-eliġibbiltà differenti u tal-ammont meta l-ikkalkular tal-ammont ta’ referenza rigward dawk il-ħlasijiet, filwaqt li jiġu rispettati l-limiti massimi baġitarji. Rigward il-primjum tal-qatla, sabiex tkun iffaċilitata l-inklużjoni tar-reġim preżenti ta’ primjums fl-iskema ta’ ħlas uniku, il-limitu massimu preżenti msemmi fil-kalkolu msemmi fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 għandu jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tal-ammont ta’ referenza.

(15)

Sabiex tiġi kkunsidrata kwalunkwe diffikultà eventwali fl-applikazzjoni tal-mudell reġjonali, jixraq li ssir previżjoni għall-applikazzjoni tar-regoli eżistenti dwar każijiet ta’ diffikultà stabbilita fl-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(16)

Il-bdiewa li jipproduċu l-frott u l-ħxejjex u l-patata għall-mejda għandhom ikunu kkunsidrati meta jkunu applikati d-dispożizzjonijiet dwar sitwazzjonijiet speċjali.

(17)

Skont il-Kapitolu 6 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri l-ġodda għandhom japplikaw l-iskema ta’ ħlas uniku biss b’mod reġjonalizzat fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet eżistenti għall-mudell reġjonalizzat previst fl-Artikoli 58 sa 63 ta’ dak ir-Regolament. Għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku f’dawk l-Istati Membri, jixraq għalhekk li jkunu previsti l-istess regoli ddettaljati, li huma applikabbli, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 795/2004.

(18)

Fejn l-Istat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla prevista fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandha tkun stabbilita skadenza għan-notifika tad-deċiżjonijiet li dan ikun ikkunsidra skont l-Artikoli 58, 59, 61 sa 64 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 sabiex tippermetti lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-limiti massimi msemmija f’dawk l-Artikoli.

(19)

Skont l-Artikolu 60(2), l-Anness VII (B) u (D) l-aħħar subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-Kummmissjoni għandha tistabbilixxi żona massima għall-frott u l-ħxejjex, għalf imnixxef u patata għal-lamtu fuq il-bażi tad-dejta kkomunikata mill-Istati Membri. Għalhekk jixraq li tkun prevsita skadenza għal dawk il-komunikazzjonijiet.

(20)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta‘ Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-punti (b) u (e), ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandha tkun sostitwita bir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

(b)

Fil-punt (i) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-każ ta’ trasferiment ta’ intitolamenti ta’ ħlas mingħajr art imsemmi fl-Artikolu 46(2) subparagrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun ikkunsidrat bħala każ ta’ bejgħ ta’ intitolamenti ta’ ħlas mingħajr art.”

(2)

L-Artikolu 3(2) għandu jkun sostitwit bil-paragrafi li ġejjin:

“2.   Fejn bidwi, wara li jkun iddikjara skont l-Artikolu 44(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 l-intitolamenti ta’ ħlas sħiħ possibbli, jeħtieġ li jiddikjara intitolament ta’ ħlas li jakkumpanja kwantità definita li tammonta għal frazzjoni ta’ ettaru, u dan l-aħħar intitolament ta’ ħlas għandu jagħti d-dritt għal ħlas ikkalkulat pro rata għad-daqs tal-kwantità definita u dan għandu jitqies bħala użat għal kollox għall-fini tal-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament.

3.   Fejn id-daqs ta’ kwantità definita li hija ttrasferita ma’ intitolament skont l-Artikolu 46(2) ta’ dak ir-Regolament, jammonta għal frazzjon ta’ ettaru, il-bidwi jista’ jittrasferixxi l-parti tal-intitolament ikkonċernat mal-art f’valur ikkalkulat sa dik l-istess frazzjoni. Il-parti li jifdal tal-intitolament għandha tibqa’ għad-dispożizzjoni tal-bidwi f’valur ikkalkulat b’mod korrispondenti.

4.   Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw biss jekk il-bidwi xorta jeħtieġ li jiddikjara jew jittrasferixxi intitolament ta’ ħlas jew frazzjon ta’ intitolament ta’ ħlas ma’ frazzjoni ta’ ettaru wara li jkun iddikjara jew ittrasferixxa intitolamenti ta’ ħlas eżistenti jew frazzjonijiet ta’ intitolamenti ta’ ħlas.”

(3)

Għandu jiżdied l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Ettari u annimali ddeterminati

Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, in-numru ta’ ettari jew annimali li għalihom ingħata jew kellu jingħata ħlas dirett fil-perjodu ta’ referenza li għandu jkun ikkunsidrat għall-fini li jkun stabbilit l-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 37(1) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun in-numru ta’ ettari jew annimali ddeterminat fit-tifsira tal-Artikolu 2 punti (r) u (s) tar-Regolament (KE) Nru 2419/2001 għall kull wieħed mill-ħlasijiet diretti msemmija fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

(4)

L-Artikolu 7 għandu jinbidel kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, ‘intitolamenti ta’ ħlas’ għandha tfisser biss l-intitolamenti ta’ ħlas allokati mill-Istat Membru fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku.”

(b)

Il-paragrafu 6 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-fini tal-paragrafi 1, 2, 3 u 4, l-ettari trasferiti b’bejgħ jew kera għandhom ikunu inklużi fin-numru ta’ ettari li jiddikjara l-bidwi.”

(5)

Fl-Artikolu 8(1) it-tieni subparagrafu, ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandha tiġi sostitwita bir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 796/2004. (d)

(6)

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1 (a), (b) u (c), għandu jiżdied il-kliem li ġej fl-aħħar ta’ kull inċiż:

“jew drittijiet ta’ primjum trasferiti;”

(b)

Fil-paragrafu 2, il-kelma “ettari” għandha tkun sostitwita bil-kliem li ġej:

“ettari tal-perjodu ta’ referenza li jikkorrispondu għal dak l-ammont ta’ referenza li jifdal.”

(c)

Fil-paragrafu 3, id-data tat-30 ta’ April 2004 għandha tkun sostitwita bid-data tal-15 ta’ Marzu 2004.

(d)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tal-paragrafu 4, il-paragrafu 1 m’għandux japplika f’każ fejn il-klawżola kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 17 u fejn jista’ jkun il-każ, l-Artikolu 27 kien introdott f’kuntratt qabel il-15 ta’ Mejju 2004.”

(7)

L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 4 t-tieni subparagrafu għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:

“L-ebda trasferiment definittiv ta’ intitolamenti ta’ ħlas m’għandu jkun possibbli qabel l-istabbiliment definittiv ta’ intitolamenti ta’ ħlas.

F’kull każ, l-intitolamenti ta’ ħlas definittivi għandhom ikunu stabbiliti sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Awwissu tal-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku. Fejn jeħtieġu hekk kondizzjonijiet amministrattivi speċifiċi, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li d-data għall-istabbiliment definittiv tista’ fl-istess waqt tkun id-data għan-notifika tal-ħlas għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku iżda f’kull każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tal-ewwel sena tal-applikazzjoni.

Il-bdiewa jistgħu jintroduċu, taħt riżerva tal-istabbiliment definittiv tagħhom, applikazzjonijiet taħt il-pagament uniku fuq il-bażi ta’ intitolamenti ta’ ħlas provviżorji stabbiliti mill-Istati Membri jew akkwistati permezz ta’ klawżola kuntrattawli msemmija fl-Artikoli 17 jew 27.”

(b)

Fil-paragrafu 6, wara “għal kull parti ta’ art mikrija”, għandu jiżdied il-kliem li ġej:

“f’termini ta’ żona agrikola”

(c)

Il-paragrafu 8 li ġej għandu jiżdied:

“8.   Ħlief għall-fini li jkunu stabbiliti intitolamenti ta’ ħlas mir-riżerva nazzjonali msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 18 sa 23a, u mingħajr ħsara għall-paragrafu 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu, l-ebda kwantità definita ma teħtieġ li tkun iddikjarata għall-fini tal-istabbiliment tal-intitolamenti ta’ ħlas. Id-dikjarazzjoni tal-kwantitajiet definiti għall-Artikolu 44(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tapplika għall-fini tal-applikazzjoni għal ħlas tal-intitolamenti ta’ ħlas taħt l-iskema ta’ ħlas uniku.”

(8)

Fl-Artikolu 16, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu japplika fuq il-bażi ta’ kull ħlas dirett imsemmi fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament.”

(9)

Fl-Artikolu 18(1) u (2), “23” għandha tiġi sostitwita bi “23a”.

(10)

L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, il-kliem “bi trasferiment mingħajr ħlas jew b’kera għal sitt snin jew aktar” għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“bi trasferiment, jew b’bejgħ jew b’kera għal sitt snin jew aktar, mingħajr ħlas jew bi prezz simboliku”

(b)

Fl-Artikolu 20 (1), wara “irtirat” għandu jiżdied il-kliem li ġej:

“mill-attività agrikola”

(11)

Fl-Artikoli 21, 22 u 23, id-data tad-29 ta’ Settembru 2003 għandha tkun sostitwita bid-data tal-15 ta’ Mejju 2004.

(12)

Għandu jiżdied l-Artikolu 23a li ġej:

“L-Artikolu 23a

Atti amministrattivi u sentenzi tal-qorti

Meta bidwi jkun intitolat li jirċievi intitolamenti ta’ ħlas jew żieda fil-valur ta’ dawk eżistenti minħabba sentenza definittiva ta’ qorti jew minħabba att definittiv amminsitrattiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-bidwi għandu jirċievi n-numru u l-valur tal-intitolamenti ta’ ħlas stabbiliti f’dik is-sentenza jew att f’data li għandha tkun stabbilita mill-Istat Membru iżda mhux aktar tard mill-aħħar data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt l-iskema ta’ ħlas uniku wara d-data tas-sentenza jew att u waqt li tkun ikkunsidrata l-applikazzjoni tal-Artikolu 44 (3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

(13)

L-Artikolu 28 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 34(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, Stat Membru jista’ jiddeċiedi, skont il-każ, li juża:

a)

iż-żona għal foraġġ iddikjarata mill-bidwi fl-applikazzjoni tal-għajnuna għal żona għall-2004 jew fis-sena li tiġi qabel l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku jew

b)

iż-żona għal foraġġ iddikjarata f’applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) jew (2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Għall-fini tal-istabbiliment tal-intitolamenti ta’ ħlas definittiv il-bidwi jista’ jagħti prova, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li ż-żona għall-foraġġ tiegħu fil-perjodu ta’ referenza kienet aktar baxxa jew, fil-każ ta’ żona użata mill-Istati Membri hija aktar baxxa, huwa għandu, skont l-Artikolu 43(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jiddikjara ż-żona għall-foraġġ kollha li żamm fil-perjodu ta’ referenza.”

(14)

Fl-Artikolu 29, ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandha tkun sostitwita bir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

(15)

L-Artikolu 30 għandu jinbidel kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jkun sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għall-finijiet tal-ikkalkular tal-attività agrikola espress f’unitajiet ta’ bhejjem (LU) msemmija fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, it-tabella ta’ konverżjoni pprovduta fl-Artikolu 131(2) (a) ta’ dak ir-Regolament għandha tapplika għall-medja ta’ tliet snin ta’ numru ta’ annimali li għalih ingħata ħlas dirett imsemmi fl-Artikolu 47 ta’ dak ir-Regolament fil-perjodu ta’ referenza.”

(b)

Fil-paragrafu 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ ta’ premjum għal prodotti tal-ħalib u ħlasijiet addizzjonali, il-LU għandha tkun ikkalkulata bid-diviżjoni tal-kwantità ta’ referenza użata għall-kalkolu tal-ammont tal-primjum għall-prodotti tal-ħalib u l-ħlas addizzjonali meta inklużi fl-iskema ta’ ħlas uniku, bir-riżultat medju tal-ħalib previst fl-Anness XVI tar-regolament (KE) Nru (REG III) applikabbli dak iż-żmien jew bir-riżultat individwali tal-ħalib, fil-każ li r-riżultat individwali kien ogħla mill-medja. Fejn Stat Membru juża l-għażla prevista fl-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, in-numru ta’ LU għandu jkun modifikat kif jixraq.

Fil-każ tal-primjum tal-qatla, fejn id-dejta meħtieġa rigward l-età tal-annimali ma kinitx disponibbli, Stat Membru jista’ jikkonverti barrin, gniedes żgħażagħ, baqar u għoġġiela (heifers) f’LU billi juża l-koeffiċjent 0,7 u għall-għoġġiela (calves) billi juża l-koeffiċjent 0,25.

Fejn l-istess annimal ibbenefika minn diversi primja, il-koeffiċjent applikabbli għandu jkun il-medja tal-koeffiċjent applikabbli għall-primja differenti.”

(c)

Għandu jiżdied il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   In-numru ta’ LU għandu jkun ikkalkulat pro rata għall-intitolament ta’ ħlas li għalihom huwa ma kellux ettari fil-perjodu ta’ referenza u li għalihom il-bidwi jitlob l-applikazzjoni tal-kondizzjonijiet speċjali. Huwa għandu japplika billi jibda mill-intitolament ta’ ħlas fl-inqas valur.

It-talba għandha ssir biss fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku. L-Istat Membru għandu jistabbilixxi d-data tal-ewwel talba. Hija tista’ tiġġedded fis-snin ta’ wara għall-istess numru ta’ intitolamenti ta’ ħlas soġġett għal kondizzjonijiet speċjali fis-sena preċedenti jew, fil-każ ta’ trasferiment ta’ xi wħud minn dawk l-intitolamenti ta’ ħlas, jew f’każ ta’ dikjarazzjoni ta’ xi wħud minn dawk l-intitolament ta’ ħlas man-numru ta’ ettari li jikkorrispondi, għall-bqija ta’ dawk l-intitolamenti ta’ ħlas.

F’dawn il-każijiet, in-numru ta’ LU għandu jkun ikkalkulat mill-ġdid pro rata għall-intitolamenti ta’ ħlas li jifdal li għalihom il-bidwi jitlob l-applikazzjoni tal-kondizzjonijiet speċjali.

L-ebda talba biex tkun stabbilita mill-ġdid kondizzjoni speċjali ma tista’ tiġi introdotta għal dawk l-intitolamenti ta’ ħlas ladarba jkunu ddikjarati b’numru ekwivalenti ta’ ettari jew inkella kienu ttrasferiti, mingħajr ħsara għall-Artikolu 49(2) it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

(16)

Għandu jiżdied l-Artikolu 31a li ġej:

“L-Artikolu 31a

Ħlasijiet ta’ ċanga u vitella u nagħaġ u mogħoż

1.   Sabiex ikun ikkalkulat l-ammont ta’ referenza relatat mal-ħlasijiet ta’ estensifikazzjoni u ħlasijiet addizzjonali fis-setturi taċ-ċanga u l-vitella u n-nagħaġ u l-mogħoż imsemmija fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istat Membru għandu jikkunsidra, skont kriterji oġġettivi u b’mod li jkun żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u biex tkun evitata distorsjoni fis-suq u fil-kompetizzjoni, il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u l-ammonti stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat meta jingħataw dawn il-ħlasijiet fil-perjodu ta’ referenza sakemm il-komponent ta’ dawn il-ħlasijiet fil-limitu massimu msemmi fl-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament ma jinqabiżx.

2.   Sabiex ikun ikkalkulat l-ammont ta’ referenza relatat mal-primjum tal-qatla fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella msemmi fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istat Membru għandu jikkunsidra l-applikazzjoni tal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.”

(17)

Fl-Artikolu 32, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Għall-finijiet tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-art użata bħala mergħa permanenti fl-2003 għandha tkun:

(a)

art iddikjarata minn bidwi fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna għall-2003 bħala li hija użata bħala mergħa permanenti, u

(b)

art mhux iddikjarata minn bidwi fl-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna għall-2003, sakemm ma jistax jintwera li l-art ma kinitx użata bħala mergħa permamenti fl-2003.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li art użata bħala mergħa permanenti fl-2003 għandha tkun art iddikjarata fl-applikazzjoni għall-għajnuna għall-2003 u fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna għal mill-inqas ħames snin konsekuttivi qabel l-2003 bħala art użata biex jitkabbru ħxejjex jew foraġġ erbuż ieħor.”

(18)

L-Artikolu 38 għandu jinbidel kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 3, ir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandha tkun sostitwita bir-referenza għar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

(b)

Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejja:

“4.   L-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis.

5.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, ir-referenza għal ‘żona agrikola’ fl-Artikolu 12(6) għandha tinftiehem bħala referenza għal ‘żona eliġibbli fit-tifsira tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003’.”

(19)

Il-paragrafu 4 li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 41:

“4.   Għall-fini tal-Artikolu 60(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Artikolu 20 sa 23a ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għall-bdiewa li jipproduċu l-prodotti msemmija fl-Artikolu 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

(20)

Il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Kapitolu 6:

“KAPITOLU 6a

STATI MEMBRI ĠODDA

Artikolu 48a

Implimentazzjoni fl-Istati Membri l-ġodda

1.

Ħlief jekk mhux previst mod ieħor f’dan il-Kapitolu, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-Istati Membri l-ġodda.

2.

Kwalunkwe referenza għall-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f’dan ir-Regolament għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 71d tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

3.

Kwalunkwe referenza għall-medja reġjonali fl-Artikolu 6(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament għandha tinftiehem bħala referenza għal-limitu ta’ EUR 5 000 imsemmi fl-Artikolu 71d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

4.

Kwalunkwe referenza għall-Artikoli 58 u 59 jew 58(1) u 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fil-Kapitoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 71e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

5.

Kwalunkwe referenza għall-Artikolu 59(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-Artikolu 38 ta’ dan ir-Regolament għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 71f tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

6.

Kwalunkwe referenza għall-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(1) (e), l-Artikolu 41 u l-Artikolu 50a ta’ dan ir-Regolament għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 71g tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

7.

Kwalunkwe referenza għall-Artikolu 63(2) subparagrafu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-Artikoli 39, 43 u 48b ta’ dan ir-Regolament għandha tinftiehem bħala referenza għall-Artikolu 71j(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

8.

L-Artikoli 3a, 7, 10, 12 to 17, 27, 28, 30, 31, 31a, 40, 42, 45 to 46 u 49 ma japplikawx.

9.

L-Artikoli 5, 19, 23, 31 u 42 ma japplikawx f’każ ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas ta’ żona unika msemmija fl-Artikolu 143b tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

(21)

Għandu jiżdied l-Artikolu 48b li ġej:

“Artikolu 48b

Notifika ta’ deċiżjonijiet

Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla prevista fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, huwa għandu jinnotifika sal-1 ta’ Awwissu tas-sena li tippreċedi l-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku d-deċiżjonijiet li huwa ħa skont l-Artikoli 58, 59, 61 sa 64 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

(22)

Għandu jiżdied l-Artikolu 50a li ġej:

“L-Artikolu 50a

Għalf imnixxef, patata għal-lamtu u frott u ħxejjex

Għall-fini tal-Artikolu 60 (2), l-Anness VII (B) u (D) l-aħħar subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena li tippreċedi l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku, in-numru ta’ ettari msemmi f’dawk id-dispożizzjonijiet.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005 ħlief għall-Artikolu 1 il-punt 21 li għandu japplika mill-31 ta’ Ottubru 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 864/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

(4)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 9.

(5)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

28


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2045/2004

tad-29 ta' Novembru 2004

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2131/93 li jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

lr-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 (2) jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji [ta’ intervent].

(2)

Mezzi ġodda u moderni tal-komunikazzjoni għandhom jintużaw biex jinfurmaw lill-partijiet interessati kollha madwar il-Komunità kollha kemm hi dwar bejgħ mill-intervent. Dan jippermetti li l-aġenziji ta’ intervent ibigħu permezz ta’ sejħiet għall-offerti kwantitajiet akbar, mingħajr deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni, fil-qies tal-qagħda tas-suq fl-Istati Membri tagħhom. Biex ir-regoli dwar l-esportazzjoni jiġu ssimplifikati, ma għandux ikun hemm l-obbligu li l-lok tal-ħżin jissemma fid-deċiżjoni li toħroġ stediniet għall-offerti.

(3)

Fl-Istati Membri li ma għandhomx portijiet marittimi, l-offerenti huma ppenalizzati mill-ispejjeż ogħla tat-trasport għaċ-ċereali li jkunu qed jitressqu għall-bejgħ. Għaldaqstant l-esportazzjoni taċ-ċereali minn dawn l-Istati Membri hija aktar diffiċli, u dan iġib miegħu, b’mod partikolari, aktar tul ta’ żmien fil-ħażna ta’ intervent u spejjeż supplimentari għall-baġit tal-Komunità. Għaldaqstant għandha tkun ipprovduta l-possibbiltà, f’ċerti każijiet, li jkunu ffinanzjati l-ispejjeż tat-trasport l-aktar vantaġġużi bejn il-post tal-ħżin u l-post tal-ħruġ, biex l-offerti jkunu komparabbli. Il-port Rumen ta’ Constanta kien port ta’ ħruġ tradizzjonali għall-pajjiżi tal-Ewropa ċentrali qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni. Għaldaqstant jeħtieġ li Constanta tiddaħħal fost il-postijiet ta’ ħruġ li jistgħu jkunu kkunsidrati għall-kalkolu tal-ispejjeż tat-trasport eliġibbli għar-rifużjoni fil-każ ta’ esportazzjoni.

(4)

Bil-għan li l-proċedura għall-bejgħ taċ-ċereali tkun issimplifikata, il-garanziji li jakkumpanjaw l-offerti għall-bejgħ għall-esportazzjoni kif ukoll għas-suq Komunitarju għandhom jingħaqdu.

(5)

Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KEE) Nru 2131/93 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għaċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2131/93 għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2(2), “2 000 tunnellata” għandha tinbidel b’“5 000 tunnellata”.

2.

Fl-Artikolu 3(1), l-ewwel sentenza għandha tinbidel bis-sentenza li ġejja:

“L-aġenziji ta’ intervent għandhom ifasslu avviżi ta’ sejħiet għall-offerti skont l-Artikolu 12 u jiżguraw li dawk l-avviżi jingħataw pubbliċità adegwata, b’mod partikolari billi jqegħduhom għall-wiri fl-uffiċċji prinċipali tagħhom kif ukoll fis-sit tal-internet tagħhom jew f’dak tal-Minisetru kompetenti.”

3.

L-Artikolu 7 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1 għandu jitħassar il-punt (b);

(b)

Fil-paragrafu 2a, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-port Rumen ta’ Constanta jista’ jitqies bħala post tal-ħruġ”.

4.

Fl-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-offerti għandhom ikunu validi biss jekk ikunu akkumpanjati minn prova li l-offerent ikun iddepożita garanzija ta’ EUR 5 għal kull tunnellata”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Novembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.

(2)  ĠU L 191, 31.7.1993, p. 76. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

30


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2083/2004

tas-6 ta' Diċembru 2004

jemenda r-Regolamenti (KE) nri 1432/94 u 1458/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stipulati fl-iskeda CXL imħejjija wara l-konklużjonijiet tan-negozjati GATT XXIV.6 (2), u partikolarment l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1)

Għas-simplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-kwoti ta’ importazzjoni u biex dawn ikunu jistgħu jiġu pproċessati elettronikament, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/94 tat-22 ta' Ġunju 1994 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-arranġamenti tal-importazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal li hemm provediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti tariffi ta' kwoti tal-Komunità għal-laħam tal-majjal u ċerti prodotti agrikoli oħra (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1458/2003 tat-18 ta’ Awwissu 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa fis-settur tal-laħam tal-majjal (4), għandhom jipprevedu referenza li tikkonsisti f'numru serjali għal kull kwota.

(2)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1432/94 u (KE) Nru 1458/2003 għandhom għalhekk jiġu emendati.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1432/94 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(b) tinbidel b'dan li ġej:

“b)

L-applikazzjonijiet għall-liċenzji għandhom jinkludu n-numru serjali, u jistgħu jirrelataw għall-prodotti koperti miż-żewġ kodiċi NM differenti u li joriġinaw f'pajjiż wieħed biss.”

2.

L-Annessi jinbidlu bit-test tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 1458/2003 huma mibdula bit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 258/2004 (ĠU L 44, 14.2.2004, p. 14).

(2)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 156, 23.6.1994, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1006/2001 (ĠU L 140, 24.5.2001, p. 13).

(4)  ĠU L 208, 19.8.2003, p. 3.


ANNESS I

ANNESS I

DAZJU DOGANALI FFISSAT GĦAL 0 %

(tunnellati)

Nru serjali

Kodifiċi NM

Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

09.4046

0203 19 13

0203 29 15

7 000

ANNESS II

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1432/94

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ — DĠ AGRI/D/2 — Is-Settur tal-Laħam tal-Majjal

L-applikazzjoni għal liċenzji ta’ importazzjoni ffissati għal 0 %

Data

Staġun

Stat Membru:

 

 

Mingħand:

 

 

L-uffiċjal li għandu jiġi kkuntattjat:

 

 

Telefon:

 

 

Faks:

 

 


Destinatarju: DĠ AGRI/D/2 — Faks 0032 2 298 87 94

Numru serjali

Il-Kwantità fl-applikazzjoni

09.4046

 

ANNESS III

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1432/94

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ — DĠ AGRI/D/2 — Is-settur tal-laħam tal-majjal

Applikazzjoni għal-liċenzja ta' importazzjoni

Data

Staġun

Stat Membru:

 

 


Numru serjali

Kodifiċi NM

L-applikant (isem u indirizz)

Kwantità (tunnellati)

09.4046

 

 

 

Total f’tunnellati tal-prodott

 

ANNESS IV

Komunikazzjoni ta' kwantitajiet fattwalment importati

Stat Membru: …

L-applikazzjoni tal-Artikolu … tar-Regolament (KE) nru …

Kwantitajiet fattwalment importati tal-prodotti: …

Lil: DĠ AGRI/D/2 — Faks (32-2) 298 87 94

Numru serjali

Kwantitajiet fattwalment importati

Pajjiż tal-oriġini

 

 

 


ANNESS II

ANNESS I

Numru serjali

Grupp

Kodifiċi NM

Deskrizzjoni

Dazji doganali

(Eur kull tunnellata)

Kwantitajiet f’tunnellati mill-1 ta’ Lulju 2000

09.4038

G2

ex 0203 19 55

ex 0203 29 55

Lonżiet u prieżet dissussati friski, imkessħa jew iffriżati

250

34 000

09.4039

G3

ex 0203 19 55

ex 0203 29 55

Flett frisk imkessaħ jew iffriżat

300

5 000

09.4071

G4

1601 00 91

Zlazet, niexfa jew għad-dlik, mhux imsajra

747

3 000

1601 00 99

Oħrajn

502

09.4072

G5

1602 41 10

Preparazzjonijiet u priserv tal-laħam, tal-interjuri jew tad-demm

784

6 100

1602 42 10

646

1602 49 11

784

1602 49 13

646

1602 49 15

646

1602 49 19

428

1602 49 30

375

1602 49 50

271

09.4073

G6

0203 11 10

0203 21 10

Karkassi jew robbi friski, imkessħa jew iffriżati

268

15 000

09.4074

G7

0203 12 11

Qatgħat friski, imkessħa jew iffriżati, diżussati jew mhumiex, ħlief il-flettijiet ippreżentati għalihom weħidhom

389

5 500

0203 12 19

300

0203 19 11

300

0203 19 13

434

0203 19 15

233

ex 0203 19 55

434

0203 19 59

434

0203 22 11

389

0203 22 19

300

0203 29 11

300

0203 29 13

434

0203 29 15

233

ex 0203 29 55

434

0203 29 59

434

ANNESS II

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1458/2003 — Importazzjonijiet GATT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ — DĠ AGRI/D/2 — Is-Settur tal-Laħam tal-Majjal

Applikazzjoni għal-liċenzja ta' importazzjoni

Data

Staġun

Stat Membru:

 

 

Mingħand:

 

 

L-uffiċjal li għandu jiġi kkuntattjat:

 

 

Telefon:

 

 

Faks:

 

 


Destinatarju: DĠ AGRI/D/2 — Faks 0032 2 298 87 94

Numru serjali

Numru tal-grupp

Il-Kwantità fl-applikazzjoni

09.4038

G 2

 

09.4039

G 3

 

09.4071

G 4

 

09.4072

G 5

 

09.4073

G 6

 

09.4074

G 7

 

ANNESS III

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1458/2003 — Importazzjonijiet GATT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ — DĠ AGRI/D/2 — Is-settur tal-laħam tal-majjal

Applikazzjoni għal-liċenzja ta' importazzjoni

Data

Staġun

Stat Membru:

 

 


(tunnellati)

Numru serjali

Numru tal-grupp

Kodifiċi NM

L-applikant

(isem u indirizz)

Kwantità

Pajjiż tal-oriġini

09.4038

G 2

 

 

 

 

Totali

 


(tunnellati)

Numru serjali

Numru tal-grupp

Kodifiċi NM

L-applikant

(isem u indirizz)

Kwantità

Pajjiż tal-oriġini

09.4039

G 3

 

 

 

 

Totali

 


(tunnellati)

Numru serjali

Numru tal-grupp

Kodifiċi NM

L-applikant

(isem u indirizz)

Kwantità

Pajjiż tal-oriġini

09.4071

G 4

 

 

 

 

Totali

 


(tunnellati)

Numru serjali

Numru tal-grupp

Kodifiċi NM

L-applikant

(isem u indirizz)

Kwantità

Pajjiż tal-oriġini

09.4072

G 5

 

 

 

 

Totali

 


(tunnellati)

Numru serjali

Numru tal-grupp

Kodifiċi NM

L-applikant

(isem u indirizz)

Kwantità

Pajjiż tal-oriġini

09.4073

G 6

 

 

 

 

Totali

 


(tunnellati)

Numru serjali

Numru tal-grupp

Kodifiċi NM

L-applikant

(isem u indirizz)

Kwantità

Pajjiż tal-oriġini

09.4074

G 7

 

 

 

 

Totali

 

ANNESS IV

Komunikazzjoni ta' kwantitajiet fattwalment importati

Stat Membru: …

L-applikazzjoni tal-Artikolu … tar-Regolament (KE) nru …

Kwantitajiet fattwalment importati tal-prodotti: …

Lil: DĠ AGRI/D/2 — Faks 0032 2 298 87 94

Numru serjali

Kwantitajiet fattwalment importati

Pajjiż tal-oriġini

 

 

 


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2092/2004

tat-8 ta' Diċembru 2004

li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni għal kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa bla għadam li ġejja mill-Iżvizzera

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli (2) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) li ġie approvat f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni 2002/309/KE, l-Euratom taħseb għal importazzjonijiet bla tariffi ta’ kwantità ta’ 1 200 tunnellata kull sena għal-laħam tal-annimali tal-ifrat, imnixxef, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 0210 20 90.

(2)

Minħabba l-kriżi tal-BSE il-partijiet iddikjaraw fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar is-settur tal-laħam, inkluż fl-Att Finali tal-Ftehim (3) li, b’eċċezzjoni, għandha tinfetaħ mill-Komunità kwota annwali awtonoma għal 700 tunnellata użin nett ta’ ċanga mnixxfa soġġetta għad-dazju ad valorem u eżenti mid-dazju speċifiku sakemm jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni imposti minn ċerti Stati Membri fuq l-Iżvizzera. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2424/1999 tal-15 ta’ Novembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni għal kwota tariffarja tal-importazzjoni ta’ ċanga bla għadam imnixxfa li għaliha hemm proviżjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2249/1999 (4) fetaħ kwota tat-tariffa għall-importazzjoni ta’ ċanga mnixxfa bla għadam għal importazzjonijiet mill-Iżvizzera fuq bażi pluriannwali għal volum annwali ta’ 700 tunnellata mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

(3)

Fit-tielet laqgħa tiegħu li nżammet fi Brussell fl-4 ta’ Diċembru 2003 il-Kumitat Konġunt dwar l-Agrikoltura kkonkluda li wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tal-25 ta’ Novembru 2003 li jemenda l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 għall-Anness 11 tal-Ftehim (5), u t-tneħħija sussegwenti tal-miżuri restrittivi mill-Istati Membri fuq l-Iżvizzera, il-konċessjonijiet kif stipulati fil-Ftehim għandhom jiġu applikati kemm jista’ jkun malajr. Madankollu, b’kunsiderazzjoni għall-bidla fir-regoli tal-oriġini, inħasset il-ħtieġa b’mod konġunt li jitħalla żmien suffiċjenti biex l-operaturi jaġġustaw u jieħdu passi xierqa b’konnessjoni ma’ stokkijiet possibbli. Konsegwentement, kien miftiehem li jiġu implimentati l-konċessjonijiet ġodda mill-1 ta’ Jannar 2005.

(4)

Regoli dettaljati għall-applikazzjoni għandhom, għaldaqstant, jiġu stabbiliti fuq bażi pluriannwali għal kwota tal-importazzjoni bla tariffi ta’ kwantità ta’ 1 200 tunnellata per annum mill-1 ta’ Jannar 2005 għal-laħam ta’ annimali tal-ifrat, mingħajr għadam, imnixxef, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 0210 20 90 li joriġina fl-Iżvizzera.

(5)

Biex ikunu eliġibbli għall-benefiċċju ta’ din il-kwota tariffarja, il-prodotti kkonċernati għandhom joriġinaw fl-Iżvizzera b’konformità mar-regoli li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 tal-Ftehim. Definizzjoni preċiża tal-prodotti eliġibbli għandha tiġi pprovduta. Għal raġunijiet ta’ kontroll, importazzjonijiet taħt dik il-kwota għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-awtentiċità li jikkonferma li l-laħam jikkorrispondi eżattament mad-definizzjoni eliġibbli. Hu meħtieġ li jiġi stabbilit mudell għal dawk iċ-ċertifikati u li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-użu tagħhom.

(6)

L-arranġamenti għandhom jitmexxew bl-użu ta’ liċenzji tal-importazzjoni, Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar is-sottomissjoni tal- applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tingħata dwar applikazzjonijiet u liċenzji, fejn meħtieġ permezz ta’ deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ċertifikati li jiffissaw bil-quddiem għal prodotti agrikoli (6) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli tal-applikazzjoni għal liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella u li tirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/80 (7).

(7)

Sabiex tiġi żgurata tmexxija tajba tal-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati, għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni soġġetti għall-verifika, b’mod partikolari ta’ informazzjoni mdaħħla fuq ċertifikati tal-awtentiċità.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 2424/1999 għandu jiġi rrevokat.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għaċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kwota tariffarja Komunitarja tal-importazzjoni eżenti mid-dazju għal-laħam imnixxef bla għadam tal-annimali tal-ifrat li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 0210 20 90 u li joriġina fl-Iżvizzera hija b’dan miftuħa fuq bażi pluriannwali għal volum annwali ta’ 1 200 tunnellata għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru (minn issa ’l quddiem “il-kwota”).

In-numru għall-ordni tal-kwota għandu jkun 09.4202.

2.   Ir-regoli dwar l-oriġini applikabbli għall-prodotti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera għall-kummerċ fil-prodotti agrikoli.

3.   Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, “laħam imnixxef bla għadam” għandu jfisser biċċiet tal-laħam mill-koxox ta’ annimali tal-ifrat li għandhom mill-anqas 18-il xahar, b’ebda xaħam viżibbli intramuskulari (3 sa 7 %) u pH tal-laħam frisk bejn 5,4 u 6,0; immellaħ, imħawwar, ippressat, imnixxef biss ġol-arja friska niexfa u li qed jiżviluppa tinwir nobbli (blanzun ta’ fungi mikroskopiċi). L-użin tal-prodott lest għandu jkun bejn 41 % u 53 % tal-materja prima qabel it-tmelliħ.

Artikolu 2

1.   Importazzjonijiet tal-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni, fuq ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, ta’ liċenzja tal-importazzjoni.

2.   L-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità mħejji b’konformità mal-Artikolu 3 flimkien ma’ kopja tiegħu għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti flimkien mal-applikazzjoni għall-ewwel liċenzja tal-importazzjoni relatata maċ-ċertifikat tal- awtentiċità.

L-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità għandu jinżamm minn dik l-awtorità.

3.   Ċertifikat tal-awtentiċità għandu jintuża għall-ħruġ ta’ aktar minn liċenzja tal-importazzjoni waħda għal kwantitajiet li ma jaqbżux dik murija fuq iċ-ċertifikat. Fejn tinħareġ aktar minn liċenzja waħda fuq ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha tapprova ċ-ċertifikat tal-awtentiċità biex turi l-kwantità attribwita.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu liċenzji tal-importazzjoni biss wara li jkunu sodisfatti li l-informazzjoni fuq iċ-ċertifikat tal-awtentiċità tikkorrispondi għal dik riċevuta kull ġimgħa mill-Kummissjoni dwar is-suġġett. Il-liċenzji għandhom jinħarġu minnufih minn dakinhar ’il quddiem.

Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali u fuq applikazzjoni raġunata kif għandu jkun, joħorġu liċenzji tal-importazzjoni fuq il-bażi taċ-ċertifikati rilevanti tal-awtentiċità qabel ma tiġi riċevuta l-informazzjoni mill-Kummissjoni. F’tali każijiet, is-sigurtà għal-liċenzji tal-importazzjoni għandha tkun ekwivalenti għall-ammont li jikkorrispondi għad-dazju tad-dwana sħiħ taħt it-tariffa tad-dwana komuni. Wara li jirċievu l-informazzjoni relatata maċ-ċertifikat, l-Istati Membri għandhom ibiddlu din is-sigurtà b’dik li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1445/1995.

5.   It-Taqsima 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenzja u tal-liċenzji stess għandhom juru wieħed mill-approvazzjonijiet elenkati fl-Anness I.

Artikolu 3

1.   Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 għandhom jinħarġu f’oriġinal wieħed u żewġ kopji, li għandhom jiġu stampati u mimlija b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, b’konformità mal-mudell fl-Anness II. Jista’ jiġi wkoll stampat u mimli bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż esportatur.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tiġi sottomessa l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni jistgħu jitolbu li tiġi pprovduta traduzzjoni taċ-ċertifikat.

2.   Il-formoli taċ-ċertifikat għandhom ikunu ta’ 210 × 297 mm. Il-karta użata għandha tiżen mhux anqas minn 40 g/m2. L-oriġinal għandu jkun abjad, l-ewwel kopja roża u t-tieni kopja safra.

3.   L-oriġinal taċ-ċertifikat u l-kopji tiegħu jistgħu jkunu ttajpjati jew miktuba bl-idejn. Fil-każ tal-aħħar, għandhom jimtlew bil-linka sewda u b’ittri kbar.

4.   Kull ċertifikat għandu jkollu n-numru individwali tas-serje tiegħu segwit mill-isem tal-pajjiż emittenti.

Il-kopji għandhom juru l-istess numru tas-serje u l-istess isem bħall-oriġinal.

5.   Id-definizzjoni ta’ laħam imnixxef bla għadam stipulata fl-Artikolu 1(3) għandha tiġi stabbilita biċ-ċar fiċ-ċertifikat.

6.   Iċ-ċertifikati jkunu validi biss jekk huma approvati kif suppost minn awtorità emittenti mniżżla fl-Anness III.

Iċ-ċertifikati għandhom jiġu kkunsidrati li ġew approvati kif suppost jekk jiddikjaraw id-data u l-post tal-ħruġ u jekk ikun fihom it-timbru tal-awtorità emittenti u l-firma tal-persuna jew il-persuni li għandhom l-awtorità li jiffirmawhom.

Artikolu 4

1.   L-awtoritajiet emittenti elenkati fl-Anness III għandhom:

(a)

ikunu rrikonoxxuti bħala tali mill-pajjiż esportatur ikkonċernat;

(b)

jimpenjaw ruħhom li jivverifikaw l-informazzjoni mdaħħla fiċ-ċertifikati;

(c)

jimpenjaw ruħhom li jibagħtu lill-Kummissjoni mill-anqas darba fil-ġimgħa kull informazzjoni li tippermetti li l-informazzjoni mdaħħla fiċ-ċertifikati tal-awtentiċità, b’mod partikolari n-numru taċ-ċertifikat, l-esportatur, ir-riċevitur, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-prodott, l-użin nett u d-data tal-firma, jiġu vverifikati.

2.   Il-lista fl-Anness III tista’ tiġi riveduta mill-Kummissjoni fejn il-kundizzjoni meħtieġa li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu ma tkunx għadha tintlaħaq jew fejn l-awtorità emittenti ma tkunx tissodisfa kwalunkwe mill-obbligi li huma responsabbiltà tagħha.

Artikolu 5

Ċertifikati tal-awtentiċità u liċenzji tal-importazzjoni jkunu validi għal tliet xhur mid-dati rispettivi tal-ħruġ tagħhom. Madankollu, it-terminu tal-validità tagħhom jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru wara d-data tal-ħruġ.

Artikolu 6

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1445/95 għandhom japplikaw soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

L-awtoritajiet tal-pajjiżi esportaturi għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri użati mill-awtoritajiet emittenti tagħhom u l-ismijiet u l-firem tal-persuni li huma awtorizzati li jiffirmaw ċertifikati tal-awtentiċità. Kull tibdil sussegwenti ta’ timbri jew ismijiet għandu wkoll jiġi notifikat lill-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 2424/1999 huwa rrevokat.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak li fih jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(3)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 352.

(4)  ĠU L 294, 16.11.1999, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1118/2004 (ĠU L 217, 17.6.2004, p. 10).

(5)  ĠU L 23, 28.1.2004, p. 27.

(6)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 636/2004 (ĠU L 100, 6.4.2004, p. 25).

(7)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1118/2004.


ANNESS I

Approvazzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(5)

:

bl-Ispanjol

:

Carne de vacuno seca deshuesada — Reglamento (CE) no 2092/2004

:

biċ-Ċek

:

Vykostěné sušené hovězí maso — směrnice (ES) č. 2092/2004

:

bid-Daniż

:

Tørret udbenet oksekød — forordning (EF) nr. 2092/2004

:

bil-Ġermaniż

:

Εntbeintes, getrocknetes Rindfleisch — Verordnung (EG) Nr. 2092/2004

:

bl-Estonjan

:

Kuivatatud kondita veiseliha — määrus (EÜ) nr 2092/2004

:

bil-Grieg

:

Αποξηραμένο βόειο κρέας χωρίς κόκαλα — Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 2092/2004

:

Bl-Ingliż

:

Dried boneless beef — Regulation (EC) No 2092/2004

:

Bil-Franċiż

:

Viande bovine séchée désossée — Règlement (CE) no 2092/2004

:

Bit-Taljan

:

Carni bovine disossate ed essiccate — regolamento (CE) n. 2092/2004

:

Bil-Latvjan

:

Žāvēta atkaulota liellopu gaļa — Regula (EK) Nr. 2092/2004

:

bil-Litwan

:

Džiovinta jautiena be kaulų — Reglamentas (EB) Nr. 2092/2004

:

bl-Ungeriż

:

Szárított, kicsontozott marhahús — 2092/2004/EK rendelet

:

bl-Olandiż

:

Gedroogd rundvlees zonder been — Verordening (EG) nr. 2092/2004

:

bil-Pollakk

:

Suszone mięso wołowe bez kości — Rozporządzenie (WE) nr 2092/2004

:

bil-Portugiż

:

Carne de bovino seca desossada — Regulamento (CE) n.o 2092/2004

:

bis-Slovakk

:

Vykostené, sušené hovädzie mäso — Nariadenie (ES) č. 2092/2004

:

bis-Sloven

:

Posušeno goveje meso brez kosti — Uredba (ES) št. 2092/2004

:

bil-Finlandiż

:

Kuivattua luutonta naudanlihaa — asetus (EY) N:o 2092/2004

:

bl-Iżvediż

:

Τorkat benfritt nötkött — förordning (EG) nr 2092/2004


ANNESS II

Image Test ta 'immaġni

ANNESS III

Lista ta’ awtoritajiet f’pajjiżi esportaturi awtorizzati biex joħorġu ċertifikati tal-awtentiċità

ŻVIZZERA:

Office vétérinaire federal/Bundesamt für Veterinärwesen/Ufficio federale di veterinaria


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2094/2004

tat-8 ta' Diċembru 2004

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja ta' 10 000 tunnellata ta' qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra tal-kodiċi NM 1104 22 98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 tal-Kunsill, tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taċ-ċereali (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 1 tal-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Bil-għan li tilħaq l-impenji tagħha internazzjonali l-Komunità stabbilixxit, għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni u mill-1 ta' Jannar 1996, kwota tariffarja ta' dazju zero għall-qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra tal-kodiċi NM 1104 22 98.

(2)

Sas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2004/2005, din il-kwota tariffarja kienet taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 2369/96 tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja ta' 10 000 tunnellata ta' qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra tal-kodiċi NM 1104 22 98 (2). Dan ir-Regolament jipprovdi għal amministrazzjoni permezz ta' liċenzji ta' importazzjoni, b'applikazzjonijiet li jintbagħtu kull xahar.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3), ikkodifika r-regoli ta' amministrazzjoni applikabbli għall-kwoti tariffarji maħsuba biex jintużaw skont l-ordni kronoloġiku tad-data ta' dikjarazzjoni doganali u għas-sorveljanza tal-importazzjonijiet preferenzjali.

(4)

Minħabba s-semplifikazzjoni u meqjus il-volum żgħir tal-kwota tariffarja tal-qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra tal-kodiċi NM 1104 22 98, jeħtieġ li jiġu applikati, mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2005/2006, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għall-amministrazzjoni tal-kwota hawn fuq imsemmija u abrogat ir-Regolament (KE) Nru 2369/96. Għal raġunijiet ta' amministrazzjoni, jeħtieġ li jiġi introdott numru tas-serje ġdid għall-kwota kkonċernata.

(5)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi għal deroga mill-obbligu li tintbagħat liċenzja ta' importazzjoni għall-prodotti li ma jkollhomx impatt sinifikanti fuq il-qagħda tal-forniment tas-suq taċ-ċereali. Il-Komunità timporta kull sena medja ta' 6 000 ta' qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra tal-kodiċi NM 1104 22 98. Din hija kwantità limitata ta' prodotti speċifiċi ħafna għal użu industrijali, mingħajr ebda impatt fuq is-suq taċ-ċereali. Id-deroga mill-obbligu ta' liċenzja ta' importazzjoni stipulata fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 għalhekk tista’ tiġi applikata.

(6)

Il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Amministrazzjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwota tariffarja fl-Anness hija b'dan miftuħa għal kull sena ta' kummerċjalizzazzjoni mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1 hija amministrata mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 308a sa 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

L-importazzjoni tal-qamħ tal-ħafur taħt il-kwota tariffarja msemmija fl-Artikolu 1 mhix soġġetta għal preżentazzjoni ta' liċenzja ta' importazzjoni.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 2369/96 huwa abrogat.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2005.

Dan ir-Regolament jorbot fis-sħiħ u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.

(2)  ĠU L 323, 13.12.1996, p. 8. Ir-Regolament kif modifikat bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif modifikat bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).


ANNESS

Kwota tariffarja għall-perjodu ta' kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti (1)

Valur ta' Kwota f'piż nett

(tunnellati)

Dazju ta' kwota tariffarja

Oriġini

09.0043

1104 22 98

Qamħ tal-ħafur maħdum xort'oħra

10 000

0

Il-pajjiżi terzi kollha (erga omnes)


(1)  Mingħajr ħsara għar-regoli tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda, it-test tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies bħala li għandu biss valur indikattiv, filwaqt li t-trattament preferenzjali huwa ddeterminat, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-kodiċijiet NM kif ikunu fil-mument tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2120/2004

ta’ l-10 ta’ Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2729/2000 li jistabbixxi regoli ddettaljati ta' implimentazzoni għall-kontrolli fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 72(4) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2729/2000 (2) jiddetermina l-għadd minimu ta' kampjuni li għandhom jittieħdu kull sena għall-ġabra tad-dejta analitika kif provdut fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament. Wara d-dħul tar-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Ungerija, Malta, is-Slovenja u s-Slovakkja, l-għadd ta' kampjuni li għandhom jittieħdu għal dawn il-pajjiżi għandu jiġi ddeterminat.

(2)

L-Artikolu 12 jiddetermina l-għadd ta' analiżijiet li għandhom isiru miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (ĊKR), inklużi l-analiżijiet tal-kampjuni mill-Istati Membri li għadhom mhumiex mgħammrin. Għandu jiġi stabbilit perjodu tranżizzjonali li jipprovdi għat-twaqqif u l-organizzazzjoni ta' laboratorji iżotopiċi profiċjenti f’dawk l-Istati Membri.

(3)

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 2729/2000 ifasslu struzzjonijiet preċiżi għall-proċess, l-analiżi u r-rappurtar tal-kampjuni. Fid-dawl tal-esperjenza u l-progress tekniku, dawk l-instruzzjonijiet għandhom jiġu aġġornati.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 2729/2000 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2729/2000 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“In-numru tal-kampjuni li jridu jittieħdu ta' kull sena għall-ġabra ta’ dejta għandu jkun ta' mill-inqas:

20 kampjun fir-Repubblika Ċeka,

200 kampjun fil-Ġermanja,

50 kampjun fil-Greċja,

200 kampjun fi Spanja,

400 kampjun fi Franza,

400 kampjun fl-Italja,

10 kampjuni f’Ċipru,

4 kampjuni fil-Lussemburgu,

50 kampjun fl-Ungerija,

4 kampjuni f’Malta,

50 kampjun fl-Awstrija,

50 kampjun fil-Portugal,

20 kampjun fis-Slovenja,

15-il kampjun fis-Slovakkja,

4 kampjuni fir-Renju Unit.”

(2)

Fl-Artikolu 12(1), l-ewwel sentenza għandha tinbidel bit-test li ġej:

“Għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Lulju 2008, sakemm ikun stabbilit it-tagħmir analitiku adegwat, Stati Membri li jipproduċu l-inbid li mhumiex mgħammrin biex iwettqu analiżi iżotopika għandhom jibagħtu l-kampjuni tagħhom tal-inbid liċl-ĊKR għall-analiżi.”

(3)

L-Anness I għandu jinbidel bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness II għandu jinbidel bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

(5)

L-Anness III għandu jinbidel bit-test tal-Anness III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13).

(2)  ĠU L 316, 15 12 2000, p. 16.


ANNESS I

“ANNESS I

Struzzjonijet għat-teħid tal-kampjuni tal-għeneb frisk u għall-ipproċessar tiegħu f'inbid għall-analiżi bil-metodi iżotopiċi msemmija fl-Artikolu 11

I.   TEĦID TA’ KAMPJUNI TA’ GĦENEB

A.

Kull kampjun għandu jkun magħmul tal-anqas minn 10 kg ta’ għeneb misjur u tajjeb tal-istess varjetà. Għandu jittieħed fil-kundizzjoni li fiha jinstab.

It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir matul il-perjodu meta l-plott in kwistjoni jinħasad. L-għeneb miġbur għandu jkun rappreżentattiv tal-plott fl-intier tiegħu. il-kampjuni friski tal-għeneb, jew il-most ippressat derivat, jistgħu jkunu ppreservati bil-friża għal użu ulterjuri.

Huwa biss meta jkun previst kejl tal-ossiġnu 18 tal-most, alikwota tal-most tista’ tittieħed separatament u tiġi ppreservata wara t-tagħsir tal-kampjun sħiħ tal-għeneb.

B.

Meta jitteħdu l-kampjuni, għandha titħejja karta deskrittiva. Din il-karta għandha tinkludi żewġ taqsimiet, l-ewwel waħda dwar it-teħid ta’ kampjuni ta’ għeneb u t-tieni taqsima dwar il-vinifikazzjoni. Hija għandha tinżamm mal-kampjun u għandha takkumpanjah tul il-ġarr kollu. Għandha tkun aġġornata permezz ta’ notament dwar kull xorta ta’ trattament li jsir lill-kampjun.

Il-karta ta’ deskrizzjoni dwar it-teħid ta’ kampjuni għandha titħejja skont it-Taqsima I tal-kwestjonarju fl-Anness II.

II.   VINIFIKAZZJONI

A.

Il-vinifikazzjoni għandha ssir mill-korp kompetenti jew minn dipartiment awtorizzat minn dak il-korp biex jagħmilha, kull fejn jista’ jkun skont kundizzjonijiet li jkunu jaqblu mal-kundizzjonijiet normali fil-medda ta’ produzzjoni li tagħha l-kampjun ikun rappreżentattiv. Il-vinifikazzjoni għandha tirriżulta fit-trasformazzjoni totali taz-zokkor f’alkoħol, jiġifieri f’anqas minn 2 g/l ta’ residwu ta’ zokkor. Madankollu, f’ċerti każijiet, eż. biex tkun żgurata rappreżentattività akbar, jistgħu jkunu aċċettati ammonti ogħla ta’ zokkor residwu. Malli l-inbid ikun iċċara u stabilizza permezz ta’ SO2, huwa għandu jitqiegħed fi fliexken ta’ 75 cl u ttikkettjat.

B.

Il-folja ta' deskrizzjoni għall-vinifikazzjoni għandha titfassal skont it-Taqsima II tal-kwestjonarju fl-Anness II.”


ANNESS II

“ANNESS II

Kwestjonarju dwar il-ħażna u l-vinifikazzjoni tal-kampjuni tal-għeneb intenzjonati għall-analiżi permezz ta' metodi isotopiċi

Il-metodi analitiċi u l-espressjoni tar-riżultati (unitajiet) li għandhom jintużaw huma dawk spjegati fl-Aness tar-Regolament (KEE) Nru 2676/90 (jew l-ekwivalenti ppruvati mil-laboratorji involuti fl-analiżi).

Taqsima I

1.   Informazzjoni ġenerali

1.1.

In-numru tal-kampjun:

1.2.

L-isem u l-kariga tal-uffiċjal jew il-persuna awtorizzata li ħa l-kampjun:

1.3.

L-isem u l-indirizz tal-korp kompetenti responsabbli mit-teħid tal-kampjun:

1.4.

L-isem u l-indirizz tal-korp kompetenti responsabbli mill-vinifikazzjoni u d-dispaċċ tal-kampjun, jekk ikun korp ieħor barra dak imsemmi f’1.3:

2.   Deskrizzjoni ġenerali tal-kampjuni

2.1.

L-oriġini (pajjiż, reġjun):

2.2.

Is-sena tal-ħsad:

2.3.

Il-varjetà tad-dielja:

2.4.

Il-lewn tal-għeneb:

3.   Deskrizzjoni tal-vinja

3.1.

L-isem u l-indirizz tal-persuna li tikkoltiva l-plott:

3.2.

Il-lokalità tal-plott:

raħal tal-inbid:

lokalità:

referenza katastali:

latitudni u lonġitudni:

3.3.

Tip ta’ ħamrija (eż. bil-ġir, taflija, bil-ġir u taflija, ramlija):

3.4.

Sitwazzjoni (eż. imżerżqa, watja, esposta għax-xemx):

3.5.

L-għadd ta’ dwieli għal kull ettaru:

3.6.

L-età approssimattiva tal-vinja (anqas minn 10 snin/bejn 10 u 25 sena/aktar minn 25 sena):

3.7.

Altitudni:

3.8.

Metodu ta’ taħriġ u żbir:

3.9.

Tip ta’ nbid li l-għeneb normalment isir (nbid tal-mejda, nbid ta' kwalità psr, oħrajn)-(ref. d-definizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, Anness 1):

4.   Karatteristiċi ta’ għalla u most

4.1.

Stima tar-rendiment għal kull ettaru tal-plott maħsud: (kg/ha)

4.2.

Stat ta’ saħħa tal-għeneb (eż. tajjeb, imħassar), li jispeċifika jekk l-għeneb kienx niexef jew imxarrab meta ttieħed il-kampjun:

4.3.

Data li fiha ttieħed il-kampjun:

5.   Il-kundizzjonijiet tat-temp qabel il-ħsad

5.1.

L-ammont ta' xita li tagħmel fl-għaxar t'ijiem qabel il-ħsad: iva/le. Jekk iva, informazzjoni addizzjonali fejn disponibbli.

6.   Vinji msoqqija:

Jekk l-għalla tissaqqa, id-data tal-aħħar tisqija:

(Timbru tal-korp kompetenti responsabbli mit-teħid tal-kampjun, u l-isem, kariga u firma tal-uffiċjali li jieħu l-kampjun)

Taqsima II

1.   Mikrovinifikazzjoni

1.1.

Piż tal-kampjun tal-għeneb, f’kg:

1.2.

Metodu ta’ ppressar:

1.3.

Volum ta’ most miksub:

1.4.

Karatteristiċi tal-most:

konċentrazzjoni ta’ zokkor espressa f’g/l b’rifrattometrija:

aċidità totali espressa f’g/l ta’ aċidu tartariku: (mhux obbligatorju)

1.5.

Metodu ta’ trattament tal-most (eż. sedimentazzjoni, ċentrifugazzjoni):

1.6.

Levatura (varjetà ta’ ħmira użata). Indika jekk kienx hemm jew le fermentazzjoni spontanja:

1.7.

It-temperatura matul il-fermentazzjoni:

1.8.

Il-metodu li jiddetermina t-tmiem tal-fermentazzjoni:

1.9.

Il-metodu ta’ trattament tal-inbid (eż. tiswib):

1.10

Żieda ta’ diossidu tal-kubrit f’mg/l:

1.11

Analiżi tal-inbid miksub:

qawwa alkoħolika attwali f’% vol.:

estratt totali niexef:

zokkor riduċenti espress bħala g/l ta’ zokkor invertit:

2.   Tabella kronoloġika tal-vinifikazzjoni tal-kampjun

Data:

li fiha ttieħed il-kampjun: (l-istess data bħad-data tal-ħsad, taqsima I-4.3)

tal-ippressar:

tal-bidu tal-fermentazzjoni:

tat-tmiem tal-fermentazzjoni:

tal-ibbottiljar:

Data li fiha tkun tlestiet it-Taqsima Part II:

(Timbru tal-korp kompetenti li jkun wettaq il-vinifikazzjoni u firma tal-uffiċjal kompetenti ta’ dak il-korp)”


ANNESS III

“ANNESS III

RAPPORT TA’ ANALIŻI

Kampjuni ta’ nbid u ta’ prodotti tal-inbid analizzati b’metodu iżotopiku kif imsemmi fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li għandhom jiddaħħlu fil-ġabra tad-dejta iżotopika taċ-ĊRK

I.   INFORMAZZJONI ĠENERALI (trasferita mill-Anness II)

1.

Il-pajjiż:

2.

In-numru tal-kampjun:

3.

Is-sena:

4.

Il-varjetà tad-dielja:

5.

It-tip ta’ nbid:

6.

Ir-reġjun/id-distrett:

7.

Isem u l-indirizz tal-laboratorju responsabbli għar-riżultati:

8.

Kampjun għall-analiżi ta’ kontroll miċ-ĊRK: iva/le

II.   METODI U RIŻULTATI

1.   Inbid (trasferit mill-Anness II)

1.1

:

Qawwa alkoħolika skont il-volum

:

% vol.

1.2

:

L-estratt niexef totali

:

g/l

1.3

:

Zokkrijiet li jirriduċu

:

g/l

1.4

:

Aċidità totali, espressa bħala aċidu tartariku

:

g/l

1.5

:

Diossidu tal-kubrit totali

:

mg/l

2.   Distillazzjoni ta’ nbid għal SNIF-NMR

2.1

Deskrizzjoni tal-apparat tad-distillazzjoni:

2.2

Volum ta’ nbid distillat/piż tad-distillat miksub:

3.   Analiżi tad-distillat

3.1

Qawwa alkoħolika ta’ % distillat %(m/m)

4.   Reżiltut ta’ proporzjonijiet ta’ iżotopu ta’ dewterju ta’ etanol imkejjel b’NMR

4.1.

=

(D/H)I

=

ppm

4.2.

=

(D/H)II

=

ppm

4.3.

=

‘R’

=

5.   Parametri NMR

Frekwenza osservata:

6.   Riżultat tal-proporzjon iżotopiku 18O/16O tal-inbid

δ 18.O [‰]= ‰ V. SMOW — SLAP

7.   Riżultat ta’ proporzjon iżotopiku 18O/16O ta’ most (fejn japplika)

δ 18O [‰]= ‰ V. SMOW — SLAP

8.   Riżultat ta’ proporzjon iżotopiku 13C/12C ta’ etanol tal-inbid

δ 13C [‰]= ‰ V-PDB”


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

51


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2125/2004

ta’ l-14 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 890/78 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-attestazzjoni tal-ħops

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tal-ħops (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja (minn hawn ‘il quddiem referuti bħala “l-Istati l-Membri l-ġodda”), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 890/78 (2) għandu jiġi aġġornat f’ċerti aspetti.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 890/78 jispeċifika fit-testi li għandhom jiddaħħlu fiċ-ċertifikati fil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Dawn it-testi għandhom jiġu speċifikati fil-lingwi tal-Istati l-Membri l-ġodda.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 890/78 jistabilixxi d-dati tal-iskadenza fejn l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni b’żoni u reġjuni ta' produzzjoni tal-ħops, u ċentri ta' ċertifikazzjoni. Id-dati tal-iskadenza għandhom għalhekk jiġu stabbiliti għall-Istati l-Membri l-ġodda.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 890/78 għandu jiġi emendat b'mod konformi ma' dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Ħops,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 890/78 għandu b'dan ikun emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 5a jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5a

Iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1784/77 għandu jinkludi mill-inqas wieħed mit-testi indikati f’Anness IIa, applikat mill-awtorità illi jkollha poter twettaq tali ċertifikazzjonijiet.”

2)

Fl-Artikolu 6(3), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara t-tieni s-subparagrafu:

“Fil-każ tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, din l-informazzjoni għandha tiġi komunikata sal-1 ta’ Jannar 2005.”

3)

Fl-Artikolu 11 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Fil-każ tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, din l-informazzjoni għandha tiġi komunikata sal-1 ta’ Jannar 2005.”

4)

L-Anness I ta' dan r-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness IIa.

5)

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, 14 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 175, 4.8.1971, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2320/2003 (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 18).

(2)  ĠU L 117, 29.4.1978, p. 43. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1021/95 (ĠU L 103, 6.5.1995, p. 20).


ANNESS I

“ANNESS IIa

TESTI REFERUTI FL-ARTIKOLU 5a

[bl-Ispanjol] Producto certificado — Reglamento (CEE) n° 890/78,

[biċ-Ċek] Ověřený produkt — Nařízení (EHS) 890/78,

[bid-Daniż] Certificeret produkt — Forordning (EØF) nr. 890/78,

[bil-Ġermaniż] Zertifiziertes Erzeugnis — Verordnung (EWG) Nr. 890/78,

[bl-Estoni] Sertifitseeritud Produkt — (EMÜ) Määrus Nr 890/78,

[bil-Grieg] πιστοποιημένο προϊόν — κανονισμός (ΕΟΚ) αριθ. 890/78,

[bl-Ingliż] Certified product — Regulation (EEC) No 890/78,

[bil-Franċiż] Producto certificado — Reglamento (CEE) n° 890/78,

[bit-Taljan] Prodotto certificato — Regolamento (CEE) n. 890/78,

[bil-Latvjan] Sertificēts Produkts — Reglaments (EEK) N° 890/78

[bil-Litwan] Sertifikuotas produktas — Reglamentas (EEB) Nr. 890/78,

[bl-Ungeriż] Minösitett Termèk — Rendelet (EGK) No 890/78

[bil-Malti] Prodott Iċċertifikat — Regolament (KEE) Nru 890/78

[bid-Daniż] Gecertificeerd produkt — Verordening (EEG) nr. 890/78,

[bil-Pollakk] Produkt certyfikowany — Rozporządzenie (EWG) Nr 890/78,

[bil-Portugiż] Produto certificado — Regulamento (CEE) n° 890/78,

[bis-Slovakk] Certificiran pridelek — Uredba (EES) št. 890/78,

[bis-Sloven] Certifikovaný výrobok — Nariadenie (EHS) č. 890/78,

[bil-Finlandiż] Varmennettu tuote — Asetus (ETY) N:o 890/78,

[bl-Iżvediż] Certifierad produkt — Förordning (EEG) nr 890/78.”


ANNESS II

Punt 2 tal-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 890/78 hu mibdul b'dan li ġej:

“2.

L-Istati Membri li jagħmlu l-attestazzjoni

BE

għall-Belġju

CZ

għar-Repubblika Ċeka

DK

għad-Danimarka

DE

għall-Ġermanja

EE

għall-Estonja

EL

għall-Greċja

ES

għal Spanja

FR

għal Franza

IE

għall-Irlanda

IT

għall-Italja

CY

għal Ċipru

LV

għal-Latvja

LT

għal-Litwanja

LU

għal-Lussemburgu

HU

għall-Ungerija

MT

għal Malta

NL

għall-Olanda

AT

għall-Awstrija

PL

għall-Polonja

PT

għall-Portugall

SI

għas-Slovenja

SK

għas-Slovakkja

FI

għal Finlandja

SE

għall-Iżvezja

UK

għar-Renju Unit”


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

55


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2167/2004

tas-17 ta’ Diċembru 2004

li jadatta r-Regolament (KEE) Nru 1848/93 minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b'mod partikolari l-Artikolu 57 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2082/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar ċertifikati ta' karattru speċifiku għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1) jistitwixxi sistema Komunitarja ta' ħarsien għal speċjalitajiet tradizzjonali u jistipula fl-Artikoli 12 u 15 simbolu u indikazzjoni Komunitarji.

(2)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1848/93 tad-9 ta' Lulju 1993 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill 2082/92 dwar ċertifikati ta' karattru speċifiku għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (2) jistabbilixxi dan is-simbolu Komunitarju u din l-indikazzjoni Komunitarja fil-lingwi kollha tal-Komunità.

(3)

Minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, jeħtieġ li s-simbolu Komunitarju u l-indikazzjoni Komunitarja jingħataw fil-lingwi tal-Istati Membri l-ġodda.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1848/93 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1848/93 qed jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 168, 10.7.1993, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 296/2004 (ĠU L 50, 20.2.2004, p. 15).


ANNESS

“ANNESS I

Taqsima A

Español

Image

Čeština

Image

Dansk

Image

Deutsch

Image

Eesti keel

Image

Ελληνικά

Image

English

Image

Français

Image

Italiano

Image

Latviešu valoda

Image

Lietuvių kalba

Image

Magyar

Image

Malti

Image

Nederlands

Image

Polski

Image

Português

Image

Slovenčina

Image

Slovenščina

Image

Suomi

Image

Svenska

Image

Taqsima B

ES

ESPECIALIDAD TRADICIONAL GARANTIZADA

CS

ZARUČENÁ TRADIČNÍ SPECIALITA

DA

GARANTIE FOR TRADITIONEL SPECIALITET

DE

GARANTIERT TRADITIONELLE SPEZIALITÄT

ET

GARANTEERITUD TRADITSIOONILINE ERITUNNUS

ΕL

ΕΙΔΙΚΟ ΠΑΡΑΔΟΣΙΑΚΟ ΠΡΟΪΟΝ ΕΓΓΥΗΜΕΝΟ

EN

TRADITIONAL SPECIALITY GUARANTEED

FR

SPÉCIALITÉ TRADITIONNELLE GARANTIE

IT

SPECIALITÀ TRADIZIONALE GARANTITA

LV

GARANTĒTAS TRADICIONĀLĀS ĪPATNĪBAS

LT

GARANTUOTAS TRADICINIS GAMINYS

HU

HAGYOMÁNYOS KÜLÖNLEGES TERMÉK

MT

SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

NL

GEGARANDEERDE TRADITIONELE SPECIALITEIT

PL

GWARANTOWANA TRADYCYJNA SPECJALNOŚĆ

PT

ESPECIALIDADE TRADICIONAL GARANTIDA

SK

ŠPECIALITA GARANTOVANÁ TRADÍCIOU

SL

ZAJAMČENA TRADICIONALNA POSEBNOST

FI

AITO PERINTEINEN TUOTE

SV

GARANTERAD TRADITIONELL SPECIALITET”


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

59


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2169/2004

tas-17 ta' Diċembru 2004

jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 li jistabbilixxi r-regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6b(3) u 6c(7) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/03 (2) jipprovdi li l-emendi fil-kuntratti jistgħu jżidu l-volum ikkuntattat sa massimu ta’ 30 % tal-kwantità oriġinarjament ikkuntrattata. Minkejja dan, fir-rigward tat-tin imqadded għall-produzzjoni ta' pejsts tat-tin, dan il-perċentwal jista’ jiżdied għal 100 % tal-kwantitajiet oriġinarjament stipulati fil-kuntratt bejn il-produttur u l-proċessur. Dik id-deroga tgħodd biss sas-sena tas-suq 2003/2004.

(2)

Minħabba li r-raġunijiet għad-deroga, jiġifieri l-fatt li l-produzzjoni u l-esportazzjoni komplew tul is-sena kummerċjali kollha, baqgħu jgħoddu, huwa meħtieġ li l-istess deroga ssir permanenti.

(3)

Ir-Regolament (KE) Numru 1535/2003 għandu għalhekk jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Ipproċessati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1535/2003, it-tieni subparagrafu jinbidel b'li ġej:

“Madankollu, l-emendi għall-kuntratti għat-tin imqadded mhux ipproċesat maħsub għall-produzzjoni ta' pejsts tat-tin, jistgħu jiġu konklużi mhux iktar tard mill-31 ta' Mejju u jistgħu jżidu l-kwantitajiet stabbiliti oriġinarjament fil-kuntratti b'mhux iktar minn 100 %.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda jgħodd mis-sena tas-suq 2004/2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).

(2)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1132/2004 (ĠU L 219, 19.6.2004, p. 3).


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

60


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2203/2004

tal-21 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1859/82 rigward il-għażla ta' oqsma [azjendi] li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi detterminat id-dħul tal-oqsma [azjendi] agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta' Ġunju 1965 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari Artikoli 4(4), u 6(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 (2) jistipula l-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull diviżjoni. L-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet li għandhom jintgħażlu f'kull diviżjoni jista' jvarja sa 20 % f'kull direzzjoni sakemm dan ma jinvolvix tnaqqis fl-għadd totali ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull Stat Membru.

(2)

Peress li l-ġestjoni finanzjarja ta' miżura bħal din hija diffiċli, ġiet introdotta limitazzjoni għal kull Stat Membru kif ukoll għall-għadd totali ta' prospetti tal-biedja mimlija eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Komunità, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1915/83 tat-13 ta’ Lulju 1983 dwar regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni dwar iż-żamma ta’ kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta’ ażjendi agrikoli (3) Għal raġunijiet ta' ċarezza u koerenza, din il-bidla għandha tiġi riflessa fir-Regolament (KEE) Nru 1859/82. Il-flessibiltà fl-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull diviżjoni għanda titħalla, sakemm l-għadd totali ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet tal-Istati Membri konċernati jiġi rispettat.

(3)

Bil-għan tal-limitazzjoni għal kull Stat Membru tal-għadd totali ta' prospetti tal-biedja eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Komunità, l-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet stabbiliti fl-Anness I għall-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza u l-Lussemburgu għandu jiġi aġġustat. sabiex jinżamm id-daqs attwali tal-kampjun.

(4)

L-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull diviżjoni fl-Iżvezja għandu jiġi aġġustat, minħabba l-bidliet fil-konfini bejn id-diviżjonijiet.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 b'hekk għandu jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Network tad-Dejta dwar il-Kontabilità tal-Biedja,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1859/82 b'hekk għandu jiġi emendat kif xieraq.

1.

Artikolu 3 nbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

L-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull Stat Membru kif ukoll għal kull diviżjoni huwa mniżżel fl-Anness I.

L-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet li għandhom jintgħażlu għal kull diviżjoni jista' jvarja minn dak imniżżel fl-Anness I sal-20 % f'kull direzzjoni sakemm l-għadd totali ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet tal-Istati Membri konċernati huwa rispettat.”

2.

L-Anness I huwa amendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena ta' kontabilità 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kommissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 109, 23 6 1965, p. 1859/65. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004 (ĠU L 104, 8 4 2004, p. 97).

(2)  ĠU L 205, 13 7 1982, p. 40. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 730/2004 (ĠU L 113, 20 4 2004, p. 8).

(3)  ĠU L 190, 14 7 1983, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1388/2004 (ĠU L 255, 31 7 2004, p. 5).


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 huwa amendat kif ġej:

(a)

Il-parti li tikkonċerna lill-Belġju tinbidel b'dan li ġej:

 

“IL-BELĠJU

 

341

Vlaanderen

720

342

Bruxelles-Brussel

343

Wallonie

480

It-total tal-Belġju

1 200 ”

(b)

il-parti li tikkonċerna lid-Danimarka tinbidel b'dan li ġej:

“370

ID-DANIMARKA

2 250 ”

(c)

il-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja tinbidelb'dan li ġej:

 

“IL-ĠERMANJA

 

010

Schleswig-Holstein

450

020

Hamburg

50

030

Niedersachsen

980

040

Bremen

050

Nordrhein-Westfalen

790

060

Hessen

440

070

Rheinland-Pfalz

600

080

Baden-Württemberg

740

090

Bayern

1 150

100

Saarland

80

110

Berlin

112

Brandenburg

240

113

Mecklenburg-Vorpommern

180

114

Sachsen

280

115

Sachsen-Anhalt

190

116

Thüringen

190

Total tal-Ġermanja

6 360 ”

(d)

il-parti li tikkonċerna lil Franza tinbidel b'dan li ġej:

 

“FRANZA

 

121

Île-de-France

170

131

Champagne-Ardenne

400

132

Picardie

300

133

Haute.Normandie

160

134

Iċ-Ċentru

450

135

Basse-Normandie

220

136

Bourgogne

380

141

Nord-Pas-de-Calais

310

151

Lorraine

230

152

Alsace

180

153

Franche-Comté

230

162

Pays de la Loire

490

163

Bretagne

540

164

Poitou-Charentes

360

182

Aquitaine

500

183

Midi-Pyrénées

480

184

Limousin

200

192

Rhône-Alpes

450

193

Auvergne

360

201

Languedoc-Roussillon

400

203

Provence-Alpes-Côte d’Azur

360

204

Corse

150

It-total ta' Franza

7 320 ”

(e)

il-parti li tikkonċerna lil-Lussemburgu tinbidella b'dan li ġej:

“350

IL-LUSSEMBURGU

360 ”

(f)

Il-parti li tikkonċerna lill-Iżvezja tinbidel b'dan li ġej:

 

“L-IŻVEZJA

 

710

Il-pjanuri tan-Nofsinhar u ċ-Ċentru tal-Iżvezja

680

720

Il-foresti u żoni agrikoli u forestali mħallta tan-Nofsinhar u ċ-Ċentru tal-Iżvezja

215

730

Iż-żoni tat-Tramuntana tal-Iżvezja

105

It-total tal-Iżvezja

1 000 ”


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

64


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2204/2004

tal-21 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1915/83 dwar regoli dettaljati ta' implimentazzjoni dwar iż-żamma ta' kontijiet biex ikun determinat id-dħul ta' ażjendi agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1915/83 (2), il-Kummissjoni għandha tħallas miżata standard lill-Istat Membri kkonċernati għal kull prospett tal-biedja mimli kif għandu jkun li jkun mgħoddi lilha fil-perjodu preskritt f'Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament. Għaċ-ċarezza, xi dispożizzjonijiet dwar dawk il-ħlasijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1859/82 tat-12 ta' Lulju rigward l-għażla ta’ azjendi li jippreżentaw il-prospetti sabiex jiġi ddeterminat id-dħul tal-azjendi agrikoli (3) għandhom ikunu inklużi fir-Regolament (KEE) Nru 1915/83.

(2)

Għal raġunijiet baġitarji u biex tkun iffaċilitata l-ġestjoni finanzjarja, in-numru massimu ta' prospetti tal-biedja li għandhom jitħallsu lil kull Stat Membru għandu jkun limitat għan-numru fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82.

(3)

Għandu jkun hemm lok għal xi flessibilità dwar in-numru ta' prospetti tal-biedja eliġibbli għal kull diviżjoni, sa numru massimu ta' prospetti tal-biedja għal kull Stat Membru kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82 jekk l-Istat Membru kkonċernat għandu iktar minn diviżjoni waħda.

(4)

Jekk in-numru tal-prospetti tal-biedja mimlija kif għandu jkun mibgħuta qabel l-iskadenza għal kull diviżjoni jew għal kull Stat Membru jkun inqas minn 80 % tan-numru iffissat għad-diviżjoni jew l-Istat Membru kkonċernat, il-ħlas standard għal dik id-diviżjoni jew dak l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun imnaqqas sa mis-sena tal-kontabilità 2005. Madanakollu, huwa xieraq, bħala miżura ta' tranżizzjoni, li l-applikazzjoni tas-sistema ta' riduzzjoni tkun posposta għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, biex iħallu lill-Istati Membri l-ġodda jaddattaw ruħhom sew għas-sistema li tinżamm il-kontabilità biex ikun jista' jiġi kkalkulat id-dħul tal-azjendi agrikoli li hija xi ħaġa ġdida għalihom.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1915/83 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk dwar l-Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1915/83 huwa sostitwit b'li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tħallas miżata fissa lill-Istati Membri kkonċernati għal kull prospett tal-biedja mimli kif għandu jkun li jkun mgħoddi lilha fil-perjodu preskritt f'Artikolu 3.

1a.   In-numru totali ta' prospetti tal-biedja mimlija u mibgħuta kif għandu jkun li huma eliġibbli għall-miżata standard m'għandhomx ikunu iktar min-numru totali ta' azjendi li jirritornaw il-prospetti stabbilit għal dak l-Istat Membru fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82

Għall-Istati Membri li għandhom iktar minn diviżjoni waħda, in-numru ta' prospetti tal-biedja mimlija u mibgħuta kif għandu jkun li huma eliġibbli għall-miżata standard għal kull diviżjoni, jista' jkun sa 20 % ogħla min-numru stabbilit għad-diviżjoni kkonċernata, sakemm dak in-numru totali ta' prospetti tal-biedja mimlija u mibgħuta kif għandu jkun tal-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ogħla min-numru totali stabbilit għal dak l-Istat Membru fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1859/82.

Jekk in-numru tal-prospetti tal-biedja mimlija u mibgħuta kif għandu jkun rigward diviżjoni jew Stat Membru, jkun inqas minn 80 % tan-numru ta' azjendi li jirritornaw il-prospetti stabbilit għal dik id-diviżjoni jew għall-Istat Membru kkonċernat, il-ħlas standard għall-prospetti tal-biedja għal dik id-diviżjoni jew dak l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun imnaqqas b':

10 % għas-sena tal-kontabilità 2005;

20 % għas-sena tal-kontabilità 2006 u s-snin ta' wara.

Jekk ikun hemm tnaqqis kemm għad-diviżjoni kif ukoll għall-Istat Membru kkonċernat, it-tnaqqis għandu jkun applikat fuq livell nazzjonali biss.

It-tnaqqis għas-sena tal-kontabilità 2005 stabbilit fl-ewwel inċiż tat-tielet sottoparagrafu m'għandux japplika għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena tal-kontabilità 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 21 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859/65. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 660/2004 (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 97).

(2)  ĠU L 190, 14.7.1983, p. 25. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1388/2004 (ĠU L 255, 31.7.2004, p. 5).

(3)  ĠU L 205, 13.7.1982, p. 40. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 730/2004 (ĠU L 113, 20.4.2004, p. 8).


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

66


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2221/2004

tat-22 ta' Diċembru 2004

li jistabbilixxi l-allokazzjoni ta' liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat għall-Istati Uniti tal-Amerika fl-2005 skont ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1847/2004 (2) jiftaħ il-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon lill-Istati Uniti tal-Amerika fl-2005 li jaqgħu taħt ċerti kwoti tal-GATT.

(2)

L-Artikolu 20(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta' Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (3), jistabbilixxi l-kriterji li għandhom jiġu applikati għall-allokazzjoni ta' liċenzji proviżorji fejn l-applikazzjoni għal dawk il-liċenzji huma ppreżentati skont il-kwantità tal-prodotti f'eċċess ta' waħda mill-kwoti relevanti għas-sena fil-kwistjoni. Wara t-tkabbir tal-Komunità fl-1 ta' Mejju 2004, l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 jipprovdi wkoll miżuri tranżizzjonali skont dawk il-kriterji għas-sena 2005.

(3)

Id-domanda għal-liċenzji ta' esportazzjoni għal ċerti kwoti u gruppi ta' prodotti wriet żieda sinifikanti u teċċedi, kultant bil-wisq, il-kwantitajiet disponibbli. Dan jista' jwassal għal tnaqqis sostanzjali fil-kwantitajiet allokati għal kull applikant, b'hekk tonqos l-effiċjenza u effikaċja tal-iskema. Barra minn hekk, jekk il-kwantitajiet allokati lil kull operatur ikunu żgħar ħafna, l-esperjenza wrietna li jkun hemm riskju ta' xi operatur li ma jkunx kapaċi, f'ċirkustanzi bħal dawn, li jissodisfa l-obbligu ta' esportazzjoni b'konsegwenza ta' nuqqas ta' sigurtà.

(4)

Sabiex nittrattaw dik il-problema, ikun xieraq li tiġi applikata taħlita tat-tliet kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, waqt li jitqiesu l-miżuri tranżizzjonali disponibbli. Skont il-punti (a) u (b) ta' dak is-subparagrafu, il-liċenzji għandhom jiġu allokati bi preferenza għal applikanti li kienu diġa jaħdmu fl-Istati Uniti tal-Amerika, li l-importaturi nnominati tagħhom ikunu sussidjarji u li kienu esportaw kwantità ta' prodotti kkonċernati għal dik id-destinazzjoni fil-passat. Barra minn hekk, tnaqqis koeffiċjenti għandu japplika skont punt (c) ta' dak is-subparagrafu.

(5)

F'każ ta' gruppi ta' prodotti u ta' kwoti li għalihom l-applikazzjonijiet ippreżentati huma għal kwantitajiet inqas minn dawk disponibbli, ikun xieraq, skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, li l-kwantitajiet li jifdal jiġu offruti biex jiġu allokati lill-applikanti proporzjonalment għall-kwantitajiet li jkunu applikaw għalihom. L-allokazzjoni ta' kwantitajiet żejda bħal dawn issir bil-kundizzjoni li l-operatur interessat jagħmel talba u jippreżenta garanzija.

(6)

Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura, kif imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1847/2004, dan ir-Regolament għandu japplika mill-aktar fis possibli.

(7)

[Il-miżuri mniżżlin fir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib]

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji proviżjonali ta' esportazzjoni ippreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 1847/2004 rigward il-gruppi ta' prodotti u ta' kwoti identifikati minn Tokjo-16, -16, -17, -18-20 u l-Urugwaj-21, Tokjo-25 u l-Urugwaj-25 fil-kolonna 3 tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu aċċettati, suġġetti għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-allokazzjoni mniżżla fil-kolonna 5 ta' dak l-Anness, meta jkunu ppreżentati minn:

l-applikanti li juru li esportaw għall-Istati Uniti tal-Amerika tal-prodotti in kwistjoni matul għall-anqas sena mit-tliet snin preċedenti u li l-importaturi nnominati tiegħu huma sussidjarji, jew

applikanti li l-importaturi nnominati tagħhom jitqiesu bħala sussidjarji skont punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999.

L-applikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu aċċettati, suġġetti għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-allokazzjoni mniżżla fil-kolonna 6 tal-Anness, meta jiġu ppreżentati minn:

applikanti oħra li mhux imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, li juru li esportaw għall-Istati Uniti tal-Amerika il-prodotti in kwistjoni matul kull sena mit-tliet snin preċedenti, jew

applikanti li dwarhom ma jkunx hemm bżonn ġabra storika ta' eżekuzzjoni, skont punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) l-importaturi nnominati jitqiesu bħala sussidjarji skont punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999.

L-applikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu mwarrba meta jiġu ppreżentati minn applikanti oħra li mhux imsemmijin fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi.

2.   Jekk il-kwantità allokata li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tkun anqas minn 2 tunnellati, l-applikanti jistgħu jirtiraw l-applikazzjoni tagħhom. F'każijiet bħal dawn, għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn fil-każ isir rilaxx immedjat tal-garanzija.

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni fi żmien 8 ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, bil-kwantità li għaliha jkunu ġew irtirati l-applikazzjonijiet u li għaliha jkun sar rilaxx tal-garanzija.

Artikolu 2

L-applikazzjonijiet għall-liċenzji proviżjonali ta' esportazzjoni ppreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru. 1847/2004 skont il-grupp tal-prodott u l-kwoti identifikati permezz ta' Tokjo-22 u l-Urugwaj-22 fil-kolonna 3 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, għandhom jintlaqgħu għall-kwantitajiet rikjesti.

Fuq applikazzjoni oħra min-negozjant fi żmien 10 t'ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u suġġett għall-preżentazzjoni tas-sigurtà applikabbli, liċenzji proviżjonali ta' esportazzjoni jistgħu jinħarġu għall-kwantitajiet oħra suġġetti għall-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni mniżżel fil-kolonna 7 tal-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-istess ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26 6 1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2. 2004, p. 6)

(2)  ĠU L 322, 23 10 2004, p. 19.

(3)  ĠU L 20, 27 1 1999, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1846/2004 (ĠU L 322, 23.10. 2004, p. 16)


ANNESS

Identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali f'Kapitolu 4 tal-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika

Identifikazzjoni tal-grupp u l-kwota

Kwantità disponibbli għall-2005 (t)

Koeffiċjent ta‘ allokazzjoni li hemm provdut dwarhu fl-Artikolu 1(1)

Koeffiċjent ta‘ allokazzjoni li hemm provdut dwarhu fl-Artikolu 2(1)

Nota Nru

Grupp

L-ewwel subparagrafu

It-tieni subparagrafu

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

16

Mhux speċifikament ipprovdut dwarhu (NSPF)

Tokjo-16

908,877

0,1328738

0,0442913

L-Urugwaj-16

3 446,000

0,1194816

0,0398272

17

Tat-tursin (Blue Mould)

L-Urugwaj-16

350,000

0,1534639

0,0511546

18

Ċeddar

L-Urugwaj-18

1 050,000

0,8344371

0,2781457

20

Edam/Gouda

L-Urugwaj-20

1 100,000

0,1843369

0,0614456

21

Tat-tip Taljan

L-Urugwaj-21

2 025,000

0,1447704

0,0482568

22

Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler mingħajr il-formazzjoni tal-għajn

Tokjo-22

393,006

 

 

1,1930821

L-Urugwaj-22

380,000

 

 

1,2500000

25

Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler bil-formazzjoni tal-għajn

Tokjo-25

4 003,172

0,3713669

0,1237890

 

L-Urugwaj-25

2 420,000

0,3198238

0,1066079


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

69


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Diċembru 2004

li temenda d-Deċiżjoni 2001/497/KE fir-rigward ta’ l-introduzzjoni ta’ sett alternattiv ta’ klawżoli standard kontrattwali għat-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2004) 5271)

(2004/915/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' din id-data (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu faċilitati flussi ta’ data mill-Komunità, huwa mixtieq li kontrolluri tad-data jkunu jistgħu jwettqu trasferimenti tad-data globalment taħt sett uniku ta’ regoli ta’ protezzjoni tad-data. Fl-assenza ta’ standards għall-protezzjoni tad-data globali, klawżoli standard kontrattwali jipprovdu għodda importanti li tippermetti t-trasferiment ta’ data personali mill-Istati Membri kollha taħt sett ta’ regoli komuni. Għalhekk id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/497/KE tal-15 ta’ Ġunju 2001 dwar klawżoli standard kontrattwali għat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi skond id-Direttiva 95/46/KE (2) tistabbilixxi sett mudell ta’ klawżoli standard kontrattwali li jiżgura protezzjoni adegwata għat-trasferiment ta’ data lil pajjiżi terzi.

(2)

Inkisbet ħafna esperjenza mill-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, koalizzjoni ta’ assoċjazzjonijiet kummerċjali (3) issottomettiet sett ta’ klawżoli standard kontrattwali alternattivi ddisinjati sabiex jipprovdu livell ta’ protezzjoni tad-data ekwivalenti għal dik provduta mis-sett ta’ klawżoli standard kontrattwali stabbilita fid-Deċiżjoni 2001/497/KE filwaqt li jużaw mekkaniżmi differenti.

(3)

Minħabba li l-użu ta’ klawżoli standard kontrattwali għal trasferimenti internazzjonali tad-data huwa volontarju minħabba li klawżoli standard kontrattwali huma possibbiltà waħda biss minn diversi possibbiltajiet skond id-Direttiva 95/46/KE, għat-trasferimenti legali ta’ data personali lejn pajjiż terz, esportaturi tad-data fil-Komunità u l-importaturi tad-data fil-pajjiżi terzi għandhom ikunu liberi li jagħżlu kwalunkwe waħda mis-settijiet tal-klawżoli standard kontrattwali, jew jagħżlu xi bażi legali oħra għat-trasferiment tad-data. Minħabba li kull sett fl-intier tiegħu jifforma mudell, l-esportaturi tad-data m’għandhomx, madankollu, jitħallew jemendaw dawn is-settijiet jew jamalgamawhom totalment jew parzjalment bi kwalunkwe mod.

(4)

Il-klawżoli standard kontrattwali sottomessi mill-assoċjazzjonijiet kummerċjali jimmiraw sabiex iżidu l-użu ta’ klawżoli kontrattwali fost l-operaturi permezz ta’ mekkaniżmi bħal rekwiżiti ta’ verifika aktar flessibbli, regoli aktar dettaljati dwar id-dritt għall-aċċess.

(5)

Barra minn hekk, bħala alternattiva għas-sistema tar-responsabbiltà in solidum provvduta fid-Deċiżjoni 2001/497/KE, is-sett sottomess issa jinkludi reġim ta’ responsabbiltà bbażat fuq obbligi tad-diliġenza kollha meħtieġa fejn l-esportatur tad-data u l-importatur tad-data jkunu responsabbli vis-à-vis is-suġġetti tad-data għall-ksur rispettiv tagħhom ta’ l-obbligi kontrattwali tagħhom; l-esportatur tad-data huwa responsabbli wkoll li ma jużax sforzi raġonevoli sabiex jiddetermina li l-importatur tad-data jista’ jissodisfa l-obbligi legali tiegħu taħt il-klawżoli (culpa in eligendo) u s-suġġett tad-data jista’ jieħu azzjoni kontra l-esportatur tad-data f’dan ir-rigward. L-infurzar ta’ klawżola I punt (b) tas-sett il-ġdid ta’ klawżoli standard kontrattwali huwa ta’ importanza partikolari f’dan ir-rigward, b’mod partikolari f’konnessjoni mal-possibbiltà li l-esportatur tad-data jwettaq verifiki fuq il-bini ta’ l-importaturi tad-data jew li jitlob evidenza ta’ risorsi finanzjarji suffiċjenti sabiex jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu.

(6)

Fir-rigward ta’ l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-parti terza benefiċjarja mis-suġġetti tad-data, involviment akbar ta’ l-esportatur tad-data fir-riżoluzzjoni ta’ l-ilmenti tas-suġġetti tad-data hija provvduta, fejn l-esportatur tad-data jkun obbligat li jagħmel kuntatt ma’ l-importatur tad-data u, jekk ikun meħtieġ, jinforza l-kuntratt fil-perjodu normali ta’ xahar. Jekk l-esportatur tad-data jirrifjuta li jinforza l-kuntratt u l-ksur mill-importatur tad-data jkompli, is-suġġett tad-data jista’ mbagħad jinforza l-klawżoli kontra l-importatur tad-data u eventwalment ifittxu fi Stat Membru. Din l-aċċettazzjoni ta’ ġuriżdizzjoni u l-ftehim ta’ konformità ma’ deċiżjoni ta’ qorti kompetenti jew awtorità ta’ protezzjoni tad-data ma tippreġudikax kwalunkwe dritt proċedurali ta’ l-importaturi tad-data stabbiliti f’pajjiżi terzi, bħal m’huma d-drittijiet ta’ appell.

(7)

Sabiex, madankollu, jiġu evitati abbużi minħabba f’din il-flessibbiltà addizzjonali, huwa xieraq li jiġi provdut li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jistgħu jipprojbixxu jew jissospendu aktar faċilment trasferimenti tad-data ibbażati fuq is-sett ġdid ta’ klawżoli standard kontrattwali f’dawk il-każijiet fejn l-esportatur tad-data jirrifjuta lil jieħu l-passi xierqa sabiex jinforza l-obbligi kontrattwali kontra l-importatur tad-data jew dan ta’ l-aħħar jirrifjuta li jikkoopera f’bona fede ma’ l-awtoritajiet ta’ sorveljanza kompetenti tal-protezzjoni tad-data.

(8)

L-użu tal-klawżoli standard kontrattwali ser isir bla preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond id-Direttiva 95/46/KE jew id-Direttiva 2002/58/KE (4) dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), b’mod partikolari safejn huwa kkonċernat komunikazzjonijiet kummerċjali meta jintbagħtu għall-finijiet ta’ marketing dirett.

(9)

Fuq dik il-bażi, is-salvagwardji li jinsabu fil-klawżoli standard kontrattwali jistgħu jitqiesu bħala adegwati fis-sens ta’ l-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE.

(10)

Il-Kumitat ta’ Ħidma għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' Data Personali stabbilit taħt l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE ta opinjoni (5) fuq il-livell ta' protezzjoni provdut taħt il-klawżoli standard kontrattwali sottomessi li ġew ikkunsidrati.

(11)

Sabiex jiġi stmat it-tħaddim ta’ l-emendi għad-Deċiżjoni 2001/497/KE, huwa xieraq li l-Kummissjoni tevalwahom tliet snin wara n-notifika tagħhom lill-Istati Membri.

(12)

Id-Deċiżjoni 2001/497/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2001/497/KE tiġi emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Il-kontrolluri tad-data jistgħu jagħżlu wieħed mis-settijiet I jew II fl-Anness. Madankollu, ma jistgħux jemendaw il-klawżoli jew igħaqqdu klawżoli individwali jew is-settijiet.”

2.

Fl-Artikolu 4 il-paragrafi 2 u 3 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“2.   Għall-finijiet ta’ paragrafu 1, fejn il-kontrollur tad-data jressaq salvagwardji adegwati fuq il-bażi tal-klawżoli standard kontrattwali inklużi fis-set II fl-Anness, l-awtoritajiet kompetenti tal-protezzjoni tad-data huma intitolati li jeżerċitaw il-poteri eżistenti tagħhom sabiex jipprojbixxu jew jissospendu flussi ta’ data f’waħda mill-każijiet li ġejjin:

(a)

ir-rifjut min-naħa ta’ l-importatur tad-data li jikkoopera f’bona fede ma’ l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, jew li jikkonforma ma’ l-obbligi ċari tagħhom skond il-kuntratt;

(b)

ir-rifjut min-naħa ta’ l-esportatur tad-data li jieħu l-passi xierqa li jinforza l-kuntratt kontra l-importatur tad-data fil-perjodu normali ta’ xahar wara avviż mill-awtorità kompetenti tal-protezzjoni tad-data lill-esportatur tad-data.

Għall-finijiet ta’ l-ewwel sottoparagrafu r-rifjut in male fede jew ir-rifjut min-naħa ta’ l-importatur tad-data li jinforza l-kuntratt m’għandux jinkludi każijiet li fihom il-kooperazzjoni jew l-infurzar ikunu f’kunflitt ma’ rekwiżiti mandatorji tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-Importatur tad-Data li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ f’soċjetà demokratika fuq il-bażi ta’ wieħed mill-interessi elenkati fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari sanzjonijiet kif stabbiliti fl-għodod internazzjonali u/jew nazzjonali, ir-rekwiżiti tar-rappurtar tat-taxxa jew ir-rekwiżiti tar-rappurtar kontra l-ħasil tal-flus.

Għall-finijiet tal-punt (a) ta’ l-ewwel sottoparagrafu il-kooperazzjoni tista’ tinkludi, b’mod partikolari, is-sottomissjoni tal-faċilitajiet ta’ l-ipproċessar tad-data ta’ l-importatur tad-data għall-verifika jew l-obbligu li josserva l-parir ta’ l-awtorità ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data fil-Komunità.

3.   Il-projbizzjoni jew is-sospensjoni skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jitneħħew malli r-raġunijiet għall-projbizzjoni jew is-sospensjoni ma jibqgħux jeżistu aktar.

4.   Meta l-Istati Membri jadotta miżuri skond il-paragrafi 1, 2 u 3, huma għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni li għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.”

3.

Fl-Artikolu 5 l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-mod kif taħdem din id-Deċiżjoni fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli tlett snin wara n-notifika tagħha u n-notifika ta’ kwalunkwe emenda għaliha lill-Istati Membri.”

4.

L-Anness jiġi emendat kif ġej:

1.

Wara t-titolu jiddaħħlu t-termini “SETT I”.

2.

Jiżdied it-test stipulat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ April 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31; Id-Direttiva hekk kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1883/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 181, 4.7.2001, p. 19.

(3)  Il-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali (International Chamber of Commerce — ICC), il-Kunsill tal-Kummerċ Ġappuniż fl-Ewropa (Japan Business Council in Europe — JBCE), l-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Teknoloġia ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (European Information and Communications Technology Association — EICTA), il-Kumitat ta’ l-UE tal-Kamra tal-Kummerċ Amerikana fil-Beljġju (EU Committee of the American Chamber of Commerce In Belgium — Amcham), il-Konfederazzjoni ta’ l-Industrija tal-Gran Brittanja (Confederation of British Industry — CBI), ir-Round Table tal-Komunikazzjoni Internazzjonali (International Communication Round Table — ICRT) u l-Federazzjoni ta’ l-Assoċjazzjonijiet Ewropej tal-Marketing Dirett (Federation of European Direct Marketing Associations — FEDMA).

(4)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(5)  L-Opinjoni Nru 8/2003, disponibbli minn: http://europa.eu.int/comm/privacy


ANNESS

SETT II

Klawżoli Standard Kontrattwali għat-Trasferiment tad-Data Personali mill-Komunità lill-Pajjiżi Terzi (trasferimenti minn kontrollur għal kontrollur)

Il-Ftehim tat-Trasferiment tad-Data

Bejn

_ (l-isem)

_ (l-indiriżż u l-pajjiż ta’ stabbiliment)

Minn hawn ‘il quddiem “L-Esportatur tad-Data”

u

_ (l-isem)

_ (l-indiriżż u l-pajjiż ta’ stabbiliment)

Minn hawn ‘il quddiem “L-Importatur tad-Data”

kull wieħed “Parti”, flimkien “il-Partijiet”

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet tal-Klawżoli:

(a)

“id-data personali”, “il-kategoriji speċjali ta’ data/data sensittiva”, “il-proċess/l-ipproċessar”, “il-kontrollur”, “il-proċessur”, “is-Suġġett tad-Data”, u “l-Awtorità ta’ Sorveljanza/l-Awtorità” għandhom l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 95/46/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 (fejn “l-Awtorità” għandha tfisser l-awtorità kompetenti tal-protezzjoni tad-data fit-territorju fejn huwa stabbilit l-esportatur tad-data);

(b)

“l-Esportatur tad-Data” għandu jfisser il-kontrollur li jittrasferixxi d-Data Personali;

(c)

“l-Importatur tad-Data” għandu jfisser il-Kontrollur li jaqbel li jirċievi, mill-Esportatur tad-Data, data personali li hija maħsuba għal aktar ipproċessar skond it-termini ta’ dawn il-Klawżoli u li m'huwiex soġġett għal sistema ta' pajjiż terz li tiżgura protezzjoni adegwata;

(d)

“Klawżoli” għandhom ifissru dawn il-Klawżoli Kontrattwali, li huma dokument indipendenti li ma jinkorporax termini ta’ negozju kummerċjali stabbiliti mill-Partijiet taħt arranġamenti kummerċjali separati.

Id-dettalji tat-trasferiment (kif ukoll id-data personali koperta) huma speċifikati fl-Anness B, li jifforma parti integrali tal-Klawżoli.

I.   L-obbligi ta’ l-Esportatur tad-Data

L-Esportatur tad-Data jiggarantixxi u jobbliga ruħu li:

a)

Id-Data Personali tkun inġabret, ġiet ipproċessata, u trasferita skond il-liġijiet applikabbli għall-Esportatur tad-Data.

b)

Uża sforzi raġonevoli sabiex jiddetermina li l-Importatur tad-Data jkun jista’ jissodisfa l-obbligi legali tiegħu taħt dawn il-Klawżoli.

c)

Se jipprovdi lill-Importatur tad-Data, meta dan jitlobhom, bil-kopji ta’ liġijiet rilevanti tal-protezzjoni tad-data jew referenzi għalihom (fejn rilevanti, u mingħajr ma jiġi inkuż il-parir legali) tal-pajjiż li fih l-Esportatur tad-Data jiġi stabbilit.

d)

Iwieġeb għall-mistoqsijiet minn Suġġetti tad-Data u l-Awtorità dwar l-ipproċessar tad-Data Personali mill-Importatur tad-Data, sakemm il-Partijiet ikunu ftehmu li l-Importatur tad-Data se jwieġeb b’dan il-mod, f’liema każ l-Esportatur tad-Data xorta jwieġeb safejn raġonevolment possibbli u bl-informazzjoni raġonevolment disponibbli lilu jekk l-Importatur tad-Data ma jkunx lest jew ma jkunx jista’ jwieġeb. It-tweġibiet isiru fi żmien raġonevoli.

e)

Jagħmel disponibbli, fuq talba, kopja tal-Klawżoli lis-Suġġetti tad-Data li huma parti terza benefiċjarji taħt il-Klawżola III, sakemm il-Klawżoli jinkludu informazzjoni kunfidenzjali, f’liema każ jista’ jneħħi din l-informazzjoni. Fejn titneħħa l-informazzjoni, l-Esportatur tad-Data għandu jgħarraf lis-Suġġetti tad-Data bil-miktub ir-raġuni għat-tneħħija ta’ din l-informazzjoni u tad-dritt tagħhom li jiġbdu l-attenzjoni ta’ l-Awtorità dwar dan. Madankollu, l-Esportatur tad-Data għandu josserva d-deċiżjoni ta’ l-Awtorità fir-rigward ta’ aċċess għat-test sħiħ tal-Klawżoli mis-Suġġetti tad-Data, sakemm is-Suġġetti tad-Data jkunu ftehmu li jirrispettaw il-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni kunfidenzjali li tkun tneħħiet. L-Esportatur tad-Data għandu jipprovdi wkoll kopja tal-Klawżoli lill-Awtorità fejn ikun meħtieġ.

II.   L-obbligi ta’ l-Importatur tad-Data

L-Importatur tad-Data jiggarantixxi u jobbliga ruħu li:

a)

Ikollu fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu d-Data Personali kontra il-qerda aċċidentali jew kontra l-liġi jew it-telfien, it-tibdil, l-iżvelar mhux awtorizzat jew l-aċċess aċċidentali, u li jipprovdu livell xieraq ta’ sigurtà għar-riskju rappreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data li trid tiġi protetta.

b)

Ikollu fis-seħħ proċeduri sabiex kwalunkwe parti terza li huwa jawtorizza sabiex ikollha aċċess għad-Data Personali, inkluż proċessuri, jirrispettaw u jżommu l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-Data Personali. Kwalunkwe persuna li taġixxi taħt l-awtorità ta’ l-Importatur tad-Data, inkluż proċessur tad-data, għandha tkun obbligata li tipproċessa d-Data Personali fuq struzzjonijiet mill-Importatur tad-Data biss. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal persuni awtorizzati jew meħtieġa bil-liġi jew b’xi regolament li jkollhom aċċess għad-Data Personali.

c)

M’għandu l-ebda raġuni li jemmen, fil-mument li daħlu fis-seħħ dawn il-Klawżoli, fl-eżistenza ta’ kwalunkwe liġi lokali li jista’ jkollha effett sostanzjalment ħażin fuq il-garanziji provduti skond dawn il-Klawżoli, u li se jgħarraf lill-Esportatur tad-Data (li imbagħad jgħaddi din in-notifika lill-Awtorità fejn ikun meħtieġ) jekk isir konxju ta’ xi liġijiet bħal dawn.

d)

Se jipproċessa d-Data Personali għall-finijiet deskritti fl-Anness B, u għandu l-Awtorità legali li jagħti l-garanziji u jissodisfa l-impenji stipulati f’dawn il-Klawżoli.

e)

Se jidentifika lill-Esportatur tad-Data punt ta’ kuntatt fi ħdan l-organizzazzjoni tiegħu awtorizzat biex iwieġeb għal mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tad-Data Personali, u se jikkoopera f’bona fede ma’ l-Esportatur tad-Data, is-Suġġett tad-Data u l-Awtorità dwar dawn il-mistoqsijiet kollha fi żmien raġonevoli. Fil-każ tax-xoljiment legali ta’ l-Esportatur tad-Data, jew jekk il-Partijiet jaqblu fuq dan, l-Importatur tad-Data jassumi r-responsabbiltà għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Klawżola I (e).

f)

Fuq it-talba ta’ l-Esportatur tad-Data, se jipprovdi lill-Esportatur tad-Data bix-xhieda ta’ riżorsi finanzjarji suffiċjenti sabiex jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu taħt il-Klawżola III. (li jistgħu jinkludu l-kopertura ta’ l-assigurazzjoni).

g)

Mat-talba raġonevoli ta’ l-Esportatur tad-Data, se jissottometti l-faċilitajiet ta’ l-ipproċessar tad-data tiegħu, il-fajls tad-data u d-dokumentazzjoni meħtieġa għall-ipproċessar biex jiġu riveduti, ivverifikati u/jew iċċertifikati mill-Esportatur tad-Data (jew kwalunkwe aġenti ta’ spezzjoni jew awdituri indipendenti jew imparzjali, li jintgħażlu mill-Esportatur tad-Data u li ma kienx hemm oġġezzjoni għalihom mill-Importatur tad-Data) biex tiġi żgurata konformità mal-garanziji u l-impenji f’dawn il-Klawżoli, b’avviż raġonevoli u matul ħinijiet regolari tan-negozju. It-talba se tkun suġġetta għal kull kunsens jew approvazzjoni neċessarja minn awtorità regolatorja jew ta’ sorveljanza fil-pajjiż ta’ l-Importatur tad-Data, fejn l-Importatur tad-Data se jipprova jikseb dan il-kunsens jew din l-approvazzjoni f’ħin f’waqtu.

h)

Se jipproċessa d-Data Personali, fuq l-għażla tiegħu, skond:

(i)

il-liġijiet tal-protezzjoni tad-data tal-pajjiż li fih huwa stabbilit l-Esportatur tad-Data; jew

(ii)

id-Dispożizzjonijiet Rilevanti (1) ta’ kwalunkwe Deċiżjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE, fejn l-Importatur tad-Data jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din l-awtorizzazzjoni jew Deċiżjoni u huwa bbażat f’pajjiż li għalih tappartjeni din l-awtorizzazzjoni jew id-Deċiżjoni, imma mhuwiex kopert minn din l-awtorizzazzjoni jew din id-Deċiżjoni għall-finijiet tat-trasferiment (i) tad-Data Personali (2); jew

(iii)

il-prinċipji ta’ l-ipproċessar tad-data kif ġie stabbilit fl-Anness A.

L-Importatur tad-Data jindika l-għażla tiegħu:

L-inizjali ta’ l-Importatur tad-Data: _

i)

Mhuwiex se jiżvela jew jittrasferixxi d-Data Personali lil Kontrollur tad-Data ta’ parti terza li jinsab barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) ħlief jekk ikun innotifika lill-Esportatur tad-Data dwar it-trasferiment u

i)

il-Kontrollur tad-Data tal-parti terza jipproċessa d-Data Personali skond deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina illi pajjiż terz jipprovdi protezzjoni adegwata, jew

ii)

il-Kontrollur tad-Data tal-parti terza jsir firmatarju għal dawn il-Klawżoli jew ftehim ieħor dwar it-trasferiment tad-data approvat minn awtorità kompetenti fl-UE, jew

iii)

is-Suġġetti tad-Data jkunu ngħataw l-opportunità li joġġezzjonaw, wara li jkunu ġew infurmati dwar il-finijiet tat-trasferiment, il-kategoriji tar-reċipjenti u l-fatt li l-pajjiżi lejn liema hija esportata d-Data jista’ jkollu standards differenti tal-protezzjoni tad-data, jew

iv)

fir-rigward tat-trasferimenti ulterjuri ta’ data sensittiva, is-Suġġetti tad-Data taw il-kunsens mhux ambigwu tagħhom lit-trasferiment ulterjuri.

III.   Ir-responsabbiltà u d-Drittijiet tal-Pajjiżi Terzi

a)

Kull Parti għandha tkun responsabbli lejn il-Parti l-oħra għad-danni li tikkaġuna permezz ta’ kwalunkwe ksur ta’ dawn il-Klawżoli. Ir-responsabbiltà bejn il-Partijiet hija llimitata għad-danni attwali soffruti. Danni punittivi (jiġifieri danni maħsuba sabiex parti tiġi kkastigata għall-kondotta offensiva tagħha) huma esklużi speċifikament. Kull Parti għandha tkun responsabbli lejn is-Suġġetti tad-Data għad-danni li tikkaġuna permezz ta’ kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-partijiet terzi taħt dawn il-Klawżoli. Dan ma jaffettwax ir-responsabbiltà ta’ l-Esportatur tad-Data taħt il-liġi tal-protezzjoni tad-data tiegħu.

b)

Il-Partijiet jaqblu li s-Suġġett tad-Data għandu jkollu d-dritt li jinforza bħala parti terza benefiċjarja din il-Klawżola u l-Klawżoli I.(b), I.(d), I.(e), II.(a), II.(c), II.(d), II.(e), II.(h), II.(i), III.(a), V., VI.(d), u VII. kontra l-Importatur tad-Data jew l-Esportatur tad-Data, għall-ksur rispettiv tagħhom ta’ l-obbligi kontrattwali, fir-rigward tad-Data Personali tiegħu, u jaċċetta l-ġuriżdizzjoni għal dan il-għan fil-pajjiż ta’ l-istabbiliment ta’ l-Esportatur tad-Data. F’każijiet li jinvolvu allegazzjonijiet ta’ ksur mill-Importatur tad-Data, is-Suġġett tad-Data jrid l-ewwel jitlob lill-Esportatur tad-Data sabiex jieħu azzjoni xierqa sabiex jinforza d-drittijiet tiegħu kontra l-Importatur tad-Data; jekk l-Esportatur tad-Data ma jieħux din l-azzjoni fi żmien raġonevoli (li taħt ċirkostanzi normali jkun xahar), is-Suġġett tad-Data jista’ imbagħad jinforza d-drittijiet tiegħu direttament kontra l-Importatur tad-Data. Suġġett tad-Data huwa intitolat li jipproċedi direttament kontra Esportatur tad-Data li jkun naqas milli juża’ sforzi raġonevoli sabiex jiddetermina li l-Importatur tad-Data jista’ jissodisfa l-obbligi legali tiegħu taħt dawn il-klawżoli (l-Esportatur tad-Data għandu jkollu l-piż li jipprova li jkun għamel sforzi raġonevoli).

IV.   Il-Liġi Applikabbli għall-Klawżoli

Dawn il-Klawżoli għandhom jiġu rregolati mill-liġi tal-pajjiż li fih huwa stabbilit l-Esportatur tad-Data, bl-eċċezzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ipproċessar tad-Data Personali mill-Importatur tad-Data taħt il-Klawżola II.(h), li għandha tapplika biss jekk tintgħażel mill-Importatur tad-Data taħt dik il-Klawżola.

V.   Ir-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim mas-Suġġetti tad-Data jew ma’ l-Awtorità

a)

Fil-każ ta’ tilwima jew talba mresssqa minn Suġġett tad-Data jew l-Awtorità dwar l-ipproċessar tad-Data Personali kontra Parti waħda jew iż-żewġ Partijiet, il-Partijiet se jinfurmaw lil xulxin dwar xi tilwim jew talbiet bħal dawn, u se jikkooperaw bil-ħsieb li isolvuhom amikevolment f’ħin f’waqtu.

b)

Il-Partijiet jaqblu li jwieġbu għal kwalunkwe proċedura ta’ medjazzjoni ġeneralment disponibbli li ma torbotx mibdija minn Suġġett tad-Data jew mill-Awtorità. Jekk fil-fatt jipparteċipaw fil-proċeduri, il-Partijiet jistgħu jagħżlu li jagħmlu dan b’mod remot (bħal permezz tat-telefon jew mezzi oħra elettroniċi). Il-Partijiet jaqblu wkoll li jikkunsidraw li jipparteċipaw fi kwalunkwe arbitraġġ, medjazzjoni, jew proċeduri oħra ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim żviluppati għal tilwim dwar il-protezzjoni tad-data.

c)

Kull Parti għandha tikkonforma ruħha ma’ deċiżjoni ta’ qorti kompetenti tal-pajjiż ta’ l-istabbiliment ta’ l-Esportatur tad-Data jew ta’ l-Awtorità li hija finali u inappellabbli.

VI.   It-Terminazzjoni

a)

Fil-każ li l-Importatur tad-Data jikser l-obbligi tiegħu taħt dawn il-Klawżoli, l-Esportatur tad-Data jista’ jissospendi temporanjament it-trasferiment tad-Data Personali lill-Importatur tad-Data sakemm il-ksur ikun ġie rimedjat jew il-kuntratt ikun intemm.

b)

Fil-każ li:

i)

it-trasferiment tad-Data Personali lill-Importatur tad-Data jkun ġie sospiż termporanjament mill-Esportatur tad-Data għal aktar minn xahar skond il-paragrafu a);

ii)

jekk l-Importatur tad-Data jikkonforma ma’ dawn il-Klawżoli ikun qiegħed jikser l-obbligi legali jew regolatorji tiegħu fil-pajjiż ta’ l-importazzjoni;

iii)

l-Importatur tad-Data ikun qiegħed jikser b’mod sostanzjali jew persistenti kwalunkwe garanzija jew impenn mogħti lilu taħt dawn il-Klawżoli;

iv)

deċiżjoni finali u inappellabbli ta’ qorti kompetenti tal-pajjiż ta’ l-istabbiliment ta’ l-Esportatur tad-Data jew ta’ l-Awtorità tiddeċiedi li kien hemm ksur tal-Klawżoli mill-Importatur tad-Data jew l-Esportatur tad-Data; jew

v)

tiġi ppreżentata petizzjoni għall-amministrazzjoni jew ix-xoljiment ta’ l-Importatur tad-Data, kemm fil-kapaċità personali kif ukoll fil-kapaċità kummerċjali tiegħu, fejn din il-petizzjoni ma tiġix imwarrba fil-perjodu applikabbli għal din iċ-ċaħda skond il-liġi applikabbli; issir ordni ta’ xoljiment; jinħatar riċevitur fuq kwalukwe wieħed mill-assi tiegħu; jinħatar trustee f’falliment, jekk l-Imporatur tad-Data jkun individwu; jibda arranġament soċjetarju volontarju; jew iseħħ kwalunkwe każ ekwivalenti fi kwalunkwe ġuriżdizzjoni

imbagħad l-Esportatur tad-Data, bla preġudizzju għal kwalunkwe dritt ieħor li jista’ jkollu kontra l-Importatur tad-Data, għandu jiġi ntitolat li jtemm dawn il-Klawżoli, f’liema każ l-Awtorità għandha tiġi infurmata fejn ikun meħtieġ. F’każijiet koperti minn i), ii) jew iv) hawn fuq l-Importatur tad-Data jista’ wkoll itemm dawn il-Klawżoli.

c)

Kull waħda minn dawn il-Partijiet tista’ ttemm dawn il-Klawżoli jekk (i) kwalunkwe deċiżjoni pożittiva ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE (jew kwalunkwe test li jista’ jissostitwixxiha) tinħareġ fir-rigward tal-pajjiż (jew settur tiegħu) li lilu se tiġi ttrasferita u pproċessata d-data mill-Importatur tad-Data, jew (ii) id-Direttiva 95/46/KE (jew kwalunkwe test li jista’ jissostitwixxiha) issir applikabbli direttament f’dan il-pajjiż.

d)

Il-Partijiet jaqblu li t-terminazzjoni ta’ dawn il-Klawżoli fi kwalunkwe ħin, fi kwalunkwe ċirkostanza u għal kwalunkwe raġuni (minbarra għat-terminazzjoni taħt il-Klawżola VI.(c)) ma teżentahomx mill-obbligi u/jew il-kundizzjonijiet taħt il-Klawżoli fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-Data Personali ttrasferita.

VII.   Il-Varjazzjoni ta’ dawn il-Klawżoli

Il-Partijiet ma jistgħux jimmodifikaw dawn il-Klawżoli ħlief biex jaġġornaw kwalunkwe informazzjoni fl-Anness B, f’liema każ jinfurmaw lill-Awtorità fejn ikun meħtieġ. Dan ma jwaqqafx lill-partijiet milli jżidu klawżoli kummerċjali addizzjonali fejn ikun meħtieġ.

VIII.   Id-Deskrizzjoni tat-Trasferiment

Id-dettalji tat-trasferiment u tad-Data Personali huma speċifikati fl-Anness B. Il-Partijiet jaqblu li l-Anness B jista’ jinkludi informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali li mhumiex se jiżvelaw lil partijiet terzi, minbarra kif meħtieġ bil-liġi jew bi tweġiba għal aġenzija kompetenti regolatorja jew tal-gvern, jew kif meħtieġ taħt il-Klawżola I (e). Il-Partijiet jistgħu jesegwixxu Annessi addizzjonali biex ikopru trasferimenti addizzjonali, li se jiġu sottomessi lill-Awtorità fejn ikun meħtieġ. L-Anness B jista’, alternattivament, jiġi mfassal sabiex ikopri trasferimenti moltipliċi.

Data: _

_

_

għall-IMPORTATUR TAD-DATA

għall-ESPORTATUR TAD-DATA

ANNESS A

IL-PRINĊIPJI TA’ L-IPPROĊESSAR TAD-DATA

1.

Il-limitazzjoni ta’ l-iskop — Id-Data Personali għandha tiġi pproċessata u sussegwentement użata jew ikkomunikata biss b'mod ulterjuri għal skopijiet deskritti fl-Anness B jew sussegwentement awtorizzata mis-Suġġett tad-Data.

2.

Il-Kwalità u l-proporzjonalità tad-data — Id-Data Personali għandha tkun eżatta u, meta neċessarju, tinżamm aġġornata. Id-Data Personali għandha tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward ta' l-iskopijiet li għalihom hija trasferita u pproċessata b'mod ulterjuri.

3.

It-trasparenza — Is-suġġetti tad-Data għandhom jiġu pprovduti bl-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-ipproċessar ġust (bħall-informazzjoni dwar l-iskopijiet ta’ l-ipproċessar u dwar it-trasferiment), sakemm din l-informazzjoni tkun diġà ingħatat mill-Esportatur tad-Data.

4.

Is-Sigurtà u l-kunfidenzjalità — Għandhom jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi ta' sigurtà mill-Kontrollur tad-Data li huma xierqa għar-riskji, bħal kontra l-qerda aċċidentali jew kontra l-liġi jew it-telfien, it-tibdil, l-iżvelar mhux awtorizzat jew l-aċċess aċċidentali, ippreżentat mill-Ipproċessar. Kwalunkwe persuna li taġixxi taħt l-awtorità tal-Kontrollur tad-Data, inkluż dak li jipproċessa, m'għandhiex tipproċessa d-data ħlief taħt struzzjonijiet mill-Kontrollur tad-Data.

5.

Id-drittijiedt ta' aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u l-oġġezzjoni — Kif provdut fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE, is-Suġġetti tad-Data għandhom, jew direttament jew permezz ta’ parti terza, jiġu provduti b-informazzjoni personali dwarhom li jkollha organizzazzjoni, ħlief għal talbiet abużivi ferm ibbażati fuq intervalli mhux raġonevoli jew in-numru tagħhom jew in-natura ripetittiva jew sistematika tagħhom, jew għal liema ma jinħtieġx li jingħata aċċess skond il-liġi tal-pajjiż ta’ l-Esportatur tad-Data. Sakemm l-Awtorità tkun tat l-approvazzjoni minn qabel tagħha, l-aċċess jista’ ma jingħatax ukoll meta dan x’aktarx jikkaġuna ħsara serja lill-interessi ta’ l-Importatur tad-Data jew ta’ organizzazzjonijiet oħra li qed jittrattaw ma’ l-Importatur tad-Data u dawn l-interessi mhumiex megħluba mill-interessi għad-drittijiet u l-libertajiet fondamentali tas-Suġġett tad-Data. Ma jinħtieġx li s-sorsi tad-data personali jiġu identifikati meta dan ma jkunx possibbli permezz ta’ sforzi raġonevoli, jew fejn ikun hemm xi vjolazzjoni tad-drittijiet ta’ persuni oħra għajr l-individwu. Għandu jkun possibbli li s-Suġġetti tad-Data ikollhom l-informazzjoni personali li tirrelata għalihom rettifikata, emendata, jew imħassra fejn ma tkunx eżatta jew ipproċessata kontra dawn il-Prinċipji. Jekk ikun hemm raġunijiet serji sabiex ikun hemm dubju dwar il-leġittimità tat-talba, l-organizzazzjoni tista’ teħtieġ aktar ġustifikazzjonijiet qabel ma tipproċedi għar-rettifika, l-emenda jew it-tħassir. In-notifika ta’ kwalunkwe rettifika, emenda jew tħassir lill-partijiet terzi li lilhom ġiet żvelata d-data mhijiex meħtieġa meta din tinvolvi sforz sproporzjonat. Is-Suġġetti tad-Data għandhom ikunu jistgħu joġġezzjonaw għall-Ipproċessar tad-Data Personali relatata għalihom jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi obbligatorji li jirrelataw għas-sitwazzjoni partikolari tagħhom. Il-piż tal-prova għal kwalunkwe rifjut tistrieħ fuq l-Importatur tad-Data, u s-Suġġett tad-Data dejjem jista’ jisfida rifjut quddiem l-Awtorità.

6.

Id-Data Sensittiva — L-Importatur tad-Data għandu jieħu dawk il-miżuri addizzjonali (per eżempju, dawk relatati mas-sigurtà) li huma meħtieġa sabiex tiġi protetta din id-Data Sensittiva skond l-obbligi tiegħu taħt il-Klawżola II.

7.

Id-Data użata għall-Iskopijiet ta’ Marketing — Fejn id-data hija pproċessata għall-iskopijiet ta’ marketing dirett, proċeduri effettivi għandhom ikunu eżistenti sabiex jippermettu lis-suġġett tad-data fi kwalunkwe ħin li jagħżel li jibqa' barra milli d-data tiegħu tintuża’ għal dawn l-iskopijiet.

8.

Deċiżjonijiet Awtomati — Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni “Deċiżjoni Awtomata” għandha tfisser deċiżjoni mill-Esportatur tad-Data jew l-Importatur tad-Data li tipproduċi effetti legali li jikkonċernaw Suġġett tad-Data jew jaffettwawh b’mod sinifikanti u li hija bbażata biss fuq l-Ipproċessar awtomat ta’ Data Personali maħsuba għall-valutazzjoni ta' ċerti aspetti personali li jirrelataw għalih, bħall-atteġġament tiegħu fuq ix-xogħol, il-kreditu, id-dipendibbiltà, il-kondotta eċċ. L-Importatur tad-Data m’għandu jieħu l-ebda Deċiżjoni Awtomata li tikkonċerna s-Suġġetti tad-Data, ħlief meta:

(a)

i)

dawn id-deċiżjonijiet isiru mill-Importatur tad-Data meta jidħol f’kuntratt jew jwettaq kuntratt mas-Suġġett tad-Data, u

ii)

is-Suġġett tad-Data jingħata l-opportunità sabiex jiddiskuti r-riżultati ta’ Deċiżjoni Awtomata rilevanti ma’ rappreżentant tal-parti li qed tieħu din id-deċiżjoni jew inkella li jagħmel rappreżentazzjonijiet lil dik il-parti.

jew

(b)

Fejn provdut mod ieħor mill-liġi ta’ l-Esportatur tad-Data.

ANNESS B

ID-DESKRIZZJONI TAT-TRASFERIMENT

[Trid timtela mill-Partijiet]

Image

Test ta 'immaġni

KLAWŻOLI KUMMERĊJALI ILLUSTRATTIVI (VOLONTARJA)

Indennità bejn l-Esportatur tad-Data u l-Importatur tad-Data:

“Il-Partijiet se jindennifikaw lil xulxin u iżommu lil xulxin mingħajr ħsara minn kwalunkwe spiża, imposta, danni, nefqa jew telf li jistgħu jikkaġunaw lil xulxin bħala riżultat tal-ksur tagħhom ta’ kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-Klawżoli. L-Indennità imsemmija hawn isfel hija kontinġenti fuq (a) il-Parti(jiet) li se jiġu indennifikati (il-‘Parti(jiet) Indennifikati’) li jinnotifikaw fil-pront lill-Parti(jiet) l-oħra (il- ‘Parti(jiet) Indennifikati’) b talba, (b) il-Parti(jiet) Indennifikati li għandhom il-kontroll waħdieni tad-difiża u r-riżoluzzjoni ta’ din it-talba, u (c) il-Parti(jiet) Indennifikati li jipprovdu kooperazzjoni raġonevoli u assistenza lill-Parti(jiet) Indennifikati fid-difiża ta’ din it-talba.”

Ir-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim bejn l-Esportatur tad-Data u l-Importatur tad-Data (il-Partijiet jistgħu jissostitwixxu kwalunkwe riżoluzzjoni alternattiva oħra ta’ tilwim jew klawżola ġuriżdizzjonali):

“Fil-każ ta’ tilwim bejn l-Importatur tad-Data u l-Esportatur tad-Data li jikkonċerna kwalunkwe ksur allegat ta’ kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dawn il-Klawżoli, dan it-tilwim se jiġi finalment solvut skond ir-Regoli ta’ l-Arbitraġġ tal-Kamra tal-Kummerċ Internazzjonali minn arbitru wieħed jew aktar maħtur(a) skond ir-regoli imsemmija. Il-post ta’ l-arbitraġġ għandu jkun [ ]. In-numru ta’ l-arbitri għandu jkun [ ].”

L-Allokazzjoni ta’ l-Ispejjeż:

“Kull Parti għandha twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn il-Klawżoli bl-ispejjeż għaliha.”

Il-Klawżola tat-Terminazzjoni Żejda

“Fil-każ tat-terminazzjoni ta’ dawn il-Klawżoli, l-Importatur tad-Data għandu jirritorna minnufih id-Data Personali kollha u l-kopji kollha tad-Data Personali suġġetta għal dawn il-Klawżoli lill-Esportatur tad-Data jew, fuq l-għażla ta’ l-Esportatur tad-Data, jeqred il-kopji kollha ta’ dawn u jiċċertifika lill-Esportatur tad-Data li jkun għamel dan, minbarra jekk l-Importatur tad-Data jiġi mwaqqaf mill-liġi nazzjonali jew ir-regolatur lokali tiegħu milli jeqred jew jirritorna d-data kollha jew parti minna, f’liema każ id-data tinżamm kunfidenzjali u ma tiġix ipproċessata b’mod attiv għall-ebda skop. L-Importatur tad-Data jaqbel li, jekk dan jintalab mill-Esportatur tad-Data, jagħti lill-Esporatur tad-Data jew lill-aġent ta’ spezzjoni magħżul mill-Esportatur tad-Data u li l-Importatur tad-Data ma joġġezzjonax b’mod raġonevoli għalih, aċċess għall-istabbiliment tiegħu biex jivverifika li dan ikun sar, b’avviż raġonevoli u matul il-ħinijiet tan-negozju.”


(1)  “Id-Dispożizzjonijiet Rilevanti” ifissru dawk id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni jew Deċiżjoni minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ infurzar ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni jew Deċiżjoni (li għandha tiġi rregolata minn dawn il-Klawżoli).

(2)  Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness A.5 dwar id-drittijiet ta’ l-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u l-oġġezzjoni jridu jiġu applikati meta tintgħażel din l-għażla u jieħdu preċedenza fuq kwalunkwe dispożizzjoni komparabbli tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tkun ingħażlet.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

80


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 145/2005

tat-28 ta’ Jannar 2005

li jimponi dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament bażiku) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   IL-BIDU

(1)

Fit-30 t’April 2004, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż (l-avviż tal-bidu) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2), il-bidu ta’ proċedura ta’ anti-dumping rigward l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-karbonat tal-barju li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-RPĊ jew il-pajjiż ikkonċernat).

(2)

Il-proċedura nbdiet minħabba ilment ippreżentat f’Marzu 2004 minn Solvay Barium Strontium GmbH (l-entità li għamlet l-ilment), l-uniku produttur tal-karbonat tal-barju fil-Komunità li jirrappreżenta 100 % mill-produzzjoni Komunitarja. L-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping ta’ l-imsemmi prodott u ta’ dannu materjali li jirriżulta minnu, li tqieset biżżejjed sabiex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċedura.

2.   IL-PARTIJIET IKKONĊERNATI MILL-PROĊEDURA

(3)

Il-Kummissjoni uffiċjalment informat lill-entità li għamlet l-ilment, lill-produtturi li jesportaw, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti li kien magħruf li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tar-RPĊ, bil-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

(4)

Il-produttur li għamel l-ilment, il-produtturi li jesportaw, l-importaturi, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-utenti esprimew l-opinjonijiet tagħhom. Il-partijiet interessati kollha, li talbu biex jinstemgħu u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ngħataw smigħ.

(5)

Sabiex il-produtturi li jesportaw fir-RPĊ jitħallew iressqu talba għal trattament ta’ ekonomija tas-suq (MET) jew trattament individwali (IT), jekk huma xtaqu dan, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta’ talbiet għal MET u IT lill-kumpaniji Ċiniżi li kien magħruf li huma kkonċernati. Ħames kumpaniji talbu MET skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jew IT, jekk l-investigazzjoni tistabbilixxi li huma ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal MET.

(6)

Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat li minħabba n-numru kbir apparenti ta’ esportaturi/produtturi u ta’ importaturi, f’din l-investigazzjoni seta’ jiġi applikat it-teħid ta’ kampjuni. Madankollu, meta jitqies in-numru inqas milli mistenni ta’ produtturi li jesportaw fir-RPĊ u ta’ importaturi u ta’ utenti fil-Komunità, li indikaw li kienu lesti li jikkooperaw, kien deċiż li mhemmx għalfejn jittieħdu kampjuni.

(7)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magħruf li huma kkonċernati u lill-kumpaniji l-oħra kollha li ppreżentaw irwieħhom fl-iskadenzi stabbiliti fl-avviż tal-bidu. Kienu riċevuti risposti mingħand il-produttur Komunitarju li għamel l-ilment, ħames importaturi mhux relatati, fornitur wieħed tal-materja prima, sitt utenti, assoċjazzjoni waħda ta’ l-utenti u ħames produtturi li jesportaw fir-RPĊ.

(8)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja tad-dumping, tad-dannu li rriżulta u ta’ l-interess Komunitarju. Saru żjarat ta’ verifika fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produttur Komunitarju:

Solvay Barium Strontium GmbH, il-Ġermanja.

(b)

Produtturi li jesportaw fir-RPĊ:

Hubei Jingshan Chutian Barium Salt Corp. Ltd,

Zaozhuang Yongli Chemical Co.,

Guizhou Hongkaj Chemical Co. Ltd u Hengyang Hong Xiang Co. Ltd relatata,

Guizhou Red Star Developing Co.,

Hebei Xinji Chemical Group Co. Ltd.

(c)

Importaturi mhux relatati:

Kimpe Sarl, Franza,

Norkem BV, l-Olanda.

(d)

Utenti Komunitarji:

Ilpea SpA, l-Italja.

(9)

Minħabba l-ħtieġa li jkun stabbilit valur normali għall-produtturi li jesportaw fir-RPĊ li seta’ ma jingħatalhomx MET, saret żjara ta’ verifika sabiex ikun stabbilit il-valur normali fuq il-bażi tad-data minn pajjiż analogu fl-uffiċċji tal-kumpanija li ġejja:

Chemical Products Corporation (CPC), Cartersville, produttur fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

3.   IL-PERJODU TA’ INVESTIGAZZJONI

(10)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2003 (IP). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu minn Jannar 2000 sa tmiem l-IP (il-perjodu meqjus).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT

(11)

Il-prodott ikkonċernat huwa ċertu karbonat tal-barju b’kontenut ta’ stronzju ta’ aktar minn 0,07 % skond il-piż u b’kontenut ta’ kubrit ta’ aktar minn 0,0015 % skond il-piż, kemm jekk f’forma ta’ trab, f’forma pressata b’mod imrammel jew f’forma ridotta fi trab b’mod imrammel, li joriġina fir-RPĊ, li jaqa’ fil-kodiċi NM ex 2836 60 00.

2.   IL-PRODOTT SIMILI

(12)

Ma nstabet l-ebda differenza bejn il-prodott ikkonċernat u l-karbonat tal-barjum prodott u mibjugħ fis-suq domestiku fir-RPĊ u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (USA), li għamluha ta’ pajjiż analogu sabiex ikun stabbilit il-valur normali rigward l-importazzjonijiet mir-RPĊ. Tabilħaqq, il-karbonat tal-barju prodott u mibjugħ fl-USA għandu l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi u kimiċi bażiċi meta pparagunat ma’ dak esportat mir-RPĊ lejn il-Komunità. Barra minn hekk, ma nstabet l-ebda differenza bejn il-prodott ikkonċernat u l-karbonat tal-barju prodott mill-industrija Komunitarja u mibjugħ fis-suq Komunitarju. It-tnejn jikkondividu l-istess karatteristiċi u użi fiċiżi u kimiċi. Konsegwentement, il-karbonat tal-barju prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ u l-karbonat tal-barju prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu, kif ukoll il-karbonat tal-barju prodott u mibjugħ fil-Komunità mill-industrija Komunitarja għandu l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi u kimiċi bażiċi. Għalhekk, ġie konkluż li t-tipi kollha ta’ karbonat tal-barju jitqiesu li huma simili fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   ID-DUMPING

1.   IT-TRATTAMENT TA’ EKONOMIJA TAS-SUQ

(13)

Fl-investigazzjonijiet ta’ anti-dumping li jikkonċernaw importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ, il-valur normali għandu jkun iddeterminat skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku għal dawk il-produtturi li nstab li kienu jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(14)

Fil-qosor, u għal faċilità ta’ referenza biss, dawn il-kriterji, li l-kumpaniji applikanti jridu juru li ġew sodisfatti, ġew stabbiliti f’forma mqassra hawn taħt:

id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju jsiru b’reazzjoni għas-sinjali tas-swieq, u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat,

ir-rekords kontabbli jiġu vverifikati b’mod indipendenti skond standards internazzjonali tal-kontabbiltà u jiġu applikati għall-finijiet kollha,

mhemm l-ebda tgħawwiġ sinifikanti li nġarr mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq,

iċ-ċertezza u l-istabbiltà legali ġew ipprovduti mil-liġijiet dwar il-fallimenti u l-proprjetà,

il-kambji tal-muniti jitwettqu skond ir-rata tas-suq.

(15)

Ħames produtturi li jesportaw fir-RPĊ talbu MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u mlew il-formola ta’ talba għal MET għall-produtturi li jesportaw.

(16)

It-talba ta’ żewġ kumpaniji ġiet miċħuda fuq il-bażi ta’ l-ewwel analiżi tal-formola ta’ talba għal MET li naqset milli turi li l-kriterji kollha kienu sodisfatti. B’mod partikolari, dawn il-kumpaniji, li kienu għalkollox jew b’mod predominanti proprjetà ta’ l-Istat u kellhom bord tad-diretturi għalkollox jew b’mod predominanti magħmul minn diretturi nnominati mill-Istat, ma setgħux juru li ma kien hemm l-ebda interferenza sinifikanti min-naħa ta’ l-Istat fid-deċiżjonijiet tan-negozju tagħhom. Għat-tliet kumpaniji li baqa’, il-Kummissjoni fittxet u vverifikat fl-uffiċċji ta’ dawn il-kumpaniji l-informazzjoni kollha mressqa fl-applikazzjonijiet għal MET u li qieset li kienet meħtieġa.

(17)

L-investigazzjoni wriet li żewġ kumpaniji ssodisfaw il-kriterji kollha meħtieġa u għalhekk ingħataw MET. Il-prodotturi li jesportaw fir-RPĊ li ngħataw MET huma:

Hubei Jingshan Chutian Barium Salt Corp. Ltd

Zaozhuang Yongli Chemical Co.

(18)

It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor id-determinazzjoni għat-tliet kumpaniji li ma ngħatalhomx MET kontra kull wieħed mill-ħames kriterji kif ġew stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

Kumpanija

Kriterji

Artikolu

2(7)(c)

inċiż 1

Artikolu

2(7)(c)

inċiż 2

Artikolu

2(7)(c)

inċiż 3

Artikolu

2(7)(c)

inċiż 4

Artikolu

2(7)(c)

inċiż 5

1

Mhux sodisfatti

 

 

 

 

2

Mhux sodisfatti

Mhux sodisfatti

Mhux sodisfatti

Sodisfatti

Sodisfatti

3

Mhux sodisfatti

 

 

 

 

Sors: Ir-risposti għall-kwestjonarju li ġew ivverifikati ta’ l-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw.

(19)

Il-kumpaniji kkonċernati ngħataw opportunità li jikkummentaw dwar is-sejbiet li ssemmew aktar ’il fuq.

(20)

Safejn hija kkonċernata l-kumpanija 2, l-azzjonisti tal-kumpanija relatata tagħha ma setgħux jiġu identifikati u ma setax jiġi stabbilit fl-aħħar mill-aħħar min kien jikkontrolla l-kumpanija. Għalhekk ma setgħetx tiġi eskluża interferenza sinifikanti min-naħa ta’ l-Istat. Għalkemm, il-kumpanija kkontestat dan il-fatt, ma setgħet tipprovdi l-ebda informazzjoni jew evidenza li kienet turi li kienet prinċipalment ikkontrollata minn intraprendituri privati u kienet ħielsa minn interferenza sinifikanti min-naħa ta’ l-Istat. Għalhekk, kien konkluż li l-kriterji stabbiliti fl-inċiż 1 ta’ l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ma kinux sodisfatti.

(21)

Għall-istess kumpanija, l-investigazzjoni żvelat defiċjenzi sinifikanti fil-kontabbilità vverifikata. B’hekk, l-awdituri tal-kumpanija stess kellhom xi riservi rigward, fost l-oħrajn, il-figuri tal-bejgħ imniżżla fil-kotba, il-valutazzjoni ta’ l-assi u d-deprezzament. Madankollu, ma saret l-ebda korrezzjoni sabiex ikunu rrettifikati n-nuqqasijiet identifikati mill-awdituri u l-kumpanija ma setgħet tagħti l-ebda spjegazzjoni għaliex s’issa ma tqisux ir-riservi li wrew l-awdituri. Meta jitqiesu dawn in-nuqqsijiet, ma kienx ikun possibbli li jsir kalkolu tad-dumping affidabbli fuq din il-bażi. Għalkemm il-kumpanija kkontestat dawn il-konlużjonijiet, hija ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni raġonevoli għaliex il-kontabbiltà tagħha hija affidabbli minkejja dawn in-nuqqasijiet. Minħabba l-elementi stabbiliti aktar ’il fuq li jixħtu dubju fuq l-affidabbiltà tal-kontabbiltà u minħabba li l-problemi identifikati mill-awdituri ma kinux korretti, qed jiġi konkluż li l-kriterju stabbilit fl-inċiż 2 ta’ l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ma ġiex sodisfatt.

(22)

Fl-aħħarnett, safejn huwa kkonċernat l-akkwist ta’ l-assi tal-kumpanija 2, il-kumpanija ma setgħetx tispjega f’liema kundizzjonijiet uħud mill-assi tal-kumpanija kienu ttrasferiti mill-kumpanija eżistenti qabel li kienet proprjetà kollettiva. Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet ta’ l-inċiż 3 ta’ l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ma kinux sodisfatti. Il-kumpanija 2 ma qablitx ma’ dawn il-konklużjonijiet, iżda ma pprovdiet l-ebda informazzjoni jew evidenza rigward it-trasferiment ta’ l-assi li kien juri li ma kien hemm l-ebda tgħawwiġ sinifikanti mir-reġim preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq. It-talba li saret mill-kumpanija 2 għalhekk ma kintx fondata u kienet miċħuda.

(23)

Ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv u l-partijiet direttament ikkonċernati kienu informati b’mod xieraq. L-industrija Komunitarja ngħatat l-opportunità li tikkummenta, u ma opponietx id-determinazzjoni ta’ l-MET.

2.   IT-TRATTAMENT INDIVIDWALI (IT)

(24)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għall-pajjiżi li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, jiġi stabbilit dazju mal-pajjiż kollu, jekk ikun hemm, ħlief f’dawk il-każi fejn il-kumpaniji jistgħu juru, skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li (a) huma ħielsa li jibagħtu lura f’pajjiżhom il-kapital u l-profitti; (b) il-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni tagħhom, kif ukoll il-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ jiġu ddeterminati bil-libertà kollha; (c) il-maġġoranza ta’ l-ishma huma ta' persuni privati. L-uffiċjali ta’ l-Istat fil-bord tad-Diretturi jew li għandhom pożizzjonijiet ewlenin fit-tmexxija jew huma minoranza jew irid jintwera li l-kumpanija, minkejja kollox, hija biżżejjed indipendenti mill-interferenza ta’ l-Istat; (d) il-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju jitwettqu skond rati tas-suq, u (e) kwalunkwe interferenza min-naħa ta’ l-Istat mhix tali li tippermetti l-elużjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi jingħataw rati differenti ta’ dazju.

(25)

It-tliet produtturi li jesportaw li ma ngħatalhomx MET talbu wkoll trattament individwali. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk dawn it-tliet produtturi li jesportaw urewx li huma konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(26)

Instab li żewġ kumpaniji (kumpanija 1 u 3) kienu għalkollox jew b’mod predominanti proprjetà ta’ l-Istat u kellhom bord tad-diretturi li kien jikkonsisti b’mod sħiħ jew fl-intier tiegħu minn diretturi nnominati mill-Istat. Dawn il-kumpaniji ma setgħux juru li kienu biżżejjed indipendenti minn interferenza min-naħa ta’ l-Istat u konsegwentement ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(5)(c) tar-Regolament bażiku.

(27)

Għalkemm it-tielet produttur li jesporta (il-kumpanija 2) kien parzjalment proprjetà ta’ persuni privati, ma setax juri fl-aħħar mill-aħħar min kien jikkontrollah u għalhekk ma setgħetx tiġi eskluża interferenza sinifikanti min-naħa ta’ l-Istat. Konsegwentement, il-kumpanija ma setgħetx turi li kienet tissodisfa l-kriterju ta’ l-Artikolu 9(5)(c) tar-Regolament bażiku.

(28)

Barra minn hekk, għat-tliet kumpaniji kollha, instab li hemm riskju ta’ elużjoni tal-miżuri jekk dawn l-esportaturi jingħataw rata tad-dazju individwali. Dan ir-riskju jirriżulta parzjalment mill-influwenza min-naħa ta’ l-Istat li ssemmiet aktar ’il fuq f’ħidmet tnejn mill-kumpaniji, u l-fatt li lanqas l-esportatur l-ieħor ma seta’ juri n-nuqqas ta’ influwenza sinifikanti min-naħa ta’ l-Istat. Barra minn hekk, meta titqies in-natura ta’ kommodità tal-prodott ikkonċernat, li ma jistax jiġi identifikat bħala li ġie prodott minn produttur partikolari, ir-riskju ta’ elużjoni tal-miżuri permezz ta’ esportazzjoni permezz ta’ kumpanija b’dazju aktar baxx tqies ukoll li kien sinifikanti. Il-kumpaniji, għaldaqstant, ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(5)(e) tar-Regolament bażiku.

(29)

Konsegwentement, l-ebda wieħed mit-tliet produtturi li jesportaw ma ssodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Għalhekk kien konkluż li l-IT m’għandu jingħata lill-ebda wieħed mill-produtturi li jesportaw li lilhom ma ngħatax MET.

3.   IL-VALUR NORMALI

3.1.   Id-determinazzjoni ta’ valur normali għall-produtturi li jesportaw kollha li ma ngħatawx MET

(a)   Il-pajjiż analogu

(30)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ma ngħatawx MET irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew tal-valur mibni f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq (il-pajjiż analogu).

(31)

Fl-avviż tal-bidu, l-USA kienu previsti bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xieraq sabiex jiġi stabbilit valur normali għar-RPĊ. Il-partijiet interessati kienu mistiedna jikkummentaw dwar din l-għażla.

(32)

Tliet produtturi li jesportaw ikkontestaw din l-għażla fejn sostnew li l-livell ta’ żvilupp ekonomiku, il-proċess ta’ manifattura u l-aċċess għall-materja prima kienu differenti fl-USA u fir-RPĊ. Barra minn hekk, kien argumentat li l-livell ta’ kompetizzjoni fl-USA kien baxx meta jitqies li kien hemm biss produttur wieħed tal-karbonat tal-barju u li s-suq domestiku kien protett minn dazji ta’ anti-dumping. Il-Korea t’Isfel, ir-Russja u l-Indja kienu proposti bħala pajjiż analogi alternattivi.

(33)

Il-Kummissjoni fittxet kooperazzjoni minn pajjiżi analogi potenzjali oħrajn bħall-Indja, il-Ġappun u l-Brażil. Madankollu, l-ebda wieħed mill-produtturi f’dawn il-pajjiżi ma kien lest li jikkoopera.

(34)

Ikun xi jkun il-każ, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Korea t’Isfel ma kinitx pajjiż analogu xieraq għaliex ma kellha l-ebda sors domestiku ta’ baritina, l-aktar materja prima importanti, u biss produzzjoni insinifikanti ta’ karbonat tal-barju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni warrbet lir-Russja bħala pajjiż analogu xieraq għaliex il-karbonat tal-barju prodott fir-Russja kien ta’ kwalità ferm aktar baxxa u għalhekk ma kienx paragunabbli mal-prodott magħmul fir-RPĊ u fil-Komunità. L-investigazzjoni żvelat ukoll li s-suq domestiku fil-Brażil kien żgħir u li l-livell ta’ protezzjoni kien ogħla milli fl-USA. Għalhekk, ma tqiesx li l-Brażil kien pajjiż analogu xieraq. Barra minn hekk, ma kienet disponibbli l-ebda evidenza li tindika li kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi proposti bħala pajjiż analogu alternattiv kien aktar adattat mill-USA.

(35)

Rigward l-USA, instab li l-volum tal-produzzjoni kien sostanzjali u rappreżentativ rigward l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-karbonat tal-barju.

(36)

Safejn huma kkonċernati l-livell ta’ żvilupp ekonomiku u l-proċessi differenti ta’ produzzjoni, tqies li tabilħaqq jista’ jkun hemm xi differenzi. L-USA hija ekonomija ferm industrijalizzata u l-produttur fl-USA kien juża metodu ta’ produzzjoni aktar avvanzat u aktar effiċjenti minn dak li kien jintuża fir-RPĊ. Madankollu, għandu jkun innotat li anki jekk dawn id-differenzi jaffetwaw il-valur normali, normalment għandhom jirriżulta f’valur normali aktar baxx fl-USA u b’hekk ikunu ta’ vantaġġ għall-produtturi li jesportaw Ċiniżi. Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, jekk ikun hemm għalfejn, jista’ jsir aġġustament xieraq. Ikun xi jkun il-każ, għalkemm varjazzjonijiet lokali fil-proċessi ta’ produzzjoni ma jistgħux jiġu esklużi, ma ntweriex li fi kwalunkwe pajjiż partikolari għajr l-USA il-proċess ta’ produzzjoni ikun aktar paragunabbli ma’ dak li jintuża fir-RPĊ.

(37)

Rigward il-kompetizzjoni fis-suq domestiku ta’ l-USA, il-produttur ta’ l-USA kien suġġett għal kompetizzjoni minn importazzjonijiet mir-RPĊ, mill-Ġermanja u mill-Messiku. L-importazzjonijiet ta’ dawn il-pajjiżi kienu jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 30 % tas-suq, li kien meqjus bħala ammont sostanzjali. Għaldaqstant kien konkluż li fl-USA kien hemm livell ġust ta’ kompetizzjoni.

(38)

Safejn huwa kkonċernat l-aċċess għall-materja prima, instab li l-USA, flimkien mar-RPĊ, kienu wieħed mill-akbar produtturi tal-baritina u kellhom riservi sostanzjali tal-baritina. Għalhekk kien konkluż li l-aċċess għall-materja prima f’termini ta’ disponibbiltà kien paragunabbli fl-USA u fir-RPĊ.

(39)

Minħabba dak li ntqal aktar ’il fuq, kien provviżorjament konkluż li l-Istati Uniti jikkostitwixxu pajjiż analogu xieraq skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(b)   Id-determinazzjoni tal-valur normali fil-pajjiż analogu

(40)

Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ma ngħatawx MET kien stabbilit fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni vverifikata riċevuta mill-produttur fil-pajjiż analogu rigward l-ispejjeż domestiċi u l-bejgħ tal-prodott simili fis-suq ta’ l-USA għal tipi paragunabbli ta’ prodott.

(41)

Il-valur normali kien stabbilit billi intużat il-metodoloġija deskritta fil-qosor fil-premessi 43 sa 47 u 53 sa 59. Il-bejgħ domestiku fl-USA kien rappreżentattiv, għalkemm ċerti tipi ta’ prodott ma kinux jinbiegħu fl-andament ordinarju tal-kummerċ, jigifieri nbiegħu b’telf. Għal dawn it-tipi ta’ prodott, il-valur normali kien mibni skond l-Artikolu 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku, billi ġie miżjud ammont raġonevoli ta’ spejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u ammont raġonevoli ta’ marġni ta’ profitt ma’ l-ispiża tal-manifattura. Peress li l-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat kien rappreżentattiv, l-SG&A tal-kumpanija tqies li kienu afiddabbli u ntużaw. Safejn huwa kkonċernat il-marġni ta’ profitt, il-marġni ta’ profitt tal-kumpanija stess irrealizzat għall-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat ma setax jintuża għaliex, globalment, dan il-bejgħ sar b’telf. Peress li ma kkoopera l-ebda produttur ieħor fl-USA, il-Kummissjoni użat il-marġni ta’ profitt applikabbli għall-produzzjoni u għall-bejgħ ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti skond l-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku.

(42)

Għat-tipi l-oħra kollha ta’ prodott, il-valur normali kien stabbilit bħala l-prezz medju u mkejjel (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-bejgħ domestiku lil klijenti mhux relatati mill-produttur li kkoopera fl-USA, aġġustat kif ġie deskritt aktar ’l isfel.

3.2.   Id-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi li jesportaw li ngħataw MET

(43)

Safejn hija kkonċernata d-determinazzjoni tal-valur normali, għal kull produttur li jesporta li jikkoopera, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku totali tal-karbonat tal-barju tiegħu kienx rappreżentattiv meta pparagunat mal-bejgħ totali mill-esportazzjoni lejn il-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku tqies li kien rappreżentattiv meta l-volum totali ta’ tali bejgħ kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali mill-esportazzjoni tal-produttur lejn il-Komunità. Fuq din il-bażi, għaż-żewġ produtturi li jesportaw, il-bejgħ domestiku globali tal-prodott ikkonċernat matul l-IP sar fi kwantitajiet rappreżentattivi.

(44)

Sussegwentement, il-Kummissjoni identifikat dawk it-tipi tal-prodott ikkonċernat mibjugħa f’ambitu domestiku li kienu identiċi jew direttament paragunabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(45)

Għal kull tip mibjugħ mill-produtturi li jesportaw fis-swieq domestiċi tagħhom u li nstab li kien direttament paragunabbli mat-tip ta’ karbonat tal-barju mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, kien stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx biżżejjed rappreżentattiv għall-finijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip partikolari ta’ karbonat tal-barju tqies li kien biżżejjed rappreżentattiv meta l-volum tal-bejgħ domestiku totali ta’ dak it-tip matul l-IP kien jirrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali tat-tip paragunabbli tal-karbonat tal-barju esportat lejn il-Komunità. Minħabba din l-analiżi, it-tipi kollha tal-prodott ħlief wieħed inbiegħu fi kwantitajiet rappreżentattivi.

(46)

Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ karbonat tal-barju, mibjugħ f’ambitu domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies bħala li sar fl-andament ordinarju tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku, billi jiġi stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti tat-tip ta’ karbonat tal-barju in kwistjoni.

(47)

It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ domestiku tqies li kienu profittabbli fejn il-prezz ta’ unità ta’ tip ta’ prodott speċifiku kien daqs jew aktar mill-ispiża tal-produzzjoni. L-ispiża tal-produzzjoni għal kull tip ta’ prodott mibjugħ fis-suq domestiku matul l-IP għalhekk kienet iddeterminata.

(48)

Produttur li jesporta wieħed talab aġġustament għall-ispejjeż tal-bidu fuq il-bażi li l-produzzjoni b’rati normali ta’ l-użu tal-kapaċità bdew biss wara li beda l-IP. Il-kumpanija bdiet tipproduċi l-karbonat tal-barju biss ftit qabel ma beda l-IP. Il-kumpanija argumentat li wara li xtrat il-linji ta’ produzzjoni tagħha, hija investit ammonti sostanzjali f’tiswijiet qabel il-produzzjoni bħala test u fl-aħħar bdiet il-produzzjoni normali. Ġie sostnut li l-fażi medja tal-bidu għaż-żewġ linji ta’ produzzjoni kienet ta’ 11-il xahar u li l-produzzjoni normali kellha tibda tmien xhur wara l-bidu ta’ l-IP.

(49)

B’kuntrast għal dak li ġie sostnut minn dan il-produttur li jesporta, instab li l-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ ta’ kull xahar kienu fuq l-istess livell matul l-IP kollu u f’uħud mill-każi saħansitra qabżu l-volumi ta’ kull xahar prodotti u mibjugħa fil-perjodu fejn allegatament intlaħqu rati normali ta’ l-użu tal-kapaċità. Il-volumi tal-bejgħ sostanzjali matul l-IP kollu ma kinux jindikaw bejgħ minn sempliċi produzzjoni bħal test. Konsegwentement, ġie konkluż li l-kumpanija pproduċiet b’rati normali ta’ l-użu tal-kapaċità matul l-IP kollu. Barra minn hekk, il-kumpanija ma wrietx li matul l-allegata fażi tal-bidu, l-ispejjeż ta’ l-unitajiet ta’ produzzjoni kienu ogħla milli fil-perjodu fejn allegament intlaħqu rati normali ta’ l-użu tal-kapaċità. Ikun xi jkun il-każ, anki jekk l-ispejjeż kienu jkunu ogħla, dan ma kienx ikun konsegwenza ta’ volumi ta’ produzzjoni aktar baxxi kif jintwera biċ-ċar aktar ’il fuq. Konsegwentement, ġie konkluż li t-talba għal aġġustament rigward l-ispejjeż tal-bidu kienet kontradittorja u ma kienet ikkonfermata mill-ebda evidenza u għalhekk ġiet miċħuda.

(50)

L-istess produttur sostna li l-metodu ta’ deprezzament li ntuża mill-kumpanija għal “investimenti fuq assi fissi” ma kienx raġonevolment jirrifletti l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. L-investimenti li saru kienu jikkorrispondu għall-ispejjeż inizjali tat-tiswija tal-linji ta’ produzzjoni wara li ġew akkwistati u kienu spjegati f’sena finanzjarja waħda, meta jitqies li l-kumpanija qieset li l-ħajja utli ta’ l-assi msewwija kellha tkun ta’ inqas minn sena. Il-kumpanija stenniet li mbagħad wara dan il-perjodu tagħmel aktar investimenti. Meta jitqies, madankollu, li ma kienet meħtieġa l-ebda tiswija ulterjuri fil-linji ta’ produzzjoni, il-ħajja effettiva ta’ l-investimenti kienet itwal milli oriġinarjament kien mistenni. Il-kumpanija sostniet li l-perjodu ta’ deprezzament b’hekk għandu jkun adattat skond ir-realtà ekonomika u li l-ispejjeż kif imniżżla fil-kotba tal-kontabbiltà għandhom jiġu aġġustati b’mod xieraq skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku.

(51)

Rigward id-dikjarazzjoni t’aktar ’il fuq, qed jitqies li spejjeż tat-tiswija ogħla min-normal fl-ewwel sena tas-sjieda ta’ tagħmir użat mhumiex rari u li tali spejjeż ogħla jitniżżlu fil-kotba tal-kontabbiltà fl-ewwel sena jikkorrispondi għal prassi normali tal-kontabbiltà. Il-metodoloġija magħżula mill-kumpanija għalhekk ma kinitx irraġonevoli, imma kienet tikkorrispondi għal prattika normali. Il-fatt li wara ma saret l-ebda spiża ulterjuri għal tiswijiet ma jiġġustifikax devjazzjoni mill-prattika normali tal-kontabbiltà. It-talba tal-kumpanija sabiex l-ispejjeż ikunu aġġustati f’dan ir-rigward għalhekk ma kinitx iġġustifikata u kienet miċħuda.

(52)

Il-produttur li jesporta l-ieħor sostna li l-valur ta’ prodott sekondarju (il-kubrit) għandu jitnaqqas mill-ispiża tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-kubrit jiġi pproċċessat ulterjorment minn gass (H2S) li jiġi rilaxxat awtomatikament meta jkun prodott il-karbonat tal-barju. Madankollu, il-kumpanija ma kellha l-ebda mezz tekniku sabiex tkejjel il-kwantità ta’ gass użat fil-produzzjoni tal-kubrit u għalhekk ma setgħetx tikkwantifika t-talba tagħha. Barra minn hekk, fis-sistema tal-kontabbiltà tal-kumpanija, il-kubrit u l-prodott ikkonċernat kienu ttrattati bħala żewġ prodotti separati u l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-karbonat tal-barju kienu stabbiliti mingħajr ma tqies il-valur tal-kubrit. Fuq din il-bażi, it-talba kienet provviżorjament miċħuda.

(53)

Kif issemma fil-premessa 46, kien stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku tat-tip ta’ prodott in kwistjoni. F’każi fejn il-volum tal-bejgħ tat-tip ta’ karbonat tal-barju, mibjugħ bi prezz nett tal-bejgħ daqs jew aktar mill-ispiża kkalkulata tal-produzzjoni, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz medju u mkejjel (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) ta’ dak it-tip kien daqs jew aktar mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkulat bħala l-medja mkejla (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip li sar matul l-IP, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx profittabbli jew le. F’każi fejn il-volum tal-bejgħ profittabbli tat-tip ta’ karbonat tal-barju kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew fejn il-prezz medju u mkejjel (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) ta’ dak it-tip kien inqas mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkulat bħala l-medja mkejla (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-bejgħ profittabbli ta’ dak it-tip biss, sakemm dan il-bejgħ kien jirrapreżenta 10 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip.

(54)

F’każi fejn il-volum tal-bejgħ profittabbli ta’ kwalunkwe tip ta’ prodott kien jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, tqies li dan it-tip partikolari ma nbiegħx fi kwantitajiet biżżejjed biex il-prezz domestiku jipprovdi bażi xierqa ħalli jkun stabbilit il-valur normali.

(55)

B’riżultat ta’ l-analiżi t’aktar ’il fuq, instab li t-tipi kollha tal-prodott, ħlief wieħed, inbiegħu fl-andament ordinarju tal-kummerċ minħabba l-prezz.

(56)

Għat-tipi kollha ta’ prodott li jew ma nbiegħux fi kwantitajiet rappreżentattivi jew li ma nbiegħux fl-andament ordinarju tal-kummerċ minħabba l-prezz, il-prezzijiet domestiċi tal-produttur li jesporta in kwistjoni ma setgħux jintużaw sabiex ikun stabbilit il-valur normali u kellu jiġi applikat metodu ieħor.

(57)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat valur normali mibni, skond l-Artikolu 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku.

(58)

Skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien mibni fuq il-bażi ta’ l-ispiża tal-manifattur ta’ kull produttur li jesporta flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u għall-profitt.

(59)

Peress li l-SG&A u l-profitt irrealizzat minn kull wieħed mill-produttur li jesportaw ikkonċernati fis-suq domestiku kienu jikkostitwixxu data affidabbli fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-SG&A u l-profitt tal-produttur li jesporta intużaw fil-każi kollha fejn il-valur normali kien mibni.

4.   IL-PREZZIJIET TA’ L-ESPORTAZZJONI

(60)

Għall-produtturi li jesportaw u li kkooperaw Ċiniżi kollha li ngħataw MET, il-bejgħ mill-esportazzjoni kien iddeterminat fuq bażi ta’ kumpanija individwali. Il-bejgħ mill-esportazzjoni kollu lejn il-Komunità tal-produtturi li jesportaw ikkonċernati sar direttament lil klijenti indipendenti fil-Komunità u għalhekk, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu.

5.   IL-PARAGUN

(61)

Il-valur normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni kienu pparagunati fuq bażi ex-fabbrika fuq l-istess livell ta’ kummerċ. Sabiex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffetwaw il-prezzijiet u l-paragunabbiltà tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingħataw aġġustamenti xierqa fil-każi kollha fejn instab li kienu raġonevoli, preċiżi u sostnuti minn evidenza vverifikata.

(62)

Fuq din il-bażi, saru konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż ta’ l-ippakkjar, fl-ispiża tal-kreditu, fl-iskonti u fir-ribassi, fil-kummissjonijiet, fil-ġarr intern tal-merkanzija, fl-assigurazzjoni, fl-immaniġġjar, fis-servizzi ta’ wara l-bejgħ u fil-livell tal-kummerċ. Safejn għandhom x’jaqsmu l-ispejjeż bankarji, sar aġġustament skond l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku.

(63)

Safejn huwa kkonċernat il-livell tal-kummerċ, instab li l-maġġoranza tal-bejgħ domestiku fl-USA sar lil utenti aħħarija, filwaqt li l-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ sar esklussivament lid-distributuri. L-aġġustament kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza medja fil-prezzijiet tal-bejgħ lill-utenti aħħarija u tal-bejgħ lid-distributuri fis-suq domestiku ta’ l-USA skond l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku.

(64)

Instab ukoll li fir-RPĊ kienu aċċessibbli kwantitajiet kbar tal-materja prima ewlenija, il-baritina, mingħajr l-ebda proċess speċifiku ta’ tħaffir fil-minjieri filwaqt li fl-USA l-baritina kienet tinsab fil-minjieri jew fis-superfiċje jew taħt l-art. Barra minn hekk, il-materja prima fiċ-Ċina tiġi ttrasportata lejn fabbriki fil-qrib li prattikament ma jinvolvi l-ebda spiża għat-trasport, filwaqt li fl-USA l-ispiża biex il-baritina tiġi ttrasportata mill-minjieri lejn il-fabbriki kienet sostanzjali.

(65)

Għalhekk tqies li aġġustamenti xierqa għall-valur normali fl-USA kienu ġġustifikati sabiex il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-karbonat tal-barju fl-USA jinġiebu għal livell paragunabli ma’ dawk fir-RPĊ. Għalhekk, il-valur normali kien aġġustat billi tqiesu d-differenzi ewlenin fil-kundizzjonijiet tal-produzzjoni, jiġifieri d-differenzi fl-ispejjeż għall-produzzjoni u għat-trasport tal-materja prima ewlenija, il-baritina.

(66)

Fl-aħħarnett, instab li fl-USA ntefqu spejjeż ambjentali sostanzjali, filwaqt li fir-RPĊ ma kienx hemm tali spejjeż. Għalhekk, il-valur normali kien aġġustat b’mod xieraq.

6.   IL-MARĠNI TAD-DUMPING

6.1.   Għall-produtturi li jesportaw li kkooperaw li ngħataw MET

(67)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping għal kull produttur li jesporta kien stabbilit fuq il-bażi ta’ pargun bejn il-valur normali medju u mkejjel (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) u l-prezz ta’ l-esportazzjoni medju u mkejjel (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal kull tip ta’ prodott, kif ġie ddeterminat aktar ’il fuq.

(68)

Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping għall-produtturi li jesportaw li kkooperaw li ngħatalhom MET, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF nett ħieles fuq il-fruntiera, qabel id-dazju, huma:

Hubei Jingshan Chutian Barium Salt Corp. Ltd

11,2  %

Zaozhuang Yongli Chemical

24,4  %.

6.2.   Għall-produtturi li jesportaw l-oħra kollha

(69)

Sabiex ikun ikkalkulat il-marġni tad-dumping għall-pajjiż kollu applikabbli għall-esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. Sar paragun bejn l-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fir-RPĊ, ikkalkulati fuq il-bażi ta’ l-Eurostat, u r-risposti effettivi għall-kwestjonarju riċevuti mingħand l-esportaturi fir-RPĊ li ma ngħatalhomx MET. Fuq din il-bażi, kien stabbilit li l-livell ta’ kooperazzjoni kien qrib il-100 %.

(70)

Il-marġni tad-dumping għall-esportaturi li kkooperaw li ma ngħatalhomx MET li baqa’ konsegwentement kien ikkalkulat billi l-valur normali medju u mkejjel (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għall-pajjiż analogu kien ipparagunat mal-prezz ta’ l-esportazzjoni medju u mkejjel (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) irrapportat mill-esportaturi li kkooperaw sabiex wieħed jasal għal marġni tad-dumping medju u mkejjel (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għall-esportaturi li kkooperaw li baqa’.

(71)

Fuq din il-bażi, il-livell tad-dumping għall-pajjiż kollu kien provviżorjament stabbilit fuq livell ta’ 34,0 % tal-prezz CIF fuq il-fruntiera Komunitarja.

D.   ID-DANNU

1.   ID-DEFINIZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

(72)

L-uniku produttur Komunitarju li kkoopera kien responsabbli għal 100 % mill-produzzjoni Komunitarja tal-karbonat tal-barju matul l-IP. Għalhekk jitqies li jikkostitwixxi l-industrija Komunitarja fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u ta’ l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

(73)

Peress li l-industrija Komunitarja b’hekk hija kkostitwita minn produttur wieħed biss, il-figuri kollha relatati ma’ ta’ l-aħħar kellhom jiġu indiċjati għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

2.   IL-KONSUM KOMUNITARJU

(74)

Il-konsum Komunitarju kien stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fuq is-suq Komunitarju flimkien ma’ l-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi terzi oħra, fuq il-bażi ta’ l-Eurostat. Bejn l-2000 u l-2002, il-konsum Komunitarju tal-karbonat tal-barju naqas b’10 % minħabba s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli b’mod ġenerali. Wara, irkupra għal-livell ta’ l-2000, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.

 

2000

2001

2002

IP

Il-konsum Komunitarju

(tunnellata metrika)

137 742

130 243

124 568

136 722

3.   L-IMPORTAZZJONIJIET MILL-PAJJIŻ IKKONĊERNAT

(a)   Il-volum u s-sehem mis-suq

(75)

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju mir-RPĊ fil-Komunità żdied minn 54 167 tunnellata metrika fl-2000 għal 63 742 tunnellata metrika fl-IP, jiġifieri bi 18 % tul il-perjodu meqjus. Għandu jiġi nnotat li fl-2002 l-importazzjonijiet naqsu għal 48 900 tunnellata metrika, qabel ma rkupraw malajr fl-IP.

(76)

Fl-2000, is-sehem mis-suq korrispondenti kien ta’ madwar 40 % u tul il-perjodu meqjus żdied bi 19 %, prinċipalment minħabba ż-żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet mir-RPĊ fl-2003.

(b)   Il-prezzijiet

(77)

Il-prezzijiet medji għall-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu b’mod kostanti minn EUR 253/tunnellata metrika fl-2000 għal EUR 186/tunnellata metrika waqt l-IP.

(c)   It-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezz normali (price undercutting)

(78)

Sabiex ikun analizzat it-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezz normali, il-prezzijiet tal-bejgħ medji u mkejla (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal kull tip ta’ prodott ta’ l-industrija Komunitarja lil klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju, aġġustati għal bażi barra mill-fabbrika, kienu pparagunati mal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni medji u mkejla (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) korrispondenti ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati, stabbiliti fuq bażi CIF b’aġġustament xieraq għad-dazji doganli u għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. Il-paragun sar wara t-tnaqqis tar-ribassi u ta’ l-iskonti.

(79)

B’differenza għall-importazzjonijiet mir-RPĊ, l-industrija Komunitarja tiggarantixxi prodott stabbli skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti b’dejjem eżattament l-istess impuritajiet u toffri servizzi lil klijent bħala analiżi fil-laboratorji. Il-valur tas-suq ta’ dawn is-servizzi tqies fil-paragun tal-prezzijiet billi sar aġġustament ta’ 25 % għall-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni riċevuta mill-industrija Komunitarja.

(80)

Diversi importaturi u utenti sostnew li l-industrija Komunitarja titlob prezzijiet ogħla minħabba r-reattività akbar tal-prodott tagħha. Dan l-argument kellu jiġi miċħud peress li l-esportaturi tar-RPĊ jistgħu jipprovdu prodotti ekwivalenti għal kull grad prodott mill-industrija Komunitarja minħabba l-progress tekniku li sar f’dawn l-aħħar snin. Barra minn hekk, l-aktar grad reattiv tal-karbonat tal-barju jammonta għal inqas minn 5 % tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja. Għalhekk, tqies li ma kienx hemm għalfejn isir aġġustament għad-differenzi fir-reattività.

(81)

Il-paragun wera li, matul l-IP, il-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ inbiegħ fil-Komunità bi prezzijiet li huma irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja bi 28 % sa 31 %, meta espressi bħala perċentwal tal-prezzijiet ta’ l-aħħar.

4.   IS-SITWAZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

(82)

Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li għandhom influwenza fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja.

(83)

Kien analizzat jekk l-industrija Komunitarja għadiex fil-proċess li tirkupra mill-effetti tas-sussidji jew tad-dumping ta’ l-imgħoddi, imma ma nstabet l-ebda evidenza li dan għandu jkun il-każ.

(a)   Il-produzzjoni

(84)

Il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja naqset bi 13 % tul il-perjodu meqjus. Bejn l-2000 u l-2001, il-produzzjoni baqgħet stabbli u sussegwentement naqset.

(b)   Il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità

(85)

Tul il-perjodu meqjus, l-użu tal-kapaċità naqas b’14 %. Dan mhux spjegat minn żieda żgħira ta’ 2 % fil-kapaċità totali tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ta’ bejn l-2001 u l-2002 tul il-perjodu meqjus.

(c)   Il-bejgħ, il-prezzijiet u s-sehem mis-suq

(86)

Il-volum tal-bejgħ lil partijiet mhux relatati fil-Komunità naqas bi 17 % mill-2000 sa l-IP (il-bejgħ lil klijenti mhux relatati kien jikkonsisti f’inqas minn 1 % tal-volum tal-bejgħ totali), biex b’hekk is-sehem mis-sehem tnaqqas bejn 55 % u 60 % bejn 45 % u 50 %. Peress li l-prezz medju għal kull tunnellata metrika naqas b’ 7 %, il-fatturat niżel bi 23 %.

(d)   L-inventarji

(87)

Bejn l-2000 u l-2001, il-ħażniet tal-prodotti lesti kważi ttriplaw. Dawn tnaqqsu konsiderevolment tul is-sentejn segwenti u matul l-IP kienu jammontaw għal kważi d-doppju ta’ l-2000.

(e)   L-impjiegi, il-produttività u l-pagi

(88)

Tul il-perjodu meqjus, l-impjiegi fl-industrija Komunitarja naqsu b’10 %. Matul l-istess żmien, il-pagi żdiedu gradwalment b’10 %; ikkalkulat fuq il-bażi tat-tunnellati metriċi prodotti għal kull impjegat l-ewwel żdiedu bi 3 % bejn l-2000 u l-2002 u sussegwementement niżlu bi kważi 6 %.

(f)   It-tkabbir

(89)

Filwaqt li bejn l-2000 u l-IP il-konsum Komunitarju baqa’ bażikament stabbli, il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja naqas bi 17 %. Min-naħa l-oħra, il-volum ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati tela’ bi 18 %. It-tendenza kienet saħansitra aktar evidenti bejn l-2002 u l-IP, bil-konsum Komunitarju jitla’ b’madwar 10 %, il-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja jaqa’ b’aktar minn 10 % u l-importazzjonijiet mir-RPĊ jitilgħu b’aktar minn 30 %. B’hekk, il-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja niżel minkejja domanda dejjem akbar fil-perjodu bejn l-2002 u l-IP. Konsegwentement, is-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja niżel bi kważi 9 punti perċentwali, l-aktar minħabba l-importazzjonijiet mir-RPĊ. B’kuntrast, bejn l-2002 u l-IP, is-sehem mis-suq Ċiniż żdied b’aktar minn 7 punti perċentwali.

(g)   L-investiment

(90)

Bejn l-2000 u l-2001, l-investimenti aktar minn irduppjaw. Fl-2002, baqgħu stabbli qabel ma fl-2003 irritornaw għal-livell ta’ l-2000. L-investimenti saru prinċiplament għall-protezzjoni ambjentali u għall-manutenzjoni.

(h)   Il-profittabbiltà, il-qligħ fuq l-investiment, il-likwidità u l-ħila li jinġabar kapital

(91)

Tul il-perjodu kollu meqjus, il-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja tal-prodott simili ma kienx profittabbli. Filwaqt li l-industrija Komunitarja fl-2000 kienet kważi wasslet f’livell fejn la tagħmel telf u lanqas profitt, is-sitwazzjoni ddeterjorat u l-bejgħ xejn ma kien profittabbli matul l-IP (aktar minn – 10 %).

(92)

Il-qligħ fuq l-investiment, espress bħala profitti/telf b’relazzjoni għall-valur nett kontabbli ta’ l-assi kien ukoll negattiv tul il-perjodu kollu meqjus u ddeterjora sena wara sena. Fl-IP, il-qligħ fuq l-investiment kien ta’ bejn – 25 % u – 20 %.

(93)

Bejn l-2000 u l-IP, il-likwidità ġġenerata mill-prodotti magħmula u mibjugħa fil-Komunità naqset f’daqqa. Filwaqt li kienet għadha ferm pożittiva fl-2000, saret negattiva fl-2001 u niżlet matul is-sentejn segwenti fejn kienet tammonta għal aktar minn — EUR 1 000 000 matul l-IP.

(94)

Peress li l-investimenti kienu ferm baxxi, ma nstabx li l-industrija Komunitarja kienet qed tesperjenza diffikultajiet fil-ħila tagħha li tiġbor il-kapital jew fil-forma ta’ self mill-banek jew bħala ishma mill-kumpanija ġenitur.

(i)   Id-daqs tal-marġni tad-dumping

(95)

Meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping mill-pajjiż ikkonċernat, l-impatt tal-marġnijiet effettivi tad-dumping ma jistax jitqies li kien negliġibbli.

5.   KONKLUŻJONI DWAR ID-DANNU

(96)

L-eżami tal-fatturi li ssemmew aktar ’il fuq juri li bejn l-2000 u l-IP, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ddeterjorat konsiderevolment. Tul il-perjodu meqjus, il-volum tal-bejgħ niżel bi 17 % fejn irriżulta f’telf sinifikanti fis-sehem mis-suq. Il-prezzijiet medji niżlu u konsegwentement il-fatturat naqas b’mod saħansitra aktar sinifikanti. Il-volum tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità segwew l-istess tendenza. Minħabba dawn l-iżviluppi negattivi, tul il-perjodu meqjus, il-profittabbiltà, il-qligħ fuq l-investiment u l-likwidità ddeterjoraw konsiderevolment.

(97)

B’hekk instab li s-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ddeterjorat sa tali punt li qed jiġi pprovviżorjament konkluż li l-industrija Komunitarja batiet minn dannu materjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) u 3(5) tar-Regolament bażiku.

E.   IL-KAWŻALITÀ

1.   INTRODUZZJONI

(98)

Skond l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping tal-karbonat tal-barju li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu lill-industrija Komunitarja sa punt li jista’ jiġi kklassifikat bħala materjali. Skond l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, kienu eżaminat wkoll fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping, li fl-istess ħin setgħu kienu qed jagħmlu dannu lill-industrija Komunitarja, sabiex ikun żgurat li d-dannu possibbli kkważat minn dawn il-fatturi l-oħra ma jiġix attribwit lill-importazzjonijiet suġġetti għal dumping.

2.   L-EFFETT TA’ L-IMPORTAZZJONIJIET SUĠĠETTI GĦAL DUMPING

(99)

Tul il-perjodu meqjus, l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’mod sinifikanti f’termini ta’ volum (minn 54 167 tunnellata metrika għal 63 742 tunnellata metrika) u ta’ sehem mis-suq (b’aktar minn 7 punti perċentwali). L-aktar żieda importanti fil-volumi ta’ l-importazzjoni saret matul l-IP (żieda bi 30,4 % meta pparagunata ma’ l-2002), filwaqt li tul il-perjodu meqjus kollu l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni naqsu.

(100)

Dan kien jikkoniċidi ma’ tnaqqis fil-bejgħ u telf konsegwenti fis-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja ta’ kważi 9 punti perċentwali u bi tnaqqis fil-prezzijiet medji tal-bejgħ. L-industrija Komunitarja kellha tbaxxi l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha peress li, matul l-IP, l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping mir-RPĊ kienu ferm irħas. Minħabba l-prezzijiet baxxi tal-bejgħ, l-industrija Komunitarja ma setgħetx tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni u għalhekk ma kinitx profittabbli.

3.   L-EFFETT TA’ FATTURI OĦRA

(a)   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(101)

Tul il-perjodu meqjus, il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju minn pajjiżi terzi żdied minn 6 500 tunnellata metrika għal 8 700 tunnellata metrika, li, matul l-IP, jirrappreżenta sehem mis-suq ta’ inqas minn 10 %. Il-pajjiżi terżi ewlenin l-oħra li jesportaw il-karbonat tal-barju lejn il-Komunità kienu l-Brażil u r-Russja.

(102)

Matul l-IP, il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja kien jammonta għal EUR 278/tunnellata metrika. Dan ifisser li l-prodotti Russi kienu konsiderevolment aktar għaljin mill-importazzjonijiet mir-RPĊ u biss ftit irħas mill-prodotti mibjugħa mill-industrija Komunitarja. Skond l-importaturi u l-utenti, il-kwalità tal-karbonat tal-barju importat mir-Russja hija aktar baxxa mill-kwalità kemm tal-prodott ikkonċernat importat mir-RPĊ kif ukoll tal-prodott simili mibjugħ mill-industrija Komunitarja. Minħabba l-fatt li l-karbonat tal-barju mir-Russja huwa ta’ kwalità aktar baxxa imma aktar għali mill-importazzjonijiet mir-RPĊ, dan mhux kompetittiv fis-suq Komunitarju. Meta pparagunat mal-prodott mibjugħ mill-industrija Komunitrja, il-kwalità tal-karbonat tal-barju mir-Russja hija ferm aktar baxxa u mhix ikkumpensata mid-differenza żgħira fil-prezz. Peress li l-prodott Russu mhux kompetittiv, tul il-perjodu meqjus is-sehem mis-suq tiegħu naqas. Għalhekk kien provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet mir-Russja ma kisrux ir-rabta kawżali bejn id-dumping u d-dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi.

(103)

Matul l-IP, il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet mill-Brażil kien ta’ EUR 186/tunnellata metrika. Tul il-perjodu meqjus, is-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-Brażil tela’ b’madwar 2 punti perċentwali. Meta jitqiesu ż-żieda ċkejkna fil-bejgħ u s-sehem mis-suq ta’ inqas minn 5 %, kien provviżorjament konkluż li dawn l-importazzjonijiet ma kisrux ir-rabta kawżali bejn id-dumping u d-dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi.

(104)

Minħabba s-sejbiet t’aktar ’il fuq, kien provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma kisrux ir-rabta kawżali bejn id-dumping u d-dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-industrija Komunitarja.

(b)   L-iżvilupp tad-domanda

(105)

Rigward l-iżvilupp tad-domanda, bejn l-2000 u l-2002 il-konsum apparenti tal-karbonat tal-barju naqas imma l-industrija Komunitarja rnexxielha żżomm is-sehem mis-suq tagħha. Sussegwentement, il-bejgħ u s-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja niżlu, għalkemm il-konsum żdied konsiderevolment matul l-IP. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet Ċiniżi rnexxielhom jirbħu sehem mis-suq, fejn żdied b’aktar minn 7 punti perċentwali tul il-perjodu kkonċernat. Għalhekk, id-dannu materjali li batiet l-industrija Komunitarja ma jistax jiġi attribwit lil tnaqqis fid-domanda fis-suq Komunitarju.

(c)   Il-varjazzjonijiet fil-munita

(106)

Uħud mill-partijiet interessati sostnew li d-deprezzament tad-dollaru Amerikan (USD) fil-konfornt ta’ l-euro ffavorixxa l-importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju fil-Komunità Ewropew. Il-maġġoranza vasta tat-tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat fil-Komunità Ewropea tabilħaqq tniżżlu fil-fatturi bħala USD. Minn nofs l-2002, u b’mod sinifikanti matul l-IP, l-euro apprezzat fil-konfront ta’ l-USD biex b’hekk iffavoriet lill-esportazzjonijiet fiż-żona ta’ l-euro.

(107)

Madankollu, anki fuq il-bażi tar-rata tal-kambju prevalenti fil-bidu ta’ l-2002, l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu irħas mill-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja. Barra dan, din is-sitwazzjoni favorevoli tar-rata tal-kambju kien ikollha impatt anki fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn peress li fil-fatturi wkoll tniżżlu prinċipalment bħala USD. Il-fatt li l-varjazzjonijiet fil-munita ma kellhomx effett kbir fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, jindika li ma jistgħux jitqiesu bħala l-fattur kawżali ewlieni għall-fluss sinifikanti ta’ importazzjonijiet suġġetti għal dumping mill-pajjiż ikkonċernat.

(108)

Għalhekk, kien provviżorjament konkluż li, għalkemm l-apprezzament ta’ l-Euro rigward l-USD seta’ ffavorixxa l-importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju fil-Komunità Ewropea, mhux biżżejjed sabiex tinkiser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping u d-dannu materjali li batiet l-industrija Komunitarja.

(d)   L-importazzjonijiet mill-industrija Komunitarja

(109)

Ġie sostnut li l-industrija Komunitraja importat il-karbonat tal-barju mir-RPĊ u b’hekk ikkontribwiet għad-dannu li batiet hija stess. Madankollu, l-industrija Komunitarja ma xtrat l-ebda prodott mingħand ir-RPĊ wara l-2001 u kienet importatu qabel dik is-sena biss fi kwantitajiet neliġibbli (madwar 1 % tal-produzzjoni tagħha stess). Għalhekk, qed jiġi provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet mill-industrija Komunitarja tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ, jekk kien hemm, ma setgħux ikunu raġuni determinati għad-dannu materjali li batiet l-industrija Komunitarja.

(e)   Fatturi ulterjuri

(110)

Diversi utenti u importaturi argumentaw li l-Komunità qed tbati dannu minħabba l-kompetizzjoni minn sospensjoni sospiża fl-ilma tal-karbonat tal-barju li telimina t-trab tossiku ġġenerat meta l-karbonat tal-barju jintuża f’forma ta’ trab. Is-sospensjoni tiġi prodotta mill-importaturi fil-Komunità, billi jintuża t-trab importat mir-RPĊ u wara l-importazzjoni jiġu miżjuda l-ilma u xi addittivi speċifiċi.

(111)

Dan l-argument irid jiġi miċħud għaliex l-industrija Komunitarja għandha l-għarfien kif tipproduċi sospensjoni imma ma tippromwovihx għaliex tqis li mhux ekonomiku li tittrasporta l-ilma. Għalhekk, f’kooperazzjoni ma’ kumpaniji Ewropej oħra, żviluppat tagħmir speċifiku għall-industrija tal-briks u tal-madum li jippermetti li l-utenti tal-karbonat tal-barju jħalltu t-trab ma’ l-ilma fil-punt tal-produzzzjoni, biex b’hekk jeliminaw ukoll il-ġenerazzjoni ta’ trab tossiku. B’hekk, l-industrija Komunitarja toffri prodott kompetittiv għas-sospensjoni. Madankollu, peress li s-sospensjoni tiġi prodotta b’karbonat tal-barju importat miċ-Ċina bi prezzijiet suġġetti għal dumping, tista’ tinbiegħ bi prezzijiet li huma aktar baxxi mill-prezzijiet tat-trab ipprovdut mill-industrija Komunitarja. Għalhekk, ma titqiesx bħala fattur ieħor li jikkawża dannu, għaliex l-impatt tas-sospensjoni jirriżulta huwa stess mill-importazzjonijiet suġġetti għal dumping. Tabilħaqq, li kieku l-prodott ikkonċernat ma kienx importat bi prezzijiet suġġetti għal dumping, il-prodott offrut mill-industrija Komunitarja li huwa f’kompetizzjoni mas-sospensjoni, kien ikun jista’ jikkompeti b’termini ġusti mas-sospensjoni.

4.   KONKLUŻJONI DWAR IL-KAWŻALITÀ

(112)

L-analiżi t’aktar ’il fuq wriet li kien hemm żieda sostanzjali fil-volum u fis-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat, speċjalment bejn l-2002 u l-IP, flimkien ma’ tnaqqis konsiderevoli fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom u livell għoli ta’ traħħis tal-prezzijiet matul l-IP. Din iż-żieda fis-sehem mis-suq ta’ l-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx tikkoniċidi ma’ tnaqqis sinifikanti fis-sehem mis-suq ta’ l-industrija Komunitarja, li, flimkien mal-pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet, irriżultat, fost l-oħrajn, f’telf sostanzjali ta’ l-industrija Komunitarja matul l-IP. Min-naħa l-oħra, l-eżami tal-fatturi l-oħra li setgħu jagħmlu dannu lill-industrija Komunitarja żvela li l-ebda wieħed minn dawn ma seta’ kellu impatt negattiv sinifikanti jew seta’ jikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping mir-RPĊ u d-dannu materjali li batiet l-industrija Komunitarja.

(113)

Fuq il-bażi ta’ l-analiżi t’aktar ’il fuq li għamlet distinzjoni xierqa u sseparat l-effetti tal-fatturi magħrufa kollha dwar is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti dannużi ta’ l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal dumping, qed jiġi provviżorjament konkluż li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-Komunità fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

F.   L-INTERESS KOMUNITARJU

1.   RIMARKA PRELIMINARI

(114)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni dwar dumping dannuż, kienx hemm raġunijiet konvinċenti sabiex jiġi konkluż li mhux fl-interess Komunitarju li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Id-determinazzjoni ta’ l-interess Komunitarju kienet ibbażata fuq apprezzament ta’ l-interessi differenti kollha involuti, jiġifieri dawk ta’ l-industrija Komunitarja, ta’ l-importaturi u ta’ l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

2.   L-INVESTIGAZZJONI

(115)

Sabiex ikun ivvalutat l-impatt probabbli ta’ l-impożizzjoni jew tan-nuqqas ta’ impożizzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand il-partijiet interessati kollha. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-industrija Komunitarja, lil 10 fornituri ta’ materja prima, lil 18-il importatur u lil 38 utent tal-prodott ikkonċernat. Irrispondew il-produttur Komunitarju, fornitur wieħed ta’ materja prima, ħames importaturi, sitt utenti u assoċjazzjoni waħda ta’ l-utenti.

3.   L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

(116)

L-industrija Komunitarja linja tal-produzzjoni awtomatizzat għalkollox, fejn topera b’mod ferm effiċjenti fl-infiq rigward materjal mhux skond speċifikazzjoni u n-numru ta’ impjegati għal kull tunnellata metrika prodotta. Għamlet ukoll investimenti ta’ sostituzzjoni u kompliet tesporta.

(117)

Jitqies li l-impożizzjoni tal-miżuri se trodd il-kompetizzjoni ġusta fis-suq. Jekk il-miżuri jittieħdu, l-industrija Komunitarja se tkun tista’ tirbaħ mill-ġdid għallinqas parti mis-sehem mis-suq mitluf tagħha b’impatt pożittiv konsegwenti fuq il-profittabbiltà tagħha.

(118)

Kif issemma aktar ’il fuq, l-industrija Komunitarja batiet minn dannu materjal kkawżat minn importazzjonjiet suġġetti għal dumping li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat. Jekk ma jiġux imposti miżuri, huwa probabbli li s-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarju tiddeterjora ulterjorment. Dan jinvolvi telf ulterjuri ta’ impjiegi. L-effett ta’ dipressiv fuq il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping għandu jkompli jfixkel l-isforzi kollha ta’ l-industrija Komunitarja, b’mod partikolari, sabiex tirbaħ mill-ġdid livell profittabbli. Jekk ma jittieħdux miżuri se jipperikola l-preżenza tul perjodu twil ta’ żmien ta’ l-industrija u ma jistax jiġi eskluż li l-uniku produttur Komunitarja jkollu jagħlaq minħabba l-kompetizzjoni mill-importazzjonijiet suġġetti għal dumping jekk il-miżuri ma jiġux imposti.

4.   IL-FORNITURI TAL-MATERJA PRIMA

(119)

Risposta waħda għall-kwestjonarju kienet riċevuta mingħand fornitur tal-materja prima li jipprovdi s-sulfat tal-barju naturali lill-industrija Komunitarja. Huwa l-uniku fornitur tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-karbonat tal-barju li jinsab fil-Komunità.

(120)

Jekk jiġu imposti miżuri u l-industrija Komunitarja tirbaħ mill-ġdid is-sehem mis-suq mitluf, il-fornitur tal-materja prima wkoll se jkun jista’ jbiegħ aktar mill-prodott tiegħu. Peress li l-materja prima kkonċernata tikkostitwixxi parti ewlenija mill-fatturat ta’ din il-kumpanija, dan se jtejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-materja prima.

(121)

Jekk ma jiġux imposti miżuri, il-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja se jkompli jinżel u konsegwentement anki d-domanda tagħha għall-materja prima. Dan se jaffetwa b’mod negattiv il-profittabilità tal-fornitur tal-materja prima.

5.   L-IMPORTATURI

(122)

Kienu riċevuti ħames risposti għall-kwestjonarju mingħand importaturi li kienu lkoll kontra l-impożizzjoni tal-miżuri.

(123)

Parti mill-prodott ikkonċernat importat f’forma ta’ trab mir-RPĊ jiġi sussegwentement ittrasformat mill-importaturi f’sospensjoni, billi jiġu miżjuda l-ilma u xi additivi speċjali. Peress li l-marġni ta’ profitt ta’ l-importaturi għall-bejgħ tal-prodott ikkonċernat u tas-sospensjoni fuq bażi medja u mkejla (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) huwa ta’ 6,8 %, l-importaturi se jkunu jistgħu jġorru parti miż-żidiet possibbli fil-prezzijiet u jgħaddu parti minnhom lill-klijenti tagħhom. Minħabba d-dazji relattivament baxxi li għandhom ikunu imposti fuq il-kumpaniji li joperaw f’kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq u minħabba s-sorsi alternattivi disponibbli bla ebda dazju, iż-żidiet possibbli fil-prezzijiet se jkunu limitati.

(124)

Meta jitqies il-fatt li l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat u tas-sospensjoni jammontaw bejn wieħed u ieħor għal madwar 15 % tal-fatturat totali ta’ l-importaturi, is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-importaturi mhux se tkun serjament affetwata mill-impożizzjoni ta’ dazju.

(125)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, kien provviżorjament konkluż li l-effett tal-miżuri ta’ anti-dumping, jekk ikun hemm, wisq probabbli mhux se jkollu impatt materjali fuq l-importaturi.

6.   L-UTENTI

(126)

Kienu riċevuti sitt risposti għall-kwestjonarju mingħand utenti u sottomissjoni waħda mingħand assoċjazzjoni ta’ utenti. Saret żjara ta’ verifika waħda fil-kumpanija li xtrat l-akbar kwantità ta’ karbonat tal-barju matul l-IP. Is-sitt utenti li kkooperaw kienu jirrappreżentaw madwar 9 % tal-konsum Komunitarju totali tal-karbonat tal-barju matul l-IP. In-numru ta’ staff f’dawn il-kumpaniji direttament relatat mal-prodotti li jużaw il-karbonat tal-barju kien ta’ madwar 570 persuna. L-utenti li kkooperaw kollha, ħlief wieħed li qed jixtri mingħand l-industrija Komunitarja, ħadu pożizzjoni kontra l-impożizzjoni tad-dazji ta’ anti-dumping minħabba li jibżgħu li jitilfu sors irħis ta’ provvista, li jagħmel dannu lill-kompetittività tagħhom fis-suq eqreb tal-punt tal-bejgħ milli dak tal-manifattura jew tal-produzzjoni, fil-konfront ta’ kompetituri f’pajjiżi terzi.

(127)

L-utenti tal-karbonat tal-barju huma prinċipalment ikkonċentrati fil-produzzjoni tal-ħġieġ tas-settijiet tat-televiżjoni, fl-industrija tal-brikks u tal-madum, fis-settur taċ-ċeramika u fil-produzzjoni tal-ferrite. Fuq il-bażi tar-risposti għall-kwestjonarju u ta’ l-informazzjoni mressqa waqt smigħ, kien stabbilit li s-sehem tal-karbonat tal-barju fl-ispejjeż totali tal-produzzjoni ta’ l-utenti kien bejn wieħed u ieħor taħt it-8 %.

(128)

Id-dazji mhux se jirriżultaw fi tnaqqis sinifikanti fil-kompetizzjoni jew f’nuqqas ta’ provvista. Minflok, jista’ jkun previst li l-importazzjonijiet miċ-Ċina se jibqgħu disponibbli bi prezzijiet kompetittivi, peress li d-dazji individwali proposti għall-produtturi li jesportaw Ċiniżi huma taħt il-livelli tat-traħħis taħt il-prezz normali li nstab. Barra minn hekk, huma wkoll disponibbli sorsi alternattivi ta’ provvista minn pajjiżi terzi oħra bl-ebda dazju. Fuq il-bażi ta’ dan kollu, qed jiġi konkluż li l-utenti se jkomplu jkunu jistgħu jixtru karbonat tal-barju bi prezzijiet kompetittivi u huwa mistenni li l-impatt tad-dazji fuq il-kompetittività ta’ l-utenti fil-konfront tal-kompetituri tagħhom f’pajjiżi terzi se jkun limitat.

(129)

Kien sostnut li l-industrija Komunitarja mhix f’pożizzjoni li tissodisfa d-domanda kollha għall-karbonat tal-barju fil-Komunità. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-miżuri mhumiex maħsuba li jipprevjenu li l-importazzjonijiet jidħlu fil-Komunità imma li jiżguraw li dawn ma jsirux bi prezzijiet dannużi suġġetti għal dumping. Importazzjonijiet minn diversi oriġini se jkomplu jissodisfaw parti sinifikanti tad-domanda Komunitarja. Għalhekk, mhu mistenni l-ebda nuqqas fil-provvista.

(130)

Fuq il-bażi ta’ dak li ngħad aktar ’il fuq, kien provviżorjament konkluż li l-effett tal-miżuri ta’ anti-dumping, jekk hemm, wisq probabbli mhux se jkollu impatt materjali fuq l-utenti.

7.   EFFETTI LI JFIXKLU L-KOMPETIZZJONI U L-KUMMERĊ

(131)

Rigward l-effetti tal-miżuri possibbli fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità, il-produtturi li jesportaw li kkooperaw ikkonċernati, meta jitqiesu l-pożizzjonijiet b’saħħithom fis-suq tagħhom, probabbilment se jkomplu jbiegħu l-prodotti tagħhom, għalkemm bi prezzijiet mhux suġġetti għal dumping. Tabilħaqq, ir-rati tad-dazji relattivament baxxi għaż-żewġ produtturi li jesportaw Ċiniżi li joperaw f’kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq għandhom jippermettulhom joperaw f’kundizzjonijiet tas-suq ġusti fil-Komunità. B’hekk, meta titqies il-firxa globali tad-dazji imposti, huwa probabbli li se jkun hemm numru biżżejjed ta’ kompetituri ewlenin fis-suq Komunitarju, inklużi l-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, fil-Brażil, fir-Russja u fl-Indja. Għalhekk, l-utenti se jibqa’ jkollhom l-għażla ta’ fornituri differenti ta’ karbonat tal-barju. Jekk, min-naħa l-oħra, ma tkun imposta l-ebda miżura, il-ġejjieni ta’ l-uniku produttur Komunitarju se jkun f’riskju. L-għibien tiegħu għandu effettivament inaqqas il-kompetizzjoni fis-suq Komunitarju.

8.   KONKLUŻJONI DWAR L-INTERESS KOMUNITARJU

(132)

Meta jitqiesu r-raġunijiet li ssemmew aktar ’il fuq, qed jiġi provviżorjament konkluż li f’dan il-każ mhemm l-ebda raġuni konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta’dazji ta’ anti-dumping.

G.   IL-PROPOSTA GĦAL MIŻURI PROVVIŻORJI TA’ ANTI-DUMPING

1.   IL-LIVELL TA’ L-ELIMINAZZJONI TAD-DANNU

(133)

Minħabba l-konklużjonijiet li ntlaħqu rigward id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess Komunitarju, għandhom ikunu imposti miżuri provviżorji ta’ anti-dumping sabiex ikunu ipprevenut li l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping jikkawżaw dannu ulterjuri lill-industrija Komunitarja.

(134)

Sabiex ikun stabbilit il-livell tad-dazju, tqiesu l-livell tal-marġnijiet tad-dumping misjuba u l-ammont tad-dazju meħtieġ sabiex ikun eliminat id-dannu li batiet l-industrija Komunitarja.

(135)

Peress li l-industrija Komunitarja kienet ilha tbati mill-importazzjonijiet suġġetti għal dumping sa mill-1999, il-profitt li seta’ jinkiseb fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet suġġetti għal dumping kien ibbażat fuq il-marġni tal-profitt medju u mkejjel (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-prodott simili matul is-snin bejn l-1996 u l-1998. Fuq din il-bażi, instab li marġni ta’ profitt ta’ 7.2 % tal-fatturat seta’ jitqies bħala ammont minimu xieraq li l-industrija Komunitarja setgħet tistenna li tikseb fin-nuqqas ta’ dumping dannuż. Iż-żieda meħtieġa fil-prezz imbagħad kienet iddeterminata fuq il-bażi ta’ paragun tal-prezz ta’ l-importazzjoni medju u mkejjel (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi), kif ġie stabbilit għall-kalkoli tat-traħħis tal-prezzijiet taħt il-prezz normali, mal-prezz mhux dannuż tal-prodotti mibjugħa mill-industirja Komunitarja fis-suq Komunitarju. Il-prezz mhux dannuż inkiseb bl-aġġustament tal-prezz tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja mit-telf effettiv li sar matul l-IP u billi jiġi miżjud il-marġni ta’ profitt li ssemma aktar ’il fuq. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan il-paragun imbagħad kienet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF totali ta’ l-importazzjoni.

(136)

Peress li l-livell ta’ l-eliminazzjoni tad-dannu kien ogħla mill-marġni tad-dumping stabbilit, il-miżuri provviżorji għandhom ikunu bbażati fuq ta’ l-aħħar.

2.   IL-MIŻURI PROVVIŻORJI

(137)

Fid-dawl ta’ dak li ngħad aktar ’il fuq, jitqies li skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti dazji provviżorji ta’ anti-dumping rigward l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-RPĊ fuq il-livell tal-marġnijiet t’isfel tad-dumping u tad-dannu, skond ir-regola ta’ inqas dazju. F’dan il-każ, ir-rati tad-dazju individwali kif ukoll id-dazju għall-pajjiż kollu għandhom jiġu stabbiliti b’mod xieraq fuq il-livell tal-marġnijiet tad-dumping misjuba.

(138)

Peress li l-prodott huwa funġibbli u d-differenzi fil-prezzijiet għat-tipi differenti ta’ prodott mhumiex sostanzjali, instab li d-dazju għandu jkun impost fil-forma ta’ ammont speċifiku għal kull tunnellata metrika sabiex tkun żgurata l-effiċjenza tal-miżuri u sabiex ikun skoraġġit kwalunkwe assorbiment tal-miżura ta’ anti-dumping permezz ta’ tnaqqis fil-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni. Dan l-ammont jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni tad-dumping għall-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni fil-kalkolu tad-dumping matul l-IP.

(139)

Ir-rati tad-dazju ta’ anti-dumping ta’ kumpaniji individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni rigward dawn il-kumpaniji li nstabet matul dik l-investigazzjoni. Dawn ir-rati tad-dazju (b’ differenza għad-dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) b’hekk huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u li jiġu prodotti mill-kumpaniji u b’hekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikatament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikatament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(140)

Kwalunkwe talba li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju ta’ anti-dumping ta’ kumpaniji individwali (eż. wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tkun indirizzata minnufih lill-Kummissjoni (3) bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari kwalunkwe modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u mal-bejgħ mill-esportazzjoni assoċjati ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, se temenda r-Regolament b’mod xieraq billi taġġorna l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati individwali tad-dazju.

(141)

Il-prodott ikkonċernat huwa funġibbli, kif ġie spjegat aktar ’il fuq, u mhux ta’xi marka partikolari. Id-diskrepanza tar-rati individwali tad-dazju hija sinifikanti u hemm numru ta’ produtturi li jesportaw. Dawn l-elementi kollha jistgħu jiffaċilitaw it-tentattivi biex il-flussi ta’ l-esportazzjoni jiġu diretti mill-ġdid permezz ta’ l-esportaturi tradizzjonali li jibbenefikaw mill-aktar rati tad-dazju baxxi.

(142)

Konsegwentement, jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li tibbenefika minn rati ta’ dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’aktar minn 30 % fil-volum, il-miżuri individwali kkonċernati għandhom jitqiesu bħala li probabbilment ma jkunux biżżejjed biex ipattu għad-dumping dannuż li nstab. Konsegwentement, u sakemm l-elementi rekwiżiti jiġu sodisfatti, jista’ jingħata bidu għal investigazzjoni sabiex il-miżuri jkunu korretti b’mod xieraq fil-forma jew fil-livell tagħhom.

H.   ID-DISPOŻIZZJONI FINALI

(143)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jkun stabbilit perjodu li fih il-partijiet interessati li ppreżentaw irwieħhom fil-limitu ta’ żmien speċifikat fl-avviż tal-bidu jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom bil-miktub u jitolbu smigħ. Barra minn hekk, għandu jkun iddikjarat li s-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji li saru għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma pproviżorji u jista’ jkollhom jitqiesu mill-ġdid għall-finijiet ta’ kwalunkwe miżura definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   B’dan qed jiġi impost dazju provviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-karbonat tal-barju b’kontenut ta’ stronzju ta’ aktar minn 0,07 % skond il-piż u b’kontenut ta’ kubrit ta’ aktar minn 0,0015 % skond il-piż, kemm jekk f’forma ta’ trab, f’forma ppressata b’mod imrammel jew f’forma ridotta fi trab b’mod imrammel, li jaqa’ fil-kodiċi NM ex 2836 60 00 (kodiċi TARIC 2836600010), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   L-ammont tad-dazju provviżorju ta’ anti-dumping għandu jkun daqs ammont stabbilit kif ġie speċifikat aktar ’l isfel għall-prodotti magħmula mill-manifatturi li ġejjin:

Il-pajjiż

Il-manifattur

Ir-rata tad-dazju

(EUR/t)

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Hubei Jingshan Chutian Barium Salt Corp. Ltd

62, Qinglong Road, Songhe Town, Jingshan County

Hubei Province, PRC

20,6

A606

Zaozhuang Yongli Chemical Co.

South Zhuzibukuang Qichun, Zaozhuang City Center District

Shangdong Province, PRC

45,7

A607

Il-kumpaniji l-oħra kollha

60,8

A999

3.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità tal-prodott li jissemma fil-paragrafu 1 għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà, ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

4.   F’każi fejn il-merkanzija tkun ġiet iddanneġġjata qabel id-dħul f’ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas jitqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (4), l-ammont ta’ dazju ta’ anti-dumping, ikkalkulat fuq il-bażi ta’ l-ammonti stabbiliti t’aktar ’il fuq, għandu jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu li jiġu żvelati l-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien adottat dan ir-Regolament, jesprimu l-opinjoni tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(2)  ĠU C 104, 30.4.2004, p. 58.

(3)  

European Commission

Directorate-General for Trade

Direction B

B-1049 Brussell.

(4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

100


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 209/2005

tas-7 ta' Frar 2005

li jistabbilixxi l-lista tal-prodotti tat-tessuti li għalihom m’hemmx il-ħtieġa tal-prova ta’ l-oriġini meta jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li stabbilixxa l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541 tat-13 ta’ Lulju 1998 dwar il-prova ta’ l-oriġini għal ċerti prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt it-Taqsima XI tan-Nomenklatura Kombinata u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ tali prova (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-każ ta’ dawk il-prodotti ta’ tessuti u ħwejjeġ li m’humiex soġġetti għal miżuri speċifiċi skond il-politika tal-Komunità dwar il-kummerċ u li jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa, ir-Regolament ta’ hawn fuq jipprovdi kemm li tista' tingħata eżenzjoni mill-obbligu li tiġi ppreżentata prova ta’ l-oriġini u kemm li d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-eżenzjoni mill-obbligu li jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ l-oriġini għandhom jindikaw jekk dikjarazzjoni ta’ l-oriġini għandiex tiġi ppreżentata jew le għal tali prodott.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2579/98 tat-30 ta’ Novembru 1998 (2) jistabbilixxi l-lista tal-prodotti tat-tessuti li dwarhom m’hemmx il-ħtieġa tal-prova ta’ l-oriġini meta jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità. Fil-mumentIllum hemm il-ħtieġa li din il-lista tiġi aġġornata bl-inklużjoni ta’ kategoriji ġodda ta’ prodotti tat-tessuti.

(3)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2579/98 għandu jiġi revokat mill-iżjed fis possibbli uminfloku jitpoġġew id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Sabiex jiġu implimentati l-obbligi ta’ l-UE li jirriżultaw mit-tmiem tal-Ftehim tad-WTO dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ u, b’mod partikolari, sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 2(8c) tal-Ftehim tad-WTO dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ li jiddikjara li “fl-ewwel jum tal-121 xahar minn meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim tad-WTO, is-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ għandu jitqies li huwa integrat fil-GATT 1994, billi jkunu ġew eliminati ir-restrizzjonijiet kollha skond dan il-Ftehim”, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2005.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kodiċi tad-Dwana.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rilaxxIl-ħelsien, għal ċirkolazzjoni ħielsa, tal-prodotti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ prova ta’ l-oriġini.

Artikolu 2

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2579/98 tat-30 ta’ Novembru 1998 huwa revokat.

Artiklu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sebat ijiem minn meta jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 202, 18.7.1998, p. 11.

(2)  ĠU L 322, 1.12.1998, p. 27.


ANNESS

ELENKU TAL-PRODOTTI TAT-TESSUTI

Kategorija

Deskrizzjoni — Kodiċi CN 2005

(1)

(2)

Grupp III A

34

Materjali minsuġa minn ħjut ta’ filamenti sintetiċi miksuba minn strixxi jew simili tal-polietilena jew il-polipropelin, wesgħin 3 m jew aktar

5407 20 19

38A

Materjal sintetiku tal-purtieri innittjat jew bil-kroxè inkluż materjal għall-purtieri tan-nett.

6005 31 10 , 6005 32 10 , 6005 33 10 , 6005 34 10 , 6006 31 10 , 6006 32 10 , 6006 33 10 , 6006 34 10

38B

Purtieri tan-nett, innittjati jew tal-kroxè

ex 6303 91 00 , ex 6303 92 90 , ex 6303 99 90

40

Purtieri minsuġa (inklużi drappijiet, blajnds ta’ ġewwa, pavaljuni tal-purtieri u tas-sodod u oġġetti oħrajn ta’ tagħmir), li mhumiex innittjati jew tal-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmula minn fibri magħmulin mill-bniedem

ex 6303 91 00 , ex 6303 92 90 , ex 6303 99 90 , 6304 19 10 , ex 6304 19 90 , 6304 92 00 , ex 6304 93 00 , ex 6304 99 00

42

Ħjut magħmulin minn fibri artifiċjali kontinwi, mhux imballati għall-bejgħ bl-imnut

5401 20 10

Ħjut magħmulin minn fibri artifiċjali; ħjut magħmulin minn filamenti artifiċjali, mhux imballati għall-bejgħ bl-imnut li mhumiex ħajta singla tar-rayon viskuż mhux mibrum jew b’barma ta’ mhux aktar minn 250 kisra/metru u ħajt mhux minsuġ ewlieni ta’ ċelluloża aċetata

5403 10 00 , 5403 20 00 , ex 5403 32 00 , ex 5403 33 00 , 5403 39 00 , 5403 41 00 , 5403 42 00 , 5403 49 00 , ex 5604 20 00

43

Ħjut minn filamenti artifiċjali, ħjut minn fibri bażiċi artifiċjali, ħjut tal- qoton imballati għall-bejgħ bl-imnut

5204 20 00 , 5207 10 00 , 5207 90 00 , 5401 10 90 , 5401 20 90 , 5406 10 00 , 5406 20 00 , 5508 20 90 , 5511 30 00

46

Suf imqardax jew mimxut tan-nagħaġ jew tal-ħrief jew xi suf ta’ l-annimali fin ieħor

5105 10 00 , 5105 21 00 , 5105 29 00 , 5105 31 00 , 5105 39 10 , 5105 39 90

47

Ħjut tas-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief imqardax (ħjut tas-suf) jew minn suf fin ta’ l-annimali mqardax, mhux imballat għall-bejgħ bl-imnut

5106 10 10 , 5106 10 90 , 5106 20 10 , 5106 20 91 , 5106 20 99 , 5108 10 10 , 5108 10 90

48

Ħjut tas-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief mimxut (ħjut worsted) jew minn suf fin ta’ l-annimali mimxut, mhux imballat għall-bejgħ bl-imnut

5107 10 10 , 5107 10 90 , 5107 20 10 , 5107 20 30 , 5107 20 51 , 5107 20 59 , 5107 20 91 , 5107 20 99 , 5108 20 10 , 5108 20 90

49

Ħjut tas-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief jew minn suf fin ta’ l-annimali mimxut, imballat għall-bejgħ bl-imnut

5109 10 10 , 5109 10 90 , 5109 90 10 , 5109 90 90

51

Qoton, imqardax jew mimxut

5203 00 00

53

Garża tal-qoton

5803 10 00

54

Fibri bażiċi artifiċjali, inkluż l-iskart, imqardxa, mimxuta jew ippreparati għall-għażil b’xi mod ieħor

5507 00 00

55

Fibri bażiċi sintetiċi, inkluż l-iskart, imqardxa, mimxuta jew ippreparati għall-għażil b’xi mod ieħor

5506 10 00 , 5506 20 00 , 5506 30 00 , 5506 90 10 , 5506 90 90

56

Ħjut minn fibri bażiċi sintetiċi (inkluż l-iskart), imballati għall-bejgħ bl-imnut

5508 10 90 , 5511 10 00 , 5511 20 00

58

Twapet, carpentines u raggs, magħmula bl-għoqod (imballati jew le)

5701 10 10 , 5701 10 90 , 5701 90 10 , 5701 90 90

60

Tapizzeriji, magħmula bl-idejn, tat-tip Gobelins, Flanders, Aubusson, Beauvais u simili, u tapizzeriji xogħol tal-labar (per eż. rakkmu u punt xewka) magħmula bħala panewwijiet u simili bl-idejn

5805 00 00

62

Ħjut tax-xinilja (inklużi ħjut tax-xinilja flock), ħjut rinfurzati (li m’humiex ħjut metalizzati u ħjut tax-xagħar taż-żiemel rinfurzati)

5606 00 91 , 5606 00 99

Tull u tessuti tan-nett oħrajn, minbarra tessuti minsuġa, innittjati jew tal-kroxè; bizzilla bil-biċċa, strixxi jew disinji

5804 10 11 , 5804 10 19 , 5804 10 90 , 5804 21 10 , 5804 21 90 , 5804 29 10 , 5804 29 90 , 5804 30 00

Tikketti, beġġijiet u simili magħmula minn materjali tessuti, mhux irrakkmati, bil-biċċa, strippi jew maqtugħin skond il-forma jew il-qies, minsuġa.

5807 10 10 , 5807 10 90

Tberfil u xogħol ornamentali bil-biċċa; ġummien, pompons u simili

5808 10 00 , 5808 90 00

Rakkmu, bil-biċċa, strixxi jew disinji

5810 10 10 , 5810 10 90 , 5810 91 10 , 5810 91 90 , 5810 92 10 , 5810 92 90 , 5810 99 10 , 5810 99 90

63

Materjal innittjat jew tal-kroxè minn fibri sintetiċi li jkun fihom, bħala piż, 5 % jew aktar ta’ ħjut elastomeriċi u materjali innittjat jew tal-kroxè li fihom, bħala piż, 5 % jew aktar ta’ ħjut tal-lastku

5906 91 00 , ex 6002 40 00 , 6002 90 00 , ex 6004 10 00 , 6004 90 00

Bizzilla Raschel u materjal bil-pil twil minn fibri sintetiċi

ex 6001 10 00 , 6003 30 10 , 6005 31 50 , 6005 32 50 , 6005 33 50 , 6005 34 50

65

Materjal innittjat jew tal-kroxè, li mhux dak tal-kategorija 38 A u 63, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali

5606 00 10 , ex 6001 10 00 , 6001 21 00 , 6001 22 00 , ex 6001 29 00 , 6001 91 00 , 6001 92 00 , ex 6001 99 00 , ex 6002 40 00 , 6003 10 00 , 6003 20 00 , 6003 30 90 , 6003 40 00 , ex 6004 10 00 , 6005 10 00 , 6005 21 00 , 6005 22 00 , 6005 23 00 , 6005 24 00 , 6005 31 90 , 6005 32 90 , 6005 33 90 , 6005 34 90 , 6005 41 00 , 6005 42 00 , 6005 43 00 , 6005 44 00 , 6006 10 00 , 6006 21 00 , 6006 22 00 , 6006 23 00 , 6006 24 00 , 6006 31 90 , 6006 32 90 , 6006 33 90 , 6006 34 90 , 6006 41 00 , 6006 42 00 , 6006 43 00 , 6006 44 00

66

Raggs u kutri għall-ivvjaġġar, li mhux innittjati jew tal-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali

6301 10 00 , 6301 20 90 , 6301 30 90 , ex 6301 40 90 , ex 6301 90 90

Grupp III B

72

Ilbies ta’ l-għawm, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali

6112 31 10 , 6112 31 90 , 6112 39 10 , 6112 39 90 , 6112 41 10 , 6112 41 90 , 6112 49 10 , 6112 49 90 , 6211 11 00 , 6211 12 00

84

Xallijiet, skarvs, mafflers, mantillas, velijiet u simili, li mhux innittjati jew tal-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali

6214 20 00 , 6214 30 00 , 6214 40 00 , 6214 90 10

85

Ingravati, ċfuf u kravatti, li mhux innittjati jew tal-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali

6215 20 00 , 6215 90 00

86

Kurpetti, kurpetti sal-qadd, suspender belts, ċingi, takkalji u oġġetti simili u l-partijiet minnhom, kemm jekk innittjati jew tal-kroxè u kemm jekk le

6212 20 00 , 6212 30 00 , 6212 90 00

88

Kalzetti, peduni u peduni qosra, mhux innittjati jew tal-kroxè; aċċessorji oħrajn ta’ l-ilbies, parti minn oġġetti tal-ħwejjeġ jew ta’ aċċessorji tal-ħwejjeġ li mhumiex għat-trabi, li mhumiex innittjati jew tal-kroxè

ex 6209 10 00 , ex 6209 20 00 , ex 6209 30 00 , ex 6209 90 00 , 6217 10 00 , 6217 90 00

91

Tined

6306 21 00 , 6306 22 00 , 6306 29 00

93

Xkejjer u boroż ta’ tip użat għall-imballaġġ ta’ l-oġġetti minn materjali minsuġa li mhumiex magħmula minn strixxi tal-polietilena jew il-polipropelin

ex 6305 20 00 , ex 6305 32 90 , ex 6305 39 00

94

Ikkuttunar minn materjal tat-tessuti u oġġetti magħmulin minnu; fibri tat-tessuti mhux itwal minn 5 mm (flock), trab tat-tessuti u min-neps

5601 10 10 , 5601 10 90 , 5601 21 10 , 5601 21 90 , 5601 22 10 , 5601 22 91 , 5601 22 99 , 5601 29 00 , 5601 30 00

95

Feltru u oġġetti magħmula minnu, kemm jekk mimli b’xi sustanza oħra jew le, li mhux kisi ta’ l-art

5602 10 19 , 5602 10 31 , 5602 10 39 , 5602 10 90 , 5602 21 00 , ex 5602 29 00 , 5602 90 00 , ex 5807 90 10 , ex 5905 00 70 , 6210 10 10 , 6307 90 91

96

Materjali mhux minsuġa u oġġetti magħmula minn tali materjali, kemm jekk mimlija b’xi sustanza oħra, miksija, mgħottija jew laminati jew le

5603 11 10 , 5603 11 90 , 5603 12 10 , 5603 12 90 , 5603 13 10 , 5603 13 90 , 5603 14 10 , 5603 14 90 , 5603 91 10 , 5603 91 90 , 5603 92 10 , 5603 92 90 , 5603 93 10 , 5603 93 90 , 5603 94 10 , 5603 94 90 , ex 5807 90 10 , ex 5905 00 70 , 6210 10 90 , ex 6301 40 90 , ex 6301 90 90 , 6302 22 10 , 6302 32 10 , 6302 53 10 , 6302 93 10 , 6303 92 10 , 6303 99 10 , ex 6304 19 90 , ex 6304 93 00 , ex 6304 99 00 , ex 6305 32 90 , ex 6305 39 00 , 6307 10 30 , ex 6307 90 99

98

Oġġetti oħrajn magħmula mill-ħjut, spag oħxon, ċimi, kejbils jew ħbula, li mhux minnmaterjali tessuti, oġġetti magħmula minn tali materjali u oġġetti tal-kategorija 97

5609 00 00 , 5905 00 10

99

Materjali tat-tessuti miksijin bil-gomma jew sustanzi amilaċji, ta’ tip użat għall-kisi estern ta’ kotba u simili; matrrjal għall-intraċċar; tila ppreparata għall-pittura; bakrum u materjal tat-tessuti rinfurzat simili ta’ tip użat għall-irfid tal-kpiepel

5901 10 00 , 5901 90 00

Linolju, kemm jekk maqtugħ skond il-forma u kemm jekk le; kisi ta’ l-art magħmula minn kisja jew għata applikat fuq bażi tat-tessuti, kemm jekk maqtugħ skond il-forma u kemm jekk le

5904 10 00 , 5904 90 00

Materjal tat-tessuti miksi bil-lastku, mhux innittjat jew tal-kroxè, ħlief dak użat għat-tajers

5906 10 00 , 5906 99 10 , 5906 99 90

Materjal tat-tessuti mimli jew miksi b’xi sustanza oħra b’xi mod ieħor; kanvas miżbugħ użat bħala, xena teatrali, back-cloth ta’ studjo, li mhux tal-kategorija 100

5907 00 10 , 5907 00 90

100

Materjali tat-tessuti mimlija b’xi sustanza oħra, miksija, mogħtija jew laminati bi preparazzjonijiet ta’ derivattivi taċ-ċelluloża jew ta’ materjali tal-plastik artifiċjali oħrajn

5903 10 10 , 5903 10 90 , 5903 20 10 , 5903 20 90 , 5903 90 10 , 5903 90 91 , 5903 90 99

101

Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils, trizzati jew le, li mhux minn fibri sintetiċi

ex 5607 90 90

110

Saqqijiet pnewmatiċi minsuġa

6306 41 00 , 6306 49 00

111

Oġġetti għall-ikkampjar, minsuġa, li mhux saqqijiet pnewmatiċi u tined

6306 91 00 , 6306 99 00

112

Oġġetti oħrajn tat-tessuti lesti, minsuġa, ħlief dawk tal-kategoriji 113 u 114

6307 20 00 , ex 6307 90 99

113

Biċċiet ta’ l-art, biċċiet tal-platti u biċċiet tat-tfarfir, li mhumiex innittjati jew tal-kroxè

6307 10 90

114

Materjali minsuġa u oġġetti għal użu tekniku

5902 10 10 , 5902 10 90 , 5902 20 10 , 5902 20 90 , 5902 90 10 , 5902 90 90 , 5908 00 00 , 5909 00 10 , 5909 00 90 , 5910 00 00 , 5911 10 00 , ex 5911 20 00 , 5911 31 11 , 5911 31 19 , 5911 31 90 , 5911 32 10 , 5911 32 90 , 5911 40 00 , 5911 90 10 , 5911 90 90

Grupp IV

120

Purtieri (inklużi drappijiet), blajnds ta’ ġewwa, pavaljuni tal-purtieri u tas-sodod u oġġetti oħrajn ta’ tagħmir, li mhumiex innittjati jew tal-kroxè, tal-kittien jew fibri tar-rami

ex 6303 99 90 , 6304 19 30 , ex 6304 99 00

121

Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils, trizzati jew le, tal-kittien jew fibri tar-rami

ex 5607 90 90

122

Xkejjer u boroż ta’ tip użat għall-imballaġġ ta’ l-oġġetti, użati, tal-kittien, li mhumiex innittjati jew tal-kroxè

ex 6305 90 00

123

Tessuti minsuġa bil-pil u tessuti tax-xinilja tal-kittien jew tal-fibri tar-rami, li m’humiex “tessuti dojoq”

5801 90 10 , ex 5801 90 90

Xallijiet, skarvs, mafflers, mantillas, velijiet u simili, tal-kittien jew tal-fibri tar-rami, li mhux innittjati jew tal-kroxè

6214 90 90

Grupp V

124

Fibri bażiċi sintetiċi

5501 10 00 , 5501 20 00 , 5501 30 00 , 5501 90 10 , 5501 90 90 , 5503 10 10 , 5503 10 90 , 5503 20 00 , 5503 30 00 , 5503 40 00 , 5503 90 10 , 5503 90 90 , 5505 10 10 , 5505 10 30 , 5505 10 50 , 5505 10 70 , 5505 10 90

125A

Ħjut ta’ filamenti sintetiċi (kontinwi) mhux imballati għall-bejgħ bl-imnut, li mhumiex ħjut tal-kategorija 41

5402 41 00 , 5402 42 00 , 5402 43 00

125B

Monifilamenti, strixxi (tiben artifiċjali u simili) u watar artifiċjali minn materjali sintetiċi

5404 10 10 , 5404 10 90 , 5404 90 11 , 5404 90 19 , 5404 90 90 , ex 5604 20 00 , ex 5604 90 00

126

Fibri bażiċi artifiċjali

5502 00 10 , 5502 00 40 , 5502 00 80 , 5504 10 00 , 5504 90 00 , 5505 20 00

127A

Ħjut ta’ filamenti artifiċjali (kontinwi) mhux imballati għall-bejgħ bl-imnut, li mhumiex ħjut tal-kategorija 42

5403 31 00 , ex 5403 32 00 , ex 5403 33 00

127B

Monifilamenti, strixxi (tiben artifiċjali u simili) u watar artifiċjali minn materjali tessuti artifiċjali

5405 00 00 , ex 5604 90 00

128

Suf ta’ l-annimali oħxon, imqardax jew mimxut

5105 40 00

129

Ħjut minn suf ta’ l-annimali oħxon jew tax-xagħar taż-żiemel

5110 00 00

130A

Ħjut tal-ħarir li mhumiex ħjut mibrumin mill-iskart tal-ħarir

5004 00 10 , 5004 00 90 , 5006 00 10

130B

Ħjut tal-ħarir lu mhumiex tal-kategoriji 130A; watar tad-dud tal-ħarir

5005 00 10 , 5005 00 90 , 5006 00 90 , ex 5604 90 00

131

Ħjut mibruma ta’ fibri tal-ħaxix oħra

5308 90 90

132

Ħjut mibruma mill-karta

5308 90 50

133

Ħjut mill-qanneb ta’ veru

5308 20 10 , 5308 20 90

134

Ħjut mibruma metalizzati

5605 00 00

135

Ħjut minn suf ta’ l-annimali oħxon jew tax-xagħar taż-żiemel

5113 00 00

137

Materjal minsuġ bil-pil u materjal tax-xinilja u materjali minsuġa dojoq tal-ħarir jew mill-iskart tal-ħarir

ex 5801 90 90 , ex 5806 10 00

138

Ħjut tal-karti mibruma u fibri tat-tessuti oħrajn li mhux tar-rami

5311 00 90 , ex 5905 00 90

139

Materjali minsuġa minn ħjut tal-metall jew ħjut metalizzati

5809 00 00

140

Materjal innittjat jew tal-kroxè minn materjal tat-tessuti li mhux suf jew xagħar ta’ l-annimali fin, qoton jew fibri artifiċjali.

ex 6001 10 00 , ex 6001 29 00 , ex 6001 99 00 , 6003 90 00 , 6005 90 00 , 6006 90 00

141

Raggs u kutri għall-ivvjaġġar minn materjal tat-tessuti li mhux suf jew xagħar ta’ l-annimali fin, qoton jew fibri artifiċjali.

ex 6301 90 90

144

Feltru minn xagħar ta’ l-annimali oħxon,

5602 10 35 , ex 5602 29 00

145

Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils, trizzati jew le, ta’ l-abaca (qanneb ta’ Manila) jew qanneb veru

5607 90 10 , ex 5607 90 90

146A

Spag oħxon tal-qatet jew tal-balal għall-makkinarju agrikolu, tas-sisal u fibri oħrajn tal-familja Agave

ex 5607 21 00

146B

Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils tas-sisal jew fibri oħrajn tal-familja Agave, li mhumiex prodotti tal-kategorija 146A

ex 5607 21 00 , 5607 29 10 , 5607 29 90

146C

Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils, kemm jekk ittrizzati jew immaljati jew le, tal-ġuta jew fibri tat-tilju oħrajn

5607 10 00

147

Skart tal-ħarir (inklużi fosdqat mhux tajbin biex jinħattu), skart tal-ħjut mibruma u stokk irkuprat, imqardax jew mimxut

5003 90 00

148A

Ħjut tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn ta’ l-intestatura Nru 5303

5307 10 10 , 5307 10 90 , 5307 20 00

148B

Ħjut mibruma tal-kajjar

5308 10 00

149

Materjali minsuġa tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn b’wisa' ta’ aktar minn 150 ċm

5310 10 90 , ex 5310 90 00

150

Materjali minsuġa tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn b’wisgħa ta’ mhux aktar minn 150 ċm; xkejjer u boro, ta’ tip użat għall-imballaġġ ta’ l-oġġetti, tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn, li mhumiex użati

5310 10 10 , ex 5310 90 00 , 5905 00 50 , 6305 10 90

152

Feltru tan-newl tal-labar tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn mhux mimlijin b’xi sustanza oħra jew miksijin, li mhumiex kisi ta’ l-art

5602 10 11

153

Xkejjer u boroż użati ta’ tip użat għall-imballaġġ ta’ l-oġġetti, tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn ta’ l-intestatura Nru 5303

6305 10 10

154

Fosdqat tad-dud tal-ħarir tajbin biex jinħattu

5001 00 00

Ħarir grezz (mhux organzin)

5002 00 00

Skart tal-ħarir (inklużi fosdqat mhux tajbin biex jinħattu), skart tal-ħjut mibruma u stokk irkuprat, mhux imqardax jew mimxut

5003 10 00

Qoton mhux imqardax jew mimxut-

5101 11 00 , 5101 19 00 , 5101 21 00 , 5101 29 00 , 5101 30 00

Pil fin jew oħxon, mhux imqardax jew mimxut

5102 11 00 , 5102 19 10 , 5102 19 30 , 5102 19 40 , 5102 19 90 , 5102 20 00

Skart tas-suf jew ta’ pil ta’ l-annimali fin jew oħxon, inkluż l-iskart tal-ħjut iżda eskluż l-istokk irkuprat

5103 10 10 , 5103 10 90 , 5103 20 10 , 5103 20 91 , 5103 20 99 , 5103 30 00

Stokk irkuprat tas-suf jew tal-pil ta’ l-annimali fin jew oħxon

5104 00 00

Kittien, gress jew ipproċessat iżda mhux minsuġ: Stoppa tal-kittien u skart (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat)

5301 10 00 , 5301 21 00 , 5301 29 00 , 5301 30 10 , 5301 30 90

Rami u fibri veġetali tat-tessuti oħrajn, ipproċessati iżda mhux magħżula: stoppa, suf li jibqa’ fil-moxt u skart, li mhumiex kajjar jew manilla ta’ l-intestatura Nru 5304

5305 90 00

Qoton, mhux imqardax jew mimxut

5201 00 10 , 5201 00 90

Skart tal-qoton (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat)

5202 10 00 , 5202 91 00 , 5202 99 00

Qanneb ta’ veru (cannabis sativa L.), grezz jew ipproċessat iżda mhux minsuġ: Stoppa u skart tal-qanneb ta’ veru (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat)

5302 10 00 , 5302 90 00

Abaka (qanneb ta’ Manila jew Musa Textilis Nee), grezz jew ipproċessat iżda mhux minsuġ: Stoppa u skart ta' l-abaka (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat)

5305 21 00 , 5305 29 00

Ġuta u fibri oħrajn tat-tessuti tat-tilju (minbarra kittien, qanneb ta’ veru u rami), ipproċessati izda mhux magħżula: Stoppa u skart tal-ġuta (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat)

5303 10 00 , 5303 90 00

Fibri veġetali tat-tessuti oħrajn, grezz jew ipproċessati iżda mhux magħżula Stoppa u skart ta' tali fibri (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat)

5304 10 00 , 5304 90 00 , 5305 11 00 , 5305 19 00 , 5305 90 00


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

109


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/12/KE

tat-18 ta’ Frar 2005

li temenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġiet ta' stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Filwaqt li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Filwaqt li kkunsidrat id-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' April 2003 dwar il-ħtiġiet ta' stabbiltà speċifiċi għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/25/KE tgħodd għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro kollha li joperaw lejn jew minn port ta’ Stat Membru fuq servizz regolari, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, meta jwettqu vjaġġi internazzjonali.

(2)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/25/KE jipprovdi li l-vapuri ro-ro għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi dwar l-istabbiltà li huma stabbiliti fid-dettall fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u li l-Istati Membri għandhom jużaw fl-applikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti l-linji gwida stabbiliti fl-Anness II tagħha.

(3)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/25/KE jipprovdi li l-Annessi għad-Direttiva jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2), sabiex jitqiesu l-iżviluppi fuq livell internazzjonali u b’mod partikolari fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (l-IMO).

(4)

Ir-Riżoluzzjoni ta’ l-IMO MSC 141(76) tal-5 ta’ Diċembru 2002 introduċiet metodu tat-test mudell rivedut u noti ta’ gwida assoċjati taħt ir-Riżoluzzjoni 14 tal-Konferenza ta’ l-1995 ta’ SOLAS (Safety of Life at Sea). Ir-Riżoluzzjoni 14 tikkonċerna ftehimiet reġjonali dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-istabbiltà għall-vapuri tal-passiġġieri ro-ro.

(5)

Il-mudell ta’ metodu tat-test rivedut għandu jidħol minflok il-metodu tat-test mudell applikat qabel li huwa provdut fid-Direttiva 2003/25/KE. Kwalunkwe vapur li jkun għadda mit-test skond il-metodu tat-test mudell applikat qabel m’għandux għalfejn jerġa’ jagħmel it-test.

(6)

Id-Direttiva 2003/25/KE għalhekk għandha tiġi emendata f’dan is-sens.

(7)

Il-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà fuq il-Baħar u l-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri stabbilit skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament u tal-Kunsill (2).

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2003/25/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2.3 huwa sostitwit minn dan li ġej:

“2.3

ir-rassa tal-paratiji trasversali u loġitudinali li jridu jitqiesu bħala effettivi sabiex jillimitaw l-ilma baħar akkumulat li jiġi assunt fil-kompartiment ikkonċernat fil-gverta ro-ro bil-ħsara għandha tkun taqbel mas-sistema tat-tneħħija ta' l-ilma, u għandha tiflaħ pressa idrostatika skond ir-riżultati tal-kalkolu tal-ħsara. Dawn il-paratiji għandhom ikunu għolja mill-inqas 4 m kemm-il darba l-għoli ta’ l-ilma ma jkunx inqas minn 0.5 m. F’dawn il-każijiet l-għoli tal-paratija jista’ jiġi kkalkolat skond is-segwenti:

 

Bh = 8hw

fejn:

 

Bh huwa l-għoli tal-paratija;

 

u hw huwa l-għoli ta’ l-ilma.

Fi kwalunkwe każ, l-għoli minimu tal-paratija m’għandux ikun inqas minn 2.2 m. Madankollu fil-każ ta' vapur li jkollu gverti tal-karozzi mdendla, l-għoli minimu tal-paratija ma għandux ikun inqas mill-għoli tal-qiegħ tal-gverta mdendla meta tkun fil-pożizzjoni mbaxxija tagħha;”

(b)

L-Appendiċi intitolat “Il-Metodu tat-Test Mudell”, huwa sostitwit mit-test muri fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.

(2)

Fl-Anness II, Parti II, intitolat “It-Testijiet Mudell”, huwa sostitwit mit-test muri fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu din id-Direttiva fi żmien mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara li tkun daħlet fis-seħħ. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijeit ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 17.5.2003, p. 22.

(2)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 415/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 10).


ANNESS I

“Appendiċi

Il-Metodu tat-Test Mudell

1.   L-għanijiet

Dan il-metodu tat-test mudell rivedut huwa reviżjoni tal-metodu li jinsab fl-Appendiċi għall-Anness għar-Riżoluzzjoni 14 tal-Konferenza ta’ SOLAS 1995. Mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Stokkolma saru għadd ta’ testijiet mudelli skond il-metodu tat-test fis-seħħ qabel. Matul dawn it-testijiet, ġew identifikati għadd ta’ rfinamenti fil-proċeduri. Dan il-metodu tat-test mudell il-ġdid jimmira li jinkludi dawn l-irfinamenti u, flimkien man-Noti ta’ Gwida mehmuża, jipprovdi proċedura aktar robusta għall-evalwazzjoni tas-sopravivenza ta’ vapur tal-passiġġieri ro-ro li jġarrab ħsara fil-baħar. Fit-testijiet provduti fil-paragrafu 1.4 tar-rekwiżiti ta’ l-istabbilità inklużi fl-Anness I, il-vapur għandu jkun kapaċi li jissopravivi fi triq tal-baħar kif iddefinita fil-paragrafu 4.1 hawn taħt f’xenarju tal-każ ta’ l-agħar ħsara.

2.   Id-definizzjonijiet

LBP

huwa t-tul bejn il-perpendikolari

HS

l-għoli sinjifikanti tal-mewġa

B

il-wisa’ ffurmat tal-vapur

TP

huwa l-aqwa perjodu

TZ

huwa l-perjodu ta’ l-inkroċjatura żero

3.   Il-mudell tal-vapur

3.1.   Il-mudell għandu jikkopja l-vapur attwali kemm għall-konfigurazzjoni fuq barra kif ukoll l-arranġament intern, b’mod partikolari l-ispazji kollha bil-ħsara li għandhom effett fuq il-proċess ta’ għargħar u bligħ ta’ l-ilma. Għandhom jintużaw fond fl-ilma intatt, trimmjatura, mejl u KG operattiva li tillimita li jikkorrispondu għall-każ ta’ l-agħar ħsara. Barra minn dan, il-każ(ijiet) ta’ test li għandu jitqies/għandhom jitqiesu għandhom jirrappreżentaw il-każ(ijiet) ta’ l-agħar ħsara definit(i) skond ir-regolament ta’ SOLAS II-1/8.2.3.2 (SOLAS 90) fir-rigward ta’ l-arja kollha taħt il-kurva GZ pożittiva u l-linja ċentrali tal-ftuħ tal-ħsara għandha tinsab fil-firxa li ġejja:

3.1.1.   ± 35 % LBP minn nofs il-vapur;

3.1.2.   ikun meħtieġ test addizzjonali għall-agħar ħsara fi ħdan ± 10 % LBP minn nofs il-vapur jekk il-każ ta’ ħsara msemmi f’.1 huwa barra minn ± 10 % LBP minn nofs il-vapur.

3.2.   Il-mudell għandu jħares is-segwenti:

3.2.1.   tul bejn il-perpendikolari (LBP) għandu jkun l-akbar fost għall-inqas 3 m jew tul li jikkorrispondi għal skala mudell ta’ 1:40, u l-estent vertikali sa għall-inqas 3 tulijiet standard ta’ l-istruttura ta’ fuq ogħla mill-gverta tal-paratija (l-ispazju ħieles);

3.2.2.   il-ħxuna tal-buq ta’ spazji mgħerrqa m’għandhiex teċċedi 4 mm;

3.2.3.   fil-kundizzjonijiet fejn il-vapur huwa kemm intatt kif ukoll danneġġjat, il-mudell għandu jissodisfa l-marki korretti ta’ spustjar u tal-fond fl-ilma (TA, TM, TF, port u starboard) b’tolleranza massima fi kwalunkwe marka tal-fond fl-ilma ta’ + 2 mm. Il-marki tal-fond fl-ilma tal-pruwa u tal-poppa għandhom jinsabu qrib kemm jista’ jkun lejn FP u AP;

3.2.4.   il-kompartimenti kollha danneġġjati u l-ispazji ro-ro għandhom ikunu mudellati bil-permabilitajiet korretti tal-wiċċ u tal-volum (il-valuri attwali u d-distribuzzjonijiet) li jiżguraw li l-massa ta’ l-imla ta’ l-għargħar u l-massa tad-distribuzzjoni huma rrappreżentati b’mod korrett;

3.2.5.   il-karatteristiċi tal-moviment tal-vapur attwali għandhom ikunu mudellati sew, b’attenzjoni partikolari għat-tolleranza intatta tal-GM u r-radji tat-tidwir fil-moviment tal-ġirazzjoni minn ġenb għal ġenb u mill-pruwa għall-poppa. Iż-żewġ radji għandhom jiġu mkejla u jkunu fil-firxa ta’ bejn 0.35B sa 0.4B għall-moviment ta’ ġirazzjoni minn ġenb għal ġenb, u 0.2LOA sa 0.25LOA għall-moviment ta’ ġirazzjoni mill-pruwa għall-poppa;

3.2.6.   il-karatteristiċi ewlenin tad-disinn bħal paratiji li minnhom ma jgħaddix ilma, rilaxx ta’ l-arja, eċċ., fuq u taħt il-gverta tal-paratija li jistgħu jirriżultaw f’għargħar asimmetriku għandhom ikunu mmudellati sew kemm jista’ jkun prattikabbli biex jirrappreżentaw is-sitwazzjoni reali. L-arranġamenti tal-ventilazzjoni u għargħar minn naħa għall-oħra għandhom jinbnew b’sezzjoni trasversali minima ta’ 500 mm2;

3.2.7.   l-għamla tal-fetħa tal-ħsara għandha tkun kif ġej:

1.

profil trapeżoidali bil-ġenb immejjel 15° mal-vertikal u l-wisa’ fil-linja ta’ l-ilma skond id-disinn definit skond ir-regolament ta’ SOLAS II-1/8.4.1;

2.

profil ta’ triangolu isosceles fil-pjan orizzontali bl-għoli daqs B/5 skond ir-regolament ta’ SOLAS II-1/8.4.2. Jekk il-casings tal-ġenb huma armati ġewwa l-B/5, it-tul bil-ħsara ħdejn il-casings tal-ġenb m’għandux inkun inqas minn 25 mm;

3.

minkejja d-dispożizzjonijiet tas-subparagrafi 3.2.7.1 u 3.2.7.2 hawn fuq, il-kompartimenti kollha meħuda bħala danneġġjati fil-kalkolu tal-każ(ijiet) ta’ l-agħar ħsara kif imsemmi fil-paragrafu 3.1 għandhom jiġu mgħarrqa fit-testijiet mudell;

3.3.   Il-mudell fil-kondizzjoni ta’ l-ekwilibriju mgħarraq għandu jkun immejjel minn angolu addizzjonali li jikkorrispondi għal dak indott mill-mument tal-mejl Mh = max (Mpass; Mlaunch)-Mwind, iżda fl-ebda każ il-mejl finali ma għandu jkun inqas minn 1o lejn il-ħsara. Mpass, Mlaunch and Mwind huma kif speċifikat fir-regolament ta’ SOLAS II-1/8.2.3.4. Għall-vapuri eżistenti dan l-angolu jista’ jittieħed bħala 1o.

4.   Il-proċedura għall-esperimenti

4.1.   Il-mudell għandu jiġi ttestjat f’triq tal-baħar irregolari b’mewġa twila għamla ta’ għalla ddefinita mill-ispettru JONSWAP b’għoli sinjifikanti tal-mewġ HS, fattur ta’ l-aqwa titjib γ = 3.3 u l-aqwa perjodu Formula. HS huwa l-għoli tal-mewġ sinjifikanti għall-arja ta’ l-operazzjoni, li mhuwiex eċċedut bi probabbiltà ta’ aktar minn 10 % fuq bażi ta’ kull sena, iżda llimitat għal massimu ta’ 4 m.

Barra minn dan,

4.1.1.   il-wisa’ tat-tank għandu jkun biżżejjed li jiġi evitat kuntatt jew interazzjoni oħra mal-ġnub tat-tank u huwa rrakkomandat li ma jkunx inqas minn LBP + 2 m;

4.1.2.   il-fond tat-tank għandu jkun biżżejjed għal mudellar tajjeb tal-mewġ iżda m’għandux ikun inqas minn 1 m;

4.1.3.   biex tintuża realizzazzjoni tal-mewġ rappreżentattiva, il-kejl għandu jsir qabel it-test fi 3 postijiet differenti fil-firxa tal-moviment tal-kurrent;

4.1.4.   is-sonda tal-mewġ l-eqreb għall-magna li tagħmel il-mewġ għandha tinsab fil-pożizzjoni fejn jinsab il-mudell meta jibda t-test;

4.1.5.   il-varjazzjoni f’HS u TP għandha tkun fil-firxa ta’ ± 5 % għat-tliet postijiet; u

4.1.6.   matul it-testijiet, għall-għanijiet ta’ approvazzjoni, għandha tkun permessa tolleranza ta’ +2,5 % f’HS, ±2,5 % f’ TP u ± 5 % f’ TZ b’riferenza għas-sonda li hija l-eqreb għall-magna li tagħemel il-mewġ.

4.2.   Il-mudell għandu jkun ħieles li jimxi mal-kurrent u jitqiegħed bil-baħar għaż-żaqq (iħares 90°) bit-toqba tal-ħsara li tiffaċċja l-mewġ li ġej, bl-ebda sistema ta’ rmiġġ imwaħħla permanenti mal-mudell użat. Biex tinżamm direzzjoni tal-baħar għaż-żaqq ta’ madwar 90° matul it-test mudell, għandhom jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

4.2.1.   il-linji tal-kontroll tad-direzzjoni, maħsuba għall-aġġustament minuri, għandhom jinsabu fil-linja ċentrali tal-linja ċentrali u l-poppa, b’mod simmetriku u fuq livell bejn il-pożizzjoni ta’ KG u l-linja ta’ l-ilma bil-ħsara; u

4.2.2.   il-veloċità tal-ġarr għandha tkun daqs il-veloċità attwali tal-moviment tal-mewġ tal-mudell bl-aġġustament tal-veloċità magħmula meta jkun meħtieġ.

4.3.   Għandhom isiru għall-inqas 10 esperimenti. Il-perjodu tat-test għal kull esperiment għandu jkun idum tant li jintlaħaq stat ta’ waqfa, iżda mhux inqas minn 30 minuta fi skala sħiħa. Għandha tintuża sensiela ta’ realizzazzjoni ta’ mewġ differenti għal kull esperiment.

5.   Il-kriterji tas-sopravivenza

Il-vapur għandu jitqies sopraviventi jekk jintlaħaq stat ta’ waqfa fil-provi suċċessivi tat-test kif meħtieġ mill-paragrafu 4.3. Il-mudell għandu jitqies li nqeleb jekk ikun hemm l-angolu tal-mejl minn ġenb għall-ieħor ta’ aktar minn 30° kontra l-assi vertikali jew inklinazzjoni (medja) mingħajr moviment ta’ aktar minn 20° għal perjodi ta’ aktar minn 3 minuti fi skala sħiħa, ukoll jekk jintlaħaq stat ta’ waqfien.

6.   Id-dokumentazzjoni tat-test

6.1   Il-programm tat-test mudell għandu jiġi approvat mill-Amministrazzjoni minn qabel.

6.2.   It-testijiet għandhom jiġu ddokumentati permezz ta’ rapport u vidjo jew rekords oħrajn viżwali li fihom l-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-mudell u r-riżultati tat-test, li għandhom jiġu approvati mill-Amministrazzjoni. Dawn għandhom jinkludu, bħala minimu, il-ispettri tal-mewġ teoretiċi u mkejla u l-istatistiċi tagħhom (HS, TP, TZ) ta’ l-elevazzjoni tal-mewġ fit-3 postijiet differenti fit-tank għal realizzazzjoni rappreżentattiva, u għat-testijiet bil-mudell, is-serje ta’ ħin ta’ l-istatistiċi ewlenin ta’ l-elevazzjoni tal-mewġ imkejla qrib il-magna li tagħmel il-mewġ u r-rekords tal-moviment mudell tar-rotazzjoni minn ġenb għall-ieħor, ta’ l-għoli tal-pruwa u tar-rotazzjoni mill-pruwa għall-poppa, u tal-veloċità tal-moviment tal-kurrent.”


ANNESS II

“PARTI II

IT-TESTIJIET MUDELL

L-għan ta’ dawn il-linji gwida huwa li jiżguraw l-uniformità fil-metodi wżati fil-kostruzzjoni u fil-verifika tal-mudell kif ukoll fit-twettiq u fl-analiżi tat-testijiet mudell.

Il-kontenut tal-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness I jitqiesu li jispjegaw lilhom infushom

Il-Paragrafu 3 — il-Mudell tal-Vapur

3.1.   Il-materjal li minnhu huwa magħmul il-mudell mhuwiex importanti fih innifsu, kemm-il darba l-mudell kemm fil-kondizzjoni intatta kif ukoll dik bil-ħsara jkun riġidu biżżejjed li jiżgura li l-kwalitajiet idrostatiċi tiegħu huma l-istess bħal dawk tal-vapur attwali u wkoll li r-reazzjoni flessurali tal-buq fil-mewġ hija negliġibbli.

Huwa wkoll importanti li jiġi żgurat li l-kompartimenti bil-ħsara huma mmudellati preċiż kemm jista’ jkun prattikabbli, sabiex jiġi żgurat li jkun irrappreżentat il-volum korrett ta’ ilma ta’ l-għargħar.

Ladarba d-dħul ta’ l-ilma (ukoll ammonti żgħar) fil-partijiet intatti tal-mudell se jaffettwa l-imġiba tiegħu, għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li dan id-dħul ma jseħħx.

Fit-testijiet mudell li jinvolvu l-agħar ħsarat ta’ SOLAS ħdejn it-truf tal-vapur, ġie osservat li l-għargħar progressiv ma kienx possibbli minħabba t-tendenza ta’ l-ilma fuq il-gverta li jakkumula ħdejn il-ftuħ tal-ħsara u għalhekk jiskula ’l barra. Minħabba li dawn il-mudelli kienu kapaċi jissopravivu stati ta’ baħar għoli ħafna, filwaqt li nqelbu fi stati ta’ baħar inqas baxx bi ħsarat ta’ SOLAS inqas onerużi, ’il bogħod mit-truf, ġie introdott il-limitu ta’ ± 35 % sabiex dan jiġi mrażżan.

Ir-riċerka estensiva li saret sabiex jiġu żviluppati kriterji xierqa għal vapuri ġodda wriet b’mod ċar li minbarra li l-GM u l-ispazju ħieles huma parametri importanti fl-abbiltà tal-vapuri tal-passiġġieri jissopravivu, l-erja taħt il-kurva ta’ l-istabbiltà residwali hija fattur ewlieni ieħor. Għalhekk, fl-għażla ta’ l-agħar ħsara taħt SOLAS għall-ħarsien tar-rekwiżit tal-paragrafu 3.1, l-agħar ħsara għandha tittieħed bħala dik li tagħti l-inqas erja taħt il-kurva ta’ l-istabbiltà residwali.

3.2.   Id-dettalji tal-mudell

3.2.1.   Meta jiġi rikonoxxut li l-effetti ta’ skala għandhom rwol importanti fl-imġiba tal-mudell matul it-testijiet, huwa importanti li jiġi żgurat li dawn l-effetti huma minimizzati kemm jista’ jkun prattikabbli. Il-mudell għandu jkun kbir kemm jista’ jkun ladarba d-dettalji tal-kompartimenti bil-ħsara huma aktar faċilment mibnija f’mudelli akbar u b’hekk jitnaqqsu l-effetti ta’ l-iskala. Għalhekk huwa meħtieġ li t-tul tal-mudell mhuwiex inqas minn dak li jikkorrispondi għall-akbar bejn skala ta’ 1:40 u 3 m.

Instab matul it-testijiet li l-kobor vertikali tal-mudell jista’ jaffettwa r-riżultati meta jiġi ttestjat dinamikament. Għalhekk huwa meħtieġ li l-vapur huwa mmudellat għal mhux inqas minn tliet tulijiet standard fuq l-istruttura ’l fuq mill-gverta tal-paratija (l-ispazju ħieles) sabiex il-mewġ kbir tas-sensiela tal-mewġ ma jaqsmux il-mudell.

3.2.2.   Il-mudell f’termini ta’ ħsara assunta għandu jkun irqiq kemm jista’ jkun possibbli fil-prattika biex jiġi żgurat li l-ammont ta’ ilma ta’ l-għargħar u ċ-ċentru tal-gravità tiegħu huma rrappreżentati b’mod xieraq. Il-ħxuna tal-buq m’għandhiex tkun aktar minn 4 mm. Huwa rikonoxxut li jista’ ma jkunx possibbli li l-buq mudell u l-elementi tas-subdiviżjoni primarji u sekondarji f’termini ta’ ħsara jiġu mibnija b’dettall biżżejjed u minħabba dawn il-limitazzjonijiet fil-kostruzzjoni jista’ ma jkunx possibbli li tiġi kkalkolata bil-preċiż il-permeabbiltà assunta ta’ l-ispazju.

3.2.3.   Huwa importanti li mhux biss jiġi vverifikat il-fond fl-ilma fil-kondizzjoni intatta, iżda wkoll li l-fond fl-ilma tal-mudell danneġġjat jitkejjel sew għall-korrelazzjoni ma’ dawk derivati mill-kaloklu ta’ l-istabbiltà waqt il-ħsara. Għal raġunijiet prattiċi hija aċċettata tolleranza ta’ + 2 mm fi kwalunkwe fond fl-ilma.

3.2.4.   Wara li jitkejjel il-fond fl-ilma waqt il-ħsara jista’ jinsab meħtieġ li jsiru aġġustamenti għall-permeabbiltà tal-kompartiment bil-ħsara jew bl-introduzzjoni tal-volumi intatti jew biż-żjieda tal-piżijiet. Iżda huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li ċ-ċentru tal-gravità ta’ l-ilma ta’ l-għargħar huwa rrappreżentat b’mod ċar. F’dan il-każ kwalunkwe aġġustament li jsir għandu jkun jiffavorixxi s-sigurtà.

Jekk il-mudell ikun jeħtieġ li jitwaħħlu miegħu ostakoli fuq il-gverta u l-ostakoli jkunu inqas mill-għoli tal-paratija indikat hawn taħt, il-mudell irid jiġu mgħammar b'CCTV sabiex kull ‘titjir’ u kull akkumulazzjoni ta' l-ilma fuq iż-żona mingħajr ħsara jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati. F'dan il-każ, reġistrazzjoni bil-vidjo ta' l-okkażjoni trid tagħmel parti mir-rekords tat-test.

L-għoli tal-paratiji trasversali jew lonġitudinali li huma meqjusa bħala effettivi biex jikkonfinaw l-ilma baħar li huwa assunt li ġie akkumulat fil-kompartiment ikkonċernat fil-gverta ro-ro bil-ħsara għandu jkun ta’ mhux inqas minn 4 m kemm-il darba l-għoli ta’ l-ilma huwa inqas minn 0,5 m. F’dan il-każ l-għoli tal-paratija jista’ jiġi kkalkolat skond dan li ġej:

 

Bh = 8hw

 

fejn Bh huwa l l-għoli tal-paratija; u

 

hw huwa l-għoli ta’ l-ilma.

Fi kwalunkwe każ, l-għoli minimu tal-paratija għandu jkun mhux inqas minn 2,2 m. Madankollu fil-każ ta’ vapur bil-gverti mdendla tal-karozzi, l-għoli minimu tal-paratija għandu jkun mhux inqas mill-għoli sal-parti ta’ taħt tal-gverta mdendla tal-karozza meta tkun fil-pożizzjoni mbaxxija.

3.2.5.   Sabiex jiġi żgurat illi l-karatterstiċi tal-moviment tal-mudell jirrappreżentaw lil dawk tal-vapur attwali huwa importanti illi l-mudell jiġi inklinat kif ukoll irrolljat fil-kondizzjoni intatta hekk illi jiġu vverifikati l-GM intatt u d-distribuzzjoni tal-massa. Id-distribuzzjoni tal-massa għandha titkejjel fl-arja. Ir-radju trasversali tal-girazzjoni tal-vapur attwali għandu jkun fil-firxa bejn 0,35B sa 0,4B u r-radju lonġitudinali tal-girazzjoni għandu jkun fil-firxa bejn 0,2L sa 0,25L.

Nota: Waqt li l-mudell fil-kondizzjoni ta' ħsara li jkun qiegħed jinklina u jirrolja jista' jiġi aċċettat bħala kontroll bl-għan li tiġi stabbilita l-kurva ta' l-istabbiltà residwali, dawn it-testijiet m’għandhomx jiġu aċċettati minflok it-testijiet intatti.

3.2.6.   Huwa assunt illi l-ventilaturi tal-kompartiment bil-ħsara tal-vapur attwali jkunu adegwati għal għargħar bla xkiel u l-moviment ta' l-ilma tal-għargħar. Madankollu, filwaqt li wieħed ikun qiegħed jipprova jnaqqas l-arranġamenti tal-ventilazzjoni tal-vapur attwali jistgħu jiġu introdotti effetti mhux mixtieqa fil-mudell. Sabiex jiġi żgurat li ma jiġrix dan, huwa rrakkommandat li jinbnew arranġamenti tal-ventilazzjoni fi skala ikbar minn dik tal-mudell, filwaqt li jiġi żgurat illi dan ma jaffettwax il-moviment ta' l-ilma fuq il-gverta tal-karozzi.

3.2.7.   Jitqies xieraq li tiġi kkonsidrata għamla ta’ ħsara rappreżentattiva ta’ sezzjoni trasversali tal-vapur li jolqot fir-reġjun tal-pruwa. L-angolu ta’ 15° huwa bbażat fuq studju tas-sezzjoni trasversali f’distanza ta’ B/5 mill-pruwa għal għażla rappreżentattiva ta’ vapuri ta’ tipi u daqsijiet differenti.

Il-profil triangolari isosceles ta’ l-għamla priżmatika tal-ħsara huwa dak li jikkorrispondi għal-linja ta’ l-ilma meta mgħobbi.

Barra minn dan, meta jiġu mwaħħla l-casings ta' mal-ġnub ta' wisa' inqas minn B/5 u sabiex jiġi evitat kull effett possibbli ta’ l-iskala, it-tul tal-ħsara f'dawk li huma l-casings tal-ġnub ma jridx ikun inqas minn 25 mm.

3.3.   Fil-metodu tat-test mudell oriġinali tar-riżoluzzjoni 14 tal-Konferenza ta’ SOLAS 1995 l-effett tal-mejl indott mill-mument massimu dderivat minn kwalunkwe ffollar tal-passiġġieri, twaddib tad-dgħajjes ta’ salvataġġ, riħ u tidwar ma ma ġiex meqjus għalkemm dan l-effett kien parti minn SOLAS. Ir-riżultati minn investigazzjoni wrew, madankollu, li jkun prudenti li jitqiesu dawn l-effetti u li jinżamm il-minimu ta’ mejl ta’ 1° lejn il-ħsara għal skopijiet prattiċi. Għandu jiġi nnutat li l-mejl minħabba t-tidwir tqies li mhuwiex rilevanti.

3.4.   Fil-każijiet fejn hemm marġinu fil-GM fil-kondizzjonijiet attwali ta’ tagħbija mqabbla mal-kurva GM li tillimita (derivata minn SOLAS 90), l-Amministrazzjoni tista’ taċċetta li jittieħed vantaġġ minn dan il-marġinu fit-test mudell. F’dawn il-każijiet il-kurva GM li tillimita għandha tiġi aġġustata. Dan l-aġġustament jista’ jsir kif ġej:

Image

d = dS–0,6 (dS–dLS)

fejn: dS huwa l-fond fl-ilma tas-subdiviżjoni; u dLS huwa l-fond fl-ilma tal-bastiment ankrat.

Il-kurva aġġustata hija linja dritta bejn il-GM użat fit-test mudell fil-fond ta’ l-ilma tas-subdiviżjoni u l-intersezzjoni tal-fond ta’ l-ilma oriġinali ta’ SOLAS 90, d.

Il-Paragrafu 4 — Il-Proċedura għall-esperimenti

4.1.   L-ispettri tal-mewġ

L-ispettru ta’ JONSWAP għandu jintuża għaliex dan jiddeskrivi l-ibħra b’tul limitat u b’dewmien limitat li jikkorrispondu mal-maġġoranza tal-kondizzjonijiet fid-dinja kolha. F'dan ir-rigward huwa importanti mhux biss li jiġi vverifikat l-aqwa perjodu taż-żmien tas-sensiela tal-mewġ imma wkoll illi jkun korrett il-perjodu taż-żmien ta' l-inkroċjatura żero.

Huwa meħtieġ li għal kull test, l-ispettru tal-mewġ huwa rrekordjat u ddokumentat. Il-kejl għandu jittieħed ħdejn is-sonda tal-mewġ li hija l-aktar qrib il-magna li tagħmel il-mewġ.

Huwa wkoll meħtieġ li l-mudell iġorr strumenti sabiex jiġu mmonitorjati u rreġistrati l-movimenti tiegħu (il-mejl, il-għoli tal-pruwa u l-għadsa tal-pruwa) kif ukoll l-imġiba tiegħu (fil-mejl, fil-għads u fit-trimmjatura) matul it-test kollu.

Instab illi mhux prattiku li jiġu ffissati l-limiti assoluti għal għoli sinjifikanti tal-mewġ, għall-aqwa perjodi u għall-perjodi ta' l-inkroċjatura żero ta' l-ispettri tal-mewġ tal-mudell. Għalhekk, ġie introdott marġinu aċċettabbli.

4.2.   Sabiex tiġi evitata interferenza tas-sistema ta’ l-irmiġġ mad-dinamiċi tal-vapur, il-karretta ta’ l-irmonk (li miegħu hija mwaħħla s-sistema ta’ l-irmiġġ) għandha ssegwi l-mudell fil-veloċità attwali tal-moviment tiegħu mal-kurrent. Fi stat ta’ baħar b’mewġ irregolari, il-veloċità tal-moviment tal-kurrent ma tkunx kostanti; veloċità kostanti tal-karretta tirriżulta fi frekwenza baxxa, oxxillazzjonijiet kbar ta’ amplitudni tal-moviment tal-kurrent, li jistgħu jaffettwaw l-imġiba tal-mudell.

4.3.   Huwa meħtieġ għadd suffiċjenti ta’ testijiet b’sensieli differenti ta’ mewġ sabiex tiġi żgurata d-dipendibbiltà statistika, jiġifieri l-għan huwa li jiġi ddeterminat b’livell għoli ta’ kunfidenza li vapur mhux sikur jinqeleb fil-kondizzjonijiet magħżula. Minimu ta’ 10 darbiet jitqies li jipprovdi livell raġonevoli ta’ dipendibbiltà.

Il-Paragrafu 5 — Il-kriterji tas-sopravivenza

Il-kontenut ta' dan il-paragrafu jitqies li jispjega lilu nnifsu.

Il-Paragrafu 6 — L-appovazzjoni tat-test

Id-dokumenti li ġejjin għandhom jagħmlu parti mir-rapport lill-amministrazzjoni:

(a)

il-kalkoli tal-ħsara lill-istabbiltà għall-agħar ħsara skond is-SOLAS u f'nofs il-vapur (jekk differenti);

(b)

it-tpinġija ta’ l-arranġament ġenerali tal-mudell flimkien mad-dettalji tal-kostruzzjoni u l-istrumentazzjoni;

(c)

l-esperiment ta’ l-inklinazzjoni u l-kejl tar-radji tal-ġirazzjoni;

(d)

l-ispettri nominali u mkejla tal-mewġ (fit-3 postijiet differenti għal realizzazzjoni rappreżentanti u għat-testijiet bil-mudell mis-sonda eqreb għall-magna li tagħmel il-mewġ);

(e)

rekord rappreżentattiv tal-movimenti tal-mudell, l-attitudni u l-moviment tal-kurrent;

(f)

ir-reġistrazzjonijiet bil-vidjo rilevanti.

Nota:

It-testijiet kollha għandhom jiġu mixhuda mill-amministrazzjoni.”


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

118


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 305/2005

tad-19 ta’ Ottubru 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 rigward il-kwoti tat-tariffi għal ċerti prodotti li joriġinaw miċ-Ċili

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003 li jimplimenta d-disposizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċili, minn naħa l-oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 312/2003 jimplimenta d-disposizzjonijiet tat-tariffi tal-Komunità stabbiliti fil-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċili, minn naħa l-oħra (2).

(2)

Skont id-Deċiżjoni 2005/106/KE (3) il-Kunsill approva Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, sabiex jikkunsidra l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”). Il-Protokoll jinkludi konċessjonijiet għal tariffi Komunitarji ġodda, li wħud minnhom huma limitati bil-kwoti tat-tariffi. L-implimentazzjoni ta’ dawn il-kwoti tat-tariffi teħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 312/2003.

(3)

Il-volum tal-kwoti tat-tariffi għat-tewm (l-ordni Nru 09.1925), għall-għeneb tal-mejda (l-ordni Nru 09.1929) u għall-kiwi (l-ordni Nru 09.1939) għandu jiżdied fuq bażi annwali b’ħamsa fil-mija tal-kwantità oriġinali.

(4)

Għall-2004, il-volum tal-kwoti tat-tariffi Komunitarji l-ġodda għandu jkun limitat b’mod proporzjonali għall-perjodu li matulu l-kwoti tat-tariffi l-ġodda jkunu miftuħa.

(5)

Peress li l-Protokoll jeħtieġ li l-konċessjonijiet għat-tariffi Komunitarji l-ġodda għandhom jiġu applikati mill-1 ta’ Mejju 2004, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 312/2003 qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Għall-2004, il-volumi tal-kwoti tat-tariffi għall-ordnijiet Nru 09.1937, 09.1939 u 09.1941 għandhom jiġu limitati għal tmienja fuq tnax ta’ kull volum annwali rispettiv. Il-frazzjonijiet ta’ kilogramma għandhom jiġu miżjuda għad-dritt sal-eqreb kilogramm sħiħ.

2.   Għall-2004, il-kwantitajiet supplementari ta’ 20 tunnellata u ta’ 1 000 tunnellata għandhom jiżdiedu, rispettivament, mal-kwoti tat-tariffi għall-ordnijiet Nru 09.1925 u 09.1929.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ħlief għall-punti (1) u (2) tal-Anness, dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.

Il-punti (1) u (2) tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Frederik BOLKESTEIN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 46, 20.2.2003, p. 1

(2)  ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.

(3)  ĠU L 38, 10.2.2005, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 312/2003, it-tabella hija emendata kif ġej:

(1)

Għall-ordni Nru 09.1925, ir-raba’ kolonna, il-volum jinbidel għal 530 tunnellata.

Wara l-2005, il-volum annwali tal-kwota tat-tariffa għandu jiżdied suċċessivament kull sena b’ħamsa fil-mija ta’ dan il-volum.

(2)

Għall-ordni Nru 09.1929, ir-raba’ kolonna, il-volum jinbidel għal 38 500 tunnellata.

Wara l-2005, il-volum annwali tal-kwota tat-tariffa għandu jiżdied suċċessivament kull sena b’ħamsa fil-mija ta’ dan il-volum.

(3)

Għandhom jiżdiedu dawn ir-ringieli li ġejjin:

“09.1937 (*)

0303 29 00

0303 78 12

0303 78 19

Ħut, iffriżat

725 tunnellata

100

0304 20 53

0304 20 56

0304 20 58

0304 20 91

0304 20 94

0304 90 05

Flettijiet tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut, frisk, imkessaħ jew iffriżat

09.1939

0810 50 00

Kiwi

1 000 tunnellata (2)

100

09.1941 (**)

1604 15 19

Kavalli ppreparati jew ippreżervati

90 tunnellata

100


(*)  Din il-kwota tat-tariffa għandha tapplika għall-2004 u għal kull sena kalendarja minn hemm ’il quddiem li tibda mill-1.1.2005 sakemm din tiskadi fil-31.12.2012.

(**)  Din il-kwota tat-tariffa għandha tapplika għall-2004 u għal kull sena kalendarja minn hemm ’il quddiem li tibda mill-1.1.2005 sakemm din tiskadi fil-31.12.2006.”


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

121


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 355/2005

tat-28 ta’ Frar 2005

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2676/90 li jistabbilixxi metodi Komunitarji għall-analiżi tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-metodu għall-kejl tas-saħħa alkoħolika tal-inbid permezz ta’ densimetrija elettronika ġie vvalidat b’konformità ma’ kriterji li huma rikonoxxuti internazzjonalment. L-Uffiċċju Internazzjonali tad-Dwieli u l-Inbejjed (OIV) adotta d-deskrizzjoni l-ġdida ta’ dan il-metodu fl-Assemblea Ġenerali tiegħu tal-2000.

(2)

L-użu ta’ dan il-metodu ta’ kejl jista’ jikkostitwixxi mezz eħfef u aktar preċiż għall-ivverifikar tas-saħħa alkoħolika bil-volum tal-inbejjed u b'hekk jiġu evitati l-kontroversji li jqumu minħabba l-użu ta' metodi anqas preċiżi.

(3)

M’għadx hemm aktar ħtieġa li tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza ta’ dan il-metodu mal-metodi deskritti fil-Kapitolu 3 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 (2), u għaldaqstant l-Artikolu 3(2) għandu jitħassar. Id-deskrizzjoni aġġornata ta’ dan il-metodu u l-valuri sperimentali għall-parametri ta’ validazzjoni tiegħu għandhom jiġi inklużi wkoll fil-Kapitolu 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2676/90 għandu għalhekk jiġi emendat f’dan is-sens.

(5)

Il-kejl previst f’dan ir-Regolament huwa konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2676/90 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 3(2) għandu jitħassar.

2.

L-Anness għandu jiġi emendat b’konformità ma’ l-Anness hawnhekk mehmuż.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(2)  ĠU L 272, 3.10.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2004 (ĠU L 19, 27.1.2004, p. 3).


ANNESS

Il-Kapitolu 3 tal-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 2676/90, “Saħħa alkoħolika bil-volum”, huwa emendat kif ġej:

1)

Il-punt 2.2 għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“2.2.

Metodi ta’ referenza:

il-kejl tas-saħħa alkoħolika tad-distillat bl-użu ta’ piknometru,

il-kejl tas-saħħa alkoħolika tal-inbejjed bl-użu ta’ miżien idrostatiku,

il-kejl tas-saħħa alkoħolika tal-inbejjed permezz ta’ densimetrija elettronika bl-użu ta’ oxxillatur tal-frekwenza.”

2)

Fil-punt 4, it-titolu għandu jiġi ssostitwit bit-titolu u s-sottotitolu li ġejjin:

“4.   METODI TA’ REFERENZA

4–A

Il-kejl tas-saħħa alkoħolika tad-distillat bl-użu ta’ piknometru.”

3)

Fil-paragrafu 4a, it-titolu għandu jiġi ssostitwit b’li ġej:

“4–B   Il-kejl tas-saħħa alkoħolika tal-inbejjed bl-użu ta’ miżien idrostatiku.”

4)

Il-paragrafu 4–C li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 4–B:

“4–C   Kejl tas-saħħa alkoħolika tal-inbejjed permezz ta’ densimetrija elettronika bl-użu ta’ oxxillatur elettroniku.

1.   Metodu ta' kejl

1.1.   Titolu u introduzzjoni

Is-saħħa alkoħolika bil-volum tal-inbejjed trid titkejjel qabel il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott, prinċipalment biex tintlaħaq konformità mar-regoli tal-ittikkettar.

Id-definizzjoni tas-saħħa alkoħolika bil-volum tidher fil-paragrafu 1 ta’ dan il-Kapitolu.

1.2.   Finijiet u ambitu

Il-metodu ta’ kejl imfisser huwa densimetrija elettronika bl-użu ta’ oxxillatur elettroniku.

Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet regolatorji li jinsabu fis-seħħ, it-temperatura tal-provi hija ffissata għal 20 °C.

1.3.   Prinċipju u definizzjonijiet

Il-prinċipju ta’ dan il-metodu huwa bbażat fuq l-iddistillar tal-inbid volum b’volum. Il-metodu tal-iddistillar huwa mfisser fil-paragrafu 3 ta’ dan il-Kapitolu. Id-distillazzjoni telimina s-sustanzi li mhumiex volatili. L-omologi tal-alkoħol, flimkien ma’ l-alkoħol u l-omologi tal-alkoħol fl-esteri tal-etile, huma inklużi fis-saħħa alkoħolika minħabba li dawn jinsabu fid-distillat.

Imbagħad titkejjel id-densità tad-distillat miksub. Id-densità ta’ likwidu f’temperatura speċifikata hi ugwali għall-kwozjent tal-massa diviża bil-volum tagħha:

ρ = m/V, għall-inbid, espressa f’g/ml.

Għal soluzzjoni idroalkoħolika bħal ma huwa distillat, fejn it-temperatura hija magħrufa, jistgħu jintużaw tabelli biex jiġu stabbiliti fid-dettall id-densità u s-saħħa alkoħolika. Din is-saħħa alkoħolika tikkorrispondi għal dik tal-inbid (id-distillazzjoni volum b’volum).

B’dan il-metodu, id-densità tad-distillat titkejjel permezz ta’ densimetrija elettronika bl-użu ta’ miżuratur elettroniku tal-frekwenza tar-reżonanza. Il-prinċipju jikkonsisti mill-kejl tal-perjodu ta' oxxillazzjoni ta' tubu li fih ikun hemm il-kampjun li jiġi ssuġġettat għal stimulazzjoni elettromanjetika. Id-densità tista’ mbagħad tiġi kkalkulata — din tkun marbuta mal-perjodu ta’ oxxillazzjoni fuq il-bażi ta’ din il-formula:

Formula (1)

ρ

=

id-densità tal-kampjun

T

=

il-perjodu ta’ vibrazzjoni indotta

M

=

il-massa tat-tubu battal

C

=

kostant ta’ rkupru

V

=

il-volum tal-kampjun waqt il-vibrazzjoni

Din ir-relazzjoni tieħu l-forma ρ = A T2 — B (2); għalhekk teżisti relazzjoni lineari bejn id-densità u l-perjodu kwadrat. L-elementi kostanti A u B huma speċifiċi għal kull miżuratur u l-valuri tagħhom huma stmati billi jitkejjel il-perjodu tal-fluwidi tad-densità magħrufa.

1.4.   Reaġenti u prodotti

1.4.1   Fluwidi ta’ referenza

Biex jiġi aġġustat id-densimetru għandhom jintużaw żewġ fluwidi ta' referenza. Id-densitajiet tal-fluwidi ta’ referenza għandhom jinkludu dawk tad-distillati li jridu jitkejlu. Hija rrakkomandata differenza fid-densità tal-fluwidi ta’ referenza ikbar minn 0,01000 g/ml. Id-densità tagħhom trid tkun magħrufa bi grad ta’ inċertezza taħt +/– 0,00005 g/ml, f’temperatura ta’ 20,00 °C +/– 0,05 °C.

Biex titkejjel is-saħħa alkoħolika bil-volum bl-użu ta’ densimetru elettroniku, il-fluwidi ta’ referenza huma:

arja niexfa (mhux imniġġsa),

għandu jintuża ilma ta’ mill-inqas grad 3 skont id-definizzjoni tal-ISO 3696:1987,

soluzzjonijiet idroalkoħoliċi ta’ densità ta’ referenza,

soluzzjonijiet marbuta ma’ standards nazzjonali ta’ viskożità taħt iż-2 mm2/s.

1.4.2   Prodotti għat-tindif u t-tnixxif

deterġenti, aċti,

solventi organiċi: alkoħol 96 % tal-vol., aċetun pur.

1.5.   Apparat

1.5.1   Densimetru elettroniku bl-użu ta’ miżuratur elettroniku tal-frekwenza tar-reżonanza

Id-densimetru elettroniku hu magħmul minn:

ċellula tal-kejl b’tubu għall-kejl u spazju termostatiku magħluq,

sistema għall-oxxillazzjoni tat-tubu u għall-kejl tal-perjodu ta’ oxxillazzjoni,

arloġġ,

indikatur diġitali (digital display unit), u possibbilment kalkulatur.

Id-densimetru jitqiegħed fuq wiċċ perfettament stabbli li jkun insulat minn kwalunkwe vibrazzjoni.

1.5.2   Ikkontrollar tat-temperatura fiċ-ċellula għall-kejl

It-tubu għall-kejl jitqiegħed fl-ispazju termostatiku magħluq. L-istabbiltà tat-temperatura trid tkun +/– 0,02 °C jew aħjar.

Fejn possibbli, it-temperatura taċ-ċellula għall-kejl għandha tiġi ċċekkjata minħabba li din għandha impatt qawwi fuq ir-riżultati tal-kejl. Id-densità ta’ soluzzjoni idroalkoħolika 10 % tal-vol. hija 0,98471 g/ml f’temperatura ta’ 20 °C u 0,98447 g/ml f’temperatura ta’ 21 °C, jew differenza ta’ 0,00024 g/ml.

It-temperatura għall-provi tiġi ffissata għal 20 °C. It-temperatura titkejjel fiċ-ċellula bl-użu ta' termometru b’riżoluzzjoni ta’ inqas minn 0,01 °C konformi ma’ l-istandards nazzjonali. Dan għandu jiggarantixxi kejl ta’ temperatura b’inċertezza ta’ inqas +/– 0,07 °C.

1.5.3   Kalibrazzjoni tal-apparat

L-apparat irid jiġi kkalibrat qabel ma jintuża għall-ewwel darba, imbagħad kull sitt xhur jew kull meta l-iċċekkjar ma jkunx sodisfaċenti. Għandhom jintużaw żewġ fluwidi ta’ referenza biex jiġu kkalkulati l-elementi kostanti A u B (ara l-formula (2) ta’ hawn fuq). Il-kalibrazzjoni għandha titwettaq b’konformità ma’ l-istruzzjonijiet operattivi għall-apparat. Bħala prinċipju, il-kalibrazzjoni għandha titwettaq bl-użu ta’ arja niexfa (waqt li titqies il-pressjoni atmosferika) u ta’ ilma estremament pur (iddistillat darbtejn u/jew mikroffiltrat b’reżistività estremament għolja ta’ > 18 MΩ).

1.5.4   Ivverifikar tal-kalibrazzjoni

Biex tiġi vverifikata l-kalibrazzjoni għandha titkejjel id-densità tal-fluwidi ta’ referenza.

Id-densità tal-arja għandha tiġi ċċekkjata kuljum. Differenza akbar minn 0,00008 g/ml bejn id-densità teoretika u dik attwali tista’ tkun indikazzjoni li t-tubu huwa miżdud. Għaldaqstant, it-tubu għandu jitnaddaf. Wara t-tindif, id-densità tal-arja għandha terġa’ tiġi ċċekkjata. Jekk dan l-ivverifikar ma jkunx konklużiv, l-apparat irid jiġi aġġustat.

Id-densità tal-ilma wkoll għandha tiġi vverifikata. Jekk id-differenza bejn id-densità teoretika u dik attwali tkun akbar minn 0,00008 g/ml, l-apparat għandu jiġi aġġustat.

Jekk ikun diffiċli li tiġi ċċekkjata t-temperatura taċ-ċellula, id-densità ta’ soluzzjoni idroalkoħolika b’saħħa alkoħolika bil-volum komparabbli ma’ dik tad-distillati analizzati tista’ tiġi vvalutata direttament.

1.5.5   Verifikazzjonijiet

Jekk id-differenza bejn id-densità teoretika ta’ soluzzjoni ta’ referenza (speċifikata b’inċertezza taħt 0,00005 g/ml) u l-kejl tkun akbar minn 0,00008 g/ml, it-temperatura taċ-ċellula trid tiġi vverifikata.

1.6.   Teħid u tħejjija tal-kampjuni

(ara l-punt 3 ta’ dan il-Kapitolu, ‘Metodu ta’ kif jinkiseb id-distillat’).

1.7.   Proċedura

Wara li jinkiseb id-distillat, għandha titkejjel id-densità jew is-saħħa alkoħolika tiegħu bil-volum bl-użu ta’ densimetru.

L-ewwel għandha tiġi vverifikata l-istabbiltà tat-temperatura fiċ-ċellula għall-kejl. Id-distillat fid-densimetru ma jridx ikollu fih bżieżaq tal-arja u jrid ikun omoġenju. Jekk tkun disponibbli sistema ta’ dawl li tista’ tgħin biex jiġi vverifikat li mhemmx bżieżaq tal-arja, din għandha tintefa malajr wara li jkun sar l-iċċekkjar minħabba li s-sħana ġġenerata mill-bozoz taffettwa t-temperatura għall-kejl.

Jekk l-apparat jagħti biss il-perjodu, id-densità għandha tiġi kkalkulata bl-użu tal-elementi kostanti A u B (ara 1.3). Jekk l-apparat ma jagħtix is-saħħa alkoħolika bil-volum direttament, din tista’ tinkiseb mit-tabelli.

1.8   Espressjoni tar-riżultati

Is-saħħa alkoħolika bil-volum tal-inbid hija dik miksuba għad-distillat u hija espressa f’‘% tal-vol.’.

Jekk ma tkunx tista’ tintlaħaq kompatibbiltà mal-kundizzjonijiet tat-temperatura, għandu jiġi kkoreġut ir-riżultat biex it-temperatura tiġi espressa bħala 20 °C. Ir-riżultat jingħata mqarreb għal żewġ punti deċimali.

1.9   Osservazzjonijiet

Il-volum imqiegħed fiċ-ċellula għall-kejl irid ikun kbir biżżejjed biex tiġi evitata kwalunkwe kontaminazzjoni mill-kampjun preċedenti. Konsegwentement, il-kejl għandu jittieħed mill-inqas darbtejn. Jekk dawn ma jagħtux riżultati fil-limitu tar-ripetibbiltà, ikun meħtieġ it-tielet kejl. Ir-riżultati tal-aħħar żewġ kejlijiet huma normalment omoġenji u l-ewwel valur jiġi eliminat.

1.10   Preċiżjoni

Għal dawk il-kampjuni b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ bejn 4 % tal-vol. u 18 % tal-vol.

Ripetibbiltà (r)

=

0,067 (% tal-vol.),

Riproduċibbiltà (R)

=

0,0454 + 0,0105 × saħħa alkoħolika bil-volum.

2.   Provi bejn il-laboratorji. Preċiżjoni u akkuratezza fir-rigward ta’ żidiet awżiljari

Il-karatteristiċi tal-prestazzjoni tal-metodu li jidhru fil-paragrafu 1.10 inkisbu minn test magħmul bejn il-laboratorji fuq sitt kampjuni ttestjati minn ħdax-il laboratorju skont proċeduri internazzjonali stabbiliti.

Id-dettalji kollha u l-kalkoli ta’ ripetibbiltà u riproduċibbiltà kollha marbuta ma’ dan it-test huma deskritti fil-Kapitolu ‘TITRE ALCOOMETRIQUE VOLUMIQUE’ (‘Saħħa alkoħolika skont il-volum’) (il-punt 4.B.2) tar-‘Recueil International des Méthodes d’Analyse’ (kompendju tal-metodi analitiċi — edizzjoni 2004) tal-OIV.”


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

126


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 356/2005

ta' l-1 ta' Marzu 2005

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-immarkar u għall-identifikazzjoni ta’ rkaptu tas-sajd passiv u tat-tkarkir bit-travu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll applikabbli għall-politika tas-sajd komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(c) u 20a (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-monitoraġġ u l-ispezzjonijiet ta’ attivitajiet tas-sajd, b’mod partikolari ta’ ċerti miżuri ta’ konservazzjoni tekniċi, li jispeċifikaw fost l-oħrajn id-daqsijiet tal-malji tax-xbieki, il-limitazzjonijiet tal-perjodi tas-sajd u karatteristiċi oħrajn ta’ rkaptu tas-sajd passiv huma meħtieġa. Għal dan il-għan, l-irkaptu tas-sajd użat mill-bastimenti tas-sajd għandu jkun jista’ jiġi identifikat u kkontrollat faċilment. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ ċertu rkaptu tas-sajd użat minn bastimenti tal-Komunità jew fl-ibħra tal-Komunità.

(2)

Għal implimentazzjoni adegwata ta’ dan ir-regolament, huwa xieraq li l-użu ta’ rkaptu tas-sajd li ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fih, kif ukoll il-ġarr abbord ta’ rkaptu li ma jikkonformax ma’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, ikun ipprojbit.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għas-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ rkaptu tas-sajd passiv u tat-tkarkir bit-travu.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità u għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi terzi li jistadu fl-ibħra tal-Komunità.

2.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għar-regoli applikati minn Stati Membri Kostali fl-ibħra taħt is-sovranità tagħhom għall-għanijiet tar-regolazzjoni ta’ traffiku marittimu jew maħsubin biex jimmarkaw id-delimitazzjoni ta’ żoni għall-għanijiet tal-protezzjoni ta’ l-ambjent.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“irkaptu passiv” tfisser:

(i)

konzijiet;

(ii)

għeżula, xbieki tat-tħabbil, pariti, għeżula tal-mitlaq li jistgħu jikkonsistu minn xibka separata waħda jew aktar mgħammra bi ħbula minn fuq, minn isfel u minn waħda għall-oħra, u jistgħu jkunu mgħammra b’tagħmir għall-ankraġġ, li jżomm fil-wiċċ u għan-navigazzjoni.

(b)

“tkarkir bit-travu” tfisser tkarkir fejn l-irkaptu tas-sajd jiġi rmunkat minn bomi li joħorġu ’l barra mill-bord tal-bastiment.

Artikolu 4

Projbizzjoni

1.   L-użu għas-sajd ta’ rkaptu passiv, ta’ bagi u ta’ rkaptu ta’ tkarkir bit-travu li ma jkunux immarkati u identifikabbli skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandu jkun projbit.

2.   Għandu jiġi pprojbit il-ġarr abbord ta’:

(a)

bomi ta’ rkaptu tat-tkarkir bit-travu li ma jkollhomx fuqhom l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterni skond l-Artikolu 5;

(b)

irkaptu passiv li m’huwiex ittikkettat skond l-Artikolu 7;

(ċ)

bagi li m’humiex immarkati skond l-Artikolu 10.

KAPITOLU II

TKARKIR BIT-TRAVU

Artikolu 5

Responsabbiltajiet dwar it-tkarkir bit-travu

Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd jew persuna maħtura minnu għandhom jiżguraw li kull boma ta’ xbiek tat-tkarkir tal-qiegħ li tkun armata u tinġarr abbord jew li tintuża għas-sajd ikollha espost b’mod permanenti l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterni tal-bastiment li tkun tappartjeni għalih, fuq il-boma jew fuq is-saqajn ta’ kull boma.

KAPITOLU III

IRKAPTU PASSIV

Artikolu 6

Responsabbiltajiet dwar irkaptu passiv

Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd jew persuna maħtura minnu għandhom jiżguraw li kull irkaptu passiv — li jinżamm abbord jew li jintuża għas-sajd ikun immarkat b’mod ċar u identifikabbli, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 7

Turija ta’ l-identifikazzjoni

Kull irkaptu passiv użat għas-sajd għandu jkollu espost b’mod permanenti l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterni li jkunu jidhru fuq il-qafas tal-bastiment li l-irkaptu jkun jappertjeni għalih:

(a)

fuq tikketta mwaħħla ma’ l-ewwel ringiela fuq in-naħa ta’ fuq fiż-żewġt itruf ta’ kull irkaptu passiv;

(b)

għal irkaptu passiv li jaqbeż mil nawtiku, fuq tabelli mwaħħlin ma’ l-ewwel ringiela fuq in-naħa ta’ fuq ta’ l-irkapru passiv f’intervalli regolari li ma jaqbżux mil nawtiku b’tali mod li l-ebda parti ta’ l-irkaptu passiv li testendi għal iktar minn mil nawtiku tibqa’ mhux immarkata.

Artikolu 8

Tikketti

1.   Kull tikketta għandha tkun:

(a)

magħmula minn materjal li jiflaħ għall-istrapazz;

(b)

imwaħħla sew ma’ l-irkaptu;

(ċ)

wiesgħa mill-inqas 65 millimetru;

(d)

twila mill-inqas 75 millimetru.

2.   L-ittri u n-numri esposti fuq kull tikketta m’għandhomx jitħassru, jiġu mmodifikati jew jitħallew isiru ma jinqrawx.

KAPITOLU IV

BAGI

Artikolu 9

Responsabbiltajiet dwar bagi

Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd jew il-persuni maħtura minnu għandhom jiżguraw li ż-żewġ bagi li jimmarkaw it-truf u l-bagi intermedjarji użati bħala markaturi, mgħammra skond l-Anness, ikunu marbutin ma’ kull irkaptu passiv użat għas-sajd u jintużaw skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 10

Turija ta’ l-identifikazzjoni

1.   Kull baga li timmarka t-tarf u kull baga intermedjarja għandu jkollhom espost l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterni fuq il-buq tal-bastiment li jappertjenu għalih kif ġej:

(a)

l-ittri u n-numri għandhom jintwerew kemm jista’ jkun ’il fuq possibbli mill-ilma sabiex ikunu jidhru b’mod ċar;

(b)

f’kulur li jikkuntrasta mal-wiċċ li fuqu jkunu qegħdin jiġu esposti.

2.   L-ittri u n-numri esposti fuq il-bagi markaturi m’għandhomx jitħassru, jiġu mmodifikati jew jitħallew isiru ma jinqrawx.

Artikolu 11

Ħbula

1.   Il-ħbula li jgħaqqdu l-bagi ma’ l-irkaptu passiv għandhom ikunu ta’ materjal li jiflaħ għall-ilma, jew għandhom ikunu mgħammra bil-piżijiet.

2.   Il-ħbula li jgħaqqdu l-bagi li jimmarkaw it-tarf ma’ kull irkaptu għandhom jitwaħħlu fit-truf ta’ dak l-irkaptu.

Artikolu 12

Bagi li jimmarkaw it-tarf

1.   Bagi li jimmarkaw it-tarf għandhom jintużaw b’tali mod li kull tarf ta’ l-irkaptu jkun jista’ jintagħraf fi kwalunkwe ħin.

2.   L-arblu ta’ kull baga li timmarka t-tarf għandu jkollu għoli ta’ mill-inqas 2 metri ’il fuq mil-livell tal-baħar imkejjel min-naħa ta’ fuq tas-sufrun.

3.   Bagi li jimmarkaw it-tarf għandhom ikunu kkuluriti, iżda ma jistgħux ikunu ħomor jew ħodor.

4.   Kull baga li timmarka t-tarf għandha tinkludi:

(a)

bandiera waħda jew tnejn rettangolari li l-ġnub tagħhom ikunu mill-inqas 40 ċentimetru; fejn ikunu meħtieġa żewġ bnadar fuq l-istess baga, id-distanza bejniethom għandha tkun mill-inqas 20 ċentimetru; id-distanza bejn l-ilma u l-ewwel bandiera għandha tkun mill-inqas 80 ċentimetru; bnadar li jindikaw l-estremitajiet ta’ l-istess xbiek għandhom ikunu ta’ l-istess kulur, li ma jistax ikun abjad, u ta’ l-istess daqs;

(b)

sors ta’ dawl wieħed jew tnejn, liema dawl għandu jkun isfar, għandu jagħti leħħa kull ħames sekondi (F1 Y5s) u jkunu jidher minn distanza ta’ mhux inqas minn żewġ mili nawtiċi;

(ċ)

sinjal fuq l-estremità tan-naħa ta’ fuq tal-baga li għandu jkun sfera ta’ dijametru ta’ mill-inqas 25 ċentimetru li jkollha fuqha faxxa waħda li tixgħel jew anki tnejn. Dawn il-faxex m’għandhomx ikunu ħomor jew ħodor u għandhom ikunu wiesgħin mill-inqas 6 ċentimetri. Jista’ jintuża riflettur tar-radar sferiku bħala s-sinjal fuq in-naħa ta’ fuq tal-baga;

(d)

rifletturi tar-radar li jagħtu uku li jwassal sa mhux inqas minn żewġ mili nawtiċi.

Artikolu 13

Twaħħil ta’ bagi li jimmarkaw it-tarf

Bagi li jimmarkaw it-tarf għandhom jitwaħħlu ma’ rkaptu passiv bil-mod kif ġej:

(a)

il-baga fil-medda tal-punent (jiġifieri ż-żona delimitata permezz ta’ nofs iċ-ċirku tal-boxxla li tibda min-Nofsinhar, tgħaddi mill-Punent u tasal sat-Tramuntana) għandha tkun mgħammra b’żewġ bnadar, żewġ faxex li jixegħlu, żewġt idwal u tikketta skond l-Artikolu 8.

(b)

il-baga fil-medda tal-Lvant (jiġifieri ż-żona delimitata permezz ta’ nofs iċ-ċirku tal-boxxla li tibda mit-Tramuntana, tgħaddi mil-Lvant u tasal sa Nofsinhar) għandha tkun mgħammra b’bandiera waħda, faxxa waħda li tixgħel, dawl wieħed u tikketta skond l-Artikolu 8.

It-tikketta għandu jkollha l-informazzjoni li tinsab fl-Artikolu 10.

Artikolu 14

Bagi intermedjarji

1.   Bagi intermedjarji użati bħala markaturi għandhom jitwaħħlu ma’ rkaptu passiv li jestendi iktar minn mil nawtiku.

2.   Bagi intermedjarji użati bħala markaturi għandhom jintużaw f’distanzi ta’ mhux iktar minn mil nawtiku b’tali mod li l-ebda parti ta’ l-irkaptu passiv li testendi għal iktar minn mil nawtiku tibqa’ mhux immarkata.

3.   Bagi intermedjarji użati bħala markaturi għandu jkollhom l-istess karatteristiċi bħal dawk tal-baga li timmarka t-tarf fil-medda tal-Lvant minbarra dawn li ġejjin:

(a)

il-bnadar għandhom ikunu bojod;

(b)

kull ħames baga intermedjarja użata bħala markatur għandha tiġi mgħammra b’riflettur tar-radar li jagħti eku li jwassal għal mill-inqas żewġ mili nawtiċi.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONI FINALI

Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 (ĠU L 289, 7.11.2003, p. 1).


ANNESS

KARATTERISTIĊI TA’ BAGI LI JIMMARKAW IT-TARF U TA’ BAGI INTERMEDJARJI UŻATI BĦALA MARKATURI

Image

Test ta 'immaġni

15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

130


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 379/2005

ta’ l-4 ta' Marzu 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1168/1999 li jistabbilixxi l-istandard tal-marketing għall-għanbaqar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 537/2004 tat-23 ta’ Marzu 2004 li jadatta numru ta’ Regolamenti li jirrigwardaw is-suq tal-prodotti pproċessati mill-[frott u l-ħaxix frisk] minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja mal-Unjoni Ewropea (2) żied diversi varjetajiet fil-lista mhux eżawrjenti tal-varjetajiet ta’ frotta kbira tal-Prunus domestica billi ssostitwixxa l-Appendiċi għall-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1168/1999 (3). Madankollu, l-Appendiċi l-ġdid ma fihx il-lista mhux eżawrjenti tal-varjetajiet ta’ frotta kbira tal-Prunus salicina li kien jinkludi qabel ma saret l-emenda, biex tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa biex issir distinzjoni bejn il-varjetajiet tal-Prunus domestica u dawk tal-Prunus salicina. Fl-interess tat-trasparenza fis-suq dinji, dik il-lista għandha tiġi stabbilita mill-ġdid.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1168/1999 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħaxix Frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Appendiċi għall-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1168/1999 huwa emendat b’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 86, 24.3.2004, p. 9.

(3)  ĠU L 141, 4.6.1999, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 907/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 50).


ANNESS

L-Appendiċi għall-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1168/1999 hu emendat kif ġej:

(1)

It-titlu tat-tabella huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   

Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ frotta kbira tal-Prunus domestica

(2)

Jiżdied it-test li ġej:

“2.   Lista mhux eżawrjenti ta’ varjetajiet ta’ frotta kbira tal-Prunus salicina

Varjetà tal-ispeċi

(Kultivar) u/jew denominazzjoni kummerċjali

Sinonimi

Allo

 

Andy’s Pride

 

Angeleno

 

Autumn Giant

 

Autumn Pride

 

Beaut Sun

 

Beauty

Beaty

Bella di Barbiano

 

Black Amber

 

Black Beaut

 

Black Gold

 

Black Rosa

 

Black Royal

 

Black Star

 

Black Sun

 

Burbank

 

Burmosa

 

Calita

 

Casselman

Kesselman

Catalina

 

Celebration

 

Centenaria

 

Del Rey Sun

 

Delbarazur

 

Dólar

 

Eclipse

 

Eldorado

 

Eric Sun

 

Flavor King

 

Formosa

 

Fortune

 

Friar

 

Frontier

 

Gavearli

 

Gaviota

 

Globe Sun

 

Goccia d'Oro

 

Golden Japan

Shiro

Golden King

 

Golden Kiss

 

Golden Plum

 

Goldsweet 4

 

Grand Rosa

 

Green Sun

 

Hackman

 

Harry Pickstone

 

Howard Sun

 

Kelsey

 

Lady Red

 

Lady West

 

Laetitia

 

Laroda

 

Larry Ann

Larry Anne, Tegan Blue, Freedom

Late Red

 

Late Santa Rosa

 

Linda Rosa

 

Mariposa

Satsuma Mtejba, Satsuma Mtejba

Methley

 

Midnight Sun

 

Morettini 355

Cœur de Lion

Narrabeen

 

Newyorker

 

Nubiana

 

Obilnaja

 

October Sun

 

Original Sun

 

Oro Miel

 

Ozark Premier

Premier

Pink Delight

 

Pioneer

 

Queen Ann

 

Queen Rosa

 

Red Beaut

 

Red Rosa

 

Red Sweet

 

Redgold

 

Redroy

 

Reubennel

Ruby Nel

Royal Black

 

Royal Diamond

 

Royal Garnet

 

Royal Star

 

Roysum

 

Ruby Blood

 

Ruby Red

 

Sangue di Drago

 

Santa Rosa

 

Sapphire

 

Satsuma

 

Simka

 

Sir Prize

Akihime

Songold

 

Southern Belle

 

Southern Pride

 

Souvenir

 

Souvenir II

 

Spring Beaut

 

Starking Delicious

 

Stirling

 

Suplumeleven

 

Suplumthirteen

 

Suplumtwelve

 

Susy

 

TC Sun

 

Teak Gold

 

Top Black

 

Tracy Sun

 

Wickson

 

Yakima

 

Yellow Sun

 

Zanzi Sun”

 


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

134


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Frar 2005

li tistabbilixxi noti ta’ gwida li jissupplimentaw il-Parti B tal-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 90/219/KEE dwar l-użu fil-magħluq ta’ mikroorganiżmi modifikati ġenetikament

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 413)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/174/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/219/KEE tat-23 ta’ April 1990 dwar l-użu fil-magħluq ta’ mikroorganiżmi modifikati ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-paragrafu introduttiv tal-Parti tal-Anness II tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (2),

Billi:

(1)

Il-kriterji elenkati fil-Parti B tal-Anness II għad-Direttiva 90/219/KE għandhom jintlaħqu sabiex tkun stabbilità s-[sikurezza] tal-mikroorganiżmi modifikati ġenetikament (MMĠ) għal saħħet il-bniedem u għall-ambjent u s-sostenibbiltà tagħha għall-inklużjoni fil-parti C tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

(2)

L-applikazzjoni ta’ dawk il-kriterji għandha tkun iffaċilitata permezz tal-provvediment ta’ noti ta’ gwida għall-Istati Membri, bħala għajnuna biex ikun żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jwettqu l-valutazzjoni preliminari tagħhom b’mod xieraq u jipprovdu informazzjoni xierqa lil utenti rigward il-kontenut ta’ fajls li għandhom jiġu ppreżentati.

(3)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 90/219/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

In-noti ta’ gwida mniżżlin fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jintużaw bħala suppliment għall-Parti B tal-Anness II għad-Direttiva 90/219/KEE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 117, 8.5.1990, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  Il-Ġurnal tal-AESI (2003) 18, 1-15.


ANNESS

Noti ta’ gwida li jissupplimentaw il-Parti B tal-Anness II għad-Direttiva 90/219/KEE

INTRODUZZJONI

It-tipi ta’ mikroorganiżmi modifikati ġenetikament jitqiesu li huma xierqa għall-inklużjoni fl-Anness II, Parti C meta jintlħaqu l-kriteji kemm ġenerali kif ukoll speċifiċi mniżżlin fl-Anness II, Parti B.

Il-mikroorganiżmi modifikati ġenetikament kollha inklużi fl-Anness IIC ser ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali flimkien mal-karatteristiċi ta’ identifikazzjoni xierqa jew sorsi ta’ referenza tal-MMĠ. Meta jkun ikkunsidrat jekk tip ta’ MMĠ huwiex xieraq għall-inklużjoni fl-Anness II, Parti C, il-komponenti kollha u fejn rilevanti l-proċess użat għall-kostruzzjoni tal-MMĠ għandhom ikunu kkunsidrati. Għandu jkun innotat li waqt li għandhom jitqiesu l-aspetti kollha, huma biss il-proprjetajiet tal-MMĠ li għandhom ikunu ġġudikati fid-dawl tal-kriterji tal-Anness II, Parti B. Jekk il-komponenti kollha tal-MMĠ jiġu kkunsidrati individwalment u jitqiesu li huma sikuri, x’aktarx li l-MMĠ tilħaq il-kriterji ta’ sikurezza. Dan m’għandux, Madankollu, m’għandha ssir l-ebda suppożizzjoni f'dan ir-rigward u trid issir analiżi bir-reqqa.

Jekk il-mikroorganiżmi modifikati ġenetikament huma prodotti bħala organiżmi intermedji fil-produzzjoni tal-MMĠ finali, dawn l-intermedji għandhom ukoll ikunu ġġudikati fid-dawl tal-kriterji tal-Anness II, parti B għal kull tip li għandu jkun eżentat u għalhekk de facto jippermetti eżenzjoni tal-użu fil-magħluq kollu bħala aċċettabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jintużaw mill-utenti l-linji gwida li ġejjin sabiex tkun iffaċilitata l-konformità ta’ dawn il-kriterji fil-produzzjoni ta’ fajls xierqa li jistabbilixxu s-[sikurezza], għal saħħet il-bniedem u għall-ambjent, tat-tipi ta’ mikroorganiżmi modifikati ġenetikament li għandhom ikunu inklużi fil-Parti C tal-Anness II u mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jivvalutaw il-prestazzjoni.

Il-fajls għandhom jinkludu xhieda dettaljata u sostanzjata sabiex jippermettu lill-Istati Membri jiġġudikaw jekk id-dikjarazzjonijiet rigward is-[sikurezza] ta’ mikroorganiżmi modifikati ġenetikament rigward il-kriterji humiex iġġustifikati. Għandu jkun adottat approċċ prekawzjonarju fejn teżisti inċertezza xjentifika u huwa biss fejn hemm xhieda konvinċenti li turi li ntlaħqu l-kriterji li l-mikroorganiżmi modifikati ġenetikament jkunu kkunsidrati għal eżenzjoni.

L-awtorità nazzjonali kompetenti li tirċievi l-fajl għal dan il-għan għandha, wara valutazzjoni pożittiva rigward konformità mal-kriterji, tgħaddih lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tikkonsulta lill-kumitat, ifformat skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva, rigward l-inklużjoni tal-MMĠ inkwistjoni fl-Anness II, Parti C tagħha. Id-definizzjonijiet tat-termini użati huma mniżżlin fl-Appendiċi 1.

1.   KRITERJI ĠENERALI

1.1.   Verifika/awtentikazzjoni ta’ razza

L-identità tar-razza għandha tkun stabbilita u awtentikata u vettur/inserit għandu jkun ikkaratterizzat sewwa għall-istruttura u l-funzjoni tiegħu kif jinsab fil-MMĠ finali. Storja dettljata tar-razza (inkluża l-istorja tal-modifiki ġenetiċi) tipprovdi informazzjoni utli għal valutazzjoni ta’ [sikurezza]. Ir-relazzjoni tassonomika ma’ mikroorganiżmi relatati mill-qrib, magħrufin u ta’ ħsara għandha tkun inftiehmet, għaliex din tista’ tagħti informazzjoni dwar karatterisitiċi possibbilment ta’ ħsara normalment mhux espressi imma li bħala riżultat ta’ modifika ġenetika jistgħu jkunu espressi. Għal sistemi ta’ kultura ta’ ċelloli u tessuti ewkarjotiċi din għandha tkun ivverifikata għall-identità tagħhom skont klassifikazzjonijiet internazzjonali (ATCC u oħrajn).

Għandu jsir tiftix fil-letteratura rilevanti għal storja, rekord ta’ [sikurezza], dettall tassonomiku, marki fenotipiċi u ġenetiċi. eż. Bergeys Manual of Determinative Bacteriology, dokumenti u ġurnali xjentifiċi, informazzjoni minn kumpaniji kummerċjali li jissupplixxu d-DNA. Tista’ tinkiseb ukoll informazzjoni utli mill-Kollezzjonijiet ta’ Kulturi u Organizzazzjonijiet għall-Kollezzjoni ta’ Kulturi bħall-Federazzjoni Dinjija għall-Kollezzjonijiet ta’ Kulturi Ċellulari (WFCC) li tippubblika d-Direttorju Dinji ta’ Kollezzjonijiet ta’ Kulturi ta’ MikroOrganiżmi, u l-Organizzazzjoni Ewropea għall-Kollezzjonijiet ta’ Kulturi Ċellulari (ECCO). Il-Kollezzjonijiet Ewropej ta’ Kulturi Ċellulari prinċipali li għandhom gruppi wesgħin ta’ mikroorganiżmi għandhom ikunu kkunsidrati. Fil-każ ta’ iżolat jew razza ġdida li għadhom ma kinux studjati estensivament kwalunkwe kwistjoni li għadha ma tweġbitx għandha tkun indirizzata b’testijiet imwettqin biex jikkonfermaw l-identità tal-MMĠ. Dan jista’ jirriżulta fejn ir-razza ta’ MMĠ tvarja sewwa mir-razza(razez) axxendentali tagħha, jekk ngħidu aħna hija ġejja minn diffużjoni ta’ ċellola jew hija r-riżultat ta’ modifiki ġenetiċi multipli.

Fejn huma meħtiġin testijiet biex tkun ikkonfermata l-identità tar-razza, dawn it-testijiet jistgħu jinkludu l-morfoloġija, il-kolorazzjoni, il-mikroskopija elettronika, is-seroloġija, il-profili nutrizzjonali bbażati fuq l-użu u/jew degradazzjoni, l-analiżi iso-enzimika, il-profili tal-proteini u tal-aċidi grassi, % G+C, il-marki tad-DNA/RNA, l-amplifikazzjoni tas-sekwenzi ta’ DNA/RNA proprji tal-unità tassonomika inkwistjoni, l-użu ta’ issondar tal-ġeni, l-ibridazzjoni b’issondar ta’ DNA speċifiċi għar-RNA u s-sekwenzjament DNA/RNA. Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet għandhom ikunu dokumentati.

Għall-identifikazzjoni tal-ġeni fil-MMĠ, is-sitwazzjoni ottima hija fejn is-sekwenza nukleotide kompleta tal-vettur u tal-inserit hija magħrufa. Il-funzjoni ta’ kull unità ġenetika mbagħad jista’ jingħata kont tagħha. Il-vettur u l-inserit għandhom ikunu limitati fid-daqs, fejn possibbli, għas-sekwenzi ġenetiċi meħtiġin li jwettqu l-funzjoni intenzjonata. Dan inaqqas il-probabbiltà tal-introduzzjoni u l-espressjoni ta’ funzjonijiet kriptiċi, jew l-akkwist ta’ tendenzi mhux mixtiqin.

1.2.   [Sikurezza] dokumentata u stabbilita

Għandha tingħata xhieda ddokumentata ta’ użu [sikur] tal-MMĠ. Din tista’ tinkludi r-riżultati minn testijiet imwettqin preċedentement, dejta minn tifitx fil-letteratura jew reġistrazzjoni stabbilita tas-[sikurezza] tal-organiżmu. Għandu jkun innotat li storja ta’ użu [sikur] mhux neċessarjament tistabbilixxi s-[sikurezza], speċjalment fejn il-MMĠ intuża f’kondizzjonijiet ikkontrollati tajjeb ħafna għal raġunijiet ta’ [sikurezza].

Ix-xhieda dokumentata ta’ [sikurezza] stabbilita tar-razza reċipjent jew parentali tkun element prinċipali ta’ appoġġ biex ikun deċiż jekk MMĠ jilħaqx dan il-kriterju. Madankollu, l-MMĠ jista’ jkollu bidliet sinifikanti meta mqabbel mal-axxendent(i) li jistgħu jaffettwaw is-[sikurezza] u dawn għandhom ikunu investigati. B’mod partikolari, għandha tingħata attenzjoni dwar jekk il-modifika ġenetika kinitx iddisinjata biex tneħħi tendenza ta’ ħsara jew patoġenika mir-razza reċipjenti jew axxendentali. F’dawn il-każijiet biex tkun ippruvata s-[sikurezza] għandha tingħata xhieda ċara, f’forma ta’ dokumenti tat-tneħħija b’suċċess tat-tendenzi ta’ ħsara jew potenzjalment ta’ ħsara. Jekk mhijiex disponibbli dejta għal razza reċipjent jew axxendentali partikolari jista’ jkun possibbli li tintuża dejta miġbura għall-ispeċi. Din id-dejta, appoġġjata minn stħarriġ tal-letteratura u investigazzjoni tassonomika tal-varjazzjoni tar-razza fl-ispeċi, tista’ tipprovdi xhieda tas-[sikurezza] tar-razza reċipjent jew axxendentali inkwistjoni.

Jekk mhijiex disponibbli informazzjoni biex tkun ippruvata s-[sikurezza], allura jkollhom jitwettqu testijiet xierqa biex tkun stabbilita s-[sikurezza] tal-MMĠ.

1.3.   Stabbiltà ġenetika

Il-modifika ġenetika m’għandhiex iżżid l-istabbiltà tal-MMĠ fuq il-mikroorganiżmu mhux immodifikat fl-ambjent jekk dan jista’ jwassal għal ħsara.

Fejn kwalunkwe instabbiltà fil-modifika ġenetika tista’ taffettwa ħażin is-[sikurezza], għandha tingħata xhieda ta’ stabbiltà. Dan huwa speċjlament validu f’każijiet fejn mutazzjoni inattivanti kienet introdotta fil-MMĠ biex ittaffi l-proprjetajiet ta’ ħsara.

2.   KRITERJI SPEĊIFIĊI

2.1.   Assenza ta’ patoġeniċità

Il-MMĠ m’għandux ikun jista’ jikkawża mard jew ħsara lil bnedmin, pjanti jew annimali b’saħħithom f’kondizzjonijiet normali jew bħala riżultat ta’ inċident raġonevolment prevedibbli bħala inċident b’labbra, inġestjoni aċċidentali, espożizzjoni għal aerosol, u ħruġ mhux intenzjonat li jwassal għal espożizzjoni ambjentali. Fejn hemm proabbiltà miżjuda li individwi immuno-kompromessi huma esposti għall-MMĠ, pereżempju, fejn il-MMĠ għandu jintuża f’ambjent ta’ klinika, l-effetti possibbli ta’ tali espożizzjoni għandhom ikunu kkunsidrati meta jsir ġudizzju dwar is-[sikurezza] ġenerali ta’ dak il-MMĠ.

It-tiftix fil-letteratura u l-informazzjoni ta’ sfond miġbura għall-kriterji ġenerali għandhom jipprovdu bosta mill-informazzjoni meħtieġa hawnhekk. Id-dejta storika dwar l-immaniġġar u s-[sikurezza] tal-ispeċi u razez relatati mill-qrib għandha tkun investigata. Għandu jsir tiftix fil-listi ta’ patoġeni umani, tal-annimali u tal-pjanti.

Il-vetturi virali ewkarjotiċi, li għandhom ikunu inklużi fl-Anness IIC m’għandhomx jipproduċu effetti ta’ ħsara fiq saħħet il-bniedem u fuq l-ambjent. L-oriġini tagħhom għandha tkun magħrufa kif ukoll il-mekkaniżmu tal-attenwazzjoni tagħhom u l-istabbiltà tal-fatturi kkonċernati. Safejn huwa prattikabbli l-preżenza ta’ dawn il-fatturi fil-virus għandha tkun ikkonfermata, qabel u wara titwettaq il-modifika. Fejn jintużaw vetturi bħal dawn, għandhom jintużaw biss mutazzjonijiet bi tħassir. Kostruzzjonijiet li jużaw vetturi DNA jew RNA li ġejjin minn virus f’ċelloli minn kulturi bħala ospitanti fejn mhuwa involut jew ma jista’ jiġi prodott l-ebda virus infettiv jistgħu wkoll ikunu xierqa.

Razez mhux virulenti ta’ speċijiet patoġeniċi rikonoxxuti, bħal vaċċini ħajjin għall-bniedem u għall-annimali, jistgħu jkunu kkunsidrati bħala improbabbli li jikkawżaw mard u bħala tali jissodisfaw il-kriterji għall-Anness IIB previst li:

(1)

ir-razza li mhijiex virulenti għandha rekord stabbilit ta’ [sikurezza] bl-ebda effett ħażin fuq saħħet il-bniedem, l-annimali jew il-pjanti (stħarriġ tal-lett.); jew

(2)

ir-razza hija b’mod stabbli defiċjenti f’materjal ġenetiku li jiddetermina l-virulenza jew għandha mutazzjonijiet stabbli magħrufin li jnaqqsu suffiċjentement il-virulenza (testijiet patoġeniċi, investigazzjoni ġenetika — issondar ġeniku, qbid ta’ phage u plasmidi, mappatura ta’ enżimi ta’ restrizzjoni, issekwenzjar, issondar tal-proteini) u li għalihom teżisti xhieda tajba ta’ [sikurezza]. Ir-riskju tal-annulament tat-tħassir jew il-mutazzjoni ta’ ġeni permezz ta’ ċirkostanza ta' trasferiment ta' ġene għandha tiġi kkunsidrata.

Sabiex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa, jekk mhux mogħtija minn stħarriġ fil-letteratura jew tassonomiku, għandhom jitwettqu testijiet ta’ patoġeniċità xierqa għall-mikroorganiżmu inkwistjoni. Dawn it-testijiet għandhom jitwettqu fuq il-MMĠ, għalkemm f’xi każijiet testijiet fuq ir-razza reċipjent jew axxendentali ma jkunux adegwati. Madankollu fejn il-MMĠ huwa konsiderevolment differenti mill-organiżmu(i) axxendentali tiegħu għandha tingħata attenzjoni biex ikunu evitati konklużjonijiet foloz dwar in-nonpatoġeniċità.

Eżempji ta’ razez reċipjenti jew axxendentali ta’ mikroorganiżmi għall-produzzjoni tal-mikroorganiżmi modifikati ġenetikament li jistgħu jkunu kkunsidrati xierqa għal inklużjoni fil-Parti C għall-Anness IIC jinkludu:

Derivattivi adegwatament diżattivati ta’ razez batterjali eż. Escherichia coli K12 u Staphylococcus aureus 83254 li t-tkabbir u s-sopravivenza tagħhom tiddependi fuq iż-żjieda ta’ nutrijenti mhux disponibbli fil-bnedmin jew fl-ambjent barra l-medja ta’ kultura eż. ħtieġa ta’ aċidu di aminopimelic u ta’ thymine auxotrophy.

Sistemi ta’ kultura ta’ ċelloli u tessut ewkarijotiku (pjanti jew annimali, inklużi mammali) jistgħu jkunu kkunsidrati bħala ospitanti diżabilitati b’mod adegwat. Il-mikroorganiżmi modifikati ġenetikament ibbażati fuq iċ-ċelloli għandhom jilħqu l-kriterji l-oħrajn elenkati hawnhekk (eż. mhux ta’ ħsara għal aġenti fortuwiti ta’ ħsara u vetturi mhux mobilizzabbli).

Razez ta’ ospitanti patoġeniċi, tat-tip selvaġġ jista’ jkollhom niċeċ ekoloġiċi estremament speċjalizzati li l-ħruġ aċċidentali mill-kontroll tagħhom ikollu impatt ambjentali minimu jew li jkollhom okkorrenza ta’ ġid imxerrda ħafna li għaliha l-ħruġ mhux intenzjonat mill-kontroll ikollu konsegwenzi minimi fuq saħħet il-bniedem, l-annimali jew tal-pjanti. Eżempji ta’ tali ospitanti jinkludu l-batterji aċidi lattiċi, ir-rizobatterji, it-termofili estremi, il-batterji jew il-fungi li jipproduċu l-antibijotiċi. Dawn ta’ fuq għandhom ikunu mikroorganiżmi b’rekord stabbilit ta’ ġenetika u tagħrif molekulari żviluppati sewwa.

Il-vettur u l-inserit kif ikunu fil-MMĠ finali, m’għandhomx jinkludu ġeni li jesprimu proteina jew traskritt attiv (eż. determinanti ta’ virulenza, tossini, eċċ.) f’livell u f’forma li jroddu lill-MMĠ b’fenotip li x’aktarx jikkawża mard lill-bnedmin, lill-annimali jew lill-pjanti jew li jikkawża effetti ħżiena fl-ambjent.

L-użu ta’ sekwenzi li jinkludu vettur/inserit li jikkodifika għal tendenzi ta’ ħsara f’ċerti mikroorganiżmi, iżda li ma jroddx lill-MMĠ b’fenotip li x’aktarx jikkawża mard fil-bnedmin, fl-annimali jew fil-pjanti jew effetti ħżiena fl-ambjent, għandu jkun evitat. Għandha tingħata wkoll attenzjoni li l-materjal ġenetiku inserit ma jikkodifikax determinant patoġeniku kapaċi li jissostitwixxi għal mutazzjoni li tiddiżattiva preżenti fl-organiżmu axxendentali.

Il-fenotip li jirriżulta minn vettur jista’ jkun dipendenti fuq l-organiżmu reċipjent jew axxendentali; dak li jgħodd għal ospitant wieħed għandu awtomatikament jittieħed bħala minnu meta l-kostruzzjoni hija ttrasferita għal ospitanti differenti. Pereżempju, vettur retrovirali diżattivat f’batterji jew f’bosta mil-linji ċellulari ma jkunux kapaċi li jipproduċu partiċelli virali infettivi. Madankollu, l-istess vettur f’linja ċellulari ta’ ppakkjar jipproduċu partiċelli virali infettivi u, skont in-natura tal-inattivazzjoni u s-sekwenzi tal-inserit, jista’ jagħti lill-MMĠ fenotip li x’aktarx jikkawża l-mard.

2.1.1.   Assenza ta’ tossiġeniċità

Il-MMĠ m’għandux jiproduċi tossini mhux mistennijin u l-anqas tossiġeniċità miżjuda bħala riżultat tal-modifika ġenetika. Eżempji ta’ tossini mikrobiċi huma l-eksotossini, l-endotossini u l-mikotossini. Konsiderazzjoni tar-razza reċipjenti jew axxendentali tipprovdi informazzjoni utli dwar dan il-punt.

Għandu jkun ikkunsidrat li fejn razza reċipjenti jew axxendentali kienet ħielsa mit-tossini, għandha tingħata attenzjoni lil kwalunkwe possibbiltà tal-vettur/inserit li jintroduċi tossini jew produzzjoni ta’ tossini stimulanti/deripressanti. Il-preżenza ta’ tossin għandha tkun ikkunsidrata sewwa għalkemm din ma teskludix neċessarjament li l-MMĠ jkun inkluż fl-Anness IIC.

2.1.2.   Assenza ta’ allerġeniċità

Waqt li l-mikroorganiżmi kollha huma sa ċertu punt potenzjalment allerġeniċi, xi speċijiet huma allerġeni magħrufin, u dawn jistgħu jinstabu fid-Direttiva 93/88/KEE (1) u fid-Direttiva 95/30/KE u fid-Direttiva 95/30/KE (2) u fl-emendi għalihom. Għandu jkun ikkunsidrat jekk il-MMĠ jappartjenix għal dan il-grupp allerġeniku partikolari. Il-komponenti allerġeniċi tal-mikroorganiżmi jistgħu jinkludu l-membrana ċellulari, l-ispori, il-metabiliti naturali (eż. enzimi proteolitiċi) u xi antibijotiċi. Jekk il-vettur u l-inserit huma espressi fil-MMĠ li jirriżulta, il-prodott ġeniku m’għandux jinkludi attivitajiet bijoloġiċi li jistgħu jwasslu għal allerġeni sinifikanti. Għandu jkun innotat li dan il-kriterju ma jistax ikun applikat f’termini assoluti.

2.2.   Assenza ta’ aġenti fortuwiti ta’ ħsara

Il-MMĠ m’għandux jospita aġenti fortuwiti magħrufin bħal mikoplażma, virus, batterji, fungi, ċelloli tal-pjanti/annimali, simbijonti li jistgħu jwasslu għal ħsara. L-użu ta’ razza reċipjent jew axxendentali li hija magħrufa li hija ħielsa minn aġenti fortuwiti ta’ ħsara fil-kostruzzjoni tal-MMĠ huwa metodu wieħed kif ikun evitat dan, madankollu m’għandux jitqies li l-MMĠ ser ikun ħieles minn aġenti fortuwiti għaliex l-axxendent(i) kienu hekk. Setgħu kienu introdotti aġenti ġodda waqt il-kostruzzjoni tal-MMĠ.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari meta jkun iddeterminat jekk il-kulturi taċ-ċelloli mill-annimali jinkludux aġenti fortuwiti potenzjalment ta’ ħsara bħall-virus lymphocytic chorio meningitus jew mikoplażma bħall-Mycoplasma pneumoniae. L-aġenti fortuwiti ma tantx tinduna bihom malajr. Kwalunkwe limitu fl-effiċjenza tal-iskrinjar għandu jkun ikkunsidrat.

2.3.   Trasferiment ta’ materjal ġenetiku

Il-materjal ġenetiku inserit fil-MMĠ m’għandux ikun trasmissibbli jew mobilizzabbli jekk jista’ jikkawża fenotip ta’ ħsara f’mikroorganiżmu reċipjent.

Il-vettur u l-inserit m’għandhom jittrasferixxu l-ebda marka ta’ reżistenza lill-MMĠ fejn ir-reżistenza tista’ tikkomprometti t-trattament terapewtiku. Il-pussess ta’ tali marka ma jeskludix a priori l-inklużjoni tal-MMĠ fl-Anness IIC iżda jitfa’ aktar enfasi fuq l-importanza tan-non-mobilizzazzjoni ta’ ġeni bħal dawn.

Jekk il-vettur huwa virus, kosmid jew kwalunkwe tip ta’ vettur derivat minn virus dan għandu jsir non-lisoġeniku meta jintuża bħala vettur għall-ikklonar (eż. difettuż fir-ripressur cI-lambda). L-inserit m’għandux ikun mobilizzabbli, minħabba l-preżenza ta’, pereżempju, sekwenzi provirus trasferibbli jew sekwenzi traspożittivi funzjonali oħrajn.

Xi vetturi li huma integrati fil-kromosonu riċeventi jistgħu wkoll ikunu kkunsidrati non-mobilizzabbli iżda għandhom ikunu investigati każ b’każ partikolarment b’konsiderazzjoni ta’ mekkaniżmi li jistgħu jiffaċilitaw il-mobbiltà tal-kromosoni (eż. il-preżenza ta’ fattur sesswali kromosoniku) jew it-traspożizzjoni ta’ replikaturi oħrajn li jistgħu jkunu preżenti fl-ospitanti.

2.4.   [Sikurezza] għall-ambjent fil-każ ta’ ħruġ mhux intenzjonat mill-magħluq

Ġeneralment tiġri biss ħsara lill-ambjent jekk il-MMĠ jista’ jippersisti u għandu karatteristiċi perikolużi. Meta tkun ikkunsidrata l-ħsara lill-ambjent, għandu jittieħed kont tal-kondizzjonijiet ambjentali differenti li jeżistu fl-Istati Membri u fejn meħtieġ, għandhom ikunu kkunsidrati xenarji ta’ każijiet estremi. Fejn disponibbli għandhom jingħataw dettalji ta’ ħruġ preċedenti (intenzjonati jew mod ieħor) u kwalunkwe impatt assoċjat fuq l-ambjent.

2.4.1.   Sopravivenza tal-organiżmu

Sabiex jiġi stabbilit jekk MMĠ huwiex probabbli li jikkawża effetti ħżiena fuq l-ambjent jew mard fil-pjanti u l-annimali, għandu jiġi kkunsidrat jekk il-karatterisitiċi bijoloġiċi tal-MMĠ isaħħux, iħallux mhux mibdula jew inaqqsux l-abbiltà tal-MMĠ li jissopravivi fl-ambjent. Jekk il-mikroorganiżmi modifikati ġenetikament huma bijoġikament diżabbli għal sopravivenza fl-ambjent dawn il-mikroorganiżmi ma jgħixux għal perijodi sinifikanti barra l-magħluq, u għalhekk il-probabbiltà ta’ interazzjoni mal-ambjent titnaqqas.

Meta jkunu kkunsidrati effetti ħżiena possibbli fuq l-ambjent, id-destin possibbli tal-mikroorganiżmi modifikati ġenetikament li jaħarbu mill-magħluq fin-netwerks tal-ikel għandu wkoll ikun ikkunsidrat.

2.4.2.   Tixrid

Sabiex ikun jista’ jistabbilixxi lilu nnifsu fl-ambjent MMĠ ikollu jissopravivi t-tixrid għal, u jistabbilixxi lilu nnifsu f’niċċa xierqa. Għandha tingħata konsiderazzjoni lill-metodu ta’ tixrid u l-probabbiltà ta’ sopravivenza waqt it-tixrid. Bosta mikroorganiżmi jissopravivu, pereżempju, meta mxerrdin f’aerosols u qtar u wkoll permezz ta’ insetti u ħniex.

2.4.3.   Stabbiliment tal-organiżmu fl-ambjent

L-istabbiliment f’ambjent partikolari huwa dipendenti fuq in-natura tal-ambjent li fih jaħrab il-MMĠ u l-abbiltà tiegħu li jissopravivi t-trażmissjoni għal ambjent ġdid. Il-potenzjal għall-istabbiliment f’niċċa xierqa ivarja skont id-daqs tal-popolazzjoni vijabbli, id-daqs tan-niċċa u l-frekwenza ta’ niċeċ disponibbli għall-ispeċi. Il-probabbiltà tkun differenti għal kull speċi. Barra minn hekk ir-reżistenza jew is-sensittività għal stress bijotiku jew abijotiku ser ikolhom influwenza kbira fuq l-istabbiliment ta’ MMĠ fl-ambjent. Il-persistenza ta’ MMĠ fl-ambjent fuq perijodu sinifikanti hija magħquda mal-abbiltà tiegħu li jissopravivi u li jadatta għall-kondizzjonijiet ambjentali jew li jibda rata ta’ tkabbir kompetittiva. Dawn il-fatturi jistgħu jiġu influwenzati mill-modifika ġenetika u mis-sit tal-integrazzjoni. Hemm eżempji fejn il-modifika ġenetika tkun improbabbli li tipproduċi dan l-effett, pereżempju meta:

Il-prodott tal-ġeni li jikkontribwixxi għall-formazzjoni ta’ metabolit sekondarju, iffurmat fl-aħħar tat-tkabbir, ma jistax jippromwovi l-bidu tat-tkabbir.

2.4.4.   Trasferiment ta’ materjal ġenetiku

Qed issir disponibbli aktar informazzjoni dwar it-trasferiment ta’ materjal ġenetiku bejn il-mikroorganiżmi. Anke jekk il-MMĠ għandu kapaċità limitata ħafna li jissopravivi ikun importanti li tittieħed deċiżjoni dwar il-potenzjal tal-materjal ġenetiku introdott li jippersisti fl-ambjent jew li jkun ittrasferit lil organiżmi oħrajn u li jikkawża l-ħsara. It-trasferiment tal-materjal ġenetiku kien ippruvat li jseħħ, pereżempju, f’kondizzjonijiet sperimentali fil-ħamrija (inklużi riżosferi), f’imsaren l-annimali u fl-ilma b’konġunzjoni, trasduzzjoni jew trasformazzjoni.

Iċ-ċans ta’ trasferiment ta’ materjal ġenetiku minn mikroorganiżmi modifikati ġenetikament, bi proabbiltà baxxa ta’ tkabbir u sopravivenza limitata huwa baxx ħafna. Jekk il-MMĠ ma kienx iġorr pasmidi awto-trasmissibbli jew fagi tradutturi, it-trasferiment attiv huwa prattikament eskluż. Ir-riskju jkun żgħir ħafna jekk il-vettur/inserit mhumiex awto-trasmissibbli u huma skarsament mobilizzabbli.


(1)  ĠU L 268, 29.10.1993, p. 71.

(2)  ĠU L 155, 6.7.1995, p. 41.

APPENDIĊI 1

Definizzjonijiet tat-termini użati f’dan id-dokument

Aġenti aċċidentali — mikroorganiżmi oħrajn, attivi jew latenti, li jeżistu ma’/fil-mikroorganiżmu meħtieġ.

Antiġen — kwalunkwe molekula li tinduċi ċelloli B biex jipproduċu antikorp speċifiku. Molekula li tista’ tkun rikonoxxuta speċifikament mill-elementi adattivi tas-sistema immunitorja, jiġifieri minn ċelloli B jew ċelloli T jew mit-tnejn.

Allerġen — antiġen li jista’ jissentisizza individwi b’mod li tkun provokata reazzjoni ipersensittiva f’individwi wara espożizzjoni sussegwenti għal dan l-allerġen.

Allerġija — reazzjonijiet immedjati ta’ ipersensittività, iseħħu meta rispons IgE huwa dirett kontra antiġen innokwu bħal ċellola ta’ batterja non-patoġenika, non-vijabbli. Ir-rilaxx li jirriżulta ta’ medjaturi farmakoloġiċi miċ-ċelloli mast sensittizzati IgE jipproduċi reazzjoni infjammatorja akuta b’sintomi bħal ażma, ekżema jew rinite.

Konjugazzjoni — it-trasferiment attiv ta’ DNA minn ospitant wieħed għal ieħor.

Kosmid — tip ta’ vettur għall-ikklonar li jinkludi pasmid fejn is-sekwenzi cos ta’ faġi lambda jkunu ġew inseriti.

Marda — kwalunkwe disturb tal-istruttura jew il-funzjoni ta’ bniedem, annimal jew pjanta immunokompetenti sa grad li jkunu prodotti mard jew diżordni li jidhru.

Espressjoni — il-proċess tal-produzzjoni ta’ traskrizzjonijiet, proteini u polipeptidi RNA li jużaw l-informazzjoni li tinsab fil-ġeni, tal-MMĠ. F’din l-espressjoni gwida hemm ukoll il-kejl tal-livell antiċipat jew magħruf ta’ espressjoni tal-materjal ġenetiku inserit.

Mobilizzazzjoni — it-trasferiment passiv minn ospitant wieħed għal ieħor.

Vetturi b’mobilizzazzjoni mnaqqsa — vetturi difettużi f’funzjoni ta’ trasferiment jew ta’ aktar u li huwa improbabbli li jkunu mobilizzati minn elementi oħrajn li jissupplixxu l-funzjonijiet neqsin.

Patoġeniċità — l-abbiltà tal-mikroorganiżmu li jikkawża mard li jista’ jkun b’infezzjoni, tossiċità jew allerġeniċità. Il-patoġeniċità hija attribut tassonomikament sinifikanti u hija l-proprjetà ta’ speċi.

Plasmid — biċċa DNA ekstrakromosonika awto-replikanti, li tinsab f’bosta mikroorganiżmi, li ġeneralment tagħti ċertu vantaġġ evoluttiv liċ-ċellola ospitanti.

Mikroorganiżmi reċipjent jew axxendentali — il-mikroorganiżmu(i) li seħħitilhom il-modifika.

Riżobatterji — batterji li jgħixu fir-riżosfera, jiġifieri fil-ħamrija li teħel mal-għeruq tal-pjanti, li eventwalment jidħlu fl-għeruq jew intraċellulament jew interċellulament. Ir-riżobatterji huma użati ħafna drabi bħala inokulanti mikrobjali/taż-żerriegħa fl-agrikoltura.

Trasduzzjoni — l-inkorporazzjoni ta’ DNA batterjali f’partiċelli batterjofagi u t-trasferiment tagħhom f’batterji reċipjenti.

Trasformazzjoni — it-teħid ta’ DNA mhux ipproċessat minn ċellola.

Vettur — molekula ta’ DNA jew RNA ġarriera eż. plasmid, batterjofagi li fih tista’ tiddaħħal sekwenza ta’ materjal ġenetiku għal introduzzjoni f’ċellola ospitanti ġdida fejn hija tkun replikata u f’xi każijiet espressa.

Virulenza — il-kapaċità li tkun ikkawżata ħsara. Razez individwali ta’ mikroorganiżmu jistgħu jvarjaw sewwa fl-abbiltà tagħhom li jagħmlu ħsara lil speċijiet ospitanti.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

141


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 382/2005

tas-7 ta’ Marzu 2005

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn dirett għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (2), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 71(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 1786/2003 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 603/95 (3), għandhom ikunu adottati regoli ġodda ta’ implimentazzjoni. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/95 tas-6 ta’ April 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 603/95 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef (4) għandu b’hekk jitħassar.

(2)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom ikunu stabbiliti numru ta’ definizzjonijiet.

(3)

Wara li jkunu kkunsidrati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003, għandha tkun stabbilita l-kwalità minima għall-prodotti in kwistjoni, espressa f’termini ta’ kontenut ta’ ilma u proteina. Filwaqt li jitqiesu l-prattiki kummerċjali, il-kontenut ta’ ilma għandu jkun differenzjat skond ċerti proċessi ta’ produzzjoni.

(4)

Għalf minn meded li diġà qegħdin jibbenefikaw minn għajnuna provduta fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun eskluż mill-għajnuna provduta fir-Regolament (KE) Nru 1786/2003.

(5)

L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 jeħtieġ li Stati Membri jwettqu kontrolli biex jivverifikaw li kull impriża ta’ l-ipproċessar u kull xerrej ta’ l-għalf għal tnixxif jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. Sabiex dawn il-kontrolli jkunu ffaċilitati u jkun żgurat li jintlaħqu l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal għajnuna, impriżi ta’ l-ipproċessar u xerrejja ta’ għalf għal tnixxif għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta’ approvazzjoni. Għall-istess skop, għandhom ikunu speċifikati d-dettalji li għandhom ikunu inklużi f’applikazzjonijiet għall-għajnuna, rekords ta’ ħażna u dikjarazzjonijiet ta’ kunsinni ta’ l-impriżi ta’ l-ipproċessar. Id-dokumenti l-oħra ta’ sostenn li għandhom ikunu forniti għandhom ikunu speċifikati.

(6)

Għandhom jitwettqu kontrolli stretti biex ikun żgurat li jintlaħqu l-ħtiġiet ta’ kwalità għal għalf niexef, u dawn ibbażati fuq teħid regolari ta’ kampjuni ta’ prodotti lesti li jħallu l-impriżi. Meta dawn il-prodotti jitħalltu ma’ materjali oħra, il-kampjuni għandhom jittieħdu qabel ma jsir it-taħlit.

(7)

Sabiex ikun ivverifikat li l-kwantitajiet ta’ materjali mhux ipproċessati li huma kkunsinnati lill-impriżi jaqblu mal-kwantitajiet ta’ għalf niexef li jitilqu minn hemm, l-istess impriżi għandhom jiżnu l-għalf kollu għall-ipproċessar u jiddeterminaw il-kontenut ta’ ilma tiegħu.

(8)

Sabiex ikun iffaċilitat it-tqegħid fis-suq ta’ għalf għall-ipproċessar u biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli neċessarji biex ikun ivverifikat l-intitolament għall-għajnuna, il-kuntratti bejn l-impriżi ta’ l-ipproċessar u l-bdiewa għandhom ikunu konklużi qabel il-kunsinna tal-materjali mhux ipproċessati u dawn l-istess kuntratti jkunu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti qabel ċertu data biex dawn ikunu f’pożizzjoni li jistgħu ikunu jafu minn qabel il-volum mistenni ta’ produzzjoni. Għal dak l-iskop, il-kuntratti għandhom ikunu bil-miktub, u jindikaw id-data ta’ konklużjoni, il-perjodu ta’ validità, l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet kontraenti u n-natura tal-prodotti li għandhom ikunu pproċessati u jidentifikaw il-biċċa agrikola li fuqha tkabbar l-għalf li għandu jkun ipproċessat.

(9)

F’ċerti każijiet ma hemm ebda kuntratti ta’ dan it-tip, u d-dikjarazzjonijiet ta’ kunsinna, soġġetti għall-kondizzjonjiet applikabbli għal kuntratti, għandhom ikunu mfassla mill-impriża ta’ l-ipproċessar.

(10)

Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tas-sistema ta’ għajnuna, għandhom ikunu definiti l-proċeduri ta’ ħlas.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 1786/2003 jipprovdi għal serje ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu f’kull stadju tal-proċess tal-produzzjoni, inklużi permezz ta’ l-iskambji mas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll provduta fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Kontrolli fuq l-identifikazzjoni tal-biċċiet agrikoli kkonċernati għandhom għaldaqstant ikunu koordinati mal-kontrolli mwettqa taħt dik is-sistema.

(12)

Minħabba li din l-iskema hija msemmija fl-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli inkroċjati fuq il-biċċiet agrikoli msemmija fil-kuntratti u/jew fid-dikjarazzjonijiet ta’ kunsinna u dawk dikjarati mill-produtturi fl-applikazzjoni tagħhom għal għajnuna singola sabiex ikun ipprevenut li tingħata xi għajnuna mhux ġustifikata.

(13)

Biex tkun żgurata konformità mal-kondizzjonjiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1786/2003 u minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna, għandhom ikunu stabbiliti ċertu tnaqqis ta’ u esklużjonijiet mill-għajnuna sabiex ikun ipprevenut xi ksur, b’qies għall-prinċipju ta’ proporzjonalità u għall-problemi speċjali li jirriżultaw minn każijiet ta’ force majeure jew minn ċirkostanzi barra min-normal. Tnaqqis u esklużjonijiet għandhom ikunu modulati skond is-serjetà ta’ l-irregolarità kommessa u għandhom iwasslu sa esklużjoni totali mill-għajnuna għal perjodu speċifikat.

(14)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effiċjenti tas-suq fl-għalf niexef, ċerta informazzjoni għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni fuq bażi regolari.

(15)

Sabiex ikun ippreparat ir-rapport, fuq is-settur, meħtieġ fl-2008 taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003, għandhom ikunu introdotti notifiki fir-rigward ta’ meded ta’ mergħat u konsum ta’ enerġija fil-produzzjoni ta’ għalf niexef.

(16)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003, għandhom ikunu adottati miżuri tranżitorji għal ħażniet miżmuma fil-31 ta’ Marzu 2005.

(17)

Meta jkun applikat il-perjodu tranżitorju mhux obbligatorju provdut fl-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-kondizzjonijiet ta’ l-għajnuna msemmija f’dak l-Artikolu għandhom ikunu stabbiliti.

(18)

Ir-Regolament (KE) Nru 1786/2003 japplika mill-1 ta’ April 2005, id-data li fiha tibda s-sena tas-suq 2005/06. Dan ir-Regolament għandu għaldaqstant japplika mill-istess data.

(19)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni għal Ċereali u Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

SKOP, DEFINIZZJONIJIET U KONDIZZJONIJIET TA’ ELIĠIBBILTÀ GĦALL-GĦAJNUNA

Artikolu 1

Skop

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

1.

“għalf niexef” ifisser prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003, b’distinzjoni bejn il-kategoriji li ġejjin:

(a)

“għalf diżidrat”, li jfisser il-prodotti mnixxfa bis-sħana artifiċjali msemmija fl-ewwel u fit-tielet subparagrafi tal-punt (a) ta’ dak l-Artikolu, inklużi “prodotti simili ta’ l-għalf”, fi kliem ieħor il-prodotti kollha ta’ għalf tal-ħxejjex imnixxfa bis-sħana artifiċjali li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1214 90 90 u b’mod partikolari:

ħxejjex leguminużi,

ħxejjex,

pjanti sħaħ, maħsuda meta ħodor bi granuli mhux misjura, taċ-ċereali elenkati fil-punt I ta’ l-Anness IX mar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b)

“għalf imnixxef fix-xemx”, li jfisser il-prodotti mnixxfa u mitħuna mod ieħor imsemmija fit-tieni u fir-raba’ inċiżi ta’ l-Artikolu 1(a) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003;

(c)

“konċentrati ta’ proteina”, li jfisser il-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003;

(d)

“prodotti diżidrati”, li jfisser il-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003;

2.

“impriża ta’ l-ipproċessar” tfisser l-impriża li tipproċessa l-għalf niexef imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru1786/2003, approvata kif meħtieġ mill-Istat Membru li fih tinsab, li twettaq wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

id-diżidratazzjoni ta’ għalf frisk permezz ta’ makkinarju għat-tnixxif li jissodisfa l-ħtiġiet li ġejjin:

temperatura ta’ l-arja li fil-punt ta’ dħul ma tkunx inqas minn 250 °C; madankollu, makkinarju ta’ tnixxif b’ċinturini ta’ trasport orizzontali li jipproduċi temperatura ta’ l-arja fil-punt ta’ dħul ta’ mhux inqas minn 110 °C approvat qabel il-bidu tas-sena tas-suq 1999/2000 m’għandux għalfejn ikun jikkonforma ma’ din il-ħtieġa,

ħin ta’ residenza ta’ l-għalf li jkun qiegħed jiġi diżidrat li ma jkunx jaqbeż it-tliet sigħat,

fil-każ ta’ tnixxif f’saffi ta’ għalf, il-fond ta’ kull saff li ma jkunx iżjed minn metru;

(b)

it-tħin ta’ għalf imnixxef fix-xemx;

(c)

il-manifattura ta’ konċentrati ta’ proteina;

3.

“ix-xerrej ta’ l-għalf għal tnixxif u/jew tħin” ifisser il-persuna fiżika jew ġuridika msemmija fl-Artikolu 10(c)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003, approvata kif meħtieġ mill-Istat Membru fejn hu/hi huwa stabbilit/hija stabbilita, li tixtri għalf frisk minn produtturi sabiex tikkunsinnah lil impriżi ta’ l-ipproċessar;

4.

“lott” ifisser kwantità speċifika ta’ għalf ta’ kwalità uniformi fejn huma kkonċernati l-kompożizzjoni, il-kontenut ta’ ilma u l-kontenut ta’ proteina, li jħalli l-impriża ta’ l-ipproċessar fl-istess ħin;

5.

“taħlita” tfisser prodott ta’ l-ikel ta’ l-annimali li jikkontjeni għalf niexef li kien imnixxef u/jew mitħun mill-impriża ta’ l-ipproċessar, u additivi.

“Additivi” huma prodotti ta’ tip differenti minn għalf niexef, inklużi materjali agglutinanti u li jiffurmaw ċapep, jew ta’ l-istess tip iżda mnixxfa u/jew mitħuna mkien ieħor.

Madankollu, għalf niexef li ma jikkontjenix iżjed minn 3 % additivi bħala perċentwali tal-piż totali tal-prodott lest m’għandux jitqies bħala taħlita meta l-kontenut totali ta’ nitroġenu, relattiv għall-materja niexfa ta’ l-additiv, ma jaqbiżx it-2,4 %;

6.

“biċċiet agrikoli” ifisser il-biċċiet identifikati skond is-sistema ta’ identifikazzjoni għal biċċiet agrikoli fis-sistema integrata ta’ ġestjoni u verifika msemmija fl-Artikoli 18 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (5);

7.

“applikazzjoni għal għajnuna singola” tfisser l-applikazzjoni għal għajnuna msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikoli 12 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004;

8.

“kunsinnatarju aħħari ta’ lott ta’ għalf niexef” ifisser l-aħħar persuna li rċeviet dak il-lott fil-forma li fiha ħalla l-impriża ta’ l-ipproċessar, bl-iskop li tipproċessa l-għalf niexef jew li tużah f’ikel għall-annimali.

Artikolu 3

Prodotti eliġibbli għall-għajnuna

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, l-għajnuna provduta fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 għandha titħallas fuq għalf niexef li jissodisfa l-ħtiġiet biex jitqiegħed fis-suq bħala prodotti ta’ l-għalf li:

(a)

jħallu, fi stat mhux mibdul jew bħala taħlita, il-post ta’ l-impriża ta’ l-ipproċessar, jew, meta ma jistgħux jinħażnu hemmhekk, il-post tal-ħażna li jkun jinsab fuq barra ta’ din l-istess impriża li jipprovdi garanziji adegwati ta’ sorveljanza adattata ta’ l-għalf maħżun u li kien approvat bil-quddiem mill-awtorità kompetenti;

(b)

juru l-karatteristiċi li ġejjin meta jitilqu mill-impriża ta’ l-ipproċessar:

(i)

kontenut massimu ta’ ilma ta’:

12 % għal għalf imnixxef fix-xemx, għal għalf diżidrat li jkun għadda minn proċedura ta’ tħin, konċentrati ta’ proteina u prodotti diżidrati,

14 % għal għalf diżidrat ieħor;

(ii)

kontenut minimu ta’ proteina greġġa meta pparagunat ma’ materja niexfa ta’:

15 % għal għalf diżidrat, għalf imnixxef fix-xemx u prodotti diżidrati,

45 % għal konċentrati ta’ proteina.

L-għajnuna għandha titħallas biss fuq kwantitajiet ta’ prodotti ottenuti billi jitnixxef għalf prodott fuq biċċiet utilizzati għall-agrikoltura fis-sens ta’ l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 4

Esklużjoni

Għalf minn meded li diġà qegħdin jibbenefikaw minn skema ta’ għajnuna provduta fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 m’għandux ikun eliġibbli għall-għajnuna provduta fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003.

Madankollu, f’meded li jkunu qegħdin jirċievu sussidju għal żrieragħ kif imsemmi fil-Kapitolu 9 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, pjanti ta’ l-għalf li sar biss il-ħsad taż-żerriegħa minnhom għandhom ikunu esklużi mill-għajnuna.

Bil-maqlub, meded li jkunu qegħdin jirċievu ħlas għal medda ta’ uċuh tar-raba’ kif imsemmi fil-Kapitolu 10 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna għall-ipproċessar f’għalf niexef sakemm dawn ikunu nżergħu kompletament b’uċuh tar-raba’ skond il-kondizzjonijiet lokali.

KAPITOLU 2

IMPRIŻI TA’ L-IPPROĊESSAR U XERREJJA TA’ GĦALF GĦAL TNIXXIF U/JEW TĦIN

Artikolu 5

Approvazzjoni ta’ impriżi ta’ l-ipproċessar

Għall-iskopijiet ta’ l-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2), l-impriża ta’ l-ipproċessar għandha:

(a)

tipprovdi lill-awtorità kompetenti b’fajl li jinkludi:

(i)

pjan tal-post, li juri b’mod partikolari il-punti ta’ dħul għal prodotti li għandhom ikunu pproċessati, il-punti ta’ ħruġ għal għalf niexef, il-postijiet ta’ ħażna għal prodotti li jkunu qegħdin jistennew biex ikunu pproċessati u prodotti lesti, u s-siti ta’ l-ipproċessar;

(ii)

deskrizzjoni ta’ l-installazzjonijiet tekniċi biex jitwettqu l-operazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 2(2), u b’mod partikolari l-fran ta’ diżidratazzjoni u l-unitajiet ta’ tħin, b’dettalji tal-volum ta’ evaporazzjoni fis-siegħa u tat-temperatura ta’ operazzjoni, u t-tagħmir ta’ użin;

(iii)

lista ta’ l-additivi li jintużaw qabel jew matul il-proċess ta’ diżidratazzjoni u lista illustrattiva tal-prodotti l-oħrajn użati fil-manifattura u tal-prodotti lesti;

(iv)

ir-rekords tal-mudelli maħżuna msemmija fl-Artikolu 12;

(b)

tagħmel disponibbli għall-awtorità kompetenti ir-rekords u l-kontijiet aġġornati tal-ħażna tagħha;

(c)

tiffaċilita l-proċeduri ta’ verifika;

(d)

tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1786/2003 u f’dan ir-Regolament.

Impriżi ta’ l-ipproċessar għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti fi żmien 10 ijiem b’kull bidla għall-fajl imsemmi fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu, bl-iskop li jottjenu konferma ta’ l-approvazzjoni.

Artikolu 6

Approvazzjoni ta’ xerrejja ta’ għalf għal tnixxif u/jew tħin

Għall-iskopijiet ta’ approvazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(3), xerrej ta’ għalf għal tnixxif u/jew tħin għandu:

(a)

iżomm reġistru tal-prodotti in kwistjoni, li juri għall-inqas ix-xiri u l-bejgħ ta’ kull prodott f’kull jum u, fir-rigward ta’ kull lott, il-kwantità involuta, referenza għall-kuntratt mal-produttur li kkunsinna l-prodott u, meta applikabbli, l-impriża ta’ l-ipproċessar li għaliha huwa maħsub il-prodott;

(b)

jagħmel disponibbli lill-awtorità kompetenti ir-rekords u l-kontijiet aġġornati tal-ħażna tiegħu;

(c)

jiffaċilita l-proċeduri ta’ verifika;

(d)

jikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1786/2003 u f’dan ir-Regolament.

Artikolu 7

L-għoti u l-irtirar ta’ approvazzjoni

L-approvazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(2) u (3) għandha tkun mitluba mill-parti kkonċernata qabel il-bidu tas-sena tas-suq.

L-approvazzjoni għandha tingħata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru qabel il-bidu tas-sena tas-suq. F’każijiet barra min-normal, tista’ tingħata approvazzjoni provviżorja mill-awtorità kompetenti tul perjodu li ma jaqbiżx xahrejn wara l-bidu tas-sena tas-suq in kwistjoni. F’dawn il-każijiet, l-impriża għandha titqies approvata fl-istennija ta’ l-għoti ta’ approvazzjoni definittiva mill-awtorità kompetenti.

Minkejja l-Artikolu 30, meta kondizzjoni waħda jew iktar minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 5 jew 6 ma jkunux iktar sodisfatti l-awtorità kompetenti għandha tiritra l-approvazzjoni, sakemm l-impriża ta’ l-ipproċessar jew ix-xerrej ta’ għalf għal tnixxif u/jew tħin ma jagħmlux dak li hu meħtieġ biex jikkonformaw għal darb’oħra ma’ dawk il-kondizzjonijiet f’limitu ta’ żmien li għandu jkun iffissat skond is-serjetà tal-problema.

Artikolu 8

Obbligi li jikkonċernaw il-manifattura ta’ għalf

Meta impriża ta’ l-ipproċessar twettaq il-manifattura, min-naħa, ta’ għalf diżidrat u/jew konċentrati ta’ proteina u, min-naħa l-oħra, ta’ għalf imnixxef fix-xemx:

(a)

l-għalf diżidrat għandu jkun manifatturat f’post jew f’postijiet separati minn dawk fejn ikun manifatturat l-għalf imnixxef fix-xemx;

(b)

prodotti ottenuti miż-żewġ operazzjonijiet ta’ manifattura għandhom jinħażnu f’postijiet differenti;

(c)

prodott li jkun jappartjeni għal wieħed mill-gruppi m’għandux jitħallat fl-impriża ma’ prodott li jkun jappartjeni għall-grupp l-ieħor.

Artikolu 9

Obbligi li jikkonċernaw prodotti mad-dħul u mal-ħruġ

Qabel ma ġġib fil-post tagħha prodotti ta’ xort’oħra minn għalf għal tnixxif u/jew tħin għall-manifattura ta’ taħlitiet, l-impriża ta’ l-ipproċessar għandha tinforma b’dan lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, u tispeċifika t-tip u l-kwantitajiet tiegħu.

Meta l-prodotti li jkunu qegħdin jinġjiebu jkunu jikkonsistu f’għalf imnixxef u/jew mitħun minn impriża oħra ta’ l-ipproċessar, dik l-impriża għandha wkoll tinforma lill-awtorità kompetenti bl-oriġini u bid-destinazzjoni tagħhom. F’dawn il-każijiet, jistgħu jinġjiebu fil-post biss taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti u bil-kondizzjonijiet stabbiliti minnha.

Għalf niexef li jħalli impriża ta’ l-ipproċessar jista’ jerġa’ jidħol fiha biss għall-iskop ta’ ppakkjar mill-ġdid jew ipproċessar mill-ġdid, taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti u bil-kondizzjonijiet stabbiliti minnha.

Prodotti li jidħlu jew jerġgħu jidħlu fil-post ta’ impriżi ta’ l-ipproċessar skond kif jitlob dan l-Artikolu ma jistgħux jinħażnu ma’ għalf imnixxef u/jew mitħun mill-impriża in kwistjoni. Dawn għandhom ukoll ikunu iskritti fir-rekords tal-ħażna ta’ l-impriża kif speċifikat fl-Artikolu 12(1).

Artikolu 10

Id-determinazzjoni tal-piż, it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi ta’ għalf niexef

1.   L-impriża ta’ l-ipproċessar għandha tiżen l-għalf niexef u tieħu kampjuni meta dan iħalli l-impriża, kif provdut fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003.

Madankollu, meta l-għalf niexef jitħallat fil-post ta’ l-impriża ta’ l-ipproċessar, l-użin u t-teħid ta’ kampjuni għandhom jitwettqu qabel ma jseħħ it-taħlit.

Meta t-taħlit jitwettaq qabel jew matul it-tnixxif, għandu jittieħed kampjun wara t-tnixxif. Dan għandu jkollu miegħu dikjarazzjoni li tispjega li jirrelata għal taħlita u li tispeċifika t-tip u l-isem ta’ l-additiv, il-kontenut totali nitroġenuż tiegħu fil-materja niexfa u r-rata ta’ inkorporazzjoni fil-prodott lest.

2.   L-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ lil kull impriża ta’ l-ipproċessar li tinnotifikaha mill-inqas jumejn xogħol bil-quddiem kull darba li l-għalf niexef iħalli l-impriża jew jitħallat, u tispeċifika d-dati u l-kwantitajiet, sabiex din ta’ l-aħħar tkun tista’ twettaq il-kontrolli neċessarji.

L-awtorità kompetenti għandha tieħu kampjuni u tiżen regolarment kwantità li tirrelata għal mill-inqas 5 % skond il-piż ta’ għalf niexef li jħalli l-impriża u mill-inqas 5 % skond il-piż ta’ għalf niexef imħallat f’kull sena tas-suq.

3.   Id-determinazzjoni ta’ kontenut ta’ ilma u ta’ proteina greġġa provdut fl-Artikolu 3 għandha titwettaq billi jittieħed kampjun għal kull massimu ta’ 110 tunnellati metriċi ta’ lott ta’ għalf niexef li jħalli l-impriża ta’ l-ipproċessar jew imħallat fil-post skond il-metodu stabbilit fid-Direttivi tal-Kummissjoni 76/371/KEE (6), 71/393/KEE (7) u 72/199/KEE (8).

Meta diversi lottijiet ta’ l-istess kwalità fejn jidħlu kompożizzjoni, kontenut ta’ ilma u kontenut ta’ proteina, li flimkien jiżnu 110 tunnellati metriċi jew inqas, iħallu l-impriża jew jitħalltu fil-post, għandu jittieħed kampjun minn kull lott. Madankollu, l-analiżi għandha titwettaq fuq taħlita rappreżentattiva ta’ dawn il-kampjuni.

Artikolu 11

L-użin ta’ l-għalf u d-determinazzjoni tal-kontenut ta’ ilma ta’ għalf li għandu jkun diżidrat

1.   L-impriża ta’ l-ipproċessar għandha tiżen sistematikament għalf li għandu jkun diżidrat u għalf imnixxef fix-xemx ikkunsinnat għall-ipproċessar, sabiex tiddetermina l-kwantitajiet eżatti tagħhom.

2.   L-obbligu li dan l-għalf jintiżen sistematikament m’għandux japplika meta l-produzzjoni ta’ l-impriża kkonċernata ma taqbiżx l-1 000 tunnellata metrika f’kull sena tas-suq u l-impriża tipprova għas-soddisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li ma tistax tuża l-faċilitajiet pubbliċi ta’ użin li jinsabu f’radju ta’ ħames kilometri. F’dawn il-każijiet, il-kwantitajiet ikkunsinnati jistgħu ikunu determinati bi kwalunkwe metodu ieħor approvat bil-quddiem mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

3.   L-impriża ta’ l-ipproċessar għandha tiddetermina l-kontenut medju ta’ ilma ta’ għalf li għandu jkun diżidrat fuq il-bażi ta’ paragun tal-kwantitajiet użati u l-kwantitajiet ta’ għalf niexef ottenuti.

4.   Qabel l-aħħar ta’ l-ewwel xahar ta’ kull kwart, l-impriża ta’ l-ipproċessar għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti bill-kontenut medju ta’ ilma, kif imsemmi fil-paragrafu 3, tul il-kwart preċedenti fir-rigward ta’ l-għalf li hi ddiżidrat.

Artikolu 12

Rekords tal-ħażna ta’ impriżi ta’ l-ipproċessar

1.   Ir-rekords tal-ħażna ta’ impriżi ta’ l-ipproċessar provduti fl-Artikolu 10(a) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 għandhom jinżammu flimkien mal-kontijiet u għandhom jippermettu li kuljum ikunu traċċati:

(a)

kwantitajiet ta’ prodotti li jidħlu għal diżidratazzjoni u/jew tħin u, fir-rigward ta’ kull kunsinna:

id-data ta’ dħul,

il-kwantità,

it-tip jew tipi imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 ta’ għalf li għandu jkun diżidrat u, meta applikabbli, għalf imnixxef fix-xemx,

il-kontenut ta’ ilma ta’ għalf li għandu jkun diżidrat,

ir-referenzi għall-kuntratt u/jew għad-dikjarazzjoni ta’ kunsinna provduti fl-Artikolu 14 jew 15 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-kwantitajiet prodotti u kull kwantità ta’ l-additivi kollha wżati fil-manifattura;

(c)

il-kwantitajiet li jħallu u, għal kull lott, id-data ta’ tluq, il-kontenut ta’ ilma u l-kontenut ta’ proteina rreġistrati;

(d)

il-kwantitajiet ta’ għalf niexef li fir-rigward tiegħu impriża ta’ l-ipproċessar diġà bbenefikat minn għajnuna, u li daħlu jew reġgħu daħlu fl-impriża;

(e)

il-ħażna ta’ għalf niexef fl-aħħar ta’ kull sena tas-suq;

(f)

il-prodotti mħallta ma’ jew miżjuda ma’ għalf imnixxef u/jew mitħun mill-impriża, bl-ispeċifikazzjoni tat-tip u l-isem tal-prodotti, il-kontenut totali ta’ materja nitroġenuża tagħhom fil-materja niexfa u r-rata tagħhom ta’ inkorporazzjoni fil-prodott lest.

2.   Impriżi ta’ l-ipproċessar għandhom iżommu rekords tal-ħażna separati għal għalf diżidrat, għalf imnixxef fix-xemx, konċentrati ta’ proteina u prodotti diżidrati.

3.   Meta impriża ta’ l-ipproċessar tiddiżidrata jew tipproċessa wkoll prodotti ta’ xort’oħra minn għalf niexef, għandha żżomm rekords tal-ħażna separati fir-rigward ta’ dawn l-attivitajiet oħrajn ta’ diżidratazzjoni jew ipproċessar.

Artikolu 13

Dokumenti sustantivi għal rekords tal-ħażna

1.   Id-dokumenti sustantivi li għandhom ikunu magħmula disponibbli mill-impriżi ta’ l-ipproċessar lill-awtorità kompetenti fuq it-talba ta’ din ta’ l-aħħar għandhom jinkludu:

(a)

dettalji li permezz tagħhom jista’ jkun determinat il-volum ta’ produzzjoni ta’ l-impjant;

(b)

dettalji dwar il-ħażniet ta’ fjuwil miżmuma fl-impjant fil-bidu u fl-aħħar tal-produzzjoni;

(c)

fatturi għax-xiri ta’ fjuwil u l-qari tal-meters għal konsum ta’ elettriku tul il-perjodu ta’ produzzjoni;

(d)

dettalji tan-numru ta’ sigħat li tulhom il-makkinarju ta’ tnixxif u, fil-każ ta’ għalf imnixxef fix-xemx, il-makkinarju ta’ tħin kienu f’operazzjoni;

(e)

rekord komprensiv ta’ konsum ta’ enerġija, skond l-Anness I;

(f)

il-kuntratti u/jew id-dikjarazzjonijiet ta’ kunsinna.

2.   Impriżi ta’ l-ipproċessar li jbigħu il-produzzjoni proprja għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtorità komeptenti, minbarra d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, il-fatturi fir-rigward tax-xiri tagħhom ta’ għalf għal tnixxif u/jew tħin, u l-fatturi fir-rigward tal-bejgħ ta’ għalf niexef, u jindikaw b’mod partikolari l-kwantità u l-kompożizzjoni tal-prodott mibjugħ, u l-isem u l-indirizz tax-xerrej.

Impriżi li jipproċessaw l-għalf prodott mill-membri tagħhom u li jikkunsinnawlhom għalf niexef għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtorità kompetenti, minbarra d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, l-ordnijiet tal-kunsinni jew kwalunkwe dokument ta’ kontabilità aċċettabbli għall-awtorità kompetenti, u jindikaw b’mod partikolari il-kwantità u l-kompożizzjoni tal-prodott ikkunsinnat, u l-isem u l-indirizz tal-persuni li lilhom kien ikkunsinnat.

Impriżi li jipproduċu għal bdiewa għalf fornit minn u kkunsinnat lura lil dawk il-bdiewa għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtorità kompetenti, minbarra d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, fatturi fir-rigward ta’ l-ispejjeż ta’ produzzjoni tagħhom, u jindikaw b’mod partikolari l-kwantità u l-kompożizzjoni ta’ l-għalf niexef prodott, u l-isem tal-bidwi.

KAPITOLU 3

KUNTRATTI U DIKJARAZZJONIJIET TAL-KUNSINNI

Artikolu 14

Kuntratti

1.   Minbarra l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003, kull kuntratt kif imsemmi fl-Artikolu 10(c)(i) u (iii) ta’ dak ir-Regolament għandu jinkludi, b’mod partikolari:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet fil-kuntratt;

(b)

id-data li fih hu konkluż;

(c)

is-sena tas-suq ikkonċernata;

(d)

it-tip jew tipi ta’ għalf li għandhom ikunu pproċessati u l-kwantità li x’aktarx tkun involuta;

(e)

l-identifikazzjoni tal-biċċa(biċċiet) agrikola(agrikoli) li fuqhom jitkabbar l-għalf għall-ipproċessar, b’referenza għall-applikazzjoni għal għajnuna singola li fiha kienu dikjarati dawn il-biċċiet, skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 u, meta jkun konkluż kuntratt jew issir dikjarazzjoni ta’ kunsinna qabel id-data tal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal għajnuna singola, impenn li dawk il-biċċiet ikunu dikjarati fl-applikazzjoni għal għajnuna singola.

2.   Meta impriża ta’ l-ipproċessar tkun qiegħda teżegwixxi kuntratt ta’ l-ipproċessar kif imsemmi fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 konkluż ma’ produttur indipendenti jew ma’ membru wieħed jew iktar tiegħu, il-kuntratt għandu jindika wkoll:

(a)

il-prodott lest li għandu jkun ikkunsinnat,

(b)

l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-produttur.

Artikolu 15

Dikjarazzjonijiet ta’ kunsinni

1.   Meta impriża tipproċessa l-produzzjoni proprja jew grupp jipproċessa dik tal-membri tiegħu, għandha tkun imfassla dikjarazzjoni ta’ kunsinna li tagħti għall-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-data tal-kunsinna jew, meta xieraq, data indikattiva jekk il-kunsinna għandha sseħħ wara d-data li fiha d-dikjarazzjoni tal-kunsinna hija ppreżentata lill-awtorità kompetenti;

(b)

il-kwantità ta’ għalf riċevuta jew li għandha tkun riċevuta;

(c)

it-tip jew tipi ta’ għalf li għandhom ikunu pproċessati;

(d)

meta applikabbli, l-isem u l-indirizz tal-membru tal-grupp li jagħmel il-kunsinna;

(e)

l-identifikazzjoni tal-biċċa(biċċiet) agrikola/i li fuqhom jitkabbar l-għalf għall-ipproċessar, b’referenza għall-applikazzjoni għal għajnuna singola li fiha kienu dikjarati dawn il-biċċiet, skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 u, meta jkun konkluż kuntratt jew issir dikjarazzjoni ta’ kunsinna qabel id-data ta’ preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal għajnuna singola, impenn li dawk il-biċċiet ikunu dikjarati fl-applikazzjoni għal għajnuna singola.

2.   Meta impriża tottjeni fornituri minn xerrej approvat, għandha tkun imfassla dikjarazzjoni ta’ kunsinna li għall-inqas tagħti l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identità tax-xerrej approvat;

(b)

id-data ta’ kunsinna jew, meta xieraq, data indikattiva jekk il-kunsinna tkun ser isseħħ wara d-data li fiha d-dikjarazzjoni hija ppreżentata lill-awtorità kompetenti;

(c)

il-kwantità ta’ għalf riċevuta jew li għandha tkun riċevuta, mqassma skond il-produtturi li magħhom kienu konklużi kuntratti mix-xerrej approvat, li jispeċifikaw ir-referenza tal-kuntratti;

(d)

it-tip jew tipi ta’ għalf li għandhom ikunu pproċessati;

(e)

l-identifikazzjoni tal-biċċa(biċċiet) agrikola/i li fuqhom jitkabbar l-għalf għall-ipproċessar, b’referenza għall-applikazzjoni għal għajnuna singola li fihom dawn il-biċċiet kienu dikjarati, skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 u, meta jkun konkluż kuntratt jew issir dikjarazzjoni ta’ kunsinna qabel id-data tal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal għajnuna singola, impenn li dawk il-biċċiet ikunu dikjarati fl-applikazzjoni għal għajnuna singola.

Artikolu 16

Data tal-kuntratt jew tad-dikjarazzjoni

Il-kuntratti u d-dikjarazzjonijiet ta’ kunsinna provduti fl-Artikoli 14 u 15 għandhom jitfasslu bil-miktub għall-inqas jumejn xogħol qabel id-data tal-kunsinna.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal perjodu ta’ bejn jumejn sa tmint ijiem xogħol qabel id-data tal-kunsinna.

Artikolu 17

Notifiki

Impriżi ta’ l-ipproċessar u xerrejja ta’ l-għalf għal tnixxif u/jew tħin għandhom jibagħtu lill-awtorità kompetenti, sa mhux iktar tard mill-15 ta’ kull xahar, lista ta’ kuntratti konklużi fix-xahar preċedenti u tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunsinna mfassla tul ix-xahar preċedenti.

Il-lista għandha tinkludi:

(a)

l-identità tal-ko-kuntrattur ta’ l-impriża ta’ l-ipproċessar jew ix-xerrej approvat jew tad-dikjarant fil-każ ta’ impriża li tipproċessa l-produzzjoni proprja jew grupp li jipproċessa l-produzzjoni tal-membru tiegħu;

(b)

id-data tal-kuntratt jew tad-dikjarazzjoni tal-kunsinna;

(c)

ir-referenzi ta’ identifikazzjoni tal-biċċiet agrikoli;

(d)

ir-referenzi ta’ l-applikazzjoni għal għajnuna singola in kwistjoni.

L-awtorità kompetenti tista’ titlob li din il-lista tintbagħat permezz ta’ l-e-mail.

KAPITOLU 4

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA U L-ĦLAS

Artikolu 18

Data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna

1.   L-impriżi ta’ l-ipproċessar għandhom jippreżentaw applikazzjonijiet għal għajnuna fi żmien 45 jum mill-aħħar tax-xahar, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 b’dawn li jkopru l-kwantitajiet li jħallu l-impriża tul dak ix-xahar.

2.   Ħlief f’każijiet ta’ force majeure jew ċirkostanzi barra min-normal:

(a)

il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-għajnuna wara l-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1 għandha twassal għal tnaqqis ta’ 1 % għal kull jum tax-xogħol mill-ammonti li l-impriża kienet tkun intitolata għalihom li kieku l-applikazzjoni kienet ippreżentata fil-limitu ta’ żmien;

(b)

jekk id-dewmien jammonta għal iktar minn 25 jum l-applikazzjoni għandha tkun ikkunsidrata inammissibbli.

3.   Madankollu, ebda applikazzjoni għall-għajnuna għal sena tas-suq ma tista’ tkun ippreżentata wara l-15 ta’ April wara l-aħħar tas-sena tas-suq in kwistjoni, ħlief f’każijiet ta’ force majeure jew ċirkostanzi barra min-normal.

Artikolu 19

Kontenut ta’ l-applikazzjonijiet

1.   Applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom jinkludu għall-inqas:

(a)

l-isem, il-kunjom, l-indirizz u l-firma ta’ l-applikant;

(b)

il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjoni għall-għajnuna, mqassma skond il-lott;

(c)

id-data li fiha kull kwantità ħalliet l-impriża;

(d)

konferma li ttieħdu kampjuni minn kull lott skond l-Artikolu 10(3) meta dawn ħallew l-impriża jew meta tħallat magħhom l-għalf niexef, u kull dettall meħtieġ biex ikunu identifikati l-kampjuni;

(e)

lista skond il-lott ta’ xi additivi, bl-ispeċifikazzjoni tat-tip, l-isem, il-kontenut totali ta’ materja nitroġenuża fil-materja niexfa u r-rata ta’ inkorporazzjoni fil-prodott lest;

(f)

Fil-każ ta’ taħlitiet, il-kontenut totali ta’ proteina greġġa f’kull lott ta’ l-għalf imnixxef mill-impriża, wara tnaqqis tal-kontenut totali ta’ materja nitroġenuża pprovdut mill-additivi.

2.   L-għajnuna għandha tingħata lil impriżi ta’ l-ipproċessar biss fir-rigward ta’ għalf imnixxef u/jew mitħun fil-post, wara li jitnaqqas il-piż ta’ additivi.

Artikolu 20

Ħlasijiet bil-quddiem

1.   Sabiex ikun jikkwalifika għal avvanz skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003, l-applikant għandu jehmeż ma’ l-applikazzjoni għall-għajnuna ċertifikat li juri li kienet ippreżentata l-garanzija korrispondenti.

2.   Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkontrollaw intitolament għall-għajnuna fi żmien 90 jum mid-data li fiha hija ppreżentata l-applikazzjoni.

Artikolu 21

Ammont finali ta’ l-għajnuna

1.   Il-Kummissjoni għandha tiffissa, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003, l-ammont finali ta’ l-għajnuna msemmi fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament. Dan l-ammont għandu jkun ikkalkolat fuq il-bażi tan-notifiki mill-Istati Membri, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 33(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta, bħala riżultat ta’ kontrolli sussegwenti, Stat Membru wieħed jew iktar jippreżenta notifika oħra, sostanzjata kif meħtieġ, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 33(1) li tikkoreġi l-ewwel waħda b’żieda, it-tieni notifika titqies biss jekk l-ammont finali ta’ l-għajnuna, kkalkolat fuq il-bażi ta’ l-ewwel notifika, ma jkunx effettwat. Il-kwantitajiet ta’ għalf niexef li b’hekk ma jkunux ikkunsidrati, f’dak il-każ, ikunu allokati għas-sena tas-suq ta’ wara.

3.   Il-bilanċ provdut fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 għandu jitħallas, meta xieraq, fi żmien 60 jum mid-data li fiha l-Kummissjoni tippubblika l-ammont finali ta’ l-għajnuna għas-sena tas-suq ikkonċernata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Ir-rata tal-kambju

Għandha tkun operata r-rata tal-kambju applikabbli għall-għajnuna stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 fl-ewwel jum tax-xahar li fih lott partikolari ta’ għalf niexef iħalli l-post ta’ l-impriża ta’ l-ipproċessar approvata.

KAPITOLU 5

ISPEZZJONIJIET

Artikolu 23

Prinċipji ġenerali

1.   Il-kontrolli amministrattivi u fil-post provduti f'dan ir-Regolament għandhom isiru b’tali mod li tkun żgurata verifika effettiva ta’ konformità mat-termini li taħthom tingħata l-għajnuna.

2.   L-applikazzjonijiet għall-għajnuna in kwistjoni għandhom ikunu rifjutati jekk l-impriża ta’ l-ipproċessar tipprevjeni milli jitwettaq kontroll fil-post.

Artikolu 24

Kontrolli amministrattivi

1.   Kontrolli amministrattivi għandhom jippremettu t-traċċar ta’ irregolaritajiet partikolarment permezz ta’ kontrolli inkroċjati.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli inkroċjati bejn biċċiet agrikoli dikjarati fl-applikazzjoni għal għajnuna singola, fil-kuntratti u/jew fid-dikajrazzjonijiet ta’ kunsinna u l-biċċiet ta’ referenza li jidhru fis-sistema ta’ identifikazzjoni għal biċċiet agrikoli biex tkun ivverifikata l-eliġibbiltà għall-għajnuna tal-meded infishom u biex ikun ipprevenut li tingħata xi għajnuna mingħajr ġustifikazzjoni.

2.   Indikazzjonijiet ta’ irregolaritajiet li jirriżultaw minn kontrolli inkroċjati għandhom ikunu insegwiti minn xi proċedura amministrattiva adattata oħra, u meta neċessarju, minn kontroll fil-post.

Artikolu 25

Kontrolli fil-post

1.   Kontrolli fil-post għandhom isiru mingħajr tħabbir. Madankollu, sakemm l-iskop tal-kontroll ma jkunx ipperikolat, tista’ tingħata notifika bil-quddiem, li tkun limitata strettament għall-perjodu minimu neċessarju. Din in-notifika m’għandhiex taqbeż it-48 siegħa, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati.

2.   Meta xieraq, il-kontrolli fil-post provduti f’dan ir-Regolament, kif ukoll xi kontrolli oħra provduti fir-regoli tal-Komunità, għandhom jitwettqu fl-istess ħin.

3.   Fil-każ li kontrolli fil-post jirrivelaw irregolaritajiet sinifikanti f’reġjun jew f’impriża ta’ l-ipproċessar, l-awtorità kompetenti għandha żżid kif meħtieġ in-numru, il-frekwenza u l-firxa ta’ kontrolli fil-post fuq l-impriżi kkonċernati tul is-sena preżenti u dik ta’ wara.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għażla tal-kampjun ta’ kontroll. Jekk il-kontrolli fuq dak il-kampjun jirrivelaw irregolaritajiet, id-daqs u l-iskop tal-kampjun għandhom jitkabbru b’mod xieraq.

Artikolu 26

Kontrolli fil-post fuq impriżi ta’ l-ipproċessar

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispezzjonaw, għall-inqas darba f’kull sena tas-suq, ir-rekords tal-ħażna msemmija fl-Artikolu 12 ta’ l-impriżi kollha ta’ l-ipproċessar, u b’mod partikolari l-konnessjoni bejn ir-rekords tal-ħażna u l-kontijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli każwali fuq id-dokumenti sustantivi li jkunu jirrelataw għar-rekords tal-ħażna ta’ l-impriżi ta’ l-ipproċessar.

Madankollu, fil-każ ta’ impriżi ġodda approvati, l-ispezzjoni għandha tkopri l-applikazzjonijiet kollha ppreżentati tul l-ewwel sena ta’ operazzjoni.

Artikolu 27

Kontrolli fil-post fuq partijiet oħra

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kontrolli addizzjonali regolari fuq fornituri ta’ materjali mhux ipproċessati u fuq operaturi li lilhom ikun fornit għalf niexef.

Dawn il-kontrolli għandhom ikopru:

(a)

għall-inqas 5 % tal-lottijiet li kienu s-suġġett ta’ applikazzjoni għall-għajnuna sabiex tkun verifikata t-traċċabilità sal-kunsinnatarju finali;

(b)

għall-inqas 5 % tal-kuntratti u tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunsinni sabiex ikun ivverifikat il-qasam ta’ oriġini tal-prodotti forniti lil impriżi ta’ l-ipproċessar.

2.   Partijiet soġġetti għal kontrolli fil-post għandhom ikunu magħżula mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju li tqis:

(a)

l-ammont ta’ l-għajnuna;

(b)

bidliet fl-għajnuna mis-sena preċedenti;

(c)

ir-riżultati ta’ kontrolli li jkunu saru fi snin imgħoddija;

(d)

fatturi oħra li għandhom ikunu definiti mill-Istati Membri.

Kull sena l-awtorità kompetenti għandha tistma’ l-effettività ta’ parametri ta’ analiżi tar-riskju wżati fi snin preċedenti.

3.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekords dwar ir-raġunijiet għall-għażla ta’ kull bidwi għal kontroll fil-post. L-ispettur li jwettaq il-kontroll fil-post għandu jkun infurmat kif meħtieġ qabel il-bidu tal-kontroll fil-post.

Artikolu 28

Ir-Rapport ta’ Kontroll

1.   Kull kontroll fil-post għandu jkun is-suġġett ta’ rapport tal-kontroll li jagħmilha possibbli li jkunu riveduti l-aspetti varji tal-kontrolli mwettqa.

2.   Is-suġġett tal-kontrolli għandu jingħata l-opportunità li jiffirma r-rapport u li jżid osservazzjonijiet, u għandu jirċievi kopja tar-rapport ta’ kontroll.

KAPITOLU 6

TNAQQIS U ESKLUŻJONIJIET

Artikolu 29

Tnaqqis u esklużjonijiet għal dikjarazzjonijiet b’nuqqas, minn impriżi ta’ l-ipproċessar

Jekk il-kwantità ta’ għalf niexef indikata f’applikazzjoni għall-għajnuna waħda jew iktar hija ikbar mill-kwantità eliġibbli taħt l-Artikolu 3, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

meta d-differenza li tinsab f’applikazzjoni għall-għajnuna ma tkunx iktar minn 20 % tal-kwantità eliġibbli, l-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun ikkalkolat fuq il-bażi tal-kwantità eliġibbli, u mnaqqas bid-doppju tad-differenza li tinstab;

(b)

meta d-differenza li tinstab fuq applikazzjoni għall-għajnuna tkun iktar minn 20 % tal-kwantità eliġibbli, l-applikazzjoni għall-għajnuna għandha tkun rifjutata;

(c)

meta d-differenza li tinstab fuq applikazzjoni għall-għajnuna ma tkunx iktar minn 20 % tal-kwantità eliġibbli, iżda ssegwi riżultat simili li jkun instab tul l-istess sena tas-suq, l-applikazzjoni għall-għajnuna għandha tkun rifjutata;

(d)

meta d-differenza li tinstab fuq applikazzjoni għall-għajnuna tkun iktar minn 50 % tal-kwantità eliġibbli jew meta differenza ta’ iktar minn 20 % iżda mhux iktar minn 50 % terġa’ tinstab tul l-istess sena tas-suq, ebda għajnuna ma għandha tingħata għas-sena tas-suq preżenti.

L-ammont li għandu jkun irkuprat għandu jkun impaċi kontra ħlasijiet ta’ għajnuna li l-impriża hija intitolata għalihom fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet ippreżentati fis-snin tas-suq wara s-sena kalendarja tar-riżultat.

Meta jinstab li l-irregolaritajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu saru intenzjonalment mill-impriża ta’ l-ipproċessar, il-benefiċjarju għandu jkun eskluż mill-għajnuna fis-sena tas-suq kurrenti u fis-sena ta’ wara.

Artikolu 30

Tnaqqis u esklużjonijiet applikabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet ta’ approvazzjoni minn impriżi ta’ l-ipproċessar u xerrejja approvati

Meta jinstab li r-rekords tal-ħażna ma jkunux jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12, jew li l-konnessjoni bejn ir-rekords tal-ħażna u l-kontijiet u d-dokumenti sustantivi ma tistax tkun stabbilita, minkejja t-tnaqqis u l-esklużjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29, għandu jkun impost fuq l-impriża ta’ l-ipproċessar tnaqqis ta’ bejn 10 % u 30 % ta’ l-ammont ta’ għajnuna li jkun sar applikazzjoni għalih għas-sena tas-suq kurrenti, skond is-serjetà tal-ksur.

Jekk jerġgħu jinstabu l-istess irregolaritajiet f’perjodu ta’ sentejn wara l-ewwel sejba, l-awtorità kompetenti għandha tiritra l-approvazzjoni ta’ l-impriża ta’ l-ipproċessar għal minimu ta’ sena tas-suq u massimu ta’ tliet snin tas-suq.

KAPITOLU 7

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 31

Force majeure u ċirkostanzi barra min-normal

Każijiet ta’ force majeure u ta’ ċirkostanzi barra min-normal b’evidenza rilevanti li tissodisfa lill-awtorità kompetenti għandhom ikunu notifikati bil-miktub lill-awtorità fi żmien 10 jiem xogħol mid-data li fiha l-persuna responsabbli fl-impriża ta’ l-ipproċessar tkun fil-pożizzjoni li tagħmel dan.

Artikolu 32

Miżuri addizzjonali u assistenza reċiproka bejn Stati Membri

1.   Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ulterjuri kollha meħtieġa għall-applikazzjoni kif meħtieġ ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef u għandhom jagħtu lil xulxin l-assistenza reċiproka meħtieġa għall-iskopijiet ta’ kontrolli meħtieġa skond dan ir-Regolament. F’dak ir-rigward, Stati Membri jistgħu, fejn dan ir-Regolament ma jipprovdix għal tnaqqis u esklużjonijiet xierqa, jimponu penalitajiet nazzjonali adattati fuq produtturi jew operaturi oħra fis-settur, bħal bdiewa jew xerrejja involuti fil-proċedura għall-għoti ta’ l-għajnuna, sabiex tkun żgurata konformità mal-kondizzjonjijiet għall-għoti ta’ l-għajnuna.

2.   Stati Membri għandhom jassistu lil xulxin biex jiżguraw kontrolli effettivi, u biex jippermettu kontrolli fuq l-awtentiċità ta’ dokumenti ppreżentati u/jew il-preċiżjoni tad-dejta skambjata.

Artikolu 33

Notifiki ta’ Stati Membri lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fil-bidu ta’ kull kwart, bil-kwantitajiet ta’ għalf niexef li fir-rigward tagħhom kienu ppreżentati tul il-kwart preċedenti applikazzjonijiet għall-għajnuna provduti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003, b’dettalji li għandhom ikunu mqassma skond ix-xhur li fihom il-kwantitajiet ikkonċernati ħallew l-impriża ta’ l-ipproċessar.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, bil-kwantitajiet ta’ għalf niexef li fir-rigward tagħhom kien rikonoxxut intitolament għall-għajnuna tul is-sena tas-suq preċedenti.

Notifiki tad-dettalji msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu għandhom jiddistingwu bejn il-kategoriji msemmija fl-Artikolu 2(1). Din l-informazzjoni tkun użata mill-Kummissjoni biex tiddetermina jekk kienx hemm konformità mal-kwantità massima garantita.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, bil-kwantitajiet stmati ta’ ħażniet ta’ għalf niexef miżmuma fl-impriżi ta’ l-ipproċessar fil-31 ta’ Marzu ta’ dik is-sena;

(b)

sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2005, bil-kwantitajiet ta’ ħażniet ta’ għalf niexef miżmuma fl-impriżi ta’ l-ipproċessar fil-31 ta’ Marzu 2005 u eliġibbli taħt it-termini ta’ l-Artikolu 34;

(c)

sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, bin-numru ta’ approvazzjonijiet ġodda, approvazzjonijiet irtirati u approvazzjonijiet provviżorji fis-sena tas-suq preċedenti;

(d)

sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, bl-istatistiċi fuq il-kontrolli mwettqa taħt l-Artikoli 23 sa 28 u bit-tnaqqis u l-esklużjonijiet applikati taħt l-Artikoli 29, 30 u 31, fis-sena tas-suq preċedenti, skond l-Anness III;

(e)

sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, rekord komprensiv ta’ enerġija wżata fil-produzzjoni ta’ għalf diżidrat, skond l-Anness I, u bil-bidliet fl-oqsma ta’ għalf leguminuż u ħadrani ieħor, skond l-Anness II, fis-sena tas-suq preċedenti;

(f)

matul ix-xahar wara l-aħħar ta’ kull perjodu ta’ sitt xhur, bil-kontenuti medji ta’ ilma rregistrati tul is-sitt xhur preċedenti f’għalf li għandu jkun diżidrat u notifikati mill-impriżi ta’ l-ipproċessar skond l-Artikolu 11(4).

(g)

sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Mejju 2005, bil-miżuri adottati biex ikun implimentat ir-Regolament (KE) Nru 1786/2003 u dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-penali nazzjonali provduti fl-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 34

Ħażniet fil-31 ta’ Marzu 2005

1.   Għalf niexef prodott tul l-2004/05 li ma jkunx ħalla l-impjant ta’ l-ipproċessar jew wieħed mill-postijiet ta’ ħażna msemmija fl-Artikolu 3(a) ta’ dan ir-Regolament qabel il-31 ta’ Marzu 2005 jista’ jkun eliġibbli għall-għajnuna provduta fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 603/95 fis-sena tas-suq 2005/06, sakemm:

(a)

ikun jikkonforma mat-termini ta’ l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

iħalli l-impriża ta’ l-ipproċessar taħt is-sorveljanza ta’ l-awtorità kompetenti taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament;

(c)

jiddaħħal fil-kontijiet fil-kuntest tal-kwantitajiet nazzjonali garantiti allokati lill-Istati Membri kkonċernati għas-sena tas-suq 2004/05;

(d)

ikun ġie ddikjarat u ċertifikat tul is-sena tas-suq 2004/05.

2.   L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jaddottaw il-miżuri neċessarji kollha ta’ ispezzjoni biex jiżguraw konformità mal-paragrafu 1.

Artikolu 35

Perjodu tranżitorju mhux obbligatorju

L-Istati Membri li japplikaw perjodu tranżitorju mhux obbligatorju skond l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom iħallsu lill-impriżi ta’ l-ipproċessar, bl-iskop tat-trasferiment sussegwenti tiegħu lil produtturi, l-għajnuna msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ibbażata fuq il-kwantitajiet rikonoxxuti bħala eliġibbli għall-għajnuna provduta fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 u soġġetta għal-limitu imsemmi fil-punt D ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Meta l-impriża ta’ l-ipproċessar tkun fornita b’għalf minn Stat Membru ieħor, l-għajnuna msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha titħallas lill-impriżi ta’ l-ipproċessar bl-iskop li din tkun trasferita lill-produttur biss jekk dak il-produttur ikun ibbażat fi Stat Membru li japplika l-perjodu tranżitorju mhux obbligatorju.

Is-somma ta’ din l-għajnuna u ta’ l-għajnuna provduta fir-Regolament (KE) Nru 1786/2003 ma tistax taqbeż is-sostenn massimu għas-settur provdut fir-Regolament (KE) Nru 603/95.

L-għajnuna msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tkun iffissata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003 u għandha titħallas lill-impriżi ta’ l-ipproċessar, li jittrasferuha lill-produtturi fi żmien 15 (ħmistax-il jum) tax-xogħol.

Artikolu 36

Is-sena tas-suq 2004/05

Ir-Regolament (KE) Nru 785/95 huwa b’dan imħassar.

Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ġestjoni ta’ l-iskema ta’ għajnuna fis-seħħ matul is-sena tas-suq 2004/05 għandhom jibqgħu japplikaw sakemm il-kontijiet għal dik is-sena tas-suq ikunu fl-aħħar dikjarati liberati.

Artikolu 37

Id-Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 2005.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 114. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 583/2004 (ĠU L 91, 30.3.2004, p. 1).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

(3)  ĠU L 63, 21.3.1995, p. 1.

(4)  ĠU L 79, 7.4.1995, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1413/2001 (ĠU L 191, 13.7.2001, p. 8).

(5)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

(6)  ĠU L 102, 15.4.1976, p. 1.

(7)  ĠU L 279, 20.12.1971, p. 7.

(8)  ĠU L 123, 29.5.1972, p. 6.


ANNESS I

Rekord ta’ enerġija wżata fil-produzzjoni ta’ għalf diżidrat

Stat Membru:

Sena tas-suq:


 

Suġġett

Unità

Kwantità

a

Produzzjoni ta’ għalf diżidrat

Tunnellati metriċi ta’ għalf diżidrat

 

b

Umdità medja mad-dħul

%

 

c

Umdità medja mat-tluq

%

 

d

Temperatura medja ta’ l-ajru mad-dħul fil-makkinarju ta’ tnixxif

°C

 

e

Konsum speċifiku

megajoules għal kull kg ta’ għalf diżidrat

 

f

Tip ta’ fjuwil użat: (gass, faħam, linjite, żejt kombustibbli, elettriku, bijomassa)

 

 

g

Valur kalorifiku speċifiku f’megajoules għal kull unità ta’ enerġija

megajoules għal kull unità ta’ enerġija

 

h

Kwantità ta’ fjuwil użata:

(a)

f’tunnellati metriċi ta’ fjuwil

 

i

(b)

f’megajoules

 


ANNESS II

Bidliet f’oqsma ta’ għalf leguminuż u għalf ħadrani ieħor

Stat Membru:

Sena tas-suq:


 

Kodiċi Cronos-Eurostat

Għalf ħadrani

Erja (1 000 ettaru)

a

2611 + 2670

(a) = b + c Għalf ħadrani mkabbar fuq raba’, li minnu:

 

b

2611

(b)

uċuh ta’ l-għalf fis-sena (qamħirrun għall-għalf, oħrajn)

 

c

2670

(c)

uċuh perenni ta’ l-għalf (silla, luċern, mergħat temporanji)

 

d

2672

Li minnhom: luċern

 

e

0002

Erja totali ta’ mergħat permanenti

 


ANNESS III

A.   Statistiċi ta’ kontroll — popolazzjoni soġġetta għal kontrolli

A.   

Approvazzjoni ta’ mpriżi ta’ l-ipproċessar:

A.1.

Għadd ta’ impriżi approvati għas-sena tas-suq

 

A.2.

Għadd ta’ approvazzjonijiet ġodda

 

A.3.

Għadd ta’ approvazzjonijiet irtirati

 

A.4.

li minnhom: għadd irtirat għal inqas minn sena tas-suq waħda

 

A.5.

li minnhom: għadd irtirat għal sena tas-suq waħda jew iżjed

 

B.   

Approvazzjonijiet ta’ xerrejja ta’ l-għalf għal tnixxif u/jew tħin

B.1.

Għadd ta’ xerrejja ta’ għalf għal tnixxif u/jew tħin approvat għas-sena tas-suq

 

B.2.

Għadd ta’ approvazzjonijiet ġodda

 

B.3.

Għadd ta’ approvazzjonijiet irtirati

 

B.4.

li minnhom: għadd irtirat għal inqas minn sena tas-suq waħda

 

B.5.

li minnhom: għadd irtirat għal sena tas-suq waħda jew iżjed

 

C.   

Kuntratti

C.1.

Għadd ta’ kuntratti

 

C.2.

Għadd ta’ bdiewa kkonċernati

 

C.3.

Għadd ta’ biċċiet inklużi fil-kuntratti

 

C.4.

Erja (f’ha) koperta mill-kuntratti

 

D.   

Dikjarazzjonijiet ta’ kunsinna

D.1.

Għadd ta’ dikjarazzjonijiet ta’ kunsinna

 

D.2.

Għadd ta’ bdiewa kkonċernati

 

D.3.

Għadd ta’ biċċiet inklużi fid-dikjarazzjonijiet ta’ kunsinna

 

D.4.

Erja (f’ha) koperta minn dikjarazzjonijiet ta’ kunsinna

 

E.   

Applikazzjonijiet ippreżentati

E.1.

Għadd ta’ applikazzjonijiet ippreżentati

 

E.2.

Għadd ta’ lottijiet ikkonċernati

 

E.3.

Kwantità pproċessata

 

E.4.

Kwantità li tkun ser titlaq (koperta minn applikazzjonijiet għall-għajnuna)

 

B.   Statistiċi ta’ kontroll — għadd ta’ kontrolli u riżultati

A.

Kontrolli fuq meded dikjarati fil-kuntratti u fl-applikazzjoni għall-għajnuna singola

Għadd ta’ bdiewa

Għadd ta’ kuntratti

Għadd ta’ biċċiet

Erja

Kwantitajiet dikjarati ineleġibbli

Penalitajiet nazzjonali (Art. 32)

A.1.   Kontrolli amministrattivi:

A.1.1.

Dikjarazzjoni ta’ l-istess medda darbtejn, minn applikant wieħed jew iktar

 

 

 

 

 

 

A.1.2.

Il-kuntratt (jew id-dikjarazzjoni ta’ kunsinna) u l-applikazzjoni għal għajnuna singola ma jikkorrispondux

 

 

 

 

 

 

A.2.   Kontrolli fil-post fuq meded dikjarati:

A.2.1.

Għadd ta’ kontrolli fil-post

 

 

 

 

 

 

A.2.2.

Ebda anomaliji

 

 

 

 

 

 

A.2.3.

Dikjarazzjoni b’żieda

 

 

 

 

 

 

A.2.4.

Dikjarazzjoni b’nuqqas

 

 

 

 

 

 

A.2.5.

Tip ta’ uċuh differenti minn dak dikjarat

 

 

 

 

 

 

A.2.6.

Ksur ieħor

 

 

 

 

 

 


B.

Kontrolli fuq xerrejja ta’ l-għalf għal tnixxif u/jew tħin

Għadd ta’ xerrejja

Għadd ta’ kuntratti

B.1.

Għadd ta’ kontrolli fil-post

 

 

B.2.

Ebda anomaliji

 

 

B.3.

Irregolaritajiet fir-rekords tal-ħażna

 

 

B.4.

Ksur ieħor

 

 


C.

Kontrolli fuq impriżi ta’ l-ipproċessar

Għadd ta’ impriżi

Għadd ta’ applikazzjonijiet

Għadd ta’ lottijiet

Kwantità ta’ għalf niexef li tkun ser titlaq

Kwantità ta’ għalf niexef imħallat

C.1.   Kontrolli amministrattivi:

C.1.1.

Applikazzjonijiet tard, sa 25 jum tard

 

 

 

 

 

C.1.2.

Applikazzjonijiet tard, iktar minn 25 jum tard

 

 

 

 

 

C.1.3.

Ebda notifika qabel it-tluq

 

 

 

 

 

C.1.4.

Nuqqas ta’ konformità mal-kriterji ta’ kontenut ta’ ilma u/jew proteina

 

 

 

 

 

C.1.5.

Irregolaritajiet oħra traċċati

 

 

 

 

 

C.2.   Kontrolli fil-post fuq impriżi ta’ l-ipproċessar

C.2.1.

Għadd ta’ kontrolli fil-post

 

 

 

 

 

C.2.2.

Għadd ta’ kampjuni meħuda (Art. 10(2))

 

 

 

 

 

C.2.3.

Ebda notifika qabel it-tluq

 

 

 

 

 

C.2.4.

Nuqqas ta’ konformità mal-kriterji ta’ kontenut ta’ ilma u/jew proteina

 

 

 

 

 

C.2.5.

Irregolaritajiet ta’ użin

 

 

 

 

 

C.2.6.

Ir-rekords tal-ħażna u l-kontijiet ma jikkorrispondux

 

 

 

 

 

C.2.7.

Irregolaritajiet oħra fir-rekords tal-ħażna

 

 

 

 

 

C.2.8.

Irregolaritajiet oħra traċċati

 

 

 

 

 

C.3.   Penalitajiet applikati (Art. 29):

C.3.1.

Differenza ta’ mhux iktar minn 20 % (Art. 29(a))

 

 

 

 

 

C.3.2.

Każ riptetut ta’ differenza ta’ mhux iktar minn 20 % (Art. 29(c))

 

 

 

 

 

C.3.3.

Differenza ta’ bejn 20 % u 50 % (Art. 29(b))

 

 

 

 

 

C.3.4.

Każ ripetut ta’ differenza ta’ bejn 20 % u 50 % (Art. 29(d))

 

 

 

 

 

C.3.5.

Differenza ta’ iktar minn 50 % (Art. 29(d))

 

 

 

 

 

C.3.6.

Irregolarità intenzjonata (Art. 29, it-tielet subparagrafu)

 

 

 

 

 

C.3.7.

Penalitajiet finanzjarji ta’ 10 %–30 % (Art. 30)

 

 

 

 

 


D.

Kontrolli fuq it-traċċabilità ta’ prodotti (Art. 27(1))

Għadd ta’ lottijiet

Kwantità ta’ għalf niexef li tkun ser titlaq

Kwantità ta’ għalf niexef imħallat

D.1.

Kontrolli fuq ir-realtà ta’ xiri ta’ għalf għal tnixxif u tħin (kunsinna u ħlas)

 

 

 

D.2.

Kontrolli fuq ir-realtà (riċevuta u ħlas) ta’ għalf niexef li jitlaq lejn l-ewwel intermedjarju (impriżi ta’ tqegħid fis-suq)

 

 

 

D.3.

Kontrolli fuq ir-realtà (riċevuta u ħlas) ta’ għalf niexef li jitlaq lejn l-intermedjarju finali

 

 

 


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

157


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 386/2005

tat-8 ta' Marzu 2005

li jemenda diversi regolamenti dwar il-kodiċi tan-nomenklatura magħquda għal ċertu frott u ħaxix u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għall-prodotti tal-agrikoltura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 tas-7 ta’ Settembru 2004 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika [in-nomenklatura tariffarja u statistika] u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2) jipprovdi għal emendi għan-nomenklatura magħquda għal ċertu frott u ħaxix u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix.

(2)

Ir-Regolamenti li jemendaw l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (3) fi snin preċedenti kienu daħħlu wkoll tibdil fin-nomenklatura magħquda għal ċertu frott u ħaxix u ċerti prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix, imma dawn l-emendi mhux kollha jinsabu riflessi fir-Regolamenti li ġejjin li jirregolaw l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex kif ukoll tal-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1591/87 tal-5 ta’ Ġunju 1987 li jistabbilixxi standards ta’ kwalità għall-kaboċċi, il-brussels sprouts [il-kaboċċi ta’ Brussell], il-karfus irrigat, l-ispinaċi u l-għajnbaqar (4); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1677/88 tal-15 ta’ Ġunju 1988 li jistabbilixxi l-livelli ta’ kwalità tal-ħjar (5); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 tal-21 ta’ Frar 1994 dwar miżuri speċifiċi għall-għeneb imnixxef (6); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (7); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għal dazji tal-importazzjoni fuq frott u ħxejjex (8) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward ir-rifondi tal-esportazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex (9).

(3)

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1591/87, (KEE) Nru 1677/88, (KE) Nru 399/94, (KE) Nru 3223/94, (KE) Nru 1555/96 u (KE) Nru 1961/2001 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(4)

L-emendi għandhom japplikaw fl-istess żmien ta’ meta jibda japplika r-Regolament (KE) Nru 1810/2004.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1591/87, l-ewwel paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“L-istandards ta’ kwalità għall-prodotti li ġejjin huma stipulati fl-Annessi I, II, III, IV u V:

il-kaboċċi, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0704 90,

il-kaboċċi ta’ Brussell (Brussels sprouts), li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0704 20 00,

il-karfus irrigat, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 0709 40 00,

l-ispinaċi, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 0709 70 00.”

Artikolu 2

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1677/88, l-ewwel paragrafu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“L-istandards ta’ kwalità għall-ħjar li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0707 00 05 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.”

Artikolu 3

Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 399/94, l-ewwel paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Għandhom jiġu adottati miżuri speċifiċi marbuta mal-kwalità tal-għeneb imnixxef prodott fil-Komunità u kopert mill-kodiċi NM 0806 20 10 u 0806 20 30 b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 4.”.

Artikolu 4

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 3223/94, il-Parti A hi emendata kif ġej:

1.

Fil-ħames linja tat-tabella, il-kodiċi NM għal-larinġ ħelu, frisk “ex 0805 10 10, ex 0805 10 30 u ex 0805 10 50” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kodiċi NM “ex 0805 10 20”.

2.

Fl-għaxar linja tat-tabella, il-kodiċi NM għat-tuffieħ “ex 0808 10 20, ex 0808 10 50 u ex 0808 10 90” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kodiċi NM “ex 0808 10 80”.

Artikolu 5

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1555/96 huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-ħames linja tat-tabella, il-kodiċi NM għal-larinġ “ex 0805 10 10, ex 0805 10 30 u ex 0805 10 50” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kodiċi NM “ex 0805 10 20”.

2.

Fl-għaxar linja tat-tabella, il-kodiċi NM għat-tuffieħ “ex 0808 10 20, ex 0808 10 50 u ex 0808 10 90” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kodiċi NM “ex 0808 10 80.”

Artikolu 6

Fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1961/2001, it-tielet subparagrafu huwa emendat kif ġej:

1.

Il-ħames inċiż għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“—

larinġ kopert mill-kodiċi NM 0805 10 20,”;

2.

Il-ħdax u t-tnax-il inċiż għandhom jiġu ssostitwiti b’dan li ġej:

“—

lumi (Citrus limon, Citrus limonum) kopert mill-kodiċi NM 0805 50 10,

xkomp (Citrus aurantifolia) kopert mill-kodiċi NM 0805 50 90,”;

3.

L-erbatax-il inċiż hu ssostitwit b’dan li ġej:

“—

tuffieħ kopert mill-kodiċi NM 0808 10 10 u 0808 10 80,”.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta' marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 34, 9.2.1979, p. 2. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 105).

(2)  ĠU L 327, 30.10.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1989/2004 (ĠU L 344, 20.11.2004, p. 5).

(4)  ĠU L 146, 6.6.1987, p. 36. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 907/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 50).

(5)  ĠU L 150, 16.6.1988, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 907/2004.

(6)  ĠU L 54, 25.2.1994, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2826/2000 (ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2).

(7)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 537/2004 (ĠU L 86, 24.3.2004, p. 9).

(8)  ĠU L 193, 3.8.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1844/2004 (ĠU L 322, 23.10.2004, p. 12).

(9)  ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 537/2004.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

159


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 394/2005

tat-8 Ta' Marzu 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 795/2004 tal-21 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas uniku li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 145(c) u (d) u (q) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (2) jintroduċi r-regoli implimentattivi għal skema ta’ pagament uniku li ser japplikaw sa mill-2005. L-implimentazzjoni amministrattiva u operattiva tal-iskema li nbniet, fuq dik il-bażi, fil-livell nazzjonali, uriet il-ħtieġa għal regoli aktar dettaljati dwar xi aspetti tal-iskema u sabiex ikunu ċċarati u adattati ċerti aspetti tar-regoli eżistenti.

(2)

B’mod partikolari, huwa xieraq li tkun speċifikata l-applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ għelejjel multiannwali f’relazzjoni mal-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal art mistrieħa u f’relazzjoni mal-iskema għall-għajnuna għal għelejjel għall-enerġija msemmija fl-Artikolu 88 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(3)

Għal raġunijiet amministrattivi, sabiex ikun limitat il-ħolqien ta’ frazzjonijiet ta’ intitolamenti għal ħlas ħlief jekk meħtieġ, l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jipprevedi li fil-każ ta’ trasferiment, qabel ma jinqasam intitolament eżistenti, għandhom jintużaw il-frazzjonijiet kollha eżistenti. Huwa xieraq li jkun speċifikat li din id-dispożizzjoni għandha tirreferi għall-frazzjonijiet ta’ intitolamenti eżistenti tal-istess natura, bħal intitolamenti normali, intitolamenti għal twarrib, intitolamenti akkumpanjati minn awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(4)

Skont l-Artikolu 7 (6) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004, il-bdiewa li krew jew biegħu ettari m’għandhomx jibbenefikaw mill-mekkaniżmu previst f’dak l-Artikolu. Safejn l-għan ta’ dak il-mekkaniżmu mhuwiex ippreġudikat mill-fatt tal-bejgħ jew kiri ta’ numru ekwivalenti ta’ ettari, għandu jkun previst li l-mekkaniżmu għandu japplika wkoll f’dawk il-każijiet.

(5)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jipprevedi għall-mogħdija għar-riżerva nazzjonali ta’ parti mill-ammont ta’ referenza f’sitwazzjonijiet partikolari. Għal raġunijiet amministrattivi huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew japplikaw dan it-tnaqqis ’il fuq minn limitu massimu li għandu jkun iddefinit.

(6)

L-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jassimila kiri għall-bejgħ ta’ art għal finijiet ta’ investiment. L-investimenti fil-kapaċità għall-produzzjoni magħmulin taħt il-forma ta’ kera għandhom ukoll ikunu kkunsidrati.

(7)

L-għan tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 huwa li jiġu kkunsidrati każijiet ta’ bdiewa li jsibu lilhom infushom f’sitwazzjonijiet speċjali li ġejjin mill-fatt li xtraw art taħt kera waqt il-perjodu ta’ referenza. Huwa xieraq li jkun speċifikat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni billi tingħata definizzjoni tal-kundizzjoni tal-kera li għandha tkun ikkunsidrata.

(8)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46 (2) tar-Regolament (KE) nru 1782/2003 jipprevedi li, ħlief fil-każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali, bidwi jista’ jittrasferixxi l-intitolamenti ta’ ħlasijiet tiegħu mingħajr art biss wara li huwa jkun uża, fit-tifsira tal-Artikolu 44 ta’ dak ir-Regolament, tal-inqas 80 % tal-intitolamenti ta’ ħlas tiegħu tal-inqas waqt sena kalendarja waħda jew, wara li jkun ċeda volontarjament lir-riżerva nazzjonali l-intitolamenti ta’ ħlas kollha li huwa ma użax fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku. Huwa xieraq li jkunu speċifikati l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu għalhekk ikun emendat kif meħtieġ.

(10)

Sa mill-1 ta’ Jannar 2006, l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004 (3), jawtorizza lill-Istati membri jippermettu għelejjel sekondarji li jkunu kkultivati fuq l-ettari eliġibbli waqt perijodu massimu ta’ tliet xhur li kull sena jibda fil-15 ta’ Awissu. Jekk jittieħed f'kusiderazzjoni li sal-31 ta’ Diċembru 2004 tali prattiki huma kompatibbli mar-regoli eżistenti dwar ħlasijiet diretti u li l-bdiewa jistgħu mill-ġdid ikunu awtorizzati taħt dik id-dispożizzjoni l-ġdida sa mill-1 ta’ Jannar 2006, il-fatt tal-interruzzjoni ta’ tali prattiki għal sena jkun jirriżulta fi problemi ekonomiċi severi għall-bdiewa mdorrijin b’tali prattiki u tipprovoka wkoll problemi prattiċi u speċifiċi f’termini ta’ eliġibbiltà tal-art. Għalhekk, sabiex tkun iggarantita l-kontinwità tal-miżura u sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu, fl-Istati Membri fejn ser tittieħed deċiżjoni bħal din, jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom taż-żrigħ fil-ħin, huwa meħtieġ u debitament iġġustifikat li jkun hemm previżjoni, bħala deroga mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għall-applikazzjoni ta’ dik l-għażla fl-2005.

(11)

Minħabba l-fatt li l-iskema ta’ pagament uniku hija applikabbli sa mill-1 ta’ Jannar 2005, huwa xieraq li dan ir-regolament japplika retroattivament minn dik id-data.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2, il-punti (c) u (d) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(c)

‘għelejjel permanenti’ għandha tfisser għelejjel mhux rotazzjonali barra minn mergħa permanenti li tokkupa l-art għal ħames snin jew aktar u li jagħtu ħsad ripetut li jinkludu mixtliet kif iddefinit fil-punt (G/5) tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE (*), bl-eċċezzjoni ta’ għelejjel multiannwali u l-mixtliet ta’ tali għelejjel multiannwali.

Għall-fini tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u f’każ ta’ żoni li huma wkoll soġġetti għal applikazzjoni tal-għajnuna għal għelejjel għall-enerġija prevista fl-Artikolu 88 ta’ dak ir-Regolament, l-imsajġar b’rotazzjoni qasira (kodiċi NM Ex06029041), il-Miscanthus sinensis (kodiċi NM Ex06029051) Phalaris arundicea (Ħaxix canary qasab) (kodiċi NM Ex12149090) għandhom ikunu kkunsidrati bħala għelejjel multiannwali. Madankollu, għall-finijiet tal-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom ikunu kkunsidrati bħala ettari eliġibbli:

iż-żoni miżrugħin b’dawk l-għelejjel bejn it-30 ta’ April 2004 u [data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]

iż-żoni miżrugħin b’dawk l-għelejjel qabel it-30 ta’ April 2004 u mikrijin jew akkwistati, bejn it-30 ta’ April 2004 u [id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] bil-ħsieb li ssir applikazzjoni għall-iskema ta’ pagament uniku.

(d)

‘għelejjel multiannwali’ għandha tfisser għelejjel tal-prodotti li ġejjin:

Kodiċi NM

 

0709 10 00

Qaqqoċċ

0709 20 00

Spraġ

Ex07099090

Rabarbru

0810 20

Lampun ‘blackberries’, tut u ċawsli u ‘loganberries’

0810 30

Ribes iswed, abjad u aħmar u ‘gooseberries’

0810 40

‘Cranberries’ mirtilil u frott ieħor tal-ġenus Vaccinium

(*)  ĠU L 38, 12.2.2000, p. 1.”"

2.

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw biss jekk il-bidwi xorta għad jeħtieġlu jiddikjara jew jittrasferixxi intitolament ta’ ħlas jew frazzjoni ta’ intitolament ta’ ħlas ma’ frazzjoni ta’ ettaru wara li jkun iddikjara jew ittrasferixxa intitolamenti ta’ ħlas eżistenti jew frazzjonijiet ta’ intitolamenti ta’ ħlas tal-istess natura.”

3.

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.   Għall-fini tal-paragrafi 1, 2, 3 u 4, l-ettari ttrasferiti b’bejgħ jew b'kiri, u mhux issostitwiti b’numru korrispondenti ta’ ettari, għandhom ikunu inklużi fin-numru ta’ ettari ddikjarat minn bidwi.”

4.

Fl-Artikolu 10 jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limitu massimu li lil hinn minnu għandu japplika l-paragrafu 1.”

5.

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4.   Kiri għal terminu fit-tul ta’ sitt snin jew aktar mibdi l-aktar tard sal-15 ta’ Mejju 2004 għandu jkun ikkunsidrat bħala kiri ta’ art jew investiment fil-kapaċità tal-produzzjoni għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1.”

6.

Fl-Artikolu 22 (2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, ‘art b'kiri’ għandha tfisser art li kienet, fiż-żmien tax-xiri jew wara, b’kera li qatt ma ġiet imġedda ħlief meta t-tiġdid kien impost minn obbligu legali.”

7.

Fl-Artikolu 25, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46 (2) tar-Regolament (KE) nru 1782/2003, il-perċentwal tal-intitolamenti ta’ ħlas li l-bidwi jkun uża għandu jkun ikkalkulat fuq in-numru ta’ intitolamenti ta’ ħlas allokati lilu fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku, bl-eċċezzjoni ta’ intitolamenti ta’ ħlas mibjugħin mal-art, u għandhom jintużaw waqt sena kalendarja waħda.”

8.

L-Artikolu 47 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 47

Qbiż tal-limiti massimi

Fejn is-somma tal-ammonti li għandhom jitħallsu taħt kull skema previsti fl-Artikoli 66 sa 71 tar-Regolament (KE) nru 1782/2003 taqbeż il-limitu massimu stabbilit skont l-Artikolu 64(2) ta’ dak ir-Regolament, l-ammont li għandu jitħallas għandu jitnaqqas proporzjonalment fis-sena kkonċernata.”

Artikolu 2

Bħala deroga mill-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) nru 1782/2003, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li għas-sena 2005 japplikaw it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(b) ta’ dak ir-regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 864/2004.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 Ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 864/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1974/2004 (OJ L 345, 20.11.2004, p. 85).

(3)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

162


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 436/2005

tad-17 ta' Marzu 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fost l-oħrajn, rigward il-kondizzjonijiet għall-verifika tal-kontenut tat-tetraidrokannabinol fit-tkabbir tal-qanneb.

(2)

Skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, l-Istati Membri nnotifikaw ir-riżultati tat-testijiet biex ikunu ddeterminati l-livelli tat-tetraidrokannabinol fil-varjetajiet ta’ qanneb miżrugħin fl-2004. Dawk ir-riżultati għandhom ikunu kkunsidrati meta titfassal il-lista ta’ varjetajiet ta’ qanneb rigward l-iskemi ta’ għajnuna relatati ma’ qasam fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni li ġejjin u l-lista ta’ varjetajiet aċċettati temporanjament għall-2005/2006. Xi wħud minn dawn il-varjetajiet għandhom ikunu sottomessi għall-proċedura B prevista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 796/2004 qed jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Article 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2005/2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2217/2004 (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 1)

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 239/2005 (ĠU L 42, 12.2.2005, p. 3).


ANNESS

“ANNESS II

VARJETAJIET TA’ QANNEB IMKABBRIN GĦALL-FIBRA ELIĠIBBLI GĦAL ĦLASIJIET DIRETTI

(a)

Qanneb imkabbar għall-fibra

 

Beniko

 

Carmagnola

 

CS

 

Delta-Llosa

 

Delta 405

 

Dioica 88

 

Epsilon 68

 

Ferimon — Férimon

 

Fibranova

 

Fibrimon 24

 

Futura 75

 

Juso 14

 

Red Petiole

 

Santhica 23

 

Santhica 27

 

Uso-31

(b)

Qanneb imkabbar għall-fibra awtorizzat fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2005/2006

 

Bialobrzeskie

 

Chamaeleon (1)

 

Cannacomp

 

Fasamo

 

Fedora 17

 

Felina 32

 

Felina 34 — Félina 34

 

Fibriko TC

 

Finola

 

Lipko

 

Silesia (2)

 

Tiborszállási

 

UNIKO-B



15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

164


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 489/2005

tad-29 ta’ Marzu 2005

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1785/2003 fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ ċentri ta’ intervent u t-teħid ta’ ross li għadu fil-fosdqa mill-aġenziji ta’ intervent

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(3) u 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jiddefinixxi l-kwalità standard tar-ross fil-fosdqa li għalih il-prezz ta’ l-intervent huwa ffissat.

(2)

Bil-għan li tkun stimolata l-produzzjoni ta’ ross ta’ kwalità tajba, il-kriterji ta’ l-intervent għandhom jiġu msaħħa. Żieda fil-produzzjoni mit-tħin, u tnaqqis simultanju fit-tolleranza tal-produzzjonijiet li jiddevjaw mill-produzzjoni bażika huma l-modi l-aktar effettivi għall-promozzjoni tal-produzzjoni ta’ ross ta’ kwalità u li jiżgura l-kwalità tar-ross maħżun mill-aġenziji ta’ intervent. Din hija wkoll l-okkażjoni biex jitneħħew ċerti varjetajiet antiki mil-lista ta’ varjetajiet li hemm fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 708/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar it-teħid ta’ ross li għadu fil-fosdqa mill-aġenziji ta’ intervent u l-iffissar ta’ l-ammonti korrettivi u ż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz li għandhom jiġu applikati (2).

(3)

Biex tkun żgurata l-ġestjoni sodisfaċenti ta’ l-intervent, għandha tkun iffissata kwantità minima għal kull offerta. Madankollu, għandu jkun hemm dispożizzjoni biex ikun iffissat limitu ogħla biex ikunu jistgħu jiġi kkunsidrati d-drawwiet u l-kundizzjonijiet tal-kummerċ li huma rilevanti fis-suq bl-ingrossa f’xi Stati Membri.

(4)

Ross fil-fosdqa li l-kwalità tiegħu ma tippermettix użu jew ħażna xierqa ma għandux jiġi aċċettat għall-intervent. Meta tiġi ffissata l-kwalità minima, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kundizzjonijiet tat-temp fiż-żoni tal-Komunità fejn jitkabbar ir-ross. Bil-għan li jkunu jistgħu jittieħdu lottijiet uniformi; għandu jkun speċifikat li lott għandu jkun magħmul mill-istess varjetà ta’ ross.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jistabbilixxi li l-prezz ta’ l-intervent huwa ffissat għal ross li għadu fil-fosdqa ta’ kwalità ta’ standard speċifiku u li, jekk il-kwalità tar-ross offrut għall-intervent hija differenti minn dak l-istandard ta’ kwalità, il-prezz ta’ l-intervent huwa aġġustat billi jiġu applikati żidiet jew tnaqqis fil-prezz.

(6)

Għall-applikazzjoni taż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi bażiċi tar-ross fil-fosdqa, biex b’hekk tkun tista’ ssir evalwazzjoni oġġettiva tal-kwalità tiegħu; l-evalwazzjoni ta’ l-imdewwa tiegħu, il-produzzjoni mit-tħin u d-difetti fil-qamħa, bl-użu ta’ metodi sempliċi u effettivi tissodisfa dan ir-rekwiżit.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jillimita l-kwantità li tista’ tinxtara mill-aġenziji ta’ intervent għal 75 000 tunnellata għal kull sena tas-suq. Bil-għan li din il-kwantità titqassam b’mod ġust, il-kwantitajiet għal kull Stat Membru produttur għandhom jiġu ffissati, billi jkunu kkunsidrati ż-żoni fuq bażi nazzjonali ffissati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (3) u l-produzzjoni medja stabbilita fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(8)

Bil-għan li l-iskema ta’ l-intervent tkun kemm jista’ jkun sempliċi u effiċjenti, l-offerti għandhom jitressqu liċ-ċentru ta’ intervent li huwa l-aktar qrib il-post fejn il-prodotti huma maħżuna u għandhom ikunu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar l-ispejjeż għat-trasport tagħhom lejn il-maħżen fejn l-aġenzija ta’ intervent teħodhom fil-pussess.

(9)

Il-kontrolli biex ikun żgurat li l-prodotti offruti huma konformi mar-rekwiżiti fuq il-piż u l-kwalità għandhom jiġu stabbiliti bi preċiżjoni; għandha ssir distinzjoni bejn, minn naħa, l-aċċettazzjoni tal-prodotti offruti wara li tkun ġiet ikkontrollata l-kwantità u l-konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità u, min-naħa l-oħra, l-iffissar tal-prezz li għandu jitħallas lill-applikant wara li jkunu saru t-testijiet meħtieġa biex ikunu identifikati l-karatteristiċi preċiżi ta’ kull lott ibbażati fuq kampjuni rappreżentattivi.

(10)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għal każijiet fejn il-prodotti jittieħdu fil-pussess mill-imħażen ta’ l-applikant; f’dawn il-każijiet għandha ssir referenza għall-kontijiet ta’ l-istokk ta’ l-applikant, suġġetti għal kontrolli addizzjonali biex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti fit-teħid tal-pussess mill-aġenzija ta’ intervent.

(11)

Peress li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jissostitwixxu dawk tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 708/98 u (KE) Nru 549/2000 li jiddeterminaw iċ-ċentri (4) ta’ intervent tar-ross, dawk ir-Regolamenti għandhom jiġu revokati.

(12)

Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-Ċentri ta’ Intervent

Iċ-ċentri ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Xiri mill-aġenziji ta’ intervent

1.   Matul il-perjodu ta’ xiri stabbilit fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, kull detentur ta’ lott ta’ mhux inqas minn 20 tunnellata ta’ ross fil-fosdqa maħsud fil-Komunità għandu d-dritt li joffri dan ir-ross lill-aġenzija ta’ intervent.

Lott għandu jkun magħmul minn ross ta’ l-istess varjetà.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kwantità minima tal-lott imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu f’livell ogħla.

2.   Meta lott ikun ikkunsinnat f’diversi tagħbijiet (bi trakk, barkun, ferrovija, eċċ) kull tagħbija għandha tkun konformi mal-karatteristiċi minimi rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3, minkejja l-Artikolu 12.

Artikolu 3

Karatteristiċi minimi rekwiżiti

1.   Biex ikun aċċettat għall-intervent, ir-ross fil-fosdqa għandu jkun ta’ kwalità tajba u li jista’ jiġi nnegozjat b’mod ġust.

2.   Ross fil-fosdqa għandu jitqies ta’ kwalità tajba u li jista’ jiġi nnegozjat b’mod ġust jekk:

(a)

huwa ħieles minn irwejjaħ u ma fihx insetti ħajjin,

(b)

il-kontenut tiegħu ta’ mdewwa ma jaqbiżx l-14,5 %,

(c)

il-produzzjoni mit-tħin mhix iktar minn ħames punti taħt il-produzzjoni bażika stipulata fl-Anness II. A,

(d)

il-perċentwali ta’ impuritajiet differenti, il-perċentwali ta’ qmuħ ta’ ross ta’ varjetajiet oħra u l-perċentwali ta’ qmuħ li m’humiex ta’ kwalità difettuża kif definit fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, ma jaqbżux il-perċentwali massimu stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament, bit-tip tar-ross,

(e)

il-livell ta’ radjuattività ma jaqbiżx il-livelli massimi permessi mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

3.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “impuritajiet differenti” tfisser materjal ieħor barra mir-ross.

Artikolu 4

Żidiet u tnaqqis fil-prezz

Iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz imsemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 għandhom japplikaw għall-prezz ta’ l-intervent għar-ross fil-fosdqa offrut għall-intervent billi jkun immultiplikat bis-somma stabbilita tal-perċentwali ta’ żidiet u tnaqqis, kif ġej:

(a)

fejn il-kontenut ta’ l-indewwa tar-ross fil-fosdqa jaqbeż it-13 %, il-perċentwali ta’ tnaqqis fil-prezz tiegħu ta’ l-intervent għandu jkun ugwali għad-differenza bejn il-perċentwali tal-kontenut ta’ l-indewwa tar-ross fil-fosdqa offrut għall-intervent, ikkalkulat sa post deċimali, u 13 %;

(b)

fejn il-produzzjoni mit-tħin tar-ross hija differenti mill-produzzjoni mit-tħin bażika għall-varjetà kkonċernata kif stabbilit fil-Parti A ta’ l-Anness II għal dan, iż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz li għandhom jiġu applikati għal kull varjetà ta’ ross għandhom ikunu kif murija fil-Parti B ta’ l-Anness II;

(c)

fejn id-difetti fil-qamħ tar-ross fil-fosdqa jaqbżu t-tolleranza permessa għall-kwalità standard tar-ross fil-fosdqa, il-perċentwali ta’ tnaqqis li għandu jkun applikat fuq il-prezz ta’ l-intervent għandu jkun kif stabbilit fl-Anness IV, bit-tip ta’ ross;

(d)

fejn il-perċentwali ta’ impuritajiet differenti fir-ross fil-fosdqa jaqbeż 0,1 %, huwa għandu jinxtara bi tnaqqis fil-prezz ta’ l-intervent ta’ 0,02 % għal kull żieda ta’ 0,01 % fid-differenza;

(e)

fejn lott ta’ ross fil-fosdqa huwa offrut għall-intervent għal varjetà partikolari iżda jinkludi qamħ ta’ varjetajiet oħra li jaqbżu t-3 %, il-lott għandu jinxtara bi tnaqqis ta’ 0,1 % fuq il-prezz ta’ l-intervent għal kull żieda ta’ 0,1 % fid-differenza.

Artikolu 5

Kwantitajiet eliġibbli għall-intervent

B’effett mis-sena tas-suq 2004/05, il-kwantitajiet ta’ ross fil-fosdqa eliġibbli għall-intervent għal kull sena għandu jinqasam f’parti speċifika għal kull Stat Membru produttur (parti 1), kif stabbilit fit-tabella fl-Anness V, u parti komuni għall-Komunità kollha magħmula minn kwantitajiet mhux allokati fil-parti 1 (parti 2).

Artikolu 6

Offerti tan-negozjanti

1.   L-offerti kollha għal bejgħ fl-intervent għandhom isiru bil-miktub, u preferibbilment mibgħuta bil-posta elettronika, lil aġenzija ta’ intervent, bl-użu tal-formola mfassla minnha.

Biex ikunu eliġibbli, l-offerti għall-partijiet 1 u 2 għandhom jiġu ppreżentati bejn l-1 u d-9 ta’ April u l-1 u d-9 ta’ Ġunju rispettivament.

2.   L-offerta għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

(a)

l-isem ta’ l-applikant,

(b)

il-post tal-ħażna tar-ross offrut,

(c)

il-kwantità offruta skond l-Artikolu 2,

(d)

il-varjetà,

(e)

il-karatteristiċi prinċipali, inkluża l-produzzjoni totali u l-produzzjoni mit-tħin tal-qamħa sħiħa,

(f)

is-sena tal-ħsad,

(g)

il-kwantità minima ta’ l-offerta, li taħtha l-offerta hija meqjusa mill-applikant li ma tkunx applikabbli,

(h)

iċ-ċentru ta’ intervent li lilu tkun magħmula l-offerta,

(i)

il-prova li l-applikant ikun ippreżenta garanzija ta’ EUR 50 kull tunnellata ta’ ross fil-fosdqa, jew EUR 20 kull tunnellata ta’ ross fil-fosdqa għall-produtturi jew il-gruppi ta’ produtturi li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1709/2003 (5),

(j)

id-dikjarazzjoni li l-prodott huwa ta’ oriġini Komunitarja, bl-indikazzjoni tar-reġjun ta’ produzzjoni,

(k)

it-trattamenti tal-pestiċidi mwettqa, bl-ispeċifikazzjoni tad-dożi użati.

3.   L-offerti kollha għandhom isiru lill-aġenzija ta’ intervent ta’ l-Istat Membru produttur fir-rigward taċ-ċentru ta’ intervent fl-Istat Membru li huwa l-eqreb għal fejn ir-ross fil-fosdqa qed jinżamm meta ssir l-offerta. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “l-eqreb ċentru ta’ intervent” tfisser iċ-ċentru fl-Istat Membru produttur li fih ir-ross fil-fosdqa jista’ jkun ikkunsinnat bl-inqas spejjeż.

4.   Ladarba ppreżentata, offerta ma tistgħax tkun mibdula jew irtirata.

5.   Meta offerta mhix eliġibbli, l-aġenzija ta’ intervent għandha tinforma lin-negozjant rilevanti b’dak il-fatt fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-preżentazzjoni ta’ l-offerta.

Artikolu 7

L-għotja tal-kwantitajiet

1.   Mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ xogħol f’Mejju, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru għandha teżamina jekk il-kwantità totali għall-parti 1 taqbiżx jew le l-kwantità disponibbli. Fejn tinqabeż, hija għandha tapplika ko-effiċjent, sa sitt postijiet deċimali, biex tagħti l-kwantitajiet. Dan il-ko-effiċjent għandu jkun stabbilit fl-ogħla valur possibbli, biex jiżgura (minħabba l-kwantità minima għal kull offerta) li l-kwantità totali mogħtija hija ugwali għal jew inqas mill-kwantità disponibbli. Meta ma jkunx hemm produzzjoni żejda, il-ko-effiċjent ta’ l-għotja għandu jkun ta’ 1.

Fejn xieraq, il-kwantità mhux użata, jew id-differenza bejn il-kwantità disponibbli u l-kwantità totali mogħtija, għandha tkun miżjuda mal-kwantità ffissata għall-parti 2.

L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-valur tal-ko-effiċjent ta’ l-għotja, il-kwantità totali mogħtija u l-kwantità mhux użata u mgħoddija lill-parti 2, mhux aktar tard mil-jum ta’ wara d-data indikata fl-ewwel sottoparagrafu. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi dan it-tagħrif għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-websajt tagħha malajr kemm jista’ jkun.

Mhux aktar tard mit-tieni jum ta’ wara d-data mogħtija fl-ewwel sottoparagrafu, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru għandha tinnotifika lill-applikant li l-offerta tkun ġiet aċċettata għal kwantità mogħtija li tkun ugwali għall-kwantità offerta mmultiplikata bil-ko-effiċjent ta’ l-għotja. Madankollu, jekk din il-kwantità hija taħt il-kwantità minima indikata fl-offerta, din għandha tkun imnaqqsa għal 0.

2.   Għall-parti 2, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ xogħol f’Lulju, bil-kwantitajiet, fejn xieraq, offruti bil-kwantitajiet minimi speċifikati. Din in-notifika għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu tal-mudell fl-Anness VI. Għandha ssir anke jekk ma ġiet offruta l-ebda kwantità ta’ ross.

Il-Kummissjoni tiġbor l-offerti kollha ppreżentati fl-Istati Membri u teżamina jekk il-kwantità totali offruta taqbiżx jew le l-kwantità disponibbli. Meta ma jkunx hemm produzzjoni żejda, għandha tapplika ko-effiċjent, sa sitt postijiet deċimali, biex tagħti l-kwantitajiet. Dan il-ko-effiċjent għandu jkun stabbilit għall-ogħla valur possibbli, biex ikun żgurat (minħabba l-kwantitajiet minimi ta’ kull offerta) li l-kwantità totali offruta hija ugwali għal jew inqas mill-kwantità disponibbli. Meta ma jkunx hemm produzzjoni żejda, il-ko-effiċjent ta’ l-għotja għandu jkun ta’ 1.

Mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ xogħol wara l-pubblikazzjoni tal-ko-effiċjent ta’ l-għotja f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru għandha tinnotifika lill-applikant li l-offerta ġiet aċċettata għal kwantità ta’ għotja ugwali għall-kwantità offruta mmultiplikata bil-ko-effiċjent ta’ l-għotja. Madankollu, jekk din il-kwantità hija taħt il-kwantità minima indikata fl-offerta, hija għandha titnaqqas għal 0.

3.   Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 6(2)(i) għandha tkun rilaxxata proporzjonalment għall-kwantità offruta iżda mhux mogħtija. Għall-kwantità mogħtija, din għandha tkun rilaxxata fit-totalità tagħha ladarba 95 % tal-kwantità tkun ġiet ikkunsinnata skond l-Artikolu 9.

Artikolu 8

L-ispejjeż tat-trasport

1.   L-ispejjeż biex jiġu trasportati l-prodotti mill-maħżen fejn huma maħżuna fil-mument li l-offerta hija ppreżentata lill-eqreb ċentru ta’ intervent, għandu jħallashom l-applikant.

2.   Jekk l-aġenzija ta’ intervent ma tieħux ir-ross fil-fosdqa fl-eqreb ċentru ta’ intervent, l-ispejjeż addizzjonali ta’ trasport għandhom jitħallsu mill-aġenzija ta’ intervent.

3.   L-ispejjeż imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu stabbiliti mill-aġenzija ta’ intervent.

Artikolu 9

Il-kunsinna

1.   L-aġenzija ta’ intervent għandha tiffissa d-data u ċ-ċentru ta’ intervent għall-kunsinna u għandha tinnotifika minnufih lill-applikant bit-tnejn. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jiġu appellati sa mhux aktar tard minn jumejn ta’ xogħol minn meta tasal in-notifika.

2.   Il-kunsinna liċ-ċentru ta’ intervent għandha ssir mhux aktar tard mit-tmiem it-tielet xahar wara li tasal l-offerta u f’kull każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu tas-sena tas-suq attwali.

Fil-każ ta’ kunsinni maqsumin fiż-żmien, l-aħħar parti tal-lott għandha tkun ikkunsinnata skond l-ewwel sottoparagrafu.

3.   L-aġenzija ta’ intervent għandha tieħu l-prodotti fil-preżenza ta’ l-applikant jew ta’ l-aġent awtorizzat tiegħu/tagħha.

Artikolu 10

It-teħid tal-pussess mill-aġenzija ta’ intervent

1.   Ir-ross offrut għandu jittieħed mill-aġenzija ta’ intervent meta l-kwantità minima u l-karatteristiċi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 ikunu ġew stabbiliti mill-aġenzija ta’ intervent jew mill-aġent tagħha għall-prodotti kkunsinnati lill-maħżen ta’ l-intervent, skond l-Artikolu 12.

2.   Il-kwantità kkunsinnata għandha tiġi stabbilita bil-piż fil-preżenza ta’ l-applikant u rappreżentant ta’ l-aġenzija ta’ intervent, li ma għandu jkollu l-ebda relazzjoni ma’ l-applikant. Il-persuna responsabbli mill-maħżen tista’ tirrappreżenta lill-aġenzija ta’ intervent.

3.   F’dan il-każ l-aġenzija ta’ intervent stess għandha twettaq kontroll fi żmien 30 jum wara li tkun saret il-kunsinna. Ta’ l-inqas għandu jkun ikkontrollat il-piż, bl-użu ta’ miżuri volumetriċi.

Jekk, meta jkun intuża l-metodu volumetriku msemmi fl-ewwel sottoparagrafu, il-piż huwa inqas minn 6 % taħt il-kwantità rreġistrata fil-kotba tal-persuna responsabbli mill-maħżen, din il-persuna għandha tħallas l-ispejjeż kollha relatati mal-kwantitajiet neqsin hekk stabbiliti f’użin sussegwenti mqabbla mal-piż irreġistrat fil-kotba fil-mument tat-teħid tal-pussess.

Jekk, meta jkun intuża l-metodu msemmi fl-ewwel sottoparagrafu, il-piż huwa iktar minn 6 % taħt il-kwantità rreġistrata fil-kotba tal-persuna responsabbli mill-maħżen, il-prodotti għandhom jintiżnu immedjatament. L-ispejjeż involuti għall-użin għandhom jitħallsu mill-persuna responsabbli mill-maħżen jekk il-piż stabbilit huwa inqas mill-piż irreġistrat fil-kotba. Fil-każ oppost, l-aġenzija ta’ intervent għandha tħallas l-ispejjeż ta’ użin.

Artikolu 11

It-teħid tal-pussess fil-maħżen ta’ l-applikant

1.   L-aġenzija ta’ intervent tista’ tieħu r-ross fil-fosdqa mill-post fejn huwa maħżun meta tkun saret l-offerta pjuttost milli miċ-ċentru ta’ intervent imsemmi mill-applikant. F’dan il-każ il-prodotti meħuda fil-pussess għandhom ikunu maħżuna separatament minn prodotti oħra.

Id-data ta’ teħid tal-pussess għandha taqbel mad-data li fiha l-karatteristiċi minimi elenkati fir-reġistru ta’ teħid tal-pussess imsemmija fl-Artikolu 14 ikunu ġew irreġistrati.

2.   Fejn it-teħid tal-pussess isir skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-kwantità tista’ tkun stabbilita fuq il-bażi tal-kotba ta’ l-istokkijiet — magħmula skond speċifikazzjonijiet professjonali u skond ir-rekwiżiti ta’ l-aġenzija ta’ intervent — kemm-il darba:

(a)

il-kotba juru:

il-piż irreġistrat bl-użin, imwettaq mhux aktar minn 10 xhur qabel,

il-karatteristiċi tal-kwalità fil-mument ta’ l-użin, b’mod partikolari l-kontenut ta’ l-indewwa,

kull trasferiment minn silo għal ieħor,

u l-ipproċessar imwettaq;

(b)

il-persuna responsabbli mill-maħżen tiddikjara li l-lott offrut jaqbel f’kull dettall mat-tagħrif fil-kotba.

Il-piż li jrid jiġi rreġistrat għandu jkun il-piż imdaħħal fil-kotba, aġġustat kif xieraq biex titqies kull differenza bejn il-kontenut ta’ l-indewwa stabbilit waqt l-użin u l-kontenut stabbilit fuq il-bażi tal-kampjun rappreżentattiv.

Madankollu, l-aġenzija ta’ intervent għandha twettaq kontroll volumetriku fi żmien 30 jum mid-data tat-teħid tal-pussess. Kull differenza bejn il-kwantità mwieżna u l-kwantità stimata bl-użu tal-metodu volumetriku ma għandhiex tkun aktar minn 6 %.

Jekk, meta jkun intuża l-metodu volumetriku msemmi fit-tielet sottoparagrafu, il-piż huwa inqas minn 5 % taħt il-kwantità rreġistrata fil-kotba tal-persuna responsabbli mill-maħżen, din il-persuna għandha tħallas l-ispejjeż kollha li jirrigwardaw il-kwantitajiet neqsin hekk stabbiliti fl-użin sussegwenti mqabbel ma’ l-użin irreġistrat fil-kotba fil-mument tat-teħid tal-pussess.

Jekk, meta jintuża l-metodu msemmi fit-tielet sottoparagrafu, il-piż huwa aktar minn 6 % taħt il-kwantità rreġistrata fil-kotba tal-persuna responsabbli mill-maħżen, din il-persuna għandha tiżen ir-ross immedjatament. Il-persuna responsabbli mill-maħżen għandha tħallas l-ispejjeż ta’ l-użin jekk l-użin hekk stabbilit huwa inqas mill-piż kif irreġistrat. Il-FAEGG għandha tħallas l-ispejjeż fil-każ oppost.

Artikolu 12

Il-verifika tar-rekwiżiti tal-kwalità

1.   Sabiex ikunu vverifikati r-rekwiżiti tal-kwalità mitluba taħt l-Artikolu 3 għall-aċċettazzjoni tar-ross fl-intervent, għandhom jittieħdu kampjuni mill-aġenzija ta’ intervent fil-preżenza ta’ l-applikant jew ta’ aġent debitament awtorizzat tiegħu/tagħha.

Għandhom jinġabru tliet kampjuni rappreżentattivi, kull wieħed jiżen mill-inqas kilogramma. Kull wieħed għandu jmur għand:

(a)

l-applikant,

(b)

il-maħżen fejn għandu jseħħ it-teħid tal-pussess,

(c)

l-aġenzija ta’ intervent.

Biex jinħadmu l-kampjuni rappreżentattivi, in-numru ta’ kampjuni individwali li għandhom jittieħdu għandhom jinkisbu billi ssir diviżjoni tal-kwantità b’10 tunnellati. Kull kampjun individwali għandu jiżen l-istess. Il-kampjuni rappreżentattivi għandhom ikunu magħmula mis-somma tal-kampjuni individwali, diviżi bi tlieta.

Ir-rekwiżiti tal-kwalità mitluba għandhom jiġu vverifikati bl-użu tal-kampjun rappreżentattiv li għandu jmur fil-maħżen fejn għandu jseħħ it-teħid tal-pussess.

2.   Meta r-ross jittieħed barra mill-maħżen ta’ l-applikant, għandhom jittieħdu kampjuni rappreżentattivi għal kull parti tal-kunsinna (bi trakk, barkun, ferrovija) skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Qabel id-dħul tagħha fil-maħżen ta’ l-intervent l-eżami ta’ kull parti tal-kunsinna tista’ tkun limitata għal kontroll tal-kontenut ta’ l-indewwa u l-livell ta’ impurità u l-verifika li m’humiex preżenti insetti ħajjin. Madankollu, jekk aktar tard meta l-kontroll ikun intemm jirriżulta li parti mill-kunsinna ma tissodisfax ir-rekwiżiti minimi tal-kwalità, il-lott għandu jiġi miċħud għat-teħid tal-pussess. Il-lott kollu għandu jiġi rtirat. L-applikant għandu jħallas l-ispejjeż ta’ din l-operazzjoni.

Jekk l-aġenzija ta’ intervent fi Stat Membru hija kapaċi tikkontrolla r-rekwiżiti minimi kollha tal-kwalità għal kull parti ta’ kunsinna qabel ma tidħol fil-maħżen, hija għandha tirrifjuta t-teħid tal-pussess ta’ kull parti ta’ kunsinna li tonqos milli tissodisfa dawn ir-rekwiżiti.

3.   Meta t-teħid tal-pussess isir fil-maħżen ta’ l-applikant, kif stipulat fl-Artikolu 11, il-kontroll għandu jkun ibbażat fuq kampjun rappreżentattiv tal-lott offrut skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Il-kontroll għandu jistabbilixxi li l-prodotti huma konformi mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-lott ma għandux jittieħed.

Artikolu 13

L-iffissar tal-karatteristiċi tar-ross

1.   Meta l-prodotti huma aċċettati, ladarba l-eżami taħt l-Artikolu 12 ikun twettaq il-karatteristiċi preċiżi tal-prodotti għandhom ikunu identifikati bil-ħsieb li jkun stabbilit il-prezz li għandu jitħallas lill-applikant. Dan il-prezz għandu jkun stabbilit għal-lott offrut fuq il-bażi tal-medja mwieżna tar-riżultati tat-test fuq il-kampjun rappreżentattiv kif definit fl-Artikolu 12.

Ir-riżultati tat-test għandhom ikunu nnotifikati lill-applikant fir-reġistru tat-teħid tal-pussess kif stipulat fl-Artikolu 14.

2.   Jekk l-applikant jikkontesta r-riżultat tat-test imwettaq biex ikun determinat il-prezz skond il-paragrafu 1, laboratorju approvat mill-awtoritajiet kompetenti għandu jwettaq analiżi dettaljata oħra tal-karatteristiċi tal-prodotti bl-użu ta’ kampjun rappreżentattiv ġdid magħmul minn partijiet ugwali ta’ kampjuni miżmuma mill-applikant u l-aġenzija ta’ intervent. Fil-każ ta’ partijiet tal-kunsinni tal-lott offrut, ir-riżultat għandu jinkiseb mill-medja mwieżna tar-riżultati ta’ l-analiżi tal-kampjuni rappreżentattivi ġodda ta’ kull parti tal-kunsinna.

Ir-riżultat ta’ dan l-analiżi għandu jkun finali u għandu jiddeċiedi l-prezz li għandu jitħallas lill-applikant. L-ispiża biex issir din l-analiżi għandha titħallas mill-parti telliefa.

Artikolu 14

Ir-reġistru tat-teħid tal-pussess

Għal kull lott għandu jitħejja reġistru ta’ teħid tal-pussess mill-aġenzija ta’ intervent. L-applikant jew l-aġent tiegħu/tagħha jista’ jkun preżenti meta r-reġistru jkun qed jitħejja.

Huwa għandu jindika:

(a)

id-data li fiha l-kwantità u l-karatteristiċi minimi ġew ivverifikati,

(b)

il-varjetà u l-piż ikkunsinnat,

(c)

in-numru ta’ kampjuni meħuda biex isir il-kampjun rappreżentattiv,

(d)

il-karatteristiċi fiżiċi u kwalitattivi osservati.

Artikolu 15

L-iffissar tal-prezz li għandu jitħallas lill-applikant u l-ħlas

1.   Il-prezz li għandu jitħallas lill-applikant għandu jkun dak iffissat skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 għal prodotti kkunsinnati mhux maħtuta fil-maħżen u validi fid-data ffissata bħala l-ewwel jum ta’ kunsinna, filwaqt li jitqiesu ż-żidiet u t-tnaqqis fil-prezz stipulat fl-Artikolu 4 u d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

Meta r-ross jittieħed mill-maħżen ta’ l-applikant skond l-Artikolu 11, il-prezz li għandu jitħallas għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezz ta’ l-intervent validu fid-data li fiha tkun aċċettata l-offerta, aġġustat biż-żidiet u t-tnaqqis tal-prezz applikabbli, u mnaqqas bl-ispejjeż ta’ trasport l-aktar vantaġġużi bejn il-post fejn ir-ross fil-fosdqa jittieħed fil-pussess u ċ-ċentru ta’ intervent l-aktar qrib, u mill-ispejjeż tat-tneħħija mill-maħżen. Dawn l-ispejjeż għandhom ikunu ddeterminati mill-aġenzija ta’ intervent.

2.   Il-ħlas għandu jsir bejn it-32 u s-37 jum wara l-jum tat-teħid tal-pussess imsemmi fl-Artikolu 10(1) jew l-Artikolu 11(1).

Fejn japplika l-Artikolu 13(2), il-ħlas għandu jsir mill-aktar fis possibbli wara li r-riżultati ta’ l-aħħar test ikunu nnotifikati lill-applikant.

Meta l-applikanti għandhom jippreżentaw fattura qabel ma jkunu jistgħu jitħallsu u meta din il-fattura mhix ippreżentata fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-ewwel sottoparagrafu, il-ħlas għandu jsir fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-preżentazzjoni proprja tal-fattura.

Artikolu 16

Il-monitoraġġ tar-ross maħżun

Operaturi li jaħżnu l-prodotti mixtrija f’isem l-aġenzija ta’ intervent għandhom regolarment jimmonitorjaw il-preżenza tagħhom u l-istat ta’ preżervazzjoni tagħhom u għandhom jinfurmaw lill-aġenzija minnufih b’kull problema f’dan ir-rigward.

L-aġenzija ta’ intervent għandha tikkontrolla l-kwalità tal-prodott maħżun mill-inqas darba fis-sena. It-teħid tal-kampjun għal dan il-għan jista’ jsir matul l-inventarju annwali mitlub mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/96 (6).

Artikolu 17

Il-kontroll tal-livell ta’ kontaminazzjoni radjuattiva

Ir-ross għandu jiġi mmonitorjat għall-kontaminazzjoni radjuattiva biss jekk is-sitwazzjoni titlob hekk u għall-perjodu meħtieġ. Fejn ikun meħtieġ, it-tul u l-għan tal-kontrolli għandhom ikunu ddeterminati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003.

Artikolu 18

Regoli nazzjonali

L-aġenziji ta’ intervent għandhom, meta jkun meħtieġ, jadottaw il-proċeduri ta’ teħid tal-pussess u kundizzjonijiet addizzjonali, kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, biex jikkunsidraw kull kundizzjoni li tipprevali fl-Istat Membru li jappartjenu għalih.

Artikolu 19

Revoka

Ir-Regolamenti (KE) Nru 708/98 u (KE) Nru 549/2000 huma b’dan revokati.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ April 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.

(2)  ĠU L 98, 31.3.1998, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1107/2004 (ĠU L 211, 12.6.2004, p. 14).

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

(4)  ĠU L 67, 15.3.2000, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1091/2004 (ĠU L 209, 11.6.2004, p. 8).

(5)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 92.

(6)  ĠU L 288, 9.11.1996, p. 6.


ANNESS I

IĊ-ĊENTRI TA’ INTERVENT

1.   Il-Greċja

Ir-Reġjuni

L-isem taċ-ċentru

Il-Greċja Ċentrali

Volos

Lamia

Messolongi

Larissa

Elassona

Il-Maċedonja

Skotoysa

Drymos

Platy

Provatas

Pyrgos

Thessaloniki

Yannitsa

Il-Peloponniż

Messini


2.   Spanja

Ir-Reġjuni

L-isem taċ-ċentru

Aragona

Ejea de los Caballeros

Grañén

Katalonja

Aldea-Tortosa

Valenzja

Albal-Silla

Sueca

Cullera

Murcia

Calasparra

L-Estremadura

Don Benito

Montijo

Madrigalejo

L-Andalusija

Coria del Río

Las Cabezas de San Juan

La Puebla del Río

Los Palacios

Véjer de la Frontera

Navarra

Tudela


3.   Franza

Id-Dipartimenti

L-isem taċ-ċentru

Bouche-du-Rhône

Arles

Port-Saint-Louis-du-Rhône

Gard

Beaucaire

Saint-Gilles

Il-Gujana Franċiża

Mana (Saint-Laurent-du-Maroni)


4.   L-Italja

Ir-Reġjuni

L-isem taċ-ċentru

Piemonte

Vercelli

Novara

Cuneo

Turin

Alessandria

Biella

Veneto

Rovigo

Lombardia

Pavia

Mantua

Milan

Lodi

Emilia-Romagna

Piacenza

Parma

Ferrara

Bologna

Ravenna

Reggio Emilia

Sardinja

Oristano

Cagliari


5.   L-Ungerija

Ir-Reġjuni

L-isem taċ-ċentru

Il-Pjanura ’l Kbira fit-Tramuntana

Karcag

Il-Pjanura ’l Kbira fin-Nofsinhar

Szarvas


6.   Il-Portugall

Ir-Reġjuni

L-isem taċ-ċentru

Beira Litoral

Granja do Ulmeiro

Ribatejo

Mora

Fronteira

Alentejo

Cuba

Évora


ANNESS II

A.   IL-PRODUZZJONI BAŻIKA MIT-TĦIN

Deskrizzjoni tal-varjetà

Produzzjoni miksuba

(%)

Produzzjoni totali

(%)

Argo, Selenio, Couachi

66

73

Alpe, Arco, Balilla, Balilla GG, Balilla Sollana, Bomba, Bombon, Colina, Elio, Flipper, Frances, Lido, Riso, Matusaka, Monticili, Pegonil, Sara, Strella, Thainato, Thaiperla, Ticinese, Veta, Leda, Mareny, Clot, Albada, Guadiamar

65

73

Ispaniki A, Makedonia

64

73

Bravo, Europa, Loto, Riva, Rosa Marchetti, Savio, Veneria

63

72

Tolima

63

71

Inca

63

70

Alfa, Ariete, Bahia, Carola, Cigalon, Corallo, Cripto, Cristal, Drago, Eolo, Girona, Gladio, Graldo, Indio, Italico, Jucar, Koral, Lago, Lemont, Mercurio, Miara, Molo, Navile, Niva, Onda, Padano, Panda, Pierina, Marchetti, Ribe, Ringo, Rio, S. Andrea, Saturno, Senia, Sequial, Smeraldo, Star, Stirpe, Vela, Vitro, Calca, Dion, Zeus

62

72

Strymonas

62

71

Anseatico, Baldo, Belgioioso, Betis, Euribe, Italpatna, Marathon, Redi, Ribello, Rizzotto, Rocca, Roma, Romanico, Romeo, Tebre, Volano

61

72

Bonnet Bell, Rita, Silla, Thaibonnet, L 202, Puntal

60

72

Evropi, Melas

60

70

Arborio, Blue Belle, Blue Belle “E”, Blue Bonnet, Calendal, Razza 82, Rea

58

72

Maratelli, Precoce Rossi

58

70

Carnaroli, Elba, Vialone Nano

57

72

Axios

57

67

Roxani

57

66

Pygmalion

52

71

Varjetajiet mingħajr isem

64

72

B.   ŻIDIET U TNAQQIS FIL-PREZZ RELATATI MAL-PRODUZZJONI MIT-TĦIN

Produzzjoni ta’ ross fil-fosdqa mitħun

Żidiet u tnaqqis fil-prezz għal kull punt ta’ produzzjoni

’Il fuq mill-produzzjoni bażika

żieda ta’ 0,75 %

’L isfel mill-produzzjoni bażika

tnaqqis ta’ 1 %


Produzzjoni totali ta’ ross fil-fosdqa mitħun

Żidiet u tnaqqis fil-prezz għal kull punt ta’ produzzjoni

’Il fuq mill-produzzjoni bażika

żieda ta’ 0,60 %

’L isfel mill-produzzjoni bażika

tnaqqis ta’ 0,80 %


ANNESS III

PERĊENTWALI MASSIMI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(2)(d)

Difetti tal-qamħa

Ross bil-qamħa tonda

Kodiċijiet NM 1006 10 92

Qamħ Medju u Twil A

Kodiċijiet NM 1006 10 94 u 1006 10 96

Qamħ twil B

Kodiċi NM 1006 10 98

Qamħ tal-gibs

6

4

4

Qamħ strijat bl-aħmar

10

5

5

Qamħ bit-tikek u strijat

4

2,75

2,75

Qamħ amber

1

0,50

0,50

Qamħ isfar

0,175

0,175

0,175

Impuritajiet differenti

1

1

1

Qamħ tar-ross ta’ varjetajiet oħra

5

5

5


ANNESS IV

TNAQQIS TAL-PREZZ GĦAL QAMĦ DIFETTUŻ

Difett tal-qamħa

Perċentwali ta’ qamħ difettuż li jwassal għal tnaqqis fil-prezz ta’ l-intervent

Perċentwali ta’ tnaqqis (1) applikabbli għad-diskrepanza addizzjonali lil hinn mill-inqas limitu

Rossa tal-qamħa tonda

Kodiċi NM 1006 10 92

Qamħa medja u Twila A

Kodiċijiet NM 1006 10 94 u 1006 10 96

Qamħa twila B

Kodiċi NM 1006 10 98

Qamħ tal-ġibs

minn 2 % sa 6 %

minn 2 % sa 4 %

minn 1,5 % sa 4 %

1 % għal kull diskrepanza ta’ 0,5 % addizzjonali

Qamħ strijat bl-aħmar

minn 1 % sa 10 %

minn 1 % sa 5 %

minn 1 % sa 5 %

1 % għal kull diskrepanza ta’ 1 % addizzjonali

Qamħ bit-tikek u strijat

minn 0,5 % sa 4 %

minn 0,5 % sa 2,75 %

minn 0,5 % sa 2,75 %

0,8 % għal kull diskrepanza ta’ 0,25 % addizzjonali

Qamħ amber

minn 0,05 % sa 1 %

minn 0,05 % sa 0,50 %

minn 0,05 % sa 0,50 %

1,25 % għal kull diskrepanza ta’ 0,25 % addizzjonali

Qamħ isfar

minn 0,02 % sa 0,175 %

minn 0,02 % sa 0,175 %

minn 0,02 % sa 0,175 %

6 % għal kull diskrepanza ta’ 0,125 % addizzjonali


(1)  Kull diskrepanza hija kkalkulata mill-perċentwali tal-qmuħ difettużi, sat-tieni post deċimali.


ANNESS V

IL-PARTI 1 IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5

Stat Membru

Parti 1

Il-Greċja

4 674  t

Spanja

20 487  t

Franza

4 181  t

L-Italja

40 764  t

L-Ungerija

307  t

Il-Portugall

4 587  t


ANNESS VI

TAGĦRIF LI GĦANDU JITNIŻŻEL FIN-NOTIFIKA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7(2)

Stat Membru: ….

Numru ta’ l-offerta

Kwantità offruta (t)

Kwantità minima (t)

1

 

 

2

 

 

3

 

 

4

 

 

5

 

 

6

 

 

7

 

 

8

 

 

eċċ.

 

 

Indirizz għat-trażmissjoni elettronika tat-tagħrif skond l-Artikolu 7(2): AGRI-INTERV-RICE@CEC.EU.INT


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

176


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 503/2005

tal-31 ta' Marzu 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta' kwoti tat-tariffi tal-Komunità u kwantitajiet ta' referenza għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Marokk

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta’ April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' tariffa ta' kwoti tal-Komunità u ta' kwantitajiet ta' referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta' ftehim ma’ ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/04 u (KE) Nru 934/95 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2005 (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar u pprovda għall-applikazzjoni provviżorja mill-1 ta’ Mejju 2004 ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex tkun ikkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka fl-Unjoni Ewropea.

(2)

Dan il-Protokoll jipprovdi għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-Marokk, għal kwoti tat-tariffi ġodda u għal kwantità ta’ referenza ġdida, kif ukoll għall-bidliet fil-kwoti tat-tariffi eżistenti stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 747/2001.

(3)

Sabiex jiġu implimentati l-kwoti tat-tariffi l-ġodda u l-kwantità ta’ referenza l-ġdida kif ukoll il-bidliet fil-kwoti tat-tariffi eżistenti, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 747/2001.

(4)

Għas-sena 2004 il-volumi tal-kwoti tat-tariffi l-ġodda u l-kwantità ta’ referenza l-ġdida kif ukoll iż-żjidiet fil-volumi tal-kwoti tat-tariffi eżistenti għandhom jiġu kkalkulati bħala porzjon tal-volumi bażiċi speċifikati fil-Protokoll, fi proporzjon għall-parti tal-perjodu li għadda qabel l-1 ta’ Mejju 2004.

(5)

Sabiex tkun faċilitata l-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffi eżistenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 747/2001, li l-perjodu tal-kwota tiegħu jkun għadu miftuħ fid-data tal-applikazzjoni tal-Protokoll il-ġdid, il-kwantitajiet impurtati fi ħdan il-qafas ta’ dawk il-kwoti qabel dik id-data għandhom jiġu applikati kontra l-kwoti tat-tariffi miftuħa b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b’dan ir-Regolament.

(6)

Peress li l-Protokoll japplika mill-1 ta’ Mejju 2004, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 747/2001 qed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-kwantitajiet li, skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 747/2001, tpoġġew f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità minn mindu bdew il-perjodi tal-kwota u li fl-1 ta’ Mejju 2004 ikunu għadhom miftuħa fi ħdan il-kwoti tat-tariffi bl-ordnijiet numri 09.1104, 09.1112, 09.1122 u 09.1137, għandhom, meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, jiġu applikati kontra l-kwoti tat-tariffi rispettivi stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 747/2001, kif emendat b’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 31 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 241/2005 (ĠU L 42, 12.2.2005, p. 11).

(2)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 747/2001 qed jiġi emendat kif ġej:

1.

It-titolu tat-tabella jinbidel għal “PARTI A: Kwoti tat-tariffi”.

2.

It-tabella stabbilita fil-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

Ir-ringiela għall-kwota tat-tariffa bl-ordni numru 09.1110 tiġi mħassra;

(b)

Jiżdiedu r-ringieli l-ġodda li ġejjin:

“09.1150

 

 

Fjuri maqtugħin friski u blanzuni tal-fjuri ta’ tip li jkunu adattati għall-bukketti u għanijiet ornamentali:

mill-1.6. sat-30.6.2004

51,5

Eżenzjoni

0603 10 10

Ward

0603 10 20

Qronfol

0603 10 40

Gladjoli

0603 10 50

Kriżantemi

 

 

mill-1.6. sat-30.6.2005

53

 

 

mill-1.6. sat-30.6.2006

54,5

 

 

mill-1.6. sat-30.6.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.6 sal-30.6

56

09.1118

0810 10 00

 

Frawli frisk

mill-1.4 sat-30.4

100

Eżenzjoni”

(c)

Ir-ringieli għall-kwoti tat-tariffi bl-ordni numri 09.1104, 09.1112, 09.1137, 09.1122 u 09.1130 jinbidlu, rispettivament, bir-ringieli li ġejjin:

“09.1104

0702 00 00

 

Tadam, frisk jew imkessaħ

mill-1.10 sal-31.10

10 600

Eżenzjoni (1) (2)

09.1104

0702 00 00

 

Tadam, frisk jew imkessaħ

mill-1.11 sat-30.11

27 700

Eżenzjoni (1) (2)

09.1104

0702 00 00

 

Tadam, frisk jew imkessaħ

mill-1.12 sal-31.12

31 300

Eżenzjoni (1) (2)

09.1104

0702 00 00

 

Tadam, frisk jew imkessaħ

mill-1.1 sal-31.1

31 300

Eżenzjoni (1) (2)

09.1104

0702 00 00

 

Tadam, frisk jew imkessaħ

mill-1.2 sat-28/29.2

31 300

Eżenzjoni (1) (2)

09.1104

0702 00 00

 

Tadam, frisk jew imkessaħ

mill-1.3 sal-31.3

31 300

Eżenzjoni (1) (2)

09.1104

0702 00 00

 

Tadam, frisk jew imkessaħ

mill-1.4 sat-30.4

16 500

Eżenzjoni (1) (2)

09.1104

0702 00 00

 

Tadam, frisk jew imkessaħ

mill-1.5. sal-31.5.2004

4 000

Eżenzjoni (1) (2)

mill-1.5. sal-31.5.2005 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.5 sal-31.5

5 000

Eżenzjoni (1) (2)

09.1112

0702 00 00

 

Tadam, frisk jew imkessaħ

mill-1.11.2003 sal-31.5.2004

15 000

Eżenzjoni (1) (2)

mill-1.11.2004 sal-31.5.2005

28 000  (3)

Eżenzjoni (1) (2)

mill-1.11.2005 sal-31.5.2006

38 000  (4)

Eżenzjoni (1) (2)

mill-1.11.2006 sal-31.5.2007 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.11 sal-31.5

48 000  (5)

Eżenzjoni (1) (2)

09.1137

0707 00 05

 

Ħjar, frisk jew imkessaħ

mill-1.11.2003 sal-31.5.2004

5 429 + żjieda ta’ 85.71 tunnellata piż nett mill-1.5. sal-31.5.2004

Eżenzjoni (1) (6)

mill-1.11.2004 sal-31.5.2005 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.11 sal-31.5

6 200

09.1122

0805 10 10  (1)

 

Larinġ frisk

mill-1.12.2003 sal-31.5.2004

300 000 + żjieda ta’ 1 133,33 tunnellata piż nett mill-1.5. sal-31.5.2004

Eżenzjoni (1) (9)

0805 10 30  (1)

 

0805 10 50  (1)

 

ex 0805 10 80

10

 

 

mill-1.12.2004 sal-31.5.2005 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.12 sal-31.5

306 800

09.1130

ex 0805 20 10

05

Klementini friski

mill-1.11.2003 sad- 29.2.2004

120 000

Eżenzjoni (1) (10)

mill-1.11.2004 sal-28.2.2005 u għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.11 sat-28/29.2

143 700

3.

Il-PARTI B li ġejja tiġi miżjuda:

“PARTI B:   Il-kwantità ta’ referenza

Ordni Nru

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Il-perjodu tal-kwantità ta’ referenza

Il-volum tal-kwantità ta’ referenza (f’tunnellati piż nett)

Id-dazju tal-kwantità ta’ referenza

18.0105

0705 19 00

— Ħass (Lactuca sativa), frisk jew imkessaħ, għajr ħass ikkabuċċat

mill-1.5. sal-31.12.2004

2 060

Eżenzjoni”

0705 29 00

— Ċikwejra (Cichorium spp.), friska jew imkessħa, għajr ċikwejra witloof

0706

— karrotti, turnips, pitravi għall-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta’ krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħin

 

 

mill-1.1. sal-31.12.2005

3 180

 

 

mill-1.1. sal-31.12.2006

3 270

 

 

Għal kull perjodu minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12

3 360


(3)  Dan il-volum tal-kwota għandu jitnaqqas għal 8 000 tunnellata piż nett jekk il-volum totali ta’ tadam li joriġina mill-Marokk u li jitpoġġa f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2003 sal-31 ta’ Mejju 2004 ikun iżjed mill-volum ta’ 191 900 tunnellata piż nett.

(4)  Dan il-volum tal-kwota għandu jitnaqqas għal 18 000 tunnellata piż nett jekk il-volum totali ta’ tadam li joriġina mill-Marokk u li jitpoġġa f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2004 sal-31 ta’ Mejju 2005 ikun iżjed mis-somma tal-volumi tat-tariffa ta’ kull xahar, bl-ordni numru 09.1104 tkun applikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2004 sal-31 ta’ Mejju 2005, u mill-volum tal-kwota tat-tariffa addizzjonali, bl-ordni numru 09.1112 tkun applikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru 2004 sal-31 ta’ Mejju 2005. Sabiex jiġi determinat il-volum totali impurtat, għandha titħalla tolleranza massima ta’ 1 %.

(5)  Dan il-volum tal-kwota għandu jitnaqqas għal 28 000 tunnellata piż nett jekk il-volum totali ta’ tadam li joriġina mill-Marokk u li jitpoġġa f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006 ikun iżjed mis-somma tal-volumi tat-tariffa ta’ kull xahar, bl-ordni numru 09.1104 tkun applikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006, u mill-volum tal-kwota tat-tariffa addizzjonali, bl-ordni numru 09.1112 tkun applikabbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru 2005 sal-31 ta’ Mejju 2006. Sabiex jiġi ddeterminat il-volum totali impurtat, għandha titħalla tolleranza massima ta’ 1 %. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-volum ta’ kull waħda minn hemm ’il quddiem, sakemm il-kwota tat-tariffa addizzjonali tkun tapplika mill-1.11 sal-31.5.

(1)  Mill-1 ta’ Jannar 2005 il-kodiċi NM 0805 10 10, 0805 10 30 u 0805 10 50 se jinbidlu b’0805 10 20.”


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

180


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Marzu 2005

li tawtorizza lil Stati Membri jadottaw ċerti derogi skond id-Direttiva 94/55/KE fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq

(notifikat bid-dokument numru C(2005) 440)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/263/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(9) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6.9 tad-Direttiva 94/55/KE, Stati Membri għandhom jinnotifikaw bil-quddiem lill-Kummissjoni dwar id-derogi tagħhom għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2002 jew sa sentejn wara l-aħħar data ta’ applikazzjoni tal-verżjonijiet emendati ta’ l-Annessi tad-Direttiva.

(2)

Ċerti Stati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2002 bix-xewqa tagħhom li jadottaw derogi għad-Direttiva 94/55/KE. Bid-Deċiżjoni 2003/635/KE ta’ l-20 ta’ Awwissu 2003 li tawtorizza Stati Membri skond id-Direttiva 94/55/KE li jadottaw ċerti derogi fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża (2), il-Kummissjoni awtorizzat l-adozzjoni mill-Istati Membri tad-derogi elenkati fl-Annessi I u II ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Direttiva 2003/28/KE emendat l-Annessi A u B tad-Direttiva 94/55/KE (3). Bis-saħħa tad-Direttiva 2003/28/KE Stati Membri kellhom iġibu fis-seħħ leġiżlazzjoni nazzjonali mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2003, bl-aħħar data ta’ applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE tkun it-30 ta’ Ġunju 2003.

(4)

Ftit mill-Istati Membri nnotifikaw dwar ix-xewqa tagħhom li jadottaw derogi. Il-Kummissjoni eżaminat in-notifiki għall-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55/KE u approvathom. Għalhekk, dawk l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jadottaw id-derogi in kwistjoni.

(5)

Fl-istess okkażjoni, għandha titqies li tkun ħaġa mixtieqa li d-derogi awtorizzati kollha s’issa jinġemgħu f’deċiżjoni waħda. Id-Deċiżjoni 2003/635/KE għandha, għalhekk, tkun revoka u sostitwita.

(6)

Biex ikun żgurat li l-qagħda tad-derogi tkun aġġornata b’mod regolari, il-Kummissjoni għandha tipproponi aġġornament komprensiv tad-derogi kollha eżistenti għallinqas kull ħames snin.

(7)

Il-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża, stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Direttiva 94/55/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stati Membri elenkati fl-Anness I huma awtorizzati li jimplimentaw id-derogi msemmija fl-Anness I fir-rigward ta’ trasport bit-triq ġewwa t-territorju tagħhom ta’ kwantitajiet żgħar ta’ ċerta merkanzija perikoluża.

Dawn id-derogi għandhom ikunu applikati mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 2

Stati Membri elenkati fl-Anness II huma awtorizzati li jimplimentaaw id-derogi msemmija fl-Anness II fir-rigward ta’ trasport lokali limitat għat-territorju tagħhom.

Dawn id-derogi għandhom ikunu applikati mingħajr diskriminazzjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2003/635/KE hija revokata.

Referenzi għad-Deċiżjoni revokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/28/KE (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 45).

(2)  ĠU L 221, 4.9.2003, p. 17.

(3)  ĠU L 90, 8.4.2003, p. 45.


ANNESS I

Derogi għal Stati Membri għal kwantitajiet żgħar ta’ ċerta merkanzija perikoluża

IL-BELĠJU

RO-SQ 1.1

Suġġett: Klassi 1 — Kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva 94/55/KE (minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala d-“Direttiva”): 1.1.3.6

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Limiti 1.1.3.6 marġinali sa 20 kg il-kwantità ta’ splużivi tal-minjieri li jistgħu jinġarru f’vettura ordinarja.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Digriet Rjali tat-23 ta’ Settembru 1958 dwar splużivi, kif emendat b’Digriet Rjali ta’ l-14 ta’ Mejju 2000.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikolu 111. Operaturi ta’ mħażen ’il bogħod minn punti ta’ provvista jistgħu jkunu awtorizzati jġorru 25 kg ta’ dinamite jew splużivi qawwijin u 300 detonaturi l-aktar f’vetturi ordinarji bil-mutur, soġġetti għal kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mis-servizz ta’ l-isplużivi.

RO-SQ 1.2

Suġġett: Trasport ta’ kontenituri vojta u mhux imnaddfa li kellhom fihom prodotti ta’ klassijiet differenti.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.1.1.6

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 6-97.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Indikazzjoni tad-dokument ta’ trasport “pakki vojta u mhux imnaddfa li kellhom fihom prodotti ta’ klassijiet differenti”.

Kummenti: Deroga reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 21 (skond l-Art. 6.10).

ID-DANIMARKA

RO-SQ 2.1

Suġġett: Trasport bit-triq ta’ ppakkjar li jkollu fih skart jew fdalijiet ta’ sustanzi perikolużi miġburin minn djar u ċerti intrapriżi għar-rimi.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Taqsima 2, 4.1.4, 4.1.10, 5.2, 5.4 u 8.2.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Prinċipji ta’ klassifikazzjoni. Dispożizzjonijiet ta’ ippakkjar imħallat. Diżpozizzjonijiet dwar immarkar u tikketti. Dokument ta’ trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. 3.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Pakki ta’ ġewwa li jkun fihom skart jew fdalijiet ta’ kimiki miġburin minn djar u ċerti intrapriżi jistgħu jkunu ppakkjati flimkien b’ċertu ippakkjar minn barra approvat mill-UN. Il-kontenut ta’ kull pakk ta’ ġewwa m’għandux ikun aktar minn 5 kg jew 5 litri. Derogi mid-dispożizzjonijiet dwar klassifika, immarkar u tikketti, dokumentazzjoni u taħriġ.

Kummenti: Mhux possibbli li ssir klassifikazzjoni preċiża u jkunu applikati d-dispożizzjonijiet kollha ta’ l-ADR meta skart jew ammonti residwali ta’ kimiki jinġabru minn djar u ċerti intrapriżi biex jintremew. L-iskart tipikament jitqiegħed f’ippakkjar li jkun inbiegħ bl-imnut.

RO-SQ 2.2

Suġġett: Trasport bit-triq li jkollu pakki ta’ sustanzi esplużivi u pakki ta’ detonaturi fl-istess vettura.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 7.5.2.2

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ta’ ippakkjar imħallat.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 of 15. august 2001 om vejtransport of farligt gods § 4, stk. l..

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Skond § 4, stk. 1, ir-regoli ta’ l-ADR għandhom jitħarsu meta jsir trasport bit-triq ta’ merkanizja perikoluża.

Kummenti: Teżisti ħtieġa fil-prattika li sustanzi esplużivi jkunu jistgħu jġu ppakkjati flimkien ma’ detonaturi fl-istess vettura meta din il-merkanzija tkun qed tinġarr minn fejn tkun maħżuna għal post tax-xogħol u lura mill-ġdid.

Meta l-liġijiet Daniżi dwar it-trasport ta’ merkanzija perikoluża jkunu emendati l-awtoritajiet Daniżi jippermettu trasport bħal dan skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Ma jkunux qed jinġarru aktar minn 25 kg ta’ sustanzi esplużivi skond grupp D.

(2)

Ma jkunux qed jinġarru aktar minn 200 parti ta’ detonaturi skond grupp B.

(3)

Detonaturi u sustanzi esplużivi għandhom ikunu ppakkjati b’mod separat f’ippakkjar iċċertifikat mill-UN skond ir-regoli tad-Direttiva 2000/61/KE li temenda d-Direttiva 94/55/KE.

(4)

Id-distanza bejn l-ippakkjar li jkun fih detonaturi u l-ippakkjar li jkun fih sustanzi esplużivi għandha tkun għallinqas ta’ metru. Din id-distanza għandha titħares ukoll wara applikazzjoni f’daqqa tal-brejkijiet. Ippakkjar li jkollu fih sustanzi esplużivi u ippakkjar li jkollu fih detonaturi għandu jitqiegħed b’mod li jkun jista’ jitneħħa malajr minn fuq il-vettura.

(5)

Għandhom jitħarsu r-regoli l-oħra kollha dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża.

IL-ĠERMANJA

RO-SQ 3.1

Suġġett: Ippakkjar imħallat u tagħbija mħallta ta’ partijiet ta’ karrozzi ta’ klassifikazzjoni 1.4G flimkien ma’ ċerta merkanzija perikoluża (n4).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 4.1.10 u 7.5.2.1.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar ippakkjar imħallat u tagħbija mħallta.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350), geändert durch Artikel 2 der Verordnung vom 28.04.2003 (BGBl. I S. 595); Ausnahme 28.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: UN 0431 u UN 0503 jistgħu jitgħabbew flimkien ma’ ċerta merkanzija perikoluża (prodotti relatati ma’ fabbrikazzjoni ta’ karrozzi) f’ċerti ammonti, elenkati fl-eżenzjoni. Il-valur 1 000 (imqabbel ma’ 1.1.3.6.4) m’għandux jinqabeż.

Kummenti: L-eżenzjoni hija meħtieġa biex tipprovdi konsenja malajr ta’ partijiet sikuri ta’ karrozzi skond id-domanda lokali. Minħabba l-varjetà wiesgħa tal-prodott, il-ħżin tal-firxa ta’ dawn il-prodotti fi mħażen lokali mhux komuni.

RO-SQ 3.2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit li wieħed iġorr dokument ta’ trasport u dikjarazzjoni ta’ l-ispeditur għal ċerti kwantitajiet ta’ merkanzija perikoluża kif definita f’1.1.3.6 (n1).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.1.1.1 u 5.4.1.1.6.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: kontenut tad-dokument tat-trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350), geändert durch Artikel 2 der Verordnung vom 28.04.2003 (BGBl. I S. 595); Ausnahme 18.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief għall-klassi 7: mhux meħtieġ dokument ta’ trasport, jekk il-kwantità ta’ merkanzija trasportata ma taqbiżx il-kwantitajiet msemmija f’1.1.3.6.

Kummenti: L-informazzjoni mogħtija mill-immarkar u t-tikketti ta’ pakki għandha titqies li tkun biżżejjed għal trasport nazzjonali, minħabba li dokument ta’ trasport mhux dejjem ikun adatt fejn tkun involuta distribuzzjoni lokali.

Id-deroga tkun reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala numru 22 (skond l-Art. 6.10)

RO-SQ 3.3 (Revokat)

RO-SQ 3.4

Suġġett: Trasport ta’ standards ta’ qies u pompi tal-fjuwil (vojta, mhux imnaddfa).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet għan-numri ta’ l-UN 1202, 1203 u 1223.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Ippakkjar, immarkar, dokumenti, trasport u istruzzjonijiet ta’ ġestjoni, istruzzjonijiet għal ekwipaġġ ta’ vettura.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350), geändert durch Artikel 2 der Verordnung vom 28.04.2003 (BGBl. I S. 595); Ausnahme 24.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Speċifikazzjoni ta’ regolamenti applikabbli u dispożizzjonijiet anċillari għall-applikazzjoni tad-deroga; sa 1 000 l: mqabbel ma’ ippakkjar vojt, mhux imnaddaf; ’il fuq minn 1 000 l: Konformità ma’ ċerti regolamenti għal tankijiet; trasport vojt u mhux imnaddaf biss.

Kummenti: Lista Nru 7, 38, 38a.

RO-SQ 3.5

Suġġett: Eżenzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ ċerta merkanzija għal użu privat.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Tabella fil-Kpitolu 3.2 għal ċerti numri ta’ l-UN fil-Klassijiet 1 sa 9.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Awtorizzazzjoni u dispożizzjonijiet ta’ trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350), geändert durch Artikel 2 der Verordnung vom 28.04.2003 (BGBl. I S. 595); Ausnahme 3.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1 sa 9; Eżenzjoni għal kwantitajiet żgħar ħafna ta’ merkanzija varja f’pakki u fi kwantitajiet għal użu privat; massimu ta’ 50 kg għal kull unità ta’ trasport; applikazzjoni tar-rekwiżiti ġenerali ta’ ippakkjar għal pakki interni.

Kummenti: Deroga limitata sal-31.12.2004.

Lista Nru 14*.

RO-SQ 3.6

Suġġett: Awtorizzazzjoni għal ippakkjar kombinat.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 4.1.10.4 MP2.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni ta’ ippakkjar kombinat.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 6.11.2002 (BGBl. I S. 4350), geändert durch Artikel 2 der Verordnung vom 28.04.2003 (BGBl. I S. 595); Ausnahme 21.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 1.4S, 2, 3 u 6.1; awtorizzazzjoni għal ippakkjar kombinat ta’ oġġetti ta’ Klassi 1.4S (skrataċ ta’ armi żgħar), aerosols (Klassi 2) u materjali ta’ tindif u trattament ta’ Klassijiet 3 6.1 (numri ta’ l-UN elenkati) bħala settijiet biex jinbiegħu f’ippakkjar kombinat fi grupp II ta’ ippakkjar u fi kwantitajiet żgħar.

Kummenti: Lista Nru. 30*, 30a, 30b, 30c, 30d, 30e, 30f, 30g.

FRANZA

RO-SQ 6.1

Suġġett: Trasport ta’ tagħmir ta’ radjografija gamma trasportabbli u mobbli (18).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva:

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta’ l-1 ta’ Ġunju 2001 dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża, “Digriet-ADR”) — Artikolu 28.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tagħmir ta’ radjografija gamma minn utenti f’vetturi speċjali huwa eżentat iżda soġġett għal regoli speċifiċi.

RO-SQ 6.2

Suġġett: Trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ kura li jinvolvu riskji infettivi u ttrattati bħala partijiet anatomiċi koperti mill-UN 3291 b’massa anqas minn jew daqs 15 kg.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta’ l-1 ta’ Ġunju 2001 dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża, “Digriet-ADR”) — Artikolu 12.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ l-ADR għat-trasport ta’ skart li joriġina minn attivitajiet ta’ ħarsien li jinvolvu riskji infettivi u ttrattati bħala partijiet anatomiċi koperti mill-UN 3291 b’massa anqas minn jew daqs 15 kg.

RO-SQ 6.3

Suġġett: Trasport ta’ sustanzi perikolużi f’vetturi ta’ trasport pubbliku ta’ passiġġieri (18).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 8.3.1.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Trasport ta’ passiġġieri u sustanzi perikolużi.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta’ l-1 ta’ Ġunju 2001 dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża, “Digriet-ADR”) — Artikolu 21.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport ta’ sustanzi perikolużi awtorizzat f’vetturi ta’ trasport pubbliku bħala bagalji ta’ l-idejn: japplikaw biss id-dispożizzjonijiet relatati ma’ l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikketti ta’ pakketti kif stabbilit f’4.1, 5.2 u 3.4.

Kummenti: F’bagalji ta’ idejn jitħalla jkun hemm biss oġġetti perikolużi għal użu personali jew għal użu professjonali ta’ l-individwu. Reċipjenti ta’ gass li jistgħu jinġarru huma permessi għal pazjenti bi problemi respiratorji fl-ammont meħtieġ għal vjaġġ wieħed.

RO-SQ 6.4

Subject: Trasport fuq responsabbiltà personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ materjali perikolużi (18).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.1.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Obbligu li wieħed ikollu dokument ta’ trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta’ l-1 ta’ Ġunju 2001 dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża, “Digriet-ADR”) — Artikolu 23-2.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport fuq responsabbiltà personali ta’ kwantitajiet żgħar ta’ materjali perikolużi li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti f’1.1.3.6. mhux soġġett għall-obbligu li wieħed ikollu dokument ta’ trasport imsemmi f’5.4.1.

L-IRLANDA

RO-SQ 7.2

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.0 ta’ l-ADR għal dokument ta’ trasport għall-ġarr ta’ pestiċidi ta’ Klassi 3 ta’ l-ADR, elenkati fi 2.2.3.3 bħala pestiċidi FT2 (f.p. < 23 °C) u ta’ Klassi 6.1 ta’ l-ADR, elenkati fi 2.2.61.3 bħala pestiċidi T6, likwidi (temperatura ta’ infjammabbiltà mhux anqas minn 23 °C), fejn il-kwantitajiet ta’ merkanzija perikoluza li tkun qed tinġarr ma jaqbżux il-kwantitajiet imsemmijin f’1.1.3.6 ta’ l-ADR.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit ta’ dokument ta’ trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(9) tar-“Regolamenti dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża 2004”.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Mhux meħtieġ dokument ta’ trasport għall-ġarr ta’ dawk il-pestiċidi ta’ Klassijiet 3 u 6.1 ta’ l-ADR, fejn il-kwantità ta’ merkanzija perikoluża li tkun qed tinġarr ma taqbiżx il-kwantitajiet imsemmijin f’1.1.3.6 ta’ l-ADR.

Kummenti: Rekwiżit bla ħtieġa, ta’ piż għal trasport lokali u konsenja ta’ dawk il-pestiċidi.

RO-SQ 7.4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ xi dispożizzjonijiet ta’ l-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikketti għall-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar (anqas mil-limiti f’1.1.3.6) ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti biż-żmien ta’ kodiċijiet ta’ klassifikazzjoni 1.3G, 1.4G u 1.4S ta’ Klassi 1 ta’ l-ADR, bin-numri rispettiv’ identifikazzjoni ta’ sustanza UN0092, UN0093, UN0403 jew UN0404, għall-eqreb kwartieri tas-suldati biex jintremew.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6, 4.1, 5.2 u 6.1.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rimi ta’ pirotekniċi skaduti.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(10) tar-“Regolamenti dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża 2004”.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dispożizzjonijiet ta’ l-ADR dwar l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikketti għall-ġarr ta’ oġġetti pirotekniċi skaduti bin-numri rispettivi UN 0092, UN 0093, UN 0403, UN 0404 għall-eqreb kwartieri tas-suldati ma japplikawx bil-kondizzjoni li d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-ippakkjar ta’ l-ADR jitħarsu u tkun inkluża informazzjoni addizzjonali fid-dokument tat-trasport. Japplikaw biss għat-trasport lokali, għall-eqreb kwartieri tas-suldati, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ dawn il-pirotekniċi skaduti biż-żmien għal rimi bla periklu.

Kummenti: Il-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ murtali tal-baħar ta’ emerġenza “skaduti biż-żmien”, l-aktar mingħand sidien ta’ dgħajjes ta’ divertiment u fornituri ta’ vapuri, lejn kwartieri tas-suldati biex jintremew bla periklu, ħoloq problemi; partikularment fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ ippakkjar. Id-deroga hija għal kwantitajiet żgħar (anqas minn dawk speċifikati f’1.1.3.6) għal trasport lokali.

RO-SQ 7.5

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-Kapitoli 6.7 u 6.8, fir-rigward tat-trasport bit-triq ta’ tankijiet ta’ ħażna vojta u mhux imnaddfa nominalment (għal ħżin f’postijiet fissi) għall-fini ta’ tindif, tiswija, ittestjar jew rimi.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 6.7 u 6.8.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għad-disinn, kostruzzjoni, spezzjoni u ittestjar ta’ tankijiet.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għar-“Regolamenti dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, 2004”.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni [Proposta] mir-rekwiżiti tal-Kapitoli 6.7 u 6.8 ta’ l-ADR għall-ġarr bit-triq ta’ tankijiet ta’ ħażna vojta u mhux imnaddfa nominalment (għal ħżin f’bini fiss) għall-fini ta’ tindif, tiswija, ittestjar jew rimi; bil-kondizzjoni li (a) jkun tneħħa tant mix-xogħol tal-pajpijiet li kienu mqabbin mat-tank daqs kemm raġjonevolment seta’ fil-prattika jitneħħa minn miegħu; (b) mat-tank jitwaħħal valv adatt ta’ skariku ta’ pressjoni, li għandu jibqa’ jaħdem tul il-ġarr; u (c) soġġett għal (b) hawn fuq, kull fetħa fit-tank u f’kull xogħol ieħor ta’ pajpijiet imqabbda miegħu tkun ġiet issiġillata biex oġġetti perikolużi ma jitħallewx joħorġu; sakemm ikun raġonevolment prattiku li dan isir.

Kummenti: Dawn it-tankijiet jintużaw għall-ħżin ta’ sustanzi f’bini fiss u mhux għat-trasport ta’ merkanzija. Aktarx ikun hemm fihom kwantitajiet żgħar ħafna ta’ oġġetti perikolużi waqt li huma (it-tankijiet) ikun qed jinġarru lejn bini differenti biex jitnaddfu, jissewwew, eċċ.

Preċedentement skond l-Art. 6.10.

RO-SQ 7.6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżiti tal-Kapitoli 5.3, 5.4, it-Taqsima 7 u l-Anness B ta’ l-ADR, fir-rigward tal-ġarr ta’ ċilindri tal-gass ta’ aġenti distributuri (għal xarbiet) fejn jinġarru fuq l-istess vettura bħax-xarbiet (li għalihom għandhom jintużaw).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Il-Kapitoli 5.3, 5.4, it-Taqsima 7 u l-Anness B.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: L-immarkar tal-vetturi, id-dokumentazzjoni li jkollha tinġarr u d-dispożizzjonijiet dwar tagħmir ta’ trasport u operazzjonijiet ta’ trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għar-“Regolamenti dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, 2004”.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni [proposta] mir-rekwiżiti tal-Kapitoli 5.3, 5.4, it-Taqsima 7 u l-Anness B ta’ l-ADR għal ċilindri ta’ gassijiet, użati bħala aġenti distributuri għal xarbiet, fejn dawn iċ-ċilindri ta’ gassijiet jinġarru fuq l-istess vettura bħax-xarbiet (li għalihom għandhom jintużaw).

Kummenti: L-attività ewlenija tikkonsisti fid-distribuzzjoni ta’ pakki ta’ xarbiet, li ma jkunux sustanzi ta’ l-ADR, flimkien ma’ kwantitajiet żgħar ta’ ċilindri żgħar ta’ gassijiet assoċjati ta’ distribuzzjoni.

Preċedentement skond l-Art. 6.10.

RO-SQ 7.7

Suġġett: Eżenzjoni, għal trasport nazzjonali ġewwa l-Irlanda, mir-rekwiżit ta’ kostruzzjoni u ittestjar ta’ reċipjenti, u d-dispożizzjonijiet tagħhom dwar l-użu, li tinsab fil-Kapitoli 6.2 u 4.1 ta’ l-ADR għal ċilindri u tankijiet ta’ pressjoni tal-gass ta’ Klassi 2; li jkunu għamlu vjaġġ ta’ trasport multimodali, inkluż ġarr marittimu, fejn (i) dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni jinbnew, ikunu ttestjati u jintużaw skond il-kodiċi ta’ l-IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni ma jerġgħux jimtlew fl-Irlanda iżda jintbagħtu lura nominalment vojta lejn il-pajjiż ta’ oriġini tal-vjaġġ ta’ trasport multimodali, u (iii) dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni jitqassmu lokalment fi kwantitajiet żgħar.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 1.1.4.2, 4.1 u 6.2.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet relatati ma’ vjaġġ ta’ trasport multimodali, inkluż ġarr marittimu, użu ta’ ċilindri u tankijiet ta’ pressjoni għal gassijiet ta’ Klassi 2 ta’ l-ADR, u kostruzzjoni u ittestjar ta’ dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni għal gassijiet ta’ Klasssi 2 ta’ l-ADR.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għar-“Regolamenti dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, 2004”.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: [Propost] Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 4.1 u 6.2 ma japplikawx għal ċilindri u tankijiet ta’ pressjoni ta’ gassijiet ta’ Klassi 2 bil-kondizzjoni li (i) dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni jinbnew u jkunu ttestjati skond il-Kodiċi ta’ l-IMDG, (ii) dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni jintużaw skond il-Kodiċi ta’ l-IMDG, (iii) dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni jkunu ġew trasportati lill-ispeditur permezz ta’ trasport multimodali, inkluż ġarr marittimu, (iv) it-trasport ta’ dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni lil min jużahom l-aħħar ikun jikkonsisti biss fi vjaġġ ta’ trasport wieħed, li jitlesta fl-istess jum, mingħand il-konsenjatarju tat-trasport multimodali [imsemmi fil-paragrafu (iii) hawn fuq], (v) dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni ma jerġgħux jimtlew ġewwa l-Istat u jintbagħtu lura vojta nominalment lejn il-pajjiż ta’ oriġini tat-trasport multimodali [imsemmi fil-paragrafu (iii) hawn fuq], u (vi) dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni jitqassmu lokalment ġewwa l-Istat fi kwantitajiet żgħar.

Kummenti: Il-gassijiet li jkun hemm f’dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni jkunu ta’ speċifikazzjoni, mitluba minn min jużahom l-aħħar, li ġġib magħha l-ħtieġa li dawn ikunu importati minn barra ż-żona ta’ l-ADR. Wara li jintużaw, dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni nominalment vojta jeħtiġilhom jintbagħtu lejn il-pajjiż ta’ oriġini, biex jimtlew mill-ġdid bil-gassijiet speċjali speċifikati — huma m’għandhomx jimtlew mill-ġdid ġewwa l-Irlanda jew tabilħaqq f’kull parti taż-żona ta’ l-ADR. Għalkemm ma jkunux konformi ma’ l-ADR, huma jkunu konformi mal-Kodiċi ta’ l-IMDG u aċċettati minnha. It-trasport multimodali, li jibda minn barra ż-żona ta’ l-ADR, huwa maħsub li jintemm fil-bini ta’ l-importaturi, minn fejn il-ħsieb ikun li dawn iċ-ċilindri u t-tankijiet ta’ pressjoni jitqassmu lil min jużahom l-aħħar lokalment ġewwa l-Irlanda fi kwantitajiet żgħar. Dan il-ġarr, ġewwa l-Irlanda, ikun skond l-Art 6(9) kif emendat tad-Direttiva 94/55/KE kif emendata.

IL-FINLANDJA

RO-SQ 13.1

Suġġett: Trasport ta’ merkanzija perikoluża f’ċerti ammonti f’karrozzi privati u karrozzi tal-linja.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 4.1, 5.4.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar ippakkjar, dokumentazzjoni.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport ta’ merkanzija perikoluża f’ċerti ammonti skond dak ta’ 1.1.3.6 b’massa netta massima ta’ mhux aktar minn 200 kg f’karrozzi privati u f’karrozzi tal-linja huwa permess mingħajr l-użu tad-dokument ta’ trasport u mingħajr il-ħarsien tar-rekwiżiti kollha ta’ ippakkjar.

RO-SQ 13.2

Suġġett: Deskrizzjoni ta’ tankijiet vojta fid-dokument ta’ trasport.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.1.1.6.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għal pakki vojta mhux imnaddfa, vetturi, kontenituri, tankijiet, vetturi li jaħdmu bil-batterija u MEGCs.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ ta’ vetturi ta’ tankijiet vojta u mhux imnaddfa li fuqhom ikunu nġarru żewġ sustanzi jew aktar bin-numri 1202, 1203 u 1223 ta’ l-UN, id-deskrizzjoni fid-dokumenti ta’ trasport tista’ titlesta bil-kliem “L-aħħar tagħbija” flimkien ma’ l-isem tal-prodott li jkollu temperatura l-aktar baxxa ta’ infjammabbiltà; “Vettura ta’ tankijiet vojta, 3, l-aħħar tagħbija: Spirtu ta’ mutur UN 1203, II”.

RO-SQ 13.3

Suġġett: Tikketti u immarkar ta’ l-unità ta’ trasport għal splużivi.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.3.2.1.1.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ immarkar ta’ pjanċi oranġjo.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Unitajiet ta’ trasport li jġorru (ġeneralment f’vannijiet) ammonti żgħar ta’ splużivi (massimu ta’ 1 000 kg (netti)) lejn barrieri u lantijiet tax-xogħol jista’ jkollhom tikketti fuq quddiem u fuq wara, bl-użu ta’ kartellun tal-mudell Nru 1.

RO-SQ 13.4

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO-SQ 6.2.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Għandha tkun speċifikata f’Regolamenti li ħerġin dalwaqt.

RO-SQ 13.5

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO-SQ 6.4.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Għandha tkun speċifikata f’Regolamenti li ħerġin dalwaqt.

IR-RENJU UNIT

RO-SQ 15.1

Suġġett: Ġarr ta’ ċerti radjuattivi ta’ periklu żgħir bħal arloġġi tal-ħajt, arloġġi ta’ idejn, ditekters tad-duħħan, kwadranti ta’ kumpass (E1).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżiti l-aktar ta’ l-ADR.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar il-ġarr ta’ materjal ta’ Klassi 7.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti ta’ l-1966 dwar Materjal Radjuattiv (Ġarr Bit-triq) (Il-Gran Brittanja) reg 3(2)(f), (g) u (h).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Eżenzjoni totali mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti nazzjonali għal ċerti prodotti kummerċjali li jkollhom fihom kwantitajiet limitati ta’ materjal radjuattiv.

Kummenti: Din id-deroga hija miżura għal żmien qasir, li ma tkunx meħtieġa aktar meta emendi simili għar-regolamenti ta’ l-IAEA ikunu inkorporati fl-ADR

RO-SQ 15.2

Subject: Eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument ta’ trasport għal ċerti kwantitajiet ta’ merkanzija perikoluża kif definita f’1.1.3.6 (E2).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6.2 u 1.1.3.6.3.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti għal ċerti kwantitajiet għal kull unità ta’ trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti ta’ l-1996 dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, reg.3 u reg.13 u l-Iskeda 2(8).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument ta’ trasport mhux meħtieġ għal kwantitajiet limitati ħlief meta dawn jagħmlu parti minn tagħbija akbar.

Kummenti: Din l-eżenzjoni hija adatta għal trasport nazzjonali, fejn dokument ta’ trasport mhux dejjem ikun adatt fejn tkun involuta distribuzzjoni lokali.

RO-SQ 15.3

Suġġett: Ġarr ta’ ċilindri tal-metall ħfif tal-kejl għall-użu fi blalen ta’ l-arja sħuna bejn il-post tal-mili u l-post tat-tlugħ/l-inżul (E3).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 6.2.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ reċipjenti tal-gass.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tkun speċifikata f’Regolamenti li ħerġin dalwaqt.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ara hawn fuq.

Kummenti: Ċilindri tal-gass użati għal blalen ta’ l-arja sħuna huma mfasslin biex ikun ħfif kemm jista’ jkun, u dan ma jippermettilhomx iħarsu r-rekwiżiti normali għal ċilindri tal-gass. Ċilindru medju tal-gass jesa’ 70 litru ilma, u l-akbar wieħed ma jaqbiżx id-90 litru. Ma jinġarrux aktar minn 5 ċilindri fuq il-vettura kull darba.

RO-SQ 15.4

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ tagħmir għat-tifi tan-nar għal vetturi li jġorru materjal radjuattiv ta’ livell baxx (E4).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 8.1.4.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit għal vetturi li jġorru strumenti għat-tifi tan-nar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Materjal Radjuattiv (Trasport Bit-triq) (Il-Gran Brittanja) 1996, reg. 34(4) U (5).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Reg. 34 (4) ineħħi r-rekwiżit għal ġarr ta’ tagħmir li jitfi nar meta jinġarru biss pakki eżentati (UN 2908, 2909, 2910 u 2911).

Reg. 34(5) jillimita r-rekwiżit fejn jinġarr biss għadd żgħir ta’ pakki.

Kummenti: Il-ġarr ta’ tagħmir għat-tifi tan-nar huwa fil-prattika irrilevanti għal trasport ta’ UN 2908, 2909, 2910, UN 2911, li bosta drabi jistgħu jinġarru f’vetturi żgħar.

RO-SQ 15.5

Suġġett: Distribuzzjoni ta’ merkanzija f’ippakkjar minn ġewwa lil bejjiegħa bl-imnut jew utenti (esklużi dawk tal-klassijiet 1 u 7) minn imħażen ta’ distribuzzjoni lil bejjiegħa bl-imnut u utenti u minn bejjiegħa bl-imnut lil utenti aħħarin (N1).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 6.1.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ materjali ta’ ippakkjar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ġarr ta’ Merkanzija Perikoluża (Klassifikazzjoni, Ippakkjar & Tikketti) u r-Regolamenti ta’ l-1996 dwar Użu ta’ Reċipjenti ta’ Pressjoni Trasportabbli, Reg. 6(1), 6(3) u 8(5) u l-Iskeda 3.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-ippakkjar ma jeħtiġlux li jingħata marka RID/ADR jew UN jew li jkun immarkat mod ieħor jekk ikollu fih merkanzija msemmija fl-Iskeda 3.

Kummenti: Rekwiżiti ta’ l-ADR mhumiex adatti għall-aħħar stadji tal-ġarr minn kwartier ta’ distribuzzjoni għal bejjiegħ bl-imnut jew għal utent jew minn bejjiegħ bl-imnut għal utent aħħari. L-għan ta’ din id-deroga huma biex ir-reċipjenti ta’ ġewwa ta’ merkanzija għal distribuzzjoni għal bejgħ bl-imnut jitħallew jinġarru, wara l-aħħar waqfa ta’ vjaġġ ta’ distribuzzjoni lokali, mingħajr ippakkjar minn barra.

RO-SQ 15.6

Suġġett: Moviment ta’ tankijiet fissi nominalment vojta u mhux maħsubin bħala tagħmir ta’ trasport (N2).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Taqsimiet 5 u 7-9.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar proċeduri ta’ konsenja, ġarr, operazzjoni u vetturi.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tkun speċifikata f’Regolamenti li ħerġin dalwaqt.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ara hawn fuq.

Kummenti: Moviment ta’ tankijiet fissi bħal dawn ma jikkostitwix ġarr ta’ merkanzija perikoluża skond it-tifsira normali, u dispożizzjonijiet ta’ l-ADR ma jistgħux fil-prattika ikunu applikati. Billi t-tankijiet ikunu “nominalment vojta”, l-ammont ta’ merkanzija li attwalment ikun hemm fihom ikun, skond id-definizzjoni, żgħir ħafna.

RO-SQ 15.7

Suġġett: Biex jitħalla jkun hemm “kwantità totali massima għal kull unità ta’ trasport” differenti għal merkanzija ta’ Klassi 1 fil-kategoriji 1 u 2 tat-tabella f’1.1.3.6.3 (N10).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6.3 u 1.1.3.6.4.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet relatati ma’ kwantitajiet għal kull unità ta’ trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti ta’ l-1996 dwar Ġarr Bit-triq ta’ Splużivi, reg. 13 u l-Iskeda 5; reg. 14 u l-Iskeda 4.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Jistabbilixxi regoli dwar eżenzjonijiet għal kwantitajiet limitati u tagħbija mħallta ta’ splużivi.

Kummenti: Biex jitħalla jkun hemm limiti differenti ta’ kwantità għal merkanzija ta’ Klassi 1, jiġifieri “50” għal Kategorija 1 u “500” għal Kategorija 2. Għall-fini tal-kalkulazzjoni ta’ tagħbijiet imħallta, il-fatturi ta’ multiplikazzjoni għandhom jaqraw “20” għal Kategorija ta’ Trasport 2 u “2” għal Kategorija ta’ Trasport 3.

Preċedentement kienet deroga skond l-Art. 6.10.

RO-SQ 15.8

Suġġett: Żieda fil-massa netta massima ta’ oġġetti ta’ splużivi permissibbli f’vetturi EX/II (N13).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 7.5.5.2.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Limitazzjonijiet ta’ kwantitajiet trasportati ta’ sustanzi u oġġetti esplużivi.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti ta’ l-1996 dwar Ġarr Bit-triq ta’ Splużivi, reg.13, Skeda 3.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Limitazzjonijiet ta’ kwantitajiet trasportati ta’ sustanzi u oġġetti esplużivi.

Kummenti: Regolamenti tar-Renju Unit jippermettu massa netta ta’ 5 000 kg ta’ vetturi tat-Tip II għall-Gruppi ta’ Kompatibbiltà 1.1C, 1.1D, 1.1E u 1.1J.

Ħafna oġġetti ta’ Klassi 1.1C, 1,1D, 1.1E u 1.1J li qed jinġarru fl-Ewropa huma kbar u goffi u huma twal aktar minn 2,5 m. Primarjament huma oġġetti esplużivi għall-użu tal-militar. Il-limitazzjonijiet fuq il-kostruzzjoni ta’ vetturi EX/III (li jeħtiġilhom ikunu vetturi magħluqa) jagħmluha bi tqila ħafna li oġġetti bħal dawn jitgħabbew u jinħattu. Xi oġġetti jkun jeħtiġilhom tagħmir speċjalizzat ta’ tagħbija u ħatt fil-bidu u t-tmiem tal-vjaġġ. Fil-prattika, dan it-tagħmir rari jeżisti. Jintużaw ftit vetturi EX/III fir-Renju Unit u l-ħtieġa li jinbnew aktar vetturi EX/III speċjalizzati biex iġorru dan it-tip ta’ splużiv tkun ta’ piż kbir ħafna fuq l-industrija.

Fir-Renju Unit splużivi militari jinġarru kważi kollha minn trasportaturi kummerċjali u għalhekk ma jistgħux jieħdu vantaġġi mill-eżenzjoni għall-vetturi militari tad-Direttiva Qafas. Biex din il-problema tingħeleb, ir-Renju Unit dejjem ippermetta l-ġarr sa 5 000 kg ta’ oġġetti bħal dawn fuq vetturi EX/II. Il-limitu preżenti mhux dejjem huwa suffiċjenti minħabba li artiklu jista’ jkollu aktar minn 1 000 kg ta’ splużiv.

Sa mill-1950 kien hemm biss żewġ inċidenti (it-tnejn fil-ħamsinijiet) li kienu jinvolvu splużivi bħala furnelli b’piż ta’ aktar minn 5 000 kg. L-inċidenti kienu kkawżati minħabba tajers li ħadu n-nar u minħabba sistema ta’ skariku ta’ sħana li tat in-nar lill-pjanċi. In-nirien setgħu qabdu b’tagħbija iżgħar. Ma kienx hemm imwiet jew korrimenti.

Teżisti prova empirika li turi li oġġetti ta’ splużivi ppakkjati tajjeb aktarx ma jeħdux in-nar minħabba sabta, eż. minn ħabtiet ta’ vetturi. Xhieda minn rapporti tal-militar u minn dejta dwar provi ta’ testijiet dwar impatt ta’ missili juru li teħtieġ veloċità ta’ impatt li taqbeż dik li tinħoloq fi prova ta’ waqgħa ta’ 12-il metru biex skrataċ jieħdu n-nar.

Standards ta’ sikurezza attwali mhumiex milqutin.

RO-SQ 15.9

Suġġett: Eżenzjoni minn rekwiżiti ta’ sorveljanza għal kwantitajiet żgħar ta’ ċerta merkanzija ta’ Klassi 1 (N12).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 8.4 u 8.5 S1(6).

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti ta’ sorveljanza għal vetturi li jġorru ċerti kwantitajiet ta’ merkanzija perikoluża.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti ta’ l-1996 dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, reg.24.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tipprovdi għal parkeġġ protett u faċilitajiet ta’ sorveljanza iżda ma tesiġix li ċerti tagħbijiet ta’ Klassi 1 ikunu sorveljati l-ħin kollu kif rikjest fil-Kapitolu 8.5 S1(6) ta’ l-ADR.

Kummenti: Rekwiżiti ta’ sorveljanza ta’ l-ADR mhumiex dejjem fattibbli f’kuntest nazzjonali.

RO-SQ 15.10

Suġġett: It-tħassir tar-restrizzjonijiet għal trasport ta’ tagħbijiet imħallta ta’ splużivi, u ta’ splużivi ma’ merkanzija oħra perikoluża, f’vaguni, vetturi u kontenituri (N4/5/6).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 7.5.2.1 u 7.5.2.2.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Restrizzjonijiet fuq ċerti tipi ta’ tagħbija mħallta.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti ta’ l-1996 dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, reg.18.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali hija anqas restrittiva dwar tagħbija mħallta ta’ splużivi, bil-kondizzjoni li ġarr bħal dan ikun jista’ jsir mingħajr riskju.

Kummenti: Ir-Renju Unit jixtieq jippermetti xi varjazzjonijiet dwar regoli ta’ taħlit ta’ splużivi ma’ splużivi oħra u ta’ splużivi ma’ merkanzija oħra perikoluża. Kull varjazzjoni jkollha limitazzjoni ta’ kwantità fuq parti kostitwenti jew aktar tat-tagħbija u tkun titħalla ssir biss bil-kondizzjoni li “tkun ittieħdet kull miżura raġjonevolment prattikabbli biex l-isplużivi ma jinġibux f’kuntatt ma’ merkanzija bħal din, jew xort’oħra jqegħduha f’periklu jew li huma jitqiegħdu f’periklu minħabba fiha.”

Eżempji ta’ varjazzjonijiet li r-Renju Unit jista’ jkun irid li jippermetti huma:

1.

Splużivi allokati wara klassifikazzjoni Numri UN 0029, 0030, 0042, 0065, 0081, 0082, 0104, 0241, 0255, 0267, 0283, 0289, 0290, 0331, 0332, 0360, jew 0361 jistgħu jinġarru fl-istess vettura mal-merkanzija perikoluża allokata wara klassifikazzjoni Numru UN 1942. Il-kwantità ta’ UN 1942 li titħalla tinġarr għandha tkun limitata billi titqies li tkun splużiv ta’ 1.1D;

2.

Splużivi allokata wara klassifikazzjoni Numru UN 0191, 0197, 0312, 0336, 0403, 0431, jew 0453 jistgħu jinġarru fl-istess vettura ma’ merkanzija perikoluża (ħlief gassijiet infjammabbli, sustanzi infettivi u sustanzi tossiċi) fil-kategorija ta’ trasport 2 jew ma’ merkanzija perikoluża fil-kategorija ta’ trasport 3, jew ma’ taħlita tagħhom, bil-kondizzjoni li l-massa jew il-volum totali ta’ merkanzija perikoluża fil-kategorija ta’ trasport 2 ma jaqbżux il-500 kg jew l u li l-massa netta totali ta’ splużivi bħal dawn ma taqbiżx il-500 kg;

3.

Splużivi ta’ 1.4G jistgħu jinġarru ma’ likwidi infjammabbli u ma’ gassijiet infjammabbli f’kategorija ta’ trasport 2 jew ma’ gassijiet mhux infjammabbli u mhux tossiċi f’kategorija ta’ trasport 3, jew f’taħlita tagħhom fl-istess vettura, bil-kondizzjoni li l-massa jew il-volum totali ta’ merkanzija perikoluża meta jinġabru flimkien ma tkunx aktar minn 200 kg jew l u l-massa netta totali ta’ splużivi ma tkunx aktar minn 20 kg.

4.

Oġġetti esplużivi allokati wara klassifikazzjoni Numri UN 0106, 0107 jew 0257 jistgħu jinġarru ma’ oġġetti esplużivi fi Grupp ta’ Kompatibbiltà D, E jew F li tagħhom ikunu komponenti. Il-kwantità totali ta’ splużivi ta’ Numri UN 0106, 0107 jew 0257 m’għandhiex tkun aktar minn 20 kg.

RO-SQ 15.11

Suġġett: Alternattiva għall-wiri ta’ pjanċi oranġjo għal konsenji żgħar ta’ materjal radjuattiv f’vetturi żgħar.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.3.2.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżit biex pjanċi oranġjo jintwerew fuq vetturi żgħar li jġorru materjal radjuattiv.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti ta’ l-2002 dwar Materjal Radju Attiv (Trasport Bit-triq) Regolament 5 (4) (d).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tippermetti kull deroga approvata skond dan il-proċess. Id-deroga mitluba hija:

1.

Vetturi għandhom jew:

(a)

ikollhom kartellun skond id-diżpożizzjonijiet applikabbli tal-paragrafu 5.3.2 ta’ l-ADR; jew

(b)

fil-każ ta’ vetturi ta’ piż ta’ anqas minn 3 500 kg, li jġorru anqas minn għaxar pakki li jkun fihom materjal mhux fissili jew fissili ta’ radjuattiv eċċettwat u fejn l-għadd ta’ indiċijiet ta’ trasport ta’ dawn il-pakki ma jkunx aktar minn 3, huma jkunu jistgħu alternattivament iġorru avviż li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 2 hawn taħt.

2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1 hawn fuq, l-avviż li għandu jintwera fuq vettura waqt li tkun qed iġġorr materjal radjuattiv għandu jkun konformi ma’ dan li ġej:

(a)

Huwa għandu jkun mhux anqas minn 12 cm kwadru. L-ittri kollha fl-avviż għandhom ikunu suwed, grassi u leġibbli. L-ittri kollha għandhom ikunu ibbuzzati ’l barra jew stampati. L-ittri kapitali tal-kelma “RADJUATTIV” m’għandhomx ikunu anqas minn 12 mm għoljin u l-ittri kapitali l-oħra m’għandhomx ikunu anqas minn 5 mm għoljin.

(b)

għandu jkun jirreżisti n-nar b’mod li l-kliem fuq l-avviż għandhom jibqgħu jinqraw wara li jkunu esposti għal nar li jolqot lill-vettura.

(c)

Għandu jkun imwaħħal sod mal-vettura f’pożizzjoni li jkun jidher ċar mis-sewwieq, iżda li ma jfixkilx il-viżwali tiegħu tat-triq u għandu jintwera biss meta l-vettura tkun qed iġġorr materjal radjuviżiv.

(d)

għandu f’jkun f’għamla miftiehma u għandu juri l-isem, l-indirizz u n-numru tat-telefon għal użu f’emerġenzi.

Kummenti: Id-deroga hija meħtieġa għal ċaqliq limitat ta’ kwantitajiet żgħar ta’ materjal radjuattiv, primarjament dożi uniċi għal pazjent wieħed ta’ materjali radjuattivi bejn faċilitajiet lokali ta’ sptar, fejn jintużaw vetturi żgħar u l-kapaċità li jitwaħħlu anki kartelluni żgħar oranġjo tkun limitata. L-esperjenza wriet li għal dawn il-vetturi t-twaħħil ta’ kartelluni oranġjo ikun problema u tkun ħaġa tqila li jinżammu f’kundizzjonijiet normali ta’ trasport. Il-vetturi jkunu mmarkati b’kartelluni li jidentifikaw il-kontenut skond 5.3.1.5.2 ta’ l-ADR (u normalment 5.3.1.7.4) biex jidentifikaw b’mod ċar il-periklu. Barra minn hekk, avviż li jirreżisti n-nar u li jkollu informazzjoni rilevanti għal emerġenza jitwaħħal f’post li jkun jidher ċar. Fil-prattika, ser tkun tista’ tinkiseb aktar informazzjoni dwar sikurezza milli mir-rekwiżiti ta’ 5.3.2 ta’ l-ADR.


ANNESS II

Derogi għal Stati Membri dwar trasport lokali limitati għat-territorju tagħhom

IL-BELĠJU

RO-LT 1.1

Suġġett: Trasport qrib ħafna ta’ siti industrijali, inkluż trasport f’toroq pubbliċi.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva 94/55/KE (“minn hawn ’il quddiem imsejħa d-Direttiva”): Annessi A u B.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: derogi 2-89, 4-97 u 2-2000.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-derogi huma dwar id-dokumentazzjoni, it-tikketti u l-immarkar ta’ pakki u ċ-ċertifikat tas-sewwieq.

Kummenti: Merkanzija perikoluża trasferita bejn bini u ieħor

deroga 2-89: qsim ta’ l-awtostrada (kimiki f’pakki);

deroga 4-97: distanza ta’ 2 km (lingotti ta’ ħadid mhux maħdum f’temperatura ta’ 600° C);

deroga 2-2000: distanza ta’ madwar 500 m (IBC, PG II, III, Klassijiet 3, 5.1, 6.1, 8 u 9).

RO-LT 1.2

Suġġett: Ċaqliq ta’ tankijiet ta’ ħażna li ma jkunux maħsubin bħala tagħmir ta’ trasport.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.2. (f)

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: eżenzjoni 6-82, 2-85.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ċaqliq ta’ tankijiet ta’ ħażna nominali għall-finijiet ta’ tindif/tiswija huwa permess.

Kummenti: Deroga reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala Nru 7 (skond l-Art. 6.10).

RO-LT 1.3

Suġġett: Taħriġ ta’ sewwieqa.

Trasport lokali ta’ UN 1202, 1203 u 1223 f’pakki u f’tankijiet (fil-Belġju raġġ ta’ 75 km mill-post ta’ l-uffiċċju reġistrat).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 8.2

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva:

Struttura tat-taħriġ:

(1)

Pakkett ta’ taħriġ

(2)

Tank ta’ taħriġ

(3)

Taħriġ speċjali Cl 1

(4)

Taħriġ speċjali Cl 7

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tkun speċifikata f’regolamenti li ħerġin dalwaqt.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Definizzjonijiet — ċertifikat — kwistjoni — duplikati — validità u estensjoni — organizzazzjoni ta’ korsijiet u eżami — derogi — penalitajiet — dispożizzjonijiet finali.

Kummenti: Huwa propost li jingħata kors inizjali segwit minn eżami limitat għat-trasport ta’ UN 1202, 1203 u 1223 f’pakki u f’tankijiet f’raġġ ta’ 75 km mill-post ta’ l-uffiċċju reġistrat — it-tul tat-taħriġ għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-ADR — wara 5 snin is-sewwieq għandu jsegwi kors ta’ aġġornament u jgħaddi minn eżami — iċ-ċertifikat jistipula “trasport nazzjonali ta’ UN 1202, 1203 u 1223 skond l-Artikolu 6(9) tad-Direttiva 94/55”.

RO-LT 1.4

Suġġett: Trasport ta’ merkanzija perikoluża f’tankijiet biex titneħħa billi tinħaraq.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 3.2

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga 01-2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: B’deroga mit-tabella fil-kapitolu 3.2 ikun permess l-użu ta’ kontenitur ta’ tankijiet bil-kodiċi ta’ tank L4BH minflok il-kodiċi ta’ tank L4DH għall-ġarr ta’ UN 3130, ta’ likwidu reattiv għall-ilma, tossiku, III, n.o.s. taħt ċerti kondizzjonijiet.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jintuża biss għall-ġarr ta’ skart perikoluż għal distanza qasira.

RO-LT 1.5

Suġġett: Ġarr ta’ skart lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.2, 5.4, 6.1 (ir-regolament l-antik: A5, 2X14, 2X12)

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u rekwiżiti dwar l-ippakkjar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrête royal relatif au transport de marchandises dangereuses par route.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Minflok ma l-iskart ikun ikklassifikat skond l-ADR, l-iskart ikun assenjat lil gruppi differenti (solventi infjammabbli, żebgħa, aċidi, batteriji, eċċ.) biex ikunu evitati reazzjonijiet perikolużi ġewwa grupp wieħed. Ir-rekwiżiti għall-kostruzzjoni ta’ materjali ta’ ippakkjar huma anqas restrittivi.

Kummenti: Dan ir-regolament jista’ jintuża għall-ġarr ta’ kwantitajiet żgħar ta’ skart lejn impjanti ta’ rimi.

RO-LT 1.6

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO-LT 14.5.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

RO-LT 1.7

Subject: Adozzjoni ta’ RO-LT 14.6.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

RO-LT 1.8

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO-LT 15.2.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

ID-DANIMARKA

RO-LT 2.1

Suġġett: UN 1202, 1203, 1223 u klassi 2 — m’hemmx dokument ta’ trasport.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.1.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Jeħtieġ dokument ta’ trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bekendtgørelse nr. 729 af 15/08/2001 om vejtransport af farligt gods.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Meta jkunu qed jinġarru prodotti ta’ żejt minerali fi klassi 3, UN 1202, 1203 u 1223 u gassijiet fi klassi 2 b’rabta ma’ distribuzzjoni (konsenja ta’ merkanzija lil reċipjent wieħed jew aktar u ġbir ta’ merkanzija mibgħuta lura f’sitwazzjonijiet simili), ma jkunx hemm rekwiżit ta’ dokument ta’ trasport bil-kondizzjoni li l-istruzzjonijiet bil-miktub, barra l-informazzjoni mitluba fl-ADR, ikollhom informazzjoni dwar in-nru UN, l-isem u l-klassi.

Kummenti: Ir-raġuni li jkun hemm deroga nazzjonali kif imsemmi hawn fuq huwa l-iżvilupp ta’ tagħmir elettroniku li jagħmilha possibbli biex, pereżempju, kumpaniji taż-żejt li jużaw tagħmir elettroniku kontinwament jibagħtu informazzjoni lill-vetturi li jkollhom informazzjoni dwar il-klijenti. Billi din l-informazzjoni ma tkunx tista’ tinkiseb malli jibda t-trasport, u tintbagħat lill-vettura waqt it-trasport, ma jkunx possibbli — qabel ma jibda t-trasport — li jitħejjew id-dokumenti ta’ trasport. Din ix-xorta ta’ trasport hija ristretta għal żoni limitati.

Bħalissa hemm deroga għad-Danimarka għal dispożizzjoni simili skond l-Artikolu 6.10.

IL-ĠERMANJA

RO-LT 3.1

Suġġett: Rinunzja ta’ ċerti indikazzjonijiet fid-dokument ta’ trasport (n2).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.1.1.1

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Kontenut tad-dokument ta’ trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 06.11.2002 (BGBl. I S. 4350), geändert durch Artikel 2 der Verordnung vom 28.04.2003 (BGBl. I S. 595); Ausnahme 18.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għall-klassijiet kollha ħlief il-klassijiet 1 (ħlief 1.4S), 5.2 u 7:

Mhix meħtieġa indikazzjoni fid-dokument ta’ trasport

(a)

għall-konsenjatarju f’każ ta’ distribuzzjoni lokali (ħlief għal tagħbija sħiħa u għal trasport fuq ċerti rotot);

(b)

għall-ammont u t-tipi ta’ pakki, jekk 1.1.3.6 ma tkunx applikata u jekk il-vettura tkun konformi mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ l-Annessi A u B;

(c)

għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa id-dokument ta’ trasport ta’ l-aħħar tagħbija jkun biżżejjed.

Kummenti: L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ma tkunx prattikabbli għal traffiku tax-xorta in kwistjoni.

Id-deroga tkun reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala numru 22. (skond 6.10).

RO-LT 3.2

Suġġett: Trasport ta’ Klassi 9 PCB-materjali kontaminati fi kwantitajiet.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 7.3.1

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Trasport fi kwantitajiet.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 06.11.2002 (BGBl. I S. 4350), geändert durch Artikel 2 der Verordnung vom 28.04.2003 (BGBl. I S. 595); Ausnahme 11.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Awtorizzazzjoni għal trasport bil-kwantità f’korpi ta’ skambju ta’ vetturi jew kontenituri ssiġillati biex ma jidħlilhomx likwidi jew trab.

Kummenti: Id-deroga 11 hija limitata sal-31.12.2004; mill-2005, ikun hemm l-istess dispożizzjonijiet fl-ADR u fir-RID.

Ara wkoll il-Ftehim Multilaterali M137.

List No 4*.

RO-LT 3.3

Suġġett: Trasport ta’ skart perikoluż ippakkjat.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Taqsimiet 1 sa 5

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, ippakkjar u immarkar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Gefahrgut-Ausnahmeverordnung — GGAV 2002 vom 06.11.2002 (BGBl. I S. 4350), geändert durch Artikel 2 der Verordnung vom 28.04.2003 (BGBl. I S. 595); Ausnahme 20.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Klassijiet 2 sa 6.1, 8 u 9: Ippakkjar u trasport fl-istess ħin ta’ skart perikoluż f’pakki u f’IBCs; l-iskart għandu jkun ippakkjat f’pakki interni (kif jinġabar) u kkategorizzat fi gruppi speċifiċi ta’ skart (biex ma jitħallix ikun hemm reazzjonijiet perikolużi ġewwa grupp ta’ skart); użu ta’ istruzzjonijiet speċjali bil-miktub relatati mal-gruppi ta’ skart u bħala polza tat-tagħbija; ġbir ta’ skart domestiku u ta’ laboratorji, eċċ.

Kummenti: Lista Nru 6*.

IL-GREĊJA

RO-LT 4.1

Suġġett: Deroga dwar rekwiżiti ta’ sikurezza għal tankijiet fissi (vetturi tankijiet), reġistrati qabel il-31.12.2001, għat-trasport lokali jew għal kwantitajiet żgħar ta’ xi kategoriji ta’ merkanzija perikoluża.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 1.6.3.6, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, 6.8.2.1.17-6.8.2.1.22, 6.8.2.1.28, 6.8.2.2, 6.8.2.2.1, 6.8.2.2.2.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni, tagħmir, approvazzjoni tat-tip, spezzjonijiet u testijiet, u immarkar ta’ tankijiet fissi (vetturi tankijiet), tankijiet li jiżżarmaw u kontenituri ta’ tankijiet u korpi ta’ skambju ta’ tankijiet, b’qoxra magħmula minn materjali tal-metall, u vetturi li jaħdmu bil-batterija u kontenituri ta’ gass ta’ elementi multipli (MEGCs).

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές κατασκευής, εξοπλισμού και ελέγχων των δεξαμενών μεταφοράς συγκεκριμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων για σταθερές δεξαμενές (οχήματα-δεξαμενές), αποσυναρμολογούμενες δεξαμενές που βρίσκονται σε κυκλοφορία. (Rekwiżiti għall-kostruzzjoni, tagħmir, spezzjonijiet u testijiet ta’ tankijiet fissi (vetturi tankijiet), tankijiet li jiżżarmaw li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni, għal xi kategoriji ta’ merkanzija perikoluża.)

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjonijiet tranżitorji: Tankijiet fissi (vetturi tankijiet), tankijiet li jiżżarmaw u kontenituri ta’ tankijiet reġistrati l-ewwel darba f’pajjiżna bejn l-1.1.1985 u l-31.12.2001 jistgħu ikunu għadhom fl-użu sal-31.12.2010. Din id-dispożizzjoni tranżitorja tolqot vetturi għat-trasport tal-materjali perikolużi li ġejjin (UN: 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262, 3257). Dan it-trasport huwa maħsub għal kwantitajiet żgħar jew bħala trasport lokali għal vetturi reġistrati fil-perjodu msemmi hawn fuq. Dan il-perjodu tranżitorju jkun fis-seħħ għal vetturi ta’ tankijiet adattati skond:

1.

Paragrafi ta’ l-ADR għal spezzjoni u testijiet, 6.8.2.4.2, 6.8.2.4.3, 6.8.2.4.4, 6.8.2.4.5, (ADR 1999: 211.151, 211.152, 211.153, 211.154).

2.

Xħuna minima ta’ qoxra ta’ 3 mm għal tankijiet b’qoxra ta’ kapaċità ta’ kompartament sa 3 500 lt u mill-għanqas 4 mm xħuna ta’ azzar ħafif għal tankijiet b’kompartamenti b’kapaċità sa 6 000 lt, mingħajr ma jitqiesu x-xorta jew il-xħuna tal-partijiet li jaqsmuhom.

3.

Jekk il-materjal użat ikun aluminju jew metall ieħor, it-tankijiet għandhom iħarsu r-rekwiżiti ta’ ħxuna u speċifikazzjonijiet oħra tekniċi li joħorġu minn disinji tekniċi approvati mill-awtorità lokali tal-pajjiż fejn huma kienu reġistrati qabel. Fin-nuqqas ta’ disinji tekniċi, it-tankijiet għandhom iħarsu r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.8.2.1.17 (211.127).

4.

Tankijiet għandhom iħarsu l-paragrafi marġinali 211.128, 6.8.2.1.28 (211.129), il-paragrafi 6.8.2.2 flimkien mas-subparagrafi 6.8.2.2.1 u 6.8.2.2.2 (211.130, 211.131).

B’mod aktar preċiż, il-vetturi tankijiet b’massa ta’ anqas minn 4 t użati għal trasport lokali ta’ nafta biss (UN 1202), reġistrati l-ewwel darba qabel il-31.12.2002, jekk il-ħxuna ta’ qoxrithom tkun anqas minn 3mm, jitħallew jintużaw biss jekk ikunu trasformati skond il-marġinali 211.127 (5)b4 (6.8.2.1.20).

RO-LT 4.2

Suġġett: Deroga għal rekwiżiti ta’ kostruzzjoni ta’ Vetturi Bażi, fir-rigward ta’ vetturi maħsubin għal trasport lokali ta’ merkanzija perikoluża reġistrati l-ewwel darba qabel il-31 Diċembru 2001.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: ADR 2001: 9.2, 9.2.3.2, 9.2.3.3.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-kostruzzjoni ta’ Vetturi Bażi.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Τεχνικές Προδιαγραφές ήδη κυκλοφορούντων οχημάτων που διενεργούν εθνικές μεταφορές ορισμένων κατηγοριών επικινδύνων εμπορευμάτων. (Rekwiżiti tekniċi ta’ vetturi li diġà jintużaw, maħsubin għal trasport lokali ta’ ċerti kategoriji ta’ merkanzija perikoluża.)

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-deroga tapplika għal vetturi maħsubin għal trasport lokali ta’ merkanzija perikoluża (kategoriji UN 1202, 1268, 1223, 1863, 2614, 1212, 1203, 1170, 1090, 1193, 1245, 1294, 1208, 1230, 3262 u 3257), li kienu reġistrati l-ewwel darba qabel il-31 ta’ Diċembru 2001.

Il-vetturi msemmijin hawn fuq għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 9 (paragrafi 9.2.1 sa 9.2.6) ta’ l-Anness B tad-Direttiva 94/55/KE bid-devjazzjonijiet li ġejjin.

Għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 9.2.3.2 u meħtiġin biss f’każ li l-vettura tkun mgħammra b’sistema ta’ brejkijiet kontra l-ibblukkar mill-fabbrikant tal-vettura u għandha titwaħħlilhom sistema ta’ brejkijiet ta’ reżistenza kif definita f’9.2.3.3.1. iżda mhux neċessarjament b’konformità mal-paragrafi 9.2.3.3.2. u 9.2.3.3.3.

Il-provvista elettrika għat-takografu għandha tingħata permezz ta’ barriera ta’ sikurezza konnessa direttament mal-batterija (marġinali 220 514) u t-tagħmir elettriku tal-mekkaniżmu għall-irfigħ ta’ fus ta’ vagun għandu jitwaħħal fejn ikun twaħħal l-ewwel darba mill-fabbrikant tal-vettura u għandu jitħares f’qafas protettiv xieraq (marġinali 220 517).

Vetturi tank speċifiċi b’massa massima ta’ anqas minn 4 tunnellati maħsubin għal trasport lokali ta’ żejt ta’ tisħin mid-diżil (UN: 1202) għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 9.2.2.3, 9.2.2.6, 9.2.4.3 u 9.2.4.5. iżda mhux neċessarjament ma’ l-oħrajn.

Kummenti: L-għadd ta’ vetturi msemmijin hawn fuq huwa ftit meta mqabbel mat-total ta’ vetturi diġà reġistrati u li barra minn hekk huma maħsubin għal trasport lokali biss. Il-forma tad-deroga mitluba, id-daqs tal-flotta ta’ vetturi in kwistjoni u t-tip ta’ merkanzija trasportata ma joħolqux problema għas-sikurezza tat-triq.

SPANJA

RO-LT 5.1

Suġġett: tagħmir speċjali għad-distribuzzjoni ta’ ammonja anidra.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 6.8.2.2.2.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Biex ma jitħallix ikun hemm kull telf ta’ kontenut fil-każ ta’ ħsara lill-attrezzaturi esterni (pajpijiet, mezzi laterali ta’ għeluq), il-valv intern ta’ interċetazzjoni u l-post fejn ikun imqiegħed għandhom ikunu protetti kontra l-periklu li jitqaċċtu minn pressjonijiet esterni jew jitfasslu b’mod li jirreżistu pressjonijiet bħal dawn. Il-mezzi ta’ mili u skarikar (inklużi flanġijiet u plaggijiet meħjuta) u kapep protettivi (jekk ikun hemm) għandhom ikunu jistgħu jitwaħħlu b’mod sod kontra kull ftuħ mhux mistenni.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Real Decreto 2115/1998. Anejo 1. Apartado 3.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tankijiet użati għall-finijiet agrikoli għal distribuzzjoni u applikazzjoni ta’ ammonja anidra li nġiebu fis-servizz qabel l-1 ta’ Jannar 1992 jistgħu jkunu mgħammra b’attrezzaturi esterni, minflok interni, ta’ sikurezza, bil-kondizzjoni li joffru protezzjoni ekwivalenti mill-anqas għall-protezzjoni mogħtija mill-ħajt tat-tank.

Kummenti: Qabel l-1 ta’ Jannar 1992 fl-agrikoltura kien użat esklussivament tip ta’ tank mgħammar b’attrezzaturi esterni ta’ sikurezza biex japplika ammonja anidra direttament għal fuq l-art. Diversi tankijiet ta’ din ix-xorta għadhom jintużaw sal-lum. Rarament jinstaqu jew jitgħabbew għall-ġarr, iżda jintużaw biss għal tixrid ta’ fertilizzanti f’irziezet kbar.

FRANZA

RO-LT 6.1

Suġġett: Użu ta’ dokument marittimu bħala dokument ta’ trasport għal vjaġġi ta’ distanzi qosra wara l-ħatt ta’ bastiment.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.1

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni li għandha tidher fid-dokument użat bħala dokument ta’ trasport għal merkanzija perikoluża.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta’ l-1 ta’ Ġunju 2001 dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża, “Digriet ADR”) — Artikolu 23-4.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Id-dokument marittimu jintuża bħala dokument ta’ trasport f’raġġ ta’ 15-il km.

RO-LT 6.2

Suġġett: Trasport ta’ oġġetti ta’ Klassi 1 flimkien ma’ materjali perikolużi ta’ klassijiet oħra (91).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 7.5.2.1.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni kontra t-tagħbija flimkien ta’ pakketti b’tikketti differenti ta’ periklu.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta’ l-1 ta’ Ġunju 2001 dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża, “Digriet ADR”) — Artikolu 26.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Possibbiltà ta’ ġarr flimkien ta’ detonaturi sempliċi jew mgħaqqda u merkanzija mhux ta’ Klassi 1, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet u għal distanzi anqas minn jew ugwali għal 200 km fi Franza.

RO-LT 6.3

Suġġett: Trasport ta’ ta’ tankijiet fissi ta’ ħażna ta’ LPG (18).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta’ l-1 ta’ Ġunju 2001 dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża, “Digriet ADR”)- Artikolu 30.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ tankijiet fissi ta’ ħażna ta’ LPG huwa soġġett għal regoli speċifiċi. Applikabbli biss għal distanzi qosra.

RO-LT 6.4

Suġġett: Kondizzjonijiet speċifiċi relatati mat-taħriġ ta’ sewwieqa u l-approvazzjoni ta’ vetturi użati għal trasport agrikolu (distanzi qosra).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 6.8.3.2; 8.2.1 u 8.2.2

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Tagħmir ta’ tankijiet u taħriġ ta’ sewwieqa.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Arrêté du 1er juin 2001 relatif au transport de marchandises dangereuses par route (Digriet ta’ l-1 ta’ Ġunju 2001 dwar it-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża, “Digriet ADR”) — Artikolu 29.2 — Anness D4.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi. Taħriġ speċjali għal sewwieqa.

L-IRLANDA

RO-LT 7.1

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ 5.4.1.1.1, li jkun hemm (i) l-ismijiet u l-indirizzi tal-konsenjatarji, (ii) l-għadd u d-deskrizzjoni tal-pakki, u (iii) il-kwantità totali ta’ merkanzija perikoluża fid-dokument ta’ trasport, fejn pitrolju, fjuwil tad-diżil jew nafta likwida li jkollhom in-numri rispettivi ta’ identifikazzjoni ta’ sustanza UN 1223, UN 1202 u UN 1965 ikunu qed jinġarru għal għand min jużahom l-aħħar.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(2) tar-‘Regolamenti dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, 2004’.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fejn pitrolju, fjuwil tad-diżil jew nafta likwida, li jkollhom in-numri rispettivi ta’ identifikazzjoni ta’ sustanza UN 1223, UN 1202 u UN 1965 kif speċifikat fl-Appendiċi B.5 ta’ l-Anness B ta’ l-ADR, ikunu qed jinġarru għal għand min jużahom l-aħħar, ma jkunx meħtieġ li jkunu inklużi l-isem u l-indirizz tal-konsenjatarju, in-numru u d-deskrizzjoni tal-pakki, Kontenituri Intermedji ta’ Kwantità jew reċipjenti, jew il-kwantità totali li tkun qed tinġarr, fl-unità ta’ trasport.

Kummenti: Fil-każ ta’ konsenja ta’ żejt għat-tisħin tad-djar lil klijenti domestiċi, hija prattika komuni li t-tank ta’ ħażna tal-klijent “jimtela kollu” — għalhekk il-konsenja attwali ma tkunx magħrufa, kif ukoll l-għadd ta’ klijenti (f’ġarr wieħed partikolari) ukoll ma jkunx magħruf fil-waqt li t-tanker mgħobbi jibda l-vjaġġ tiegħu. Fil-każ ta’ konsenja ta’ ċilindri ta’ LPG lil djar, hija prattika komuni li ċilindri vojta jinbidlu ma’ oħrajn mimlijin — għalhekk l-għadd ta’ klijenti u l-kunsinni ta’ kull wieħed minnhom ma jkunux magħrufa meta tibda l-operazzjoni ta’ trasport.

RO-LT 7.2

Suġġett: Eżenzjoni biex id-dokument ta’ trasport, meħtieġ f’5.4.1.1.1, jitħalla jkun dak ta’ l-aħħar tagħbija fil-każ ta’ trasport ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dokumentazzjoni.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(3) tar-‘Regolamenti dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, 2004’.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fil-każ ta’ ġarr ta’ tankijiet vojta mhux imnaddfa, id-Dokument ta’ Trasport ta’ l-aħħar tagħbija jkun biżżejjed.

Kummenti: B’mod partikolari fil-każ ta’ konsenja ta’ petrol u/jew fjuwil tad-diżil lil stazzjonijiet tal-petrol, it-tanker tat-triq imur lura direttament lejn il-kwartier taż-żejt (biex jerġa’ jitgħabba għal konsenji li jkun imiss) immedjatament wara l-konsenja ta’ l-aħħar tagħbija.

RO-LT 7.3

Suġġett: Eżenzjoni biex it-tagħbija u l-ħatt ta’ merkanzija perikoluża, li lilha tkun assenjata d-dispożizzjoni speċjali CV1 f’7.5.11 jew S1 fi 8.5, titħalla ssir f’post pubbliku mingħajr permess speċjali mill-awtoritajiet kompetenti.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 7.5 u 8.5

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tagħbija, il-ħatt u l-ġestjoni.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(5) tar-‘Regolamenti dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, 2004’.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Tagħbija u ħatt ta’ merkanzija perikoluża f’post pubbliku jitħallew isiru mingħajr permess speċjali mill-awtorità kompetenti, b’deroga mir-rekwiżiti ta’ 7.5.11 jew 8.5.

Kummenti: Għal trasport nazzjonali ġewwa l-istat, din id-dispożizzjoni tqiegħed piż tqil ħafna fuq l-awtoritajiet kompetenti.

RO-LT 7.4

Suġġett: Eżenzjoni biex jitħalla jsir it-trasport ta’ Emulsion Explosive Matrix, bin-numru ta’ identifikazzjoni tas-sustanza UN 3375, f’tankijiet.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 4.3

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Użu ta’ tankijiet, eċċ.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(6) tar-‘Regolamenti dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, 2004’.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-ġarr ta’ Emulsion Explosive Matrix, bin-numru ta’ identifikazzjoni tas-sustanza UN 3375, jista’ jitħalla jsir f’tankijiet.

Kummenti: Il-matriċi, għalkemm ikklassifikata bħala solidu, mhix f’għamla ta’ trab jew ħbub.

RO-LT 7.5

Suġġett: Eżenzjoni mill-‘projbizzjoni ta’ taħlita mħallta "ta’ 7.5.2.1 għal oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B u sustanzi u oġġetti ta’ Kompatibbiltà D fuq l-istess vetturi ma’ merkanzija perikoluża, f'tankijiet, ta’ Klassijiet 3, 5.1 u 8.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 7.5

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar tagħbija, ħatt u ġestjoni.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(7) tar-‘Regolamenti dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, 2004’.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Pakki li jkollhom oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà B ta’ Klassi 1 ta’ l-ADR u pakki li jkollhom sustanzi u oġġetti tal-Grupp ta’ Kompatibbiltà D ta’ Klassi 1 ta’ l-ARD jistgħu jinġarru fuq l-istess vettura ma’ merkanzija perikoluża ta’ Klassijiet 3, 5.1 jew 8 ta’ l-ADR bil-kondizzjoni — (a) li dawn il-pakki ta’ Klassi 1 ta’ l-ADR jinġarru f’kontenituri/kompartimenti separati ta’ disinn approvat mill-awtorità kompetenti u skond il-kondizzjonijiet mitluba minnha, u (b) dawn is-sustanzi ta’ Klassijiet 3, 5.1 jew 8 ta’ l-ADR jinġarru f’vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-awtorità kompetenti fir-rigward tad-disinn, il-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-eżami, l-operazzjoni u l-użu tagħhom.

Kummenti: Biex titħalla ssir, taħt kondizzjonijiet approvati mill-awtorità kompetenti, it-tagħbija ta’ oġġetti u sustanzi ta’ Klassi 1 tal-Gruppi ta’ Kompatibbiltà B u D fuq l-istess vettura ma’ merkanzija perikoluża, f’tankijiet, ta’ Klassijiet 3, 5.1 u 8 — jiġifieri “Trakkijiet tal-Pompa”.

RO-LT 7.6

Suġġett: Eżenzjoni mir-rekwiżit 4.3.4.2.2, li jesiġi li pajpijiet flessibbli ta’ mili u skarikar li ma jkunux konnessi b’mod permanenti mal-qoxra ta’ vettura tank ikunu vojta matul it-trasport.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 4.3

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Użu ta’ vetturi tank.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolament 82(8) tar-‘Regolamenti dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, 2004’.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Rkiekel flessibbli ta’ manki (inklużi linji ta’ pajpijiet assoċjati magħhom) imwaħħlin ma’ vetturi tank li jagħmlu xogħol ta’ distribuzzjoni bl-imnut ta’ prodotti ta’ żejt mhux maħdum b’numri ta’ identifikazzjoni ta’ sustanza UN 1202, UN 1223, UN 1011 u UN 1978 ma jeħtiġux li jkunu vojta waqt il-ġarr bit-triq bil-kondizzjoni li jittieħdu miżuri adegwati biex ma jitħallix ikun hemm telf ta’ kontenut.

Kummenti: Manki flessibbli mwaħħlin ma’ vetturi tank ta’ konsenja fid-djar għandhom jibqgħu mimlijin il-ħin kollu wkoll matul it-trasport. Is-sistema ta’ skariku hija magħrufa bħala sistema ta’ “linja mxarrba” li teħtieġ li l-miter u l-manka tal-vettura tank ikunu lesti għall-użu biex ikun żgurat li l-klijent jirċievi l-kwantità korretta ta’ prodott.

RO-LT 7.7

Suġġett: Eżenzjoni minn xi rekwiżiti tal-Kapitoli 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11 ta’ l-ADR għat-trasport bil-kwantità ta’ Fertilizzant Nitrat ta’ l-Ammonju UN 2067 minn portijiet għal għand konsenjatarji.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.0, 5.4.1.1.1 u 7.5.11

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Ir-rekwiżit għal dokument ta’ trasport separat, inkluża l-kwantità totali korretta għat-tagħbija partikolari, għal kull vjaġġ ta’ trasport; u r-rekwiżit li l-vettura titnaddaf qabel u wara l-vjaġġ.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Emenda proposta għar-‘Regolamenti dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, 2004”.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Deroga proposta biex jitħallew isiru modifiki f’ rekwiżiti ta’ l-ADR dwar id-dokument ta’ trasport u t-tindif tal-vetturi; biex titqies il-prattiċità ta’ trasport bil-kwantità mill-port sa għand il-konsenjatarju.

Kummenti: Id-dispożizzjonijiet ta’ l-ADR jesiġu (a) dokument ta’ trasport separat, li jkollu fih il-massa totali ta’ merkanzija perikoluża għall-ġarr għat-tagħbija partikolari, u (b) id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24” dwar tindif għal kull tagħbija li tkun qed tinġarr bejn il-port u l-konsenjatarju matul il-ħatt ta’ bastiment li jġorr merkanzija mhux ippakkjata. Billi t-trasport huwa lokali u billi jkollu x’jaqsam mal-ħatt ta’ bastiment li jġorr merkanzija mhux ippakkjata, li jinvolvi tagħbijiet ta’ trasport multiplu [fl-istess jiem jew f’jiem konsekuttivi] ta’ l-istess sustanza bejn il-bastiment li jġorr merkanzija mhux ipakkjata u l-konsenjatarju, dokument wieħed ta’ trasport, b’massa totali xierqa għal kull tagħbija, għandu jkun biżżejjed u m’għandux ikun hemm ħtieġa li tintalab id-Dispożizzjoni Speċjali “CV24”.

L-OLANDA

RO-LT 10.1

Suġġett: Skema għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż 2002.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6; 3.3; 4.1.4; 4.1.6; 4.1.8; 4.1.10; 5.2.2; 5.4.0; 5.4.1; 5.4.3; 7.5.4; 7.5.7; 8.1.2.1, sottosezzjoni a) u b); 8.1.5, sottosezzjoni c.; 8.3.6.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva:

1.1.3.6: Eżenzjonijiet b’rabta mal-kwantitajiet trasportati għal kull unità ta’ trasport.

3.3: Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal sustanzi jew oġġetti speċifikati.

4.1.4: Lista b’istruzzjonijiet dwar ippakkjar; 4.1.6: Rekwiżiti speċjali ta’ ippakkjar għal merkanzija ta’ klassi 2; 4.1.8: Rekwiżiti speċjali ta’ ippakkjar għal sustanzi infettivi; 4.1.10: Rekwiżiti speċjali għal ippakkjar kollettiv.

5.2.2: Tikketti għal pakki ta’ trasport; 5.4.0: Kull merkanzija trasportata skond l-iskema ta’ l-ADR għandha tkun akkumpanjata mid-dokumentazzjoni preskritta f’dan il-kapitolu, fejn ikun japplika, sakemm ma tkunx ingħatat eżenzjoni skond il-punti 1.1.3.1 sa 1.1.3.5; 5.4.1: Dokument ta’ tranżitu għal merkanzija perikoluża flimkien ma’ informazzjoni relatata; 5.4.3: istruzzjonijiet bil-miktub.

7.5.4: Prekawzjonijiet fir-rigward ta’ ikel, oġġetti oħra ta’ konsum u magħlef għall-annimali; 7.5.7: Ġestjoni u stivar.

8.1.2.1: Barra mid-dokumentazzjoni rikjesta mil-liġi, id-dokumenti li ġejjin għandhom jinġarru abbord l-unità ta’ trasport: a. id-dokumenti ta’ tranżitu msemmija f’5.4.1 u li jkopru l-merkanzija kollha trasportata u, fejn ikun japplika, iċ-ċertifikat ta’ tagħbija tal-kontenitur kif stipulat fil-punt 5.4.2; b. l-istruzzjonijiet bil-miktub kif stabbiliti fil-punt 5.4.3, relatati mal-merkanzija perikoluża kollha trasportata; 8.1.5: Kull unità ta’ trasport li ġġorr merkanzija perikoluża għandha tkun mgħammra bi: c. it-tagħmir meħtieġ li jippermetti t-twettiq tal-miżuri supplimentari u speċjali kif indikat fl-istruzzjonijiet bil-miktub imsemmija fil-punt 5.4.3. 8.3.6: Il-magna titħalla mixgħula matul it-tagħbija u l-ħatt.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikel 3 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikolu 3

Is-sottosezzjonijiet li ġejjin ta’ l-ADR m’għandhomx japplikaw:

a.

1.1.3.6;

b.

3.3;

c.

4.1.4; 4.1.6; 4.1.8; 4.1.10;

d.

5.2.2; 5.4.0; 5.4.1; 5.4.3;

e.

7.5.4; 7.5.7;

f.

8.1.2.1. sottosezzjonijiet a) u b); 8.1.5. sottosezzjonijiet c); 8.3.6.

Kummenti: L-iskema kienet imfassla b’mod li ċittadini privati jkunu jistgħu jippreżentaw “ftit skart kemikali” f’post wieħed. Dan japplika għal sustanzi residwali bħal pereżempju skart ta’ żebgħa. Il-livell ta’ periklu jitnaqqas bl-għażla ta’ mezzi ta’ trasport, li tinvolvi, inter alia, l-użu ta’ elementi speċjali ta’ trasport u avviżi ta’ “tpejjipx” li jkunu jidhru b’mod ċar għall-membri tal-pubbliku.

Minħabba l-kwantitajiet limitati offruti u n-natura speċjalizzata ta’ l-ippakkjar, dan l-artikolu jeskludi għadd ta’ sezzjonijiet ta’ l-ADR. Regoli supplimentari huma stabbiliti band’oħra fl-iskema.

RO-LT 10.2

Suġġettt: Skema għal trasport ta’ skart domestiku perikoluż 2002.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet b’rabta mal-kwantitajiet trasportati għal kull unità ta’ trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikel 10, onderdeel a, en 16, onderdeel b, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali:

10a.

Iċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali tal-persuna li takkumpanja u n-nota msemmija fl-Artikolu 16(1)(b) ikunu t-tnejn abbord il-vettura;

16b.

Il-persuna li takkumpanja l-vettura jkollha l-kwalifika ta’ “trasport ta’ skart perikoluż” maħruġa mis-CCV (Il-Bord ta’ Ċertifikazzjoni ta’ Sewwieqa).

Kummenti: Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ skart domestiku perikoluż involut, l-operatur ta’ trasport għandu jkollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, minkejja l-kwantità żgħira ta’ skart miġjuba. Rekwiżit addizzjonali huwa li l-operatur ta’ trasport tkun inħarġitlu kwalifika għat-trasport ta’ skart perikoluż.

Waħda mir-raġunijiet għal dan huwa li jkun żgurat li l-operatur ta’ trasport ma jippakkjax, pereżempju, aċidi u bażijiet flimkien u li jkun jaf kif iwieġeb b’mod sewwa meta jseħħu aċċidenti.

RO-LT 10.3

Suġġett Skema għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż 2002.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 1.1.3.6

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Eżenzjonijiet b’rabta mal-kwantitajiet trasportati għal kull unità ta’ trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikel 10b van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikolu 10 b

Dawn li ġejjin għandhom ikunu preżenti abbord il-vettura: b. istruzzjonijiet u informazzjoni bil-miktub miġburin skond l-anness ta’ l-att li jistabbilixxi l-iskema.

Kummenti: Billi l-iskema teskludi l-eżenżjoni mis-sezzjoni 1.1.3.6 ta’ l-iskema ta’ l-ADR, istruzzjonijiet bil-miktub għandhom ukoll jakkumpanjaw kwantitajiet żgħar. Dan jitqies bħala meħtieġ minħabba l-firxa wiesgħa ta’ skart perikoluż miġjib u l-fatt li dawk li jġibu l-iskart (ċittadini privati) ma jkunux familjari mal-livell ta’ periklu involut.

RO-LT 10.4

Suġġett: Skema għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż 2002.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 6.1

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ materjali ta’ ippakkjar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikel 6 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijke afval 2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 6

1.

L-iskart domestiku perikoluż għandu jinġieb biss f’pakki ssiġillati ermetikament li jkunu adatti għas-sustanza in kwistjoni, u:

(a)

għal oġġetti li jaqgħu fil-kategorija 6.2: ippakkjar garantit li ma jikkawżax ħsara malli jinġieb;

(b)

għal skart domestiku perikoluż ta’ oriġini industrijali: kaxxa li tkun tesa’ mhux anqas minn 60 litru, li fiha s-sustanzi ta’ l-iskart jiġu mifrudin skond il-kategorija ta’ periklu (kaxxa kga).

2.

L-ippakkjar ikun ħieles, min-naħa ta’ barra, minn skart domestiku perikoiluż.

3.

L-isem tas-sustanza jintwera fuq l-ippakkjar.

4.

Għal kull ġabra, tkun aċċettata kaxxa waħda biss skond it-tifsira tal-punt 1, sottosezzjoni b.

Kummenti: Dan l-artikolu ġej mill-artikolu 3 fejn sezzjonijiet partikolari ta’ l-ADR huma ddikjarati bħala mhux applikabbli. Skond din l-iskema, m’hemmx ħtieġa ta’ ippakkjar approvat kif imsemmi fis-sezzjoni 6.1 ta’ l-ADR. Dan huwa minħabba l-kwantitajiet limitati ta’ sustanzi perikolużi involuti. Minflok, fl-artikolu kien stabbilit għadd ta’ regoli, inkluż rekwiżit li jgħid li sustanzi perikolużi jkunu kkonsenjati f’kontenituri ssiġillati biex ma jitħallix ikun hemm tnixxija mill-ippakkjar.

RO-LT 10.5

Suġġett: Skema għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż 2002.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 6.1

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ materjali ta’ ippakkjar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikel 7, tweede lid, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikolu 7.2

Il-vettura għandha kompartiment għat-tagħbija li huwa separat minn dak tas-sewwieq b’ħajt oħxon solidu jew, alternattivament, kompartiment għat-tagħbija li ma jkunx jagħmel parti integrali tal-vettura.

Kummenti: Skond din l-iskema, mhux meħtieġ li jkun hemm ippakkjar approvat kif stipulat fis-sezzjoni 6.1 ta’ l-ADR. Dan huwa minħabba l-kwantitajiet limitati ta’ sustanzi perikolużi involuti. Għaldaqstant, f’dan l-artikolu hemm rekwiżit addizzjonali bil-għan li ma jitħallewx inixxu rwejjaħ tossiċi għal ġol-kompartiment tas-sewwieq.

RO-LT 10.6

Suġġett: Skema għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż 2002.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 6.1

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ materjali ta’ ippakkjar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikel 8, eerste lid, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Article 8.1

Il-kompartiment tat-tagħbija ta’ vettura magħluqa ikollha estrattur ta’ l-arja, li jinżamm dejjem mixgħul, fuqnett u b’aperturi mwaħħlin taħt.

Kummenti: Skond din l-iskema, mhux meħtieġ li jkun hemm ippakkjar approvat kif stipulat fis-sezzjoni 6.1 ta’ l-ADR. Dan huwa minħabba l-kwantitajiet limitati ta’ sustanzi perikolużi involuti. Għaldaqstant, f’dan l-artikolu hemm rekwiżit addizzjonali bil-għan li ma jitħallewx jinġabru rwejjaħ tossiċi fil-kompartiment tat-tagħbija.

RO-LT 10.7

Suġġett: Skema għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż 2002.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 6.1

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ materjali ta’ ippakkjar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikel 9, eerste, tweede en derde lid, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikolu 9

1.

Il-vettura tkun imwaħħla b’unitajiet li, matul it-trasport:

(a)

ikunu protetti kontra spostamenti aċċidentali; u

(b)

ikunu ssiġillati b’għatu u mħarsa kontra ftuħ aċċidentali.

2.

Il-punt 1, sottosezzjoni b, ma japplikax matul it-tranżitu għall-finijiet ta’ ġbir jew meta l-vettura tkun wieqfa waqt id-dawriet tagħha biex tagħmel il-ġbir.

3.

Fil-vettura għandu jkun hemm zona kbira mwarrba ta’ spazju biex l-iskart domestiku perikoluż ikun jista’ jintgħażel u jitqiegħed f’unitajiet differenti.

Kummenti: Skond din l-iskema, mhux meħtieġ li jkun hemm ippakkjar approvat kif stipulat fis-sezzjoni 6.1 ta’ l-ADR. Dan huwa minħabba l-kwantitajiet limitati ta’ sustanzi perikolużi involuti. Dan l-artikolu jfittex li jagħti garanzija waħda permezz ta’ l-użu ta’ unitajiet għall-ħżin tal-pakki, u b’hekk ikun żgurat metodu adatt ta’ ħażna għal kull kategorija ta’ merkanzija perikoluża.

RO-LT 10.8

Subject: Skema għal trasport ta’ skart domestiku perikoluż 2002.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 6.1

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ materjali ta’ ippakkjar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikel 14 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijke afval 2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikolu 14

1.

Skart domestiku perikoluż jinġarr esklussivament f’elementi.

2.

Ikun hemm element separat għal sustanzi u oġġetti f’kull klassi.

3.

Fir-rigward ta’ sustanzi u oġġetti ta’ klassi 8, ikun hemm elementi separati għal aċidi, bażijiet u batteriji.

4.

Laned ta’ l-isprej jistgħu jitqiegħdu f’kaxxi tal-kartun li jingħalqu bil-kondizzjoni li dawn il-kaxxi jinġarru skond l-artikolu 9(1).

5.

Jekk ikun inġabar tagħmir ta’ klassi 2 għat-tifi tan-nar, dan jista’ jitqiegħed fl-istess element bħal tal-laned ta’ l-isprej li ma jkunux ippakkjati f’kaxxi tal-kartun.

6.

B’deroga mill-artikolu 9(1), ma jeħtieġ ebda għatu għal ġarr ta’ batteriji, bil-kondizzjoni li dawn jitqiegħdu fl-element b’mod li l-fetħiet kollha tal-batteriji jingħalqu u jkunu jħarsu ’l fuq.

Kummenti: Dan l-artikolu ġej mill-artikolu 3 li fih sezzjonijiet partikolari ta’ l-ADR huma ddikjarati bħala mhux applikabbli. Skond din l-iskema, m’hemmx ħtieġa għal ippakkjar approvat kif imsemmi fis-sezzjoni 6.1 ta’ l-ADR. Dan l-artikolu jistabbilixxi rekwiżiti għall-elementi li fihom jinħażen temporanjament skart domestiku perikoluż.

RO-LT 10.9

Suġġett: Skema għal trasport ta’ skart domestiku perikoluż 2002.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 6.1

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ materjali ta’ ippakkjar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikel 15 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijke afval 2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikolu 15

1.

L-elementi, jew kaxxi destinati għall-ġarr ta’ laned ta’ l-isprej, għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar kif ġej:

(a)

għal sprejs ta’ klassi 2 miġburin f’kaxxi tal-kartun: il-kelma “SPUITBUSSEN” [laned ta’ l-isprej];

(b)

għal tagħmir ta’ klassi 2 għat-tifi tan-nar u laned ta’ l-isprej: tikketta Nru 2.2;

(c)

għal tagħmir ta’ klassi 3 għat-tifi tan-nar u laned ta’ l-isprej: tikketta Nru 3;

(d)

għal skart ta’ żebgħa ta’ klassi 4.1 tikketta Nru 4.1;

(e)

għal sustanzi ta’ klassi 6 li jagħmlu l-ħsara: tikketta Nru 6.1;

(f)

għal oġġetti ta’ klassi 6.2: tikketta Nru 6.2;

(g)

għal sustanzi u oġġetti kawstiċi ta’ klassi 8: tikketta Nru 8; kif ukoll:

(h)

għal sustanzi alkalini: il-kelma “BASEN” [bażijiet]

(i)

għal sustanzi aċidużi: il-kelma “ZUREN” [aċidi]

(j)

għal batteriji: il-kelma “ACCUS” [batteriji].

2.

L-istess tikketti u testi għandhom jintwerew b’mod ċar fl-ispazji li jingħalqu ġewwa l-vettura fejn jistgħu jitqiegħdu l-elementi.

Kummenti: Dan l-artikolu ġej mill-artikolu 3 li fih sezzjonijiet partikolari ta’ l-ADR huma ddikjarati bħala mhux applikabbli. Skond din l-iskema, m’hemmx ħtieġa għal ippakkjar approvat kif imsemmi fis-sezzjoni 6.1 ta’ l-ADR. Dan l-artikolu jistabbilixxi rekwiżiti għall-identifikazzjoni ta’ elementi li fihom jinħażen temporanjament skart domestiku perikoluż.

RO-LT 10.10

Subject: Skema għal trasport ta’ skart domestiku perikoluż 2002.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 7.5.4

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Prekawzjonijiet fir-rigward ta’ ikel, oġġetti oħra ta’ konsum u magħlef għall-annimali.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikel 13 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikolu 13

1.

Il-ġarr ta’ ikel għall-bnedmin u magħlef għall-annimali fl-istess waqt bħala skart domestiku perikoluż huwa pprojbit.

2.

Il-vettura għandha tkun wieqfa matul il-ġbir.

3.

Dawl isfar jixgħel u jitfi għandu jitħaddem fuq il-vettura waqt li tkun miexja jew wieqfa għall-ġbir.

4.

Waqt il-ġbir f’post fiss, indikat għal dan il-fini, il-magna għandha tintefa u, b’deroga mill-punt 3, id-dawl jixgħel u jitfi għandu jintefa.

Kummenti: Il-projbizzjoni fis-sezzjoni 7.5.4 ta’ l-ADR hija estiża hawnhekk għar-raġuni li, minħabba l-firxa wiesgħa ta’ sustanzi miġjuba, prattikament dejjem ikun hemm sustanza ta’ klassi 6.1.

RO-LT 10.11

Suġġett: Skema għat-trasport ta’ skart domestiku perikoluż 2002.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 7.5.9

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni fuq it-tipjib.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikel 9, vierde lid, van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikolu 9

4.

Avviżi ta’ “Tpejjipx” għandhom jintwerew b’mod ċar fuq in-naħat u fuq wara tal-vettura.

Kummenti: Minħabba li l-iskema tkopri sustanzi li jinġiebu minn ċittadini privati, l-Artikolu 9.4 jistipula li avviż ta’ “tpejjipx” għandu jintwera b’mod ċar.

RO-LT 10.12

Subject: Skema għal trasport ta’ skart domestiku perikoluż 2002.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 8.1.5

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Tagħmir ta’ diversi tipi.

Kull unità ta’ trasport li ġġorr merkanzija perikoluża għandha tkun mgħammra:

(a)

għall-inqas b’ċipp ta’ waqfa għal kull vettura ta’ daqs adatt għall-piż tal-vettura u d-dijametru tar-roti;

(b)

bit-tagħmir meħtieġ biex jitwettqu l-miżuri ġenerali fl-istruzzjonijiet ta’ sikurezza msemmija f’5.4.3, b’mod partikolari:

żewġ sinjali weqfin ta’ twissija (eż. koni li jirriflettu, trijangoli ta’ twissija ta’ emerġenza, jew dwal ħomor jixgħelu u jitfu indipendenti mill-installazzjoni elettrika tal-vettura);

b’ġakketta ta’sikurezza ta’ kwalità tajba jew ħwjjeġ ta’ sikurezza (eż. kif deskritt fl-istandard Ewropew EN 471) għal kull membru ta’ l-ekwipaġġ;

b’torċa ta’ l-idejn (ara wkoll 8.3.4) għall-kull membru ta’ l-ekwipaġġ;

b’tagħmir protettiv għan-nifs skond ir-rekwiżit addizzjonali S7 (ara l-kapitolu 8.5) jekk din id-dispożizzjoni addizzjonali tkun tapplika skond l-indikazzjoni fil-kolonna 19 tat-tabella A tal-kapitolu 3.2;

(c)

bit-tagħmir meħtieġ biex jitwettqu l-miżuri addizzjonali u speċjali kif indikat fl-istruzzjonijiet bil-miktub msemmija f’5.4.3.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikel 11 van de Regeling vervoer huishoudelijk gevaarlijk afval 2002.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Artikolu 11

Kitt ta’ sikurezza għandu jinġarr abbord u jkun jista’ jintlaħaq minn kull membru ta’ l-ekwipaġġ, li jkun jinkludi dan li ġej:

(a)

gogils ta’ sikurezza ssiġillati għal kollox;

(b)

maskra protettiva tan-nifs;

(c)

owverols jew fradal li jirreżistu l-aċtu jew jipproteġu mill-aċtu;

(d)

ingwanti tal-lastku sintetiku;

(e)

stvali jew żraben li jipproteġu mill-aċtu jew li jirreżistu l-aċtu; u

(f)

flixkun għat-tlaħliħ ta’ l-għajnejn b’ilma distillat.

Kummenti: Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ sustanzi perikolużi miġjuba, aktar rekwiżi huma imposti għal tagħmir obbligatorju ta’ sikurezza barra minn dawk li hemm fis-sezzjoni 8.1.5 ta’ l-ADR.

IL-FINLANDJA

RO-LT 13.1

Suġġett: Modifika ta’ informazzjoni fid-dokument ta’ trasport għal sustanzi esplużivi.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.1.2.1 (a)

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi 1.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Liikenne- ja viestintäministeriön asetus vaarallisten aineiden kuljetuksesta tiellä (277/2002; 313/2003).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Fid-dokument ta’ trasport, jitħalla jintuża l-għadd ta’ detonaturi (1 000 detonatur jikkorrispondu ma’ 1 kg ta’ splużivi) minflok massa netta attwali ta’ sustanzi esplużivi.

Kummenti: L-informazzjoni titqies biżżejjed għal trasport nazzjonali. Din id-deroga tintuża l-aktar fl-industrija tat-tindif bl-arja kompressata f’ammonti żgħar għal trasport lokali.

Id-deroga hija reġistrata mill-Kummissjoni Ewropea bħala numru 31.

RO-LT 13.2

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO-LT 14.2.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tkun speċifikata f’Regolamenti li ħerġin dalwaqt.

RO-LT 13.3

Suġġett: Adozzjoni ta’ RO-LT 14.7

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għandha tkun speċifikata f’Regolamenti li ħerġin dalwaqt.

L-IŻVEZJA

RO-LT 14.1

Subject: Ġarr ta’ skart lejn impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 2, 5.2 u 6.1.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Klassifikazzjoni, immarkar u tikketti, u rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ materjali ta’ ippakkjar.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni tikkonsisti fi kriterji ta’ klassifikazzjoni simplifikati, anqas rekwiżiti restrittivi għall-kostruzzjoni u l-ittestjar ta’ materjali ta’ ippakkjar, u rekwiżiti modifikati dwar tikketti u immarkar.

Minflok ma skart perikoluż ikun ikklassifikat skond l-ADR huwa jkun assenjat lil gruppi ta’ skart differenti. Kull grupp ta’ skart ikollu fih sustanzi li, skond l-ADR, jistgħu jkunu ppakkjati flimkien (ippakkjar imħallat).

Kull pakk għandu jkun immarkat bil-kodiċi tal-grupp ta’ skart rilevanti flok bin-numru ta’ l-UN.

Kummenti: Dawn ir-regolamenti jistgħu jintużaw biss għall-ġarr ta’ skart perikoluż minn siti ta’ riċiklaġġ pubbliċi għal impjanti ta’ rimi ta’ skart perikoluż.

RO-LT 14.2

Suġġett: L-isem u l-indirizz tal-konsenjatarju fid-dokument ta’ trasport.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.1.1.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument ta’ trasport.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiddikjara li l-isem u l-indirizz tal-konsenjatarju ma jkunux meħtieġa jekk pakki vojta u mhux imnaddfa jintbagħtu lura bħala parti minn sistema ta’ distribuzzjoni.

Kummenti: Pakki vojta u mhux imnaddfa li jintbagħtu lura bosta drabi jkun għad fihom kwantitajiet żgħar ta’ merkanzija perikoluża.

Din id-deroga tintuża l-aktar mill-industriji meta jibagħtu lura reċipjenti tal-gass vojta u mhux imnaddfa bi bdil ma’ oħrajn mimlijin.

RO-LT 14.3

Suġġett: Trasport ta’ merkanzija perikoluża qrib ħafna ta’ sit(i) industrijali, inkluż trasport fuq toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport ta’ merkanzija perikoluża fuq toroq pubbliċi.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport qrib ħafna ta’ sit(i) industrijali, inkluż trasport fuq toroq pubbliċi bejn diversi partijiet tas-sit(i). Id-deroga tolqot it-tikketti u l-immarkar ta’ pakki, dokumenti ta’ trasport, ċertifikat ta’ sewwieqa u ċertifikat ta’ approvazzjoni skond it-taqsima 9.

Kummenti: Ikun hemm bosta sitwazzjonijiet li fihom merkanzija perikoluża tinġarr bejn bini li jkun jinsab fuq naħat opposti ta’ triq pubblika. Din l-għamla ta’ trasport ma tikkostitwix ġarr ta’ merkanzija perikoluża fuq triq privata u, għalhekk, għandha tkun assoċjata mar-rekwiżiti rilevanti.

Qabbel ukoll mad-direttiva 96/49/KE, artikolu 6 paragrafu 14.

RO-LT 14.4

Suġġett: Trasport ta’ merkanzija perikoluża li tkun inqabdet mill-awtoritajiet.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Anness A u B.

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għat-trasport bit-triq ta’ merkanzija perikoluża.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Devjazzjonijiet mir-regolamenti jistgħu ikunu permessi jekk ikunu motivati għal raġunijiet ta’ ħarsien tax-xogħol, riskji ta’ ħatt, sottomissjoni ta’ provi, eċċ.

Devjazzjonijiet mir-regolamenti jkunu permessi biss jekk jitħarsu livelli sodisfaċenti ta’ sikurezza waqt il-kundizzjonijiet normali tal-ġarr.

Kummenti: Dawn id-derogi jistgħu jkunu applikati biss minn awtoritajiet li jaqbdu merkanzija perikoluża.

Din id-deroga hija maħsuba għal trasport pubbliku. Jista’ jkun trasport ta’ merkanzija li tkun inqabdet mill-pulizija eż. splużivi jew proprjetà misruqa. Il-problema ta’ din ix-xorta ta’ merkanzija hija li inti qatt ma tista’ tkun ċert dwar klassifikazzjonijiet. Barra minn dan, il-merkanzija sikwit ma tkunx ippakkjata, immarkata u bit-tikketta skond l-ADR. Jeżistu bosta mijiet ta’ traspożizzjonijiet bħal dawn imwettqa mill-pulizija kull sena.

Fil-każ ta’ likur misruq, dan għandu jinġarr mill-post fejn jinqabad lejn faċilità ta’ ħażna ta’ provi u mbagħad lejn faċilità biex jinqered, u dawn it-tnejn ta’ l-aħħar jistgħu jkunu tassew ’il bogħod minn xulxin. Id-devjazzjonijiet permessi huma: a) kull pakk ma jeħtiġlux ikollu tikketta, u b) ma jkunx meħtieġ li jintużaw pakki approvati. Iżda kull palit li jkollu pakki bħal dawn għandu jkollu tikketti korretti. Ir-rekwiżiti l-oħra kollha għandhom ikunu sodisfatti. Ikun hemm madwar 20 minn dawn ir-traspożizzjonijiet kull sena.

RO-LT 14.5

Suġġett: Trasport ta’ merkanzija perikoluża ġewwa u qrib ħafna ta’ portijiet.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 8.1.2, 8.1.5, 9.1.2

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dokumenti li għandhom jinġarru fl-unità ta’ trasport; kull unità ta’ trasport li ġġorr merkanzija perikoluża għandha tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat; approvazzjoni ta’ vetturi.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Dokumenti (ħlief iċ-ċertifikat tas-sewwieqa) jista’ ma jkunx meħtieġ li jinġarru fl-unità ta’ trasport.

Unità ta’ trasport jista’ ma jeħtiġilhiex tkun mgħammra bit-tagħmir speċifikat fi 8.1.5.

Trakters ma jeħtiġilhomx ċertifikat ta’ approvazzjoni.

Kummenti: Qabbel id-direttiva 96/49/KE, Artikolu 6 paragrafu 14.

RO-LT 14.6

Suġġett: Ċertifikat ta’ taħriġ ta’ l-ADR ta’ spetturi.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 8.2.1

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Sewwieqa ta’ vetturi għandhom jingħataw korsijiet ta’ taħriġ.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Spetturi li jagħmlu l-ispezzjoni teknika ta’ kull sena tal-vettura ma jeħtiġilhomx jattendu korsijiet ta’ taħriġ imsemmijin fi 8.2 jew li jkollhom iċ-ċertifikat ta’ taħriġ ta’ l-ADR.

Kummenti: F’xi każijiet vetturi li jkunu qed jiġu ttestjati bl-ispezzjoni teknika jistgħu jkunu qed iġorru merkanzija perikoluża bħala tagħbija, eż. tankijiet mhux imnaddfa u vojta.

Ir-rekwiżiti f’1.3 u 8.2.3 ikunu għadhom japplikaw.

RO-LT 14.7

Suġġett: Distribuzzjoni lokali ta’ UN 1202, 1203 u 1223 f’tankers.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.1.1.6, 5.4.1.4.1

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Għal tankijiet vojta u mhux imnaddfa u kontenituri ta’ tankijiet id-deskrizzjoni għandha tkun skond 5.4.1.1.6.

L-isem u l-indirizz ta’ konsenjaturi multipli jistgħu jiddaħħlu f’dokumenti oħra.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Għal tankijiet vojta, mhux imnaddfa jew kontenituri ta’ tankijiet id-deskrizzjoni fid-dokument ta’ trasport skond 5.4.1.1.6 ma tkunx meħtieġa jekk l-ammont ta’ sustanza fil-pjan ta’ tagħbija ikun immarkat b’0.

L-isem u l-indirizz tal-konsenjatarji mhumiex meħtiġin f’kull dokument abbord il-vettura.

RO-LT 14.8

Suġġett: Trasport ta’ tankijiet ta’ ħażna vojta, mhux imnaddfa mhux maħsubin bħala tagħmir ta’ trasport.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4.1.1.1, 6.8, 8.2.2.8.1

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dokument ta’ trasport, rekwiżiti għall-kostruzzjoni, ittestjar, eċċ. ta’ tankijiet, u ċertifikat tas-sewwieqa.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Sustanzi ta’ UN 1202, 1203, 1223 u 1965 jistgħu jinġarru f’tankijiet ta’ ħażna mhux maħsubin bħala tagħmir ta’ trasport. It-tankijiet għandhom jitbattlu.

L-unità ta’ trasport għandha tkun immarkata bħal vettura tanker bis-sustanza rilevanti. Is-sewwieq għandu jkollu ċertifikat skond 8.2.2.7.1.

Kummenti: Din id-deroga tkun applikata meta tankijiet ta’ ħażna jkollhom jitwarrbu pereżempju għal finijiet ta’ tiswija jew manutenzjoni.

Ir-raġuni għal din id-deroga hija biex ma jitħalliex ikun hemm riskju u impatt ambjentali assoċjati mat-tindif ta’ tankijiet vojta qabel it-trasport.

Din id-deroga tapplika għal kwantitajiet żgħar. Bosta drabi dan it-tip ta’ trasport ikun lokali, iżda f’każijiet rari trasport bħal dan jista’ jkun ta’ aktar minn 300 km fl-Iżvezja ta’ Fuq b’popolazzjoni baxxa.

Kundizzjonijiet ta’ trasport: Tagħmir imwaħħal fuq it-tank ta’ ħażna ma jistax jitqiegħed b’mod li jkun jista’ jintlaqat minn ħsara matul it-trasport. Dokumenti li juru li t-tank ta’ ħażna jkun approvat għas-sustanza rilevanti għandhom jakkumpanjaw lill-vettura. L-irbit u l-qfil użati biex it-tank ta’ ħażna jinżamm sod mal-vettura għandhom ikunu jistgħu iżommu tank jiżen id-doppju tat-tank ta’ ħażna li jkun qed jinġarr. Affarijiet li jieħdu n-nar ma jistgħux jinġarru bħala tagħbija bħat-tank.

RO-LT 14.9

Suġġett: Trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 5.4, 6.8 u 9.1.2

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Dokument ta’ trasport; Kostruzzjoni ta’ tankijiet; Ċertifikat ta’ approvazzjoni.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Särskilda bestämmelser om vissa inrikes transporter av farligt gods på väg och i terräng.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Trasport lokali b’rabta ma’ siti agrikoli jew siti ta’ kostruzzjoni ma jeħtiġilhomx jissodisfaw xi regolamenti:

Id-dikjarazzjoni ta’ merkanzija perikoluża mhix meħtieġa.

Tankijiet/kontenituri eqdem li ma jkunux inbnew skond il-kapitolu 6.8 iżda skond liġijiet nazzjonali eqdem u mwaħħla ma’ vaguni ta’ l-ekwipaġġ ikunu għadhom jistgħu jintużaw.

Tankijiet eqdem, li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti f’6.7 jew 6.8, maħsubin għat-trasport ta’ sustanzi ta’ UN 1268, 1999, 3256 u 3257, b’tagħmir ta’ kisi ta’ wiċċ it-triq jew mingħajru, ikunu għadhom jistgħu jintużaw għal trasport lokali u qrib ħafna ta’ postijiet fejn ikun qed isir xogħol tat-triq.

Ċertifikat ta’ approvazzjoni għal vaguni ta’ l-ekwipaġġ u tankijiet b’tagħmir ta’ kisi ta’ wiċċ it-triq jew mingħajru ma jkunx meħtieġ.

Kummenti: Vagun ta’ l-ekwipaġġ huwa xorta ta’ karavan għall-ekwipaġġ ta’ ħidma b’kamra għall-ekwipaġġ u mwaħħal b’tank/kontenitur mhux approvat għal fjuwil tad-diżil biex jitħaddmu tratturi tal-forestrija.

RO-LT 14.10

Suġġett: Trasport bit-tank ta’ splużivi.

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 4.1.4

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Splużivi jistgħu jkunu ppakkjati biss f’pakki skond 4.1.4.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku bit-triq ta’ merkanzija perikoluża maħruġin skond l-Att dwar it-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża u r-regolament Żvediż SÄIFS 1993:4.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-awtorità kompetenti nazzjonali tapprova vetturi maħsubin għat-trasport ta’ tankijiet bi splużivi. It-trasport ta’ tankijiet jitħalla jsir biss għal dawl l-isplużivi elenkati fir-regolament jew b’awtorizzazzjoni speċjali mill-awtorità kompetenti.

Vettura mgħobbija bi splużivi għandha tkun immarkata skond 5.3.2.1.1, 5.3.1.1.2. u 5.3.1.4. Vettura waħda biss fl-unità ta’ trasport jista’ jkollha fuqha merkanizja perikoluża.

Kummenti: Dan japplika biss għal trasport domestiku u t-trasport ikun l-aktar ta’ natura lokali.

Ir-regolamenti in kwistjoni kienu fis-seħħ qabel ma l-Iżvezja ssieħbet ma’ l-Unjoni Ewropea.

Żewġ kumpaniji biss iwettqu trasport bi splużivi f’vetturi b’tankijiet. Fil-ġejjieni qarib huwa mistenni li jkun hemm tranżizzjoni għal emulsjonijiet.

Id-deroga l-antika Nru 84.

RO-LT 14.11

Suġġett: Liċenzja ta’ sewwieq

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 8.2

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti dwar it-taħriġ ta’ l-ekwipaġġ.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi S — Regolamenti speċifiċi għat-trasport domestiku bit-triq ta’ merkanzija perikoluża maħruġin skond l-Att dwar it-Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża.

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-taħriġ ta’ sewwieqa ma jitħalliex isir għal kull vettura msemmija fi 8.2.1.1.

Kummenti: Trasport lokali.

IR-RENJU UNIT

RO-LT 15.1

Suġġett: Vetturi għall-ġarr ta’ merkanzija perikoluża li jaqsmu toroq pubbliċi (N8).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: Annessi A u B

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Rekwiżiti għall-ġarr ta’ merkanzija perikoluża fuq toroq pubbliċi.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti ta’ l-1996 dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, reg. 3 Skeda 2 (3)(b); Ir-Regolamenti ta’ l-1996 dwar Ġarr Bit-triq ta’ Splużivi, reg. 3(3)(b).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regolamenti dwar merkanzija perikoluża għall-ġarr ġewwa bini privat separat minn triq.

Kummenti: Sitwazzjoni bħal din tista’ faċilment isseħħ fejn merkanzija tinġarr bejn bini privat li jkunu fuq iż-żewġ naħat tat-triq. Din ma tikkostitwiwx ġarr ta’ merkanzija perikoluża fuq triq pubblika skond it-tifsira normali tal-kelma, u l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tar-regolamenti dwar merkanzija perikoluża m’għandha tapplika f’każ bħal dan.

RO-LT 15.2

Suġġett: Eżenzjoni mill-projbizzjoni li sewwieq jew assistant ta’ sewwieq jiftaħ pakki ta’ merkanzija perikoluża f’katina ta’ distribuzzjoni lokali minn kwartier lokali ta’ distribuzzjoni għal bejjiegħ bl-imnut jew għal utent aħħari u minn bejjiegħ bl-imnut għal utent aħħari (ħlief għal Klassi 7) (N11).

Referenza għall-Anness tad-Direttiva: 8.3.3

Kontenut ta’ l-Anness tad-Direttiva: Projbizzjoni li sewwieq jew assistant ta’ sewwieq jiftaħ pakki ta’ merkanzija perikoluża.

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Regolamenti ta’ l-1996 dwar Ġarr Bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża, reg.12 (3).

Kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-projbizzjoni li jinfetħu pakki hija kkwalifikata mill-kondizzjoni “Jekk mhux bl-awtorità ta’ l-operatur tal-vettura biex dan isir”.

Kummenti: Jekk tinftiehem litteralment, il-projbizzjoni fl-Anness kif formulata tista’ toħloq problemi serji għal distribuzzjoni bl-imnut.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

212


REGOLAMENT (KE) Nru 550/2005 TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta' April 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji sabiex jiġu applikati r-Regolament (KEE) Nru 2201/96 u r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 dwar l-iskema ta’ għajnuna fis-settur tal-prodotti pproċessati minn frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja,

wara li kkunsidrat l-Att tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tiegħu,

billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 416/2004 (1) tal-Kummissjoni, li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn ’il quddiem “l-Istati Membri l-ġodda”) jistipula l-ħlas ta’ ammont addizzjonali fil-każ li l-limitu komunitarju ma jkunx inqabeż wara l-kalkolu tal-ħarsien tal-limitu biex tiġi stabbilita l-għajnuna għas-sena 2005-2006.

(2)

Kif stabbilit mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 170/2005 tal-31 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ammont ta’ għajnuna għat-tadam li għandu jiġi pproċessat għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2005-2006 (2), il-kwantitajiet ta’ tadam li għalihom ġiet mressqa talba għal għajnuna għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004-2005 fl-Istati Membri l-ġodda osservaw il-limiti nazzjonali u komunitarji tagħhom għall-ipproċessar tat-tadam fuq il-bażi tal-kwantitajiet li dwarhom ġew imressqa talbiet għall-għajnuna għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004-2005.

(3)

Wara li ġie stabbilit li l-Istati Membri l-ġodda osservaw il-limiti nazzjonali tagħhom, m’hemmx raġuni għalfejn il-ħlas tal-ammont addizzjonali stipulat fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 416/2004 fil-każ tat-tadam għandu jsir tard, peress li l-miżuri preventivi m'għadhomx meħtieġa aktar. Għalhekk il-ħlas hawn imsemmi għandu jiġi permess.

(4)

Konsegwentement għandu jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 416/2004.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mar-rakkomandazzjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-frott u ħaxix ipproċessat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 416/2004 għandu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 3

1.   Fil-każ li l-limitu komunitarju ma jkunx inqabeż wara l-kalkolu tal-ħarsien tal-limitu biex tiġi stipulata l-għajnuna għas-sena 2005-2006, għandu jiġi mħallas ammont addizzjonali ekwivalenti għal 25 % tal-għajnuna stipulata fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 lill-Istati Membri l-ġodda kollha wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004-2005, ħlief fil-każ tat-tadam fejn l-ammont addizzjonali jiġi mħallas meta jiġi stabbilit li l-Istati Membri l-ġodda osservaw il-limiti nazzjonali tagħhom.

2.   Fil-każ li l-limitu komunitarju jkun inqabeż wara l-kalkolu tal-ħarsien tal-limitu biex tiġi stipulata l-għajnuna għas-sena 2005-2006, għal dawk l-Istati Membri li ma qabżux il-limitu jew li qabżuh b’inqas minn 25 %, jitħallas ammont addizzjonali wara s-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2004-2005, ħlief fil-każ tat-tadam fejn l-ammont addizzjonali jiġi mħallas meta jiġi stabbilit li l-Istati Membri l-ġodda osservaw il-limiti nazzjonali tagħhom.

L-ammont addizzjonali stabbilit fl-ewwel inċiż huwa stipulat fuq il-bażi tal-qbiż effettiv tal-limitu nazzjonali kkonċernat, sa massimu ta’ 25 % tal-għajnuna stipulata fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' April 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 68, 5.3.2004, p. 12.

(2)  ĠU L 28, 1.2.2005, p. 29.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

214


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 558/2005

tat-12 ta' April 2005

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3846/87 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni tal-esportazzjoni u r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), partikolarment l-Artikolu 31(14) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (2), fuq il-bażi tan-Nomenklatura Magħquda, jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni.

(2)

In-nomenklatura tar-rifużjonijiet tistipula l-ġobnijiet li huma eliġibbli għar-rifużjoni tal-esportazzjoni jekk ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi f’dak li jirrigwarda l-materjal xott tal-ħalib u x-xaħam tal-ħalib. Tip ta’ ġobon prodott f’ċerti Stati Membri ġodda jista’ jissodisfa dawk ir-rekwiżiti neċessarji, iżda jista’ ma jibbenefikax minn rifużjoni peress li ma jkunx kopert mis-sistema ta’ klassifikazzjoni preżenti tan-nomenklatura tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni. Minħabba l-importanza ta’ dak il-ġobon għall-industrija tal-ħalib, għall-kummerċ u għall-produtturi tal-ħalib involuti, jixraq li jiżdied kodiċi ta’ prodott taħt “ġobnijiet oħra” sabiex dak il-ġobon jiġi kklassifikat taħt in-nomenklatura tar-rifużjoni għall-esportazzjoni.

(3)

Il-kwantitajiet li għalihom huma meħtieġa liċenzji tal-esportazzjoni taħt il-kategorija ta’ prodotti “ġobnijiet” qed jaqbżu kontinwament il-profil tal-limiti tal-esportazzjoni imposti fuq il-Komunità fil-qafas tal-Ftehim dwar il-Biedja wara n-Negozjati Kummerċjali Multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj. Il-liċenzji tal-esportazzjoni żejda li għandhom jiġu applikati għal din il-pożizzjoni ġdida se jżidu iżjed il-pressjoni fuq din il-kategorija.

(4)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 (3) jistipula li ma għandha tingħata l-ebda rifużjoni għall-esportazzjonijiet ta’ ġobon meta l-prezz ħieles fil-fruntiera, qabel l-applikazzjoni tar-rifużjoni fl-Istat Membru tal-esportazzjoni, ikun inqas minn 230 € għal kull 100 kilogramma. Il-ġobon li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi 0406 90 33 9919 tan-nomenklatura għar-rifużjonijiet huwa eżentat minn din id-dispożizzjoni. Minħabba l-livell għoli fid-domanda għal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobnijiet, f’dawn iċ-ċirkustanzi jixraq li tiġi applikata din id-dispożizzjoni għall-ġobnijiet kollha mingħajr l-ebda eċċezzjoni.

(5)

In-nota (10) f’qiegħ il-paġna tas-Settur 9 tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87, li tapplika għall-ġobnijiet maħkuka, fi trab jew ipproċessati, tgħid li dak il-materjal mhux lattiku miżjud mhux se jiġi kkunsidrat għall-finijiet tal-kalkolu tar-rifużjoni. Jixraq li din id-dispożizzjoni tiġi estiża għall-ġobnijiet kollha u li jiġi deskritt aħjar il-materjal mhux lattiku kkonċernat. Jista’ ma jkunx possibbli għall-esportatur, u ferm aktar diffiċli għall-awtoritajiet kompetenti, sabiex jiddeterminaw il-piż ta’ dawn il-materjali. Għalhekk, jixraq li r-rifużjoni titnaqqas b’ammont standard.

(6)

Ir-rifużjoni tingħata fuq il-piż nett tal-ġobnijiet. Jista’ jkun hemm ċerta konfużjoni f’każijiet meta l-ġobnijiet jitpoġġew f’ippakkjar tal-parafina, tal-irmied jew tax-xemgħa jew inkella jkunu mgeżwra f’film tal-plastik. Jixraq li jkun hemm dispożizzjoni li dan l-ippakkjar ma jkunx jifforma parti mill-piż nett tal-prodott għall-finijiet tal-kalkolu tar-rifużjoni. Jista’ ma jkunx possibbli għall-esportatur u għall-awtoritajiet kompetenti, rigward il-film tal-plastik, il-paraffin u l-irmied, sabiex jiġi determinat il-piż ta’ dawn il-materjali. Għalhekk, jixraq li r-rifużjoni titnaqqas b’ammont standard.

(7)

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3846/87 u (KE) Nru 174/1999 għandhom, għalhekk, jiġu emendati kif jixraq.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u tal-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 3846/87 qed ikun emendat b’mod konformi mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 ir-raba’ paragrafu qed jiġi mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika għal applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni wara s-27 ta’ Mejju 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta' April 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2180/2003 (ĠU L 335, 22.12.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 20, 27.1.1999, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1846/2004 (ĠU L 322, 23.10.2004, p. 16).


ANNESS

Is-Settur 9 tal-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 3846/87 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Id-deskrizzjoni tal-kodiċi NM “ex 0406” qed jinbidel b’dan li ġej: “Ġobon u baqta (7) (10):”

(2)

Id-deskrizzjoni tal-kodiċi NM “ex 0406 20” qed jinbidel b’din li ġej: “— Ġobon maħkuk jew fi trab, tat-tipi kollha:”

(3)

Id-deskrizzjoni tal-kodiċi NM “ex 0406 30” qed jinbidel b’dan li ġej: “— Ġobon ipproċessat, mhux maħkuk jew fi trab:”

(4)

L-informazzjoni rigward il-kodiċi NM “ex 0406 90 88” qed tinbidel b’dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Rekwiżiti addizzjonali sabiex jintuża l-kodiċi tal-prodott

Il-kodiċi tal-prodott

Kontenut massimu ta’ ilma fil-piż tal-prodott

(%)

Kontenut minimu ta’ xaħam fil-materjal xott

(%)

“ex 0406 90 88

– – – – – – – –

Iktar minn 62 % iżda mhux iktar minn 72 %:

 

 

 

– – – – – – – – –

ġobnijiet magħmulin mix-xorrox

 

 

0406 90 88 9100

– – – – – – – – –

Ieħor:

 

 

 

– – – – – – – – – –

B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, fil-materjal xott:

 

 

 

– – – – – – – – – – –

Ta’10 % jew aktar iżda inqas minn 19 %

60

10

0406 90 88 9300

– – – – – – – – – – –

Ta’ 40 % jew aktar:

 

 

 

– – – – – – – – – – – –

Akawi

55

40

0406 90 88 9500 ”

(5)

In-nota (7) f’qiegħ il-paġna qed tinbidel bit-test li ġej:

“(7)

a)

F’każ ta’ ġobnijiet ippreżentati f’pakketti immedjati li fihom ukoll likwidu preżervattiv, partikolarment is-salmura, ir-rifużjoni tingħata fuq il-piż nett, nieqes il-piż tal-likwidu.

b)

Il-film tal-plastik, il-parafina, l-irmied u x-xemgħa użati bħala ppakkjar mhumiex ikkunsidrati bħala parti mill-piż nett tal-prodott għall-finijiet tar-rifużjoni.

c)

Meta l-ġobon jiġi ppreżentat f’film tal-plastik, u meta l-piż nett iddikjarat jinkludi l-piż tal-film tal-plastik, l-ammont tar-rifużjoni għandu jitnaqqas b’ 0,5 %.

Meta jikkompleta l-formalitajiet doganali, l-applikant għandu jiddikjara li l-ġobon huwa ppakkjat f’film tal-plastik, u jekk il-piż nett iddikjarat jinkludix il-piż tal-film tal-plastik jew le.

d)

Meta l-ġobon jiġi ppreżentat fil-parafina jew fl-irmied, u meta l-piż nett iddikjarat jinkludi l-piż tal-parafina jew tal-irmied, l-ammont tar-rifużjoni għandu jitnaqqas bi 2 %.

Meta jikkompleta l-formalitajiet doganali, l-applikant għandu jiddikjara li l-ġobon huwa ppakkjat fil-parafina jew fl-irmied, u jekk il-piż nett iddikjarat jinkludix il-piż tal-irmied jew tal-parafina jew le.

e)

Meta l-ġobon jiġi ppreżentat fix-xemgħa, meta jikkompleta l-formalitajiet doganali, l-applikant għandu jiddikjara fuq id-dikjarazzjoni l-piż nett tal-ġobon li ma jinkludix il-piż tax-xemgħa.”

(6)

In-nota (10) f’qiegħ il-paġna qed tinbidel b’dan li ġej:

“(10)

a)

Meta l-prodott ikun fih ingredjenti mhux lattiċi, minbarra ħwawar jew ħxejjex aromatiċi, bħal b’mod partikolari perżut, ġewż, gambli, salamun, żebbuġ, żbib, l-ammont tar-rifużjoni għandu jitnaqqas b’ 10 %.

Meta jikkompleta l-formalitajiet doganali, l-applikant għandu jiddikjara, fid-dikjarazzjoni pprovduta għal dak il-għan, li hemm miżjuda dawn l-ingredjenti mhux lattiċi.

b)

Meta l-prodott ikollu ħxejjex aromatiċi jew ħwawar, bħal b’mod partikolari mustarda, ħabaq, tewm, origanu, l-ammont tar-rifużjoni għandu jitnaqqas b’ 1 %.

Meta jikkompleta l-formalitajiet doganali, l-applikant għandu jiddikjara fid-dikjarazzjoni pprovduta għal dak il-għan, li hemm miżjuda ħxejjex aromatiċi jew ħwawar.

c)

Meta l-prodott ikun fih kaseina u/jew kaseinati u/jew xorrox u/jew prodotti derivati mix-xorrox u/jew lattożju u/jew permeate u/jew prodotti koperti bil-kodiċi NM 3504, il-kaseina u/jew il-kaseinati u/jew ix-xorrox u/jew il-prodotti li ġejjin mix-xorrox (eskluż butir tax-xorrox kopert bil-kodiċi NM 0405 10 50) u/jew il-lattożju u/jew il-permeate u/jew il-prodotti koperti bil-kodiċi NM 3504 miżjuda m’għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tar-rifużjoni.

Meta jikkompleta l-formalitajiet doganali, l-applikant għandu jiddikjara, fuq id-dikjarazzjoni pprovduta għal dak il-għan, jekk ġewx miżjuda l-kaseina u/jew il-kaseinati u/jew ix-xorrox u/jew il-prodotti derivati mix-xorrox u/jew il-lattożju u/jew il-permeate u/jew il-prodotti koperti bil-kodiċi NM 3504 u, meta dan ikun il-każ, il-kontenut massimu bil-piż ta’ kaseina u/jew kaseinati u/jew xorrox u/jew prodotti li ġejjin mix-xorrox (jispeċifika, fejn ikun applikabbli, il-kontenut tal-butir tax-xorrox) u/jew il-lattożju u/jew il-permeate u/jew il-prodotti koperti bil-kodiċi NM 3504 miżjuda għal kull 100 kilogramma ta’ prodott lest.

d)

Il-prodotti msemmija jista’ jkollhom kwantitajiet żgħar ta’ materjal mhux lattiku miżjud meħtieġ għall-manifattura u għall-preżervazzjoni tagħhom, bħal melħ, tames jew moffa.”


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

218


REGOLAMENT (KE) Nru 570/2005 TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta' April 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 118/2005, dwar l-istipulazzjoni tal-limiti finanzjarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skond l-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 tas-26 ta’ Jannar 2005 li jemenda l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 u li jistipula limiti finanzjarji għall-implimentazzjoni parzjali jew mhux obbligatorja tal-iskema ta’ pagament uniku u għall-ammonti ta’ flus annwali tal-iskema ta’ pagament uniku stipulata minn dan ir-Regolament jistabilixxi, għas-sena finanzjarja 2005, il-limiti finanzjarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skond id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(2)

Franza skopriet reċentement, fil-kuntest tal-kalkoli tal-ħlas taħt l-iskema ta’ pagament uniku, l-eżistenza ta’ diskrepanza sinifikanti bejn ir-riżultat finanzjarju tal-użu tal-informazzjoni tanġibbli individwali relatata mad-diversi pagamenti diretti li saru waqt il-perijodu ta’ referenza, li jintużaw bħala bażi biex jiddeterminaw l-ammonti ta’ referenza, u l-informazzjoni li tat Franza li ntużat biex jiġu stabbiliti limiti finanzjarji applikabbli għad-diversi pagamenti diretti fir-Regolament (KE) Nru 118/2005.

(3)

Għandhom jiġu emendati l-limiti finanzjarji applikabbli fi Franza, għas-sena 2005, għall-pagamenti diretti stipulati mir-Regolament (KE) Nru 118/2005.

(4)

Konsegwentement għandu jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 118/2005.

(5)

Il-miżuri stabbiliti minn dan ir-regolament huma konformi mar-rakkomandazzjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-pagamenti diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 118/2005 għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' April 2005

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).


ANNESS

“ANNESS IV

LIMITI FINANZJARJI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKOND L-ARTIKOLU 71 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena Finanzjarja 2005

Eluf ta’ euro

 

Il-Greċja

Il-Finlandja

Franza (*)

Malta

L-Olanda

Is-Slovenja

Spanja (*)

Ħlas skont il-medda għall-uċuħ tar-raba’ tal-ħrit, 63 euro/t

297 389

278 100

5 050 765

174

174 186

12 467

1 621 440

Ħlas skont il-medda għall-uċuħ tar-raba’ tal-ħrit, 63 euro/t, POSEI

 

 

 

 

 

 

23

Għajnuna regjonali speċifika għall-uċuħ raba’ tal-ħrit 24 euro/t

 

80 700

 

 

 

 

 

Ħlas addizzjonali għall-qamħ samm (291 euro/ettaru) u għajnuna speċjali ghaż-żoni mhux tradizzjonali (46 euro/ettaru)

179 500

 

62 828

 

 

 

171 822

Għajnuniet għal-legumi taż-żerriegħa

2 100

 

1 331

 

 

 

60 518

Għajnuniet għal-legumi taż-żerriegħa, POSEI

 

 

 

 

 

 

1

Għajnuna għall-produzzjoni taż- żerriegħa

1 400

2 900

16 581

29

10 400

35

10 347

Sussidju għall-baqar li jreddgħu

25 700

9 300

733 137

26

10 900

5 183

279 830

Suppliment għas-sussidju għall-baqar li jreddgħu

3 100

600

1 279

3

 

626

28 937

Sussidju speċjali għall-ifrat

29 900

40 700

389 619

201

20 400

5 813

147 721

Sussidju għall-qtil tal-annimali, adulti

8 000

27 600

253 119

144

62 200

3 867

142 954

Sussidju għall-qtil tal-annimali, għoġġiela

 

100

79 472

 

40 300

538

602

Ħlas għaż-zieda fil-produzzjoni taċ-ċanga

17 600

16 780

260 795

 

900

5 360

153 486

Ħlas addizzjonali għall-produtturi tal-laħam taċ-ċanga

3 800

6 100

90 586

19

23 900

889

31 699

Sussidji għan-nagħaġ u l-mogħoż

180 300

1 200

136 021

53

13 800

520

366 997

Sussidji addizzjonali għan-nagħaġ u l-mogħoż

63 200

400

40 391

18

300

178

111 589

Ħlas addizzjonali għall-produtturi tan-nagħaġ u l-mogħoż

8 800

100

7 026

3

700

26

18 655

Ħlas għall-produtturi tal-patata tal-lamtu (44,216 euro/t)

 

2 400

11 250

 

21 800

 

 

Għajnuna skont iż-żona għar-ross (102 euro/t)

15 400

 

10 827

 

 

 

67 991

Għajnuna skont iż-żona għar-ross (102 euro/t), dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej

 

 

3 053

 

 

 

 

Għajnuniet għall-produzzjoni tal-għalf niexef

1 100

20

41 224

 

6 800

 

44 075

Ħlas addizzjonali għall-ifrat u nagħaġ fil-gżejjer tal-baħar Eġew

1 000

 

 

 

 

 

 

Għajnuna skont iż-żona għall-ħops

 

 

391

 

 

298

375


(*)  L-għajnuniet li jikkorrispondu għas-sussidji mħallsin fis-setturi tal-annimali fis-snin ta’ referenza (2000, 2001, 2002) fir-reġjuni tat-territorji barranin ġew imnaqqsin.”


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

220


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 606/2005

tad-19 ta' April 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' ħlas waħdieni li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta' sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' sostenn għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(b) u l-Artikolu 145(c) u (d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 (2) jintroduċi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-iskema ta’ ħlas waħdieni mill-2005 ’il quddiem. L-esperjenza tal-implimentazzjoni amministrattiva u operattiva ta’ dik l-iskema fuq livell nazzjonali żvelat li f’ċerti aspetti huma meħtieġa aktar regoli dettaljati, filwaqt li f’aspetti oħra r-regoli eżistenti jeħtieġ jiġu kkjarifikati u adottati.

(2)

L-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 jistipula li l-bidu tal-perjodu ta’ għaxar xhur imsemmi fl-Artikolu 44 (3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għal kull bidwi individwali għandu jiġi ffissat mill-Istati Membri f’data waħda matul perjodu li jiġi ffissat bejn l-1 ta’ Settembru tas-sena kalendarja li tiġi qabel dik li fiha tkun ippreżentata l-applikazzjoni taħt l-iskema ta’ ħlas uniku u t-30 ta’ April tas-sena kalendarja ta’ wara, jew inkella din tiġi magħżula mill-bidwi stess matul il-perjodu ffissat. Huwa xieraq li l-bdiewa jkollhom aktar flessibbiltà meta jiġu biex jiffissaw il-bidu tal-perjodu ta’ għaxar xhur, fuq il-livell ta’ kull roqgħa raba’, meta l-kundizzjonijiet agrikoli speċifiċi jkunu jiġġustifikaw dan.

(3)

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004 (3) u li beda japplika mill-1 ta’ Jannar 2005 bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 394/2005, jawtorizza lill-Istati Membri sabiex jippermettu li ħxejjex sekondarji jiġu kkultivati fl-ettari eliġibbli matul perjodu ta’ mhux iżjed minn tliet xhur, li jibda fil-15 ta’ Awwissu ta’ kull sena. Huwa xieraq li dik id-data titressaq aktar ’il quddiem sabiex ikun jista’ jsir it-tkabbir ta’ ħxejjex temporanji f’reġjuni fejn iċ-ċereali normalment jinħasdu aktar kmieni minħabba raġunijiet klimatiċi, kif kien komunikat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 għandu, għalhekk, jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Minħabba l-fatt li r-Regolament (KE) Nru 795/2004 japplika mill-1 ta’ Jannar 2005, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament ikunu japplikaw retroattivament minn dik id-data.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 795/2004 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 24 (2) qed jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, fejn kundizzjonijiet agrikoli speċifiċi jkunu jiġġustifikaw dan, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-bdiewa sabiex jiffissaw, fil-perjodu ffissat msemmi fl-ewwel subparagrafu, żewġ dati differenti għall-bidu tal-perjodu ta’ 10 xhur fir-rigward tal-impriża agrikola tagħhom. Il-bdiewa li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà għandhom jindikaw l-għażliet tagħhom, fir-rigward ta’ kull roqgħa raba’ individwali, fil-formola tal-applikazzjoni unika tagħhom flimkien mal-informazzjoni li trid tingħata minnhom b’mod konformi mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.”

(2)

L-Artikolu 28a li ġej qed ikun miżjud:

“Artikolu 28a

Il-perjodu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 51(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003

L-Istati Membri indikati fl-Anness huma awtorizzati sabiex jippermettu li ħxejjex sekondarji jiġu kkultivati fl-ettari eliġibbli matul perjodu ta’ mhux iżjed minn tliet xhur, li jibda kull sena fid-data stabbilita f’dak l-Anness għal kull Stat Membru.”

(3)

Qed ikun miżjud Anness kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta' April 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1974/2004 (ĠU L 345, 20.11.2004, p. 85).

(3)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48.


ANNESS

“ANNESS

Stat Membru

Data

Il-Portugall

l-1 ta’ Marzu

Il-Ġermanja

il-15 ta’ Lulju

L-Awstrija

it-30 ta’ Ġunju

Id-Danimarka

il-15 ta’ Lulju

L-Italja

il-11 ta’ Ġunju”


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

222


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 651/2005

tat-28 ta' April 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja,

Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, partikolarment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-Sezzjoni 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 (1) tistabbilixxi l-miżuri tranżitorji sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (“l-Istati Membri l-ġodda”) fl-Unjoni Ewropea. Dik is-Sezzjoni tispeċifika numru ta’ skadenzi li jirrigwardaw id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, l-eliminazzjoni tagħhom kif ukoll il-prova rispettiva li trid tiġi fornuta jew mill-operatur responsabbli jew mill-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat. Din tiffissa wkoll il-perjodi għall-valuri li jridu jintużaw għall-kalkolu ta’ taxxi għall-operaturi u għall-Istati Membri l-ġodda f’każ li l-kwantitajiet żejda ma jiġux eliminati.

(2)

Minħabba d-dewmien sabiex tasal l-informazzjoni addizzjonali dwar il-kwantitajiet żejda fl-Istati Membri l-ġodda u ż-żmien meħtieġ għall-analiżi dettaljata ta’ dik l-informazzjoni u għad-diskussjoni mal-Istati Membri kkonċernati, ma kienx possibbli għall-Kummissjoni li tiddetermina l-kwantitajiet żejda ta’ zokkor sal-31 ta’ Ottubru 2004, kif previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004.

(3)

L-iskadenzi ffissati bir-Regolament (KE) Nru 60/2004 jeħtieġ jiġu aġġustati kif jixraq u sakemm dan huwa possibbli, minħabba l-ħtieġa li l-informazzjoni li tkun ġejja mill-eliminazzjoni tal-kwantitajiet żejda tintuża għad-determinazzjoni tat-taxxi tal-produzzjoni għas-sena tas-suq 2004/2005 qabel il-15 ta’ Ottubru 2005 kif ukoll għad-deċiżjoni rigward id-deklassifikazzjoni tal-kwota qabel l-1 ta’ Ottubru 2005.

(4)

Minħabba l-konsegwenzi finanzjarji potenzjalment importanti li Stat Membru ġdid jista’ jiffaċċja f’każ li z-zokkor żejjed tiegħu ma jiġix eliminat kif xieraq, ikun ġustifikat li l-perjodu għall-ħlas tat-taxxi dovuti mill-Istati Membri l-ġodda jiġi estiż għal erba’ snin.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 60/2004 għandu, għalhekk, jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 60/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6 qed ikun emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tiddetermina sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2005, għal kull Stat Membru ġdid, b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/2001, il-kwantità ta’ zokkor bħala tali jew fi prodotti pproċessati, iżoglukożju u fruttożju li teċċedi l-kwantità kkunsidrata bħala trasferiment normali ta’ stokk fl-1 ta’ Mejju 2004, u li din għandha titneħħa mis-suq bi spejjeż tal-Istati Membri l-ġodda.”

(b)

Il-frażi introduttorja tal-paragrafu 2 tinbidel b’dan li ġej:

“L-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat għandu jiżgura t-tneħħija mis-suq ta’ kwantità ta’ zokkor jew ta’ iżoglukożju, mingħajr l-intervent tal-Komunità, li tkun ugwali għall-kwantità żejda msemmija fil-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2005:”

(c)

It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 3 jinbidlu b’dan li ġej:

“L-Istat Membru l-ġdid għandu juża dik is-sistema sabiex iġiegħel lill-operaturi kkonċernati jneħħu mis-suq, u bi spejjeż għalihom, kwantità ekwivalenti ta’ zokkor jew iżoglukożju mill-kwantità żejda individwali tagħhom li tkun ġiet determinata. L-operaturi kkonċernati għandhom jag]tu prova, għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru l-ġdid, li l-prodotti tneħħew mis-suq sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2005.

F’każ li din il-prova ma tingħatax, l-Istat Membru l-ġdid għandu jimponi l-ħlas ta’ ammont li jkun ugwali għall-kwantità kkonċernata, immultiplikat bl-ogħla taxxi tal-importazzjoni li japplikaw għall-prodott konċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2004 sat-30 ta’ Novembru 2005, miżjud b’EUR 1,21/100 kg f’ekwivalenti ta’ zokkor abjad jew materja niexfa.”

(d)

Il-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 tinbidel b’dan li ġej:

“Meta z-zokkor jew l-iżoglukożju jitneħħew b’mod konformi mal-paragrafu 2(a), l-operaturi kkonċernati għandhom jagħtu prova tal-esportazzjoni sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2006 billi jippreżentaw:”

(e)

Ir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Il-liċenzja tal-esportazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun valida mid-data tal-ħruġ tagħha sat-30 ta’ Novembru 2005.”

(2)

L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Il-prova tat-tneħħija mill-Istati Membri l-ġodda

1.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2006, l-Istati Membri l-ġodda għandhom jagħtu prova lill-Kummissjoni li l-kwantità żejda msemmija fl-Artikolu 6(1) tneħħiet mis-suq b’mod konformi mal-Artikolu 6(2) u jispeċifikaw għal kull metodu l-kwantità eliminata.

2.   F’każ li l-prova tat-tneħħija mis-suq ma tingħatax skond il-paragrafu 1, għal parti minn jew inkella għall-kwantità żejda kollha, l-Istat Membru l-ġdid jkollu jħallas ammont ugwali għall-kwantità mhux eliminata, li jiġi mmultiplikat bl-ogħla rifużjonijiet tal-esportazzjoni li japplikaw għaz-zokkor abjad li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 1701 99 10 matul il-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2004 sat-30 ta’ Novembru 2005. Sehem ugwali għal 25 % tal-ammont totali jingħata għall-baġit tal-Komunità sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ kull waħda mis-snin li ġejjin, 2006, 2007, 2008 u 2009. L-ammont totali jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tat-taxxi tal-produzzjoni għas-sena finanzjarja ta’ bejgħ 2004/2005.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta' April 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 9, 15.1.2004, p. 8.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

224


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-14 ta' April 2005

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-ekotikketta Komunitarja għal servizz ta’ post ta’ kampeġġ

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 1242)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2005/338/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema Komunitarja riveduta ta’ għotja ta' ekotikketta (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artiklu 6(1) tiegħu u s-sitt paragrafu tal-punt 2 ta' l-Anness V tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord ta’ l-Ekotikketta ta' l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-ekotikketta Komunitarja tista' tingħata lil prodott li jkollu karatteristiċi li bihom ikun jista’ jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal titjib fir-rigward ta' aspetti ambjentali importanti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li kriterji speċifiċi għall-ekotikketta, magħmulin abbażi tal-kriterji mfasslin mill-Bord ta’ l-Ekotikketti ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu stabbiliti skond tipi ta' prodotti.

(3)

Fil-każ ta’ servizz ta’ post ta’ kampeġġ, il-kriterji ekoloġiċi għandhom jinqasmu fi kriterji, li kull wieħed minnhom għandu jitħares, u fi kriterji, li proporzjon fiss minnhom għandu jitħares.

(4)

Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll il-ħtiġijiet marbuta ma’ evalwazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi għal perjodu ta' tliet snin.

(5)

Fir-rigward tat-tariffi relatati ma’ applikazzjonijiet għal ekotikketta u użu tagħha minn intrapriżi mikro, kif definiti mir-Rakkomandazzjoni ta' l-Kummissjoni 96/280/KE tat- 3 ta' April 1996 dwar it-tifsira ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (2), ikun jixraq, biex jitqiesu r-riżorsi limitati ta’ intrapriżi mikro u ta’ l-importanza partikolari tagħhom fi ħdan dan it-tip ta' prodott, li jkun provdut għal tnaqqis addizzjonali għal dak ipprovdut mir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 u mill-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/728/KE ta' l-10 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi l-applikazzjoni ta’ l-ekotikketta Komunitarja u t-tariffi annwali għaliha (3).

(6)

Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tip ta' prodott “servizz ta' post ta’ kampeġġ” għandu jinkludi, bħala servizz ewlieni bi ħlas, l-għoti ta’ rqajja ta’ art mgħammra għal strutturi mobbli ta' alloġġ ġewwa żona maqtugħa għaliha.

Huwa għandu jinkludi wkoll faċilitajiet oħra ta' akkomodazzjoni xierqa biex jingħata kenn lil min ikun qed jalloġġja hemm, u żoni kollettivi għal servizz komunali jekk ikunu pprovduti ġewwa żona maqtugħa għaliha.

Is-“servizz ta' post ta’ kampeġġ” mogħti ġewwa żona maqtugħa għalija bħal dik jista' jinkludi wkoll, taħt il-ġestjoni jew sjieda tal-post ta’ kampeġġ, il-provvista ta’ servizzi ta’ ikel u attivitajiet ta' mgħodija taż-żmien.

Artikolu 2

Għall-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja għal servizz ta' post ta’ kampeġġ skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, servizz ta' post ta’ kampeġġ għandu jkun inkluż fit-tip ta' prodott “servizz ta' post ta’ kampeġġ” u għandu jkun konformi ma' kull wieħed mill-krtierji stabbiliti fis-Sezzjoni A ta' l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Barra minn hekk, is-servizz ta’ post ta’ kampeġġ għandu jkun konformi ma’ għadd biżżejjed tal-kriterji li jinsabu fis-Sezzjoni B ta' l-Anness, li għal kull wieħed minnhom jingħataw għadd ta' punti. Is-servizz ta' post ta’ kampeġġ għandu mill-anqas jikseb:

(a)

16,5 punti għas-servizz prinċipali;

(b)

20 punt jekk jingħataw ukoll faċilitajiet oħra ta' akkomodazzjoni tajbin bħala kenn għal min jalloġġja fil-post.

L-għadd totali ta’ punteġġ meħtieġ għandu jiżdied b'punt addizzjonali għal kull wieħed mis-servizzi ta’ l-ikel u għal kull attività ta’ mogħdija taż-żmien, jekk dawn ikunu pprovduti.

Artikolu 3

1.   B'deroga għall-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 2000/728/KE, fil-każ ta' applikazzjoni minn intrapriża mikro għal għoti ta’ l-ekotikketta għal servizz ta' post ta’ kampeġġ, il-ħlas tat-tariffa għall-applikazzjoni għandu jitnaqqas b' 75 % mingħajr ma jkun possibbli ebda tnaqqis ieħor.

2.   B'deroga għall-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni 2000/728/KE, it-tariffa minima annwali għal kull intrapriża mikro għall-użu ta’ l-ekotikketta għandha tkun ta' EUR 100.

3.   Il-volum annwali ta’ bejgħ għas-servizz ta' post ta’ kampeġġ għandu jkun ikkalkulat billi l-prezz tal-konsenja jkun immultiplikat bl-għadd ta' waqfien għal lejl u dak li jirriżulta jitnaqqas b'50 %. Il-prezz tal-konsenja għandu jitqies bħala t-tariffa medja mħallsa minn min iżur il-post ta’ kampeġġ għall-waqfa għal lejl, inklużi s-servizzi kollha li ma jinvolvux ħlas żejjed. Għandu japplika t-tnaqqis għal tariffa minima annwali kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2000/728/KE.

4.   Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, l-intrapriżi mikro għandhom ikunu kif definiti fir-Rakkomandazzjoni 96/280/KE fil-verżjoni tat- 3 ta' April, 1996.

Artikolu 4

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lit-tip ta' prodott “servizz ta' post ta‘ kampeġġ” għandu jkun “26”.

Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għat-tip ta' prodott “servizz ta' post ta’ kampeġġ”, kif ukoll il-ħtiġijiet marbuta ma’ evalwazzjoni u verifika, għandhom ikunu validi għal tliet snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' April 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 107, 30.4.1996, p. 4.

(3)  ĠU L 293, 22.11.2000, p. 18. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/393/KE (ĠU L 135, 3.6.2003, p. 31).


ANNESS

QAFAS

L-għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji għandhom l-għan li jillimitaw l-impatti ambjentali ewlenin mit-tliet fażijiet taċ-ċiklu tal-ħajja tas-servizz (xiri, provvista tas-servizz, skart). B'mod partikolari jimmiraw li:

jillimitaw il-konsum ta’ l-enerġija,

jillimitaw il-konsum ta’ l-ilma,

jillimitaw l-iskart mill-produzzjoni,

jiffavorixxu l-użu ta' riżorsi rinnovabbli u ta' sustanzi li huma anqas ta’ ħsara għall-ambjent,

jippromwovu l-komunikazzjoni u l-edukazzjoni dwar l-ambjent.

Speċifikazzjonijiet

Strutturi mobbli ta' alloġġ kif imsemmi fl-Artikolu 1 huma dawk bħal tined, karavans, djar mobbli u vannijiet kamp. Faċilitajiet ta' akkomodazzjoni xierqa biex jingħata kenn lil min jalloġġja huma faċilitajiet bħal bangalows, alloġġi mobbli u appartamenti għal kiri. Żoni kollettivi għal servizzi komunali huma bħal dawk ta’ faċilitajiet ta' ħasil u tisjir, supermarkits u faċilitajiet ta' informazzjoni.

Ħtiġijiet ta’ evalwazzjoni u verifika

Il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ evalwazzjoni u verifika huma indikati mill-ewwel taħt kull kriterju stabbilit fis-Sezzjonijiet A u B.

Skond il-każ, jistgħu jintużaw il-metodi u standards ta' ittestjar barra dawk indikati għal kull kriterju jekk l-ekwivalenza tagħhom tkun aċċettata mill-Korp Kompetenti li jevalwa t-talba.

Fejn l-applikant ikun mitlub jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumenti, analiżi, rapporti ta’ ittestjar, jew provi oħra biex juri li jkun konformi mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur(i) tiegħu u/jew mill-fornitur(i) tagħhom, et cetera, skond il-każ.

Skond il-każ, Korpi Kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni sustantiva u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti.

Korpi Kompetenti għandhom jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post.

Il-Korpi Kompetenti huma rrakkomandati jqisu l-implimentazzjoni ta' skemi rikonoxxuti ta’ ġestjoni ambjentali, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jevalwaw applikazzjonijiet u jagħmu monitoraġġ għall-konformità mal-kriterji.

(Notament: mhux meħtieġ li jkunu implimentati skemi ta' ġestjoni bħal dawn.)

SEZZJONI A

Kriterji msemmija fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu

ENERĠIJA

1.   Elettriku minn sorsi rinnovabbli

Mill-anqas 22 % ta’ l-elettriku għandu jiġi minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, kif definiti fid-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar il-promozzjoni ta’ l-elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-suq intern ta’ l-elettriku (1).

Dan il-kriterju japplika biss għal postijiet ta’ kampeġġ li jkollhom aċċess għal suq li joffri enerġija ġġenerata minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni mingħand il-fornitur ta’ l-elettriku (jew il-kuntratt miegħu) li turi x-xorta ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, il-perċentwali ta' elettriku pprovdut jiġifieri minn sors rinnovabbli, u indikazzjoni tal-perċentwali massima li tkun tista' tingħata. Skond id-Direttiva 2001/77/KE, sorsi ta' enerġija rinnovabbli għandha tfisser sorsi ta' enerġija rinnovabbli mhux fossili (mir-riħ, mix-xemx, ġeotermali, mill-mewġ u l-marea, idroelettriku, bijiomassa, gass minn siti ta’radam, gass minn impjanti għal trattament tad-drenaġġ u minn bijogass).

2.   Faħam u żjut densi

M’għandhom jintużaw ebda żjut densi li jkollhom kontenut ta' kubrit ogħla minn 0,2 % u ebda faħam bħala sors ta’ enerġija.

Dan il-kriterju japplika biss għal postijiet ta’ kampeġġ li jkollhom sistema indipendenti ta' tisħin.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, li tindika x-xorta ta' sorsi ta' enerġija użati.

3.   L-elettriku għat-tisħin

Mill-anqas 22 % ta’ l-elettriku użat għat-tisħin ta’ żoni komuni, akkomodazzjoni għall-kiri u ilma sanitarju sħun għandu jkun minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, kif definiti fid-Direttiva 2001/77/KE.

Dan il-krtierju japplika biss għal postijiet ta’ kampeġġ li jkollhom sistema indipendenti ta’ tisħin bl-elettriku u li jkollhom aċċess għal suq li joffri elettriku ġġenerat minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, li tindika x-xorta u l-ammonti ta' sorsi ta' enerġija użati għal tisħin, flimkien mad-dokumentazzjoni dwar il-kaldaruni (ġeneraturi ta' sħana) użati, jekk ikun hemm.

4.   L-effiċjenza tal-kaldaruni

L-effiċjenza ta' kull kaldarun ġdid (ġeneratur ta' sħana) mixtri matul iż-żmien ta’ l-għoti ta’ l-ekotikketta għandha tkun mill-anqas 90 %, kif imkejla skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar i-ħtiġijiet ta' effiċjenza għal kaldaruni ġodda ta’ ilma sħun imqabbdin bi fjuwil likwidu jew tak-gass (2), jew skond in-normi u r-regolamenti rilevanti dwar prodotti għal dawk il-kaldaruni li ma jkunux milquta minn din id-Direttiva.

Kaldaruni ta’ ilma sħun imqabbdin bi fjuwil likwidu jew tal-gass kif definit fid-Direttiva 92/42/KEE għandhom ikunu konformi ma’ standards ta' effiċjenza kif jingħad fid-Direttiva.

L-effiċjenza ta' kaldaruni esklużi mid-Direttiva 92/42/KEE għandhom ikunu konformi ma’ l-istruzzjonijiet tal-manifattur u ma’ liġijiet nazzjonali u lokali dwar l-effiċjenza.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand dawk responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-kaldarun li turi l-effiċjenza. Id-Direttiva 92/42/KEE tiddefinixxi l-effiċjenza utli (espressa f’%) bħala l-proporzjon bejn il-produzzjoni ta' sħana trasmessa lill-ilma tal-kaldarun u l-prodott tal-valur kalorifiku nett taħt pressjoni kostanti ta’ fjuwil u l-konsum espress bħala kwantita' ta' fjuwil għal kull unita' ta' ħin.

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/42/KEE jeskludi l-kaldaruni li ġejjin: kaldaruni ta’ ilma sħun li jistgħu jitqabbdu bi fjuwils differenti inkluż fjuwils solidi; tagħmir għat-tħejjija fil-pront ta’ ilma sħun; kaldaruni maħsuba biex jitqabbdu bi fjuwils, li l-elementi tagħhom huma konsiderevolment differenti mill-elementi tal-fjuwils likwidi u tal-gass komunement kummerċjalizzati (gass minn skart industrijali, bijogass, eċċ.); kukers u strumenti maħsuba prinċipalment biex isaħħnu l-bini li fih ikunu nstallati u, bħala funzjoni sussidjarja, biex jipprovdu ilma sħun għal tisħin ċentrali u ilma sanitarju sħun.

5.   Arja kkondizzjonata

Kull sistema ta' arja kkondizzjonata mixtrija matul iż-żmien ta’ l-għoti ta’ l-ekotikketta għandu jkollha mill-anqas effiċjenza ta’ enerġija tal-Klassi B kif stabbilit bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/31/KE tat-22 ta' Marzu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar it-twaħħil ta' tikketti dwar l-enerġija għal tagħmir ta’ arja kkondizzjonata tad-dar (3), jew li għandhom effiċjenza ta' enerġija li tkun taqbel magħha.

Notament: Dan il-kriterju ma japplikax għal tagħmir ta’ arja kkondizzjonata li jkun jew apparat li jista’ juża wkoll sorsi oħra ta' enerġija, jew apparat mill-arja għall-ilma u mill-ilma għall-ilma, jew unitajiet bi produzzjoni (qawwa ta' tkessiħ) akbar minn 12 kW.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni, bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema ta' arja kkondizzjonata.

6.   Iżolazzjoni ta’ twieqi

It-twieqi kollha f'żoni komuni imsaħħna u/jew b’arja kkondizzjonata u f’akkomodazzjoni għall-kiri għandu jkollhom livell għoli biżżejjed ta' iżolazzjoni termali skond il-klima lokali, u għandhom jipprovdu livell xieraq ta’ iżolazzjoni akustika. (Dan ma japplikax għall-karavans tal-kiri/djar mobbli fejn dawn ma jkunux proprjetà tal-ġestjoni tal-post tal-kampeġġ.)

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tiegħu innifsu jekk din tkun biżżejjed jew dikjarazzjoni minn tekniku professjonali li turi konformità ma’ dan il-kriterju.

7.   Tifi ta' sħana jew arja kkondizzjonata

Jekk it-tisħin u/jew l-arja kkondizzjonata ma jintfewx awtomatikament meta jkun hemm twieqi miftuħa, għandu jkun hemm informazzjoni li tkun tista’ tinkiseb malajr li tfakkar lir-resident jagħlaq it-tieqa (twieqi) jekk it-tisħin jew l-arja kkondizzjonata jkunu mixgħulin.

Dan il-kriterju japplika biss għal postijiet ta’ kampeġġ li jkollhom tisħin u/jew arja kkondizzjonata.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mat-test ta’ l-informazzjoni (jekk ikun applikabbli).

8.   Tifi ta' dwal

Jekk id-dawl (dwal) ma jintefix (jintfewx) awtomatikament fl-akkomodazzjoni għall-kiri, għandu jkun hemm informazzjoni li tkun tista’ tinkiseb malajr mir-residenti li titlobhom jitfu d-dwal meta jkunu ħerġin mill-akkomodazzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mal-proċeduri ta' informazzjoni.

9.   Bozoz tad-dawl b'effiċjenza ta' enerġija

(a)

Fi żmien sena mid-data ta’ l-applikazzjoni, mill-anqas 60 % tal-bozoz tad-dawl kollha fil-post tal-kampeġġ għandu jkollhom effiċjenza ta' enerġija tal-Klassi A kif definita fid-Direttiva tal-Kummissjoni 98/11/KE tas-27 ta' Jannar 1998 li timplimenta d-Direttiva ta' l-Kunsill 92/75/KEE dwar twaħħil ta' tikketti ta’ l-enerġija ta’ lampi tad-dar (4). Dan ma japplikax għall-bozoz tad-dwal li l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom ma jħallux li jinbidlu ma’ bozoz tad-dwal li ma jaħlux enerġija.

(b)

Fi żmien sena mid-data ta’ l-applikazzjoni, mill-anqas 80 % tal-bozoz tad-dawl li jkunu jinsabu fejn x'aktarx jinxtegħlu għal aktar minn ħames sigħat kuljum għandu jkollhom effiċjenza ta' enerġija tal-Klassi A kif definita fid-Direttiva 98/11/KE. Dan ma japplikax għall-bozoz tad-dawl li l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom ma jħallux li jinbidlu ma’ bozoz tad-dawl li ma jaħlux enerġija.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità maż-żewġ partijiet ta' dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni tal-klassi ta' effiċjenza ta' enerġija tal-bozoz tad-dawl differenti użati.

ILMA

10.   Sors ta' ilma

Il-post ta’ kampeġġ għandu jiddikjara lill-awtorita' ta’ l-ilma li huwa jkun lest jaqleb għal sors differenti ta' ilma (eż. ilma tal-mejn, ilma tal-wiċċ) jekk studji ta’ pjan lokali għall-ħarsien ta’ l-ilma juru bil-provi impatt ambjentali qawwi bl-użu tas-sors attwali tiegħu ta' ilma.

Dan il-kriterju japplika biss jekk il-post ta’ kampeġġ ma jkunx qed jirċievi l-ilma tiegħu minn pajp ta’ ilma tal-mejnijiet.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni bħal dik ta' hawn fuq, flimkien ma’ dokumentazzjonii skond il-każ, inkluż ir-riżultati ta’ studji (jekk ikun hemm) ta’ pjan lokali għall-ħarsien ta’ l-ilma, indikazzjoni ta’ kull azzjoni meħtieġa li jkollha tittieħed, u dokumentazzjoni dwar azzjonijiet rilevanti meħuda.

11.   Fluss ta' ilma minn vitijiet u doċoċ

Il-fluss ta' ilma mill-vitijiet u doċoċ, ħlief għall-vitijiet tal-banju, m'għandux jaqbeż l-10 litri/minuta.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma' spjegazzjoni dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa l-kriterju, u dokumentazzjoni rilevanti skond il-każ.

12.   Nuqqas ta’ ħela ta’ ilma mill-kmamar tal-banju u tojlits

Fiż-żoni sanitarji u fil-kmamar tal-banju għandu jkun hemm informazzjoni biżżejjed għar-resident dwar kif jgħin biex fil-post ta’ kampeġġ ma jinħelix ilma.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ informazzjoni rilevanti għar-residentii.

13.   Reċipjenti ta’ skart f’tojlits

Kull tojlit għandu jkollu reċipjent xieraq għall-iskart u r-resident ikun mitlub juża r-reċipjent ta’ l-iskart minflok it-tojlit għal rimi kif suppost.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma' indikazzjoni ta’ l-informazzjoni lir-resident.

14.   Flaxxing fil-latrina

Il-latrini kollha għandhom ikunu mgħammra jew b'sistemi ta’ flaxxing awtomatiċi (bil-ħin) jew manwali b'mod li ma jkunx hemm ifflaxxjar il-ħin kollu.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni rilevanti dwar il-latrini nstallati.

15.   Likiġ

Il-persunal għandu jkun imħarreġ li kuljum jara jekk ikunx hemm xi likiġ u li jieħu azzjoni f’waqtha skond il-ħtieġa. Ir-resident għandu jkun mistieden jgħarraf lill-persunal b’kull likiġ.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni rilevanti dwar it-temi koperti fit-taħriġ, u kopja ta’ l-informazzjoni indirizzata lir-residenti.

16.   Tisqija ta' pjanti u żoni esterni

Il-fjuri u l-postijiet ta' barra għandhom jissaqqew l-aktar qabel ma x-xemx tkun tiżreġ jew wara nżulha, fejn kundizzjonijiet reġjonali jew tal-klima jitolbu dan.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju.

17.   Trattament ta’ skart ta’ ilma

L-iskart kollu ta’ l-ilma għandu jkun ittrattat.

Jekk ma jista’ jkun hemm ebda konnessjoni ma’ l-impjant lokali għat-trattament tad-drenaġġ, il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu s-sistema tiegħu stess ta’ trattament li tissodisfa r-rekwiżiti tal-liġi rilevanti lokali, nazzjonali jew Ewropea. Residenti għandhom ikunu mgħarrfa bil-ħtiġijiet u d-dmirijiet għar-rimi kif imiss ta’ skart ta’ ilma mill-mezz mobbli ta’ alloġġ tagħhom.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjon dwar il-konnessjoni ma’ l-impjant lokali għat-trattament tad-drenaġġ jew dwar is-sistema tiegħu stess għat-trattament ta’ skart ta’ ilma skond il-każ u dokumentazzjoni għal residenti dwar ir-rimi ta’ skart ta’ ilma.

18.   Pjan għal skart ta’ ilma

Il-post ta’ parkeġġ għandu jitlob lill-ġestjoni lokali ta’ l-iskart ta’ ilma għall-pjan tagħha ta’ skart ta’ ilma u, jekk ikun hemm wieħed, għandha jimxi miegħu.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-ittra lill-ġestjoni lokjali ta’ l-iskart ta’ ilma u jitlob il-pjan ta’ disinn lokali ta’ skart ta’ ilma u t-tweġiba mogħtija. Jekk ikun hemm pjan, l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni dwar il-passi meħuda biex jimxi miegħu.

DETERĠENTI U DIŻINFETTANTI

19.   Punt ta’ rimi f’tojlit kimiku (CDP)

Fejn il-post ta’ kampeġġ ikun konness ma' tank settiku, l-iskart minn tojlits kimiċi għandu jinġabar u jkun ittrattat sewwa b’mod separat jew b’mod ieħor. Fejn il-post ikun konness mas-sistema tad-drenaġġ pubbliku, sink speċjali jew unita' ta' rimi għandhom ikunu suffiċjenti biex ma jitħallix ikun hemm tixrid.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, inkluż kull rekwiżit speċifiku ta’ rimi mill-awtorità lokali flimkien mad-dokumentazzjoni dwar is-sink kimiku.

20.   Diżinfettanti

Diżinfettanti għandhom jintużaw biss fejn ikunu meħtieġa biex jitħarsu r-rekwiżiti legali ta’ l-iġjene.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' indikazzjoni ta' fejn u meta jkollhom jintużaw id-diżinfettanti.

21.   Taħriġ tal-persunal dwar l-użu ta’ diterġenti u diżinfettanti

Il-personal għandu jkun imħarreġ ma jaqbiżx il-kwantita' rakkomandata ta' diterġenti u diżinfettanti murija fuq l-ippakkjar.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dettalji dwar it-taħriġ rilevanti.

SKART

22.   Separazzjoni ta' skart minn residenti

Għandhom ikunu pprovduti reċipjenti tajbin biżżejjed biex residenti jitħallew jisseparaw l-iskart skond sistemi lokali jew nazzjonali. Informazzjoni li tkun tista’ tinkiseb u faċli tinftiehem sewwa fiż-żoni differenti tal-post, għandha titlob lir-residenti jisseparaw l-iskart tagħhom. Reċipjenti għas-separazzjoni ta’ l-iskart m'għandhomx ikunu aktar diffiċli li jintlaħqu minn laned komuni għall-iskart.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dettalji dwar ir-reċipjenti u kopja tas-sinjali/informazzjoni u fejn ikunu jinsabu r-reċipjenti fil-post tal-kampeġġ.

23.   Skart perikoluż

Il-persunal għandu jissepara skart perikoluż kif elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li ssostitwiet id-Deċiżjoni 94/3/KE li għamlet lista ta' skart skond l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar skart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li għandha lista ta' skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (5) u l-emendi li kellha wara, u għandu jinstab fejn isir ir-rimi b’mod sewwa. Dan jinkludi toners, linek, tagħmir ta' tkessiħ u ta’ l-elettriku, batteriji, farmaċewtiċi, xaħam/żjut, eċċ. Għandu jkun hemm informazzjoni għal residenti dwar ir-rimi kif suppost ta’ skart perikoluż.

Jekk l-awtorita' lokali ma tipprovdix għar-rimi ta’ skart perikoluż, l-applikant għandu, kull sena, jipprovdi dikjarazzjoni mingħand l-awtorita' lokali li ma tkun teżisti ebda sistema għar-rimi ta’ skart perikoluż.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma' lista ta’ skart perikoluż prodott mill-post ta’ kampeġġ, u indikazzjoni tal-mezzi li bihom ikun immaniġġjat, isseparat, miġbur u mormi, inklużi kopji ta’ kuntratti rilevanti ma' terzi persuni. Skond il-każ, l-applikant għandu jipprovdi, kull sena, id-dikjarazzjoni korrispondenti mingħand l-awtorità lokali.

24.   Separazzjoni ta' skart

Il-persunal għandu jissepara l-iskart fil-kategoriji li jistgħu jkunu mmaniġġjati b’mod separat mill-faċilitajiet lokali jew nazzjonali għall-kontroll ta’ l-iskart. Jekk l-amministrazzjoni lokali ma toffrix li tiġbor u/jew tarmi skart b’mod separat, il-post ta’ kampeġġ għandu jiktbilha u jgħidilha li jkun irid jissepara hu l-iskart, u juri t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' ġbir u/jew rimi separat.

It-talba lill-awtoritajiet lokali biex jipprovdu ġbir u/jew rimi separat ta' skart għandha ssir kull sena.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ indikazzjoni tal-kategoriji differenti ta’ skart aċċettati mill-awtoritajiet lokali, u l-proċeduri għall-ġbir, separazzjoni, immaniġġjar u rimi ta' dawn il-kategoriji ġewwa l-post ta’ kampeġġ, u/jew il-kuntratti rilevanti ma’ aġenziji privati. Skond il-każ, l-applikant għandu jipprovdi, kull sena, id-dikjarazzjoni korrispondenti lill-awtorità lokali.

25.   Ġarr ta' skart

Jekk l-awtoritajiet lokali ta’ kontroll ta’ skart ma jiġbrux l-iskart fil-post ta’ kampeġġ jew ħdejh, dan ta' l-aħħar għandu jiżgura li jsir il-ġarr ta’ l-iskart tiegħu lejn is-sit relativ, u li jnaqqas il-ġarr kemm jista’ jkun.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma' indikazzjoni tas-siti relativi, l-arranġamenti tal-ġarr u d-distanzi involuti.

26.   Prodotti li jintremew

Sakemm ma jkunx meħtieġ b'liġi, ebda wieħed mill-prodotti li ġejjin li jintremew m'għandu jkun jista’ jinkiseb mingħand is-sid tal-post ta’ kampeġġ f’akkomodazzjoni għall-kiri u fi ħwienet:

Oġġetti tal-kamra tal-banju ta’ porzjon wieħed jew ta’ użu ta’ darba (bħal xampu, sapun, għata tar-ras għad-doċċa, eċċ.). Meta jintuża kwalunkwe prodott ieħor li jintrema, għandu jkun hemm reċipjenti għar-rimi skond sistemi lokali u nazzjonali fil-lok fejn isir dak l-użu.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma' indikazzjoni ta' liema minn dawk il-prodotti li jintremew ikunu użati u l-liġijiet li jesiġu dan, u deskrizzjoni ta’ tip u sistema ta' ġbir ta' skart.

SERVIZZI OĦRA

27.   Mhux permess tipjip f’żoni komuni

Għandu jkun hemm parti mingħajr tipjip fiż-żoni komuni interni kollha.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.

28.   Trasport pubbliku

Informazzjoni dwar kif wieħed jasal fil-kampeġġ u f’destinazzjonijiet oħra lokali bit-trasport pubbliku għandha tkun tista’ tinkiseb faċilment mir-residenti u mill-persunal. Fejn ma jkunx hemm trasport pubbliku adattat, għandha tingħata wkoll informazzjoni dwar mezzi oħra ta’ trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jagħmel dikjarazzjoni ta' ħarsien ta' dan il-kriterju, flimkien ma' kopji tal-materjal ta’ informazzjoni li jkun hemm.

ĠESTJONI ĠENERALI

Applikanti b'sistema ta' ġestjoni ambjentali rreġistrata skond ir-Regolament EMAS jew iċċertifikata skond ISO 14001 awtomatikament jissodisfaw il-kriterji ta’ ġestjoni ġenerali li ġejjin. F'każijiet bħal dawk, il-mezzi ta' verifika ta’ konformita' ma' dawk il-kriterji hija r-reġistrazzjoni EMAS jew iċ-ċertifikazzjoni ISO 14001.

29.   Manutenzjoni ġenerali

It-tagħmir kollu użat biex jingħata s-servizz ta' post ta’ kampeġġ għandu jingħata manutenzjoni u jinżamm f'kundizzjoni tajba b’konformita' mal-liġi u meta jkun meħtieġ mod ieħor, u x-xogħol għandu jsir biss minn persunal ikkwalifikat.

Għat-tagħmir inkluż fil-kriterji, il-maniġer tal-post ta’ kampeġġ għadu jkollu dikjarazzjoni bil-miktub mit-tekniku dwar il-frekwenza li biha l-liġi tesiġi li jsiru kontrolli ta' manutenzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' lista tat-tagħmir u tal-persuni/kumpaniji li jagħmlu l-manutenzjoni.

30.   Manutenzjoni ta’ kaldaruni

(a)

Il-manutenzjoni ta’ kaldaruni għandha ssir mill-anqas darba fis-sena, jew aktar sikwit jekk hekk ikun meħtieġ bil-liġi jew minħabba ħtieġa, minn professjonisti ikkwalifikati sewwa, li jimxu ma’ standards nazzjonali u ta’ CEI fejn dawn japplikaw, jew skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(b)

Ittestjar li l-konformità mal-livelli ta’ effiċjenza, kif definiti mid-Direttiva 92/42/KEE jew mil-liġijiet nazzjonali jew mill-indikazzjonijiet tal-manifattur, tkun qed titħares, u li emissjonijiet ikunu skond limiti legali għandu jsir darba kull sena. Jekk testijiet ta’ manutenzjoni juru li l-kundizzjonijiet hawn fuq imsemmija ma jkunux intlaħqu, għandha tittieħed azzjoni korrettiva mill-ewwel.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformita maż-żewġ partijiet ta' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-kaldaruni u tal-programm ta’ manutenzjoni tagħhom, u dettalji dwar il-persuni/kumpaniji li jagħmlu l-manutenzjoni, u xi jkun eżaminat waqt il-manutenzjoni.

31.   Tfassil ta' politika u programm ta' azzjoni

Il-ġestjoni għandu jkollha politika ambjentali u għandha tfassal dikjarazzjoni sempliċi ta' politika ambjentali u programm ta' azzjoni preċiż biex tkun żgurata l-applikazzjoni tal-politika ambjentali.

Il-programm ta' azzjoni għandu jidentifika miri ta’ prestazzjoni ambjentali dwar l-enerġija, l-ilma, kimiċi u skart li għandhom ikunu ffissati kull sentejn, meqjusin il-kriterji tas-Sezzjoni B. Huwa għandu jidentifika l-persuna li taġixxi bħala maniġer ambjentali tal-post ta’ kampeġġ u li jkun responsabbli li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa u li jintlaħqu l-miri. Residenti għandhom jintalbu jagħtu l-kummenti u reazzjonijiet tagħhom u dawn għandhom jitqiesu.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' kopja tal-politika ambjentali, dikjarazzjoni ta' politika u programm ta' azzjoni, u l-proċeduri biex jitqies il-kontribut tar-residenti.

32.   Taħriġ tal-persunal

Il-post tal-kampeġġ għandu jagħti informazzjoni u taħriġ lill-persunal, inklużi proċeduri bil-miktub jew permezz ta’ manwali, biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' miżuri ambjentali u biex ikun hemm għarfien dwar imġiba ambjentali responsabbli. Għandu jingħata taħriġ adegwat lill-persunal ġdid kollu fi żmien erba’ ġimgħat mill-bidu ta’ l-impjieg u lill-persunal kollu mill-anqas darba fis-sena.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dettalji tal-programm ta’ taħriġ, il-kontenut tiegħu u indikazzjoni ta' min mill-persunal ikun ingħata liema taħriġ u meta.

33.   Informazzjoni lir-residenti

Il-post ta’ kampeġġ għandu jagħti informazzjoni lir-residenti dwar il-politika ambjentali tiegħu, inklużi aspetti dwar sikurezza u ħarsien min-nar, l-azzjonijiet li jittieħdu u l-ekotikketta ta’ l-UE. L-informazzjoni għandha tingħata b’mod attiv lir-residenti mal-wasla tagħhom, flimkien ma' kwestjonarju fuq il-fehmiet tagħhom dwar l-aspetti ambjentali tal-post ta’ kampeġġ. Avviżi ta’ stedina lil residenti biex jagħtu appoġġ għall-miri ambjentali għandhom jidhru b’mod prominenti għar-residenti l-aktar fiż-żoni komuni u fl-akkomodazzjoni għall-kiri.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' kopji ta’ l-informazzjoni u l-avviżi mogħtija għar-residenti, u għandu jindika l-proċeduri tiegħu għat-tqassim u l-ġbir tal-kwestjonarju, u dwar kif jittieħed qies tat-tweġibiet.

34.   Dejta dwar il-konsum ta’ l-enerġija u l-ilma

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu proċeduri għall-ġbir u l-monitoraġġ ta' dejta dwar il-konsum kollu ta’ l-enerġija (kWh), il-konsum ta’ l-elettriku u sorsi oħra ta' enerġija (kWh), u l-konsum ta’ l-ilma (litri).

Id-dejta għandha tinġabar ma' kull kont li jasal, jew mill-anqas darba kull tliet xhur, għall-perjodu li matulu l-post ta’ parkeġġ ikun miftuħ, u għandha wkoll tkun espressa bħala konsum għal kull waqfa għal lejl u għal kull m2 ta' spazju intern. Il-post ta’ kampeġġ għandu jżomm ir-riżultati disponibbli għal spezzjonijiet fuq il-post mill-Korp Kompetenti li jkun evalwa l-applikazzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-proċeduri. Ma’ l-applikazzjoni, l-applikant għandu jagħti d-dejta dwar il-konsum imsemmi hawn fuq għal mill-anqas it-tliet xhur ta' qabel (jekk tkun diġà tista’ tinkiseb), u wara dan għandu jagħti din id-dejta kull sena għas-sena ta' qabel. Għaż-żona residenzzjali (waqfa fit-tul), l-għadd ta' waqfiet għal lejl jista' jkun imsejjes fuq kalkolu mis-sid/mill-maniġer tal-post ta’ kampeġġ.

35.   Ġbir ieħor ta' dejta

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu proċeduri għall-ġbir u l-monitoraġġ ta' dejta dwar konsum ta' kimiċi espress f’kg u/jew litri li jispeċifikaw jekk il-prodott ikunx konċentrat jew le u l-kwantita' ta' skart prodott (litri u/jew kg ta' skart mhux separat).

Id-dejta għandha tinġabar mill-anqas kull sitt xhur, u għandha tkun espressa wkoll bħala konsum jew produzzjoni għal kull waqfa għal lejl u għal kull m2 ta' spazju intern. Il-post ta’ kampeġġ għandu jżomm ir-riżultati disponibbli għal spezzjonijiet fuq il-post mill-Korp Kompetenti li jkun evalwa l-applikazzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni tal-proċeduri. Ma’ l-applikazzjoni, l-applikant għandu jagħti d-dejta dwar il-konsum imsemmi hawn fuq għal mill-anqas is-sitt xhur ta' qabel (jekk tkun diġà tista’ tinkiseb), u wara dan għandu jagħti din id-dejta kull sena għas-sena ta' qabel. L-applikant għandu jispeċifika s-servizzi offruti u jekk il-ħasil tal-ħwejjeġ isirx fil-post.

36.   Informazzjoni dwar l-ekotikketta

Il-kaxxa 2 ta’ l-ekotikketta għandu jkollha il-kliem li ġej:

miżuri meħudin li jiffrankaw l-enerġija u l-ilma u li jnaqqsu l-ħela,

miżuri ta’ ġestjoni ambjentali għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali,

miżuri meħudin biex jillimitaw l-impatt ambjentali.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun ta’ kif ser juża t-tikketta, flimkien ma' dikjarazzjoni ta' konformità ma’ dan il-kriterju.

SEZZJONI B

Kriterji msemmija fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu

Kull wieħed mill-kriterji msemmija f'din is-Sezzjoni ingħata valur espress f'punti jew frazzjonijiet ta' punti. Biex jikkwalifikaw għall-għoti ta’ l-ekotikketta, postijiet ta' kampeġġ ikollhom jiksbu għadd minimu ta' punti. Jekk il-post ta’ kampeġġ ma joffrix akkomodazzjoni oħra tajba għal min jalloġġja bħala parti mis-servizzi tiegħu, il-punteġġ minimu meħtieġ ikun ta' 16,5; jekk joffriha, il-punteġġ minimu jkun ta' 20.

Il-punteġġ totali meħtieġ għandu jiżdied b'punt għal kull wieħed mis-servizzi addizzjonali li ġejjin offruti taħt il-ġestjoni jew sjieda tal-post ta’ kampeġġ: servizzi ta' ikel (inkluż il-kolazzjon) u attivitajiet ta' mogħdija taż-żmien. Attivitajiet ta’ mogħdija taż-żmien jinkludu sawnas, pixxini u faċilitajiet oħra kollha bħal dawk li jkunu jinsabu fil-grawnds tal-post ta’ kampeġġ u f’dawk iż-żoni ħodor li ma jkunux parti mill-istruttura tal-post ta’ kampeġġ, bħal parks, boskijiet u ġonna li jkunu miftuħin għal residenti.

ENERĠIJA

37.   Elettriku fotovoltajk, idroelettriku u elettriku ġenerat mir-riħ (punti 2)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu sistema fotovoltajka (pannell solari) jew idroelettrika lokali jew ġenerazzjoni ta’ l-elettriku mill-enerġija tar-riħ li tipprovdi jew tkun tista' tipprovdi mill-anqas 20 % tal-konsum totali ta’ elettriku kull sena.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar is-sistema fotovoltajka, idroelettrika jew ta’ enerġija mir-riħ u dejta dwar il-produzzjoni kemm potenzjali kif ukoll attwali tagħha.

38.   Tisħin minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli (punteġġ: 1,5)

Mill-anqas 50 % tat-total ta’ enerġija użata biex issaħħan iż-żoni interni jew l-ilma sanitarju sħun għandu jiġi minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dejta dwar l-enerġija kkunsmata għat-tisħin taż-żoni interni u għall-ilma sħun u dokumenazzjoni li turi li mill--anqas 50 % ta’ din l-enerġija tkun ġejja minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

39.   Effiċjenza ta' enerġija ta’ kaldaruni (punteġġ: 1)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu kaldarun ta’ erba’ stilel kif definit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/42/KEE.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' rapport mit-tekniċi professjonisti responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-kaldarun.

40.   Emissjonijiet ta' NOx minn kaldaruni (punteġġ: 1,5)

Il-kaldarun għandu jkun tal-klassi 5 tan-norma EN 297 prA3 li tirregola l-emissjonijiet ta' NOx, u għandu jitfa’ anqas minn 70 mg NOx/kWh.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' rapport jew speċifikazzjonijiet tekniċi mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tal-kaldarun.

41.   Tisħin distrettwali (punteġġ: 1)

It-tisħin tal-post ta’ kampeġġ għandu jsir mit-tisħin distrettwali.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni li turi l-konnessjoni mat-tisħin distrettwali.

42.   Tisħin u enerġija flimkien (punteġġ: 1,5)

L-elettriku u t-tisħin kollu tal-faċilitajiet sanitarji, żoni komuni u akkomodazzjoni għall-kiri għandhom ikunu pprovduti b'impjant għal tisħin u enerġija flimkien. Jekk is-servizz tal-post ta’ kampeġġ ikollu l-impjant tiegħu stess ta’ tisħin u enerġija flimkien dan l-impjant għandu jipprovdi 70 % tal-konsum kollu ta’ sħana u elettriku.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar l-impjant ta’ sħana u enerġija flimkien.

43.   Pompa tas-sħana (punteġġ: 1,5)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu pompa tas-sħana li tipprovdi s-sħana u/jew l-arja kkondizzjonata.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar il-pompa tas-sħana.

44.   Rkupru ta' sħana (punti 2)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu sistema għall-irkupru ta' sħana għal waħda (punteġġ: 1) jew tnejn (punti 2) mill-kategoriji li ġejjin: sistemi ta' tkessiħ, ventilaturi, magni tal-ħasil, magni tal-ħasil tal-platti, pixxina(i), skart ta’ ilma sanitarju.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar is-sistemi ta’ rkupru ta' sħana.

45.   Termoregolazzjoni (punteġġ: 1,5)

It-temperatura f'kull żona komuni u fl-akkomodazzjoni għall-kiri għandha tkun regolata kull waħda għaliha.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar is-sistemi termoregolatorji.

46.   Iżolazzjoni ta’ bini eżistenti (punti 2)

Il-bini msaħħan/bl-arja kkondizzjonata fil-grawnd tal-post ta’ kampeġġ għandu jkollu iżolazzjoni ’il fuq mir-rekwiżiti minimi nazzjonali, biex ikun żgurat tnaqqis sewwa tal-konsum ta’ l-enerġija.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju mingħand it-tekniku rispettiv ta’ l-enerġija, flimkien ma’ dokumentazzjoni dwar l-iżolazzjoni u dwar ir-rekwiżiti minimi nazzjonali.

47.   Arja kkondizzjonata (punteġġ: 1,5)

Is-sistema ta' arja kkondizzjonata għandu jkollha effiċjenza ta' enerġija tal-Klassi A kif stabbilit bid-Direttiva 2002/31/KE, jew ikollha effiċjenza ta' enerġija li tkun taqbel magħha.

Dan il-kriterju ma japplikax għall-apparati li jistgħu jużaw ukoll sorsi oħra ta' enerġija, apparati mill-arja għall-ilma u mill-ilma għall-ilma, jew għal unitajiet bi produzzjoni (qawwa ta' tkessiħ) akbar minn 12 kW.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema ta' arja kkondizzjonata.

48.   Tifi awtomatiku ta’ l-arja kkondizzjonata (punteġġ: 1)

Għandu jkun hemm sistema awtomatika ta’ tifi ta’ l-arja kkondizzjonata ta’ l-akkomodazzjoni għall-kiri meta t-twieqi jkunu miftuħin.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mit-tekniċi professjonali responsabbli mill-installazzjoni, il-bejgħ u/jew il-manutenzjoni tas-sistema ta' arja kkondizzjonata.

49.   Arkitettura bijoklimatika (punti 2)

Il-bini fil-grawnd tal-post ta’ kampeġġ għandu jinbena skond prinċipji ta’ arkitettura bijoklimatika.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata ta' kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien mad-dokumenti relattivi.

50.   Refriġerejters b'effiċjenza ta' enerġija (punteġġ: 1), magni tal-ħasil tal-platti (punteġġ: 1), magni tal-ħasil (punteġġ: 1), dryers/tumblers (punteġġ: 1) u tagħmir ta’ l-uffiċċju (punteġġ: 1) (sa 5 punti)

(a)

(punteġġ: 1): Ir-refriġerejters kollha domestiċi għandhom ikunu ta’ effiċjenza tal-Klassi A, A+ jew A++ skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/66/KE tat-3 ta' Lulju 2003 li temenda d-Direttiva 94/2/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar twaħħil ta' tikketti ta' enerġija għal refriġerejters domestiċi ta’ l-elettriku, friżers u t-taħlitiet tagħhom (6), u l-frigobars jew il-minibars għandhom ikunu mill-anqas tal-klassi Ċ. Id-Direttiva 2003/66/KE għandha tkun infurzata mill-1 ta' Lulju 2004.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-klassi ta' enerġija tar-refriġerejters u tal-frigobars jew minibars kollha, b'indikazzjoni ta' dawk li jkollhom ekotikketta.

(b)

(punteġġ: 1): Il-magni kollha domestiċi tal-ħasil tal-platti għandhom ikunu ta’ effiċjenza ta’ enerġija tal-Klassi A kif stabbilit bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/9/KE tas-26 ta' Frar 1999 li temenda d-Direttiva 97/17/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar twaħħil ta' tikketti ta' enerġija għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (7).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-klassi ta' enerġija tal-magni kollha tal-ħasil tal-platti, b'indikazzjoni ta' dawk li jkollhom ekotikketta.

Nota: Magni tal-ħasil tal-platti li m’humiex milquta mid-Direttiva 1999/9/KE (eż. magni industrijali tal-ħasil tal-platti) jistgħu ma jkunux konformi.

(ċ)

(punteġġ: 1): Il-magni kollha domestiċi tal-ħasil għandhom ikunu ta’ effiċjenza ta’ enerġija tal-Klassi A kif stabbilit mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/89/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 95/12/KE li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar twaħħil ta' tikketti ta' eneġija għall-magni domestiċi tal-ħasil (8).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-klassi ta' enerġija tal-magni kollha tal-ħasil, b'indikazzjoni ta' dawk li jkollhom ekotikketta.

Nota: Il-magni tal-ħasil li m’humiex milquta mid-Direttiva 96/89/KE (eż. magni industrijali tal-ħasil) jistgħu ma jkunux konformi.

(d)

(punteġġ: 1): Mill-anqas 80 % tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju (PCs, moniters, faksis, printers, skanners, magni tal-fotokopi) għandhom jikkwalifikaw għall-istilla ta’ l-enerġija kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru. 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar programm Komunitarju ta’ twaħħil ta' tikketti ta' effiċjenza ta' enerġija għal tagħmir ta’ l-uffiċċju (9).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-kwalifika għall-istilla ta' l-enerġija tat-tagħmir ta’ l-uffiċju, u/jew b'indikazzjoni ta' dawk il-PCs u oġġetti li jinġarru li jkollhom ekotikketta.

(e)

(punteġġ: 1): It-tumble driers kollha ta’ l-elettriku għandhom ikunu ta' effiċjenza ta' enerġija tal-Klassi A kif stabbilit bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1995/13/KE tat-23 ta' Mejju 1995 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE dwar twaħħil ta' tikketti ta' enerġija għal tumble driers domestiċi ta’ l-elettriku (10).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-klassi ta' enerġija tat-‘tumble driers’ kollha ta’ l-elettriku, b’indikazzjoni ta’ dawk li jkollhom ekotikketta.

Nota: Tumble driers ta’ l-elettriku li m’humiex milquta mid-Direttiva 1995/13/KE (eż. tumble driers industrijali) jistgħu ma jkunux konformi.

51.   Driers ta’ l- idejn u tax-xagħar ta’ l-elettriku b’senser ta’ prossimità (punteġġ: 1)

Id-driers kollha ta’ l-elettriku ta’ l-idejn u x-xagħar għandhom ikunu mgħammra b'sensers ta’ prossimità jew ikun ingħatalhom ekotikketta tat-Tip I ta’ ISO.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni sustantiva xierqa dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju.

52.   Il-pożizzjoni ta’ refriġerejter (punteġġ: 1)

Ir-refriġerejters tal-kċina, kjosks u ħwienet għandhom jitqiegħdu u jkunu rregolati skond il-prinċipji li jiffrankaw l-enerġija.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju.

53.   Dwal li jintfew awtomatikament f’akkomodazzjoni għall-kiri (punteġġ: 1)

Sistemi awtomatiċi li jitfu d-dwal meta residenti jħallu l-akkomodazzjoni għandhom jitwaħħlu fi 80 % ta’ l-akkomodazzjoni għall-kiri fil-post ta’ kampeġġ.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-installazzjoni u/jew il-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi.

54.   Kontroll tas-sawna b’timer (punteġġ: 1)

L-unitajiet kollha tas-sawna għandhom ikunu kkontrollati b’timer.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-installazzjoni u/jew il-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi.

55.   Tisħin ta’ pixxina bir-RES (punti 1,5)

L-enerġija użata għat-tisħin ta’ l-ilma tal-pixxina għandha tiġi minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Mill-anqas 50 %: punt 1, 100 %: punt 1,5.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dejta dwar l-enerġija kkunsmata għat-tisħin ta’ l-ilma tal-pixxina u dokumentazzjoni li turi li l-ammont ta' enerġija użata tkun ġejja minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

56.   Tifi awtomatiku ta’ dwal ta' barra (punteġġ: 1,5)

Dwal ta' barra li ma jkunux meħtieġa għal raġunijiet ta' sigurtà għandhom jintfew awtomatikament wara ħin iffissat, jew jinxtegħlu permezz ra’ senser ta’ prossimità.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-installazzjoni u/jew il-manutenzjoni ta' dawn is-sistemi.

ILMA

57.   Użu ta' ilma tax-xita (punti 1,5) u ilma riċiklat (punteġġ: 1,5)

(a)

(punteġġ: 1,5): Ilma tax-xita għandu jinġabar u jintuża għal finijiet mhux sanitarji u ta’ xorb.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa, u assigurazzjonijiet f’waqthom li l-provvista ta’ l-ilma sanitarju u tax-xorb tinżamm separata għal kollox.

(b)

(punteġġ: 1,5): Ilma rriċiklat għandu jinġabar u jintuża għal finijiet mhux sanitarji u ta’ xorb.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa u assigurazzjonijiet f’waqthom li l-provvista ta’ l-ilma sanitarju u tax-xorb tinżamm separata għal kollox.

58.   Sistemi awtomatiċi ta' tisqija għal żoni esterni (punteġġ: 1)

Il-post ta’ kampeġġ għandu juża sistema awtomatika li tagħmel l-aħjar użu mill-ħin għat-tisqija u l-konsum ta’ l-ilma għall-pjanti/ħdura ta' barra.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

59.   Fluss ta’ ilma minn vitijiet u truf ta’ pajpijiet ta’ doċoċ (punteġġ: 1,5)

Il-medja tal-fluss mill-vitijiet u t-truf tal-pajpijiet tad-doċoċ kollha ħlief għall-vitijiet tal-banju m'għandhiex taqbeż it-8 litri/minuta.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

60.   Ifflaxxjar ta’ WC (punteġġ: 1,5)

Mill-anqas 80 % ta' WCs għandhom jikkunsmaw sitt litri għal kull ifflaxxjar jew anqas.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

61.   Konsum ta' ilma ta’ magna tal-ħasil tal-platti (punteġġ: 1)

Il-konsum ta’ ilma għall-magni tal-ħasil tal-platti (espress bħala W(mkejjel)) għandu jkun anqas minn jew daqs il-limitu kif definit fl-ekwazzjoni hawn taħt bl-użu ta’ l-istess metodu ta’ test EN 50242 u ċiklu ta' programm kif magħżulin għad-Direttiva tal-Kummissjoni 97/17/KE (11):

W(mkejjel) ≤ (0,625 × S) + 9,25

fejn:

W(imkejjel) = il-kejl tal-konsum ta’ ilma tal-magna tal-ħasil tal-platti f'litri għal kull ċiklu, espress sa l-ewwel deċimali,

S= in-numru li japplika għall-modalitajiet standard ta’ funzjoni tal-magna tal-ħasil tal-platti.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-manifattura, il-bejgħ jew il-manutenzjoni tal-magni tal-ħasil tal-platti jew prova li l-magni tal-ħasil tal-platti jkunu ingħataw l-ekotikketta Komunitarja.

62.   Konsum ta' ilma ta’ magna tal-ħasil (punteġġ: 1)

Il-magni tal-ħasil użati fil-post ta’ kampeġġ minn residenti u persunal jew mill-fornitur tas-servizz ta' ħasil ta' ħwejjeġ fil-post ta’ kampeġġ m'għandhomx jużaw aktar minn 12-il litru ilma għal kull kg ta' tagħbija ta' ħasla mkejla skond EN 60456:1999, bl-użu ta’ l-istess ċiklu standard ta' 60 °C għall-qoton kif magħżul għad-Direttiva tal-Kummissjoni 95/12/KE (12).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi speċifikazzjoni teknika mingħand it-tekniċi professjonisti responsabbli mill-manifattura, il-bejgħ jew il-manutenzjoni tal-magni tal-ħasil jew prova li l-magni tal-ħasil ikunu ingħataw l-ekotikketta Komunitarja. Il-ġestjoni tal-post ta’ kampeġġ għandha tipprovdi dokumentazzjoni teknika mill-fornitur tagħha tas-servizz ta' ħasil ta' ħwejjeġ li turi li l-magna tal-ħasil tagħha tissodisfa l-kriterju.

63.   Temperatura u fluss ta’ l-ilma tal-vit (punteġġ: 1)

Mill-anqas 80 % tal-vitijiet għandhom iħallu regolazzjoni preċiża u f’waqtha tat-temperatura ta’ l-ilma u tal-fluss ta’ l-ilma.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

64.   Timer tad-doċċa (punteġġ: 1,5)

Id-doċoċ kollha fil-faċilitajiet sanitarji/żoni komuni għandu jkollhom mekkaniżmu li jżomm il-ħin/ta’ prossimità li jinterrompi l-fluss ta’ l-ilma wara ħin definit jew jekk ma jkunux qed jintuża.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

65.   Għata tal-pixxina (punteġġ: 1)

Matul il-lejl jew meta l-pixxina li tkun imtliet ma tkunx qed tintuża għal aktar minn ġurnata, hija għandha titgħatta biex l-ilma ma jitħalliex jiksaħ fil-pixxina u biex titnaqqas l-evaporazzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

66.   Ħall ta’ silġ (sa punt 1,5)

Meta jkun meħtieġ li s-silġ jinħall mit-toroq, għandhom jintużaw mezzi mekkaniċi jew ramel/żrar biex it-toroq fil-post ta’ kampeġġ ikunu fiż-żgur f’każ li jagħmel is-silġ/borra (punteġġ: 1,5).

Jekk jintuża mod kemikali biex jinħall is-silġ, għandhom jintużaw sustanzi li ma jkollhomx aktar minn 1 % ta' jonju kloridu (Cl-) (punteġġ: 1) jew inġezz li jkun ingħata l-ekotikketta Komunitarja jew ekotikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO (punteġġ: 1,5).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

67.   Indikazzjonijiet ta’ ilma bil-ġebla (punteġġ: 1)

Qrib żoni sanitarji/magni tal-ħasil/magni tal-ħasil tal-platti għandhom jintwerew spjegazzjonijiet dwar l-ilma lokali bil-ġebla biex jitħalla jsir użu aħjar ta' diterġenti minn residenti u persunal jew biex tintuża sistema awtomatika ta' dożaġġ li tagħmel l-aħjar użu ta’ diterġenti skond kemm l-ilma jkun jira’.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni rilevanti li turi kif ir-resident ikun infurmat.

68.   Latrini li ma jaħlux ilma (punteġġ: 1,5)

Mill-anqas 50 % tal-latrini kollha għandhom jużaw sistema mingħajr ilma jew li l-latrini kollha jkollhom sistema li tifflaxxja b’mod manwali/elettroniku li tippermetti li jkun ifflaxxjat kull awrinar biss meta jintuża.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni sustantiva dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju.

69.   Speċi indiġeni użati għal tħawwil mill-ġdid ta’ pjanti fuq barra (punteġġ: 1)

Kull tħawwil f’żoni esterni ta' siġar u sisien tal-ħaxix għandhom ikunu magħmulin minn speċi indiġeni ta' veġetazzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-ispeċifikazzjoni rilevanti dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' dokumentazzjoni sustantiva xierqa minn espert.

70.   Bdil ta’ xugamani u lożor (punteġġ: 1)

Ir-resident għandu jkunu mgħarraf dwar il-politika ambjentali tal-post ta’ kampeġġ li biha lożor u xugamani fl-akkomodazzjoni għall-kiri għandhom jinbidlu fuq talba tiegħu jew tagħha, jew fin-nuqqas darba fil-ġimgħa għall-klassi aktar baxxa ta' akkomodazzjoni, u darbtejn fil-ġimgħa għall-klassi ogħla ta' akkomodazzjoni. Dan japplika biss għall-akkomodazzjoni għall-kiri fejn is-servizz jinkludi l-provvista ta' xugamani u/jew lożor.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumenazzjoni li turi kif residenti jkunu mgħarrfa.

KIMIĊI PERIKOLUŻI

71.   Diterġenti (sa 4 punti)

Mill-anqas 80 % skond il-piż ta’ diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn u/jew diterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti u/jew diterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ u/jew għal magni għal kull xorta ta’ tindif fil-post ta’ kampeġġ, għandhom ikunu ngħataw l-ekotikketta Komunitarja jew ekotikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO (punteġġ: 1 għal kull waħda minn dawn l-erba’ kategoriji ta' diterġenti).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni (inklużi fatturi rilevanti) li juru l-kwantitajiet ta' prodotti bħal dawk użati u l-kwantitajiet li jkollhom ekotikketta.

72.   Żebgħa u verniċ għal ġewwa (punteġġ: 1)

Mill-anqas 50 % taż-żebgħa ta' ġewwa ta’ strutturi u akkomodazzjoni għall-kiri, ħlief għal karavans tal-kiri u djar mobbli, għandhom jingħataw żebgħa u verniċ għal ġewwa li jkunu ngħataw l-ekotikketta Komunitarja jew ekotikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni (inklużi fatturi rilevanti) li juru l-kwantitajiet ta' prodotti bħal dawk użati u l-kwantitajiet li jkollhom ekotikketta.

73.   Ħasil ta' karozzi biss f’żoni mgħammra apposta (punteġġ: 1)

M’għandux jitħalla jsir ħasil ta' karozzi, jew għandu jitħalla biss f’żoni li jkunu mgħammra apposta b'mod li jiġbru l-ilma u d-diterġenti użati u jinkanalawhom fis-sistema tad-drenaġġ.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva.

74.   Appoġġ għal alternattivi ta’ nar artifiċjali għal barbikju (punteġġ: 1)

Ħlief għall-prodotti artifiċjali li jqabbdu l-barbikju, prodotti alternattivi bħal żejt mill-fdal ta’ għeneb magħsur u prodotti tal-qanneb, għandhom jinbiegħu minn ħwienet.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.

75.   Doża ta' diżinfettant għal pixxina (punteġġ: 1)

Il-pixxina għandu jkollha sistema awtomatika ta’ dożaġġ li tuża ammont minimu ta’ dożaġġ għal riżultat iġjeniku xieraq.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni teknika dwar is-sistema awtomatika ta’ dożaġġ.

76.   Tindif mekkaniku (punteġġ: 1)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu proċeduri preċiżi biex jagħmel tindif mingħajr kemikali, bħal l-użu ta' prodotti ta’ mikrofibra jew materjali oħra mhux kimiċi għal tindif jew attivitajiet oħra b'riżultati simili.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa jekk din tkun rilevanti.

77.   Ġardinaġġ organiku (punti 2)

Żoni esterni għandhom ikunu ġestiti mingħajr ebda użu ta' pestiċidi jew skond prinċipji ta’ biedja organika, kif stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2092/91 ta' l-24 ta' Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u indikazzjonijiet li jirreferu għalihom dwar prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel (13) u l-mod kif kien ġie emendat wara, jew kif stabbilit f’liġijiet nazzjonali jew fi skemi organiċi nazzjonali rikonoxxuti.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa jekk din tkun rilevanti.

78.   Elementi kimiċi li jbiegħdu l-insetti u l-parassiti (sa 2 punti)

Id-disinn arkitettoniku ta’ l-akkomodazzjoni u l-prattiki ta’ ndafa (bħal bini fuq pilastri biex il-ġrieden ma jitħallewx jidħlu ġewwa l-bini, l-użu ta' xbieki u koljaturi kontra n-nemus) għandhom jiżguraw li l-użu ta' elementi kimiċi li jbiegħdu l-insetti u l-parassiti fil-post ta’ kampeġġ jinżamm fl-livell minimu kemm jista’ jkun (punteġġ: 1).

Jekk jintużaw elementi li jbiegħdu l-insetti u l-parassiti, għandhom jintużaw biss sustanzi li huma permessi għal biedja organika (kif stabbilit bir-Regolament (KEE) Nru. 2092/91) jew li jkunu ingħataw l-ekotikketta Komunitarja jew ekotikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO (1 punt).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa jekk din tkun rilevanti.

SKART

79.   Kompost (sa 3 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jissepara skart organiku rilevanti (skart mill-ġnien 2 punti; skart mill-kċina punt 1) u għandu jiżgura li dan jinbidel f'kompost skond linji gwida ta’ awtorita' lokali (eż. l-amministrazzjoni lokali, il-post innifsu jew minn aġenzija privata).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ għandu jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa jekk din tkun rilevanti.

80.   Laned tax-xorb li jintremew (2 punti)

Ħlief fejn ikun meħtieġ b'liġi, laned tax-xorb li jintremew m’għandhomx ikunu offruti fiż-żoni proprjeta' tal-post ta’ kampeġġ jew ġestiti minnu b’mod dirett.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma indikazzjoni ta' liema prodotti bħal dawk jintużaw, jekk ikun hemm, u l-liġi li tesiġi dan.

81.   Ippakkjar ta' kolazzjon/ikel u oġġetti li jintremew (2 punti)

Pakketti ta' doża waħda u tazzi li jintremew, platti u pożati m’għandhomx jintużaw għall-kolazzjon jew għal servizz ieħor alimentari.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dawr kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

82.   Rimi ta’ xaħam/żejt (sa 3 punti)

Għandu jkun hemm apparat li jissepara x-xaħam, u x-xaħam/iż-żjut tal-qali u x-xaħam/iż-żjut tal-frittura għandhom jinġabru u jintremew b'mod xieraq (2 punti). Il-mod kif għandhom jintremew kif imiss ix-xaħam/iż-żejt għandu jkun offrut lir-residenti (punteġġ: 1).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

83.   Tixrid f’parkeġġi tal-karozzi (punteġġ: 1)

Tixrid ta’ żejt u tixrid simili minn inġenji fil-parkeġġ tal-karozzi għandu jinġabar u jintrema kif imiss.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

84.   Ħwejjeġ użati, għamara u prodotti oħra (sa 3 punti)

Għamara, tessuti u prodotti oħra użati bħal apparat elettroniku, għandhom jinbiegħu jew jingħataw lill-karità jew lil għaqdiet oħra li jiġbru u jqassmu oġġetti bħal dawn.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

SERVIZZI OĦRA

85.   Regolazzjoni tat-traffiku fil-post ta’ kampeġġ (punteġġ: 1)

It-traffiku kollu (ta’ residenti u ta’ min jieħu ħsieb il-manutenzjoni/it-trasport) fil-grawnd tal-kamp għandu jkun limitat għal sigħat u żoni definiti.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu joffri spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

86.   Traffiku maħluq mill-kampeġġ (punteġġ: 1)

Il-post ta’ kampeġġ m'għandux juża vetturi b'mutur ta' kombustjoni għat-trasport u l-manutenzjoni fil-grawnd tal-kamp.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

87.   Karrelli għal residenti fil-post ta’ kampeġġ (1 punt)

Għall-ġarr ta’ bagalji u xirjiet fil-post, għandu jkun hemm bla ħlas għar-residenti karrelli jew mezzi oħra ta’ trasport mhux motorizzat.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

88.   Uċuħ mhux issiġillati (punteġġ: 1)

Mill-anqas 90 % ta’ wiċċ l-erja tal-post ta’ kampeġġ m’għandhiex tkun miksija bl-asfalt/siment jew materjali oħra ta' kopertura, li jfixklu t-tisfija u l-ventilazzjoni tal-ħamrija.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumenti sustantiva xierqa.

89.   Tisbiħ ta’ bjut bi pjanti (punteġġ: 1,5)

Mill-anqas 50 % tal-binjiet fil-post ta’ kampeġġ li jkollhom soqfa adatti (soqfa ċatti jew soqfa b'angolu żgħir ta' inklinazzjoni) għandu jkollhom ħaxix jew pjanti.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

90.   Komunikazzjoni u edukazzjoni ambjentali (sa 3 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jipprovdi avviżi ta' komunikazzjoni u edukazzjoni ambjentali lil residenti dwar miżuri lokali ta’ konservazzjoni tal-bijodiversita', tal-pajsaġġ u tan-natura (punteġġ: 1,5). Id-divertiment għal residenti għandu jinkludi aspetti ta' edukazzjoni ambjentali (punteġġ: 1,5).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

91.   Mhux permess tipjip f’żoni komuni u f’akkomodazzjoni għall-kiri (punteġġ: 1)

M’għandux jitħalla jsir tipjip f’mill-anqas 50 % taż-żoni komuni interni u 50 % ta’ l-akkomodazzjoni għall-kiri.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jindika l-għadd u x-xorta ta' dawn iż-żoni u għandu jindika f’liema minnhom ma jistax ikun hemm tipjip.

92.   Roti (punteġġ: 1,5)

Għandu jkun hemm roti għal residenti. (Mill-anqas żewġ roti għal kull 50 unità ta’ twaqqif ta’ kampijiet u/jew ta' akkomodazzjoni għall-kiri).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju.

93.   Fliexken li jintraddu lura jew jimtlew mill-ġdid (sa 3 punti)

Il-post ta’ kampeġġ għandu joffri xorb fi fliexken li jintraddu lura/jimtlew mill-ġdid: xorb ħafif (punteġġ: 1), birra (punteġġ: 1), ilma (punteġġ: 1).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa mingħand il-fornituri tal-fliexken.

94.   Prodotti tal-karta (sa punti 2)

Mill-anqas 50 % tat-toilet paper/tissue paper u karti ta’ l-uffiċċju użati għandu jkun ingħatalhom l-ekotikketta Komunitarja jew ekotikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO (punteġġ: 1 għal kull waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji ta' prodotti tal-karta).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni (inklużi fatturi rilevanti) li juru l-kwantitajiet ta' dawk il-prodotti użati u l-kwantitajiet li jkollhom ekotikketta.

95.   Affarijiet li jservu fit-tul (sa 3 punti)

Mill-anqas 10 % ta’ kull kategorija ta' oġġetti li jservu fit-tul (bħal lożor tas-sodda, xugamani, tvalji tal-mejda, PCs, oġġetti li jinġarru, TVs, imtieraħ, għamara, magni tal-ħasil, magni tal-ħasil tal-platti, refriġerejters, vacuum cleaners, twapet ta’ l-art, bozoz) li jkun hemm fil-post ta’ kampeġġ, inkluża l-akkomodazzjoni għall-kiri, għandu jkun ingħatalhom l-ekotikketta Komunitarja jew ekotikketti oħra nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO (punteġġ: 1 għal kull kategorija sa tlieta ta' oġġetti li jservu fit-tul).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dejta u dokumentazzjoni li juru l-kwantitajiet ta' dawk il-prodotti u l-kwantitajiet li jkollhom ekotikketta.

96.   Prodotti alimentari lokali (sa punti 4,5)

Mill-anqas żewġ prodotti ta’ ikel minn sorsi lokali għandhom ikunu offruti f’kull ikla, inkluż il-kolazzjon (punteġġ: 1,5) u fil-ħwienet (punteġġ: 1,5).

Skond il-każ, il-konsum ta’ speċi lokali f’periklu li jinqerdu bħal ħut speċifiku u speċi ta’ krustaċej u “laħam tal-buxx” għandu jkun ipprojbit (punteġġ: 1,5).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

97.   Ikel organiku (sa 2 punti)

L-ingredjenti ewlenin ta' mill-anqas żewġ platti (punteġġ: 1) u mill-anqas 4 prodotti mibjugħa mill-ħwienet (punteġġ: 1) għandhom ikunu magħmulin b'metodi ta' trobbija organika, kif stabbilit bir-Regolament (KEE) Nru. 2092/91.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni sustantiva xierqa.

ĠESTJONI ĠENERALI

98.   Reġistrazzjoni EMAS (3 punti), Ċertifikazzjoni ISO (punteġġ: 1,5) tal-post ta’ kampeġġ

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkun irreġistrat taħt l-iskema Komunitarja ta’ ekoġestjoni u verifika (EMAS) (3 punti) jew iċċertifikat skond l-istandard ISO 14001 (punteġġ: 1,5).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jġib prova xierqa tar-reġistrazzjoni EMAS jew ISO 14001.

99.   Reġistrazzjoni EMAS (punteġġ: 1,5) jew ċertifikazzjoni ISO (punteġġ: 1) tal-fornituri

Mill-anqas wieħed mill-fornituri ewlenin jew fornituri ta' servizz tal-post ta’ kampeġġ għandhom ikunu rreġistrati ma’ EMAS (punteġġ: 1,5) jew iċċertifkati skond ISO 14001 (punteġġ: 1).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jġib prova xierqa tar-reġistrazzjoni EMAS jew taċ-ċertifikazzjoni ISO 14001 mill-anqas minn wieħed mill-fornituri ewlenin tiegħu.

100.   Konformità minn subappaltaturi mal-kriterji tas-Sezzjoni A (sa punti 2)

Is-subappaltaturi kollha għaż-żewġ servizzi addizzjonali (servizzi alimentari, attivitajiet ta' mogħdija taż-żmien) għandhom ikunu konformi mill-anqas mal-kriterji tas-Sezzjoni A ta’ l-ekotikketta attwali li japplikaw għas-servizzi speċifiċi (punteġġ: 1 għal kull servizz li jkun hemm fil-post ta’ kampeġġ).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa ta’ ftehimiet kontrattwali mas-subappaltaturi tiegħu dwar il-konformità tagħhom mal-kriterji tas-Sezzjoni A.

101.   Miters tad-dawl u l-ilma (sa punti 2)

Il-post ta’ kampeġġ għandu jkollu nstallati miters addizzjonali ta’ l-enerġija u l-ilma biex titħalla tinġabar dejta dwar il-konsum ta’ attivitajiet jew magni differenti (punteġġ: 1). Kull twaqqif ta’ kamp għandu jkollu l-miter tiegħu stess ta’ l-enerġija u l-ilma (punteġġ: 1).

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif il-post ta’ kampeġġ jissodisfa dan il-kriterju, flimkien ma' analiżi tad-dejta miġbura (jekk diġà tkun teżisti).

102.   Azzjonijiet ambjentali addizzjonali (massimu 3 punti)

Jew:

(a)

Azzjonijiet ambjentali addizzjonali (sa punt 1,5 kull waħda, sa massimu ta' 3 punti): Il-ġestjoni tal-posta ta’ kampeġġ għandha tieħu azzjonijiet, b'żieda ma’ dawk ipprovduti bħala kriterji f'din is-Sezzjoni jew fis-Sezzjoni A, biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-post ta’ kampeġġ. Il-Korp Kompetenti li jevalwa l-applikazzjoni għandu jagħti punteġġ lil dawn l-azzjonijiet li ma jaqbiżx punt 1,5 għal kull azzjoni.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien ma' deskrizzjoni sħiħa ta' kull azzjoni addizzjonali li l-applikant ikun jixtieq li titqies;

jew:

(b)

L-għoti ta' ekotikketta (punti 3): Il-post ta’ kampeġġ għandu jingħata waħda mill-ekotikketti nazzjonali jew reġjonali tat-Tip I ta’ ISO.

Evalwazzjoni u verifika: l-applikant għandu jġib prova xierqa li jkun ingħata ekotikketta.

(1)  ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.

(2)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 17.

(3)  ĠU L 86, 3.4.2002, p. 26.

(4)  ĠU L 71, 10.3.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

(6)  ĠU L 170, 9.7.2003, p. 10.

(7)  ĠU L 56, 4.3.1999, p. 46.

(8)  ĠU L 338, 28.12.1996, p. 85.

(9)  ĠU L 332, 15.12.2001, p. 1.

(10)  ĠU L 136, 21.6.1995, p. 28.

(11)  ĠU L 118, 7.5.1997, p. 1.

(12)  ĠU L 136, 21.6.1995, p. 1.

(13)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

244


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Marzu 2005

li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-eko-tikketta tal-Komunità lid-diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn

(notifikata bid-dokument numru C(2005) 1026)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/342/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar l-iskema riveduta għall-għoti ta’ l-eko-tikketta tal-Komunità (1), u b’mod partikulari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsultat mal-Bord ta’ l-Eko-ttikkettjar ta’ l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-eko-tikketta tal-Komunità tista’ tingħata lill-prodott li jkollu l-karatteristiċi li bihom ikun jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal titjib fir-rigward ta’ aspetti ambjentali importanti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li kriterji speċifiċi għall-eko-tikketta, fformulati fuq il-bażi tal-kriterji ddraftjati mill-Bord ta’ l-Eko-ttikkettjar ta’ l-Unjoni Ewropea, ikunu stabbiliti skond il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

Huwa jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji ta’ l-eko-tikketta, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika relatati mal-kriterji, issir f’waqtha qabel ma jintemm il-perijodu ta’ validità tal-kriterji speċifikati għall-grupp ta’ prodotti kkonċernat.

(4)

Ikun xieraq, sabiex jingħata kas ta’ l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq, li jkunu rriveduti l-kriterji ekoloġiċi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/607/KE tad-19 ta’ Lulju 2001 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta’ l-Eko-tikketta tal-Komunità lid-diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (2).

(5)

Barra minn dan, sabiex ikun speċifikat li huma koperti l-prodotti kemm privati kif ukoll professjonali, ikun meħtieġ li tkun immodifikata d-definizzjoni tal-grupp ta’ prodotti stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni.

(6)

Fl-interess taċ-ċarezza, id-Deċiżjoni 2001/607/KE għandha għalhekk tkun issostitwita.

(7)

Il-kriterji ekoloġiċi rriveduti għandhom ikunu validi għal perijodu ta’ erba’ snin.

(8)

Ikun xieraq li jitħalla perijodu transitorju ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar lill-applikanti li l-prodotti tagħhom tkun ingħatatilhom l-eko-tikketta qabel id-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni jew li kienu applikaw għal din l-għotja qabel dik id-data, sabiex huma jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex ikunu konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti rriveduti.

(9)

Il-miżuri li tipprovdi għalihom din lid-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta’ prodotti “diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” għandu jinkludi fih:

“id-diterġenti kollha maħsuba biex jintużaw għall-ħasil tal-platti bl-idejn, reċipjenti tax-xaqquf, pożati, borom, twaġen, oġġetti tat-tisjir u iktar”

Il-grupp ta’ prodotti għandu jkopri l-prodotti kemm għall-użu privat kif ukoll professjonali.

Artikolu 2

Sabiex jingħata l-Eko-tikketta tal-Komunità, skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, id-diterġent irid jaqa’ taħt il-grupp ta’ prodotti “diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” u jrid ikun konformi mal-kriterji ekoloġiċi mniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika relatati, għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 4

Għal skopijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta’ prodotti “diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” għandu jkun 019.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2001/607/KE hija rrevokata.

Artikolu 6

L-eko-tikketti mogħtija qabel id-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-grupp ta’ prodotti “diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” jistgħu jkomplu jintużaw sal-31 ta’ Marzu 2006.

Meta l-applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-eko-tikketta kienu ppreżentati qabel id-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu taħt il-grupp ta’ prodotti “diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” dawk il-prodotti jistgħu jingħataw l-eko-tikketta skond il-kondizzjonijiet preskritti fid-Deċiżjoni 2001/607/KE. F’dawn il-każi, l-eko-tikketta tista’ tintuża sal-31 ta’ Marzu 2006.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 214, 8.8.2001, p. 30.


ANNESS

IL-QAFAS

Sabiex jikkwalifika għall-eko-tikketta, id-diterġent għall-ħasil tal-platti bl-idejn (hawn iktar ‘il quddiem imsejjaħ “il-prodott”) irid jaqa’ taħt il-grupp ta’ prodotti kif iddefinit fl- Artikolu 1, u jrid ikun konformi mal-kriterji ta’ dan l-Anness.

L-iskopijiet tal-kriterji

Dawn il-kriterji għandhom il-mira li b’mod partikulari jippromwovu:

it-tnaqqis fil-ħruġ ta’ sustanzi tossiċi jew b’xi mod ieħor kontaminanti fl-ambjent akwatiku,

it-tnaqqis jew il-prevenzjoni ta’ riskji għas-saħħa jew l-ambjent marbuta ma’ l-użu ta’ sustanzi perikolużi,

it-tnaqqis kollu possibbli ta’ skart ta’ l-imballaġġ,

l-informazzjoni li biha l-konsumatur ikun jista’ juża’ l-prodott b’mod li jkun effiċjenti u jnaqqas l-impatt ambjentali.

Il-kriterji huma ffissati f’livelli li jippromwovu l-ittikkettjar tad-diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn li jkollhom impatt ambjentali baxx.

Ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u l-verifika huma indikati taħt kull kriterju.

Meta jkun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar li ma jkunux dawk indikati għal kull kriterju jekk l-Entità Kompetenti li tivvaluta l-applikazzjoni taċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Meta ma jissemmewx it-testijiet jew jissemmew bħala li jkunu għall-użu fil-verifika jew l-immonitoraġġ, l-Entitajiet Kompetenti għandhom jistrieħu kif ikun xieraq fuq id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni pprovduti mill-applikant u/jew fuq verifiki indipendenti.

Meta jkun xieraq, l-Entitajiet Kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni sekondarja u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Meta l-applikant jintalab jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti ta’ testijiet ta’ analiżi, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, wieħed jifhem li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur/i tiegħu u/jew il-fornitur/i tagħhom, u l-bqija, kif ikun xieraq.

Meta ssir referenza għall-ingredjenti, din tinkludi s-sustanzi u l-preparazzjonijiet.

L-Appendiċi I jippreżenta l-verżjoni rriveduta l-ġdida tad-Database ta’ l-Ingredjenti tad- Diterġenti (lista DID), il-verżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2004, li tinkludi l-ingredjenti użati b’mod l-iktar wiesa’ fil-formulazjonijiet tad-diterġenti. Il-parti-A tal-lista DID għandha tintuża biex jittieħdu minnha d-data għall-kalkoli tas-CDVtox u għall-valutazzjoni tal-bijodegradibilità tas- surfactants (sustanzi li jnaqqsu it-tendenza ta’ likwidi li jiffurmaw skorċa fuq il-wiċċ biex inaqqsu ż-żona tas-superfiċje).

Meta jkun xieraq, l-applikant jista’ juża r-reviżjonijiet sussegwenti tad-Database ta’ l-Ingredjenti tad- Diterġenti meta jsiru disponibbli.

Għall-ingredjenti li ma jkunux inklużi fil-parti-A tal-lista DID, l-applikant għandu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess, japplika l-proċedura deskritta fil-parti-B ta’ l-Appendiċi I.

Għall-ingredjenti, li ma jkunux elenkati fil-lista DID, l-applikant jista’ jsegwi l-proċedura li twasslu biex jipprovdi d-dokumentazzjoni meħtieġa dwar id-degradibilità anerobika li hija deskritta fl-Appendiċi II.

L-Entitajiet Kompetenti huma rrakkomandati li jagħtu kunsiderazzjoni lill-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ mmaniġġar ambjentali rrikonoxxuti, bħal ma huma l-EMAS jew l-ISO 14001, meta jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji f’dan l-Anness (Nota: Ma jkunx meħtieġ li tkun implimentata skema ta’ immaniġġar bħal din).

IL-KRITERJI EKOLOĠIĊI

1.   Tossiċità lill-organiżmi akwatiċi

It-tossiċità kritika tal-volum tas-sustanza ddilwita (CDVtox) hija kkalkulata għal kull ingredjent (i) bl-użu ta’ l-ekwazzjoni li ġejja:

Image Test ta 'immaġni

Meta il-piż (i) (weight) huwa l-piż ta’ l-ingredjent (fi grammi) għal kull doża rrakkomandata għal litru ta’ ilma tal-ħasil tal-platti, id-DF (i) huwa l-fattur ta’ degradazzjoni u it-TF kronika (i) huwa l-fattur ta’ tossiċitŕ ta’ l-ingredjent (f’milligramm/litru)

Il-valuri tad-DF u t-TF kronika għandhom jingħataw fil-parti A tal-lista tad-Database ta’ l-Ingredjenti tad-Diterġenti (parti A-lista DID) (Appendiċi I). Jekk l-ingredjent imsemmi ma jkunx inkluż fil-parti-A tal-lista DID, l-applikant għandu jistma l-valuri billi jsegwi l-proċedura deskritta fil-parti-B tal-lista DID (Appendiċi I). It-total tas-CDVtox għal kull ingredjent jagħmel is-CDVtox tal-prodott.

Is-CDVtox tad-doża rrakkomandata espressa għal litru ta’ ilma tal-ħasil tal-platti m’għandhiex taqbeż 4 200 L.

Valutazzjoni u verifika: L-Entità Kompetenti għandha tkun ipprovduta bil-formulazzjoni eżatta tal-prodott flimkien mad-dettalji tal-kalkoli tas- CDVtox li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju.

2.   Bijodegradibilità tas-surfactants

(a)   Bijodegradibilità ta’ malajr (aerobika)

Kull surfactant użat fil-prodott għandu jkun bijodegradabbli malajr.

Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott kif ukoll id-deskrizzjoni tal-funzjoni ta’ kull ingredjent għandhom ikunu pprovduti lill-Entità Kompetenti. Il-parti-A tal-lista DID (Appendiċi I) tindika jekk surfactant speċifiku jkunx bijodegradabbli b’mod aerobiku jew le (is-surfactants li jkollhom in-nota “R” fil-kolonna dwar il-bijodegradabilità aerobika jkunu bijodegradabbli malajr). Fir-rigward tas-surfactants li ma jkunux inklużi fil-parti-A tal-lista DID, għandha tkun ipprovduta l-informazzjoni rilevanti minn dokumentazzjoni jew fonti oħra, jew ikunu pprovduti r-riżultati tat-testijiet li jkunu xierqa, It-testijiet għall-bijodegradabilità ta’ malajr għandhom ikunu kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar id- diterġenti (1). Is-surfactants għandhom jitqiesu bħala bijodegradabbli malajr jekk il-livell tal- bijodegradabilità (mineralizzazzjoni) mkejjel skond wieħed mill-ħames testijiet li ġejjin ikun mill-inqas ta’ 60 % fi żmien 28 ġurnata: CO2 headspace test (OECD 310), Carbon dioxide (CO2) Evolution Modified Sturm test (OECD 301B, id-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-C), Closed Bottle test (OECD 301D; id-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-E), Manometric Respirometry (OECD 301F); id-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-D), jew it-test MITI (I) (OECD 301C); id-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-F), jew it-testijiet ISO ekwivalenti għalihom. Jiddependi mill-karatteristiċi fiżiċi tas-surfactant, jkunx jista’ jintuża wieħed mit-testijiet li ġejjin biex tkun ikkonfermata l-bijodegradabilità ta’ malajr, jekk il-livell tal- bijodegradabilità jkun mill-inqas ta’ 70 % fi żmien 28 ġurnata: Dissolved Organic Carbon DOC Die-Away (OECD 301A; Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-A) jew Modified OECD Screening DOC Die-Away (OECD 301E; Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-B), jew it-testijiet ISO ekwivalenti għalihom. L-applikabilitá tal-metodi ta’ ttestjar ibbażati fuq il-kejl tal-karbonju organiku maħlul teħtieġ li tkun iġġustifikata kif jixraq billi dawn il-metodi jistgħu jagħtu riżultati fuq it-tneħħija u mhux fuq id-bijodegradabilità. Il-pre-adattabilità m’għandhiex tintuża fit-testijiet tal-bijodegradabilità aerobika ta’ malajr. Il-prinċipju tal-perijodu ta’ għaxart ijiem m’għandux japplika.

b)   Bijodegradabilità anerobika

Kull surfactant użat fil-prodott għandu jkun bijodegradabbli taħt kondizzjonijiet anerobiċi.

Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott kif ukoll id-deskrizzjoni tal-funzjoni ta’ kull ingredjent għandhom ikunu pprovduti lill-Entità Kompetenti. Il-parti-A tal-lista DID (Appendiċi I) tindika jekk surfactant speċifiku jkunx bijodegradabbli b’mod anerobiku jew le (is-surfactants li jkollhom in-nota “Y” fil-kolonna dwar il-bijodegradabilità anerobika jkunu bijodegradabbli taħt kondizzjonijiet anerobiċi). Fir-rigward tas-surfactants li ma jkunux inklużi fil-parti-A tal-lista DID, għandha tkun ipprovduta l-informazzjoni rilevanti minn dokumentazzjoni jew fonti oħra, jew ikunu pprovduti r-riżultati tat-testijiet li jkunu xierqa, li jkunu juru li huma bijodegradabbli b’mod anerobiku. It-test ta’ referenza għad-degradabilità anerobika għandu jkun l-OECD 311, ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988) jew metodu ta’ test ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ minimu ta’ 60 % degradabilità finali taħt kondizzjonijiet anerobiċi. Il-metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kondizzjonijiet f’ambjent anerobiku rilevanti jistgħu jintużaw ukoll biex ikun iddokumentat li d-degradabilità finali ta’ 60 % tkun intlaħqet taħt kondizzjonijiet anerobiċi (ara l-Appendiċi II).

3.   Sustanzi jew preparazzjonijiet perikolużi, riskjużi jew tossiċi

(a)

L-ingredjenti li ġejjin m’għandhomx ikunu inklużi fil-prodott, la bħala parti mill-formulazzjoni u lanqas bħala parti minn preparazzjoni inkluża fil-formulazzjoni:

Alkyl phenol ethoxylates (APEOs) u derivattivi tagħhon

EDTA (ethylene-diamine-tetra-acetic acid) u l-melħ tiegħu

NTA (nitrilo-tri-acetate)

Nitromusks u polycyclic musks, inklużi bħala eżempju:

Musk xylene: 5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene

Musk ambrette: 4-tert-butyl-3-methoxy-2,6-dinitrotoluene

Moskene: 1,1,3,3,5-pentamethyl-4,6-dinitroindan

Musk tibetine: 1-tert-butyl-3,4,5-trimethyl-2,6-dinitrobenzene

Musk ketone: 4’-tert-butyl-2’, 6’-dimethyl-3’, 5’-dinitroacetaphenone

HHCB (1,3,4,6,7,8-Hexahydro-4,6,6,7,8,8-hexamethylcyclopenta(g)-2-benzopyran)

AHTN (6-Acetyl-1,1,2,4,4,7-hexamethyltetralin)

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni appoġġjata minn dikjarazzjonijiet mill-manifatturi, kif ikun xieraq, li tikkonferma li s-sustanzi elenkati ma kinux imklużi fil-prodott.

(b)

Melħ ta’ l-ammonju kwaternarju li ma jkunx bijodegradabbli malajr m’għandux jintuża, la bħala parti mill-formulazzjoni u lanqas bħala parti minn preparazzjoni inkluża fil-formulazzjoni.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li turi l- bijodegradabilità ta’ kull melħ ta’ l-ammonju kwaternarju li kien użat.

(c)

L-ebda ingredjent (sustanza jew preparazzjoni) m’għandu jkun inkluż fil-prodott meta dak ikun ikklassifikat minn xi waħda mill-frażijiet dwar riskju li ġejjin, jew minn numru tagħhom, skond id-Direttiva 67/548/KEE (2)

u l-emendi tagħha jew id-Direttiva 1999/45/KE (3) u l-emendi tagħha:

 

R40 (evidenza limitata ta’ effett karċinoġeniku),

 

R45 (jista’ jikkawża l-kanċer),

 

R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tista’ tintiret),

 

R49 (jista’ jikkawża l-kanċer bit-teħid tan-nifs ‘il ġewwa),

 

R68 (riskji possibli ta’ effetti irreversibbli),

 

R50-53 (tossiku ħafna għall-organiżmu akwatiku u jista’ jikkawża effetti ħżiena fuq perijodu twil fl-ambjent akwatiku),

 

R51-53 (tossiku ħafna għall-organiżmu akwatiku u jista’ jikkawża effetti ħżiena fuq perijodu twil fl-ambjent akwatiku),

 

R59 (perikoluż għas-saff ta’ l-ożonu),

 

R60 (jista’ jdgħajjef il-fertilità),

 

R61 (jista’ jikkawża ħsara lit-tarbija mhix imwielda),

 

R62 (riskju possibbli ta’ fertilità mdgħajfa),

 

R63 (riskju possibbli ta’ ħsara lit-tarbija mhix imwielda),

 

R64 (jista’ jikkawża ħsara lit-trabi li jitreddgħu),

Huma preskritti rekwiżiti speċifiċi għall-bijoċidi, kemm bħala parti mill-formulazzjoni jew bħala parti minn kull preparazzjoni inkluża fil-formulazzjoni (ara l-kriterju dwar il-bijoċidi hawn taħt).

Ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għandhom japplikaw għal kull ingredjent (sustanza jew preparazzjoni) li l-piż tiegħu jaqbeż 0,01 % tal-prodott finali. Dan jinkludi wkoll kull ingredjent ta’ kull preparazzjoni wżata fil-formulazzjoni li l-piż tiegħu jaqbeż 0,01 % tal-prodott finali.

Valutazzjoni u verifika: Għandhom ikunu pprovduti l-kopji tal-folji tad-data tas-sigurtà materjali għall-ingredjenti kollha (kemm sustanzi jew preparazzjonijiet). L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ppreparata mill-manifattur ta’ l-ingredjenti li turi l-konformità ma’ dan il-kriterju.

4.   Bijoċidi

(a)

Il-prodott jista’ biss ikollu fih il-bijoċidi sabiex ikun ippreservat il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq għal dan l-iskop biss. Dan ma jirreferix għas-surfactants, li jistgħu wkoll ikollhom proprjetajiet ta’ bijoċida.

Valutazzjoni u verifika: Għandhom ikunu pprovduti l-kopji tal-folji tad-data tas-sigurtà materjali tal-preservattivi kollha li jiżdiedu, flimkien ma’ l-informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni eżatta tagħhom fil-prodott finali. Il-manifattur jew il-fornitur tal-preservattivi għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar id-dożaġġ meħtieġ biex ikun ippreservat il-prodott.

(b)

Huwa projbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew permezz ta’ kull komunikazzjoni oħra li l-prodott għall-ħasil tal-platti bl-idejn jaġixxi kontra l-mikrobi.

Valutazzjoni u verifika: L-Entità Kompetenti għandha tkun ipprovduta bit-test u l-preżentazzjoni tiegħu użati fuq kull tip ta’ imballaġġ u/jew b’kampjun ta’ kull tip differenti ta’ imballaġġ.

(c)

Il-bijoċidi, kemm bħala parti mill-formulazzjoni jew bħala parti minn kull preparazzjoni inkluża fil-formulazzjoni, li jkunu użati biex ikun ippreservat il-prodott u li jkunu kklassifikati mal-frażijiet dwar riskju R50-53 jew R51-53, skond id-Direttiva 67/548/KEE u l-emendi tagħha jew id-Direttiva 1999/45/KE, ikunu iżda permessi biss jekk huma ma jkunux potenzjalment bijoakkumulattivi. F’dan il-kuntest, il-bijoċida titqies li tkun potenzjalment bijoakkumulattiva jekk il-log Pow (log oktanol/ko-effiċjent tal-qsim ta’ l-ilma (log octanol/water partition coefficient) ≥3,0 (sakemm ma jkunx iddeterminat b’mod sperimentali li l-BCF ≤100).

Il-konċentrazzjoni tal-bijoċidi fil-prodott finali m’għandhiex taqbeż il-konċen-trazzjoni massima awtorizzata fid-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (4) tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prodotti kosmetiċi u l-emendi tagħha sussegwenti.

Valutazzjoni u verifika: għandhom ikunu pprovduti l-kopji tal-folji tad-data tas-sigurtà materjali għall-bijoċidi kollha, flimkien mad-dokumentazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-bijoċidi fil-prodott finali.

5.   Żebgħa jew aġenti kuluranti

Kull żebgħa jew aġent kulurant użat fil-prodott irid ikun permess mid-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar il-prodotti kosmetiċi u l-emendi tagħha sussegwenti, jew irid ikun permess mid-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel u l-emendi tagħha sussegwenti (5), jew irid ikun karatterizzat minn proprjetajiet ambjentali li ma jimplikawx klassifika mal-frażijiet dwar riskju R50-53 jew R51-53, skond id-Direttiva 67/548/KEE u l-emendi tagħha.

Valutazzjoni u verifika: l-Entità Kompetenti għandha tkun ipprovduta bid-dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mal-lista sħiħa taż-żebgħa jew aġenti kuluranti użati.

6.   Fwejjaħ

(a)

Il-prodott m’għandux ikun fih fwejjaħ li jkun fihom in-nitro-misk (nitro-musks) jew il-misk poliċikliku (polycyclic musks) (kif speċifikat fil-kriterju 3a).

(b)

Kull ingredjent miżjud mal-prodott bħala fwieħa jrid ikun ġie mmanifatturat u/jew immaniġġat skond il-kodiċi ta’ prattika ta’ l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ.

(c)

Il-fwejjaħ m’għandhomx jintużaw fid-diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn li jintużaw b’mod professjonali.

Valutazzjoni u verifika: l-Entità Kompetenti għandha tkun ipprovduta bid-dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti minn dan il-kriterju.

7.   Sustanzi Sensibilizzanti

Il-prodott m’għandux ikun ikklassifikat mal-frażijiet dwar riskju R42 (jista’ jikkawża sensibilizzazzjoni bit-teħid tan-nifs ‘il ġewwa) u/jew R43 (jista’ jikkawża sensibilizzazzjoni b’kuntatt mal-ġilda), skond id-Direttiva 1999/45/KE u l-emendi tagħha.

Il-konċentrazzjoni ta’ kull sustanza jew ingredjent ikklassifikati mal-frażijiet dwar riskju R42 (jista’ jikkawża sensibilizzazzjoni bit-teħid tan-nifs ‘il ġewwa) u/jew R43 (jista’ jikkawża sensibilizzazzjoni b’kuntatt mal-ġilda), skond id-Direttiva 67/548/KEE u l-emendi tagħha jew id-Direttiva 1999/45/KE u l-emendi tagħha, m’għandhiex taqbeż 0,1 % tal-piż tal-prodott finali.

Valutazzjoni u verifika: l-Entità Kompetenti għandha tkun ipprovduta bil-konċentrazzjonijiet eżatti ta’ l-ingredjenti kollha li jkunu kklassifikati bħala R42 u/jew R43, flimkien mal-kopji tal-folji tad-data tas-sigurtà materjali.

8.   Proprjetajiet li jagħmlu Ħsara u li jkunu korrużivi

Il-prodott m’għandux ikun ikklassifikat bħala “Li Jagħmel Ħsara” (Xn) jew “Korrużiv” (C) skond id-Direttiva 1999/45/KE.

Valutazzjoni u verifika: l-Entità Kompetenti għandha tkun ipprovduta bil-konċentrazzjonijiet eżatti tas-sustanzi kollha użati fil-prodott, kemm bħala parti mill-formulazzjoni jew bħala parti minn kull preparazzjoni inkluża fil-formulazzjoni, li jkunu kklassifikati bħala “Li Jagħmlu Ħsara” (Xn) jew “Korrużivi” (C), flimkien mal-kopji tal-folji tad-data tas-sigurtà materjali.

9.   Rekwiżiti ta’ l-imballaġġ

(a)

L-imballaġġ primarju, ħlief għat-tapp, għandu jkollu ko-effiċjent ta’ imballaġġ volumetriku (VCP) ta’ inqas minn 1,9 jew ugwali għal dan. Dan il-kriterju ma japplikax jekk l-imballaġġ primarju jkun magħmul 50 % jew iktar minn materjal irriċiklat.

Il-VCP huwa ugwali għall-volum ta’ l-iċken oġġett solidu rettangolari (solidu rettangolari mdawwar bil-parallogrammi)(rectangular parallelepiped) li jista’ jesa’ l-imballaġġ diviż bil-volum tal-prodott li jkun inkluż fl-imballaġġ.

(b)

Jekk l-imballaġġ primarju jkun magħmul minn materjal irriċiklat, kull indikazzjoni ta’ dan fuq l-imballaġġ għandha tkun konformi ma’ l-istandard ISO 14021 “Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali — Klejms ta’ min jiddikjarahom (ittikkettjar ambjentali tat-tip II)”.

(c)

Il-partijiet ta’ l-imballaġġ primarju għandhom ikunu jistgħu jiġu sseparati b’mod faċli f’partijiet ta’ materjal singlu.

(d)

Il-plastiks li jintużaw għall-kontenitur prinċipali għandhom ikunu mmarkati skond id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart ta’ l-imballaġġ (6), jew DIN 6120 Parti 1 u 2 b’rabta ma’ DIN 7728 Parti 1.

Valutazzjoni u verifika: l-Entità Kompetenti għandha tkun ipprovduta bid-data dwar l-imballaġġ, u/jew b’kampjun tiegħu jekk ikun xieraq, flimkien mad-dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti minn dan il-kriterju.

IL-KONDIZZJONI XIERQA GĦALL-UŻU

10.   Kondizzjoni xierqa għall-użu

Il-prodott għandu jkun f’kondizzjoni xierqa biex jintuża, waqt li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

L-effikaċja fit-tindif trid tkun ekwivalenti għal dik ta’ prodott li jinbiegħ ħafna fis-suq jew ta’ referenza ġenerika, jew aħjar, (ara l-Appendiċi III), approvat mill-Entità Kompetenti, u aħjar mill-ilma pur.

Il-miżura tat-tindif trid ikun ekwivalenti għal dik ta’ prodott li jinbiegħ ħafna fis-suq jew ta’ referenza ġenerika, jew aħjar, approvat mill-Entità Kompetenti.

Valutazzjoni u verifika: l-effikaċja fit-tindif u l-miżura tat-tindif iridu jkunu ttestjati f’laboratorju permezz ta’ test tar-rendiment li jkun adegwat u ġġustifikabbli u li jitwettaq ġewwa parametri speċifikati kif iddikjarat fil-qafas deskritt fl-Appendiċi III.

L-INFORMAZZJONI GĦALL-KONSUMATURI

11.   Istruzzjoniiet għall-utenti

Il-prodott għandu jġorr l-informazzjoni li ġejja fuq l-imballaġġ:

(a)

“Biex taħsel il-platti tiegħek b’mod l-iżjed effiċjenti, biex ma taħlix l-ilma u l-enerġija, u biex tipproteġi l-ambjent, tużax ilma għaddej bil-vit miftuħ iżda għaddas il-platti, u uża d-dożaġġ irrakkomandat. Inti tista’ taħsel bil-mod l-iktar effiċjenti mingħajr ħafna ragħwa.” (jew test ekwivalenti).

(b)

L-informazzjoni ta’ hawn taħt għandha tidher fuq l-imballaġġ f’daqs li jkun raġonevolment suffiċjenti u fuq sfond viżibbli. L-użu ta’ stampi bis-simboli huwa volontarju.

Image

meta x, y, z u w jridu jkunu ddefiniti mill-applikant u/jew il-manifattur.

Il-kejl użat fl-istampa bis-simboli hawn fuq għandu jkun f’millilitri. It-tieni mod ta’ kejl li jkun magħruf sewwa, bħal ma huwa bil-kuċċarini, għandu jingħata b’mod addizzjonali bejn is-sinjali tal-parentesi (kif jidher fl-istampa bis-simboli hawn fuq). Madankollu, jekk l-imballaġġ ikollu sistema effiċjenti u konvenjenti ta’ dożaġġ li tkun tista’ tipprovdi dożaġġ li tista’ toqgħod fuqu ugwalment, jista’ jintuża mod ta’ kejl alternattiv (eż. tappijiet, tfigħ ta’ kwantitajiet żgħar (squirts) u oħrajn).

(c)

Huwa rrakkomandat li jkun indikat in-numru approssimattiv ta’ ħasliet li l-konsumatur ikun jista’ jagħmel bi flixkun wieħed iżda dan huwa volontarju.

Dan ikun ikkalkulat billi l-volum tal-prodott ikun diviż bid-dożaġġ meħtieġ għal 5 l ta’ diterġent għall-ħasil tal-platti li jkunu maħmuġin (kif indikat fl-istampa bis-simboli hawn fuq).

(d)

Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 għandu jkun applikat.

(e)

“Għal iktar informazzjoni idħol fil-website ta’ l-UE dwar l-Eko-tikketta: http://europa.eu.int/ecolabel” (jew it-test ekwivalenti).

Valutazzjoni u verifika: l-Entità Kompetenti għandha tkun ipprovduta b’kampjun ta’ l-imballaġġ tal-prodott, inkluża t-tikketta, flimkien mad-dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti minn dan il-kriterju.

12.   Informazzjoni li tidher fuq it-tikketta

Il-kaxxa 2 ta’ l-eko-tikketta għandha tinkludi t-test li ġej:

l-impatt imnaqqas fuq il-ħajja akwatika

l-użu mnaqqas ta’ sustanzi perikolużi

l-istruzzjonijiet ċari lill-utenti


(1)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1.

(3)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(4)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169

(5)  ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13.

(6)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

Appendiċi I

LISTA DID

Għall-ingredjenti li huma inklużi fil-parti-A tal-lista DID, iridu jintużaw il-valuri għat-tossitiċà u d-degradabilità fil-lista għall-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji ekoloġiċi.

Għall-ingredjenti li m’humiex inklużi fil-parti-A tal-lista DID, għandha tkun segwita l-proċedura deskritta fil-parti-B biex ikunu stabbiliti l-valuri ta’ tossiċità u degradabilità.

Database ta’ l-Ingredjenti tad-Diterġenti

verżjoni 30/6/2004

Parti A. Lista ta’ ingredjenti

 

Tossitiċà akuta

Tossitiċà kronika

Degradazzjoni

DID-nru

Isem l-ingredjent

LC50/EC50

SF(akuta)

TF(akuta)

NOEC (*)

SF(kronika) (*)

TF(kronika)

DF

Aerobika

Anerobika

 

Surfactants anjoniċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1

Linear alkyl benzene sulphonates 11,5 -11,8 (LAS)

4,1

1 000

0,0041

0,69

10

0,069

0,05

R

N

2

LAS (C10-13 alkyl) triethanolamine salt

4,2

1 000

0,0042

3,4

100

0,034

0,05

R

O

3

C 14/17 Alkyl sulphonate

6,7

5 000

0,00134

0,44

10

0,044

0,05

R

N

4

C 8/10 Alkyl sulphate

132

5 000

0,0264

 

 

0,0264

0,05

R

Y

5

C 12/14 Alkyl sulphate (AS)

2,8

1 000

0,0028

2

100

0,02

0,05

R

Y

6

C 12/18 Alkyl sulphate (AS) (1)

 

 

0,0149

 

 

0,027

0,05

R

Y

7

C 16/18 Fatty alcohol sulphate (FAS)

27

1 000

0,027

1,7

50

0,034

0,05

R

Y

8

C 12/15 A 1-3 EO sulphate

4,6

1 000

0,0046

0,1

10

0,01

0,05

R

Y

9

C 16/18 A 3-4 EO sulphate

0,57

10 000

0,000057

 

 

0,000057

0,05

R

Y

10

Dialkyl sulpho succinate

15,7

1 000

0,0157

 

 

0,0157

0,5

I

N

11

C 12/14 Sulpho- fatty acid methylester

9

10 000

0,0009

0,23

50

0,0046

0,05

R

N

12

C 16/18 Sulpho- fatty acid methylester

0,51

5 000

0,000102

0,2

50

0,004

0,05

R

N

13

C 14/16 alfa Olefin sulphonate

3,3

10 000

0,00033

 

 

0,00033

0,05

R

N

14

C 14/18 alfa Olefin sulphonate

0,5

5 000

0,0001

 

 

0,0001

0,05

R

N

15

Soap C > 12-22

22

1 000

0,022

10

100

0,1

0,05

R

Y

16

Lauroyl Sarcosinate

56

10 000

0,0056

 

 

0,0056

0,05

R

Y

17

C9/11 2-10 EO Carboxymethylated, sodium salt or acid

100

10 000

0,01

 

 

0,01

0,05

R

O

18

C12/18 2-10 EO Carboxymethylated, sodium salt or acid

8,8

1 000

0,0088

5

100

0,05

0,05

R

O

19

C 12/18 Alkyl phosphate esters

38

1 000

0,038

 

 

0,038

0,05

R

N

 

Surfactants mhux joniċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

20

C8 A 1-5 EO

7,8

1 000

0,0078

 

 

0,0078

0,05

R

Y

21

C 9/11 A, > 3-6 EO predominantly linear

5,6

1 000

0,0056

 

 

0,0056

0,05

R

Y

22

C 9/11 A, > 6-10 EO predominantly linear

5

1 000

0,005

 

 

0,005

0,05

R

Y

23

C 9/11 A, 5-11 EO multibranched

1

1 000

0,001

 

 

0,001

0,05

R

O

24

C10 A, 5-11 EO multibr.(Trimer-propen-oxo-alcohol)

1

1 000

0,001

 

 

0,001

0,05

R

Y

25

C 12/15 A, 2-6 EO predominantly linear

0,43

1 000

0,00043

0,18

50

0,0036

0,05

R

Y

26

C12/14 5-8 EO 1 t-BuO (endcapped)

0,23

1 000

0,00023

0,18

100

0,0018

0,05

R

O

27

C 12/15 A, 3-12 EO multibranched

1

1 000

0,001

3,2

100

0,032

0,05

R

O

28

C 12/15 (mean value C < 14) A, > 6-9 EO

0,63

1 000

0,00063

0,24

10

0,024

0,05

R

Y

29

C 12/15 (mean value C > 14) A, > 6-9 EO

0,4

1 000

0,0004

0,17

10

0,017

0,05

R

Y

30

C 12/15 A, > 9-12 EO

1,1

1 000

0,0011

 

 

0,017

0,05

R

Y

31

C 12/15 A > 12-20 EO

0,7

1 000

0,0007

 

 

0,0007

0,05

R

O

32

C 12/15 A > 20-30 EO

13

1 000

0,013

10

100

0,1

0,05

R

O

33

C 12/15 A, > 30 EO

130

1 000

0,13

 

 

0,13

0,5

I

O

34

C 12/18 A, 0-3 EO

0,3

1 000

0,0003

 

 

0,0003

0,05

R

Y

35

C 12/18 A, 5-10 EO

1

1 000

0,001

0,35

100

0,0035

0,05

R

O

36

C 12/18 A, > 10-20 EO

1

1 000

0,001

 

 

0,0035

0,05

R

O

37

C 16/18 A, 2-8 EO

3,2

1 000

0,0032

0,4

100

0,004

0,05

R

Y

38

C 16/18 A, > 9-18 EO

0,72

1 000

0,00072

0,32

10

0,032

0,05

R

Y

39

C 16/18 A, 20-30 EO

4,1

1 000

0,0041

 

 

0,0041

0,05

R

Y

40

C 16/18 A, > 30 EO

30

1 000

0,03

 

 

0,03

0,5

I

Y

41

C12-15 A 2-6 EO 2-6 PO

0,78

1 000

0,00078

0,36

100

0,0036

0,05

R

O

42

C10-16 A 0-3 PO 6-7 EO

3,2

5 000

0,00064

1

100

0,01

0,05

R

O

43

Glycerin (1-5 EO) cocoate

16

1 000

0,016

6,3

100

0,063

0,05

R

Y

44

Glycerin (6-17 EO) cocoate

100

1 000

0,1

 

 

0,1

0,05

R

Y

45

C 12/14 Glucose amide

13

1 000

0,013

4,3

50

0,086

0,05

R

Y

46

C 16/18 Glucose amide

1

1 000

0,001

0,33

50

0,0066

0,05

R

Y

47

C 8/10 Alkyl polyglycoside

28

1 000

0,028

5,7

100

0,057

0,05

R

Y

48

C8/12 Alkyl polyglycoside, branched

480

1 000

0,48

100

100

1

0,05

R

N

49

C 8/16 or C12-14 Alkyl polyglycoside

5,3

1 000

0,0053

1

10

0,1

0,05

R

Y

50

Coconut fatty acid monoethanolamide

9,5

1 000

0,0095

1

100

0,01

0,05

R

Y

51

Coconut fatty acid monoethanolamide 4-5 EO

17

10 000

0,0017

 

 

0,0017

0,05

R

Y

52

Coconut fatty acid diethanolamide

2

1 000

0,002

0,3

100

0,003

0,05

R

O

53

PEG-4 Rapeseed amide

7

5 000

0,0014

 

 

0,0014

0,05

R

Y

 

Surfactants amfoteriċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

60

C12/15 Alkyl dimethylbetaine

1,7

1 000

0,0017

0,1

100

0,001

0,05

R

O

61

Alkyl C12/18 amidopropylbetaine

1,8

1 000

0,0018

0,09

100

0,0009

0,05

R

Y

62

C12/18 Alkyl amine oxide

0,3

1 000

0,0003

 

 

0,0003

0,05

R

Y

 

Surfactants “cationic”

 

 

 

 

 

 

 

 

 

70

Alkyl trimethyl ammonium salts

0,1

1 000

0,0001

0,046

100

0,00046

0,5

I

O

71

Alkyl ester ammonium salts

2,9

1 000

0,0029

1

10

0,1

0,05

R

Y

 

Preservattivi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

80

1,2-Benzisothiazol-3-one

0,15

1 000

0,00015

 

 

0,00015

0,5

I

N

81

Benzyl alcohol

360

1 000

0,36

 

 

0,36

0,05

R

Y

82

5-bromo-5-nitro-1,3-dioxane

0,4

5 000

0,00008

 

 

0,00008

1

P

O

83

2-bromo-2-nitropropane-1,3-diol

0,78

1 000

0,00078

0,2

100

0,002

0,5

I

O

84

Chloroacetamide

55,6

10 000

0,00556

 

 

0,00556

1

O

O

85

Diazolinidylurea

35

5 000

0,007

 

 

0,007

1

P

O

86

Formaldehyde

2

1 000

0,002

 

 

0,002

0,05

R

O

87

Glutaraldehyde

0,31

1 000

0,00031

 

 

0,00031

0,05

R

O

88

Guanidine, hexamethylene-, homopolymer

0,18

1 000

0,00018

0,024

100

0,00024

1

P

O

89

CMI + MIT in mixture 3:1 (2)

0,0067

1 000

0,0000067

0,0057

50

0,000114

0,5

I

O

90

2-Methyl-2H-isothiazol-3-one (MIT)

0,06

1 000

0,00006

 

 

0,00006

0,5

I

O

91

Methyldibromoglutaronitrile

0,15

1 000

0,00015

 

 

0,00015

0,05

R

O

92

e-phtaloimidoperoxyhexanoic acid

0,59

5 000

0,000118

 

 

0,000118

1

P

O

93

Methyl-, Ethyl- and Propylparaben

15,4

5 000

0,00308

 

 

0,00308

0,05

R

N

94

o-Phenylphenol

0,92

1 000

0,00092

 

 

0,00092

0,05

R

O

95

Sodium benzoate

128

1 000

0,128

 

 

0,128

0,05

R

Y

96

Sodium hydroxy methyl glycinate

36,5

5 000

0,0073

 

 

0,0073

1

O

O

97

Sodium Nitrite

87

10 000

0,0087

 

 

0,0087

1

NA

NA

98

Triclosan

0,0014

1 000

0,0000014

 

 

0,0000014

0,5

I

O

 

Ingredjenti oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

110

Silicon

250

1 000

0,25

 

 

0,25

1

P

N

111

Paraffin

1 000

10 000

0,1

 

 

0,1

1

P

O

112

Glycerol

4 400

5 000

0,88

 

 

0,88

0,05

R

Y

113

Phosphate, as STPP

1 000

1 000

1

 

 

1

0,15

NA

NA

114

Zeolite (Insoluble Inorganic)

1 000

1 000

1

175

50

3,5

1

NA

NA

115

Citrate and citric acid

825

1 000

0,825

80

50

1,6

0,05

R

Y

116

Polycarboxylates

200

1 000

0,2

106

10

10,6

1

P

N

117

Nitrilotriacetat (NTA)

494

1 000

0,494

64

50

1,28

0,5

I

O

118

EDTA

121

1 000

0,121

22

50

0,44

0,5

I

N

119

Phosphonates

650

1 000

0,65

25

50

0,5

1

P

N

120

EDDS

320

1 000

0,32

32

50

0,64

0,05

R

N

121

Clay (Insoluble Inorganic)

1 000

1 000

1

 

 

1

1

NA

NA

122

Carbonates

250

1 000

0,25

 

 

0,25

0,15

NA

NA

123

Fatty acids C > = 14

3,7

5 000

0,00074

 

 

0,00074

0,05

R

Y

124

Silicates

250

1 000

0,25

 

 

0,25

1

NA

NA

125

Polyasparaginic acid, Na-salt

410

1 000

0,41

 

 

0,41

0,05

R

N

126

Perborates (as Boron)

14

1 000

0,014

 

 

0,014

1

NA

NA

127

Percarbonate (See carbonate)

250

1 000

0,25

 

 

0,25

0,15

NA

NA

128

Tetraacetylethylenediamine (TAED)

250

1 000

0,25

500

100

5

0,05

R

O

129

C1-C4 alcohols

1 000

1 000

1

 

 

1

0,05

R

Y

130

Mono-, di- and triethanol amine

90

1 000

0,09

0,78

100

0,0078

0,05

R

Y

131

Polyvinylpyrrolidon (PVP)

1 000

1 000

1

 

 

1

0,5

I

N

132

Carboxymethylcellulose (CMC)

250

5 000

0,05

 

 

0,05

0,5

I

N

133

Sodium and magnesium sulphate

1 000

1 000

1

100

100

1

1

NA

NA

134

Calcium- and sodiumchloride

1 000

1 000

1

100

100

1

1

NA

NA

135

Urea

1 000

5 000

0,2

 

 

0,2

1

NA

NA

136

Silicon dioxide, quartz (Insoluble inorganic)

1 000

1 000

1

 

 

1

1

NA

NA

137

Polyethylene glycol, MW>4000

1 000

10 000

0,1

 

 

0,1

1

P

N

138

Polyethylene glycol, MW < 4000

1 000

10 000

0,1

 

 

0,1

1

P

O

139

Cumene-, Xylene- and Toluene sulphonates

66

10 000

0,0066

 

 

0,0066

0,5

I

N

140

Na-/Mg-/KOH

30

1 000

0,03

 

 

0,03

0,05

NA

NA

141

Enzymes/proteins

25

5 000

0,005

 

 

0,005

0,05

R

Y

142

Perfume, if not other specified (**)

2

1 000

0,002

 

 

0,002

0,5

I

N

143

Dyes, if not other specified (**)

10

1 000

0,01

 

 

0,01

1

P

N

144

Starch

100

1 000

0,1

 

 

0,1

0,05

R

Y

145

Anionic polyester

655

1 000

0,655

 

 

0,655

1

P

N

146

PVNO/PVPI

530

1 000

0,53

 

 

0,53

1

P

N

147

Zn Ftalocyanin sulphonate

0,2

1 000

0,0002

0,16

100

0,0016

1

P

N

148

Iminodisuccinat

81

1 000

0,081

17

100

0,17

0,05

R

N

149

FWA 1

11

1 000

0,011

10

100

0,1

1

P

N

150

FWA 5

10

1 000

0,01

1

10

0,1

1

P

N

151

1-decanol

2,3

5 000

0,00046

 

 

0,00046

0,05

R

O

152

Methyl laurate

1 360

10 000

0,136

 

 

0,136

0,05

R

O

153

Formic acid (Ca salt)

100

1 000

0,1

 

 

0,1

0,05

R

Y

154

Adipic acid

31

1 000

0,031

 

 

0,031

0,05

R

O

155

Maleic acid

106

1 000

0,106

 

 

0,106

0,05

R

Y

156

Malic acid

106

1 000

0,106

 

 

0,106

0,05

R

O

157

Tartaric acid

200

10 000

0,02

 

 

0,02

0,05

R

O

158

Phosphoric acid

138

1 000

0,138

 

 

0,138

0,15

NA

NA

159

Oxalic acid

128

5 000

0,0256

 

 

0,0256

0,05

R

O

160

Acetic acid

30

1 000

0,03

 

 

0,03

0,05

R

Y

161

Lactic acid

130

1 000

0,13

 

 

0,13

0,05

R

Y

162

Sulphamic acid

75

1 000

0,075

 

 

0,075

1

NA

NA

163

Salicylic acid

46

1 000

0,046

 

 

0,046

0,15

R

O

164

Glycollic acid

141

5 000

0,0282

 

 

0,0282

0,05

R

O

165

Glutaric acid

208

5 000

0,0416

 

 

0,0416

0,05

R

O

166

Malonic acid

95

5 000

0,019

 

 

0,019

0,05

R

O

167

Ethylene glycol

6 500

1 000

6,5

 

 

6,5

0,05

R

Y

168

Ethylene glycol monobutyl ether

747

5 000

0,1494

 

 

0,1494

0,05

R

O

169

Diethylene glycol

4 400

10 000

0,44

 

 

0,44

0,15

I

Y

170

Diethylene glycol monomethyl ether

500

1 000

0,5

 

 

0,5

0,5

I

O

171

Diethylene glycol monoethyl ether

3 940

5 000

0,788

 

 

0,788

0,05

R

O

172

Diethylene glycol monobutyl ether

1 254

1 000

1,254

 

 

1,254

0,05

R

O

173

Diethylene glycol dimethylether

2 000

10 000

0,2

 

 

0,2

0,5

I

O

174

Propylene glycol

32 000

1 000

32

 

 

32

0,15

R

Y

175

Propylene glycol monomethyl ether

12 700

5 000

2,54

 

 

2,54

0,05

R

O

176

Propylene glycol monobutylether

748

5 000

0,1496

 

 

0,1496

0,05

R

O

177

Dipropylene glycol

1 625

10 000

0,1625

 

 

0,1625

0,05

R

O

178

Dipropylene glycol monomethyl ether

1 919

5 000

0,3838

 

 

0,3838

0,05

R

O

179

Dipropylene glycol monobutylether

841

5 000

0,1682

 

 

0,1682

0,05

R

O

180

Dipropylene glycol dimethylether

1 000

5 000

0,2

 

 

0,2

0,5

I

O

181

Triethylene glycol

4 400

1 000

4,4

 

 

4,4

0,5

I

O

182

Tall oil

1,8

1 000

0,0018

 

 

0,0018

0,5

I

O

183

Ethylenebisstearamides

140

5 000

0,028

 

 

0,028

0,5

I

O

184

Sodium gluconate

10 000

10 000

1

 

 

1

0,05

R

O

185

Glycol distearate

100

5 000

0,02

 

 

0,02

0,5

I

O

186

Hydroxyl ethyl cellulose

209

5 000

0,0418

 

 

0,0418

1

P

O

187

Hydroxy propyl methyl cellulose

188

5 000

0,0376

 

 

0,0376

1

P

O

188

1-methyl-2-pyrrolidone

500

1 000

0,5

 

 

0,5

0,05

R

O

189

Xanthan gum

490

1 000

0,49

 

 

0,49

0,05

R

O

190

Trimethyl Pentanediol mono-isobutyrate

18

1 000

0,018

3,3

100

0,033

0,05

R

O

191

Benzotriazole

29

1 000

0,029

 

 

0,029

1

P

O

192

Piperidinol-propanetricarboxylate salt

100

1 000

0,1

120

100

1,2

0,5

I

O

193

Diethylaminopropyl-DAS

120

1 000

0,12

120

100

1,2

1

P

O

194

Methylbenzamide-DAS

120

1 000

0,12

120

100

1,2

0,5

I

O

195

Pentaerythritol-tetrakis-phenol-propionate

38

1 000

0,038

 

 

0,038

1

P

O

196

Block polymers

100

5 000

0,02

 

 

0,02

1

P

N

197

Denatonium benzoate

13

5 000

0,0026

 

 

0,0026

1

O

O

198

Succinate

374

10 000

0,0374

 

 

0,0374

0,05

R

O

199

Polyaspartic acid

528

1 000

0,528

 

 

0,528

0,05

R

N

Inorganiċi insolubbli Ingredjent inorganiku b’abbiltà baxxa ħafna jew xejn li jinħall fl-ilma.

Parti B. Volum Kritiku tas-Sustanza Ddilwita

Il-Volum Kritiku tas-Sustanza Ddilwita jkun ikkalkulat skond l-ekwazzjoni li ġejja:

 

CDV = 1000 * Σdożaġġ(i)*DF(i)/TF(i)

 

Dożaġġ(i) = Dożaġġ ta’ l-ingredjent i, espress f’g/ħasla, jew f’xi każi bħala g/100 g prodott.

 

DF(i) = Fattur ta’ Dgradazzjoni għall-ingredjent i.

 

TF(i) = Fattur ta’ Tossiċità għall-ingredjent i.

PROĊEDURA BIEX IKUNU STABBILITI L-VALURI TAL-PARAMETRU GĦALL-INGREDJENTI MHUX INKLUŻI FIL-LISTA-DID

Bħala regola ġenerali l-valuri tal-parametru elenkati jridu jintużaw għall-ingredjenti kollha fil-lista-DID. Issir eċċezzjoni għall-fwejjaħ u ż-żebgħa, f’liema każ ikunu aċċettati r-riżultati ta’ testijiet addizzjonali (ara nota tal-qiegħ fil-Parti A).

Il-proċedura li ġejja tapplika għall-ingredjenti li ma jkunux elenkati fil-lista-DID.

Tossiċità akwatika

Fl-iskema ta’ Eko-tikketta Ewropea, is-CDV tkun ikkalkulata fuq il-bażi tal-fatturi ta’ tossiċità kronika u sigurtà kronika. Jekk l-ebda riżultat tal-fatturi kroniċi ma jkun disponibbli, iridu jintużaw il-fatturi ta’ tossiċità u sigurtà akuti.

Il-fattur ta’ tossiċità Kronika (TFckronika)

Ikkalkula l-valur medjan f’kull livell tal-katina ta’ ikel nutrittiv (ħut, krustaċji, alka) billi tuża r-riżultati ta’ testijiet għat-tossiċità kronika ivvalidati. Jekk diversi riżultati ta’ testijiet ikunu disponibbli għal speċi waħda ġewwa livell tal-katina ta’ ikel nutrittiv, għandu l-ewwel ikun ikkalkulat il-medjan għall-ispeċi, u dawn il-valuri medjani għandhom jintużaw meta jkun ikkalkulat il-valur medjan għal-livell tal-katina ta’ ikel nutrittiv.

Il-fattur ta’ tossiċità Kronika (TFckronika) jkun il-medjan l-iktar baxx fost il-livelli tal-katina ta’ ikel nutrittiv ikkalkulati.

It-TFkronikac għandu jintuża meta jkun ikkalkulat il-kriterju tal-volum kritiku tas-sustanza ddilwita.

Il-fattur ta’ tossiċità Akuta (TFakuta)

Ikkalkula l-valur medjan ġewwa kull livell tal-katina ta’ ikel nutrittiv (ħut, krustaċji, alka) billi tuża r-riżultati ta’ testijiet għat-tossiċità akuta ivvalidati. Jekk diversi riżultati ta’ testijiet ikunu disponibbli għal speċi waħda ġewwa livell tal-katina ta’ ikel nutrittiv, għandu l-ewwel ikun ikkalkulat il-medjan għall-ispeċi, u dawn il-valuri medjani għandhom jintużaw meta jkun ikkalkulat il-valur medjan għal-livell tal-katina ta’ ikel nutrittiv

Il-fattur ta’ tossiċità Akuta (TFakuta) jkun il-medjan l-iktar baxx ikkalkulat ġewwa l-livelli tal-katina ta’ ikel nutrittiv.

It-TFakuta għandu jintuża meta jkun ikkalkulat il-kriterju tal-volum kritiku tas-sustanza ddilwita.

Fattur ta’ Sigurtà:

Il-Fattur ta’ Sigurtà (SF) jkun jiddependi fuq kemm livelli tal-katina ta’ ikel nutrittiv jkunu ttestjati, u fuq jekk ir-riżultati tal-fatturi kroniċi jkunux disponibbli jew le. L-SF jkun iddeterminat kif ġej:

Data

Fattur ta’sigurtà (SF)

Fattur ta’ tossiċità (TF)

1 perijodu qasir L(E)C50

10 000

Tossiċità/10 000

2 perijodi qosra L(E)C50 minn speċi li jirrappreżentaw żewġ livelli tal-katina ta’ ikel nutrittiv (ħut u/jew krustaċji u/jew alka)

5 000

Tossiċità/5 000

Mill-inqas perijodu qasir L(E)C50 minn kull wieħed minn tliet livelli tas-sett bażiku 1

1 000

Tossiċità /1 000

Perijodu twil wieħed NOEC2 (ħut jew krustaċji)

100

Tossiċità /100

Żewġ perijodi twal NOEC minn speċi li jirrappreżentaw żewġ livelli tal-katina ta’ ikel nutrittiv (ħut u/jew krustaċji u/jew alka)

50

Tossiċità/50

Perijodu twil NOEC minn għall-inqas tliet speċi (normalment ħut, krustaċji u alka) li jirrappreżentaw tliet livelli tal-katina ta’ ikel nutrittiv

10

Tossiċità/10

Is-sett bażiku biex tkun ittestjata t-tossiċità tas-sustanzi b’relazzjoni għall-organiżmi akwatiċi jikkonsisti f’ħut, dafnja u alka.

Fatturi ta’ degradazzjoni

Il-Fattur ta’ Degradazzjoni huwa ddefinit kif ġej:

Tabella 1. Fattur ta’ degradazzjoni (DF)

 

DF

Bijodegradabbli malajr (***)

0,05

Bijodegradabbli mhux malajr (****)

0,15

Bijodegradabbli b’mod inerenti

0,5

Persistenti

1

Bijodegradabilità anerobika

L-ingredjent irid ikun ikklassifikat f’waħda mill-kategoriji ta’ taħlitiet ta’ elementi (compounds) li ġejjin:

Kategorija

Tikketta

Mhux bijodegradabbli b’mod anerobiku, jiġifieri ttestjat u misjub mhux bijodegradabbli.

N

Bijodegradabbli b’mod anerobiku i.e. jiġifieri ttestjat u misjub bijodegradabbli jew mhux ittestjat iżda pprovat hekk permezz ta’ kunsiderazzjonijiet b’analoġija eċċ.

Y

Mhux ittestjat għall-bijodegradabilità anerobika

0

Bijodegradabilità aerobika

L-ingredjent irid ikun ikklassifikat f’waħda mill-kategoriji ta’ taħlitiet ta’ elementi (compounds) li ġejjin:

Kategorija

Tikketta

Bijodegradabbli malajr

R

Bijodegradabbli b’mod inerenti, iżda mhux bijodegradabbli malajr

I

Persistenti

P

Mhux ittestjat għall- bijodegradabilità aerobika

O

Ingredjenti inorganiċi insolubbli

Jekk ingredjent inorganiku jkollu solubilità ta’ l-ilma baxxa ħafna, jew ma jkunx solubbli fl-ilma dan irid ikun indikat fid-dokumentazzjoni ppreżentata.


(*)  Jekk l-ebda data aċċettabbli dwar tossiċità kronika ma kienu nstabu, dawn il-kolonni jkunu vojta. F’dak il-każ TF(kronika) tkun iddefinita bħala ekwivalenti għal TF(akuta).

(**)  Bħala regola ġenerali l-appllikanti għal-liċenzja jridu jużaw id-data fil-lista. Il-fwejjaħ u ż-żebgħa huma eċċezzjonijiet. Jekk id-data tat-tossiċità jkunu ppreżentati mill-applikant għal- liċenzja id-data ppreżentati għandhom jintużaw biex ikun ikkalkulat it-TF u tkun iddeterminata d-degradabilità. Jekk le, għandhom jintużaw il-valuri fil-lista.

(1)  

(#)

Minħabba n-nuqqas ta’ riżultati tat-tossiċità it-TF kien ikkalkulat bħala l-medja tal-valuri ta’ C 12/14 Alkyl sulphate (AS) u C 16/18 Alkyl sulphate (AS).

(2)  

(§)

5-Chloro-2-Methyl-4-isothiazolin-3-one u 2-Methyl-4-isothiazolin-3-one f’taħlita 3: 1

(***)  Is-surfactants kollha jew ingredjenti oħra li jkunu jikkonsistu f’serje ta’ ħwejjeġ omologi u li jkunu jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ degradazzjon finali tat-test, għandhom ikunu inklużi f’din il-kategorija mingħajr ma jingħata kas ta’ l-osservanza tal-kriterju tal-perijodu ta’ għaxart ijiem.

(****)  il-kriterju ta’ perijodu ta’ għaxart ijiem mhux issodisfatt.

Għall-ingredjenti inorganiċi id-DF huwa ffissat skond ir-rata ta’ degradazzjoni osservata. Jekk l-ingredjent jiddegrada fi żmien ħamest ijiem: DF = 0,05, fi żmien 15-il jum: DF = 0,15 jew within 50 jum: DF = 0,5.

Appendiċi II

Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità anerobika

Wieħed jista’ jsegwi l-proċedura li ġejja biex jipprovdi d-dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità anerobika meħtieġa fil-każ ta’ l-ingredjenti li ma jkunux elenkati fil-lista DID.

Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati ta’ testijiet miksuba minn materja prima waħda biex testrapola d-degradabilità anerobika finali ta’ surfactants relatati b’mod strutturali. Jekk id-bijodegradabilità anerobika tkun ġiet ikkonfermata għas-surfactant (jew grupp ta’ ħwejjeġ omologi) skond il-lista DID (Appendiċi I), wieħed ikun jista’ jassumi li tip simili ta’ surfactant ikun ukoll bijodegradabbli b’mod anerobiku (per eżempju, is-sulfat C12-15 A 1-3 EO (DID Nru 8) huwa bijodegradabbli b’mod anerobiku, u wieħed ikun jista’ jassumi bijodegradabilità anerobika simili għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Jekk il-bijodegradabilità anerobika tkun ġiet ikkonfermata għas-surfactant bl-użu ta’ metodu ta’ test xieraq, wieħed ikun jista’ jassumi li tip simili ta’ surfactant ikun ukoll bijodegradabbli b’mod anerobiku (per eżempju, data minn dokumentazzjoni li jikkonfermaw il-bijodegradabilità anerobika tas-surfactants li jagħmlu parti mill-grupp ta’ melħ ta’ l-ammonju ta’ l-ester alkiliku jistgħu jintużaaw bħala dokumentazzjoni għall-bijodegradabilità anerobika simili ta’ melħ ta’ l-ammonju tat-tip kwaternarju li jkun fih konnessjonijiet ta’ ester fil-katina/i alkilika(ċi)).

Eżamina għad-degrabilità anerobika. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, eżamina billi tuża t-test OECD 311, ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988) jew metodu ekwivalenti.

Ittestja d-degradabilità b’dożaġġ baxx. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, u fil-każ ta’ problemi sperimentali fit-test ta’ l-eżami (per eżempju, inibizzjoni minħabba t-tossiċità tas-sustanza tat-test), irripeti l-ittestjar billi tuża dożaġġ baxx ta’ surfactant u mmonitorja d-degradazzjoni bil-kejl 14C jew analiżi kimika. L-ittestjar b’dożaġġ baxx jista’ jitwettaq bl-użu ta’ OECD 308 (24 ta’ April 2002) jew metodu ekwivalenti sakemm ikunu applikati kondizzjonijet anerobiċi stretti. L-ittestjar u l-interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet għandhom jitmexxew minn espert indipendenti.

Appendiċi III

Il-qafas għat-test tar-rendiment

L-iskop tat-test tar-rendiment huwa li wieħed jipparaguna l-efikaċja u l-miżura ta’ tindif tal-prodott li jitqiegħed għat-test mal-prodott ta’ referenza. Il-qafas jippermetti firxa wiesgħa ta’ proċeduri ta’ ttestjar sakemm ir-rekwiżiti ta’ hawn taħt ikunu parti mill-proċedura tat-test. Fit-test, il-ħasil jista’ jsir bl-idejn jew, b’mod alternattiv, tista’ titqabbad magna biex tagħmel ix-xogħol mekkaniku. It-test jista’ jew jinvolvi l-ħasil tar-reċipjenti tax-xaqquf, eż. dixxijiet u platti, jew jistgħu jintużaw testijiet li ma jinvolvux reċipjenti tax-xaqquf.

IN-NUMRU TA’ TESTIJIET

L-ittestjar irid isir fuq serje ta’ ħames sessjonijiet li fihom il-prodotti li jitqiegħdu għat-test u dawk ta’ referenza jkunu kull darba pparagunati ma’ xulxin. Kull sessjoni għandha għalhekk tkun tikkonsisti f’żewġ sotto-testijiet: wieħed għall-prodott li jitqiegħed għat-test u wieħed għall-prodott ta’ referenza. Barra l-għaxar sotto-testijet irid mill-inqas isir test addizzjonali li fih ma jintużax id-diterġent għall-ħasil tal-platti bl-idejn (test ta’ l-ilma). Dan it-test irid juri li r-riżultati tal-metodu ta’ test magħżul jikkonfermaw li l-prodott li jitqiegħed għat-test ikun inaddaf aħjar mill-ilma pur.

IL-PARAMETRI TA’ L-ILMA

Irid jintuża l-istess volum ta’ ilma fis-sotto-testijiet kollha. Il-volum irid ikun iddeterminat f’litri sa punt deċimali wieħed.

Il-kontenut ta’ minerali fl-ilma (water hardness), speċifikat f’OdH, u l-proporzjon ta’ kalċju-manjesju jridu jkunu magħrufa.

It-temperatura ta’ l-ilma trid tkun l-istess għas-sotto-testijiet kollha. Hija għandha titkejjel fil-bidu u tinżamm kostanti matul it-test. Madankollu, tnaqqis fit-temperatura matul it-test huwa aċċettabbli, jekk l-istess tnaqqis fit-temperatura jkun iddokumentat għas-sotto-testjiet kollha.

IL-PARAMETRI TAL-PRODOTT LI JITQIEGĦED GĦAT-TEST U DAK TA’ REFERENZA

Il-prodott ta’ referenza jista’ jkun jew prodott li jinbiegħ ħafna fis-suq jew formulazzjoni ġenerika.

Jekk jintuża l-prodott li jinbiegħ ħafna fis-suq huwa għandu jkun wieħed mit-3 jew 4 prodotti bl-ogħla volum ta’ bejgħ fis-suq fir-reġjun, fejn il-prodott eko-ttikkettjat jkun se jitqiegħed fis-suq. Barra minn dan, il-prodott ta’ referenza li jkun jinbiegħ ħafna fis-suq irid ikun approvat mill-Entità Kompetenti, u l-isem tal-prodott irid ikun disponibbli għall-pubbliku.

Jekk jintuża l-prodott ta’ referenza, huwa jrid ikollu kompożizzjoni, li tkun rappreżentattiva tal-prodotti fis-suq. Barra minn dan, il-prodott ta’ referenza ġenerika jrid ikun approvat mill-Èntità Kompetenti u l-formulazzjoni eżatta trid tkun disponibbli għal kulħadd bla ħlas.

Id-dożaġġ tal-prodott li jitqiegħed għat-test u tal-prodott ta’ referenza għandu jkun id-dożaġġ irrakkomandat fit-testijiet kollha, normalizzat għall-volum ta’ ilma speċifikat u miżun fi grammi sa punt wieħed deċimali. Jekk l-ebda dożaġġ irrakkomandat ma jkun iddikjarat għall-prodott ta’ referenza, irid jintuża l-istess dożaġġ kemm għall-prodott li jitqiegħed għat-test kif ukoll għall-prodott ta’ referenza.

Jekk jingħata interval għad-dożaġġ, fit-test għandu jintuża d-dożaġġ l-iktar baxx li jkun irrakkomandat.

Id-diterġent irid jitħallat u jinħall kompletament fl-ilma.

IL-PARAMETRI TAL-ĦMIEĠ

Irid jintuża mill-inqas tip wieħed ta’ ħmieġ, li jkun jikkonsisti primarjament f’xaħam ta’ l-annimali u xaħam veġetali li jkun għadu frisk.

L-istess ħmieġ irid jintuża għas-sotto-testijiet kollha.

L-oriġini jew il-kompożizzjoni kimika tal-ħmieġ, eż. żejt taż-żebbuġa, xaħam taċ-ċanga, eċċ., trid tkun deskritta fid-dettal.

Il-ħmieġ irid ikun omoġenju u ta’ konsistenza uniformi.

Irid ikun ippreparat biżżejjed ħmieġ fi kwantità waħda biex iservi għat-test intier.

Il-kwantità ta’ ħmieġ li jkun applikat fuq il-wiċċ, eż. platti jew dixxijiet, jew fl-ilma tal-ħasil trid tkun l-istess fis-sotto-testijiet kollha u tintiżen fi grammi sa punt wieħed deċimali.

IL-PROĊEDURA TAT-TEST

Il-prodotti li jitqiegħdu għat-test u l-prodotti ta’ referenza jridu jibqgħu anonimi għall-persuna li tkun qed twettaq jew persuni li jkunu qed iwettqu t-test.

L-elementi u l-istadji inklużi f’kull sotto-test iridu jkunu deċiżi bil-quddiem u jridu jkunu identiċi għal kull sotto-test.

It-temperatura u l-umdità relattiva tal-kamra jridu jitkejlu u jinżammu kostanti fis-sotto-testijiet kollha.

Trid tkun iddeterminata bil-quddiem proċedura fissa għal-applikazzjoni tal-ħmieġ li tippermetti żmien biżżejjed biex huwa jinxef.

Trid tkun deskritta bil-quddiem proċedura fissa għall-ħasil tal-platti bl-idejn jew għat-tneħħija tal-ħmieġ bil-magna.

Iridu jsiru mill-inqas ħames sotto-testijiet kemm fuq il-prodott li jitqiegħed għat-test kif ukoll fuq il-prodott ta’ referenza, u mill-inqas test wieħed irid isir bl-ilma mingħajr iż-żieda ta’ diterġent.

L-ISTIMA TAL-MIŻURA

It-test irid ikun kapaċi li jiġġenera riżultati li jipprovdu l-kejl tal-miżura ta’ tindif. Il-miżura trid tkun espressa fi grammi ta’ ħmieġ imneħħi kull 5 litri ta’ ilma qabel ma jintlaħaq il-punt ta’ saturazzjoni li jkun ġie ddefinit minn qabel. Il-punt ta’ saturazzjoni jista’ jkun per eżempju meta ma jkunx osservat iktar l-effett tat-tindif, meta l-ħmieġ ikun jgħum f’wiċċ l-ilma, meta s-saff tar-ragħwa ma jkunx jgħatti l-wiċċ kompletament, jew meta ma jkunx hemm ragħwa tidher.

L-ISTIMA TA’ L-INDAFA

It-test irid ikun kapaċi li jiġġenera riżultati li jipprovdu l-kejl ta’ l-indafa. L-indafa tista’ titkejjel viżwalment, ottikament jew permezz ta’ metodu ieħor rilevanti. Il-metodu ta’ kejl, li possibbilment ikun jinkludi sistema ta’ punti, irid ikun deċiż bil-quddiem.

IL-PARAGUN

Ir-riżultat pożittiv ta’ sezzjoni ta’ testijiet jinkiseb meta l-effikaċja u l-indafa fir-rigward ta’ prodott li jitqiegħed għat-test ikunu daqstant tajbin jew aħjar meta pparagunati ma’ dawk tal-prodott ta’ referenza.

Il-prodott li jitqiegħed għat-test jitqies li jkun issodisfa r-rekwiżiti tar-rendiment meta r-riżultati pożittivi jinkisbu f’mill-inqas 80 % tas-sezzjonijiet ta’ testijiet. Bħala mod alternattiv, l-applikant jista’ juża metodi statistiċi u juri b’medda ta’ fiduċja unilaterali ta’ 95 % li l-prodott li jitqiegħed għat-test ikun daqstant tajjeb jew aħjar mill-prodott ta’ referenza f’mill-inqas 80 % tas-sessjonijiet ta’ testijiet.

Wieħed għandu wkoll juri li l-prodott li jitqiegħed għat-test ikollu effikaċja fit-tindif aħjar minn dik ta’ l-ilma pur.

ID-DOKUMENTAZZJONI

It-testijiet kollha jridu jkunu rrappurtati skond l-ispeċifikazzjoni li ġejja. Ir-rapport irid jinkludi l-punti li ġejjin:

Id-deskrizzjoni tal-mod kif il-prodotti li tqiegħdu għat-test u dawk ta’ referenza nżammu anonimi mill-persuna li wettqet jew persuni li wettqu t-test.

L-ispeċifikazzjoni tat-temperatura u l-umdità fil-kamra tat-test u d-dettalji li jiddiskrivu kif il-persuna li wettqet it-test assigurat jew il-persuni li wettqu t-test assiguraw li dawn il-kondizzjonijiet inżammu kostanti fis-sotto-testijiet kollha.

Id-deskrizzjoni tal-kompożizzjoni tal-ħmieġ u tal-proċedura wżata biex ikun żgurat li l-ħmieġ kien ta’ konsistenza omoġenja u uniformi.

L-ispeċifikazzjoni tal-kontenut ta’ minerali fl-ilma, u kif dan inkiseb, u l-ispeċifikazzjoni tal-proporzjon kalċju-manjesju.

L-ispeċifikazzjoni tal-kwantità ta’ ilma wżat fis-sotto-testijiet u l-ispeċifikazzjoni ta’ kif ir-rekwiżit tat-temperatura ta’ l-ilma kien issodisfatt.

L-ispeċifikazzjoni tar-riżultati ta’ l-użin tad-diterġent għall-ħasil tal-platti bl-idejn f’kull sotto-test u d-deskrizzjoni tal-proċedura għat-taħlil tal-prodott fl-ilma.

Id-deskrizzjoni tal-proċedura biex jiżdied il-ħmieġ mal-wiċċ (eż. platti jew dixxijiet) jew fl-ilma tal-ħasil.

L-ispeċifikazzjoni tar-riżultati ta’ l-użin tal-ħmieġ f’kull sotto-test.

Id-deskrizzjoni ta’ l-elementi u l-istadji l-oħra f’kull sotto-test individwali.

Id-deskrizzjoni ta’ kif kienu tkejlu l-effikaċja u l-indafa.

Id-data mhux analizzati mis-sessjonijiet kollha ta’ testijiet iddikjarati f’termini ta’ effikaċja u ndafa.

Ir-riżultati finali li jkunu jinkludu r-riżultati tat-testijiet ta’ l-ilma (li ma jintuża l-ebda diterġent fih) u jekk ikun japplika, il-valutazzjoni statistika tad-data.

Nota dwar it-testijiet disponibbli

It-test tar-rendiment IKW “Rakkomandazzjoni għall-Valutazzjoni tal-Kwalità tar-Rendiment fit-Tindif mid-Diterġenti għall-Ħasil tal-Platti bl-Idejn” (Nitsch, C. & Hüttmann, G. SÖFW-Journal, 128, Jahrgang 5, 2002) u t-test CHELAB “Diterġenti likwidi għall-ħasil: Valutazzjoni tar-rendiment komparattiv fit-tneħħija tal-ħmieġ” (Metodu intern CHELAB Nru 0357) jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan il-qafas sakemm ikun inkluż l-ittestjar ta’ l-indafa.

It-test tar-rendiment mill-Informazzjoni għall-Konsumaturi Daniżi (“Ittestjar ta’ diterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn”; it-titlu Daniż: “Undersøgelse af håndopvaskemidler med FI smuds”, 2003) jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-qafas sakemm ikun inkluż l-ittestjar tal-miżura tad-tindif.

It-test tar-rendiment minn CTTN-IREN, “Effiċjenza fil-ħasil u l-forza li jtella’ r-ragħwa mal- ħmieġ/Test tal-Ħasil tal-Platti” (CTTN-IREN — BP41-69131 Ecully CEDEX, Franza) jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-qafas sakemm in-numru ta’ testijiet preskritt mill-qafas ikun qiegħed jitwettaq.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

270


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ April 2005

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-ekotikketta tal-Komunità lil-lubrikanti

(notifikat bid-dokument numru C(2005) 1372)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/360/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li stabbilixxa l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta ta' l-għoti ta’ l-ekotikketta Komunitarja (1), u, b’mod partikolari, l-Artikolu 6 tiegħu.

Wara li kkonsultat il-Bord ta’ l-Ekotikketti ta’ l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, l-ekotikketta tal-Komunità tista’ tingħata lil prodott li jkollu karatteristiċi li jippermettulu li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal titjib fir-rigward ta’ aspetti ambjentali sinifikanti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jistipula li ċerti kriterji speċifiċi ta’ l-ekotikketta, imħejjija skond il-kriterji abbozzati mill-Bord ta’ l-Ekotikketti ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti skond il-grupp ta’ prodotti.

(3)

Billi l-użu tal-lubrikanti jista’ jkun perikoluż għall-ambjent minħabba, per eżempju, it-tossiċità akwatika tagħhom jew il-bijoakkumulazzjoni tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti kriterji ekoloġiċi addattati.

(4)

L-impatt ambjentali jista’ jiġi kkunsidrat negliġibbli f’każ ta’ sustanzi inklużi fil-lubrikanti li, meta jiġu applikati, jibdlu n-natura kimika tagħhom u ma jkunx hemm aktar il-ħtieġa li jiġu kklassifikati skond id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifika, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta’ preparazzjonijiet perikolużi (2). Għalhekk, il-kriterji ta’ l-ekotikketti m’għandhomx japplikaw għal dawk is-sustanzi fejn inqas minn 0,1 % tas-sustanzi fil-parti ttrattata jibqgħu fil-forma ta’ qabel.

(5)

Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati, għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ 4 snin.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat maħtur skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta’ prodotti “lubrikanti” (ċitati bħala “prodott” f’dan id-dokument) għandu jinkludi żjut idrawliċi, griż, żjut għaċ-chainsaws, żjut two-stroke, aġenti biex il-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikanti total loss oħrajn, għall-użu mill-konsumaturi u utenti professjonali.

Artikolu 2

1.   Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a)

“Lubrikant” tfisser preparazzjoni magħmula minn fluwidi bażiċi u additivi;

(b)

“Fluwidu bażiku” tfisser fluwidu lubrifikant li l-karatteristiċi tal-fluss, kemm jibqa' tajjeb matul iż-żmien u r-reżistenza għall-kedd, kif ukoll il-karatteristiċi fir-rigward tas-sospensjoni tal-kontaminanti ma ġewx imtejba permezz ta’ l-additivi;

(c)

“Sustanza li tgħaqqad” tfisser sustanza fil-fluwidu bażiku użata biex tgħaqqad jew timmodifika r-reoliġija ta’ fluwidu jew griż lubrifikanti;

(d)

“Komponent ewlieni” tfisser kull sustanza li tagħmel aktar minn 5 % tal-lubrikant bħala piż;

(e)

“Addittiv” tfisser sustanza li l-funzjoni ewlenija tagħha hija titjib tal-karatteristiċi tal-fluss, kemm jibqa' tajjeb matul iż-żmien u r-reżistenza għall-kedd jew it-titjib tas-sospensjoni kontaminanti;

(f)

“Griż” tfisser preparazzjoni solida jew semisolida magħmula minn aġent li jgħaqqad f’lubrikant likwidu.

2.   Fil-każ tal-griż, jistgħu jiġu inklużi ingredjenti oħrajn li jagħtuh karatteristiċi speċjali.

Artikolu 3

Sabiex tingħata l-ekotikketta tal-Komunità għal-lubrikanti skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, il-lubrikant irid ikun inkluż fil-grupp ta’ prodotti “lubrikanti” u jrid ikun konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Il-kriterji għandhom japplikaw għal prodott magħmul frisk fil-ħin tal-konsenja.

Meta l-kriterji jiġu formulati fil-livell tas-sustanzi kostitwenti, dawn il-kriterji għandhom japplikaw għal sustanzi miżjuda apposta u li jagħmlu aktar minn 0,1 % tal-prodott u wara li tkun saret kull reazzjoni kemikali bejn is-sustanzi mħallta biex jipprovdu l-preparazzjoni lubrikanti.

Madankollu, il-kriterji m’għandhomx japplikaw għal sustanzi li, ma’ l-applikazzjoni, ibiddlu n-natura tagħhom b’tali mod li tispiċċa l-ħtieġa tal-klassifika skond id-Direttiva 1999/45/KE u meta inqas minn 0,1 % tas-sustanzi fil-parti ttrattata jibqgħu fil-forma ta’ qabel l-applikazzjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “lubrikanti”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati, għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ 4 snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi allokat lill-grupp ta’ prodotti “lubrikanti” għandu jkun “27”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ April 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KEE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).


ANNESS

QAFAS

L-għanijiet tal-Kriterji

Dawn il-kriterji għandhom l-iskop, b’mod partikolari, li jippromwovu dawk il-prodotti li:

jagħmlu inqas ħsara fl-ilma u l-ħamrija waqt l-użu; u

iwasslu għal inqas emissjonijiet ta’ CO2.

Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika

Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-valutazzjoni u l-verifika huma indikati f’kull kriterju.

Meta l-applikant jintalab jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet jew xi provi oħrajn li juru l-konformità mal-kriterji, huwa aċċettat li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/i tiegħu/tagħhom, skond kif ikun il-każ. Il-fornitur ta’ l-addittiv, pakkett ta’ addittivi jew fluwidu bażiku jista’ jipprovdi l-informazzjoni direttament lill-Entità Kompetenti.

Meta jkun xieraq, metodi ta’ l-ittestjar li mhumiex dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk l-Entità Kompetenti li tivvaluta l-applikazzjoni taċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Meta jkun xieraq, Entitajiet Kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqui verifiki indipendenti.

Huwa rakkomandat li l-Entitajiet Kompetenti jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ ġestjoni ambjentali rikonoxxxuti, bħall-EMAS jew l-EN ISO14001, meta jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jimmonitorjaw il-konformità mal-kriterji.

(Nota bene: l-implimentazzjoni ta’ tali skemi ta’ ġestjoni mhix tassattiva).

KRITERJI

1.   Frażijiet-R li jindikaw periklu għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem

Il-prodott ma jistax ikun ġie allokat xi frażi-R, fil-ħin meta ssir l-applikazzjoni għall-ekotikketta, li tindika xi periklu għall-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem skond id-Direttiva 1999/45/KE. Il-frażijiet-R li ġejjin huma meqjusa rilevanti għal dan il-grupp ta’ prodotti:

R20, R 21, R 22, R 23, R 24, R 25, R 26, R 27, R 28, R 33, R 34, R 35, R 36, R 37, R 38, R 39, R 40, R 41, R 42, R 43, R 45, R 46, R 48, R 49, R 50, R 51, R52, R 53, R 59, R 60, R 61, R 62, R 63, R 64, R 65, R 66, R 67, R 68, u kombinamenti tagħhom.

Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 1

Il-konformità mal-kriterju 1 għandha tiġi dikjarata bil-miktub u ffirmata mill-kumpanija applikanti.

Il-komponenti ewlenin kollha inklużi fil-prodott għandhom jiġu dikjarati mingħajr l-ebda ambigwità, bl-ismijiet tagħhom u, meta jkun applikabbli, in-numri EINECS jew ELINCS u l-konċentrazzjoni li jintuzaw fihom.

Il-manifattur tal-prodott għandu jipprovdi:

Fuljett ta’ Tagħrif dwar is-Sigurtà tal-prodott (li jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kummissjoni 91/155/KEE (1)).

Fuljetti ta’ Tagħrif dwar is-Sigurtà tal-fornituri applikanti (li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 91/155/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2)) għal kull komponent ewlieni.

Għandu jkun hemm tagħrif disponibbli biżżejjed li jippermetti l-valutazzjoni tal-perikli ambjentali (indikati mill-frażijiet-R: R 50, R 50/53, R 51/53, R 52, R 52/53, R 53), tal-prodott skond id-Direttivi 91/155/KEE u 1999/45/KE.

Il-valutazzjoni ta’ prodott fir-rigward tal-perikli għall-ambjent għandha ssir permezz ta’ metodi konvenzjonali kif indikat fl-Anness III tad-Direttiva 1999/45/KE. Madankollu, kif imfisser fil-parti C ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva, ir-riżultati ta’ l-ittestjar tal-preparazzjoni (jew il-preparazzjoni tal-prodott jew il-pakkett ta’ additivi) bħala tali jistgħu jintużaw biex tiġi modifikata l-klassifika fir-rigward tat-tossiċità akwatika li kienet tinkiseb kieku jkun intuża l-metodu konvenzjonali.

2.   Rekwiżiti Addizzjonali dwar it-Tossiċità Akwatika

L-applikant għandu juri l-konformità billi jissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterju 2.1 jew tal-kriterju 2.2.

Kriterju 2.1.   Rekwiżiti dwar il-preparazzjoni u l-komponenti ewlenin

Għandu jingħata tagħrif dwar it-tossiċità akwatika ta’:

il-preparazzjoni; u

il-komponenti ewlenin.

Il-konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akwatika ta’ kull komponent ewlieni għandha tkun mill-inqas 100 mg/l. It-test għandu jsir fuq l-alka u d-dafnja (OECD 201 u 202).

Fil-każ taż-Żjut Idrawliċi, il-konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akwatika għandha tkun mill-inqas 100 mg/l.

Fil-każ tal-griż, żjut għaċ-chainsaws, aġenti biex l-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikanti total loss oħrajn, il-konċentrazzjoni kritika għat-tossiċità akwatika għandha tkun mill-inqas 1 000 mg/l.

Il-griż jista’ jiġi valutat bil-provvediment ta’ tagħrif dwar il-preparazzjoni u l-komponenti ewlenin biss jekk is-sustanza li tgħaqqad turi sinjali ta’ bijodegradazzjoni aħħarija (ara l-kriterju 3) jew bijodegradazzjoni inerenti skond:

bijodegradazzjoni > 70 % fit-test OECD 302 għall-bijodegradazzjoni inerenti jew metodi ta’ l-ittestjar ekwivalenti, jew

bijodegradazzjoni > 20 % iżda < 60 % wara 28 jum fit-testijiet OECD 301 ibbażati fuq it-tnaqqis ta’ l-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu karboniku, jew

bijodegradazzjoni > 60 % fl-ISO 14593 (“Test CO2 headspace”).

It-test tal-preparazzjoni għandu jsir fuq it-tliet gruppi ta’ l-ispeċje kollha (OECD 201, 202 u 203).

It-Tabella 1 fiha sommarju tar-rekwiżiti għas-sottogruppi differenti tal-prodott skond il-kriterju 2.1.

Tabella 1

Rekwiżiti dwar it-tossiċità akwatika tas-sottogruppi differenti tal-prodott — Rekwiżiti dwar it-tagħrif fuq il-preparazzjoni u l-komponenti ewlenin

Kriterju 2.1

Fluwidi idrawliċi

Griż (*)

Żjut taċ-chainsaws, aġenti biex il-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikanti total loss oħrajn

Żjut two-stroke

Tossiċità akwatika għall-prodott formulat kompletament fit-tliet testijiet tat-tossiċità akuta kollha OECD 201, 202 u 203

≥ 100 mg/l

≥ 1 000 mg/l

≥ 1 000 mg/l

≥ 1 000 mg/l

Tossiċità akwatika għal kull komponent ewlieni individwali fl-OECD 201 u 202

≥ 100 mg/l

≥ 100 mg/l

≥ 100 mg/l

≥ 100 mg/l

Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 2.1

Għandhom jiġu ppreżentati rapporti li jinkludu t-tagħrif dwar it-tossiċità akwatika tal-preparazzjoni u l-komponenti ewlenin kollha billi jsir użu jew mill-materjali eżistenti mir-reġistrazzjonijiet jew testijiet ġodda, li jippermettu li tintwera l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella 1.

It-tossiċità akwatika tal-preparazzjoni għandha tiġi determinata skond l-OECD 201, 202 u 203 jew metodi ekwivalenti.

It-tossiċità akwatika ta’ kull komponent ewlieni individwali għandha tiġi determinata skond l-OECD 201 u 202 jew metodi ekwivalenti.

Kriterju 2.2.   Rekwiżiti dwar kull sustanza kostitwenti

Għandu jiġi pprovdut tagħrif dwar kull sustanza kostitwenti miżjuda mal-prodott bi ħsieb. Sustanza jew sustanzi li juru ċertu grad ta’ tossiċità akwatika huma permessi fil-lubrikant sa konċentrazzjoni kumulattiva bħala massa kif indikat fit-tabella 2.

Tabella 2

Rekwiżiti dwar it-tossiċità akwatika tas-sottogruppi differenti tal-prodott — Rekwiżiti dwar it-tagħrif fuq kull sustanza kostitwenti

Kriterju 2.2

Konċentrazzjoni kumulattiva bħala massa tas-sustanzi li jinsabu fil

Tossiċità akwatika

Fluwidi idrawliċi

Griż

Żjut taċ-chainsaws, aġenti biex il-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikanti total loss oħrajn

Żjut two-stroke

10 mg/l < Tossiċità akuta  (**) ≤ 100 mg/l jew 1 mg/l < NOEC ≤ 10 mg/l

≤ 20

≤ 25

≤ 5

≤ 25

1 mg/l < Tossiċità akuta (**) ≤ 10 mg/l jew 0,1 mg/l < NOEC ≤ 1 mg/l

≤ 5

≤ 1

≤ 0,5

≤ 1

Tossiċità akuta* < 1 mg/l  (**) jew NOEC ≤ 0,1 mg/l

≤ 1

≤ 0,1

≤ 0,1

≤ 0,1

Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 2.2

Għandhom jiġu ppreżentati rapporti li jinkludu t-tagħrif dwar it-tossiċità akwatika ta’ kull sustanza kostitwenti billi jsir użu jew mill-materjali eżistenti mir-reġistrazzjonijiet jew testijiet ġodda, li juru l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella 2.

It-tossiċità akwatika ta’ kull sustanza kostitwenti għandha tiġi determinata skond l-OECD 201 u 202 jew metodi ekwivalenti.

Valutazzjoni u verifika taż-żewġ kriterji 2.1 u 2.2

Fil-każ ta’ komponenti li huma ftit solubbli (< 10 mg/l) jista’ jintuża l-metodu tal-Frazzjoni Akkomodata mill-Ilma (WAF) għad-determinazzjoni tat-tossiċità akwatika. Il-metodi tat-tagħbija stabbilita, xi drabi ċitat bħala LL50 u relatat mal-kontenut letali, jista’ jintuża direttament fil-kriterji tal-klassifikazzjoni. Il-preparazzjoni ta’ Frazzjoni Akkomodata mill-Ilma għandha ssegwi r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti skond xi waħda mil-linji gwida li ġejjin; ECETOC Rapport Tekniku Nru 20 (1986), l-Anness III ta’ l-OECD 1992 301 jew id-Dokument ta’ Gwida ISO 10634, jew l-ASTM D6081-98 (“Standard practice for Aquatic Toxicity Testing for Lubricants: Sample Preparation and Results Interpretation or equivalent methods”).

M'hemmx il-ħtieġa li jsir studju tat-tossiċità akwatika fuq l-alka u d-dafnja (OECD 201 u 202) meta:

mhux probabbli li s-sustanza taqsam membrani bijoliġiċi MM > 800 jew dijametru molekulari > 1,5 nm (>15 Å);

is-sustanza ftit li xejn tkun tinħall fl-ilma (solubbiltà fl-ilma < 10 μg/l);

billi tali sustanzi mhumiex meqjusa li huma tossiċi għall-alka u d-dafnja fis-sistema akwatika.

Bl-istess mod, l-istudju dwar it-tossiċità akwatika akuta fuq id-dafnja (OECD 202) m’hemmx il-ħtieġa li jiġi kkunsidrat meta studju tat-tossiċità fuq termini ta’ żmien twal fuq id-Dafnja skond l-OECD 211 jew ekwivalenti jkun disponibbli.

Is-solubbiltà tas-sustanzi fl-ilma għandha tiġi determinata, fejn ikun jaqbel, skond l-OECD 105 (jew testijiet ekwivalenti).

Jekk tagħrif dwar it-tossiċità kronika (riżultati ta’ l-OECD 210 jew 211 jew metodi ekwivalenti) ikun disponibbli, dan jista’ jintuża minflok it-tagħrif dwar it-tossiċità akwatika akuta. In-nuqqas ta’ tagħrif dwar it-tossiċità akwatika għandu jiġi dikjarat bil-miktub u ffirmat mill-applikant.

3.   Bijodegradibbiltà u potenzjal ta’ bijoakkumulazzjoni

Il-prodott m’għandux ikun fih sustanzi li huma kemm:

mhux bijodegradibbli,

kif ukoll

(potenzjalment) bijoakkumulattivi.

Madankollu, il-prodott jista’ jkun fih sustanza jew sustanzi li juru ċertu grad ta’ degradibbiltà jew bijoakkumulazzjoni potenzjali jew attwali sa konċentrazzjoni kumulattiva bħala massa kif indikat fit-tabella 3.

Tabella 3

Rekwiżiti dwar il-bijodegradibbiltà u potenzjal ta’ bijoakkumulazzjoni

 

Il-konċentrazzjoni kumulattiva bħala massa tas-sustanzi

Bijodegradazzjoni

Fluwidi idrawliċi

Griż

Żjut taċ-chainsaws, aġenti biex il-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikanti total loss oħrajn

Żjut two-stroke

Mhux bijodegradibbli  (***)

≤ 5

≤ 10

≤ 5

≤ 10

Bijodegradibbli aerobikament b’mod inerenti

≤ 5

≤ 20

≤ 5

≤ 20

Finalment bijodegradibbli aerobikament

≥ 90

≥ 75

≥ 90

≥ 75

Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 3

Il-konformità għandha tintwera billi jiġi pprovdut it-tagħrif li ġej:

Rapporti li jinkludu t-tagħrif dwar il-bijodegradibbiltà ta’ kull sustanza komponenti jekk dan ma jkunx muri b’mod adegwat fil-fuljetti tas-sigurtà pprovduti għal kull sustanza.

Rapporti li jinkludi t-tagħrif dwar il-potenzjal bijoakkumulattiv ta’ kull sustanza komponenti:

fil-każ ta’ sustanzi mhux bijodegradibbli; u

fil-każ ta’ sustanzi tossiċi u tossiċi ħafna li huma faċilment bijodegradibbli (għal finijiet ta’ klassifikazzjoni).

Il-bijodegradibbiltà għandha tiġi determinata għal kull sustanza komponenti fil-prodott b’mod separat u permezz tal-metodi ta’ l-ittestjar speċifikati hawn taħt (jew testijiet ekwivalenti).

Sustanza titqies li hija finalment bijodegradibbli (aerobika) meta:

(1)

Fi studju tal-bijodegradibbiltà fuq 28 jum skond l-OECD 301 A-F jew testijiet ekwivalenti, jirriżultaw il-livelli ta’ bijodegradazzjoni li ġejjin:

Fit-testijiet OECD 301 ibbażati fuq il-karbonju organiku maħlul ≥ 70 %;

F’testijiet OECD 301 ibbażati fuq it-tnaqqis ta’ l-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-diossidu karboniku ≥ 60 % tal-massimu teoretiku.

(2)

Il-proporzjon BOD5/ThOD jew BOD5/COD ikun aktar minn 0,5.

Fit-test ta’ l-OECD il-prinċipju ta’ “apertura ta’ 10t ijiem” ma japplikax neċessarjament. Jekk is-sustanza tilħaq il-livell rikjest ta’ bijodegradazzjoni fi żmien 28 jum iżda mhux fl-“apertura ta’ 10t ijiem”, jitqis li hemm rata ta’ bijodegradazzjoni aktar baxxa.

Sustanza titqies li hija bijodegradibbli b’mod inerenti (aerobika) meta:

bijodegradazzjoni > 70 % fit-test OECD 302 għall-bijodegradazzjoni inerenti jew metodu ta’ l-ittestjar ekwivalenti, jew

bijodegradazzjoni > 20 % iżda < 60 % wara 28 jum fit-testijiet OECD 301 ibbażati fuq it-tnaqqis ta’ l-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu karboniku; jew

bijodegradazzjoni ≥ 60 % fl-ISO 14593 (“Test CO2 headspace”).

Sustanza li l-funzjoni ewlenija tagħha huwa t-tgħaqqid għandha titqies li hija aerobikament bijodegradibbli b’mod inerenti jekk turi bijodegradazzjoni ta’ aktar minn 20 % fl-OECD 302 C għall-bijodegradazzjoni b’mod inerenti jew metodi ta’ l-ittestjar ekwivalenti. Ir-rekwiżiti kollha dwar it-tossiċità akwatika mbagħad għandhom japplikaw għall-prodotti tad-degradazzjoni li ġie ppruvat b’mod xjentifiku li huma derivati mis-sustanza li tgħaqqad, wara l-espożizzjoni għall-ambjent akwatiku.

Sustanza mhix bijodegradibbli jekk ma tissodisfax il-kriterji tal-bijodegradibbiltà aħħarija jew b’mod inerenti.

Sustanza mhix bijoakkumulattiva jekk għandha MM > 800 jew dijametru molekulari > 1,5 nm (> 15 Å);

Sustanza li għandha MM < 800 jew dijametru molekulari < 1,5 nm (> 15 Å) mhix bijoakkumulattiva jekk:

il-koeffiċjent logaritmiku tal-“octanol water partition” ikun < 3 jew > 7; jew

il-BCF imkejjel ikun ≤ 100. Billi l-biċċa l-kbira tas-sustanzi użati fil-lubrikanti huma idrofobiċi b’mod sinifikanti, il-valur BCF għandu jkun ibbażat fuq il-kontentut tal-piż lipidu u għandha tingħata attenzjoni biex ikun hemm żmien ta’ espożizzjoni biżżejjed.

Metodi ta’ l-ittestjar

It-testijet li għandhom jiġu applikati għad-determinazzjoni tal-bijodegradibbiltà pronta huma l-OECD 301 serje A-F, jew l-ekwivalenti ta’ l-ISO u l-ASTM jew il-proporzjon BOD5/(ThOD jew COD. Il-proporzjon BOD5/(ThOD jew COD) jista’ jintuża biss jekk l-ebda tagħrif ibbażat fuq l-OECD 301 jew xi metodi ta’ l-ittestjar ekwivalenti ma jkunux disponibbli. Il-BOD5 għandu jiġi valutat skond C.5 (Dir. 92/69/KEE (3)) jew metodi ekwivalenti waqt li a-COD skond C.6 (Dir. 92/69/KEE) jew metodi ekwivalenti. Għad-determinazzjoni tal-bijodegradibbiltà inerenti għandhom jiġu applikati l-OECD 302 C jew metodi ta’ l-ittestjar ekwivalenti.

L-applikant jista’ juża wkoll tagħrif interpolat biex jistma l-bijodegradibbiltà ta’ xi sustanza. L-“interpolazzjoni” għall-valutazzjoni tal-bijodegradibbiltà ta’ xi sustanza tkun aċċettabbli jekk is-sustanza ta’ referenza tkun differenti bi grupp funzjonali wieħed jew framment mis-sustanza applikata fil-prodott. Jekk is-sustanza ta’ referenza tkun rispettivament bijodegradibbli b’mod inerenti u l-grupp funzjonali jkollu effett pożittiv fuq il-bijodegradibbiltà aerobika, is-sustanża applikata tista’ wkoll tiġi kkunsidrata li hija rispettivament bijodegradibbli b’mod inerenti. Gruppi funzjonali jew frammenti b’effett pożittiv fuq il-bijodegradazzjoni huma: L-alkoħol alifatiku u aromatiku [-OH], aċidu alifatiku u aromatiku [-C(=O)-OH], l-aldeħida [-CHO], l-Esteru [-C(=O)-O-C], l-amidu [-C(=O)-N of –C(=S)-N]. Għandha tiġi pprovduta dokumentazzjoni adegwata u affidabbli dwar l-istudju fuq is-sustanza ta’ referenza. Fil-każ ta’ tqabbil ma’ framment mhux inkluzi hawn fuq, dokumentazzjoni adegwata u affidabbli dwar l-istudji għandha tiġi pprovduta fuq l-effetti pożittivi tal-grupp funzjonali fuq il-bijodegradazzjoni ta’ sustanzi simili strutturalment.

Il-koeffiċjent logaritmiku tal-“octanol water partition” (log Kow) għandu jiġi valutat skond l-OECD 107, 117 jew l-abbozz ta’ 123 jew kwalunkwe metodu ta’ l-ittestjar ekwivalenti ieħor. Il-fattur ta’ bijokonċentrazzjoni (BCF) għandu jiġi valutat skond l-OECD 305.

Il-valuri Log Kow huma applikabbli biss għal sustamzi kemikali organiċi. Sabiex jiġi valutat il-potenżjal ta' bijoakkumulazzjoni ta' taħlitiet mhux organiċi, “surfactants” u xi taħlitiet organometalliċi, għandu jsir kejl BCF.

Jekk it-test ma jkunx jista’ jsir (per eż. s-sustanza tkun attiva ħafna fil-wiċċ ta’ l-ilma jew ma tkunx tinħall fl-ilma jew l-oktanol) għandu jiġi pprovdut valur ikkalkulat għal-Log Kow kif ukoll dettalji dwar il-metodu tal-kalkulazzjoni.

Il-metodi ta’ kalkulazzjoni li ġejjin huma aċċettati għal-log Kow: CLOGP għal log Kow bejn 0 u 9, LOGKOW (KOWWIN) għal log Kow bejn -4 u 8, AUTOLOGP għal log Kow ta' aktar minn 5 kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1488/94 (4), li huwa appoġġjat minn dokument tekniku ta’ gwida (TGD).

4.   Esklużjoni ta’ sustanzi speċifiċi

Is-sustanzi inklużi fil-lista tal-Komunità ta’ sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika dwar l-ilma u l-Lista ta’ Sustanzi Kemikali għal Azzjoni Prijoritarja ta’ l-OSPAR, it-tnejn ċitati fil-verżjoni applikabbli f’Diċembru ta’ l-2004, m’għandhomx jiġu miżjuda bi ħsieb bħala ingredjent fi prodott eliġibbli għall-ekotikketta Ewropea.

Taħlitiet ta’ aloġenu organiku u taħlitiet tan-nitritu m’għandhomx jiġu miżjuda bi ħsieb bħala ingredjent fi prodott eliġibbli għall-ekotikketta Ewropea.

Metalli jew taħlitiet ta’ metalli m’għandhomx jiġu miżjuda bi ħsieb bħala ingredjent fi prodott eliġibbli għall-ekotikketta Ewropea bl-eċċezzjoni tas-sodju, il-potassju, il-manjesju u l-kalċju. Fil-każ tas-sustanzi li jgħaqqdu, jistgħu jintużaw ukoll taħlitiet tal-litju u/jew ta’ l-aluminju sa livelli ta’ konċentrazzjoni limitati minn kriterji oħrajn inklużi f’dan l-Anness.

Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 4

Il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi dikjarata bil-miktub u ffirmata mill-applikant.

5.   Materji primi li jiġġeddu

Il-prodott formulat għandu jkun fih kontenut tal-karbonju miksub minn materji primi li jiġġeddu li għandu jkun:

≥ 50 % (m/m) fil-każ taż-żjut idrawliċi,

≥ 45 % (m/m) fil-każ tal-griż,

≥ 70 % fil-każ taż-żjut taċ-chainsaws, aġenti biex il-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikanti total loss oħrajn.

≥ 50 % (m/m) fil-każ taż-żjut two-stroke.

Kontenut tal-karbonju miksub minn materji primi li jiġġeddu jfisser il-persentaġġ bħala massa tal-komponent A x [numru ta’ atomi-C fil-komponent A, li huma miksuba minn żjut (veġetali) jew xaħmijiet (mill-annimali) diviż bin-numru totali ta’ atomi-C fil-komponernt A] flimkien mal-persentaġġ bħala massa tal-komponent B x [numru ta’ atomi-C fil-komponent B, li huma miksuba minn żjut (veġetali) jew xaħmijiet (mill-annimali) diviż bin-numru totali ta’ atomi-B fil-komponernt B] flimkien mal-persentaġġ bħala massa tal-komponent C x [numru ta’ atomi-C fil-komponent C] u jkompli hekk.

Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 5

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

6.   Rendiment tekniku

Il-fluwidi idrawliċi għandhom mill-inqas jissodisfaw il-kriterji tar-rendiment tekniku stabbiliti mill-ISO 15380, tabelli 2-5.

Il-griż għandu jkun “idonju għall-użu”.

Iż-żjut taċ-chain-saws għandhom mill-inqas jissodisfaw il-kriterji tar-rendiment tekniku stabbiliti mill-RAL-UZ 48 tal-Blue Angel.

L-aġenti biex il-konkrit jinqala’ mill-forma u lubrikantri total loss oħrajn għandhom ikunu idonji għall-użu.

Iż-żjut two-stroke għandhom mill-inqas jissodisfaw il-kriterji tar-rendiment tekniku stabbiliti fl-“NMMA Certification for Two-Stroke Cycle Gasoline Engine Lubricants” ta’ l-NMMA TC-W3.

Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 6

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata.

7.   Tagħrif li għandu jidher fuq l-ekotikketta

Il-Kaxxa 2 ta’ l-ekotikketta għandha tinkludi t-test li ġej: “inqas ħsara fl-ilma u l-ħamrija waqt l-użu; inqas emissjonijiet ta’ CO2.”

Valutazzjoni u verifika tal-kriterju 7

L-applikant għandu jipprovdi kampjun ta’ l-imballaġġ tal-prodott fejn tidher it-tikketta flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.


(1)  ĠU L 76, 22.3.1991, p. 35.

(2)  ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1.

(*)  Il-griż jista’ jiġi valutat b’dan il-mod biss jekk is-sustanza li tgħaqqad tindika bijodegradazzjoni > 70 % fl-OECD 302 C jew metodi ta’ l-ittestjar ekwivalenti jew bijodegradazzjoni > 20 % iżda < 60 % wara 28 jum fit-testijiet OECD ibbażati fuq it-tnaqqis ta’ l-ossiġnu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu karboniku.

(**)  EC50/LC50/IC50.

(***)  Nota bene: sustanzi li huma kemm mhux bijodegradibbli kif ukoll bijoakkumulattivi m’humiex permessi.

(3)  ĠU L 383, 29.12.1992, p. 113.

(4)  ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

279


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Marzu 2005

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar u li temenda l-Annessi tagħha

(innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 463)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/366/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE tat-8 ta’ Diċembru 1995 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 12 tagħha,

Billi:

(1)

Huma meħtieġa varjabbli statistiċi, definizzjonijiet u strutturi addizzjonali għal settijiet ta’ dejta statistiċi biex jingħaraf il-ġbir ta’ dejta dwar passiġġieri fuq kroċiera.

(2)

It-tip ta’ klassifika tal-merkanzija għandha tinbidel biex tiġi żgurata definizzjoni ċara ta’ l-ambitu ta’ l-istatistika.

(3)

Jeħtieġ li n-nomenklatura dwar iż-żoni kostali marittimi u n-nomenklatura dwar in-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti jiġu adattati għall-iżviluppi tekniċi.

(4)

Skond l-Artikolu 12, l-ewwel inċiż, tad-Direttiva 95/64/KE, il-Kummissjoni tista’ tadatta l-kontenut ta’ l-Annessi tagħha. Id-Direttiva 95/64/KE għalhekk għandha tiġi emendata f’dan is-sens.

(5)

Skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 95/64/KE, il-Kummissjoni tista’ tfassal u taġġorna l-lista ta’ portijiet li ngħataw kodiċi u klassifika skond il-pajjiż u ż-żona kostali marittima.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/385/KE tat-13 ta' Mejju 1998 dwar ir-regoli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u passiġġieri bil-baħar (2), ipprovdiet lista ta’ portijiet.

(7)

Il-lista ta’ portijiet għandha bżonn tiġi aġġornata. Għalhekk id-Deċiżjoni 98/385/KE għandha tiġi emendata.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/363/KE tat-28 ta' April 2000 dwar regoli għall-implementazjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE dwar prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u ta' passiġġieri bil-baħar (3) emendat l-Annessi II, IV, V u VIII tad-Direttiva 95/64/KE u l-lista ta’ portijiet imfassla fl-Anness II tad-Deċiżjoni 98/385/KE. Għalhekk tista’ tiġi mħassra.

(9)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistiċi stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom tad-19 ta’ Ġunju 1989 li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi ta’ l-Istatistiċi tal-Komunitajiet Ewropej (4),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, IV, V, VI u VIII tad-Direttiva 95/64/KE huma mħassra bl-Annessi I, II, III, IV, V u VI ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-lista ta’ portijiet fl-Anness II tad-Deċiżjoni 98/385/KE hija sostitwita mil-lista aġġornata ta’ portijiet kodifikati u kklassifikati skond il-pajjiż u ż-żona kostali marittima, kif provdut fl-Anness VII ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2000/363/KE għandha tiġi mħassra.

Kwalunkwe referenza għad-Deċiżjoni mħassra għandha tinftiehem bħala riferenza għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mis-sena ta’ riferenza 2004, u tkopri d-dejta ta’ l-2004.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 174, 18.6.1998, p. 1. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni 2003.

(3)  ĠU L 132, 5.6.2000, p. 1.

(4)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


ANNESS I

“ANNESS I

IL-VARJABBLI U D-DEFINIZZJONIJIET

1.   Il-varjabbli Statistiċi

(a)   L-informazzjoni dwar il-merkanzija u l-passiġġieri

piż gross tal-merkanzija f’tunnellati,

tip ta’ merkanzija, skond in-nomenklatura murija fl-Anness II,

deskrizzjoni tal-merkanzija, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness III,

il-port li qed jagħmel ir-rapport,

direzzjoni ta’ moviment, jekk hux ’il ġewwa jew ’il barra,

għall-merkanzija ’l ġewwa: il-port tat-tagħbija (jiġifieri l-port li fih il-merkanzija ġiet mgħobbija fuq il-bastiment li fih waslet fil-port li jagħmel ir-rapport) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV,

Għall-merkanzija ’l barra: il-port tal-ħatt (jiġifieri l-port li fih il-merkanzija għandha tinħatt mill-bastiment li fih telqet mill-port li jirrapporta) bl-użu ta’ portijiet individwali fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea murija fil-lista tal-portijiet, u fiż-żoni kostali marittimi barra mill-pajjiżi taż-ŻEE, murija fl-Anness IV,

Numru ta’ passiġġieri li jibdew jew jispiċċaw vjaġġ kif ukoll numru ta’ passiġġieri fuq kroċieri fuq eskursjoni għall-passiġġieri fuq kroċieri.

Għall-merkanzija li tinġarr f’kontejners jew unitajiet ro-ro, għandhom jiġu pprovduti dawn id-dettallji addizzjonali partikolari:

L-għadd totali ta’ kontejners (bil-merkanzija jew mingħajrha),

Numru ta’ kontejners mingħajr merkanzija,

Numru totali ta’ unitajiet mobbli (ro-ro) bil-merkanzija jew mingħajrha,

Numru totali ta’ unitajiet mobbli (ro-ro) mingħajr merkanzija.

(b)   Informazzjoni dwar il-bastiment

Numru ta’ bastimenti;

deadweight tal-bastimenti jew tunnellaġġ gross;

pajjiż jew territorju tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness V;

tip ta’ bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness VI;

daqs tal-bastimenti, bl-użu tan-nomenklatura murija fl-Anness VII.

2.   Id-Definizzjonijiet

(a)

‘Kontenitur tat-tagħbija’ ifisser artikolu ta' tagħmir tat-trasport:

1.

ta' natura permanenti u għalhekk b'saħħtu biżżejjed sabiex ikun tajjeb għal użu ripetittiv;

2.

diżinjat speċjalment sabiex jiffaċilita t-trasport tal- merkanzija b'mod wieħed jew iktar ta' trasport, mingħajr tagħbija mill-ġdid intermedja;

3.

mgħammar b'apparat li jippermetti li jiġi mmaniġġjat faċliment, b'mod partikolari t-trasferiment tiegħu minn mod wieħed ta' trasport għal ieħor;

4.

hekk maħsub sabiex ikun faċli biex jimtela u biex jiġi żvujtat;

5.

ta’ tul ta’ 20 pied jew aktar.

(b)

‘Unità ro-ro’ ifisser tagħmir bir-roti għat-trasport ta' merkanzija, bħalma huwa trakk, karru jew semikarru, li jista' jiġi misjuq jew irmunkat fuq bastiment. Karrijiet tal-port jew tal-vapuri huma inklużi f'din id-definizzjoni. Il-Klassifiki għandhom isegwu r-Rakkomandazzjoni ECE Nru 21 tan-Nazzjonijiet Uniti ‘Kodiċi għat-tipi ta' merkanzija, pakketti u materjali ta' l-imballaġġ’.

(c)

‘Merkanzija tal-kontejners’ ifisser kontejners bil-merkanzija jew mingħajrha li jintrefgħu fuq jew mill-bastimenti li jittrasportawhom bil-baħar.

(d)

‘Merkanzija ro-ro’ tfisser merkanzija, kemm jekk fil-kontejners u kemm jekk le, fuq unitajiet ro-ro, u unitajiet ro-ro li huma rrumblati fuq jew mill-bastimenti li jittrasportawhom bil-baħar.

(e)

‘Il-piż gross tal-merkanzija’ jfisser it-tunnellaġġ ta' merkanzija ttrasportata, inkluż l-imballaġġ imma eskluż il-piż waħdu tal-kontejners jew ta' l-unitiajiet ro-ro.

(f)

‘Il-Piż (DWT)’ (Deadweight) ifisser id-differenza f'tunnellati metriċi bejn l-ispostar ta' vapur fuq il-linja tat-tagħbija tas-sajf fl-ilma b'gravitá speċifika ta' 1,025 u l-piż totali tal-vapur, jiġifieri l-ispostar f'tunnellati metriċi ta' vapur mingħajr merkanzija, karburant, żejt ta' lubrifikazzjoni, ilma saborra, ilma frisk u ilma tax-xorb fit-tankijiet, provvisti li jintużaw kif ukoll passiġġieri, ekwipaġġ u l-ħwejjeġ tagħhom.

(g)

‘Tunnellaġġ gross’ ifisser id-daqs globali ta' vapur determinat skond id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunnellaġġ tal-Vapuri, 1969.

(h)

‘Passiġġier fuq kroċiera’ tfisser passiġġier bil-baħar li jagħmel vjaġġ bil-baħar fuq bastiment tal-kroċiera. Il-passiġġieri fuq eskursjonijiet ta’ jum huma esklużi.

(i)

‘Bastiment tal-kroċiera’ tfisser bastiment tal-passiġġieri ppjanat li jipprovdi lill-passiġġieri b’esperjenza turistika sħiħa. Il-passiġġieri kollha għandhom kabini. Il-faċilitajiet għad-divertiment abbord huma inklużi. Il-bastimenti li jipprovdu servizzi normali ta’ lanċa huma esklużi, ukoll jekk xi passiġġieri jittrattaw is-servizz bħala kroċiera. Barra minn dan, il-bastimenti li jġorru l-merkanzija li jistgħu jittrasportaw numru limitat ħafna ta’ passiġġieri bil-kabini tagħhom stess huma esklużi wkoll. Il-bastimenti maħsuba unikament għall-eskursjonijiet ta’ jum huma wkoll esklużi.

(j)

‘Eskursjoni tal-passiġġieri fuq kroċiera’ tfisser żjara qasira minn passiġġier fuq kroċiera lejn attrazzjoni turistika assoċjata ma’ port filwaqt li jżomm kabina abbord.”


ANNESS II

“ANNESS II

TIP TA’ KLASSIFIKA TAL-MERKANZIJA

Kategorija (1)

Kodiċi

ċifra waħda

Kodiċi

2 ċifri

Deskrizzjoni

Tunnellaġġ

Numru

Tagħbija Likwida

1

1X

Merkanzija likwida bl-ingrossa (ebda unità ta' merkanzija)

X

 

11

Gass likwifikat

X

 

12

Żejt mhux raffinat

X

 

13

Prodotti taż-żejt

X

 

19

Merkanzija likwida oħra bl-ingrossa

X

 

Tagħbija niexfa

2

2X

Merkanzija niexfa bl-ingrossa (ebda unità ta' merkanzija)

X

 

21

Minerali

X

 

22

Faħam

X

 

23

Prodotti agrikoli (eż qamħ, soja, tapjoka)

X

 

29

Merkanzija niexfa oħra bl-ingrossa

X

 

Kontejners

3

3X

Kontejners kbar

X (2)

X

31

unità tat-tagħbija ta’ 20 pied

X (2)

X

32

unità tat-tagħbija ta’ 40 pied

X (2)

X

33

Unitajiet ta' tagħbija > 20 pied u < 40 pied

X (2)

X

34

Unitajiet ta' tagħbija > 40pied

X (2)

X

Irrumblati 'l fuq/Irrumblati 'l isfel

(li jaħdmu waħedhom)

5

5X

Unitajiet mobbli li jaħdmu waħedhom

X

X

51

Vetturi tal-merkanzija tat-triq u l-karrijiet li jiġu magħhom

X (2)

X

52

Karozzi għall-passiġġieri u l-karrijiet/il-karavannijet li jiġu magħhom

 

X (3)

53

Karozzi tal-linja għall-passiġġieri

 

X (3)

54

Vetturi tal-kummerċ (inklużi vetturi bil-mutur għall-importazzjoni/l-esportazzjoni)

X

X (3)

56

Bhejjem ħajjin mingħajr nagħal

X

X (3)

59

Unitajiet mobbli oħrajn li jaħdmu waħedhom

X

X

Irrumblati 'l fuq/Irrumblati 'l isfel

(mhux li jaħdmu waħedhom)

6

6X

Unitajiet mobbli li ma jaħdmux waħedhom

X

X

61

Karrijiet u semikarrijiet tat-triq għat-trasport ta' merkanzija waħedha

X (2)

X

62

Karavannijiet mhux akkumpanjati u vetturi oħrajn tat-triq, agrikoli u industrijali

X

X (3)

63

Vaguni tal-ferrovija, karrijiet ta' fuq il-bastimenti li jintużaw minn port għal port u barkuni ta' fuq il-bastimenti involuti fit-trasport tal-merkanzija

X (2)

X

69

Unitajiet mobbli oħrajn li ma jaħdmux waħedhom

X

X

Merkanzija ġenerali oħra

(inklużi kontejners żgħar)

9

9X

Merkanzija oħra, mhux speċifikata mkien ieħor

X

 

91

Prodotti forestali

X

 

92

Prodotti tal-ħadid u ta' l-azzar

X

 

99

Merkanzija ġenerali oħra

X

 


(1)  Dawn il-kategoriji huma konsistenti mar-Rakkomandazzjoni ta’ l-ECE Nru 21 tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)  Il-kwantità rreġistrata hija l-piż gross tal-merkanzija inkluż l-imballaġġ iżda eskluż il-piż waħdu tal-kontejners u ta’ l-unitajiet ro-ro.

(3)  In-numru totali ta’ unitajiet biss.”


ANNESS III

“ANNESS IV

IŻ-ŻONI KOSTALI MARITTIMI

In-nomenklatura li għandha tintuża hija l-Ġeonomenklatura (in-nomenklatura tal-pajjiż għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, oriġinarjament imfassla mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1736/75 (1)) fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d-dejta.

Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija hawn fuq, segwita minn żewġ żerijiet (eż., il-kodiċi GR00 għall-Greċja), ħlief pajjiżi li huma mqassma f’żewġ żoni kostali marittimi jew aktar, li huma identifikati mir-raba’ ċifra li ma tkunx żero (mill-1 sa 7), bħal hawn taħt:

Kodiċi

Iż-żoni kostali marittimi

FR01

Franza: L-Atlantiku u l-Baħar tan-Nord

FR02

Franza: Il-Mediterran

FR03

Dipartimenti Franċiżi barranin: Guiana Franċiża

FR04

Dipartimenti Franċiżi barranin: Martinique u Guadeloupe

FR05

Dipartimenti Franċiżi barranin: Réunion

DE01

Il-Ġermanja: il-Baħar tan-Nord

DE02

Il-Ġermanja: Baltiku

DE03

Il-Ġermanja: Intern

GB01

Ir-Renju Unit

GB02

L-Isle of Man

GB03

Iċ-Channels Islands

ES01

Spanja: Atlantiku (Tramuntana)

ES02

Spanja: Il-Mediterran u l-Atlantiku (Nofsinhar) inklużi l-Gżejjer Baleariċi u l-Gżejjer Kanarji

SE01

L-Iżvezja: Il-Baltiku

SE02

L-Iżvezja: il-Baħar tan-Nord

TR01

It-Turkija: Il-Baħar l-Iswed

TR02

It-Turkija: Il-Mediterran

RU01

Ir-Russja: Il-Baħar l-Iswed

RU02

Ir-Russja: Il-Baltiku

RU03

Ir-Russja: L-Asja

MA01

Il-Marokk: Il-Mediterran

MA02

Il-Marokk: L-Afrika tal-Punent

EG01

L-Eġittu: Il-Mediterran

EG02

L-Eġittu: Il-Baħar l-Aħmar

IL01

L-Iżrael: Il-Mediterran

IL02

L-Iżrael: Il-Baħar l-Aħmar

SA01

L-Għarabja Sawdita: Il-Baħar l-Aħmar

SA02

L-Għarabja Sawdita: Il-Golf

US01

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika: Atlantiku (Tramuntana)

US02

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika: Atlantiku (Nofsinhar)

US03

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika: Il-Golf

US04

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika: Paċifiku (Nofsinhar)

US05

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika: Paċifiku (Tramuntana)

US06

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika: il-Lagi l-Kbar

US07

Puerto Rico

CA01

Il-Kanada: Atlantiku

CA02

Il-Kanada: Il-Lagi l-Kbar u Upper Saint Lawrence

CA03

Il-Kanada: Il-Kosta tal-Punent

CO01

Kolombja: Il-Kosta tat-Tramuntana

CO02

Kolombja: Il-Kosta tal-Punent

Bil-Kodiċijiet addizzjonali

ZZ01

Istallazzjonijiet barra mix-xtut

ZZ02

Aggregati u mhux speċifikati mkien ieħor”


(1)  ĠU L 183, 14.7.1975, p. 3.


ANNESS IV

“ANNESS V

NAZZJONALITÀ TAR-REĠISTRAZZJONI TAL-BASIMENTI

In-nomenklatura li għandha tintuża hija l-Ġeonomenklatura (in-nomenklatura tal-pajjiż għall-istatistika tal-kummerċ estern tal-Komunità u l-istatistika tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, oriġinarjament imfassla mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1736/75) fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d-dejta (1).

Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija hawn fuq, segwita minn żewġ żerijiet (eż., il-kodiċi GR00 għall-Greċja), ħlief pajjiżi li huma mqassma f’żewġ żoni kostali marittimi jew aktar, li huma identifikati mir-raba’ ċifra li ma tkunx żero (mill-1 sa 7), bħal hawn taħt: Fejn jeżisti aktar minn reġistru wieħed, il-pajjiżi jridu jkunu kodifikati kif ġej:

FR01

Franza

FR02

It-Territorju Antartiku Franċiż (li jinkludi il-Gżejjer Kerguelen)

IT01

L-Italja — l-ewwel reġistru

IT02

L-Italja — ir-reġistru internazzjonali

GB01

Ir-Renju Unit

GB02

L-Isle of Man

GB03

Iċ-Channel Islands

GB04

Ġibiltà

DK01

Id-Danimarka

DK02

Id-Danimarka (DIS)

PT01

Il-Portugall

PT02

Il-Portugall (MAR)

ES01

Spanja

ES02

Spanja (Rebeca)

NO01

In-Norveġja

NO02

In-Norveġja (NIS)

US01

L-Istati Uniti tal-Amerika

US02

Puerto Rico”


(1)  ĠU L 183, 14.7.1975, p. 3.


ANNESS V

“ANNESS VI

TIP TA’ KLASSIFIKA TAL-BASTIMENT (ICST-COM)

 

Tip

Il-kategoriji ta’ bastiment inklużi

10

Tagħbija Likwida

Tanker taż-żejt

Tanker tal-Kimiċi

Tanker LG

Tanker barkun

Tanker ieħor

20

Tagħbija niexfa

Trasportatur ta' tagħbija bl-ingrossa/taż-żejt

Trasportatur ta’ tagħbija bl-ingrossa

31

Kontejner

Kontejner mimli

32

Speċjalizzati

Trasportatur tal-barkuni

Trasportatur tal-kimiċi

Karburanti irradjati

Trasportatur ta' bhejjem

Trasportatur tal-vetturi

Speċjalizzati oħrajn

33

Merkanzija ġenerali, mhux speċjalizzata

Reefer

Ro-ro tal-passiġġieri

Kontejner ro-ro

Merkanzija ro-ro oħra

Trasportatur ikkumbinat ta' merkanzija ġenerali/passiġġieri

Trasportatur ikkumbinat ta' merkanzija ġenerali/kontejner

Basitmenti bi gverta singola

Bastimenti bi gverti multipli

34

Barkun ta' merkanzija niexfa

Barkun Gverta (deck barge)

Barkun Hopper

Barkun lash-seabee

Barkun ta' merkanzija niexfa miftuħ

Barkun ta' merkanzija niexfa mgħotti

Barkuni oħrajn ta' merkanzija niexfa nes

35

Tal-Passiġġieri

Tal-Passiġġieri (esklużi l-passiġieri tal-kroċieri)

36

Kroċiera Ta' passiġġieri

Bastimenti tal-kroċieri biss

41

Tas-Sajd (*)

Għall-qabda tal-ħut (*)

Għall-ipproċessar tal-ħut (*)

42

Attivitajiet barra x-xtut

Tħaffir u esplorazzjoni (*)

Appoġġ barra x-xtut (*)

43

Bastimenti li jirmunkaw

Bastimenti li jirmunkaw (*)

Bastimenti li jimbuttaw (*)

49

Mixxellanji

Dredgers (*)

Riċerka/inkjesta (*)

Bastimenti oħrajn nes (*)

XX

Mhux magħruf

Tip ta’ bastiment mhux magħruf


(*)  Mhux kopert minn din id-Direttiva.”


ANNESS VI

“ANNESS VIII

STRUTTURA GĦAS-SETTIJIET TA’ DEJTA TA’ L-ISTATISTIKA

Is-settijiet ta’ dejta speċifikati f’dan l-Anness jiddefinixxu l-perjodiċità għall-istatistika tat-trasport marittimu meħtieġa mill-Komunità. Kull sett ta’ dejta jiddefinixxi klassifika inkroċjata ta’ sett limitat ta’ dimensjonijiet fuq livelli differenti tan-nomenklaturi, aggregati fuq id-dimensjonijiet l-oħrajn kollha, li għalihom hija meħtieġa statistika ta’ kwalità tajba.

Il-kondizzjonijiet għal ġbir tas-sett ta' dejta B1 għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni fid-dawl tar-riżultati ta' l-istudju bi prova mwettaq tul perjodu transitorju ta' tliet snin kif definit fl-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva.

SOMMARJU U STATISTIĊI DETTALJATI

Is-settijiet ta' dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għal merkanzija u passiġġieri huma A1, A2, B1, C1, D1, E1, F1 u/jew F2.

Is-settijiet ta' dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għal merkanzija iżda mhux għal passiġġieri huma A1, A2, A3, B1, C1, E1, F1 u/jew F2.

Is-settijiet ta' dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-passiġġieri iżda mhux għal merkanzija huma A3, D1, F1 u/jew F2.

Is-sett ta' dejta li għandu jiġi pprovdut għal portijiet magħżula u għal portijiet li mhumiex magħżula (la għall-merkanzija u lanqas għall-passiġġieri) huwa A3.

Sett ta' dejta A1:   Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin bil-port, tip ta' merkanzija u relazzjoni

Perjodiċità:

ta' kull kwart tas-sena

 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta' dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

A1

Sena ta' referenza

Erba' ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta' referenza

Ittra waħda alfanumerika

(1, 2, 3, 4)

Port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

'l ġewwa, 'l barra (1, 2)

Port ta' tagħbija/ħatt

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba' ittri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Ittra waħda alfanumerika

Tip ta’ merkanzija, Anness II

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f'tunnellati

Sett ta' dejta A2:   Trasport bil-baħar b'tagħbija bla unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip ta' merkanzija u r-relazzjoni

Perjodiċità:

ta’ kull kwart ta’ sena

 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta' dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

A2

Sena ta' referenza

Erba' ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta' referenza

Ittra waħda alfanumerika

(1, 2, 3, 4)

Port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

'il ġewwa, 'l barra (1, 2)

Port ta' tagħbija/ħatt

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba' ittri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta' merkanzija

Żewġ ittri alfanumeriċi

Tip ta' merkanzija (tagħbija bla unitajiet biss), Anness II (subkategoriji 1X, 11, 12, 13, 19, 2X, 21, 22, 23, 29, 9X, 91, 92 u 99)

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f'tunnellati

Sett ta' dejta A3:   Dejta meħtieġa kemm għal portijiet magħżula u dawk li għalihom statistiċi dettaljati mhumiex meħtieġa (Ara l-Artikolu 4(3))

Perjodiċità:

annwali

 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

A3

Sena ta' referenza

Erba' ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta' referenza

Ittra waħda alfanumerika

(0)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Il-Portijiet kollha fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

'il ġewwa, 'l barra (1, 2)

Dejta:

Il-piż gross tal-merkanzija f'tunnellati.

Numru ta' passiġġieri (ħlief passiġġieri fuq kroċieri).

Numru ta' passiġġieri fuq kroċieri li jibdew u jtemmu kroċiera.

Numru ta' passiġġieri fuq eskursjoni tal-passiġġieri fuq kroċieri: Direzzjoni: ’l ġewwa (1) biss — (mhux obbligatorju).

Sett ta' dejta B1:   Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip ta' merkanzija, l-oġġetti u r-relazzjoni

Perjodiċità:

annwali

 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

B1

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(0)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Port ta' tagħbija/ħatt

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ ittri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta’ merkanzija

Ittra waħda alfanumerika

Tip ta’ merkanzija, Anness II

Kommodità

Żewġ ittri alfanumeriċi

Nomenklatura tal-merkanzija, l-Anness III

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f'tunnellati

Sett ta' dejta C1:   Trasport bil-baħar b'tagħbija b' unitajiet fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip ta' merkanzija, ir-relazzjoni u l-istat tat-tagħbija

Perjodiċità:

ta' kull kwart tas-sena

 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

C1

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiett

Relazzjoni

Erba’ ittri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta' merkanzija

Żewġ ittri alfanumeriċi

Tip ta' merkanzija (kontejner, ro-ro biss), l-Anness II (subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69)

Dejta:

Il-piż gross ta' l-oġġetti f'tunnellati (tip ta' merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 51, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69).

Numru ta' unitajiet (tip ta' merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 52, 53, 54, 56, 59, 6X, 61, 62, 63 u 69).

Numru ta' unitajiet mingħajr merkanzija (tip ta' merkanzija: subkategoriji 3X, 31, 32, 33, 34, 5X, 51, 59, 6X, 61, 63 u 69).

Sett ta' dejta D1:   Trasport tal-passiġġieri fil-portijiet Ewropej ewlenin, skond ir-relazzjoni u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Perjodiċità:

ta' kull kwart tas-sena

 

Varjabbli

Dettal tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

D1

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ ittri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Erba’ ittri alfanumeriċi

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, l-Anness V

Dejta: Numru ta' passiġġieri esklużi passiġġieri fuq kroċieri li jibdew u jtemmu kroċiera u passiġġieri fuq kroċieri fuq eskursjoni

Sett ta' dejta E1:   Trasport bil-baħar fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip ta' merkanzija, ir-relazzjoni u n-nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti

Perjodiċità:

annwali

 

Varjabbli

Dettal tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

E1

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(0)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Port ta’ tagħbija/ħatt

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE fil-lista tal-portijiet

Relazzjoni

Erba’ ittri alfanumeriċi

Żoni kostali marittimi, Anness IV

Tip ta' merkanzija

Ittra waħda alfanumerika

Tip ta’ merkanzija, Anness II

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastiment

Erba’ ittri alfanumeriċi

Nazzjonalità tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti l-Anness V

Dejta: Il-piż gross tal-merkanzija f'tunnellati.

Sett ta' dejta F1:   Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej, fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija, li jtella’ jew iniżżel passiġġieri (inklużi passiġġieri fuq kroċieri fuq eskursjoni tal-passiġġieri fuq kroċieri)

Perjodiċità:

ta' kull kwart tas-sena

 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

F1

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Tip ta’ bastiment

Żewġ ittri alfanumeriċi

Tip ta’ bastiment, l-Anness VI

Daqs ta’ bastiment DWT

Żewġ ittri alfanumeriċi

Klassijiet tad-daqs f'tunnellaġġ deadweight l-Anness VII

Dejta:

Numru ta’ bastimenti;

Deadweight tal-bastimenti f’tunnellati

Sett ta' dejta F2:   Traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej, fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija, li jtella’ jew iniżżel passiġġieri (inklużi passiġġieri fuq kroċieri fuq eskursjoni tal-passiġġieri fuq kroċieri)

Perjodiċità:

ta' kull kwart tas-sena

 

Varjabbli

Dettall tal-kodifikazzjoni

Nomenklatura

Qisien

Sett ta’ dejta

Żewġ ittri alfanumeriċi

F2

Sena ta’ referenza

Erba’ ittri alfanumeriċi

(eż. 1997)

Kwart ta’ referenza

Ittra waħda alfanumerika

(1, 2, 3, 4)

Il-port li jagħmel ir-rapport

Ħames ittri alfanumeriċi

Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet

Direzzjoni

Ittra waħda alfanumerika

’il ġewwa, ’l barra (1, 2)

Tip ta’ bastiment

Żewġ ittri alfanumeriċi

Tip ta’ bastiment, l-Anness VI

Daqs tal-bastiment GT

Żewġ ittri alfanumeriċi

Klassijiet tad-daqs f'tunnellaġġ gross, l-Anness VII

Dejta:

Numru ta’ bastimenti;

Tunnellaġġ gross tal-bastimenti.”


ANNESS VII

IL-LISTA TA’ EUROSTAT TAL-PORTIJIET EWROPEJ

Deskrizzjoni tal-lista tal-portijiet

Il-portijiet u s-sub-portijiet statistiċi huma kklassifikati f’ordni alfabetika għal kull Stat Membru.

Struttura

L-Intestatura tal-kolonna

Spjegazzjoni

CTRY

Pajjiż (il-kodiċi standard ISO alpha 2)

MCA

Żona marittima kostali [maritime coastal area] li fiha jinsab il-port (l-Anness IV tad-Direttiva)

MODIFIC.

Modifikat minn wara d-Deċiżjoni 2000/363/KE (1)

PORT NAME

Isem il-port

LOCODE

kodiċi (alfabetiku) tal-UN/Locode jew kodiċi (numeriku) temporanjament allokat mill-Eurostat lill-portijiet mingħajr Locode

NAT. STAT. GROUP

Għal port li mhuwiex port statistiku, il-grupp nazzjonali statistiku (nat. stat. group — national statistical group) huwa l-kodiċi tal-port statistiku li fih huwa inkluż dan il-port

STATISTICAL PORT

port statistiku

NATIONAL CODE

Kodiċi allokat għall-port statistiku fl-istatistika nazzjonali ta’ l-Istat Membru fejn jinsab


CTRY

MCA

MODIFIC.

PORT NAME

LOCODE

NAT. STAT. GROUP

STATISTICAL PORT

NATIONAL CODE

BE

BE00

X

Albertkanaal

BEABK

 

X

 

BE

BE00

X

Antwerpen

BEANR

 

X

 

BE

BE00

X

Brugge

BEBGS

BEZEE

 

 

BE

BE00

X

Bruxelles (Brussel)

BEBRU

 

X

 

BE

BE00

X

Gent

BEGNE

 

X

 

BE

BE00

X

Liège

BELGG

 

X

 

BE

BE00

X

Nieuwpoort

BENIE

 

X

 

BE

BE00

X

Oostende

BEOST

 

X

 

BE

BE00

X

Rupel

BERUP

BEBRU

 

 

BE

BE00

X

Zeebrugge

BEZEE

 

X

 

BE

BE00

X

Zelzate

BEZEL

BEGNE

 

 

BE

BE00

X

BE istallazzjonijiet barra mix-xtut

BE88P

 

 

 

BE

BE00

X

Oħrajn — Il-Belġju

BE888

 

 

 

 

 

 

11

11

3

8

 

DK

DK00

X

Aabenraa

DKAAB

 

X

885-00

DK

DK00

X

Aalborg

DKAAL

 

X

970-00

DK

DK00

X

Aalborg Portland (Cementfabrikken Rørdal)

DKROR

 

X

971-00

DK

DK00

X

Århus

DKAAR

 

X

980-00

DK

DK00

X

Årø

DKARO

 

X

363-02

DK

DK00

X

Årøsund

DKARD

 

X

363-01

DK

DK00

X

Ærøskøbing

DKARK

 

X

864-00

DK

DK00

X

Agersø

DKAGO

 

X

493-01

DK

DK00

X

Agger Havn

DKAGH

 

X

896-00

DK

DK00

X

Aggersund Havn

DKASH

 

X

976-00

DK

DK00

X

Anholt

DKANH

 

X

982-01

DK

DK00

X

Askø

DKASK

 

X

599-02

DK

DK00

X

Asnæsværkets Havn

DKASV

 

X

462-00

DK

DK00

X

Assens

DKASN

 

X

285-00

DK

DK00

X

Augustenborg

DKAUB

 

X

881-00

DK

DK00

X

Avedøreværkets Havn

DKAVE

 

X

045-00

DK

DK00

X

Avernakø/Lyø

DKAVK

 

X

869-03

DK

DK00

X

Bågø

DKBGO

 

X

287-00

DK

DK00

X

Bagenkop

DKBAG

 

X

867-00

DK

DK00

X

Ballebro

DKBLB

 

X

888-01

DK

DK00

X

Bandholm (Maribo)

DKBDX

 

X

592-00

DK

DK00

X

Bogø

DKBOG

 

X

636-00

DK

DK00

X

Bøjden

DKBOS

 

X

869-01

DK

DK00

X

Branden Havn

DKBRH

 

X

801-01

DK

DK00

X

Cementfabrikken Danias Havn

DKDAN

 

X

674-01

DK

DK00

X

Cementfabrikken Kongsdal Havn

DKKON

 

X

674-02

DK

DK00

X

Dansk Salts Havn

DKDAS

 

X

675-00

DK

DK00

X

Dragør

DKDRA

 

X

044-00

DK

DK00

X

Ebeltoft

DKEBT

 

X

985-00

DK

DK00

X

Egense

DKEGN

 

X

 

DK

DK00

X

Egernsund

DKEND

 

X

883-00

DK

DK00

X

Endelave

DKEDL

 

X

452-00

DK

DK00

X

Enstedværkets Havn

DKENS

 

X

886-00

DK

DK00

X

Esbjerg

DKEBJ

 

X

260-00

DK

DK00

X

Fåborg Havn

DKFAA

 

X

861-00

DK

DK00

X

Fakse Ladeplads Havn

DKFAK

 

X

637-00

DK

DK00

X

Feggesund

DKFGS

 

X

897-01

DK

DK00

X

Fejø

DKFEJ

 

X

598-01

DK

DK00

X

Femø

DKFMO

 

X

598-02

DK

DK00

X

Fredericia (Og Shell-Havnen)

DKFRC

 

X

280-00

DK

DK00

X

Frederikshavn

DKFDH

 

X

290-00

DK

DK00

X

Frederikssund Havn

DKFDS

 

X

371-00

DK

DK00

X

Frederiskværk Havn (Frederiksværk Stålvalseværk)

DKSVV

 

X

374-00

DK

DK00

X

Fur

DKFUH

 

X

803-00

DK

DK00

X

Fynshav

DKFYH

 

X

887-00

DK

DK00

X

Gedser

DKGED

 

X

593-00

DK

DK00

X

Gråsten

DKGRA

 

X

882-00

DK

DK00

X

Grenå

DKGRE

 

X

986-00

DK

DK00

X

Gulfhavnen

DKGFH

 

X

592-01

DK

DK00

X

Haderslev

DKHAD

 

X

360-00

DK

DK00

X

Hadsund

DKHSU

 

X

969-00

DK

DK00

X

Hals

DKHAS

 

X

 

DK

DK00

X

Hanstholm

DKHAN

 

X

891-00

DK

DK00

X

Hardeshøj

DKHDH

 

X

888-02

DK

DK00

X

Hasle

DKHSL

 

X

744-00

DK

DK00

X

Havneby

DKHNB

 

X

366-00

DK

DK00

X

Havnsø

DKHVN

 

X

467-00

DK

DK00

X

Helsingør (Elsinore)

DKHLS

 

X

370-00

DK

DK00

X

Hirtshals

DKHIR

 

X

291-00

DK

DK00

X

Hobro

DKHBO

 

X

979-00

DK

DK00

X

Holbæk

DKHBK

 

X

463-01

DK

DK00

X

Holstebro-Struer Havn

DKSTR

 

X

444-00

DK

DK00

X

Horsens

DKHOR

 

X

450-00

DK

DK00

X

Hou Havn

DKHOH

 

X

982-02

DK

DK00

X

Hundested

DKHUN

 

X

375-00

DK

DK00

X

Hvalpsund

DKHVA

 

X

977-00

DK

DK00

X

Juelsminde Havn

DKJUE

 

X

451-00

DK

DK00

X

Kalundborg

DKKAL

 

X

460-00

DK

DK00

X

Kastrup

DKKTP

 

X

043-00

DK

DK00

X

Kerteminde

DKKTD

 

X

643-00

DK

DK00

X

Kleppen

DK102

 

X

 

DK

DK00

X

Københavns Havn

DKCPH

 

X

040-00

DK

DK00

X

Køge

DKKOG

 

X

510-00

DK

DK00

X

Kolby Kås Havn

DKKOK

 

X

984-00

DK

DK00

X

Kolding

DKKOL

 

X

480-00

DK

DK00

X

Korsør

DKKRR

 

X

490-00

DK

DK00

X

Kragenæs

DKKRA

 

X

599-03

DK

DK00

X

Kyndbyværkets Havn

DKKBY

 

X

372-00

DK

DK00

X

Lemvig

DKLVG

 

X

441-00

DK

DK00

X

Lindø Havn

DKLIN

 

X

641-00

DK

DK00

X

Løgstør

DKLGR

 

X

975-00

DK

DK00

X

Lohals

DKLOH

 

X

866-00

DK

DK00

X

Lyngs Odde Havn

DKLYO

 

X

283-00

DK

DK00

X

Marbæk Havn

DKMRB

 

X

377-00

DK

DK00

X

Mariager

DKMRR

DKDAS

 

 

DK

DK00

X

Marstal

DKMRS

 

X

862-00

DK

DK00

X

Masnedøværkets Havn

DKMAS

 

X

634-00

DK

DK00

X

Masnedsund

DKMNS

DKVOR

 

 

DK

DK00

X

Masnedø Gødningshavn (Uno-X Havn)

DKUNX

 

X

835-00

DK

DK00

X

Middelfart

DKMID

 

X

284-00

DK

DK00

X

Mommark

DKMOM

 

X

888-03

DK

DK00

X

Næssund

DKNUD

 

X

897-02

DK

DK00

X

Næstved

DKNVD

 

X

630-00

DK

DK00

X

Nakskov

DKNAK

 

X

594-00

DK

DK00

X

Neksø

DKNEX

 

X

742-00

DK

DK00

X

Nordby Havn, Fanø

DKNDB

 

X

261-00

DK

DK00

X

Nordjyllandsværkets Havn

DKVSV

 

X

974-00

DK

DK00

X

Nørresundby

DKNRS

DKAAL

 

 

DK

DK00

X

Nyborg

DKNBG

 

X

870-00

DK

DK00

X

Nykøbing Falster

DKNYF

 

X

590-00

DK

DK00

X

Nykøbing Mors

DKNYM

 

X

892-00

DK

DK00

X

Nysted

DKNTD

 

X

597-00

DK

DK00

X

Odense

DKODE

 

X

640-00

DK

DK00

X

Omø

DKOMO

 

X

593-02

DK

DK00

X

Orehoved, Falster

DKORE

DKNYF

 

591-00

DK

DK00

X

Orø

DKORO

 

X

563-02

DK

DK00

X

Randers

DKRAN

 

X

670-00

DK

DK00

X

Rødby

DKROD

 

X

599-01

DK

DK00

X

Rødby (Færgehavn)

DKROF

 

X

730-00

DK

DK00

X

Rønne

DKRNN

 

X

740-00

DK

DK00

X

Rørvig

DKRRV

 

X

469-02

DK

DK00

X

Rudkøbing

DKRKB

 

X

863-00

DK

DK00

X

Sælvig Havn

DKSLV

 

X

984-03

DK

DK00

X

Sakskøbing

DKSAX

 

X

595-00

DK

DK00

X

Sejerø

DKSEO

 

X

468-00

DK

DK00

X

Sjællands Odde

DKSJO

 

X

469-01

DK

DK00

X

Skælskør

DKSSK

 

X

490-00

DK

DK00

X

Skærbækværkets Havn

DKSKB

 

X

282-00

DK

DK00

X

Skagen

DKSKA

 

X

292-00

DK

DK00

X

Skarø/Drejø

DKSDO

 

X

869-05

DK

DK00

X

Skive

DKSKV

 

X

800-00

DK

DK00

X

Snekkersten

DKSNE

 

X

376-00

DK

DK00

X

Søby Havn

DKSOB

 

X

868-00

DK

DK00

X

Sønderborg

DKSGD

 

X

880-00

DK

DK00

X

Spodsbjerg Havn

DKSPB

 

X

867-00

DK

DK00

X

Statoil-Havnen

DKSTT

 

X

461-00

DK

DK00

X

Stege

DKSTE

 

X

632-00

DK

DK00

X

Stigsnæs

DKSTN

 

X

492-03

DK

DK00

X

Stigsnæsværkets Havn

DKSTG

 

X

492-02

DK

DK00

X

Strib Havn

DKSTB

 

X

286-00

DK

DK00

X

Strynø

DKSNO

 

X

869-04

DK

DK00

X

Stubbekøbing Havn

DKSBK

 

X

596-00

DK

DK00

X

Studstrupværkets Havn

DKSSV

 

X

981-00

DK

DK00

X

Sundsøre

DKSUE

 

X

801-02

DK

DK00

X

Svendborg

DKSVE

 

X

860-00

DK

DK00

X

Tårs

DKTRS

 

X

599-04

DK

DK00

X

Thisted

DKTED

 

X

890-00

DK

DK00

X

Thyborøn

DKTYB

 

X

635-00

DK

DK00

X

Tuborg

DKTUB

 

X

042-00

DK

DK00

X

Tunø

DKTNO

 

X

982-03

DK

DK00

X

Vang Havn

DKVNG

 

X

747-00

DK

DK00

X

Vejle

DKVEJ

 

X

920-00

DK

DK00

X

Venø Havn

DKVEN

 

X

445-00

DK

DK00

X

Vesterø Havn, Læsø

DKVES

 

X

294-00

DK

DK00

X

Vordingborg Havn

DKVOR

 

X

633-00

DK

DK00

X

DK istallazzjonijiet barra mix-xtut

DK88P

 

 

 

DK

DK00

X

Oħrajn — Id-Danimarka

DK888

 

 

 

 

 

 

145

145

4

141

 

DE

DE01

X

Amrum I.

DEAMR

 

X

01301

DE

DE03

X

Andernach

DEAND

 

X

13202

DE

DE02

X

Anklam

DEANK

 

X

23301

DE

DE02

X

Il-Baħar Baltiku (portijiet oħrajn)

DE115

 

X

01684

DE

DE01

X

Baltrum I.

DEBMR

 

X

04102

DE

DE03

X

Beddingen — zu Salzgitter —

DEBZS

 

X

05101

DE

DE01

X

Beidenfleth

DEBEI

 

X

01401

DE

DE01

X

Bensersiel

DEBEN

 

X

04204

DE

DE03

X

Berlin

DEBER

 

X

22229

DE

DE02

X

Berndshof

DEBOF

 

X

23331

DE

DE01

X

Blumenthal

DEBLM

DEBRE

 

06101

DE

DE01

X

Borkum I.

DEBMK

 

X

04103

DE

DE01

X

Brake

DEBKE

 

X

04206

DE

DE03

X

Braunschweig

DEBWE

 

X

05103

DE

DE01

X

Bremen

DEBRE

 

X

06101

DE

DE01

X

Bremerhaven

DEBRV

 

X

06201

DE

DE01

X

Brunsbüttel

DEBRB

 

X

01404

DE

DE01

X

Büsum

DEBUM

 

X

01405

DE

DE01

X

Bützfleth

DEBUZ

 

X

03108

DE

DE02

X

Burgstaaken/Fehmarn

DEBSK

 

X

01701

DE

DE01

X

Carolinensiel

DECAR

 

X

04208

DE

DE03

X

Castrop-Rauxel

DECRL

 

X

08205

DE

DE01

X

Cuxhaven

DECUX

 

X

03110

DE

DE01

X

Dagebüll

DEDAG

 

X

01302

DE

DE02

X

Damp-Ostseebad

DEDAP

DE115

 

01684

DE

DE02

X

Demmin

DEDMN

 

X

23332

DE

DE03

X

Dormagen

DEDMG

 

X

09301

DE

DE03

X

Dorsten

DEDON

 

X

08208

DE

DE03

X

Dortmund

DEDTM

 

X

08302

DE

DE02

X

Dranske

DEDRA

DE075

 

23175

DE

DE01

X

Drochtersen

DEDRO

DE116

 

03182

DE

DE03

X

Düsseldorf

DEDUS

 

X

09201

DE

DE03

X

Duisburg

DEDUI

 

X

08101

DE

DE02

X

Eckernförde

DEECK

 

X

01602

DE

DE01

X

Eiderdam

DEEDD

DE118

 

01318

DE

DE01

X

Elbe (portijiet oħrajn)

DE116

 

X

03182

DE

DE01

X

Emden

DEEME

 

X

04105

DE

DE03

X

Emmelsum

DEESU

 

X

07226

DE

DE02

X

Flensburg

DEFLF

 

X

01201

DE

DE02

X

Flensburger Förde (portijiet oħrajn)

DE117

 

X

01282

DE

DE01

X

Föhr I.

DE017

 

X

01303

DE

DE01

X

Friedrichstadt

DEFRI

 

X

01304

DE

DE03

X

Fürst Leopold-Baldur, Zeche — zu Dorsten —

DE102

 

X

08213

DE

DE03

X

Gelsenkirchen

DEGEK

 

X

08215

DE

DE02

X

Gelting

DEGEL

 

X

01202

DE

DE01

X

Gieselaukanal u Eider (portijiet oħrajn)

DE118

 

X

01381

DE

DE02

X

Glücksburg, Langballigau, Neukirchen

DENEK

DE117

 

01282

DE

DE01

X

Glückstadt

DEGLU

 

X

01408

DE

DE02

X

Greifswald, Landkreis

DEGRD

 

X

23372

DE

DE01

X

Hamburg

DEHAM

 

X

02001

DE

DE03

X

Hanau

DEHAU

 

X

12310

DE

DE01

X

Harburg

DEHBU

DEHAM

 

02001

DE

DE01

X

Haren/Ems

DEHRN

 

X

04409

DE

DE02

X

Heiligenhafen

DEHHF

 

X

01704

DE

DE01

X

Helgoland I.

DEHGL

 

X

01409

DE

DE01

X

Hochdonn

DEHOD

 

X

01410

DE

DE01

X

Hörnum/Sylt

DEHRM

 

X

01305

DE

DE01

X

Hohenhoern

DEHHS

 

X

01412

DE

DE03

X

Homberg

DEHOM

 

X

08106

DE

DE01

X

Husum

DEHUS

 

X

01306

DE

DE01

X

Itzehoe

DEITZ

 

X

01413

DE

DE01

X

Juist

DEJUI

 

X

04108

DE

DE02

X

Kappeln

DEKAP

 

X

01203

DE

DE02

X

Kiel

DEKEL

 

X

01501

DE

DE03

X

Köln

DECGN

 

X

09505

DE

DE03

X

Krefeld

DEKRE

 

X

09302

DE

DE01

X

Langeoog, Insel

DELGO

 

X

04220

DE

DE02

X

Lauterbach

DELAU

 

X

23110

DE

DE01

X

Leer

DELEE

 

X

04109

DE

DE01

X

List/Sylt

DELIS

 

X

01307

DE

DE01

X

Lohesch

DELOH

 

X

04414

DE

DE02

X

Lübeck

DELBC

 

X

01801

DE

DE03

X

Lülsdorf

DELLF

 

X

09507

DE

DE03

X

Minden

DEMID

 

X

10110

DE

DE03

X

Mühlheim an der Ruhr

DEMUH

 

X

08231

DE

DE02

X

Mukran

DEMUK

DESAS

 

23111

DE

DE01

X

Nessmersiel

DENES

 

X

04113

DE

DE01

X

Neuharlingersiel

DENHS

 

X

04223

DE

DE03

X

Neuss

DENSS

 

X

09303

DE

DE02

X

Neustadt/Holstein

DENHO

 

X

01705

DE

DE01

X

Norddeich

DENOE

 

X

04114

DE

DE01

X

Nordenham

DENHA

 

X

04224

DE

DE01

X

Norderney I.

DENRD

 

X

04115

DE

DE01

X

Oldenburg/Oldenburg

DEOLO

 

X

04225

DE

DE03

X

Orsoy

DEORS

 

X

07212

DE

DE02

X

Orth/Fehmarn

DEORT

 

X

01706

DE

DE01

X

Papenburg

DEPAP

 

X

04417

DE

DE03

X

Peine

DEPEI

 

X

05106

DE

DE01

X

Pellworm I.

DEPEL

 

X

01309

DE

DE02

X

Petersdorf

DEPTD

DERSK

 

23115

DE

DE02

X

Puttgarden

DEPUT

 

X

01707

DE

DE02

X

Rendsburg

DEREN

 

X

01607

DE

DE03

X

Rheinberg-Ossenberg

DERBH

 

X

07217

DE

DE02

X

Rostock

DERSK

 

X

23118

DE

DE02

X

Rügen (Inneres Gewässer)

DE075

 

X

23175

DE

DE02

X

Rügen (Östl. Stralsunder Fahrw.)

DE055

 

X

23180

DE

DE03

X

Salzgitter

DESAR

 

X

05108

DE

DE02

X

Sassnitz

DESAS

 

X

23120

DE

DE01

X

Schülpersiel

DESPS

 

X

01422

DE

DE01

X

Schwarzenhütten, Hemmoor

DEHMO

 

X

03126

DE

DE03

X

Schwedt

DESDT

 

X

24217

DE

DE03

X

Sehnde

DESNE

 

X

05215

DE

DE01

X

Spieckeroog I.

DESPI

 

X

04230

DE

DE03

X

Spyck

DE061

 

X

07218

DE

DE01

X

Stade

DESTA

 

X

03127

DE

DE01

X

Stadersand

DESTS

 

X

03128

DE

DE01

X

Steenodde

DESDD

DEAMR

 

01301

DE

DE02

X

Stralsund

DESTL

 

X

23124

DE

DE01

X

Travemünde

DETRV

DELBC

 

01801

DE

DE03

X

Uelzen

DEUEL

 

X

03217

DE

DE01

X

Upschört

DEUPS

 

X

04233

DE

DE02

X

Vitte/Hiddensee

DE070

 

X

23125

DE

DE03

X

Walsum

DEWLS

 

X

08109

DE

DE01

X

Wangerooge I.

DEAGE

 

X

04235

DE

DE02

X

Warnemünde

DEWAR

DERSK

 

23126

DE

DE01

X

Wedel-Schulau

DEWED

 

X

01424

DE

DE03

X

Wesel

DEWES

 

X

07224

DE

DE01

X

Wilhelmshaven

DEWVN

 

X

04236

DE

DE01

X

Wilster

DEWIL

 

X

01426

DE

DE01

X

Wischhafen

DEWIF

 

X

03131

DE

DE02

X

Wismar

DEWIS

 

X

23213

DE

DE02

X

Wolgast

DEWOL

 

X

23328

DE

DE01

X

Wyk/Föhr

DEWYK

DE017

 

01303

DE

DE01

X

DE istallazzjonijiet barra mix-xtut

DE88P

 

 

 

DE

DE02

X

DE istallazzjonijiet barra mix-xtut

DE88P

 

 

 

DE

DE01

X

Oħrajn — Il-Ġermanja Baħar tan-Nord

DE888

 

 

 

DE

DE02

X

Oħrajn — Il-Ġermanja Baħar Baltiku

DE888

 

 

 

DE

DE03

X

Oħrajn — Il-Ġermanja Baħar Intern

DE888

 

 

 

DE

DE09

X

Oħrajn — Il-Ġermanja (MCA mhux magħrufa)

DE888

 

 

 

 

 

 

123

123

13

110

 

EE

EE00

X

Kunda

EEKUN

 

X

 

EE

EE00

X

Miiduranna

EEMID

 

X

 

EE

EE00

X

Pärnu

EEPAR

 

X

 

EE

EE00

X

Tallinn (inkluż Vanasadam (Belt Antika), Muuga, Paljassaare, Paldiski Lõunasadam (Paldiski Nofsinhar)

EETLL

 

X

 

EE

EE00

X

Vene-Balti

EEVEB

 

X

 

EE

EE00

X

EE — istallazzjonijiet barra mix-xtut

EE88P

 

 

 

EE

EE00

X

Oħrajn — l-Estonja

EE888

 

 

 

 

 

 

5

5

 

5

 

GR

GR00

X

Achladi (Αχλάδι Φθιώτιδας)

GRACL

GRSYS

 

072

GR

GR00

X

Aegina (Αίγινα)

GRAEG

 

X

025

GR

GR00

X

Aegio (Αίγιο)

GRAEN

 

X

027

GR

GR00

X

Agia Marina Aiginas (Αγία Μαρίνα Αίγινας)

GR868

 

X

868

GR

GR00

X

Agia Marina Attikis (Αγία Μαρίνα Αττικής)

GR883

 

X

883

GR

GR00

X

Agia Marina Fthiotidas (Αγία Μαρίνα Φθιώτιδας)

GRAGM

 

X

006

GR

GR00

X

Agia Pelagia (Αγία Πελαγία)

GRAPE

 

X

019

GR

GR00

X

Agia Roumeli Chanion (Αγία Ρούμελη Χανίων)

GR704

 

X

704

GR

GR00

X

Agii Theodori (Άγιοι Θεόδωροι)

GRAGT

 

X

008

GR

GR00

X

Agiokampos Larissas (Αγιόκαμπος Λάρισας)

GR879

 

X

879

GR

GR00

X

Agios Konstantinos (Άγιος Κωνσταντίνος)

GRAKO

 

X

013

GR

GR00

X

Agios Kyrikos (Άγιος Κύρικος)

GRAKI

 

X

011

GR

GR00

X

Agios Nikolaos Creta (Άγιος Νικόλαος Κρήτης)

GRANI

 

X

015

GR

GR00

X

Agios Eystratios Lesvou (Άγιος Ευστράτιος Λέσβου)

GR703

 

X

703

GR

GR00

X

Agios Nikolaos Fokidas (Άγιος Νικόλαος Φωκίδας)

GR876

 

X

876

GR

GR00

X

Agistri Aiginas (Αγκίστρι Αίγινας)

GR708

 

X

708

GR

GR00

X

Aigiali Amorgou (Αιγιάλη Αμοργού)

GR710

 

X

710

GR

GR00

X

Aktio Vonitsas (Άκτιο Βόνιτσας)

GR880

 

X

880

GR

GR00

X

Alexandroupolis (Αλεξανδρούπολις)

GRAXD

 

X

031

GR

GR00

X

Aliverio (Αλιβέριο)

GRLVR

 

X

033

GR

GR00

X

Almyros Volou (Αλμυρός Βόλου)

GRALM

 

X

 

GR

GR00

X

Alonissos (Αλόνησσος)

GRALO

 

X

035

GR

GR00

X

Amfilochia (Αμφιλοχία)

GRAMF

 

X

047

GR

GR00

X

Amoliani (Αμολιανή)

GRAMI

 

X

043

GR

GR00

X

Amorgos (Αμοργός)

GRAMO

 

X

045

GR

GR00

X

Anafi Kyklades (Ανάφη Κυκλάδες)

GR716

 

X

716

GR

GR00

X

Andros (Άνδρος)

GRAND

 

X

055

GR

GR00

X

Antikyra (Αντίκυρα)

GRATK

 

X

057

GR

GR00

X

Antiparos (Αντίπαρος)

GRANP

 

X

059

GR

GR00

X

Antirio (Αντίριο)

GRANT

 

X

060

GR

GR00

X

Araxos ('Αραξος)

GR870

 

X

870

GR

GR00

X

Argostoli (Αργοστόλι)

GREFL

 

X

185

GR

GR00

X

Arkitsa Fthiotidas (Αρκίτσα Φθιώτιδας)

GR877

 

X

877

GR

GR00

X

Aspropyrgos (Ασπρόπυργος)

GRAPY

GREEU

 

 

GR

GR00

X

Astakos (Αστακός)

GRAST

 

X

065

GR

GR00

X

Astypalea (Αστυπάλαια)

GRJTY

 

X

069

GR

GR00

X

Bassiliki Leykados (Βασιλική Λευκάδας)

GR722

 

X

722

GR

GR00

X

Canea (Χανιά)

GRCHQ

GRSUD

 

 

GR

GR00

X

Chalki Dodekanissou (Χάλκη Δωδεκανήσων)

GR846

 

X

846

GR

GR00

X

Chalkida (Χαλκίδα)

GRCLK

 

X

515

GR

GR00

X

Chios (Χίος)

GRJKH

 

X

521

GR

GR00

X

Chora Sfakion (Χώρα Σφακίων)

GRCSF

 

X

525

GR

GR00

X

Corfu (Κέρκυρα)

GRCFU

 

X

183

GR

GR00

X

Dafni Agiou Orous (Δάφνη Αγίου Όρους)

GR728

 

X

728

GR

GR00

X

Diafani Karpathou (Διαφανή Καρπαθου)

GR729

 

X

729

GR

GR00

X

Donoussa Kyklades (Δονούσσα Κυκλάδες)

GR733

 

X

733

GR

GR00

X

Drapetsona (Δραπετσώνα)

GRDPA

GRPIR

 

 

GR

GR00

X

Edipsos (Αιδηψός)

GREDI

 

X

029

GR

GR00

X

Elafonissos Lakonias (Ελαφόνησος Λακωνίας)

GR734

 

X

734

GR

GR00

X

Eleftheres (Ελευθερές)

GRELT

 

X

103

GR

GR00

X

Eleusina (Ελευσίνα)

GREEU

 

X

105

GR

GR00

X

Eretria Evoias (Ερέτρεια Εβοίας)

GR882

 

X

882

GR

GR00

X

Eydilos (Εύδηλος)

GREYD

 

X

115

GR

GR00

X

Faneromeni Salaminas (Φανερωμένη Σαλαμίνας)

GR891

 

X

891

GR

GR00

X

Fiskardo Kefallinias (Φισκάρδο Κεφαλληνίας)

GR842

 

X

842

GR

GR00

X

Folegandros Kyklades (Φολέγανδρος Κυκλάδες)

GR843

 

X

843

GR

GR00

X

Fourni Samou (Φούρνοι Σάμου)

GR844

 

X

844

GR

GR00

X

Frikes Ithakis (Φρίκες Ιθάκης)

GR845

 

X

845

GR

GR00

X

Galatas Trizinias (Γαλατάς Τροιζηνίας)

GR884

 

X

884

GR

GR00

X

Gavrio (Γαύριο)

GRGAV

 

X

085

GR

GR00

X

Gerakas Lakonias (Γέρακας Λακωνίας)

GR857

 

X

857

GR

GR00

X

Glossa Skopelou (Γλώσσα Σκοπέλου)

GRGLO

 

X

091

GR

GR00

X

Glyfa Fthiotidas (Γλύφα Φθιώτιδας)

GR878

 

X

878

GR

GR00

X

Gythio (Γύθειο)

GRGYT

 

X

093

GR

GR00

X

Heraklio (Ηράκλειο)

GRHER

 

X

121

GR

GR00

X

Hydra ('Υδρα)

GRHYD

 

X

501

GR

GR00

X

Igoumenitsa (Ηγουμενίτσα)

GRIGO

 

X

119

GR

GR00

X

Inousses (Οινούσες)

GRINO

 

X

365

GR

GR00

X

Ios ('Ιος)

GRIOS

 

X

137

GR

GR00

X

Iraklia Kyklades (Ηρακλειά Κυκλάδες)

GR738

 

X

738

GR

GR00

X

Istmia (Ίσθμια)

GRITM

 

X

139

GR

GR00

X

Itea (Ιτέα)

GRITA

 

X

141

GR

GR00

X

Ithaki (Ιθάκη)

GRITH

 

X

135

GR

GR00

X

Kalamata (Καλαμάτα)

GRKLX

 

X

145

GR

GR00

X

Kalymnos (Κάλυμνος)

GRKMI

 

X

151

GR

GR00

X

Karlovassi (Καρλόβασι)

GRKAR

 

X

159

GR

GR00

X

Karpathos (Κάρπαθος)

GRAOK

 

X

161

GR

GR00

X

Karra Chalkidikis (Καρρά Χαλκιδικής)

GR854

 

X

854

GR

GR00

X

Karystos (Κάρυστος)

GRKST

 

X

163

GR

GR00

X

Kassos (Κάσσος)

GRKSI

 

X

167

GR

GR00

X

Kastelli Kissamou (Καστέλλι Κισσάμου)

GRKIS

 

X

171

GR

GR00

X

Katakolo (Κατάκολο)

GRKAK

 

X

173

GR

GR00

X

Kavala (Καβάλα)

GRKVA

 

X

143

GR

GR00

X

Kea (Κέα)

GRKEA

 

X

177

GR

GR00

X

Keramoti (Κεραμωτή)

GRKER

 

X

181

GR

GR00

X

Keratsini (Κερατσίνι)

GRKTS

GRPIR

 

 

GR

GR00

X

Kiato (Κιάτο)

GRKIO

 

X

189

GR

GR00

X

Kimolos (Κίμωλος)

GRKMS

 

X

193

GR

GR00

X

Korinthos (Κόρινθος)

GRCRG

 

X

203

GR

GR00

X

Kos (Κως)

GRKGS

 

X

225

GR

GR00

X

Kosta Ermionidos (Κόστα Ερμιονίδας)

GR881

 

X

881

GR

GR00

X

Koufonissi Kyklades (Κουφονήσι Κυκλάδες)

GR761

 

X

761

GR

GR00

X

Kylini (Κυλήνη)

GRKYL

 

X

217

GR

GR00

X

Kymi (Κύμη)

GRKIM

 

X

219

GR

GR00

X

Kythnos (Κύθνος)

GRKYT

 

X

099

GR

GR00

X

Larymna (Λάρυμνα)

GRLRY

 

X

231

GR

GR00

X

Lavrio (Λαύριο)

GRLAV

 

X

233

GR

GR00

X

Lefkimi (Λευκίμη Κερκύρας)

GRLFK

 

X

214

GR

GR00

X

Leros (Λέρος)

GRLRS

 

X

237

GR

GR00

X

Lipsi Dodekanissou (Λειψοί Δωδεκανήσων)

GR766

 

X

766

GR

GR00

X

Lixouri (Ληξούρι Κεφαλληνίας)

GRLIX

 

X

245

GR

GR00

X

Loutro Chania (Λουτρό Χανίων)

GR850

 

X

850

GR

GR00

X

Marmari (Μαρμάρι)

GRMRM

 

X

261

GR

GR00

X

Meganissi (Μεγανήσι)

GRMGN

 

X

253

GR

GR00

X

Megara (Μέγαρα)

GRMGR

 

X

267

GR

GR00

X

Megisti Kastelorizou (Μεγίστη Καστελόριζου)

GR775

 

X

775

GR

GR00

X

Menidi Etolokarnanias (Μενίδι Αιτωλοακαρνανίας)

GRMEN

 

X

277

GR

GR00

X

Messologi (Μεσολόγγι)

GRMEL

 

X

281

GR

GR00

X

Methana (Μέθανα)

GRMET

 

X

 

GR

GR00

X

Milos (Μήλος)

GRMLO

 

X

287

GR

GR00

X

Moudros (Μούδρος Λήμνου)

GRMDR

 

X

299

GR

GR00

X

Mykonos (Μύκονος)

GRJMK

 

X

311

GR

GR00

X

Myrina (Μύρινα)

GRMYR

 

X

315

GR

GR00

X

Mytilene (Μυτιλήνη)

GRMJT

 

X

319

GR

GR00

X

Nafplio (Ναύπλιο)

GRNAF

 

X

327

GR

GR00

X

Naxos (Νάξος)

GRJNX

 

X

321

GR

GR00

X

Nea Karvali (Νέα Καρβάλη Καβάλας)

GRNKV

GRKVA

 

 

GR

GR00

X

Nea Moudania (Νέα Μουδανιά Χαλκιδικής)

GRNMA

 

X

345

GR

GR00

X

Nea Styra (Νέα Στύρα)

GRNST

 

X

349

GR

GR00

X

Neapoli Lakonias (Νεάπολις Λακωνίας)

GRNEA

 

X

329

GR

GR00

X

Nidri (Νυδρί)

GRNID

 

X

359

GR

GR00

X

Nissyros (Νίσσυρος)

GRNIS

 

X

355

GR

GR00

X

Orei (Ωρεοί)

GRORE

 

X

529

GR

GR00

X

Oropos (Ωρωπός)

GRORO

 

X

531

GR

GR00

X

Ouranoupoli Chalkidikis (Ουρανόπολις Χαλκιδικής)

GR801

 

X

801

GR

GR00

X

Paleochora Sfakion (Παλαιοχώρα Σφακίων)

GRPSF

 

X

371

GR

GR00

X

Paloukia Salaminas (Παλούκια Σαλαμίνας)

GR890

 

X

890

GR

GR00

X

Paros (Πάρος)

GRPAS

 

X

389

GR

GR00

X

Patmos (Πάτμος)

GRPMS

 

X

391

GR

GR00

X

Patras (Πάτρα)

GRGPA

 

X

393

GR

GR00

X

Paxi (Παξοί)

GRPAX

 

X

385

GR

GR00

X

Perama (Πέραμα)

GRPER

GRPIR

 

399

GR

GR00

X

Pessada Kefallinias (Πεσσάδα Κεφαλληνίας)

GR887

 

X

887

GR

GR00

X

Petra Lesvou (Πέτρα Λέσβου)

GR812

 

X

812

GR

GR00

X

Pireus (Πειραιάς)

GRPIR

 

X

397

GR

GR00

X

Pissaetos Ithakis (Πισαετός Ιθάκης)

GR852

 

X

852

GR

GR00

X

Politika (Πολιτικά)

GRPTK

 

X

414

GR

GR00

X

Poros Trizinias (Πόρος Τροιζηνίας)

GRPTR

 

X

417

GR

GR00

X

Poros Kefallinias (Πόρος Κεφαλληνίας)

GRPKE

 

X

419

GR

GR00

X

Porto Lagos (Πόρτο Λάγος)

GRPTL

 

X

421

GR

GR00

X

Preveza (Πρέβεζα)

GRPVK

 

X

423

GR

GR00

X

Psara (Ψαρά)

GR804

 

X

804

GR

GR00

X

Rafina (Ραφήνα)

GRRAF

 

X

433

GR

GR00

X

Rethymno (Ρέθυμνο)

GRRET

 

X

437

GR

GR00

X

Rhodes (Ρόδος)

GRRHO

 

X

439

GR

GR00

X

Rio (Ρίο)

GRRIO

 

X

 

GR

GR00

X

Sami (Σάμη)

GRSMI

 

X

445

GR

GR00

X

Samothraki (Σαμοθράκη)

GRSAM

 

X

447

GR

GR00

X

Schinoussa Kyklades (Σχοινούσα Κυκλάδες)

GR836

 

X

836

GR

GR00

X

Seriphos (Σέριφος)

GRSER

 

X

451

GR

GR00

X

Shinari Zakyntou (Σχινάρι Ζακύνθου)

GR892

 

X

892

GR

GR00

X

Sifnos (Σίφνος)

GRSIF

 

X

461

GR

GR00

X

Sikinos Kyklades (Σίκινος)

GR829

 

X

829

GR

GR00

X

Sitia (Σητεία)

GRJSH

 

X

453

GR

GR00

X

Skaramagas (Σκαραμαγκάς)

GRSKA

GRPIR

 

 

GR

GR00

X

Skiathos (Σκιάθος)

GRJSI

 

X

465

GR

GR00

X

Skopelos (Σκόπελος)

GRSKO

 

X

467

GR

GR00

X

Skyros (Σκύρος)

GRSKU

 

X

469

GR

GR00

X

Souda Bay (Σούδα)

GRSUD

 

X

470

GR

GR00

X

Sougia (Σούγια)

GR873

 

X

873

GR

GR00

X

Souvala Aiginas (Σουβάλα Αίγινας)

GR832

 

X

832

GR

GR00

X

Spetses (Σπέτσες)

GRSPE

 

X

473

GR

GR00

X

Stratonio (Στρατώνιο Χαλκιδικής)

GRSTI

 

X

479

GR

GR00

X

Stylida (Στυλίδα)

GRSYS

 

X

481

GR

GR00

X

Symi (Σύμη)

GRSYM

 

X

487

GR

GR00

X

Syros (Σύρος)

GRJSY

 

X

489

GR

GR00

X

Thassos (Θάσος)

GRTSO

 

X

123

GR

GR00

X

Thessaloniki (Θεσσαλονίκη)

GRSKG

 

X

125

GR

GR00

X

Thira (Θήρα)

GRJTR

 

X

127

GR

GR00

X

Tilos Dodekanissou (Τήλος Δωδεκανήσων)

GR837

 

X

837

GR

GR00

X

Tinos (Τήνος)

GRTIN

 

X

493

GR

GR00

X

Trypiti Chalkidikis (Τρυπητή Χαλκιδικής)

GR885

 

X

885

GR

GR00

X

Vathy Samou (Βαθύ Σάμου)

GRVTH

 

X

449

GR

GR00

X

Volos (Βόλος)

GRVOL

 

X

079

GR

GR00

X

Yerakini (Γερακινή Χαλικιδικής)

GRYER

GRNMA

 

 

GR

GR00

X

Zakynthos (Ζάκυνθος)

GRZTH

 

X

117

GR

GR00

X

GR Installazzjonijiet barra mix-xtut

GR88P

 

 

 

GR

GR00

X

Oħrajn — Il-Greċja

GR888

 

X

 

 

 

 

176

176

9

167

 

ES

ES02

X

Alcudia

ESALD

 

X

 

ES

ES02

X

Algeciras

ESALG

 

X

 

ES

ES02

X

Alicante

ESALC

 

X

 

ES

ES02

X

Almería

ESLEI

 

X

 

ES

ES02

X

Arguineguin

ESARI

 

X

 

ES

ES02

X

Arrecife de Lanzarote

ESACE

 

X

 

ES

ES01

X

Avilés

ESAVS

 

X

 

ES

ES02

X

Barcelona

ESBCN

 

X

 

ES

ES01

X

Bilbao

ESBIO

 

X

 

ES

ES02

X

Cabezuela

ESCBZ

 

X

 

ES

ES02

X

Cádiz

ESCAD

 

X

 

ES

ES02

X

Cala Sabina

ESCBS

 

X

 

ES

ES02

X

Carboneras

ESCRS

 

X

 

ES

ES02

X

Cartagena

ESCAR

 

X

 

ES

ES02

X

Castellón

ESCAS

 

X

 

ES

XC00

X

Ceuta

XCCEU

 

X

 

ES

ES02

X

Escombreras

ESESC

 

X

 

ES

ES01

X

Ferrol

ESFER

 

X

 

ES

ES02

X

Gandía

ESGAN

 

X

 

ES

ES01

X

Gijón

ESGIJ

 

X

 

ES

ES02

X

Hierro

ESHIE

 

X

 

ES

ES02

X

Huelva

ESHUV

 

X

 

ES

ES02

X

Ibiza

ESIBZ

 

X

 

ES

ES01

X

La Coruña

ESLCG

 

X

 

ES

ES02

X

La Estaca

ESLES

 

X

 

ES

ES02

X

Las Palmas

ESLPA

 

X

 

ES

ES02

X

Los Cristianos

ESLCR

 

X

 

ES

ES02

X

Mahón

ESMAH

 

X

 

ES

ES02

X

Málaga

ESAGP

 

X

 

ES

ES01

X

Marín- (Pontevedra)

ESMPG

 

X

 

ES

XL00

X

Melilla

XLMLN

 

X

 

ES

ES02

X

Motril

ESMOT

 

X

 

ES

ES02

X

Palma de Mallorca

ESPMI

 

X

 

ES

ES01

X

Pasajes

ESPAS

 

X

 

ES

ES02

X

Puerto de Santa Maria

ESPSM

 

X

 

ES

ES02

X

Puerto del Rosario

ESFUE

 

X

 

ES

ES02

X

Rota

ESROT

 

X

 

ES

ES02

X

Sagunto

ESSAG

 

X

 

ES

ES01

X

San Ciprián

ESSCI

 

X

 

ES

ES02

X

San Sebastian de la Gomera

ESSSG

 

X

 

ES

ES02

X

Santa Cruz de la Palma

ESSPC

 

X

 

ES

ES02

X

Santa Cruz de Tenerife

ESSCT

 

X

 

ES

ES01

X

Santander

ESSDR

 

X

 

ES

ES02

X

Sevilla

ESSVQ

 

X

 

ES

ES02

X

Tarifa

ESTRF

 

X

 

ES

ES02

X

Tarragona

ESTAR

 

X

 

ES

ES02

X

Torrevieja

ESTOR

 

X

 

ES

ES02

X

Valencia

ESVLC

 

X

 

ES

ES01

X

Vigo

ESVGO

 

X

 

ES

ES01

X

Villagarcía (de Arosa)

ESVIL

 

X

 

ES

ES02

X

Vinaroz

ESVZR

 

X

 

ES

ES02

X

Zona Franca De Cadiz

ESZFR

 

X

 

ES

ES01

X

ES istallazzjonijiet barra mix-xtut

ES88P

 

 

 

ES

ES02

X

ES istallazzjonijiet barra mix-xtut

ES88P

 

 

 

ES

ES01

X

Oħrajn — Spanja Atlantiku (Tramuntana tal-Portugall)

ES888

 

 

 

ES

ES02

X

Oħrajn — Spanja Mediterran

ES888

 

 

 

ES

ES09

X

Oħrajn — Spanja (MCA mhux magħrufa)

ES888

 

 

 

 

 

 

52

52

0

52

 

FR

FR02

X

Ajaccio

FRAJA

 

X

76

FR

FR01

X

Basse-Indre

FRBAI

FRNTE

 

 

FR

FR01

X

Bassens

FRBAS

FRBOD

 

 

FR

FR04

X

Basse-Terre (Guadeloupe)

GPBBR

GP001

 

 

FR

FR02

X

Bastia

FRBIA

 

X

73

FR

FR01

X

Bayonne

FRBAY

 

X

57

FR

FR01

X

Bec d'Ambes

FRBEC

FRBOD

 

 

FR

FR02

X

Berre

FRBEE

FRMRS

 

 

FR

FR01

X

Blaye

FRBYE

FRBOD

 

 

FR

FR02

X

Bonifacio

FRBON

 

X

78

FR

FR01

X

Bonsecours

FRBSC

FRURO

 

 

FR

FR01

X

Bordeaux

FRBOD

 

X

56

FR

FR01

X

Boulogne-sur-Mer

FRBOL

 

X

04

FR

FR01

X

Brest

FRBES

 

X

29

FR

FR01

X

Caen

FRCFR

 

X

13

FR

FR01

X

Calais

FRCQF

 

X

03

FR

FR02

X

Calvi

FRCLY

 

X

75

FR

FR01

X

Camaret

FRCAM

 

X

32

FR

FR02

X

Cannes

FRCEQ

 

X

68

FR

FR01

X

Carteret

FRCRT

 

X

15

FR

FR01

X

Cherbourg

FRCER

 

X

14

FR

FR03

X

Degrad-des Cannes (Guyane française)

GFDDC

 

X

94

FR

FR01

X

Concarneau

FRCOC

 

X

38

FR

FR01

X

Dieppe

FRDPE

 

X

07

FR

FR01

X

Donges

FRDON

FRNTE

 

 

FR

FR01

X

Douarnenez

FRDRZ

 

X

33

FR

FR01

X

Dunkerque

FRDKK

 

X

1

FR

FR02

X

Étang-de-Berre

FRETB

FRMRS

 

 

FR

FR01

X

Fécamp

FRFEC

 

X

08

FR

FR04

X

Fort-de-France (Martinique)

MQFDF

 

X

93

FR

FR02

X

Fos-sur-Mer

FRFOS

FRMRS

 

 

FR

FR01

X

Gonfreville-l'Orcher

FRGLO

FRLEH

 

 

FR

FR04

X

Guadeloupe (Guadeloupe)

GP001

 

X

90

FR

FR01

X

Granville

FRGFR

 

X

16

FR

FR01

X

Gravelines

FRGRV

 

X

02

FR

FR01

X

Harfleur

FRHRF

FRLEH

 

 

FR

FR01

X

Hennebont

FRHET

 

X

40

FR

FR01

X

Honfleur

FRHON

 

X

11

FR

FR04

X

Jarry (Guadeloupe)

GPJAR

GP001

 

 

FR

FR03

X

Kourou (Guyane française)

GFQKR

 

X

96

FR

FR02

X

L'Île-Rousse

FRILR

 

X

74

FR

FR02

X

La Ciotat

FRLCT

 

X

65

FR

FR03

X

Larivot (Guyane française)

GFLVT

 

X

91

FR

FR01

X

La Pallice

FRLPE

FRLRH

 

 

FR

FR01

X

La Rochelle

FRLRH

 

X

49

FR

FR01

X

Landerneau

FRLDN

 

X

30

FR

FR01

X

Lannion

FRLAI

 

X

26

FR

FR02

X

Lavéra

FRLAV

FRMRS

 

 

FR

FR01

X

Le Fret (Crozon)

FRLFR

 

X

31

FR

FR01

X

Le Guildo (Créhen)

FRLGU

 

X

20

FR

FR01

X

Le Havre

FRLEH

 

X

09

FR

FR01

X

Le Lègue (Saint-Brieuc)

FRSBK

 

X

22

FR

FR01

X

Le Tréport

FRLTR

 

X

06

FR

FR01

X

Le Verdon

FRLVE

FRBOD

 

 

FR

FR01

X

Les Sables-d'Olonne

FRLSO

 

X

47

FR

FR01

X

Lézardrieux

FRLEZ

 

X

19

FR

FR01

X

Lorient

FRLRT

 

X

39

FR

FR02

X

Marseille

FRMRS

 

X

64

FR

FR01

X

Montoir-de-Bretagne

FRMTX

FRNTE

 

 

FR

FR01

X

Morlaix

FRMXN

 

X

27

FR

FR01

X

Mortagne-sur-Gironde

FRMSG

 

X

54

FR

FR01

X

Nantes Saint-Nazaire

FRNTE

 

X

44

FR

FR02

X

Nice-Villefranche

FRNCE

 

X

70

FR

FR01

X

Paimbœuf

FRPBF

FRNTE

 

 

FR

FR01

X

Paimpol

FRPAI

 

X

23

FR

FR01

X

Pauillac-Port

FRPAP

FRBOD

 

 

FR

FR04

X

Pointe-à-Pitre (Guadeloupe)

GPPTP

GP001

 

 

FR

FR01

X

Petit-Couronne

FRPET

FRURO

 

 

FR

FR01

X

Pontrieux

FRPOX

 

X

24

FR

FR02

X

Port-de-Bouc

FRPDB

FRMRS

 

 

FR

FR01

X

Port-Jérôme

FRPJE

FRURO

 

 

FR

FR05

X

Port-Réunion (ex Pointe-des-Galets) (Réunion)

REPDG

 

X

97

FR

FR02

X

Port-Vendres

FRPOV

 

X

61

FR

FR01

X

Port-Joinville (Île d'Yeu)

FRPRJ

 

X

46

FR

FR02

X

Port-la-Nouvelle

FRNOU

 

X

62

FR

FR02

X

Porto Vecchio

FRPVO

 

X

79

FR

FR02

X

Propriano

FRPRP

 

X

77

FR

FR01

X

Quimper

FRUIP

 

X

37

FR

FR01

X

Redon

FRRDN

 

X

42

FR

FR01

X

Rochefort

FRRCO

 

X

51

FR

FR01

X

Roscoff

FRROS

 

X

28

FR

FR01

X

Rouen

FRURO

 

X

10

FR

FR01

X

Royan

FRRYN

 

X

53

FR

FR03

X

Saint-Laurent-du-Maroni (Guyane française)

GFSLM

 

X

95

FR

FR02

X

Sète

FRSET

 

X

63

FR

FR02

X

Saint-Louis (Rhône)

FRPSL

FRMRS

 

 

FR

FR01

X

Saint-Malo

FRSML

 

X

17

FR

FR01

X

Saint-Nazaire

FRSNR

FRNTE

 

 

FR

FR02

X

Saint-Raphaël

FRSRL

 

X

67

FR

FR01

X

Saint-Valéry-sur-Somme

FRSVS

 

X

05

FR

FR01

X

Saint-Wandrille

FRSWD

FRURO

 

 

FR

FR01

X

Tonnay Charente

FRTON

 

X

52

FR

FR02

X

Toulon

FRTLN

 

X

66

FR

FR01

X

Tréguier

FRTRE

 

X

25

FR

FR01

X

Vannes

FRVNE

 

X

41

FR

FR01

X

FR istallazzjonijiet barra mix-xtut

FR88P

 

 

 

FR

FR02

X

FR istallazzjonijiet barra mix-xtut

FR88P

 

 

 

FR

FR01

X

Oħrajn — Franza Atlantiku/Baħar tan-Nord

FR888

 

 

 

FR

FR02

X

Oħrajn — Franza Mediterran

FR888

 

 

 

FR

FR03

X

Oħrajn — Franza Guyane française

GF888

 

 

 

FR

FR04

X

Oħrajn — Franza Guadeloupe

GP888

 

 

 

FR

FR04

X

Oħrajn — Franza Martinique

MQ888

 

 

 

FR

FR05

X

Oħrajn — Franza Réunion

RE888

 

 

 

FR

FR09

X

Oħrajn — Franza (MCA mhux magħrufa)

FR888

 

 

 

 

 

 

95

95

26

69

 

IE

IE00

X

Arklow

IEARK

 

X

00ARKL

IE

IE00

X

Arklow Head Port

IE009

 

X

 

IE

IE00

X

Bantry Bay

IEBYT

 

X

 

IE

IE00

X

Castletown Bere

IECTB

 

X

 

IE

IE00

X

Cork

IEORK

 

X

00CORK

IE

IE00

X

Drogheda

IEDRO

 

X

00DROG

IE

IE00

X

Dublin

IEDUB

 

X

00DUBL

IE

IE00

X

Dun Laoghaire

IEDLG

 

X

00DUNL

IE

IE00

X

Dundalk

IEDDK

 

X

00DUND

IE

IE00

X

Foynes

IEFOV

 

X

00FOYN

IE

IE00

X

Galway

IEGWY

 

X

00GALW

IE

IE00

X

Greenore

IEGRN

 

X

00GREE

IE

IE00

X

Killybegs

IEKBS

 

X

 

IE

IE00

X

Kilrush

IEKLR

 

X

 

IE

IE00

X

Kinsale

IEKLN

 

X

 

IE

IE00

X

Limerick

IELMK

 

X

00LIME

IE

IE00

X

New Ross

IENRS

 

X

00NEWR

IE

IE00

X

Rosslare Harbour

IEROS

 

X

00ROSS

IE

IE00

X

Sligo

IESLI

 

X

00SLIG

IE

IE00

X

Tralee

IETRA

 

X

 

IE

IE00

X

Waterford

IEWAT

 

X

00WATE

IE

IE00

X

Wicklow

IEWIC

 

X

00WICK

IE

IE00

X

Youghal

IEYOU

 

X

 

IE

IE00

X

IE istallazzjonijiet barra mix-xtut

IE88P

 

 

 

IE

IE00

X

Oħrajn — l-Irlanda

IE888

 

 

 

 

 

 

23

23

0

23

 

IT

IT00

X

Alghero

ITAHO

 

X

 

IT

IT00

X

Alicudi

ITALI

 

X

 

IT

IT00

X

Amalfi

ITAMA

 

X

 

IT

IT00

X

Ancona

ITAOI

 

X

 

IT

IT00

X

Anzio

ITANZ

 

X

 

IT

IT00

X

Arbatax

ITATX

 

X

 

IT

IT00

X

Augusta

ITAUG

 

X

 

IT

IT00

X

Bari

ITBRI

 

X

 

IT

IT00

X

Barletta

ITBLT

 

X

 

IT

IT00

X

Brindisi

ITBDS

 

X

 

IT

IT00

X

Cagliari

ITCAG

 

X

 

IT

IT00

X

Calasetta

ITCLS

 

X

 

IT

IT00

X

Capraia

ITCPA

 

X

 

IT

IT00

X

Capri

ITPRJ

 

X

 

IT

IT00

X

Carloforte

ITCLF

 

X

 

IT

IT00

X

Casamicciola

ITCML

 

X

 

IT

IT00

X

Castellammare del Golfo

ITCTR

 

X

 

IT

IT00

X

Castellammare di Stabia

ITCAS

 

X

 

IT

IT00

X

Catania

ITCTA

 

X

 

IT

IT00

X

Cavo

ITCVX

 

X

 

IT

IT00

X

Chioggia

ITCHI

 

X

 

IT

IT00

X

Civitavecchia

ITCVV

 

X

 

IT

IT00

X

Crotone

ITCRV

 

X

 

IT

IT00

X

Falconara Marittima

ITFAL

 

X

 

IT

IT00

X

Favignana

ITFAV

 

X

 

IT

IT00

X

Filicudi Porto

ITFPO

 

X

 

IT

IT00

X

Fiumicino

ITFCO

 

X

 

IT

IT00

X

Formia

ITFOM

 

X

 

IT

IT00

X

Gaeta

ITGAE

 

X

 

IT

IT00

X

Gallipoli

ITGAL

 

X

 

IT

IT00

X

Gela

ITGEA

 

X

 

IT

IT00

X

Genova

ITGOA

 

X

 

IT

IT00

X

Giannutri

ITGII

 

X

 

IT

IT00

X

Giardini

ITGIA

 

X

 

IT

IT00

X

Gioia Tauro

ITGIT

 

X

 

IT

IT00

X

Golfo Aranci

ITGAI

 

X

 

IT

IT00

X

Gorgona

ITGOR

 

X

 

IT

IT00

X

Grado

ITGRD

 

X

 

IT

IT00

X

Isola del Giglio

ITIDG

 

X

 

IT

IT00

X

La Maddalena

ITMDA

 

X

 

IT

IT00

X

La Spezia

ITSPE

 

X

 

IT

IT00

X

Lampedusa

ITLMP

 

X

 

IT

IT00

X

Levanzo

ITLEV

 

X

 

IT

IT00

X

Licata

ITLIC

 

X

 

IT

IT00

X

Linosa

ITLIU

 

X

 

IT

IT00

X

Lipari

ITLIP

 

X

 

IT

IT00

X

Livorno

ITLIV

 

X

 

IT

IT00

X

Manfredonia

ITMFR

 

X

 

IT

IT00

X

Marettimo

ITMMO

 

X

 

IT

IT00

X

Marina di Carrara

ITMDC

 

X

 

IT

IT00

X

Marsala

ITMRA

 

X

 

IT

IT00

X

Mazara del Vallo

ITMAZ

 

X

 

IT

IT00

X

Messina

ITMSN

 

X

 

IT

IT00

X

Milazzo

ITMLZ

 

X

 

IT

IT00

X

Molfetta

ITMOL

 

X

 

IT

IT00

X

Monfalcone

ITMNF

 

X

 

IT

IT00

X

Monopoli

ITMNP

 

X

 

IT

IT00

X

Napoli

ITNAP

 

X

 

IT

IT00

X

Olbia

ITOLB

 

X

 

IT

IT00

X

Oneglia

ITONE

 

X

 

IT

IT00

X

Oristano

ITQOS

 

X

 

IT

IT00

X

Ortona

ITOTN

 

X

 

IT

IT00

X

Otranto

ITOTO

 

X

 

IT

IT00

X

Palau

ITPAU

 

X

 

IT

IT00

X

Palermo

ITPMO

 

X

 

IT

IT00

X

Panarea

ITPAN

 

X

 

IT

IT00

X

Pantelleria

ITPNL

 

X

 

IT

IT00

X

Pesaro

ITPES

 

X

 

IT

IT00

X

Pescara

ITPSR

 

X

 

IT

IT00

X

Peschici

ITPCH

 

X

 

IT

IT00

X

Pianosa

ITPIA

 

X

 

IT

IT00

X

Piombino

ITPIO

 

X

 

IT

IT00

X

Ponte Fornaci

ITPFO

 

X

 

IT

IT00

X

Ponza

ITPNZ

 

X

 

IT

IT00

X

Portiglioni

ITPGL

 

X

 

IT

IT00

X

Porto Azzurro

ITPAZ

 

X

 

IT

IT00

X

Porto d'Ischia

ITPDI

 

X

 

IT

IT00

X

Porto Empedocle

ITPEM

 

X

 

IT

IT00

X

Porto Foxi

ITPFX

 

X

 

IT

IT00

X

Porto Garibaldi

ITPGA

 

X

 

IT

IT00

X

Porto Lignano

ITPLI

 

X

 

IT

IT00

X

Porto Maurizio

ITPMZ

 

X

 

IT

IT00

X

Porto Nogaro

ITPNG

 

X

 

IT

IT00

X

Porto Santo Stefano

ITPSS

 

X

 

IT

IT00

X

Porto Torres

ITPTO

 

X

 

IT

IT00

X

Portoferraio

ITPFE

 

X

 

IT

IT00

X

Portofino

ITPTF

 

X

 

IT

IT00

X

Portovesme

ITPVE

 

X

 

IT

IT00

X

Positano

ITPOS

 

X

 

IT

IT00

X

Pozzallo

ITPZL

 

X

 

IT

IT00

X

Pozzuoli

ITPOZ

 

X

 

IT

IT00

X

Procida

ITPRO

 

X

 

IT

IT00

X

Ravenna

ITRAN

 

X

 

IT

IT00

X

Reggio di Calabria

ITREG

 

X

 

IT

IT00

X

Rimini

ITRMI

 

X

 

IT

IT00

X

Rio Marina

ITRMA

 

X

 

IT

IT00

X

Riposto

ITRPT

 

X

 

IT

IT00

X

Rodi Garganico

ITRGG

 

X

 

IT

IT00

X

Salerno

ITSAL

 

X

 

IT

IT00

X

Salina

ITSLA

 

X

 

IT

IT00

X

San Benedetto del Tronto

ITSDB

 

X

 

IT

IT00

X

Sanremo

ITSRE

 

X

 

IT

IT00

X

Santa Margherita Ligure

ITSML

 

X

 

IT

IT00

X

Santa Panagia

ITSPA

 

X

 

IT

IT00

X

Santa Teresa di Gallura

ITSTE

 

X

 

IT

IT00

X

Sant'Antioco

ITSAT

 

X

 

IT

IT00

X

San Vito Lo Capo

ITSVC

 

X

 

IT

IT00

X

Savona — Vado

ITSVN

 

X

 

IT

IT00

X

Siracusa

ITSIR

 

X

 

IT

IT00

X

Sorrento

ITRRO

 

X

 

IT

IT00

X

Stromboli

ITSTR

 

X

 

IT

IT00

X

Talamone

ITTAL

 

X

 

IT

IT00

X

Taranto

ITTAR

 

X

 

IT

IT00

X

Termini Imerese

ITTRI

 

X

 

IT

IT00

X

Termoli

ITTMI

 

X

 

IT

IT00

X

Terracina

ITTRC

 

X

 

IT

IT00

X

Torre Annunziata

ITTOA

 

X

 

IT

IT00

X

Torregrande

ITTGR

 

X

 

IT

IT00

X

Torviscosa

ITTVC

 

X

 

IT

IT00

X

Trani

ITTNI

 

X

 

IT

IT00

X

Trapani

ITTPS

 

X

 

IT

IT00

X

Tremiti

ITTMT

 

X

 

IT

IT00

X

Trieste

ITTRS

 

X

 

IT

IT00

X

Ustica

ITUST

 

X

 

IT

IT00

X

Vada

ITVDA

 

X

 

IT

IT00

X

Vasto

ITVSO

 

X

 

IT

IT00

X

Venezia

ITVCE

 

X

 

IT

IT00

X

Ventotene

ITVTT

 

X

 

IT

IT00

X

Viareggio

ITVIA

 

X

 

IT

IT00

X

Vibo Valentia

ITVVA

 

X

 

IT

IT00

X

Vieste

ITVIE

 

X

 

IT

IT00

X

Vulcano Porto

ITVUL

 

X

 

IT

IT00

X

IT istallazzjonijiet barra mix-xtut

IT88P

 

 

 

IT

IT00

X

Oħrajn — l-Italja

IT888

 

 

 

 

 

 

132

132

0

132

 

CY

CY00

X

Larnaca (Λάρνακα)

CYLCA

 

X

 

CY

CY00

X

It-Terminal taż-Żejt ta’ Larnaca (Σταθμός Πετρελαιοειδών Λάρνακας)

CY01M

 

X

 

CY

CY00

X

Latsi (Λατσί)

CYLAT

 

 

 

CY

CY00

X

Lemesos (Λεμεσός)

CYLMS

 

X

 

CY

CY00

X

Moni Anchorage (Μονή)

CYMOI

 

X

 

CY

CY00

X

Pafos (Πάφος)

CYPFO

 

 

 

CY

CY00

X

Vasilico (Βασιλικό)

CYVAS

 

X

 

CY

CY00

X

Zygi (Ζύγι)

CYZYY

 

 

 

CY

CY00

X

CY istallazzjonijiet barra mix-xtut

CY88P

 

 

 

CY

CY00

X

Oħrajn — Ċipru

CY888

 

 

 

 

 

 

8

8

0

5

 

LV

LV00

X

Liepaja

LVLPX

 

X

 

LV

LV00

X

Riga

LVRIX

 

X

 

LV

LV00

X

Ventspils

LVVNT

 

X

 

LV

LV00

X

LV — istallazzjonijiet barra mix-xtut

LV88P

 

 

 

LV

LV00

X

Oħrajn — il-Latvja

LV888

 

 

 

 

 

 

3

3

 

3

 

LT

LT00

X

Būtingė

LTBOT

 

X

 

LT

LT00

X

Klaipėda

LTKLJ

 

X

 

LT

LT00

X

LT — istallazzjonijiet barra mix-xtut

LT88P

 

 

 

LT

LT00

X

Oħrajn — il-Litwanja

LT888

 

 

 

 

 

 

2

2

 

2

 

MT

MT00

X

Marsaxlokk

MTMAR

 

X

 

MT

MT00

X

Malta (Valletta)

MTMLA

 

X

 

MT

MT00

X

MT — istallazzjonijiet barra mix-xtut

MT88P

 

 

 

MT

MT00

X

Oħrajn — Malta

MT888

 

 

 

 

 

 

2

2

 

2

 

NL

NL00

X

Alblasserdam

NLABL

 

X

0482

NL

NL00

X

Ameland

NLAML

 

X

0060

NL

NL00

X

Amsterdam

NLAMS

 

X

0363

NL

NL00

X

Appingedam

NLAPP

 

X

0003

NL

NL00

X

Bergambacht

NLBGB

 

X

0491

NL

NL00

X

Bergen

NLBEG

 

X

0893

NL

NL00

X

Bergen Op Zoom

NLBZM

 

X

0748

NL

NL00

X

Beverwijk

NLBEV

 

X

0375

NL

NL00

X

Binnenmaas

NLBNM

 

X

0585

NL

NL00

X

Born

NLBON

 

X

0897

NL

NL00

X

Borsele

NLBOR

 

X

0654

NL

NL00

X

Brakel

NLBRK

 

X

0212

NL

NL00

X

Breda

NLBRD

 

X

0758

NL

NL00

X

Breskens

NLBRS

 

X

0692

NL

NL00

X

Budel

NLBUD

 

X

0759

NL

NL00

X

Capelle Aan Den Ijssel

NLCPI

 

X

0502

NL

NL00

X

Cuijk

NLCUY

 

X

1684

NL

NL00

X

Delfzijl/Eemshaven

NLDZL

 

X

0010

NL

NL00

X

Den Haag (S-Gravenhage)

NLHAG

NLSCI

 

 

NL

NL00

X

Den Helder

NLDHR

 

X

0400

NL

NL00

X

Deventer

NLDEV

 

X

0150

NL

NL00

X

Dinteloord En Prinsenland

NLDIN

 

X

0851

NL

NL00

X

Dordrecht

NLDOR

 

X

0505

NL

NL00

X

Druten

NLDRU

 

X

0225

NL

NL00

X

Duiven

NLDUI

 

X

1676

NL

NL00

X

Echteld

NLECD

 

X

0227

NL

NL00

X

Eemshaven

NLEEM

NLDZL

 

 

NL

NL00

X

Europoort

NLEUR

NLRTM

 

 

NL

NL00

X

Fijnaart En Heijninge

NLFFJ

 

X

0878

NL

NL00

X

Franekeradeel

NLFRK

 

X

0070

NL

NL00

X

Gennep

NLGEN

 

X

0907

NL

NL00

X

Goerdereede

NLGDR

 

X

0511

NL

NL00

X

Gorinchem

NLGOR

 

X

0512

NL

NL00

X

Gouda

NLGOU

 

X

0513

NL

NL00

X

Groningen

NLGRQ

 

X

0014

NL

NL00

X

Haarlem

NLHAA

 

X

0392

NL

NL00

X

Hardinxveld-Giessenda

NLHRX

 

X

0523

NL

NL00

X

Harlingen

NLHAR

 

X

0072

NL

NL00

X

Hasselt

NLHAS

 

X

0161

NL

NL00

X

Hendrik-Ido-Ambacht

NLHIA

 

X

0531

NL

NL00

X

Hengelo

NLHGL

 

X

0164

NL

NL00

X

Hontenisse

NLHTN

 

X

0675

NL

NL00

X

Hooge En Laage Zwaluwe

NLHOZ

NLMOE

 

 

NL

NL00

X

Ijmuiden

NLIJM

NLVEL

 

 

NL

NL00

X

Kampen

NLKAM

 

X

0166

NL

NL00

X

Kessel

NLKSL

 

X

0929

NL

NL00

X

Klundert

NLKLU

NLMOE

 

 

NL

NL00

X

Krimpen Aan Den Ijsse

NLKRP

 

X

0542

NL

NL00

X

Lelystad

NLLEY

 

X

0995

NL

NL00

X

Lemsterland

NLLEM

 

X

0082

NL

NL00

X

Lienden

NLLIE

 

X

0261

NL

NL00

X

Lith

NLLIT

 

X

0808

NL

NL00

X

Lochem

NLLCH

 

X

0262

NL

NL00

X

Maarssen

NLMSS

 

X

0333

NL

NL00

X

Maasbracht

NLMSB

 

X

0933

NL

NL00

X

Maassluis

NLMSL

 

X

0556

NL

NL00

X

Maastricht

NLMST

 

X

0935

NL

NL00

X

Meerlo-Wansum

NLMEW

 

X

0993

NL

NL00

X

Meppel

NLMEP

 

X

0119

NL

NL00

X

Middelburg

NLMID

 

X

0687

NL

NL00

X

Middelharnis

NLMIH

 

X

0559

NL

NL00

X

Mierlo

NLMIE

 

X

0814

NL

NL00

X

Moerdijk

NLMOE

 

X

0878

NL

NL00

X

Nieuw-Lekkerland

NLNLK

 

X

0571

NL

NL00

X

Nijkerk

NLNKK

 

X

0267

NL

NL00

X

Nijmegen

NLNIJ

 

X

0268

NL

NL00

X

Oosterhout

NLOOS

 

X

0826

NL

NL00

X

Oss

NLOSS

 

X

0828

NL

NL00

X

Oud En Nieuw Gastel

NLOUG

 

X

1655

NL

NL00

X

Ouderkerk

NLOAI

 

X

0644

NL

NL00

X

Papendrecht

NLPAP

 

X

0590

NL

NL00

X

Raamsdonk

NLRAA

 

X

0779

NL

NL00

X

Reimerswaal

NLREW

 

X

0703

NL

NL00

X

Renkum

NLRNK

 

X

0274

NL

NL00

X

Rheden

NLRHD

 

X

0275

NL

NL00

X

Rhenen

NLRHE

 

X

0340

NL

NL00

X

Ridderkerk

NLRID

 

X

0597

NL

NL00

X

Roermond

NLOMD

 

X

0957

NL

NL00

X

Rotterdam

NLRTM

 

X

0599

NL

NL00

X

Rozenburg

NLROZ

 

X

0600

NL

NL00

X

Sas Van Gent

NLSVG

 

X

0704

NL

NL00

X

Scheveningen

NLSCE

 

X

0518

NL

NL00

X

Schiedam

NLSCI

 

X

0606

NL

NL00

X

S-Gravendeel

NLGRA

 

X

0517

NL

NL00

X

S-Hertogenbosch

NLHTB

 

X

0796

NL

NL00

X

Smallingerland

NLSML

 

X

0090

NL

NL00

X

Sneek

NLSNK

 

X

0091

NL

NL00

X

Stein

NLSTI

 

X

0791

NL

NL00

X

Swalmen

NLSWM

 

X

0975

NL

NL00

X

Tegelen

NLTEG

 

X

0976

NL

NL00

X

Terneuzen

NLTNZ

 

X

0715

NL

NL00

X

Texel

NLTEX

 

X

0448

NL

NL00

X

Tiel

NLTIE

 

X

0281

NL

NL00

X

Utrecht

NLUTC

 

X

0344

NL

NL00

X

Velsen/Ijmuiden

NLVEL

 

X

0453

NL

NL00

X

Venlo

NLVEN

 

X

0983

NL

NL00

X

Vierlingsbeek

NLVIE

 

X

0756

NL

NL00

X

Vlaardingen

NLVLA

 

X

0622

NL

NL00

X

Vlieland

NLVLL

 

X

0096

NL

NL00

X

Vlissingen

NLVLI

 

X

0718

NL

NL00

X

Waalwijk

NLWLK

 

X

0867

NL

NL00

X

Wageningen

NLWGW

 

X

0289

NL

NL00

X

Werkendam

NLWKD

 

X

0870

NL

NL00

X

Zaanstad

NLZAA

 

X

0479

NL

NL00

X

Zutphen

NLZUT

 

X

0301

NL

NL00

X

Zwijndrecht

NLZWI

 

X

0642

NL

NL00

X

Zwolle

NLZWO

 

X

0193

NL

NL00

X

NL istallazzjonijiet barra mix-xtut

NL88P

 

 

 

NL

NL00

X

Oħrajn — L-Olanda

NL888

 

 

 

 

 

 

107

107

6

101

 

PL

PL00

X

Darlowo (Darłowo)

PLDAR

 

X

 

PL

PL00

X

Elblag (Elbląg)

PLELB

 

X

 

PL

PL00

X

Gdańsk

PLGDN

 

X

 

PL

PL00

X

Gdynia

PLGDY

 

X

 

PL

PL00

X

Kolobrzeg (Kołobrzeg)

PLKOL

 

X

 

PL

PL00

X

Nowe Warpno

PLNWA

 

X

 

PL

PL00

X

Police

PLPLC

 

X

 

PL

PL00

X

Stepnica

PLSPA

 

X

 

PL

PL00

X

Swinoujscie (Świnoujście)

PLSWI

 

X

 

PL

PL00

X

Szczecin

PLSZZ

 

X

 

PL

PL00

X

Trzebiez (Trzebież)

PL001

 

X

 

PL

PL00

X

Ustka

PLUST

 

X

 

PL

PL00

X

Wladyslawowo (Władysławowo)

PLWLA

 

X

 

PL

PL00

X

PL istallazzjoni barra mix-xtut

PL88P

 

 

 

PL

PL00

X

Oħrajn — il-Polonja

PL888

 

 

 

 

 

 

13

13

0

13

 

PT

PT00

X

Angra do Heroísmo (ilha Terceira, Açores)

PTADH

 

X

60

PT

PT00

X

Aveiro

PTAVE

 

X

09

PT

PT00

X

Cais do Pico (ilha do Pico, Açores)

PTCDP

 

X

80

PT

PT00

X

Calheta (ilha de S. Jorge, Açores)

PTCAL

 

X

67

PT

PT00

X

Cascais

PTCAS

 

X

16

PT

PT00

X

Douro (Oporto)

PTOPO

 

X

08

PT

PT00

X

Faro

PTFAO

 

X

27

PT

PT00

X

Figueira da Foz

PTFDF

 

X

10

PT

PT00

X

Funchal (Madeira)

PTFNC

 

X

90

PT

PT00

X

Horta (ilha das Flores, Açores)

PTHOR

 

X

75

PT

PT00

X

Lagos

PTLOS

 

X

 

PT

PT00

X

Lajes das Flores (ilha das Flores, Açores)

PTLAJ

 

X

 

PT

PT00

X

Lajes da Picola (ilha do Pico, Açores)

PTLDP

 

X

 

PT

PT00

X

Leixões

PTLEI

 

X

07

PT

PT00

X

Lisboa

PTLIS

 

X

14

PT

PT00

X

Madalena (ilha do Pico, Açores)

PTMAD

 

X

82

PT

PT00

X

Ponta Delgada (ilha de S. Miguel, Açores)

PTPDL

 

X

55

PT

PT00

X

Portimão

PTPRM

 

X

25

PT

PT00

X

Porto Santo (ilha de Porto Santo, Madeira)

PTPXO

 

X

91

PT

PT00

X

Praia da Graciosa (ilha da Graciosa, Açores)

PTPRG

 

X

71

PT

PT00

X

Praia da Vitória (ilha Terceira, Açores)

PTPRV

 

X

61

PT

PT00

X

Santa Cruz da Gracioza (ilha da Gracioza, Açores)

PTSCG

 

X

 

PT

PT00

X

Santa Cruz das Flores (ilha das Flores, Açores)

PTSCF

 

X

 

PT

PT00

X

Setúbal

PTSET

 

X

20

PT

PT00

X

Sines

PTSIN

 

X

22

PT

PT00

X

Velas (ilha de S. Jorge, Açores)

PTVEL

 

X

65

PT

PT00

X

Viana do Castelo

PTVDC

 

X

03

PT

PT00

X

Vila do Porto (ilha de Santa Maria, Açores)

PTVDP

 

X

 

PT

PT00

X

Vila Nova do Corvo (ilha do Corvo, Açores)

PTVNC

 

X

 

PT

PT00

X

Vila Real de Santo António

PTVRL

 

X

32

PT

PT00

X

Zona Franca da Madeira

PTZFM

 

X

 

PT

PT00

X

PT istallazzjonijiet barra mix-xtut

PT88P

 

 

 

PT

PT00

X

Oħrajn — il-Portugall

PT888

 

 

 

 

 

 

31

31

0

31

 

SI

SI00

X

Izola

SIIZO

 

X

 

SI

SI00

X

Koper

SIKOP

 

X

 

SI

SI00

X

Piran

SIPIR

 

X

 

SI

SI00

X

Portoroz

SIPOW

 

X

 

SI

SI00

X

SI — istallazzjonijiet barra mix-xtut

SI88P

 

 

 

SI

SI00

X

Oħrajn — is-Slovenja

SI888

 

 

 

 

 

 

4

4

0

4

 

FI

FI00

X

Brändö

FIBRA

 

X

 

FI

FI00

X

Dragsfjärd

FIDRA

 

X

 

FI

FI00

X

Eckerö

FIECK

 

X

 

FI

FI00

X

Enonkoski

FIENK

FI001

 

 

FI

FI00

X

Espoo

FIESP

 

X

 

FI

FI00

X

Eurajoki

FIEJO

 

X

 

FI

FI00

X

Färjsund

FIFAR

 

X

 

FI

FI00

X

Föglö

FIFOG

 

X

 

FI

FI00

X

Förby

FIFOR

 

X

 

FI

FI00

X

Godby

FIGDB

 

X

 

FI

FI00

X

Hamina

FIHMN

 

X

 

FI

FI00

X

Hanko

FIHKO

 

X

 

FI

FI00

X

Haukipudas

FIHAU

 

X

 

FI

FI00

X

Helsinki

FIHEL

 

X

 

FI

FI00

X

Houtskär

FIHOU

 

X

 

FI

FI00

X

Iisalmi

FIIIS

FI001

 

 

FI

FI00

X

Imatra

FIIMA

FI001

 

 

FI

FI00

X

Iniö

FIINI

 

X

 

FI

FI00

X

Inkoo

FIINK

 

X

 

FI

FI00

X

Inland Ports

FI001

 

X

 

FI

FI00

X

Isnäs

FIISN

 

X

 

FI

FI00

X

Joensuu

FIJOE

FI001

 

 

FI

FI00

X

Joutseno

FIJOU

FI001

 

 

FI

FI00

X

Kalajoki

FIKJO

 

X

 

FI

FI00

X

Kantvik

FIKNT

 

X

 

FI

FI00

X

Kaskinen

FIKAS

 

X

 

FI

FI00

X

Kemi

FIKEM

 

X

 

FI

FI00

X

Kemiö

FIKIM

 

X

 

FI

FI00

X

Kitee

FIKTQ

FI001

 

 

FI

FI00

X

Kökar

FIKKR

 

X

 

FI

FI00

X

Kokkola

FIKOK

 

X

 

FI

FI00

X

Korppoo

FIKOR

 

X

 

FI

FI00

X

Kotka

FIKTK

 

X

 

FI

FI00

X

Koverhar

FIKVH

 

X

 

FI

FI00

X

Kristiinankaupunki

FIKRS

 

X

 

FI

FI00

X

Kronvik

FIKRO

 

X

 

FI

FI00

X

Kumlinge

FIKUM

 

X

 

FI

FI00

X

Kuopio

FIKUO

FI001

 

 

FI

FI00

X

Kustavi

FIKUS

 

X

 

FI

FI00

X

Langnäs

FILAN

 

X

 

FI

FI00

X

Lappohja

FILAP

 

X

 

FI

FI00

X

Lappeenranta

FILPP

FI001

 

 

FI

FI00

X

Loviisa

FILOV

 

X

 

FI

FI00

X

Luvia

FILUV

 

X

 

FI

FI00

X

Maaninka

FIMAA

FI001

 

 

FI

FI00

X

Mariehamn

FIMHQ

 

X

 

FI

FI00

X

Merikarvia

FIMER

 

X

 

FI

FI00

X

Mikkeli

FIMIK

FI001

 

 

FI

FI00

X

Naantali

FINLI

 

X

 

FI

FI00

X

Nauvo

FINAU

 

X

 

FI

FI00

X

Nurmes

FINUR

FI001

 

 

FI

FI00

X

Oulu

FIOUL

 

X

 

FI

FI00

X

Parainen

FIPAR

 

X

 

FI

FI00

X

Pernaja

FIPER

 

X

 

FI

FI00

X

Pietarsaari

FIPRS

 

X

 

FI

FI00

X

Pohjankuru

FIPOH

 

X

 

FI

FI00

X

Pori

FIPOR

 

X

 

FI

FI00

X

Porvoo

FIPRV

 

X

 

FI

FI00

X

Puumala

FIPUU

FI001

 

 

FI

FI00

X

Raahe

FIRAA

 

X

 

FI

FI00

X

Rauma

FIRAU

 

X

 

FI

FI00

X

Rautaruukki/Raahe

FIRTR

 

X

 

FI

FI00

X

Ristiina

FIRIS

FI001

 

 

FI

FI00

X

Ruotsinpyhtää

FIRUO

 

X

 

FI

FI00

X

Rymättylä

FIRYM

 

X

 

FI

FI00

X

Salo

FISAL

 

X

 

FI

FI00

X

Savonlinna

FISVL

FI001

 

 

FI

FI00

X

Siilinjärvi

FISII

FI001

 

 

FI

FI00

X

Sipoonlahti

FISIP

 

X

 

FI

FI00

X

Sköldvik

FISKV

 

X

 

FI

FI00

X

Skogby

FISKB

 

X

 

FI

FI00

X

Strömma

FISTR

 

X

 

FI

FI00

X

Taalintehdas

FIDLS

 

X

 

FI

FI00

X

Taivassalo

FITVS

 

X

 

FI

FI00

X

Tammisaari

FITAI

 

X

 

FI

FI00

X

Teijo

FITEI

 

X

 

FI

FI00

X

Tolkkinen

FITOK

 

X

 

FI

FI00

X

Tornio

FITOR

 

X

 

FI

FI00

X

Turku

FITKU

 

X

 

FI

FI00

X

Uimaharju

FIUIM

FI001

 

 

FI

FI00

X

Uusikaarlepyy

FIUKP

 

X

 

FI

FI00

X

Uusikaupunki

FIUKI

 

X

 

FI

FI00

X

Vaasa

FIVAA

 

X

 

FI

FI00

X

Varkaus

FIVRK

FI001

 

 

FI

FI00

X

Velkua

FIVEL

 

X

 

FI

FI00

X

FI istallazzjonijiet barra mix-xtut

FI88P

 

 

 

FI

FI00

X

Oħrajn — il-Finlandja

FI888

 

 

 

 

 

 

85

85

17

68

 

SE

SE01

X

Åhus

SEAHU

 

X

51100

SE

SE01

X

Ala

SEALA

 

X

21100

SE

SE02

X

Älvenäs

SEALN

 

X

71703

SE

SE02

X

Åmål

SEAMA

 

X

71600

SE

SE01

X

Bäckviken

SEBAC

SELAA

 

56120

SE

SE01

X

Bällstaviken

SEBLV

 

X

28143

SE

SE01

X

Bålsta

SEBAA

 

X

30103

SE

SE01

X

Bergkvara

SEBEA

 

X

40100

SE

SE01

X

Bergs Oljehamn

SEBER

 

X

28213

SE

SE02

X

Bohus

SEBOH

 

X

60123

SE

SE01

X

Bollstabruk

SEBOL

 

X

16100

SE

SE01

X

Borgholm

SEBOM

 

X

40210

SE

SE02

X

Brofjorden Scanraff

SEBRO

 

X

66303

SE

SE01

X

Bureå

SEBUR

SESFT

 

 

SE

SE01

X

Burgsvik

SEBUV

 

X

43910

SE

SE01

X

Byxelkrok

SEBYX

 

X

40220

SE

SE01

X

Degerhamn

SEDEG

 

X

40300

SE

SE01

X

Djurön

SEDJN

SENRK

 

37910

SE

SE01

X

Domsjö

SEDOM

 

X

15100

SE

SE02

X

Donsö

SEDON

 

X

60910

SE

SE01

X

Enhörna

SE954

 

X

35903

SE

SE01

X

Enköping

SEENK

 

X

30200

SE

SE01

X

Fagerviken

SEFAK

 

X

23910

SE

SE02

X

Falkenberg

SEFAG

 

X

63100

SE

SE01

X

Fårösund

SEFSD

 

X

43920

SE

SE02

X

Fjällbacka

SEFJA

 

X

67910

SE

SE01

X

Forsmark

SEFOR

 

X

26923

SE

SE01

X

Gamleby

SEGAM

 

X

38200

SE

SE01

X

Gävle

SEGVX

 

X

22100

SE

SE02

X

Göta

SEGOA

 

X

68323

SE

SE02

X

Göteborg

SEGOT

 

X

59100

SE

SE02

X

Grebbestad

SEGRE

 

X

67920

SE

SE01

X

Grisslehamn

SEGRH

 

X

26990

SE

SE02

X

Grundsund

SEGRD

 

X

66970

SE

SE02

X

Gruvön (ports)

SEGRU

 

X

7211

SE

SE01

X

Gunnebo

SEGUN

 

X

38933

SE

SE01

X

Gustavberg

SEGUB

 

X

28923

SE

SE01

X

Hallstavik

SEHAK

 

X

26100

SE

SE02

X

Halmstad

SEHAD

 

X

62100

SE

SE01

X

Haraholmen

SEHAH

SEPIT

 

 

SE

SE01

X

Hargshamn

SEHAN

 

X

26200

SE

SE01

X

Härnösand

SEHND

 

X

16200

SE

SE01

X

Hässelbyverket

SEHBV

SESTO

 

28133

SE

SE01

X

Helsingborg

SEHEL

 

X

57100

SE

SE02

X

Höganäs

SEHOG

 

X

58203

SE

SE01

X

Holmsund

SEHLD

SEUME

 

 

SE

SE02

X

Hönsäter

SEHON

 

X

69100

SE

SE01

X

Hudiksvall

SEHUV

SEIGG

 

20100

SE

SE02

X

Hunnebostrand

SEHUN

 

X

66940

SE

SE01

X

Husum

SEHUS

 

X

15200

SE

SE02

X

Hyppeln

SEHYP

 

X

60920

SE

SE01

X

Iggesund

SEIGG

 

X

20200

SE

SE01

X

Jätterssön

SEJAT

 

X

39100

SE

SE01

X

Kagghamra

SE977

 

X

35210

SE

SE01

X

Kalix

SEKAX

 

X

10901

SE

SE01

X

Kalmar

SEKLR

 

X

40500

SE

SE01

X

Kalmarsand

SE950

 

X

30303

SE

SE01

X

Kappelshamn

SEKPH

 

X

43930

SE

SE01

X

Kappelskär

SEKPS

 

X

26303

SE

SE01

X

Karlsborg Axelvik

SEKXV

 

X

10200

SE

SE01

X

Karlshamn

SEKAN

 

X

48100

SE

SE01

X

Karlskrona

SEKAA

 

X

47100

SE

SE02

X

Karlstad

SEKSD

 

X

71300

SE

SE01

X

Klintehamn

SEKLI

 

X

42300

SE

SE01

X

Köping

SEKOG

 

X

32100

SE

SE01

X

Kopparverkshamnen

SEKVH

SEHEL

 

57100

SE

SE02

X

Kristinehamn

SEKHN

 

X

73100

SE

SE01

X

Kubikenborg

SEKUB

 

X

18200

SE

SE02

X

Kungshamn (ports)

SEKUN

 

X

6693

SE

SE01

X

Kungsör

SEKGR

 

X

32920

SE

SE01

X

Kvarnholmen

SEKVA

 

X

28233

SE

SE01

X

Landskrona

SELAA

 

X

56100

SE

SE02

X

Lidköping

SELDK

 

X

69200

SE

SE02

X

Lilla Edet

SELED

 

X

68333

SE

SE01

X

Limhamn

SELIM

SEMMA

 

55100

SE

SE01

X

Lomma

SELOM

 

X

55200

SE

SE01

X

Löten

SE951

 

X

28153

SE

SE01

X

Loudden

SELOU

SESTO

 

28263

SE

SE01

X

Luleå

SELLA

 

X

11100

SE

SE01

X

Luleå SSAB

SENJA

SELLA

 

11200

SE

SE01

X

Lugnvik

SELUG

 

X

16400

SE

SE02

X

Lysekil

SELYS

 

X

66100

SE

SE01

X

Malmö

SEMMA

 

X

54100

SE

SE02

X

Mariestad

SEMAD

 

X

69300

SE

SE01

X

Mönsterås

SEMON

SEJAT

 

 

SE

SE01

X

Mörbylånga

SEMOR

 

X

40600

SE

SE02

X

Nol (portijiet)

SENOL

 

X

601

SE

SE01

X

Nordmaling

SENOG

 

X

14930

SE

SE01

X

Norrköping

SENRK

 

X

37100

SE

SE01

X

Norrsundet

SENOT

 

X

23100

SE

SE01

X

Norrtälje

SENOE

 

X

26400

SE

SE01

X

Nyköping

SENYO

 

X

36200

SE

SE01

X

Nynäshamn (portijiet)

SENYN

 

X

29100

SE

SE01

X

Nynäshamns Oljehamn

SE131

SENYN

 

29200

SE

SE01

X

Obbola

SEOBB

SEUME

 

14300

SE

SE02

X

Öckerö

SEOCO

 

X

60980

SE

SE01

X

Öregrund

SEOGR

 

X

26910

SE

SE01

X

Örnsköldsvik

SEOER

 

X

15400

SE

SE01

X

Ortviken

SEORT

SESDL

 

18300

SE

SE01

X

Oskarshamn

SEOSK

 

X

39300

SE

SE01

X

Östrand

SEOST

 

X

19300

SE

SE02

X

Otterbäcken

SEOTT

 

X

73200

SE

SE01

X

Oxelösund (portijiet)

SEOXE

 

X

36500

SE

SE01

X

Oxelösund SSAB

SE134

SEOXE

 

36500

SE

SE01

X

Piteå

SEPIT

 

X

12100

SE

SE01

X

Ronehamn

SERNH

 

X

42400

SE

SE01

X

Ronneby

SERNB

 

X

48300

SE

SE01

X

Rönnskär

SEROR

SESFT

 

 

SE

SE01

X

Rundvik

SERUV

 

X

14400

SE

SE02

X

Säffle

SESAF

 

X

71803

SE

SE01

X

Sandarne

SESAE

SESOO

 

21400

SE

SE01

X

Simrishamn

SESIM

 

X

52100

SE

SE02

X

Skattkärr

SESKT

 

X

71963

SE

SE01

X

Skellefteå

SESFT

 

X

13200

SE

SE01

X

Skelleftehamn

SESKE

SESFT

 

 

SE

SE02

X

Skoghall (portijiet)

SESKO

 

X

71503

SE

SE01

X

Skutskär

SESSR

 

X

23200

SE

SE01

X

Slite (portijiet)

SESLI

 

X

42500

SE

SE01

X

Slite Industrihamn

SE139

SESLI

 

42600

SE

SE01

X

Söderhamn

SESOO

 

X

21200

SE

SE01

X

Södertälje

SESOE

 

X

35200

SE

SE01

X

Sölvesborg

SESOL

 

X

50100

SE

SE01

X

Söråker

SESOR

 

X

18800

SE

SE02

X

Stenungsund (portijiet)

SESTE

 

X

61000

SE

SE01

X

Stockholm

SESTO

 

X

27100

SE

SE01

X

Stockvik

SESTK

 

X

18400

SE

SE01

X

Stora Vika

SESTV

 

X

29300

SE

SE01

X

Storugns

SESUS

 

X

42703

SE

SE01

X

Strängnäs

SESTQ

 

X

33100

SE

SE02

X

Strömstad

SESMD

 

X

67100

SE

SE01

X

Stugsund

SESTU

SESOO

 

 

SE

SE01

X

Sundsvall

SESDL

 

X

18500

SE

SE02

X

Surte

SESUR

 

X

60163

SE

SE01

X

Töre

SETOE

 

X

10400

SE

SE01

X

Trelleborg

SETRG

 

X

53100

SE

SE02

X

Trollhättan (portijiet)

SETHN

 

X

681, 688

SE

SE01

X

Tunadal

SETUN

 

X

19100

SE

SE02

X

Uddevalla

SEUDD

 

X

65100

SE

SE01

X

Umeå

SEUME

 

X

14500

SE

SE01

X

Uppsala

SEUPP

 

X

30400

SE

SE01

X

Utansjö

SEUTA

 

X

16700

SE

SE01

X

Väja

SEVAJ

 

X

16800

SE

SE01

X

Valdemarsvik

SEVAK

 

X

37940

SE

SE01

X

Vallvik

SEVAL

 

X

21300

SE

SE02

X

Vänersborg (portijiet)

SEVAN

 

X

68200

SE

SE02

X

Varberg

SEVAG

 

X

64100

SE

SE02

X

Vargön

SEVGN

 

X

68963

SE

SE01

X

Västerås

SEVST

 

X

31100

SE

SE01

X

Västervik

SEVVK

 

X

38200

SE

SE01

X

Verkebäck

SEVER

 

X

38210

SE

SE01

X

Visby

SEVBY

 

X

43100

SE

SE01

X

Vivstavarv

SEVIV

 

X

19200

SE

SE02

X

Wallhamn

SEWAL

 

X

61100

SE

SE01

X

Ystad

SEYST

 

X

52200

SE

SE01

X

SE istallazzjonijiet barra mix-xtut

SE88P

 

 

 

SE

SE02

X

SE istallazzjonijiet barra mix-xtut

SE88P

 

 

 

SE

SE01

X

Oħrajn — l-Iżvezja Baltiku

SE888

 

 

 

SE

SE02

X

Oħrajn — l-Iżvezja Baħar tan-Nord

SE888

 

 

 

SE

SE09

X

Oħrajn — l-Iżvezja (MCA mhux magħrufa)

SE888

 

 

 

 

 

 

154

154

21

133

 

GB

GB01

X

Aberdeen

GBABD

 

X

0806

GB

GB01

X

Amble

GBAMB

 

X

 

GB

GB01

X

Appledore

GBAPP

 

X

0412

GB

GB01

X

Arbroath

GBARB

 

X

 

GB

GB01

X

Ardrishaig

GBASG

 

X

0711

GB

GB01

X

Ardrossan

GBARD

GBCLY

 

 

GB

GB01

X

Armadale

GBARE

GBUIG

 

 

GB

GB01

X

Arran

GB085

GBCLY

 

0753

GB

GB01

X

Avonmouth

GBAVO

GBBRS

 

 

GB

GB01

X

Ayr

GBAYR

 

X

0702

GB

GB01

X

Ballylumford

GB017

 

X

1310

GB

GB01

X

Baltasound

GBBSN

GBSUL

 

 

GB

GB01

X

Baltic Wharf

GBBAW

GBRFD

 

 

GB

GB01

X

Bangor

GBBNG

GBPPE

 

 

GB

GB01

X

Barking

GBBKG

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Barnstaple

GBBND

 

X

0414

GB

GB01

X

Barra Castlebay

GB162

 

X

0721

GB

GB01

X

Barrow-in-Furness

GBBIF

 

X

0610

GB

GB01

X

Barrow on Humber

GBBHR

GB221

 

 

GB

GB01

X

Barry

GBBAD

 

X

0408

GB

GB01

X

Barton on Humber

GBBNH

GB221

 

 

GB

GB01

X

Battlesbridge

GBBAT

GBRFD

 

 

GB

GB01

X

Beaumaris

GBBMR

 

X

 

GB

GB01

X

Beckingham

GBBEC

GBSCP

 

 

GB

GB01

X

Belfast

GBBEL

 

X

1313

GB

GB01

X

Bellport

GB114

GBGWE

 

 

GB

GB01

X

Berwick on Tweed

GBBWK

 

X

0901

GB

GB01

X

Bideford

GBBID

 

X

0413

GB

GB01

X

Billingham

GBBHW

GBTEE

 

 

GB

GB01

X

Birkenhead

GBBRK

GBLIV

 

 

GB

GB01

X

Blyth

GBBLY

 

X

0903

GB

GB01

X

Boston

GBBOS

 

X

1101

GB

GB01

X

Bowling

GBBOW

GBCLY

 

 

GB

GB01

X

Braefoot Bay

GBBFB

GBFOR

 

 

GB

GB01

X

Bridgwater

GBBRW

 

X

0402

GB

GB01

X

Brightlingsea

GBBLS

 

X

0109

GB

GB01

X

Bristol

GBBRS

 

X

0403

GB

GB01

X

Briton Ferry

GBBFY

GBNEA

 

 

GB

GB01

X

Brixham

GBBRX

 

X

0319

GB

GB01

X

Bromborough

GBBHK

GBLIV

 

 

GB

GB01

X

Buckie

GBBUC

 

X

0815

GB

GB01

X

Burghead

GBBUH

 

X

0813

GB

GB01

X

Burnham-on-Crouch

GBBOC

GBRFD

 

 

GB

GB01

X

Burntisland

GBBTL

GBFOR

 

 

GB

GB01

X

Burray Pier

GB234

 

X

 

GB

GB01

X

Burton upon Stather

GBBUS

GB203

 

 

GB

GB01

X

Cairnryan

GBCYN

 

X

0706

GB

GB01

X

Caldaire Terminal

GB113

GBGOO

 

 

GB

GB01

X

Canvey Island

GBCAN

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Cantley

GBCNL

GBGYT

 

 

GB

GB01

X

Cardiff

GBCDF

 

X

0406

GB

GB01

X

Carrickfergus

GBCFG

 

X

1312

GB

GB01

X

Cattewater Harbour

GB144

GBPLY

 

 

GB

GB01

X

Charlestown

GBCHF

 

X

0312

GB

GB01

X

Chatham

GBCTM

GBMED

 

 

GB

GB01

X

Chepstow

GBCHT

 

X

 

GB

GB01

X

Chichester

GBCST

 

X

0208

GB

GB01

X

Cliffe

GBCLF

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Cloghan

GB218

GB017

 

 

GB

GB01

X

Clydebank

GBCLY

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Clydeport

GBCYP

 

X

 

GB

GB01

X

Coaltainers, Belfast

GB181

 

X

1322

GB

GB01

X

Colchester

GBCOL

 

X

0101

GB

GB01

X

Coleraine

GBCLR

 

X

1302

GB

GB01

X

Coll

GB027

 

X

0722

GB

GB01

X

Colonsay

GBCSA

 

X

0724

GB

GB01

X

Convoys Wharf

GB124

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Corpach

GBCOR

 

X

0713

GB

GB01

X

Coryton

GBCOY

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Cowes, Isle of Wight

GBCOW

 

X

0206

GB

GB01

X

Craignure

GBCNU

 

X

0736

GB

GB01

X

Creeksea

GB149

GBRFD

 

 

GB

GB01

X

Cromarty Firth

GBCRN

 

X

 

GB

GB01

X

Cumbrae

GB086

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Dagenham

GBDAG

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Dartford

GBDFD

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Dartmouth

GBDTM

 

X

0310

GB

GB01

X

Dean Point Quarry

GBDNQ

 

X

3016

GB

GB01

X

Deptford

GBDEP

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Dover

GBDVR

 

X

0106

GB

GB01

X

Dundee

GBDUN

 

X

0808

GB

GB01

X

Dunoon

GBDNU

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Dutch River Wharf

GB230

 

X

 

GB

GB01

X

Eastham

GBEAM

GBMNC

 

 

GB

GB01

X

Eday

GBEOI

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Edinburgh

GBEDI

GBFOR

 

0809

GB

GB01

X

Egilsay

GB175

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Eigg

GB166

 

X

0727

GB

GB01

X

Ellesmere Port

GBELL

GBMNC

 

 

GB

GB01

X

Erith

GBERI

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Exeter

GBEXE

GBEXM

 

 

GB

GB01

X

Exmouth

GBEXM

 

X

0302

GB

GB01

X

Falmouth

GBFAL

 

X

0307

GB

GB01

X

Fareham

GBFHM

 

X

0207

GB

GB01

X

Faslane

GBFAS

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Faversham

GBFAV

GBMED

 

 

GB

GB01

X

Fawley

GBFAW

GBSOU

 

 

GB

GB01

X

Felixstowe

GBFXT

 

X

1202

GB

GB01

X

Fingringhoe

GBFRH

GBCOL

 

 

GB

GB01

X

Finnart

GBFNT

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Fishguard

GBFIS

 

X

0502

GB

GB01

X

Fleetwood

GBFLE

 

X

0603

GB

GB01

X

Flixborough

GBFLW

GB203

 

 

GB

GB01

X

Flotta Terminal

GBFLH

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Folkestone

GBFOL

 

X

0107

GB

GB01

X

Forth

GBFOR

 

X

 

GB

GB01

X

Fosdyke

GBFDK

 

X

1106

GB

GB01

X

Fowey

GBFOY

 

X

0305

GB

GB01

X

Fraserburgh

GBFRB

 

X

0817

GB

GB01

X

Gainsborough

GBGAI

GBSCP

 

 

GB

GB01

X

Garston

GBGTN

 

X

0609

GB

GB01

X

Gillingham

GBGIL

GBMED

 

 

GB

GB01

X

Girvan

GBGIR

 

X

0707

GB

GB01

X

Glasgow

GBGLW

GBCYP

 

0703

GB

GB01

X

Glasson Dock

GBGLD

GBLAN

 

 

GB

GB01

X

Glensanda

GBGSA

 

X

0740

GB

GB01

X

Gloucester

GBGLO

GBSSS

 

 

GB

GB01

X

Goole

GBGOO

 

X

1004

GB

GB01

X

Gourock

GBGUR

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Graemsay

GBGAE

 

X

 

GB

GB01

X

Grangemouth

GBGRG

GBFOR

 

 

GB

GB01

X

Granton

GBGRN

GBFOR

 

 

GB

GB01

X

Gravesend

GBGVS

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Great Yarmouth

GBGTY

 

X

1104

GB

GB01

X

Greenhithe

GBGHI

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Greenock

GBGRK

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Greenwich

GBGNW

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Grimsby

GBGSY

GBIMM

 

 

GB

GB01

X

Grove Wharves

GBGRW

GB203

 

 

GB

GB01

X

Gunness

GBGUW

GB203

 

 

GB

GB01

X

Hamble

GBHAM

GBSOU

 

 

GB

GB01

X

Hartlepool

GBHTP

GBMME

 

 

GB

GB01

X

Harwich

GBHRW

 

X

1203

GB

GB01

X

Harwich Navyard

GB115

GBHRW

 

 

GB

GB01

X

Hayle

GBHAY

 

X

 

GB

GB01

X

Heysham

GBHYM

 

X

0604

GB

GB01

X

Hole Haven

GBHHN

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Holyhead

GBHLY

 

X

0503

GB

GB01

X

Hound Point

GBHPT

GBFOR

 

 

GB

GB01

X

Howdendyke

GBHDD

GB222

 

 

GB

GB01

X

Hull

GBHUL

 

X

1001

GB

GB01

X

Hunterston

GBHST

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Immingham

GBIMM

 

X

1006

GB

GB01

X

Invergordon

GBIVG

GBCRN

 

0803

GB

GB01

X

Inverkeithing

GBINK

 

X

0819

GB

GB01

X

Inverness

GBINV

 

X

0804

GB

GB01

X

Ipswich

GBIPS

 

X

1201

GB

GB01

X

Islay

GBIYP

 

X

0737

GB

GB01

X

Isle of Grain

GBIOG

GBMED

 

 

GB

GB01

X

Isle of Skye

GBSKY

GBUIG

 

 

GB

GB01

X

Itchenor

GBITC

GBCST

 

 

GB

GB01

X

Keadby

GBKEA

GB203

 

 

GB

GB01

X

Kennacraig

GBKCG

 

X

0732

GB

GB01

X

Kilchoan

GBKOA

 

X

0765

GB

GB01

X

Killingholme

GBKGH

GBIMM

 

 

GB

GB01

X

Kilroot

GBKLR

 

X

1311

GB

GB01

X

Kings Ferry

GB211

GB203

 

 

GB

GB01

X

King's Lynn

GBKLN

 

X

1103

GB

GB01

X

Kingsnorth

GBKNK

GBMED

 

 

GB

GB01

X

Kingston-upon-Hull

GBKUH

GBHUL

 

 

GB

GB01

X

Kinlochbervie

GBKBE

 

X

 

GB

GB01

X

Kirkcaldy

GBKKD

GBFOR

 

 

GB

GB01

X

Kirkcudbright

GBKBT

 

X

0715

GB

GB01

X

Kirkwall

GBKWL

 

X

0801

GB

GB01

X

Lancaster

GBLAN

 

X

0608

GB

GB01

X

Largs

GBLGS

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Larne

GBLAR

 

X

1307

GB

GB01

X

Larne Bank Quays

GB120

 

X

1308

GB

GB01

X

Laxo

GBLAX

GBSUL

 

 

GB

GB01

X

Leigh-on-Sea

GBLOS

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Leith

GBLEI

GBFOR

 

 

GB

GB01

X

Lerwick

GBLER

 

X

0821

GB

GB01

X

Lismore

GB164

 

X

0764

GB

GB01

X

Littlehampton

GBLIT

 

X

0205

GB

GB01

X

Liverpool

GBLIV

 

X

0601

GB

GB01

X

Llandulas

GBLLD

 

X

0510

GB

GB01

X

Llanelli

GBLLN

 

X

 

GB

GB01

X

Loch Carnan

GB231

 

X

 

GB

GB01

X

Loch Katrine

GB233

 

X

 

GB

GB01

X

Lochaline

GBLOL

 

X

0741

GB

GB01

X

Lochinver

GBLOV

 

X

 

GB

GB01

X

Lochmaddy

GBLMA

 

X

0738

GB

GB01

X

London

GBLON

 

X

0102

GB

GB01

X

Londonderry

GBLDY

 

X

1301

GB

GB01

X

Longhope

GBLHP

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Lossiemouth

GBLSS

 

X

0814

GB

GB01

X

Lowestoft

GBLOW

 

X

1105

GB

GB01

X

Lydney

GBLYD

GBSSS

 

 

GB

GB01

X

Lymington

GBLYM

 

X

 

GB

GB01

X

Macduff

GBMCD

 

X

0816

GB

GB01

X

Magheramorne

GBMGO

 

X

1309

GB

GB01

X

Maldon

GBMAL

 

X

0110

GB

GB01

X

Mallaig

GBMLG

 

X

0719

GB

GB01

X

Manchester

GBMNC

 

X

0602

GB

GB01

X

Medway

GBMED

 

X

0103

GB

GB01

X

Menai Bridge

GBMEB

 

X

 

GB

GB01

X

Methil

GBMTH

GBFOR

 

 

GB

GB01

X

Middlesbrough

GBMID

GBMME

 

 

GB

GB01

X

Milford Docks

GB138

GBMLF

 

 

GB

GB01

X

Milford Haven

GBMLF

 

X

0501

GB

GB01

X

Millbay Docks

GB145

GBPLY

 

 

GB

GB01

X

Millom

GBMLM

 

X

 

GB

GB01

X

Mistley

GBMIS

 

X

1205

GB

GB01

X

Montrose

GBMON

 

X

0807

GB

GB01

X

Mostyn

GBCHE

 

X

0505

GB

GB01

X

Mull

GBMUL

GBCNU

 

 

GB

GB01

X

Neap House

GBNEH

GB203

 

 

GB

GB01

X

Neath

GBNEA

 

X

0410

GB

GB01

X

New Holland

GBNHO

GB221

 

1002

GB

GB01

X

Newburgh

GBNBU

 

X

 

GB

GB01

X

Newcastle upon Tyne

GBNCL

GBTYN

 

 

GB

GB01

X

Newhaven

GBNHV

 

X

0201

GB

GB01

X

Newlyn

GBNYL

 

X

0318

GB

GB01

X

Newport, Gwent

GBNPT

 

X

0405

GB

GB01

X

Newport, Isle of Wight

GBNPO

 

X

0209

GB

GB01

X

North Ronalsday

GBNRO

 

X

 

GB

GB01

X

North Shields

GBNSH

GBTYN

 

 

GB

GB01

X

North Uist

GB153

GBLMA

 

 

GB

GB01

X

Northfleet

GBNFT

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Northwich

GBNTH

GBMNC

 

 

GB

GB01

X

Norwich

GBNRW

GBGTY

 

 

GB

GB01

X

Oban

GBOBA

 

X

0729

GB

GB01

X

Otterham Quay

GB134

GBMED

 

 

GB

GB01

X

Padstow

GBPAD

 

X

0311

GB

GB01

X

Papa Westray

GBPPW

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Par

GBPAR

 

X

0306

GB

GB01

X

Parkeston Quay

GBPST

GBHRW

 

 

GB

GB01

X

Partington

GBPTT

GBMNC

 

 

GB

GB01

X

Pembroke

GBPEM

GBMLF

 

 

GB

GB01

X

Pembroke Dock

GBPED

GBMLF

 

 

GB

GB01

X

Penryn

GBPRY

GBFAL

 

 

GB

GB01

X

Penzance

GBPEN

 

X

0317

GB

GB01

X

Perth

GBPER

 

X

0810

GB

GB01

X

Peterhead

GBPHD

 

X

0805

GB

GB01

X

Peterhead Bay

GB143

GBPHD

 

 

GB

GB01

X

Plymouth

GBPLY

 

X

0304

GB

GB01

X

Poole

GBPOO

 

X

0301

GB

GB01

X

Port Askaig

GBPAK

 

X

0710

GB

GB01

X

Port Ellen

GBPLN

GBIYP

 

 

GB

GB01

X

Port Glasgow

GB091

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Port Penrhyn

GBPPE

 

X

0508

GB

GB01

X

Port Sutton Bridge

GBPSB

 

X

1109

GB

GB01

X

Port Talbot

GBPTB

 

X

0409

GB

GB01

X

Portbury

GBPRU

GBBRS

 

 

GB

GB01

X

Portishead

GBPTH

GBBRS

 

 

GB

GB01

X

Portland

GBPTL

GBWEY

 

 

GB

GB01

X

Portree

GBPRT

GBUIG

 

 

GB

GB01

X

Portrush

GBPTR

 

X

1303

GB

GB01

X

Portsmouth

GBPME

 

X

0203

GB

GB01

X

Purfleet

GBPFT

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Queenborough

GBQUB

GBMED

 

 

GB

GB01

X

Rainham

GBRAH

GBMED

 

 

GB

GB01

X

Ramsgate

GBRMG

 

X

0105

GB

GB01

X

Red Bay

GB070

 

X

1304

GB

GB01

X

Redcar

GBRER

GBMME

 

 

GB

GB01

X

Renfrew

GBREN

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Rhyl

GBRHY

 

X

 

GB

GB01

X

Richborough

GB188

GBSDW

 

 

GB

GB01

X

Ridham Dock

GBRID

GBMED

 

 

GB

GB01

X

River Hull and Humber

GB221

 

X

 

GB

GB01

X

River Ouse

GB222

 

X

 

GB

GB01

X

Rochester

GBRCS

GBMED

 

 

GB

GB01

X

Rochford

GBRFD

 

X

0108

GB

GB01

X

Rosyth

GBROY

GBEDI

 

 

GB

GB01

X

Rotherham

GBRTH

 

X

 

GB

GB01

X

Rothesay

GBRAY

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Rousay

GB170

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Rowhedge

GBROW

GBCOL

 

 

GB

GB01

X

Runcorn

GBRUN

GBMNC

 

 

GB

GB01

X

Rye

GBRYE

 

X

0112

GB

GB01

X

Salt End

GBSED

GBHUL

 

 

GB

GB01

X

Saltburn

GBSLN

GBIVG

 

 

GB

GB01

X

Sanday

GBNDY

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Sandwich

GBSDW

 

X

0111

GB

GB01

X

Scalloway

GBSWY

GBSUL

 

 

GB

GB01

X

Scapa Flow

GBSFW

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Scarborough

GBSCA

GBWTB

 

 

GB

GB01

X

Scrabster

GBSCR

 

X

0811

GB

GB01

X

Scunthorpe

GBSCP

GB203

 

1003

GB

GB01

X

Seaforth

GBSEF

GBLIV

 

 

GB

GB01

X

Seaham

GBSEA

 

X

0906

GB

GB01

X

Selby

GBSLB

GB222

 

1005

GB

GB01

X

Shapinsay

GBSPY

 

X

 

GB

GB01

X

Sharpness

GBSSS

 

X

0404

GB

GB01

X

Sheerness

GBSHS

GBMED

 

 

GB

GB01

X

Shell Haven

GBSHV

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Shetlands

GB010

GBSUL

 

 

GB

GB01

X

Shoreham

GBSHO

 

X

0202

GB

GB01

X

Shotton

GBSHT

 

X

0509

GB

GB01

X

Silloth

GBSIL

 

X

0607

GB

GB01

X

Silvertown

GBSVT

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Skerries

GB180

GBSUL

 

 

GB

GB01

X

South Bank

GB215

GBMME

 

 

GB

GB01

X

South Shields

GBSSH

GBTYN

 

 

GB

GB01

X

Southampton

GBSOU

 

X

0204

GB

GB01

X

Southend

GBSND

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Southwold

GBSWD

 

X

 

GB

GB01

X

St Margaret's Hope

GB232

 

X

 

GB

GB01

X

Stanlow

GBSOW

GBMNC

 

 

GB

GB01

X

Stockton

GBSCT

GBMME

 

 

GB

GB01

X

Stornoway

GBSTO

 

X

0714

GB

GB01

X

Stranraer

GBSTR

 

X

0701

GB

GB01

X

Stromness

GBSNS

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Stronsay

GBSOY

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Strood

GBSTD

GBMED

 

 

GB

GB01

X

Sullom Voe

GBSUL

 

X

0802

GB

GB01

X

Sunderland

GBSUN

 

X

0905

GB

GB01

X

Sutton Harbour

GBSUS

GBPLY

 

 

GB

GB01

X

Swansea

GBSWA

 

X

0411

GB

GB01

X

Symbister

GBSYM

GBSUL

 

 

GB

GB01

X

Tarbert

GBTAB

GBCYP

 

0718

GB

GB01

X

Tayport

GBTAY

GBDUN

 

 

GB

GB01

X

Tees and Hartlepool

GBMME

 

X

0907

GB

GB01

X

Tees River

GB202

GBMME

 

 

GB

GB01

X

Teesport

GBTEE

GBMME

 

 

GB

GB01

X

Teignmouth

GBTNM

 

X

0303

GB

GB01

X

Tetney Terminal

GBTTL

GB221

 

 

GB

GB01

X

Thamesport

GBTHP

GBMED

 

 

GB

GB01

X

Thurso

GBTHR

GBSCR

 

 

GB

GB01

X

Tilbury

GBTIL

GBLON

 

 

GB

GB01

X

Tingwall

GBTWL

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Tobermory

GBTOB

GB031

 

 

GB

GB01

X

Topsham

GBTHM

GBEXM

 

 

GB

GB01

X

Torquay

GBTOR

GBBRX

 

 

GB

GB01

X

Totnes

GBTTS

GBDTM

 

 

GB

GB01

X

Tranmere

GBTRA

GBLIV

 

 

GB

GB01

X

Trent River

GB203

 

X

 

GB

GB01

X

Troon

GBTRN

 

X

 

GB

GB01

X

Truro

GBTRU

 

X

0313

GB

GB01

X

Tyne

GBTYN

 

X

0904

GB

GB01

X

Tynemouth

GBTYM

GBTYN

 

 

GB

GB01

X

Uig

GBUIG

 

X

0730

GB

GB01

X

Ullapool

GBULL

 

X

0720

GB

GB01

X

Wallasea

GBWLA

GBRFD

 

 

GB

GB01

X

Warrenpoint

GBWPT

 

X

1321

GB

GB01

X

Warrington

GBWRN

GBMNC

 

 

GB

GB01

X

Watchet

GBWAT

 

X

0401

GB

GB01

X

Wells

GBWLS

 

X

1107

GB

GB01

X

Wemyss Bay

GBWMB

GBCYP

 

 

GB

GB01

X

Weston Point

GBWSP

GBMNC

 

 

GB

GB01

X

Westray

GBWRY

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Weymouth

GBWEY

 

X

0308

GB

GB01

X

Whitby

GBWTB

 

X

0908

GB

GB01

X

Whitehaven

GBWHV

 

X

0605

GB

GB01

X

Whitstable

GBWTS

 

X

0104

GB

GB01

X

Wick

GBWIC

 

X

0812

GB

GB01

X

Wisbech

GBWIS

 

X

1102

GB

GB01

X

Wivenhoe

GBWIV

GBCOL

 

 

GB

GB01

X

Workington

GBWOR

 

X

0606

GB

GB01

X

Wyre

GB176

GBKWL

 

 

GB

GB01

X

Yarmouth

GBYMO

 

X

 

GB

GB01

X

Yelland

GBYLL

GBBND

 

 

GB

GB01

X

GB istallazzjonijiet barra mix-xtut

GB88P

 

 

 

GB

GB01

X

Oħrajn — ir-Renju Unit (ir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq)

GB888

 

 

 

GB

GB02

X

Oħrajn — ir-Renju Unit L-Isle of Man

GB888

 

 

 

GB

GB03

X

Oħrajn — ir-Renju Unit Iċ-Channel Islands

GB888

 

 

 

GB

GB09

X

Oħrajn — ir-Renju Unit (MCA mhux magħrufa)

GB888

 

 

 

 

 

 

352

352

177

175

 


(1)  ĠU L 132, 5.6.2000, p. 1.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

346


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 749/2005

tat-18 ta' Mejju 2005

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2131/93 li jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 (2) jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji [ta’ intervent].

(2)

Fl-Istati Membri li ma għandhomx portijiet marittimi, l-offerenti huma ppenalizzati mill-ispejjeż ogħla tat-trasport għaċ-ċereali li jkunu qed jitressqu għall-bejgħ. Għaldaqstant l-esportazzjoni taċ-ċereali minn dawn l-Istati Membri hija aktar diffiċli, u dan iġib miegħu, b’mod partikolari, aktar tul ta’ żmien fil-ħażna ta’ intervent u spejjeż supplimentari għall-baġit tal-Komunità. Għalhekk ir-Regolament (KEE) Nru 2131/93 pprovda, fl-Artikolu 7 tiegħu, il-possibbiltà, f’ċerti każijiet, li jkunu ffinanzjati l-ispejjeż tat-trasport l-aktar vantaġġużi bejn il-post tal-ħżin u l-post tal-ħruġ, biex l-offerti jkunu komparabbli.

(3)

Il-portijiet Kroati ta’ Rijeka u Split kienu l-portijiet ta’ ħruġ tradizzjonali għall-pajjiżi tal-Ewropa ċentrali qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni. Għaldaqstant jeħtieġ li Rijek u Split jiddaħħlu fost il-postijiet ta’ ħruġ li jistgħu jkunu kkunsidrati għall-kalkolu tal-ispejjeż tat-trasport eliġibbli għar-rifużjoni fil-każ ta’ esportazzjoni.

(4)

Bil-għan li jkunu ssimplifikati u armonizzati l-proċeduri tat-tqegħid għall-bejgħ taċ-ċereali għall-esportazzjoni, jeħtieġ li tiġi ċċarata l-proċedura tar-rilaxx tal-garanziji msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93 abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (3), b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-provi dwar il-qadi tal-formalitajiet doganali tal-importazzjoni fil-pajjiżi terzi.

(5)

Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KEE) Nru 2131/93 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għaċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93, il-paragrafu 2(a) għandu jinbidel bit-test li ġej:

2(a).   “Jekk Stat Membru ma jkollux port marittimu, jista’ jiġi deċiż, skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, li ssir deroga mill-paragrafu 2 u li, fil-każ ta’ esportazzjoni bi ħruġ minn port marittimu, ikun previst il-finanzjament tal-ispejjeż tat-trasport l-aktar vantaġġużi bejn il-post tal-ħżin u l-post tal-ħruġ reali, fil-limitu tal-valuri massimi indikati fl-avviż tas-sejħa għall-offerti.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-port Rumen ta’ Constantia u l-portijiet Kroati ta’ Rijeka u Split jistgħu jitqiesu bħala postijiet ta’ ħruġ.”

Artikolu 2

Fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2131/93, il-paragrafu 3 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“3.   Il-garanzija msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 għandha tkun irrilaxxata għall-kwantitajiet li għalihom:

tkun ingħatat prova li l-prodott ma jkunx għadu tajjeb għall-konsum mill-bniedem u mill-annimali,

tkun ingħatat prova li jkunu nqdew il-formalitajiet doganali tal-esportazzjoni ‘l barra mit-territorju doganali tal-Komunità u tal-importazzjoni f’wieħed mill-pajjiżi terzi previsti fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti. Il-provi dwar l-esportazzjoni ‘l barra mit-territorju doganali tal-Komunità u tal-importazzjoni f’pajjiż terz għandhom jingħataw skont il-modalitajiet imsemmija fl-Artikoli 7 u 16, il-paragrafi 1, 2 u 3, tar-Regolament (KE) Nru 800/1999.

il-liċenzja ma tkunx inħarġet skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000,

il-kuntratt ikun tħassar skont l-Artikolu 16 ir-raba' subparagrafu.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.

(2)  ĠU L 191, 31.7.1993, p. 76. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2045/2004 (ĠU L 354, 30.11.2004, p. 17).

(3)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

348


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 782/2005

ta’ l-24 ta’ Mejju 2005

li jistabbilixxi l-format għat-trażmissjoni tar-riżultati dwar l-istatistika ta’ l-iskart

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2150/2002 tal-25 ta' Novembru 2002 dwar l-istatistika ta’ l-iskart (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 6(e) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002, il-Kummissjoni hija meħtieġa tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex timplimenta dak ir-Regolament.

(2)

Skond l-Artikolu 6(e) tar-Regolament (KE) Nru 2150/2002, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format xieraq għat-trażmissjoni tar-riżultati mill-Istati Membri.

(3)

Il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-format xieraq għat-trażmissjoni tar-riżultati dwar l-istatistika ta’ l-iskart lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) għandu jkun kif ġie stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jużaw dan il-format għad-data dwar is-sena ta’ referenza 2004 u għas-snin sussegwenti.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) id-data u l-metadata meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 f’forma elettronika, skond standard ta’ skambju propost mill-Kummissjoni (mill-Eurostat).

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 574/2004 (ĠU L 90, 27.3.2004, p. 15).

(2)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


ANNESS

IL-FORMAT GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RIŻULTATI DWAR L-ISTATISTIKA TA’ L-ISKART

Id-data għandha tiġi trażmessa b’mod li jkun indipendenti mis-sistema. Id-data għandha tiġi trażmessa skond standard ta’ skambju propost mill-Kummissjoni (mill-Eurostat).

Is-settijiet tad-data

Is-settur kopert mir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika ta’ l-iskart jikkonsisti f’ħames settijiet ta’ informazzjoni:

Il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart (GENER)

L-inċinerazzjoni (INCIN)

Il-proċessi li jistgħu jwasslu għal irkupru (RECOV)

Ir-rimi (DISPO)

In-numru u l-kapaċità tal-faċilitajiet ta’ l-irkupru u tar-rimi; il-kopertura ta’ l-iskema tal-ġbir ta’ l-iskart skond ir-regjun NUTS 2 (REGIO).

Għal kull sett, irid jiġi trażmess fajl. Isem il-fajl jikkonsisti f’sitt partijiet:

Is-settur

5

Valur: WASTE

Is-sett

5

GENER, INCIN, RECOV, DISPO, REGIO

Il-perjodiċità

2

Valur: A2

Il-kodiċi tal-Pajjiż

2

Il-kodiċi tal-pajjiż ta’ żewġ ittri (ara l-lista A)

Is-sena

4

Is-sena ta’ referenza (l-ewwel sena ta’ referenza 2004)

Il-perjodu

4

Valur: 0000 (żero, żero, żero, żero) għad-data annwali

Il-partijiet ta’ isem il-fajl jiġu sseparati minn underscore. Se jintuża format ibbażat fuq it-test. Pereżempju, is-sett dwar il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart mill-Belġju fl-2004 se jkollu l-isem ta’ WASTE_GENER_A2_BE_2004_0000.

Il-valuri nieqsa

Mhux se jkun hemm valuri nieqsa fil-klassifikazzjoni tal-varjabbli (il-kategorija ta’ l-iskart, l-attività ekonomika, ir-reġjun tan-NUTS 2, it-tip ta’ faċilità tat-trattament ta’ l-iskart). Għandhom ikunu pprovduti rekords għal kull kombinazzjoni tal-varjabbli li jikklassifikaw. Ir-rekords kollha, fejn ma sseħħx il-kombinazzjoni, għandhom jintbagħtu b’sett ta’ valuri ta’ 0 (żero). Madankollu kwalunkwe rekord li għalih ma’ tkunx disponibbli data għandu jkun ipprovdut bil-valur ikkodifikat b’mod xieraq bħala nieqes (ikkodifikat bl-ittra “M”). Il-valuri neqsin se jkollhom jiġu spjegati fir-rapport ta’ kwalità; pereżempju, jistgħu jkunu r-riżultat tal-metodi li ntużaw. Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn żerijiet reali u valuri neqsin, peress li b’data nieqsa ma jista’ jiġi kkalkulat l-ebda aggregat. Jekk kombinazzjoni ma tkunx possibbli minħabba raġunijiet loġiċi, iċ-ċellula għandha tkun ipprovduta b’kodiċi “L”; dan ikun il-każ, pereżempju, għat-tjun ta’ l-effluwenti industrijali ġġenerati mid-djar. Sabiex ikunu ffaċilitati l-kontrolli tal-konsistena u l-korrezzjoni ta’ l-iżbalji anki t-totali għandhom jiġu trażmessi.

Il-kunfidenzjalità

Id-data kunfidenzjali għandha tkun trażmessa, immarkata b’mod xieraq bħala kunfidenzjali. Dak li għandu jitqies bħala kunfidenzjali huwa bbażat fuq politika nazzjonali ta’ kunfidenzjalità. B’mod ġenerali, l-informazzjoni tista’ tkun kunfidenzjali jekk l-identità tal-fornitur ta’ l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata. Dan huwa l-każ jekk l-informazzjoni tkun ibbażata fuq parteċipant wieħed jew tnejn, jew jekk parteċipant wieħed jew tnejn jiddomina d-data. Id-data mill-awtoritajiet pubbliċi ġeneralment ma titqiesx bħala kunfidenzjali.

Barra minn hekk, għandha tiġi indikata l-kunfidenzjalità sekondarja. Il-kunfidenzjalità sekondarja għandha tkun applikata b’tali mod li t-totali/s-sottototali jibqgħu disponibbli għall-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) se tuża l-informazzjoni kunfidenzjali sabiex tikkalkula l-aggregati (ta’ l-UE) mingħajr ma tiżvela informazzjoni kunfidenzjali fuq il-livell tal-pajjiż.

Il-qisien

L-oqsma meħtieġa huma alfa-numeruċi, jiġifieri m’għandhomx jinkludu separaturi jew simboli deċimali, ħlief għall-valur tad-data. L-ammonti ta’ l-iskart huma espressi f’1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena, bi 3 pożizzjonijiet deċimali. Il-virgola għandha tintuża bħala simbolu deċimali. Il-metodu ta’ stima mhux dejjem se jippermetti l-preċiżjoni ta’ tliet numri. F’dak il-każ, il-valur għandu jingħata bin-numri sinifikanti biss. Għall-kategoriji kollha ta’ l-iskart, l-ammont huwa bbażat fuq skart imxarrab (normali), għall-ġenerazzjoni tat-tajn (l-elementi ta’ l-iskart 11, 12, 40) l-ammont jiġi kkalkulat ukoll f’1 000 ta’ tunnellati metriċi ta’ materja niexfa. Barra minn hekk, fis-settijiet tat-trattament ta’ l-iskart, it-tajn irid jitkejjel kemm bħala skart imxarrab (normali) kif ukoll bħala materja niexfa. Dan se jiġi applikat biss fejn it-tajn ikun element separat; dan isir għat-tjun komuni (l-element 12) fis-sett ta’ l-inċinerazzjoni u tar-rimi.

In-numru ta’ faċilitajiet tat-trattament ta’ l-iskart jiġi espress bħala numru sħiħ. Jintużaw diversi qisien sabiex tkun deskritta l-kapaċità tat-trattament ta’ l-iskart li tiddependi fuq it-tip ta’ operat ta’ rkupru jew ta’ rimi (ara l-lista I). Sabiex tittejjeb il-paragunabbiltà, huwa preferibbli li l-kapaċità ta’ l-inċinerazzjoni tingħata f’1 000 ta’ tunnellati metriċi. Il-pajjiżi li jistgħu jipprovdu wkoll il-kapaċità ta’ l-inċinerazzjoni f’terajoules (1012 joules) huma mistienda jagħmlu dan. Il-pajjiżi li ma jistgħux jipprovdu l-kapaċità ta’ l-inċinerazzjoni f’terajoules għandhom jirrapportaw il-valur bħala nieqes (billi jużaw il-kodiċi “M”). Il-kapaċità ta’ l-irkupru titkejjel f’eluf ta’ tunnellati metriċi. Il-kapaċità tar-rimi trid tiġi rrapportata wkoll jew f’metri kubi jew f’tunnellati metriċi, jiddependi mit-tip ta’ rimi. Il-valuri li jitkejlu f’eluf ta’ tunnellati metriċi biss jiġu pprovdut bħala numru reali bi tliet pożizzjonijiet deċimali, il-valuri l-oħra kollha għandhom jiġu pprovduti bħala numri sħaħ.

Il-kopertura ta’ l-iskema ta’ ġbir għal skart tad-djar u simili mħallat għandha tkun irrapportata jew bħala perċentwali tal-popolazzjon jew bħala perċentwali tad-djar.

Ir-reviżjonijiet

Is-settijiet għandhom jintbagħtu f’fajls separati li jkunu jinkludu r-rekords kollha. Pereżempju, is-sett dwar il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart jinkludi 51 kategorija ta’ l-iskart skond 21 grupp tan-NACE imkejla fi skart imxarrab u tliet kategoriji ta’ l-iskart skond 21 grupp tan-NACE imkejla f’materja niexfa. Is-sett jinkludi 1 134 rekord

Barra minn hekk, id-data riveduta għandha tintbagħat f’sett komplut, biċ-ċelluli riveduti jiġu mmarkati b’mod xieraq (R). Id-data provviżorja tiġi mmarkata b’marka ta’ aġġornament P. Id-data provviżorja dejjem teħtieġ reviżjoni. Kemm id-data provviżorja kif ukoll dik riveduta teħtieġ spjegazzjoni fir-rapport ta’ kwalità.

Is-sett 1:   Il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart

Il-qasam

It-tul massimu

Il-valuri

Is-settur

8

Valur: WASTE

Is-sett

6

Valur: GENER (is-sett jikkonsisti f’51 × 21 rekords imkejla fi skart imxarrab u fi 3 × 21 imkejla f’materja niexfa għal kull pajjiż)

Il-kodiċi tal-pajjiż

2

Il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri (ara l-lista A)

Is-sena

4

Is-sena ta’ referenza (l-ewwel sena ta’ referenza: 2004)

L-element ta’ l-iskart

2

Il-kodiċi tirreferi għall-EWC-Stat verżjoni 3 (ara l-lista B)

L-element ta’ l-attività

2

Il-kodiċi tirreferi għan-NACE (ara l-lista C)

Imxarrab/Niexef

1

Għall-kategoriji kollha ta’ skart l-ammont fi skart imxarrab (normali) (kodiċi W); għat-tajn (l-elementi ta’ l-iskart 11, 12, 40) anki l-ammont f’materja niexfa (kodiċi D)

L-iskart iġġenernat

12

L-ammont f’1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena. L-ammont jingħata bħala reali bi tliet postijiet deċimali. Il-virgola għandha tintuża bħala simbolu deċimali. Pereżempju: 19,876. Dan il-qasam dejjem għandu jinkludi valur. Jekk il-kombinazzjoni ma seħħitx il-valur se jkun ta’ 0 (żero). Id-data nieqsa għandha tkun ikkodifikata bħala “M”. L-impossibbiltà loġika ta’ kombinazzjoni tiġi indikata b' “L”

Il-marka ta’ aġġornament

1

Biex tkun indikata data provviżorja (P) jew data riveduta (R), mill-bqija tibqa’ battala

Il-marka ta’ kunfidenzjalità

1

Tindika data kunfidenzjali (ara l-lista D)


Is-sett 2:   L-inċinerazzjoni

Il-qasam

It-tul massimu

Il-valuri

Is-settur

8

Valur: WASTE

Is-sett

6

Valur: INCIN (is-sett jikkonsisti fi 17 × 2 rekords imkejla fi skart imxarrab u f’1 × 2 imkejla f’materja niexfa għal kull reġjun tan-NUTS 1)

Il-kodiċi tal-pajjiż

2

Il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri (ara l-lista A)

Is-sena

4

Is-sena ta’ referenza (l-ewwel sena ta’ referenza: 2004)

Il-kodiċi NUTS 1

3

Il-kodiċi reġjonali skond il-klassifikazzjoni tan-NUTS fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); it-total nazzjonali għandha tkun ipprovduta billi tintuża l-kodiċi TT

L-element ta’ l-iskart

2

Il-kodiċi tirreferi għall-EWC-Stat verżjoni 3 (ara l-lista E)

L-operat ta’ rkupru jew ta’ rimi

1

Il-kodiċi tirreferi għall-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (2)(ara l-lista F); f’dan is-sett japplikaw biss il-proċessi 1 u 2

Imxarrab/Niexef

1

Għall-kategoriji kollha ta’ skart l-ammont fi skart imxarrab (normali) (kodiċi W); għat-tajn (l-element ta’ l-iskart 12) anki l-ammont f’materja niexfa (kodiċi D)

L-iskart maħruq

12

L-ammont f’1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena. L-ammont jingħata bħala reali bi tliet postijiet deċimali. Il-virgola għandha tintuża bħala simbolu deċimali. Pereżempju: 19,876. Dan il-qasam dejjem għandu jinkludi valur. Jekk il-kombinazzjoni ma seħħitx il-valur se jkun ta’ 0 (żero). Id-data nieqsa għandha tkun ikkodifikata bħala “M”. L-impossibbiltà loġika ta’ kombinazzjoni tiġi indikata b' “L”

Il-marka ta’ aġġornament

1

Biex tkun indikata data provviżorja (P) jew data riveduta (R), mill-bqija tibqa’ battala

Il-marka ta’ kunfidenzjalità

1

Tindika data kunfidenzjali (ara l-lista D)


Is-sett 3:   Il-proċessi li jistgħu jwasslu għal irkupru (eskluż l-irkupru ta’ l-enerġija)

Il-qasam

It-tul massimu

Il-valuri

Is-settur

8

Valur: WASTE

Is-sett

6

Valur: RECOV (is-sett jikkonsisti f’20 rekord għal kull reġjun tan-NUTS 1)

Il-kodiċi tal-pajjiż

2

Il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri (ara l-lista A)

Is-sena

4

Is-sena ta’ referenza (l-ewwel sena ta’ referenza: 2004)

Il-kodiċi NUTS 1

3

Il-kodiċi reġjonali skond il-klassifikazzjoni tan-NUTS fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003; it-total nazzjonali għandha tkun ipprovduta billi tintuża l-kodiċi TT

L-element ta’ l-iskart

2

Il-kodiċi tirreferi għall-EWC-Stat verżjoni 3 (ara l-lista G)

L-operat ta’ rkupru jew ta’ rimi

1

Il-kodiċi tirreferi għall-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (ara l-lista F); f’dan is-sett japplika biss l-operat 3

Imxarrab/Niexef

1

Għall-kategoriji kollha ta’ skart l-ammont fi skart imxarrab (normali) (kodiċi W)

L-iskart irkuprat

12

L-ammont f’1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena. L-ammont jingħata bħala reali bi tliet postijiet deċimali. Il-virgola għandha tintuża bħala simbolu deċimali. Pereżempju: 19,876. Dan il-qasam dejjem għandu jinkludi valur. Jekk il-kombinazzjoni ma seħħitx il-valur se jkun ta’ 0 (żero). Id-data nieqsa għandha tkun ikkodifikata bħala “M”. L-impossibbiltà loġika ta’ kombinazzjoni tiġi indikata b' “L”

Il-marka ta’ aġġornament

1

Biex tkun indikata data provviżorja (P) jew data riveduta (R), mill-bqija tibqa’ battala

Il-marka ta’ kunfidenzjalità

1

Tindika data kunfidenzjali (ara l-lista D)


Is-sett 4:   Ir-rimi (għajr l-inċinerazzjoni)

Il-qasam

It-tul massimu

Il-valuri

Is-settur

8

Valur: WASTE

Is-sett

6

Valur: DISPO (is-sett jikkonsisti fi 19 × 2 rekords imkejla fi skart imxarrab u f’1 × 2 imkejla f’materja niexfa għal kull reġjun tan-NUTS 1)

Il-kodiċi tal-pajjiż

2

Il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri (ara l-lista A)

Is-sena

4

Is-sena ta’ referenza (l-ewwel sena ta’ referenza: 2004)

Il-kodiċi NUTS 1

3

Il-kodiċi reġjonali skond il-klassifikazzjoni tan-NUTS fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003; it-total nazzjonali għandha tkun ipprovduta billi tintuża l-kodiċi TT

L-element ta’ l-iskart

2

Il-kodiċi tirreferi għall-EWC-Stat verżjoni 3 (ara l-lista H)

L-operat ta’ rkupru jew ta’ rimi

1

Il-kodiċi tirreferi għall-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (ara l-lista F); f’dan is-sett japplikaw biss il-proċessi 4 u 5

Imxarrab/Niexef

1

Għall-kategoriji kollha ta’ skart l-ammont fi skart imxarrab (normali) (kodiċi W); għat-tajn (l-element ta’ l-iskart 12) anki l-ammont f’materja niexfa (kodiċi D)

L-iskart mormi

12

L-ammont f’1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena. L-ammont jingħata bħala reali bi tliet postijiet deċimali. Il-virgola għandha tintuża bħala simbolu deċimali. Pereżempju: 19,876. Dan il-qasam dejjem għandu jinkludi valur. Jekk il-kombinazzjoni ma seħħitx il-valur se jkun ta’ 0 (żero). Id-data nieqsa għandha tkun ikkodifikata bħala “M”. L-impossibbiltà loġika ta’ kombinazzjoni tiġi indikata b' “L”

Il-marka ta’ aġġornament

1

Biex tkun indikata data provviżorja (P) jew data riveduta (R), mill-bqija tibqa’ battala

Il-marka ta’ kunfidenzjalità

1

Tindika data kunfidenzjali (ara l-lista D)


Is-sett 5:   In-numru u l-kapaċità tal-faċiltajiet ta’ rkupru u ta’ rimi u l-popolazzjoni li tiġi moqdija mill-iskema ta’ ġbir għal kull reġjun

Il-qasam

It-tul massimu

Il-valuri

Is-settur

8

Valur: WASTE

Is-sett

6

Valur: REGIO (is-sett jikkonsisti f’14-il rekord għal kull reġjun tan-NUTS 2)

Il-kodiċi tal-pajjiż

2

Il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri (ara l-lista A)

Is-sena

4

Is-sena ta’ referenza (l-ewwel sena ta’ referenza: 2004)

Il-kodiċi NUTS 2

4

Il-kodiċi reġjonali skond il-klassifikazzjoni tan-NUTS fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003; it-total nazzjonali għandha tiġi pprovduta billi tintuża l-kodiċi TT

L-operat ta’ rkupru jew ta’ rimi

1

Il-kodiċi tirreferi għall-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (ara l-lista F); battala għall-popolazzjoni moqdija mill-iskema ta’ ġbir

Varjabbli

1

In-numru ta’ faċilitajiet (N), il-kapaċità (C) jew il-popolazzjoni moqdija mill-iskema ta’ ġbir (P)

Kejl

1

Il-kodiċi għall-kejl tal-kapaċità tiddependi fuq it-tip ta’ operat ta’ rkupru jew ta’ rimi (ara l-lista I); għall-kodiċi tan-numru ta’ faċilitajiet N, għall-popolazzjoni moqdija mill-iskema ta’ ġbir jew P (popolazzjoni) jew D (djar)

Il-valur

12

Il-valuri kollha, in-numru ta’ faċilitajiet, il-perċentwali tal-popolazzjoni jew tad-djar koperti mill-iskema ta’ ġbir u l-kapaċità jiġu espressi bħala numru sħiħ. Dan il-qasam għandu dejjem jinkludi valur. Jekk il-kombinazzjoni ma seħħitx il-valur se jkun ta’ 0 (żero). Id-data nieqsa għandha tkun ikkodifikata bħala “M”. L-impossibbiltà loġika ta’ kombinazzjoni tiġi indikata b' “L”

Il-marka ta’ aġġornament

1

Biex tkun indikata data provviżorja (P) jew data riveduta (R), mill-bqija tibqa’ battala

Il-marka ta’ kunfidenzjalità

1

Tindika data kunfidenzjali (ara l-lista D)


Lista A — Il-kodiċi tal-pajjiżi

Il-Belġju

BE

Ir-Repubblika Ċeka

CZ

Id-Danimarka

DK

Il-Ġermanja

DE

L-Estonja

EE

Il-Greċja

EL

Spanja

ES

Franza

FR

L-Irlanda

IE

L-Italja

IT

Ċipru

CY

Il-Latvja

LV

Il-Litwanja

LT

Il-Lussemburgu

LU

L-Ungerija

HU

Malta

MT

L-Olanda

NL

L-Awstrija

AT

Il-Polonja

PL

Il-Portugall

PT

Is-Slovenja

SI

Ir-Repubblika Slovakka

SK

Il-Finlandja

FI

L-Iżvezja

SE

Ir-Renju Unit

UK

Il-Bulgarija

BG

Il-Kroazja

HR

Ir-Rumanija

RO

It-Turkija

TR

L-Iżlanda

IS

Il-Liechtenstein

LI

In-Norveġja

NO


Lista B — Il-kategoriji ta’ l-iskart

EWC-Stat/verżjoni 3 (ĠU L 90, 27.3.2004, p. 15)

Deskrizzjoni

Il-kodiċi

Perikoluż

L-element ta’ l-iskart

Is-solventi eżawriti

01.1

H

1

L-iskart aċiduż, alkalin jew salin

01.2

 

2

L-iskart aċiduż, alkalin jew salin

01.2

H

3

Iż-żjut użati

01.3

H

4

Il-katalizzaturi kimiċi eżawriti

01.4

 

5

Il-katalizzaturi kimiċi eżawriti

01.4

H

6

L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi

02

 

7

L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi

02

H

8

Id-depożiti u l-fdalijiet kimiċi

03.1

 

9

Id-depożiti u l-fdalijiet kimiċi

03.1

H

10

It-tjun ta’ l-effluwenti industrijali

03.2

 

11

It-tjun ta’ l-effluwenti industrijali

03.2

H

12

L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku

05

 

13

L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku

05

H

14

L-iskart metalliku

06

 

15

L-iskart metalliku

06

H

16

L-iskart tal-ħġieġ

07.1

 

17

L-iskart tal-ħġieġ

07.1

H

18

L-iskart tal-karta u l-kartun

07.2

 

19

L-iskart tal-lastku

07.3

 

20

L-iskart tal-plastik

07.4

 

21

L-iskart ta’ l-injam

07.5

 

22

L-iskart ta’ l-injam

07.5

H

23

L-iskart tessili

07.6

 

24

L-iskart li jinkludi l-PCB

07.7

H

25

It-tagħmir skartat (għajr il-vetturi skartati u l-iskart tal-batteriji u ta’ l-akkumulaturi)

08 (għajr 08.1 , 08.41 )

 

26

It-tagħmir skartat (għajr il-vetturi skartati u l-iskart tal-batteriji u ta’ l-akkumulaturi)

08 (għajr 08.1 , 08.41 )

H

27

Il-vetturi skartati

08.1

 

28

Il-vetturi skartati

08.1

H

29

L-iskart tal-batteriji u ta’ l-akkumulaturi

08.41

 

30

L-iskart tal-batteriji u ta’ l-akkumulaturi

08.41

H

31

L-iskart mill-annimali u mill-ħxejjex ta’ l-ikel (għajr l-iskart ta’ l-annimali mit-tħejjijiet u mill-prodotti ta’ l-ikel; u għajr il-ħmieġ intestinali, l-urina u d-demel ta’ l-annimali)

09 (għajr 09.11 , 09.3 )

 

32

L-iskart ta’ l-annimali mit-tħejjijiet u l-prodotti ta’ l-ikel

09.11

 

33

Il-ħmieġ intestinali, l-urina u d-demel ta’ l-annimali

09.3

 

34

L-iskart tad-djar u simili

10.1

 

35

Il-materjali mħallta u mhux iddifferenzjati

10.2

 

36

Il-materjali mħallta u mhux iddifferenzjati

10.2

H

37

Il-fdalijiet mill-għażil

10.3

 

38

Il-fdalijiet mill-għażil

10.3

H

39

It-tjun komuni (għajr il-fdalijiet mill-qligħ tal-ħama)

11 (għajr 11.3 )

 

40

Il-fdalijiet mill-qligħ tal-ħama

11.3

 

41

L-iskart minerali (għajr l-iskart mill-kombustjoni, il-ħamrija kkontaminata u r-rimi mniġġeż mill-qligħ tal-ħama)

12 (għajr 12.4 , 12.6 )

 

42

L-iskart minerali (għajr l-iskart mill-kombustjoni, il-ħamrija kkontaminata u r-rimi mniġġeż mill-qligħ tal-ħama)

12 (għajr 12.4 , 12.6 )

H

43

L-iskart mill-kombustjoni

12.4

 

44

L-iskart mill-kombustjoni

12.4

H

45

Il-ħamrija kkontaminata u r-rimi mniġġeż mill-qligħ tal-ħama

12.6

H

46

L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat

13

 

47

L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat

13

H

48

Total, mhux perikoluż

 

 

TN

Total, perikoluż

 

H

TH

Total, ġenerali

 

 

TT


Lista C-L-element ta’ l-attività

Il-kategorija tan-NACE rev 1.1 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90) (3)

Deskrizzjoni

L-element ta’ l-attività

A

L-agrikoltura, il-kaċċa u l-forestrija

1

B

Is-sajd

2

C

It-tħaffir tal-minjieri u tal-barrieri

3

DA

Il-fabbrikazzjoni tal-prodotti ta’ l-ikel, tax-xorb u tat-tabakk

4

DB+DC

Il-fabbrikazzjoni tat-tessili u tal-prodotti tessili

Il-fabbrikazzjoni tal-ġild u tal-prodotti mill-ġild

5

DD

Il-fabbrikazzjoni ta’ l-injam u tal-prodotti mill-injam

6

DE

Il-fabbrikazzjoni tal-polpa, tal-karta u tal-prodotti mill-karta; il-pubblikazzjoni u l-istampar

7

DF

Il-fabbrikazzjoni tal-kokk, tal-prodotti rraffinati mill-petroleum u tal-karburant nukleari

8

DG+DH

Il-fabbrikazzjoni tal-kimiċi, tal-prodotti kimiċi, tal-fibri magħmula mill-bniedem

Il-fabbrikazzjoni tal-lastku u tal-prodotti mill-plastik

9

DI

Il-fabbrikazzjoni ta’ prodotti oħra minerali mhux metalliċi

10

DJ

Il-fabbrikazzjoni tal-metalli bażiċi u tal-prodotti ffabbrikati mill-metall

11

DK+DL+DM

Il-fabbrikazzjoni tal-makkinarju u tat-tagħmir n.e.c.

Il-fabbrikazzjoni tat-tagħmir elettriku u ottiku

Il-fabbrikazzjoni tat-tagħmir tat-trasport

12

DN (għajr 37)

Il-fabbrikazzjoni n.e.c.

13

E

Il-provvista ta’ l-elettriku, tal-gass, u ta’ l-ilma

14

F

Il-kostruzzjoni

15

G-Q (għajr 51.57 u 90)

Attivitajiet ekonomiċi oħrajn (servizzi)

16

37

Ir-riċiklaġġ

17

51.57

Il-bejgħ bl-ingrossa ta’ l-iskart u tar-ruttam

18

90

Ir-rimi tad-drenaġġ u taż-żibel, is-sanità u attivitajiet simili

19

HH

L-iskart iġġenerat mid-djar

20

Total

 

TA


Lista D — Il-marka ta’ kunfidenzjalità

Ftit wisq intrapriżi

A

Pereżempju, intrapriża waħda jew żewġ intrapriżi fil-popolazzjoni

Intrapriża waħda tiddomina d-data

B

Mhux ftit wisq intrapriżi, imma intrapriża waħda tiġġenera/tittratta, pereżempju, aktar minn 70 %

Żewġ intrapriżi jiddominaw id-data

C

Mhux ftit wisq intrapriżi, imma żewġ intrapriżi jiġġeneraw/jittrattaw, pereżempju, aktar minn 70 %

Data kunfidenzjali minħabba kunfidenzjalità sekondarja

D

Mhix kunfidenzjali per se (marka A, B, C), imma biex tipprevjeni żvelar indirett ta’ data kunfidenzjali

Il-valur mhux kunfidenzjali

Battala

 


Lista E — Il-kategoriji ta’ l-iskart għallinċinerazzjoni

L-element ta’ l-iskart

EWC-Stat Verżjoni 3 (ĠU L 90, 27.3.2004, p. 15)

Skart Perikoluż/Mhux Perikoluż

Il-kodiċi

Deskrizzjoni

1

01 + 02 + 03

L-iskart kimiku

(L-iskart tal-komposti kimiċi + L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi + Skart ieħor kimiku)

Mhux Perikoluż

2

01 + 02 + 03 għajr 01.3

L-iskart kimiku għajr iż-Żjut użati

(L-iskart tal-komposti kimiċi + L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi + Skart ieħor kimiku)

Perikoluż

3

01.3

Iż-żjut użati

Perikoluż

4

05

L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku

Mhux Perikoluż

5

05

L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku

Perikoluż

6

07.7

L-iskart li jinkludi l-PCB

Perikoluż

7

10.1

L-iskart tad-djar u simili

Mhux Perikoluż

8

10.2

Il-materjali mħallta u mhux iddifferenzjati

Mhux Perikoluż

9

10.2

Il-materjali mħallta u mhux iddifferenzjati

Perikoluż

10

10.3

Il-fdalijiet mill-għażil

Mhux Perikoluż

11

10.3

Il-fdalijiet mill-għażil

Perikoluż

12

11

It-tjun komuni

Mhux Perikoluż

13

06 + 07 + 08 + 09 + 12 + 13

Skart ieħor

(L-iskart metalliku + L-iskart mhux metalliku + It-tagħmir skartat + L-iskart mill-annimali u mill-ħxejjex ta’ l-ikel + L-iskart minerali + L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat)

Mhux Perikoluż

14

06 + 07 + 08 + 09 + 12 + 13 għajr 07.7

Skart ieħor

(L-iskart metalliku + L-iskart mhux metalliku għajr L-iskart li jinkludi l-PCB + It-tagħmir skartat + L-iskart mill-annimali u mill-ħxejjex ta’ l-ikel + L-iskart minerali + L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat)

Perikoluż

TN

 

Total, mhux perikoluż

Mhux Perikoluż

TH

 

Total, perikoluż

Perikoluż

TT

 

Total, ġenerali

 


List F — Il-proċessi ta’ Rkupru u ta’ Rimi; il-kodiċijiet jirreferu għall-kodiċijiet fl-Annessi għad-Direttiva 75/442/KEE

L-operat

Il-kodiċi

It-tipi ta’ proċessi ta’ rkupru u ta’ rimi

L-inċinerazzjoni

1

R1

Użu prinċipalment bħala karburant jew mezzi oħra sabiex jiġġeneraw l-enerġija

2

D10

L-inċinerazzjoni fuq l-art

Il-proċessi li jistgħu jwasslu għal irkpuru (għajr l-irkupru ta’ l-enerġija)

3

R2 +

Ir-riklamazzjoni/riġenerazzjoni tas-solventi

R3 +

Ir-riċiklaġġ/riklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li ma jintużawx bħala solventi (inklużi l-ikkompostjar u proċessi ta’ trasformazzjoni bijoloġika oħra)

R4 +

Ir-riċiklaġġ/riklamazzjoni tal-metalli u tal-komposti tal-metalli

R5 +

Ir-riċiklaġġ/riklamazzjoni ta’ materjali inorganiċi oħra

R6 +

Ir-riġenerazzjoni ta’ l-aċidi jew tal-bażijiet

R7 +

L-irkupru tal-komponenti użati għat-taffija tat-tniġġiż

R8 +

L-irkupru tal-komponenti mill-katalizzaturi

R9 +

Ir-raffinazzjoni taż-żjut jew użi oħra mill-ġdid taż-żjut

R10 +

It-trattament ta’ l-art li jirriżulta f’benefiċċju għall-agrikoltura jew f’titjib ekoloġiku

R11

L-użu ta’ l-iskart miksub minn kwalunkwe wieħed mill-proċessi innumerati R1 sa R10

Il-proċessi ta’ rimi

4

D1 +

Id-depożitu ġewwa l-art jew fuqha (eż. miżbla, eċċ.)

D3 +

L-injezzjoni fil-fond (eż. l-injezzjoni ta’ skart li jista’ jiġi ppompjat fi bjar, f’koppli taħt l-art tal-melħ jew f’depożiti li jseħħu b’mod naturali, eċċ.)

D4 +

Iż-żamma jew il-ġbir ta’ l-ilma fis-superfiċje (eż. it-tqegħid ta’ skart likwidu jew tat-tajn f’ħofor, postijiet magħluqa jew laguni, eċċ.)

D5 +

Miżbliet ippjanati b’mod speċjali (eż. it-tqegħid f’ċelluli separati allinjati li jkunu mgħottija u iżolati minn xulxin u mill-ambjent, eċċ.)

D12

Il-ħażna permanenti (eż. it-tqegħid tal-kontenituri f’minjiera, eċċ)

5

D2 +

It-trattament ta’ l-art (eż. il-bijodegradazzjoni ta’ skart likwidu jew ta’ tajn fil-ħamrija, eċċ.)

D6 +

Ir-rilaxx f’korp ta’ ilma għajr l-ibħra/oċeani

D7

Ir-rilaxx fl-ibħra/oċeani inkluż it-tidħil fis-saff ta’ qiegħ il-baħar


List G — Il-kategoriji ta’ l-iskart għall-operazzjonjiet li jistgħu jwasslu għal irkupru (għajr l-irkupru ta’ l-enerġija)

L-element ta’ l-iskart

EWC-Stat Verżjoni 3 (ĠU L 90, 27.3.2004, p. 15)

Skart Perikoluż/Mhux Perikoluż

Il-kodiċi

Deskrizzjoni

1

01.3

Iż-żjut użati

Perikoluż

2

06

L-iskart metalliku

Mhux Perikoluż

3

06

L-iskart metalliku

Perikoluż

4

07.1

L-iskart tal-ħġieġ

Mhux Perikoluż

5

07.1

L-iskart tal-ħġieġ

Perikoluż

6

07.2

L-iskart tal-karta u tal-kartun

Mhux Perikoluż

7

07.3

L-iskart tal-lastku

Mhux Perikoluż

8

07.4

L-iskart tal-plastik

Mhux Perikoluż

9

07.5

L-iskart ta’ l-injam

Mhux Perikoluż

10

07.6

L-iskart tessili

Mhux Perikoluż

11

09 għajr 09.11 , 09.3

L-iskart mill-annimali u mill-ħxejjex ta’ l-ikel

(għajr l-iskart ta’ l-annimali mit-tħejjijiet u mill-prodotti ta’ l-ikel; u l-ħmieġ intestinali, l-urina u d-demel ta’ l-annimali)

Mhux Perikoluż

12

09.11

L-iskart ta’ l-annimali mit-tħejjijiet u mill-prodotti ta’ l-ikel

Mhux Perikoluż

13

09.3

Il-ħmieġ intestinali, l-urina u d-demel ta’ l-annimali

Mhux Perikoluż

14

12

L-iskart minerali

Mhux Perikoluż

15

12

L-iskart minerali

Perikoluż

16

01 + 02 + 03 + 05 + 08 + 10 + 11 + 13

Skart ieħor

(L-iskart tal-komposti kimiċi + L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi + Skart kimiku ieħor + L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku + It-tagħmir skartat + L-iskart imħallat ordinarju + It-tjun komuni + L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat)

Mhux Perikoluż

17

01 + 02 + 03 + 05 + 07.5 + 07.7 + 08 + 10 + 11 + 13 għajr 01.3

Skart ieħor

(L-iskart tal-komposti kimiċi għajr iż-Żjut użati + L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi + Skart kimiku ieħor + L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku + L-iskart ta’ l-injam + L-iskart li jinkludi l-PCB + It-tagħmir skartat + L-iskart imħallat ordinarju + It-tjun komuni + L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat)

Perikoluż

TN

 

Total, mhux perikoluż

Mhux Perikoluż

TH

 

Total, perikoluż

Perikoluż

TT

 

Total, ġenerali

 


List H — Il-kategorji ta’ l-iskart għar-rimi (għajr l-inċinerazzjoni)

In-Nru. ta’ l-element

EWC-Stat Verżjoni 3 (ĠU L 90, 27.3.2004, p. 15)

Skart Perikoluż/Mhux Perikoluż

Il-kodiċi

Deskrizzjoni

1

01 + 02 + 03

L-iskart kimiku

(L-iskart tal-komposti kimiċi + L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi + Skart kimiku ieħor)

Mhux Perikoluż

2

01 + 02 + 03 għajr 01.3

L-iskart kimiku għajr iż-Żjut użati

(L-iskart tal-komposti kimiċi + L-iskart tat-tħejjijiet kimiċi + Skart kimiku ieħor)

Perikoluż

3

01.3

Iż-żjut użati

Perikoluż

4

09 għajr 09.11 , 09.3

L-iskart mill-annimali u mill-ħxejjex ta’ l-ikel

(għajr l-iskart ta’ l-annimali mit-tħejjijiet u mill-prodotti ta’ l-ikel; u l-ħmieġ intestinali, l-urina u d-demel ta’ l-annimali)

Mhux Perikoluż

5

09.11

L-iskart ta’ l-annimali mit-tħejjijiet u mill-prodotti ta’ l-ikel

Mhux Perikoluż

6

09.3

Il-ħmieġ intestinali, l-urina u d-demel ta’ l-annimali

Mhux Perikoluż

7

10.1

L-iskart tad-djar u simili

Mhux Perikoluż

8

10.2

Il-materjali mħallta u mhux iddifferenzjati

Mhux Perikoluż

9

10.2

Il-materjali mħallta u mhux iddifferenzjati

Perikoluż

10

10.3

Il-fdalijiet mill-għażil

Mhux Perikoluż

11

10.3

Il-fdalijiet mill-għażil

Perikoluż

12

11

It-tjun komuni

Mhux Perikoluż

13

12

L-iskart minerali

Mhux Perikoluż

14

12

L-iskart minerali

Perikoluż

15

05 + 06 + 07 + 08 + 13

Skart ieħor

(L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku + L-iskart metalliku + L-iskart mhux metalliku + It-tagħmir skartat + L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat)

Mhux Perikoluż

16

05 + 06 + 07 + 08 + 13

Skart ieħor

(L-iskart mill-kura tas-saħħa u dak bijoloġiku + L-iskart metalliku + L-iskart mhux metalliku + It-tagħmir skartat + L-iskart issolidifikat, stabbilizzat jew ivvitrifikat)

Perikoluż

TN

 

Total, mhux perikoluż

Mhux Perikoluż

TH

 

Total, perikoluż

Perikoluż

TT

 

Total, ġenerali

 


Lista I — Il-qies tal-kapaċità

L-operat

Il-qies tal-kapaċità

Il-kodiċi tal-qies

1

1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena bi tliet deċimali

t

 

Terajoules fis-sena (1012)

j

2

1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena bi tliet deċimali

t

 

Terajoules fis-sena (1012)

j

3

1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena bi tliet deċimali

t

4

Metri kubi fis-sena

m

5

1 000 ta’ tunnellati metriċi fis-sena bi tliet deċimali

t


(1)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

360


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/42/KE

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2005

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar il-prodotti kosmetiċi, għar-raġunijiet ta’ adattament tal-Annessi II, IV u VI tagħha għall-progress tekniku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrata t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara li kkunsultat lill-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti Kosmetiċi u Prodotti Mhux tal-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi,

Billi:

(1)

Abbażi tal-valutazzjoni tat-tossiċitajiet tal-ġilda taż-żejt tal-għeruq tal-Costus (Saussurea lappa Clarke), 7-Ethoxy-4-methylcoumarin, hexahydrocoumarin u l-balzmu tal-Peru (Myroxylon pereirae), il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kosmetiċi u l-Prodotti Mhux għall-Ikel intenzjonati għall-Konsumaturi (SCCNFP) hu tal-opinjoni li dawn is-sustanzi ma għandhomx jintużaw bħala ingredjenti ta’ fwieħa fi prodotti kosmetiċi. Għalhekk, dawn ma għandhomx ikunu inklużi fl-Anness II għad-Direttiva 76/768/KEE.

(2)

Il-kuluranti ażotiċi CI 12150, CI 20170 u CI 27290 huma inklużi fil-Parti 1 tal-Anness IV għad-Direttiva 76/768/KEE bħala aġenti kuluranti li huma awtorizzati għal użu fi prodotti kosmetiċi. Is-sikurezza ta’ dawn il-kuluranti ġiet iddubbitatha minħabba li jistgħu jifformaw amini karċinoġeniċi waqt il-metaboliżmu. L-SCCNFP hu tal-fehma, ibbażata fuq informazzjoni disponibbli, li l-użu tal-kuluranti CI 12150, CI 20170 u CI 27290 joħloq riskju għas-saħħa tal-konsumatur billi dawn jistgħu jerħu waħda jew diversi amini aromatiċi karċinoġeniċi. Dawn il-kuluranti għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-Parti 1 għall-Anness IV tad-Direttiva 76/768/KEE.

(3)

Il-klorur tal-benżetonju hu inkluż bħala numru ta’ referenza 53 fil-Parti 1 għall-Anness VI tad-Direttiva 76/768/KEE bħala preżervattiv li jista’ jintuża fi prodotti kosmetiċi li jitlaħalħu sa konċentrazzjoni ta’ 0,1 %. Hi l-fehma tal-SCCNFP li l-klorur tal-benżetonju għandu jingħata l-awtorizzazzjoni li jintuża fi prodotti kosmetiċi li ma jitlaħalħux li mhumiex għall-użu ta’ kura orali sa konċentrazzjoni ta’ 0,1 %. L-entratura taħt in-numru 53 ta’ referenza fil-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

L-SCCNFP hi tal-fehma li l-Methylisothiazolinone ma toħloqx riskju għas-saħħa tal-konsumaturi jekk tintuża fi prodotti kosmetiċi lesti bħala preżervattiv sa konċentrazzjoni ta’ 0,01 %. Il-Methylisothiazolinone għandha għalhekk tiġi inkluża fil-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 76/768/KEE bħala numru ta’ referenza 57.

(5)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Annessi II, IV, u VI għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skont it-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri se jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw mill-31 ta’ Marzu 2006 prodotti kosmetiċi li ma jikkonfermawx mal-Annessi II u IV tad-Direttiva 76/768/KEE kif emendata b’din id-Direttiva ma jitqegħdux fis-suq mill-manifatturi Komunitarji jew minn esportaturi stabbiliti fil-Komunità, lanqas ma jinbiegħu jew ikunu disponibbli għall-konsumatur finali.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/9/KE (ĠU L 27, 29.1.2005, p. 46).


ANNESS

L-Annessi għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, in-numri ta’ referenza li ġejjin huma miżjudin:

“1133.

Iż-żejt tal-għeruq tal-Costus (Saussurea lappa Clarke) (CAS Nru 8023-88-9), meta użat bħala ingredjent tal-fwieħa.

1134.

7-Ethoxy-4-methylcoumarin (CAS Nru 87-05-8), meta użata bħala ingredjent tal-fwieħa.

1135.

Hexahydrocoumarin (CAS Nru 700-82-3), meta użata bħala ingredjent tal-fwieħa.

1136.

Balsmu tal-Peru (isem INCI: Myroxylon pereirae; (CAS Nru 8007-00-9), meta użat bħala ingredjent tal-fwieħa.”

(2)

Fil-Parti 1 tal-Anness IV, l-aġenti kuluranti CI 12150, CI 20170 u CI 27290 qed jitħassru.

(3)

Il-Parti 1 tal-Anness VI hi emendata kif ġej:

(a)

in-Nru ta’ referenza 53 hu ssostitwit b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Sustanza

Konċentrazzjoni massima awtorizzata

Limitazzjonijiet u rekwiżiti

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

a

b

c

d

e

“53

Klorur tal-benżetonju (INCI)

0,1  %

(a)

Prodotti li jitlaħalħu,

(b)

Prodotti li ma jitlaħalħux għajr dawk għal użu ta’ kura orali”

 

(b)

l-entratura li ġejja qed tiżdied bħala numru ta’ referenza 57:

Numru ta’ referenza

Sustanza

Konċentrazzjoni massima awtorizzata

Limitazzjonijiet u rekwiżiti

Kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

a

b

c

d

e

“57

Methylisothiazolinone (INCI)

0,01  %”

 

 


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

363


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1068/2005

tas-6 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji tal-intervent u li jippreskrivi l-metodi tal-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) 1784/2003 ma jipprevedix intervent ulterjuri għas-segala mis-sena tal-ħsad 2004/2005. Għalhekk għandu jiġi adattat ir-Regolament (KE) Nru 824/2000 tal-Kummissjoni (2) sabiex din is-sitwazzjoni ġdida tiġi kkunsidrata.

(2)

Il-qamħ komuni u l-qamħ tal-Awstralja huma ċereali li għalihom ġew stabbiliti kriterji ta’ kwalità minimi għall-konsum mill-bniedem u li għandhom jirrispettaw l-istandards sanitarji stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (3). Iċ-ċereali l-oħra jintużaw prinċipalment bħala għalf għall-annimali u għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (4). Għandu jkun stipulat li dawn l-istandards japplikaw meta jsir il-pussess tal-prodotti kkonċernati b’din l-iskema ta’ intervent.

(3)

Xi wħud minn dawn l-istandards japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2006 meta jiġu pproċessati l-prodotti għall-ewwel darba. Sabiex jiggarantixxu li ċ-ċereali, li l-pussess tagħhom isir qabel id-data msemmija, jkunu jistgħu jiġu kkumerċjalizzati f’kundizzjonijiet tajbin waqt il-kunsinna ’l barra mill-iskema ta’ intervent, għandu jiġi stabbilit mis-sena tal-ħsad 2005/2006 li l-prodotti offruti għall-intervent jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti minn dawn l-istandards.

(4)

Il-possibiltajiet li jiżviluppaw xi mikotossini huma marbuta ma’ xi kundizzjonijiet partikolari li jistgħu jiġu identifikati essenzjalment fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet tal-klima li ġew osservati waqt l-iżvilupp u b’mod partikolari waqt li ċ-ċereali jwarrdu.

(5)

Ir-riskji inerenti li jinqabżu l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni aċċettabbli jistgħu jiġu identifikati mill-aġenziji ta’ intervent fuq il-bażi ta’ informazzjoni li ġiet irċevuta minngħand l-offerenti u mill-kriterji tal-analiżi tagħhom stess. Għalhekk sabiex jiġu limitati l-ispejjeż finanzjarji, huwa ġġustifikat li jiġu mitluba l-analiżi, taħt ir-responsabbiltà tal-aġenziji ta’ intervent qabel ma jsir il-pussess tal-prodotti, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju biss li jippermetti li tiġi ggarantita l-kwalità tal-prodotti meta jidħlu taħt l-iskema ta’ intervent.

(6)

L-Artikoli 2 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3492/90 tas-27 ta’ Novembru 1990 li jistabbilixxi l-fatturi li jridu jittieħdu f’konsiderazzjoni fil-kontijiet annwali għall-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent fil-għamla ta’ ħażna pubblika mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (5), jistipulaw xi regoli ta’ responsabbiltà. Dawn l-Artikoli jistabbilixxu b’mod partikolari li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiggarantixxu li l-prodotti li għalihom saru interventi Komunitarji jiġu miżmuma tajjeb u li l-kwantitajiet li tħassru minħabba l-kundizzjonijiet materjali tal-ħżin jew għax inżammew għal żmien twil wisq jiġu kkalkolati fil-ħruġ tal-ħażna ta’ intervent fid-data meta saret l-osservazzjoni li l-prodotti tħassru. Huma jispeċifikaw ukoll li prodott huwa kkunsidrat bħala mħassar jekk ma jirrispettax aktar il-kundizzjonijiet ta’ kwalità li japplikaw waqt ix-xiri. Għalhekk it-tħassir inerenti għal dawn id-dispożizzjonijiet biss jista’ jiġi kopert mill-baġit Komunitarju. Deċiżjoni mhux adegwata meħuda minn xi Stat Membru waqt ix-xiri tal-prodott, rigward l-analiżi tar-riskju mitluba b’konformità ma’ dan ir-Regolament, għandha taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess jekk wara jidher li l-prodott ma jirrispettax l-istandards minimi. Fil-fatt, deċiżjoni bħal din ma tippermettix li tkun iggarantita l-kwalità tal-prodott u għalhekk li jiġi miżmum tajjeb. Għalhekk għandhom jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet skont liema r-responsabbiltà tkun tal-Istat Membru.

(7)

Sabiex tiġi stabbilita l-kwalità taċ-ċereali offruti għall-intervent, l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 jerġa’ jagħti lista ta’ metodi skont il-kriterji għall-analiżi. Fost dawn il-metodi, l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Standardizzazzjoni adattat il-metodu ta’ kif jiġi ddeterminat l-indiċi ta’ tnaqqis ta’ Hagberg. Għandha tiġi adattata r-referenza relevanti. Għandhom jiġu speċifikati wkoll il-metodi ta’ analiżi li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-istandards dwar il-kontaminazzjoni.

(8)

Għall-finijiet ta’ ċarezza u preċiżjoni, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 824/2000 tal-Kummissjoni għandu jiġi fformulat mill-ġdid, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-ordni tad-dispożizzjonijiet relatati. Meta jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ analiżi użat għall-kontroll tal-mikotossini, ikun iġġustifikat li jiġu miżjuda, fost l-analiżi li l-ispejjeż tagħhom jitħallsu mill-offerenti, dawk inerenti għad-determinazzjoni tar-rati ta’ mikotossini.

(9)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 824/2000 għandu jiġi emendat.

(10)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-ċereali ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) 824/2000 huwa emendat kif jidher hawn taħt:

1.

Fl-ewwel Artikolu, l-ewwel inċiż jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(2), tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, kull detentur ta’ lottijiet omoġenj ta’ mill-inqas 80 tunnellata ta’ qamħ komuni, xgħir, qamħirrum u sorgu, jew 10 tunnellati ta’ qamħ tal-Awstralja, maħsuda fil-Komunità, huwa awtorizzat li jippreżenta ċ-ċereali tiegħu lill-aġenzija ta’ intervent.”

2.

Fl-Artikolu 2(2), l-ewwel u t-tieni inċiżi jiġu mibdula bit-test li ġej:

“Iċ-ċereali huma kkunsidrati ta’ kwalità tajba, leali u tajbin għall-kummerċ meta jkollhom kulur li s-soltu jkollhom dawn iċ-ċereali, mingħajr riħa, mingħajr predaturi ħajjin (inklużi araknidi) fl-istadji kollha tal-iżvilupp tagħhom, meta jirrispettaw il-kriterji ta’ kwalità minimi msemmija fl-Anness I u ma jaqbżux il-livelli massimi aċċettabbli ta’ kontaminazzjoni, inkluża r-radjoattività, li saru japplikaw bir-regolamentazzjoni Komunitarja. Rigward dan, il-livelli massimi aċċettabbli ta’ kontaminazzjoni, li ma jistgħux jinqabżu, huma dawn li ġejjin:

għall-qamħ komuni u l-qamħ tal-Awstralja, dawk stabbiliti bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 (*) inklużi r-rekwiżiti tal-livell tat-tossini Fusarium għall-qamħ komuni u l-qamħ tal-Awstralja stabbiliti fil-punti 2.4 sa 2.7 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 (**),

għax-xgħir, il-qamħirrum u s-sorgu, dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/32/KE (***).

L-Istati Membri jagħmlu l-kontroll tal-livell ta’ kontaminazzjoni, inkluża r-radjoattività, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, u jikkunsidraw, b’mod partikolari, l-informazzjoni mogħtija mill-offerent u l-obbligi dwar il-ħarsien tal-istandards meħtieġa, b’mod partikolari rigward ir-riżultati tal-analiżi miksuba. F’każ ta’ bżonn, ir-ritmu u l-portata tal-miżuri ta’ kontroll huma ddeterminati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003, b’mod partikolari jekk is-sitwazzjoni tas-suq tista’ tkun serjament imfixkla sfrattata mill-kontaminazzjoni.

(*)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1."

(**)  ĠU L 77, 16.3.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħhar mir-Regolament (KE) Nru 856/2005 (ĠU L 143, 7.6.2005, p. 3)."

(***)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.”"

3.

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 3.7. jiġi mibdul bit-test li ġej:

“3.7.

l-indiċi ta' nżul ta' Hagberg (test tal-attività tal-amilażi) huwa ddeterminat b’konformità mal-metodu ISO 3093:2004;”

(b)

il-punt 3.10. hawn taħt huwa miżjud:

“3.10.

il-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi ta’ referenza għad-determinazzjoni tar-rata ta’ mikotossini huma dawk imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 466/2001”

4.

L-Artikolu 6 jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 6

1.   L-aġenzija ta’ intervent tieħu r-responsabbiltà biex jiġu analizzati l-karatteristiċi fiżiċi u teknoloġiċi tal-kampjuni meħuda fi żmien għoxrin ġurnata tax-xogħol minn meta jittieħed il-kampjun rappreżentattiv.

2.   L-offerent għandu jħallas l-ispejjeż relatati ma’:

(a)

il-kontenut tat-tannin fis-sorgu;

(b)

it-test għall-attività tal-amilażi (Hagberg);

(c)

il-kontenut ta’ proteina fil-qamħ tal-Awstralja u l-qamħ komuni;

(d)

it-test Zeleny;

(e)

it-test dwar kif jinħadem bil-magna;

(f)

l-analiżi tal-kontaminazzjoni.

3.   Jekk l-analiżi stabbiliti fil-paragrafu 1 juru li ċ-ċereali offruti ma jikkorrispondux mal-kwalità minima mitluba fl-intervent, dawn iċ-ċereali jerġgħu jittieħdu lura bl-ispejjeż tal-offerent. Dan iħallas ukoll l-ispejjeż kollha li jinqalgħu.

4.   F’każ ta’ litiġju, l-aġenzija ta’ intervent terġa’ tissottometti l-prodotti inkwistjoni għall-kontrolli meħtieġa u l-ispejjeż relatati jitħallsu mill-parti li titlef.”

5.

L-AArtikolu 9 jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punti c) u d) jiġu mibdula bit-test li ġej:

“(c)

Meta l-perċentwal tal-qamħ imfarrak ikun aktar minn 3 % għall-qamħ tal-Awstralja, il-qamħ komuni u x-xgħir u 4 % għall-qamħirrum u s-sorgu, japplika tnaqqis bil-prezz ta’ EUR 0,05 għal kull żieda fid-differenza ta’ 0,1 %.

(d)

Meta l-perċentwal tal-impuritajiet fil-qamħ ikun aktar minn 2 % għall-qamħ tal-Awstralja, 4 % għall-qamħirrum u s-sorgu u 5 % għall-qamħ komuni u x-xgħir, japplika tnaqqis bil-prezz ta’ EUR 0,05 għal kull żieda fid-differenza ta’ 0,1 %.”;

(b)

Il-punt f) jiġi mibdul bit-test li ġej:

“(f)

Meta l-perċentwal ta’ impuritajiet diversi (Schwarzbesatz) ikun aktar minn 0,5 % għall-qamħ tal-Awstralja u 1 % għall-qamħ komuni, ix-xgħir, il-qamħirrum u s-sorgu, japplika tnaqqis bil-prezz ta’ EUR 0,1 għal kull żieda fid-differenza ta’ 0,1 %.”;

6.

Mal-Artikolu 10(3) jiġi miżjud:

“3.   Meta l-kontrolli stabbiliti skont dan ir-Regolament għandhom isiru fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju stabbilita fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(2), il-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw meta ma jiġux rispettati l-livelli massimi aċċettabbli ta’ kontaminazzjoni jaqgħu taħt ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru. Din ir-responsabbiltà tiġi assunta, mingħajr ħsara għall-miżuri li l-Istati Membri jistgħu jieħdu kontra l-offerent jew dak li jaħżen, fil-każ li ma jirrispettawx l-impenji jew l-obbligi tagħhom.

Għaldaqstant, fil-każ tal-ochratoxin A u tal-aflatoxin, jekk l-Istat Membru kkonċernat jista’ jagħti, għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni, prova li ġew irrispettati l-istandards fil-ħin tad-dħul, il-kundizzjonijiet normali ta’ ħżin kif ukoll l-obbligi l-oħra ta’ dak li jaħżen, ir-responsabbiltà finanzjarja tkun tal-baġit Komunitarju.”

7.

Fl-Anness I, il-kolonna “segala” titneħħa.

8.

L-Anness II jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 1.2.a), l-ewwel inċiż jiġi mibdul bit-test li ġej:

“jitqiesu bħala qmuħ niexfa dawk li, wara l-eliminazzjoni tal-elementi l-oħra kollha tal-kampjun stabbiliti f’dan l-Anness jgħaddu minn għarbiel b’toqob ta’ dawn il-qisien: qamħ komuni 2,0 mm, qamħ tal-Awstralja 1,9 mm, xgħir 2,2 mm.”;

(b)

Il-punt 2.3 jitneħħa.

9.

L-Anness III, punt 1, jiġi emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel inċiż jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Għall-qamħ komuni, il-qamħ tal-Awstralja, ix-xgħir, kampjun medju ta’ 250 g jingħadda minn żewġt għeriebel, wieħed b’toqob ta’ 3,5 mm u l-ieħor b’toqob ta’ 1,0 mm għal nofs minuta kull wieħed.”;

(b)

Is-seba’ inċiż jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Il-kampjun parzjali jingħadda għal nofs minuta minn għarbiel b’toqob ta’ 2,0 mm għall-qamħ komuni, 1,9 mm għall-qamħ tal-Awstralja, 2,2 mm għax-xgħir. Dawk l-elementi li jgħaddu minn dan l-għarbiel huma kkunsidrati bħala qmuħ niexfa. Il-qamħ imħassar bil-ġelu, kif ukoll il-qamħ aħdar li jkun għadu ma sarx biżżejjed, jagħmel parti mill-grupp ‘qamħ niexef’.”;

10.

Fin-nota f’qiegħ il-paġna 2 tal-Anness IV, it-tieni inċiż jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Għandha jkollha ventilazzjoni li tippermetti li jekk jitħallew jinxfu għal sagħtejn għaċ-ċereali bi frott żgħir (qamħ komuni, qamħ tal-Awstralja, xgħir u sorgu) u għal erba’ sigħat għal qamħirrum, il-kampjuni għat-testijiet ta’ semolina jew skont il-każ ta’ qamħirrum li jista’ jkollha, ir-riżultati juru differenza ta’ inqas minn 0,15 % meta mqabbla mar-riżultati miksuba wara li jitħallew jinxfu għal tlett siegħat għaċ-ċereali bi frott żgħir u ħames sigħat għall-qamħirrum;”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fid-seħħ mis-seba’ jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tossini Fusarium kif ukoll il-metodu ta’ kontroll tal-livell ta’ kontaminazzjoni introdotti mill-punt 2 m’humiex applikabbli ħlief għaċ-ċereali maħsuda u meħuda f’pussess mis-sena tal-ħsad 2005/2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2005.

Għall-Kunsill

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.

(2)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 31. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).

(3)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1. Regolament emendat mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/100/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 285, 1.11.2003, p. 33).

(5)  ĠU L 337, 4.12.1990, p. 3.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

367


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1238/2005

tat-28 ta’ Lulju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 85/2004 li jistabbilixxi l-istandard tal-bejgħ applikabbli għat-tuffieħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jwassal għal organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-frott u l-ħaxix (1), u l-aktar l-Artikolu 2(2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 85/2004i (2) jaħseb l-aktar għal tnaqqis fil-grad minimu fl-1 ta’ Awwissu 2005 identiku għall-grad maħsub mill-istandard tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (KEE/ONU) FFV-50.

(2)

L-introduzzjoni fl-istandard KEE/ONU FFV-50 ta’ kriterju tal-maturità bbażat fuq l-ammont ta’ zokkor ġiet proposta’ mill-grupp maħtur biex jagħti rapport dwar l-istandards tal-kwalità tal-prodotti agrikoli tal-KEE/ONU.

(3)

Ladarba l-grad minimu hu wkoll kriterju ta’ maturità, jaqbel li tiġi studjata l-possibbiltà li jiġu ntegrati fl-aħjar mod possibbli dawn iż-żewġ kriterji ta’ maturità fl-istandard tal-bejgħ applikabbli għat-tuffieħ.

(4)

La dan l-istudju jrid isir fuq mill-anqas tliet kampanji ta’ marketing, jaqbel tiġi posposta l-applikazzjoni għat-tnaqqis fil-grad għal wara l-1 ta’ Ġunju 2008 u li jiġu mtawla l-miżuri tranżitorji dwar il-gradazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2008.

(5)

Madankollu għandha tiġi mħarsa l-fiduċja leġittima ta’ l-operaturi li kkonkludew kuntratti fuq bażi tal-preżunzjoni ta’ l-applikazzjoni mill-1 ta’ Awwissu 2005 ta’ l-istandards ġodda li jaħsbu għat-tnaqqis fil-grad.

(6)

Biex kollox ikun ċar, hemm lok li jiġi ppreċiżat li meta trejdmark kummerċjali jiġi wżat biex jinbiegħ prodott, l-isem tal-varjetà jew is-sinonimu għandu jissemma wkoll.

(7)

Hemm ċerti żbalji fil-lista ta’ varjetajiet imsemmija fl-appendiċi ta’ l-istandard.

(8)

B’konsegwenza jaqbel li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 85/2004.

(9)

Il-miżuri maħsuba fir-Regolament preżenti huma konformi ma’ l-opinjoni tal-kumitat għall-ġestjoni tal-frott u l-ħaxix frisk,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regolament (KE) Nru 85/2004 hu emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 2, sentenza introduttorja, id-data tal-“31 ta’ Lulju 2005” hi mibdula bid-data tal-“31 ta’ Mejju 2008”.

2)

Fl-Artikolu 4, it-tieni paragrafu, id-data ta’ l-“1 ta’ Awwissu 2005” hi mibdula bid-data ta’ l-“1 ta’ Ġunju 2008”.

3)

L-Anness hu emendat b’mod konformima’ l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2005.

Madankollu, l-operaturi li, b’sodisfazzjoni għall-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, ikkonkludew qabel l-1 ta’ Awwissu 2005 kuntratti bbażati fuq it-tieni u t-tielet paragrafi tal-punt III ta’ l-anness għar-Regolament Nru 85/2004/KE, jistgħu jbiegħu t-tuffieħ skond dawn il-kuntratti msemmija b’konformità mal-miżuri ta’ l-imsemmija paragrafi.

Dan ir-Regolament għandu japplika fl-inter tiegħuu japplikabbli direttament f’kull Stat Membru.

Maħmul fi Brussell, 28 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament emendat fl-aħħar parti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 13, 20.1.2004, p. 3. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) 907/2004 (ĠU L 163, 30.4.2004, p. 50).


ANNESS

It-titolu 4 ta’ l-appendiċi ta’ l-anness għar-Regolament Nru 85/2004/KE hu emendat kif ġej:

1)

l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu hi mibdula bit-test li ġej:

“Wħud mill-varjetajiet imsemmija fil-lista li ġejja jistgħu jinbigħu taħt ismijiet kummerċjali li għalihom ġiet mitluba jew miksuba l-protezzjoni f’wieħed jew bosta pajjiżi, sakemm l-isem tal-varjetà, jew is-sinonimu tiegħu, ikun preċiżat fit-tikketta.”;

2)

it-tabella li tikkoreġi l-lista mhux eżawrjenti hi mibdula bit-test li ġej:

Varjetajiet

Sinonimi

Trejdmark kummerċjali

Grupp ta’ kulur

Ħmura

Grad

African Red

 

African CarmineTM

B

 

 

Akane

Tohoku 3

Primerouge®

B

 

 

Alborz Seedling

 

 

C

 

 

Aldas

 

 

B

 

GF

Alice

 

 

B

 

 

Alkmene

Early Windsor

 

C

 

 

Alwa

 

 

B

 

 

Angold

 

 

C

 

GF

Apollo

Beauty of Blackmoor

 

C

 

GF

Arkcharm

Arkansas No 18, A 18

 

C

 

GF

Arlet

 

 

B

R

 

Aroma

 

 

C

 

 

Mutanti b’kulur aħmar ta’ Aroma, pereżempju Aroma Amorosa

 

 

B

 

 

Auksis

 

 

B

 

 

Belfort

Pella

 

B

 

 

Belle de Boskoop u mutanti

 

 

D

R

GF

Belle fleur double

 

 

D

 

GF

Berlepsch

Freiherr von Berlepsch

 

C

 

 

Berlepsch rouge

Red Berlepsch, Roter Berlepsch

 

B

 

 

Blushed Golden

 

 

 

 

GF

Bohemia

 

 

B

 

GF

Boskoop rouge

Red Boskoop, Roter Boskoop

 

B

R

GF

Braeburn

 

 

B

 

GF

Mutanti b’kulur aħmar ta’ Braeburn, pereżempju:

 

 

A

 

GF

Hidala

 

Hilwell ®

 

Joburn

 

AuroraTM, Red BraeburnTM, Southern Rose TM

 

Lochbuie Red

 

 

 

Braeburn

 

 

 

Mahana Red

 

Redfield®

 

Mariri Red

 

EveTM, Red BraeburnTM, Southern Rose TM

 

Redfield

 

Red BraeburnTM, Southern Rose TM

 

Royal Braeburn

 

 

 

Bramley's Seedling

Bramley, Triomphe de Kiel

 

D

 

GF

Brettacher Sämling

 

 

D

 

GF

Calville (grupp ta’…)

 

 

D

 

GF

Cardinal

 

 

B

 

 

Carola

Kalco

 

C

 

GF

Caudle

 

CameoTM

B

 

 

Charden

 

 

D

 

GF

Charles Ross

 

 

D

 

GF

Civni

 

Rubens ®

B

 

 

Coromandel Red

Corodel

 

A

 

 

Cortland

 

 

B

 

GF

Cox's orange pippin u mutanti

Cox Orange

 

C

R

 

Mutanti ta’ kulur aħmar ta’ Cox's Orange Pippin pereżempju:

Cherry Cox

 

 

B

R

 

Crimson Bramley

 

 

D

 

GF

Cripps Pink

 

Pink Lady ®

C

 

 

Cripps Red

 

SundownerTM

C (1)

 

 

Dalinbel

 

 

B

 

 

Delblush

 

Tentation ®

D

 

GF

Delcorf u mutanti, pereżempju:

 

Delbarestivale®

C

 

GF

Dalili

 

Ambassy ®

 

Monidel

 

 

 

Delgollune

 

Delbard Jubilé ®

B

 

GF

Delicious ordinaire

Ordinary Delicious

 

B

 

 

Deljeni

 

Primgold®

D

 

GF

Delikates

 

 

B

 

 

Delor

 

 

C

 

GF

Discovery

 

 

C

 

 

Dunn's Seedling

 

 

D

R

 

Dykmanns Zoet

 

 

C

 

 

Egremont Russet

 

 

D

R

 

Elan

 

 

D

 

GF

Elise

Red Delight

Roblos®

A

 

GF

Ellison's orange

Ellison

 

C

 

GF

Elstar u mutanti, pereżempju:

 

 

C

 

 

Daliter

 

EltonTM

 

 

Elshof

 

 

 

 

Elstar Armhold

 

 

 

 

Elstar Reinhardt

 

 

 

 

Mutanti ta’ kulur aħmar ta’ Elstar, pereżempju:

 

 

B

 

 

Bel-El

 

Red ElswoutTM

 

 

Daliest

 

ElistaTM

 

 

Goedhof

 

ElnicaTM

 

 

Red Elstar

 

 

 

 

Valstar

 

 

 

 

Empire

 

 

A

 

 

Falstaff

 

 

C

 

 

Fiesta

Red Pippin

 

C

 

 

Florina

 

Querina ®

B

 

GF

Fortune

 

 

D

R

 

Fuji and mutants

 

 

B

 

GF

Gala

 

 

C

 

 

Mutanti ta’ kulur aħmar ta’ Gala, pereżempju:

 

 

A

 

 

Annaglo

 

 

 

 

Baigent

 

Brookfield ®

 

 

Galaxy

 

 

 

 

Mitchgla

 

Mondial Gala ®

 

 

Obrogala

 

Delbard Gala ®

 

 

Regala

 

 

 

 

Regal Prince

 

Gala Must ®

 

 

Tenroy

 

Royal Gala ®

 

 

Garcia

 

 

D

 

GF

Gloster

 

 

B

 

GF

Goldbohemia

 

 

D

 

GF

Golden Delicious and mutants

 

 

D

 

GF

Golden Russet

 

 

D

R

 

Goldrush

Coop 38

 

D

 

GF

Goldstar

 

 

D

 

GF

Gradigold

 

Golden Extreme ®

Golden Supreme ®

D

 

GF

Granny Smith

 

 

D

 

GF

Gravenstein rouge

Red Gravenstein, Roter Gravensteiner

 

B

 

GF

Gravensteiner

Gravenstein

 

D

 

GF

Greensleeves

 

 

D

 

GF

Holsteiner Cox and mutants

Holstein

 

D

R

 

Holstein rouge

Red Holstein, Roter Holsteiner Cox

 

C

R

 

Honeycrisp

 

Honeycrunch ®

C

 

GF

Honeygold

 

 

D

 

GF

Horneburger

 

 

D

 

GF

Howgate Wonder

Manga

 

D

 

GF

Idared

 

 

B

 

GF

Ingrid Marie

 

 

B

R

 

Isbranica

Izbranica

 

C

 

 

Jacob Fisher

 

 

D

 

GF

Jacques Lebel

 

 

D

 

GF

Jamba

 

 

C

 

GF

James Grieve u mutanti

 

 

D

 

GF

James Grieve rouge

Red James Grieve

 

B

 

GF

Jarka

 

 

C

 

GF

Jerseymac

 

 

B

 

 

Jester

 

 

D

 

GF

Jonagold (2) u mutanti, pereżempju:

 

 

C

 

GF

Crowngold

 

 

 

Daligo

 

 

 

Daliguy

Jonasty

 

 

Dalijean

Jonamel

 

 

Jonagold 2000

Excel

 

 

Jonabel

 

 

 

Jonabres

 

 

 

King Jonagold

 

 

 

New Jonagold

Fukushima

 

 

Novajo

Veulemanns

 

 

Schneica

 

Jonica ®

 

Wilmuta

 

 

 

Jonagored u mutanti, pereżempju:

 

 

A

 

GF

Decosta

 

 

 

Jomured

Van de Poel

 

 

Jonagold Boerekamp

 

Early Queen ®

 

Jomar

 

Marnica ®

 

Jonagored Supra

 

 

 

Jonaveld

 

First Red ®

 

Primo

 

 

 

Romagold

Surkijn

 

 

Rubinstar

 

 

 

Red Jonaprince

 

Wilton's®, Red Prince ®

 

Jonalord

 

 

C

 

 

Jonathan

 

 

B

 

 

Julia

 

 

B

 

 

Jupiter

 

 

D

 

GF

Karmijn de Sonnaville

 

 

C

R

GF

Katy

Katja

 

B

 

 

Kent

 

 

D

R

 

Kidd's orange red

 

 

C

R

 

Kim

 

 

B

 

 

Koit

 

 

C

 

GF

Krameri Tuvioun

 

 

B

 

 

Kukikovskoje

 

 

B

 

 

Lady Williams

 

 

B

 

GF

Lane's Prince Albert

 

 

D

 

GF

Laxton's Superb

Laxtons Superb

 

C

R

 

Ligol

 

 

B

 

GF

Lobo

 

 

B

 

 

Lodel

 

 

A

 

 

Lord Lambourne

 

 

C

 

 

Maigold

 

 

B

 

 

Mc Intosh

 

 

B

 

 

Meelis

 

 

B

 

GF

Melba

 

 

B

 

 

Melodie

 

 

B

 

GF

Melrose

 

 

C

 

GF

Meridian

 

 

C

 

 

Moonglo

 

 

C

 

 

Morgenduft

Imperatore

 

B

 

GF

Mountain Cove

 

Ginger Gold TM

D

 

GF

Mutsu

 

Crispin®

D

 

GF

Normanda

 

 

C

 

GF

Nueva Europa

 

 

C

 

 

Nueva Orleans

 

 

B

 

GF

Odin

 

 

B

 

 

Ontario

 

 

B

 

GF

Orlovskoje Polosatoje

 

 

C

 

 

Ozark Gold

 

 

D

 

GF

Paula Red

 

 

B

 

 

Pero de Cirio

 

 

D

 

GF

Piglos

 

 

B

 

GF

Pikant

 

 

B

 

GF

Pikkolo

 

 

C

 

 

Pilot

 

 

C

 

 

Pimona

 

 

C

 

 

Pinova

 

Corail ®

C

 

 

Pirella

 

Pirol®

B

 

GF

Piros

 

 

C

 

GF

Rafzubex

 

Rubinette® Rosso

A

 

 

Rafzubin

 

Rubinette®

C

 

 

Rajka

 

 

B

 

 

Rambour d'hiver

 

 

D

 

GF

Rambour Franc

 

 

B

 

 

Reanda

 

 

B

 

GF

Rebella

 

 

C

 

GF

Red Delicious u mutanti, pereżempju:

 

 

A

 

GF

Camspur

 

Redchief ®

 

Erovan

 

Early Red One ®

 

Evasni

 

Scarlet Spur ®

 

Flatrar

 

Starkspur Ultra Red ®

 

Fortuna Delicious

 

 

 

Otago

 

 

 

Red King

 

 

 

Red Spur

 

 

 

Red York

 

 

 

Richared

 

 

 

Royal Red

 

 

 

Sandidge

 

Super Chief ®

 

Shotwell Delicious

 

 

 

Stark Delicious

 

 

 

Starking

 

 

 

Starkrimson

 

 

 

Starkspur

 

 

 

Topred

 

 

 

Trumdor

 

Oregon Spur Delicious ®

 

Well Spur

 

 

 

Red Dougherty

 

 

A

 

 

Red Rome

 

 

A

 

 

Redkroft

 

 

A

 

 

Regal

 

 

A

 

 

Regina

 

 

B

 

GF

Reglindis

 

 

C

 

GF

Reine des Reinettes

Goldparmäne, Gold Parmoné

 

C

 

 

Reineta Encarnada

 

 

B

 

 

Reinette Rouge du Canada

 

 

B

 

GF

Reinette d'Orléans

 

 

D

 

GF

Reinette Blanche du Canada

Reinette du Canada, Canada Blanc, Kanadarenette

 

D

R

GF

Reinette de France

 

 

D

 

GF

Reinette de Landsberg

 

 

D

 

GF

Reinette grise du Canada

Graue Kanadarenette

 

D

R

GF

Relinda

 

 

C

 

 

Remo

 

 

B

 

 

Renora

 

 

B

 

GF

Resi

 

 

B

 

 

Resista

 

 

D

 

GF

Retina

 

 

B

 

GF

Rewena

 

 

B

 

GF

Roja de Benejama

Verruga, Roja del Valle, Clavelina

 

A

 

 

Rome Beauty

Belle de Rome, Rome

 

B

 

 

Rosana

Berner Rosenapfel

 

B

 

GF

Royal Beaut

 

 

A

 

GF

Rubin

 

 

C

 

GF

Rubinola

 

 

B

 

GF

Sciearly

 

Pacific BeautyTM

A

 

 

Scifresh

 

JazzTM

B

 

 

Sciglo

 

Southern SnapTM

A

 

 

Sciray

GS48

 

A

 

 

Scired

 

Pacific QueenTM

A

R

 

Sciros

 

Pacific RoseTM

A

 

GF

Selena

 

 

B

 

GF

Shampion

 

 

B

 

GF

Sidrunkollane Talioun

 

 

D

 

GF

Sinap Orlovskij

Orlovski Sinap

 

D

 

GF

Snygold

Earlygold

 

D

 

GF

Sommerregent

 

 

C

 

 

Spartan

 

 

A

 

 

Splendour

 

 

A

 

 

St. Edmunds Pippin

 

 

D

R

 

Stark's Earliest

 

 

C

 

 

Štaris

Staris

 

A

 

 

Sturmer Pippin

 

 

D

R

 

Sügisdessert

 

 

C

 

GF

Sügisjoonik

 

 

C

 

GF

Summerred

 

 

B

 

 

Sunrise

 

 

A

 

 

Sunset

 

 

D

R

 

Suntan

 

 

D

R

GF

Sweet Caroline

 

 

C

 

GF

Talvenauding

 

 

B

 

 

Tellisaare

 

 

B

 

 

Tiina

 

 

B

 

GF

Topaz

 

 

B

 

 

Tydeman's Early Worcester

Tydeman's Early

 

B

 

GF

Veteran

 

 

B

 

 

Vista Bella

Bellavista

 

B

 

 

Wealthy

 

 

B

 

 

Worcester Pearmain

 

 

B

 

 

York

 

 

B

 

 


(1)  Mill-anqas 20 % ta’ lewn aħmar fil-kategoriji I u II.

(2)  Madankollu, għall-varjetà Jonagold, hu meħtieġ li l-frott ikklassifikat fil-kategorija II ikollu mill-anqas wieħed fuq għaxra tas-superfiċji tiegħu ta’ lewn aħmar irrigat bl-istriji.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

377


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1722/2005

ta’ l-20 ta’ Ottubru 2005

dwar il-prinċipji biex ikunu stmati s-servizzi tar-residenzi għall-fini tar-Regolament tal-Kunsil (KE, Euratom) Nru 1287/2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta' Lulju 2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (2) jistabbilixxi li l-prodott gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (GNP) għandu jitqies daqs id-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (GNI) kif inhu pprovdut mill-Kummissjoni skond is-Sistema Ewropea tal-Kontabbiltà (ESA). L-ESA ta’ l-1995 (l-ESA95), li tissostitwixxi ż-żewġ sistemi preċedenti ta’ l-1970 u ta’ l-1979 rispettivament, kienet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (3), u kienet stabbilita fl-Anness tiegħu. Il-GNI, kif jintuża fl-ESA95, issostitwixxa lill-GNP bħala kriterju għall-finijiet tar-riżorsi proprji, b’effett mis-sena baġitarja 2002.

(2)

Sabiex ikun implimentat l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta' Frar 1989 dwar l-armonizzazzjoni u l-kumpilazzjoni tal-prodott nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (4), il-prinċipji biex ikunu stmati s-servizzi tar-residenzi ġew stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/309/KE, Euratom (5). Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003, fir-rigward tal-GNI issa għandu jkun ipprovdut is-sett ekwivalenti ta’ prinċipji.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-GNI stabbilit permezz tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003, sabiex ikunu stmati s-servizzi tar-residenzi kif ġew stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodu ta’ stratifikazzjoni bbażat fuq il-kirjiet effettivi sabiex jikkompilaw il-produzzjoni tas-servizzi tar-residenzi.

L-Istati Membri għandhom jużaw analiżijiet tabulari jew tekniki statistiċi sabiex jidderivaw kriterji ta’ stratifikazzjoni sinifikanti.

2.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-kirjiet effettivi dovuti għad-dritt li tintuża residenza mhux mgħammra skond il-kuntratti kollha relatati ma’ residenzi li jkunu proprjetà privata sabiex jikkompilaw il-kirjiet attribwiti.

Jistgħu jintużaw ukoll il-kirjiet għal residenzi mgħammra jekk dawn jitnaqqsu sabiex ikun eskluż il-pagament għall-użu ta’ l-għamara.

F’pajjiżi fejn is-settur tal-kirjiet privati jkun żgħir, b’mod eċċezzjonali, il-kirjiet pubbliċi li ġew miżjuda b’mod xieraq jistgħu jintużaw sabiex ikabbru l-bażi għall-kirjiet attribwiti.

Artikolu 3

1.   F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati b’mod xieraq, l-Istati Membri jistgħu japplikaw metodi oġġettivi oħrajn, bħall-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent.

M’għandha tkun meħtieġa l-ebda ġustifikazzjoni għall-użu tal-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent sabiex tkun ikkompilata il-produzzjoni tar-residenzi okkupati mill-proprjetarji, sakemm iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

ir-residenzi li jkunu proprjetà privata jridu jirrappreżentaw inqas minn 10 % tat-total ta' unitajiet residenzjali; u

(b)

id-differenza bejn il-kirjiet privati u l-kirjiet l-oħra mħallsa trid teċċedi fattur ta’ tlieta.

2.   Fi żmien tliet snin mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kumitat tal-GNI għandu janalizza t-tħaddimtal-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent.

Artikolu 4

L-Istati Membri li jużaw metodu tas-sena bażi għandhom jestrapolaw ċifra partikolari ta’ sena bażi billi jużaw l-indikaturi xierqa tal-kwantità, tal-prezzijiet u tal-kwalità.

Artikolu 5

Il-prinċipji ulterjuri u aktar dettaljati biex jiġu stmati l-produzzjoni, il-konsum intermedju u t-tranżazzjonijiet mal-bqija tad-dinja, fil-kuntest tas-servizzi tar-residenzi, għandhom ikunu inklużi fl-Anness.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta' Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.

(3)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 49, 21.2.1989, p. 26. Id-Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 186, 5.8.1995, p. 59.


ANNESS

Għall-fini tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003, il-punti li ġejjin għandhom l-għan li jiċċaraw il-prinċipji biex ikunu stmati l-produzzjoni, il-konsum intermedju u t-tranżazzjonijiet mal-bqija tad-dinja, rigward is-servizzi tar-residenzi.

1.   IL-PRODUZZJONI TAS-SERVIZZI TAR-RESIDENZI

1.1.   Il-metodi bażiċi

Konvenzjonalment, fil-kontabbiltà nazzjonali, il-produzzjoni tas-servizzi tar-residenzi tinkludi mhux biss is-servizzi prodotti mir-residenzi mikrija imma anki dawk ipprovduti mir-residenzi okkupati mill-proprjetarji. Rigward il-valutazzjoni tal-produzzjoni tas-servizzi tar-residenzi, is-Sistema Ewropea tal-Kontabbiltà Nazzjonali u Reġjonali (ESA95) fil-paragrafu 3.64 tistipula, li “il-produzzjoni tas-servizzi tar-residenzi okkupati mill-proprjetarji għandha tkun ivvalutata bil-valur stmat tal-kera (1) li kerrej iħallas għall-istess akkomodazzjoni, fejn jitqiesu fatturi bħal-lokalità, il-faċilitajiet fil-viċinat, eċċ., kif ukoll id-daqs u l-kwalità tar-residenza nfisha”. Fil-prinċipju, sabiex ikun stmat il-valur tas-servizzi prodotti mir-residenzi okkupati mill-proprjetarji huma disponibbli diversi metodi:

il-metodu ta’ stratifikazzjoni bbażat fuq kirjiet effettivi, li jikkombina l-informazzjoni dwar it-total ta' unitajiet residenzjali, analizzata skond id-diversi strati, ma’ l-informazzjoni dwar il-kirjiet effettivi mħallsa f’kull strat,

il-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent, fejn isiru stimi separati tal-konsum intermedju, tal-konsum tal-kapital fiss, ta’ taxxi oħrajn mingħajr is-sussidji fuq il-produzzjoni u tal-bilanċ favorevoli operattiv nett. Il-produzzjoni tas-servizzi tar-residenzi hija t-total ta’ dawn il-komponenti,

il-metodu ta’ l-awtovalutazzjoni, fejn l-okkupanti proprjetarji jintalbu jistmaw kera potenzjali għall-proprjetà tagħhom,

metodi amministrattivi ta’ valutazzjoni, fejn kera potenzjali tiġi ddeterminata minn partijiet terzi, eż. mill-gvern għal finijiet fiskali.

Il-metodu ta’ stratifikazzjoni bbażat fuq kirjiet effettiv huwa l-metodu ppreferut. Dan il-metodu jista’ jintuża wkoll biex ikun stmat il-valur tal-kirjiet effettivi kollha minn kampjun ta’ kirjiet effettivi u sabiex ikun stmat il-valur tas-servizzi tar-residenzi minn residenzi mikrija b’kera ta’ żero jew b’kera baxxa (ara t-taqsima 1.4.1 għal aktar dettalji).

Il-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent għandu jiġi applikat biss f’ċerti kundizzjonijiet u biss għal dawk l-istrati tat-total ta' unitajiet residenzjali fejn il-kirjiet effettivi jkunu neqsin jew statistikament inaffidabbli.

Il-metodu ta’ l-awto-valutazzjoni m’għandux jintuża minħabba influwenza fil-parti l-kbira suġġettiva fuq l-istima li twassal għal inċertezzi sostanzjali fil-produzzjoni.

Il-metodi amministrattivi ta’ valutazzjoni, speċjalment meta jkunu relatati mat-tassazzjoni, jistgħu jipproduċu riżultati mxaqilba. Madankollu, għal uħud mill-istrati xi drabi jistgħu jkunu disponibbli riżultati minn metodi ta’ valutazzjoni oġġettivi. Huwa aċċettabbli li jintużaw ir-riżultati meta l-oġġettività tal-metodu u l-paragunabbiltà tar-riżultati jistgħu jintwerew.

Il-metodu ta’ stratifikazzjoni juża informazzjoni dwar kirjiet effettivi minn residenzi mikrija sabiex jikseb stima tal-valur tal-kirjiet tat-total ta' unitajiet residenzjali tar-residenzi. Dan jista’ jkun interpretat bħala proċedura ta’ żieda bbażata fuq metodu ta’ prezz immultiplikat bil-kwantità. Sabiex tinkiseb stima affidabbli u sabiex ikunu inklużi differenzi relattivi fil-prezzijiet b’mod xieraq jeħtieġ li t-total ta' unitajiet residenzjali jiġi stratifikat. Sussegwentement, il-kera medja effettiva għal kull strat tiġi applikata għar-residenzi kollha f’dak l-istrat partikolari. Jekk l-informazzjoni disponibbli tkun derivata minn servejs ta’ kampjuni, din iż-żieda tkun relatata kemm ma’ parti mir-residenzi mikrija kif ukoll mir-residenzi kollha okkupati mill-proprjetarji. Il-proċedura dettaljata sabiex tkun iddeterminata kera għal kull strat ġeneralment titwettaq għal sena bażi u mbagħad tiġi estrapolata għas-snin kurrenti.

Fil-metodu ta’ stratifikazzjoni, il-kera li għandha tiġi applikata għar-residenzi okkupati mill-proprjetarji tiġi ddefinita bħala l-kera tas-suq privat dovuta għad-dritt li tintuża residenza mhux mgħammra. Il-kirjiet għal residenzi mhux mgħammra mill-kuntratti kollha tas-suq privat għandhom jintużaw sabiex ikunu ddeterminati l-kirjiet attribwiti. Il-kirjiet tas-suq privat li jkunu fuq livell baxx minħabba r-regolamentazzjoni governattiva għandhom jiġu inklużi.

Jekk is-sors ta’ l-informazzjoni jkun il-kerrej, jista’ jkun meħtieġ li tiġi kkorretta l-kera osservata billi tiġi miżjuda kwalunkwe konċessjoni speċifika tal-kera li titħallas direttament lil sid il-kera. Jekk id-daqs tal-kampjun għall-kirjiet osservati, kif ġew iddefiniti aktar ’il fuq, ma jkunx kbir biżżejjed, għal finijiet ta’ attribuzzjoni jistgħu jintużaw ukoll il-kirjiet osservati għar-residenzi mgħammra, sakemm jiġu aġġustati għall-element ta’ l-għamara. B’mod eċċezzjonali, għar-residenzi li jkunu proprjetà pubblika jistgħu jintużaw ukoll kirjiet miżjuda. Il-kirjiet baxxi għar-residenzi mikrija lil qraba jew lil impjegati m’għandhomx jintużaw (ara t-taqsimiet 1.2.3 u 1.4.1 għal aktar dettalji).

Il-metodu ta’ stratifikazzjoni jista’ jintuża wkoll għaż-żieda tar-residenzi mikrija kollha. Il-kera medja għall-attribuzzjoni, kif ġiet deskritta aktar ’il fuq, tista’ ma tkunx adattata għal uħud mis-segmenti tas-suq tal-kera. Pereżempju, kirjiet imnaqqsa għal residenzi mgħammra jew żieda fil-kirjiet pubbliċi jistgħu ma jkunux xierqa għar-residenzi rispettivi effettivament mikrija. L-istrati separati għar-residenzi mgħammra jew għar-residenzi soċjali effettivament mikrija kkombinati ma’ kirjiet medji xierqa jistgħu jegħlbu din il-problema.

Fil-prinċipju, il-kera għandha teskludi l-ħlasijiet għat-tisħin, għall-ilma, għall-elettriku, eċċ. Fejn is-sorsi tad-data ma jippermettux dan, trid tkun żgurata l-koerenza bejn il-kirjiet u l-konsum intermedju (ara t-taqsima 2 għal aktar dettalji).

Fejn għal ċerti strati ta’ residenzi okkupati mill-proprjetarji, tkun nieqsa kera effettiva rappreżentattiva, fil-parti l-kbira tal-każijiet dan jista’ jingħeleb bl-applikazzjoni ta’ tekniki ta’ estrapolazzjoni jew ta’ rigressjoni.

Alternattiva għall-metodu ta’ stratifikazzjoni standard li jistrieħ fuq kirjiet medji li jestrapolaw għal kull strat huwa l-użu ta’ metodi ta’ rigressjoni edonika. Fil-qosor, metodi bħal dawn jużaw id-data mill-kampjuni għar-residenzi mikrija sabiex jiddeterminaw prezz għal kull karatteristika tar-residenza (id-daqs, il-lokalità, il-preżenza ta’ gallarija, eċċ.). Il-produzzjoni tinkiseb billi kull karatteristika (ta’ kampjun rappreżentattiv ta’) ta-total ta' unitajiet residenzjali jiġi mmultiplikat bil-prezz edoniku ta’ din il-karatteristika. Il-metodi ta’ rigressjoni jippermettu li jitqies numru mkabbar ta’ varjabbli u jistgħu jkunu partikolarment effettivi meta għal uħud mill-istrati jkunu neqsin il-kirjiet osservati.

Ovvjament, dan ma jsolvix il-problema fil-każ estrem li r-residenzi kollha jkunu okkupati mill-proprjetarju jew fin-nuqqas ta’ suq żviluppat tal-kirjiet. Bħala valutazzjoni oġġettiva għal każijiet bħal dawn, għandu jkun applikat il-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent. Il-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent għandu jkun applikat biss għal residenzi okkupati mill-proprjetarji.

Id-dettalji tal-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent

Il-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent għandu jkun applikat biss meta l-metodu ta’ stratifikazzjoni bbażat fuq kirjiet effettivi ma jistax jintuża għaliex is-suq tal-kirjiet ma jkunx rappreżentattiv.

Konvenzjonalment, dan jitqies li jkun il-każ meta ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti fl-istess ħin: (1) in-numru ta’ residenzi mikrija privatament jirrappreżenta inqas minn 10 % tan-numru totali tar-residenzi, u (2) id-differenza bejn il-kirijiet privati u l-kirjiet imħallsa l-oħra teċċedi fattur ta’ tlieta. Anki meta ż-żewġ kundizzjonijiet japplikaw, pajjiż xorta jista’ jagħżel li juża l-metodu ta’ stratifikazzjoni sakemm ir-riżultati jkunu biżżejjed ta’ kwalità. Meta kundizzjoni waħda ma tiġix sodisfatta jew meta ż-żewġ kundizzjonijiet ma jiġux sodisfatti, għandu jintuża l-metodu ta’ stratifikazzjoni, sakemm ma jistax jintwera li l-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent jipproduċi riżultati aktar paragunabbli.

Skond il-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent, il-produzzjoni tas-servizzi tar-residenzi hija t-total tal-konsum intermedju, tal-konsum tal-kapital fiss (CFC), ta’ taxxi oħrajn mingħajr is-sussidji fuq il-produzzjoni u tal-bilanċ favorevoli operattiv nett (NOS). Għal residenzi okkupati mill-proprjetarji, ma ġie rreġistrat l-ebda kontribut ta’ xogħol għax-xogħol li sar mill-proprjetarji (2). L-esperjenza tissuġġerixxi li s-CFC u l-NOS huma l-akbar żewġ elementi, b’kull wieħed jirrappreżenta bejn 30 u 40 % tal-produzzjoni.

Is-CFC għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta’ mudell ta’ inventarju perpetwu (PIM) jew ta’ metodi approvati oħrajn. Għandha tkun disponibbli stima separata għall-bini residenzjali okkupat mill-proprjetarji.

Il-bilanċ favorevoli operattiv nett għandu jitkejjel billi tiġi applikata rata ta’ qligħ kostanti, reali u annwali ta’ 2,5 % għall-valur nett tat-total ta' unitajiet residenzjali okkupati mill-proprjetarji bi prezzijiet kurrenti (l-ispejjeż ta’ sostituzzjoni). Ir-rata reali ta’ qligħ ta’ 2,5 % tiġi applikata għall-valur tat-total ta' unitajiet residenzjali bi prezzijiet kurrenti peress li ż-żieda fil-valur kurrenti tar-residenzi diġà titqies fil-PIM. L-istess rata ta’ qligħ għandha tiġi applikata għall-valur ta’ l-art bi prezzijiet kurrenti li fuqha jinsabu r-residenzi okkupati mill-proprjetarji.

Jista’ jkun diffiċli li kull sena jiġi osservat il-valur ta’ l-art bi prezzijiet kurrenti. Il-proporzjonijiet tal-valur ta’ l-art mal-valur tal-bini fi strati differenti jista’ jkun derivat minn analiżi tal-kompożizzjoni ta’ l-ispejjeż tad-djar il-ġodda u ta’ l-art assoċjata.

Il-Kumitat tal-GNI għandu janalizza d-dettalji li jissemmew aktar ’il fuq dwar il-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent ibbażat fuq l-esperjenza fl-Istati Membri fit-tliet snin mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament tal-Kummissjoni.

Il-prinċipju 1:

Sabiex jikkompilaw il-produzzjoni tas-servizzi tar-residenzi l-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodu ta’ stratifikazzjoni bbażat fuq il-kirjiet effettivi, jew b’estrapolazzjoni diretta jew permezz ta’ rigressjoni ekonometrika. Rigward ir-residenzi okkupati mill-proprjetarji, dan jimplika l-użu ta’ kirjiet effettivi għal residenzi mikrija simili. Fil-każ iġġustifikat u eċċezzjonali fejn il-kirjiet effettivi jkunu neqsin jew statistikament inaffidabbli, jistgħu jintużaw metodi oġġettivi oħrajn, bħall-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent. Sabiex tkun ikkompilata l-produzzjoni tar-residenzi okkupati mill-proprjetarji bil-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent mhi meħtieġa l-ebda ġustifikazzjoni addizzjonali, sakemm żewġ kundizzjonijiet jiġu sodisfatti fl-istess ħin: ir-residenzi mikrija privatament jirrappreżentaw inqas minn 10 % tat-total ta' unitajiet residenzjali u d-differenza bejn il-kirjiet privati u l-kirjiet imħallsa l-oħra teċċedi fattur ta’ tlieta.

1.2.   L-istratifikazzjoni tat-total ta' unitajiet residenzjali tad-djar

1.2.1.   Il-fatturi li jaffetwaw il-livell tal-kirjiet

L-ewwel sett ta’ varjabbli li jiddetermina l-livell tal-kirjiet jikkonċerna l-karatteristiċi tar-residenza u tal-bini. L-ewwelnett, id-daqs ta’ residenza se jkun importanti, kemm f’termini taż-żona kif ukoll tan-numru ta’ kmamar. Aktar ma tkun kbira r-residenza, aktar se tkun għolja l-kera. Fl-istess ħin, il-kera għal kull metru kwadru għandha t-tendenza li taqa’ mad-daqs ta’ residenza. Madankollu, għal uħud mill-kategoriji ta’ residenzi (eż. il-flattijiet fl-ibliet kapitali), jista’ jkun hemm relazzjoni sura ta’ U bejn il-prezz għal kull metru kwadru u d-daqs tar-residenza. Fattur importanti ieħor se jikkonċerna l-faċilitajiet ta’ residenza. Dawn jistgħu jkopru varjabbli bħall-eżistenza ta’ kamra tal-banju, gallarija/terrazzin, qiegħa speċjali jew kisi tal-ħitan speċjali, fuklar ta’ ċuminja mikxufa, tisħin ċentrali, kundizzjonament ta’ l-arja, ħġieġ speċjali u miżuri oħra ta’ iżolament akustiku jew termali; it-tqassim tar-residenza huwa wkoll rielvanti. Rigward il-bini, ċerti faċilitajiet jista’ jkollhom influwenza, bħal garaxx, lift, pixxina, ġnien (fuq il-bejt) jew il-pożizzjoni ta’ residenza fil-bini. It-tip ta’ bini (dar jew flatt maqtugħa għaliha waħidha jew kważi maqtugħa għaliha waħidha), l-arkitettura, iż-żmien li għandu, jew in-numru ta’ residenzi f’bini jista’ wkoll jaffetwa il-kera.

It-tieni sett ta’ varjabbli huwa relatat mal-karatteristiċi ambjentali. Fattur magħruf sew huwa d-differenza fil-kera bejn residenza pargunabbli f’belt u waħda f’lokalità mbiegħda. Id-distanza għal ċentru ekonomiku jew il-forma tal-pajsaġġ (art ċatta, muntanjuża) jistgħu ma jkunux fatturi negliġibbli. Barra minn hekk, fatturi fil-viċinat bħall-veduta, iż-żoni b’xi ħdura tal-madwar, il-faċilitajiet ta’ u l-aċċess għat-trasport, il-ħwienet u l-iskejjel jew ir-repurtazzjoni u s-sigurtà ta’ distrett għandhom it-tendenza li jkollhom influwenza fuq il-kera effettiva.

Sett ieħor ta’ varjabbli jista’ jiġi deskritt fil-qosor f’termini ta’ fatturi soċjo-ekonomiċi. Pereżempju, fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, il-kirjiet ikunu influwenzati mir-regolamenti governattivi ġenerali bħar-restrizzjonijiet fil-kera jew is-sussidji għall-kera. Barra minn hekk, kemm ilu fis-seħħ il-ftehim tal-kera, it-tip ta’ kuntratt (temporanju, permanenti), in-numru ta’ abitanti f’kull residenza (komunità ta’ kondiviżjoni ta’ flatt), it-tip ta’ proprjetarju (il-gvern, assoċjazzjoni tad-djar, persuna privata, persuna li tħaddem) jew il-politika tal-kera ta’ sid il-kera jistgħu wkoll jaffetwaw il-kera.

Ovvjament, diversi varjabbli addizzjonali jista’ jkollhom influwenza fuq il-kirjiet. Imma biex jinġabru l-fatturi kollha li ssemmew aktar ’il fuq jista’ jwassal għal kwestjonarji mgħobbija wisq. Għalhekk, jista’ jitqies l-użu tal-valuri kapitali għal finijiet ta’ stratifikazzjoni. Ir-raġuni fundamentali wara l-użu tal-valur kapitali ta’ residenza hija li dan jirrifletti l-karatteristiċi importanti kollha tagħha. Il-valur kapitali għalhekk jista’ jitqies bħala fattur impliċitu ta’ stratifikazzjoni. L-użu tal-proporzjon tal-valur kapital mal-kera effettiva jista’ jitqies bħala metodu fattibbli, speċjalment f’dawk il-pajjiż fejn ir-residenzi mikrija jirrappreżentaw parti minuri tat-total ta' unitajiet residenzjali. Sakemm il-proporzjon ikun stabbli, metodu bħal dan għandu jippermetti li jkun jista’ jiġi ddeterminat il-valur tal-kera għal dawk ir-residenzi li jaqgħu biss fis-settur tar-residenzi okkupati mill-proprjetarji. Barra minn hekk, il-valuri kapitali ma jeskludux l-użu ta’ kriterji “fiżiċi” ta’ stratifikazzjoni; dawn jistgħu ikunu kkombinati. F’din is-sitwazzjoni, wieħed jassumi li l-valuri kapitali jirriflettu l-kriterji “fiżiċi” ta’ stratifikazzjoni li jkunu neqsin. Ikun xi jkun il-każ, il-valuri kapitali li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-kirjiet iridu jkunu bbażati fuq valutazzjoni oġġettiva li ġiet stabbilita għal sena ta’ referenza aġġornata.

Fil-prattika, l-istratifikazzjoni tvarja minn Stat Membru wieħed għall-ieħor rigward kemm in-numru ta’ strati kif ukoll il-kriterji preċiżi li jintużaw biex dawn ikunu ddefiniti. Għalkemm, ma’ l-ewwel daqqa t’għajn, dan jista’ jikkawża xi tħassib, għandu jkun enfasizzat li ċerti kriterji bażiċi, bħad-daqs u l-lokalità (ġeografika) ta’ residenza, jintużaw kważi kullimkien. Barra minn hekk, kemm ikunu adattati l-karatteristiċi l-oħra se jvarja minn pajjiż għal pajjiż u l-Istati Membri nfushom qegħdin fl-aħjar pożizzjoni li jiddeterminaw il-kriterji sinfikanti.

Il-prinċipju 2:

Għal finijiet ta’ stratifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw il-karatteristiċi importanti tar-residenzi. Dawn jistgħu jkunu relatati mal-karatteristiċi tar-residenza u tal-bini, mal-karatteristiċi ambjentali tar-residenzja jew mal-fatturi soċjo-ekonomiċi. Barra minn hekk, l-użu ta’ valuri kapitali aġġornati jkun aċċettabli għal finijiet ta’ stratifikazzjoni, jekk dawn ikunu bbażati fuq valutazzjoni oġġettiva.

1.2.2.   L-għażla tal-kriterji ta’ stratifikazzjoni

Meta jitqiesu d-diversi karatteristiċi li jaffetwaw il-kera ta’ residenza, l-ewwel kompitu huwa li jiġu investigati dawk il-varjabbli li jkollhom impatt sinifikanti. Mod wieħed kif jiġu skoperti varjabbli sinifikanti huwa li ssir analiżi tabulari ta’ l-informazzjoni statistika disponibbli. Sabiex jinkiseb kejl oġġettiv tal-valutazzjoni, il-varjanza (il-kwantità ekwivalenti għall-kwadrat ta’ devjazzjoni standard) tal-kirjiet effettivi fi strat jidher li tkun utli. Dan għandu joħloq inċentiv għal titjib possibbli fl-istratifikazzjoni billi jintgħażlu strati ħalli tiġi minimizzata l-varjanza fl-istrat. Għalhekk qed jiġi rrakkomandat li l-varjanza għal kull strat tiġi kkalkulata għallinqas f’dawk il-każijiet fejn l-istratifikazzjoni taffetwa l-livell kemm tal-kirjiet effettivi kif ukoll tal-kirjiet attribwiti.

Metodu aktar sofistikat qed jiġi offrut minn tekniki statistiċi avvanzati bħall-analiżi ta’ rigressjoni (multipla). Teknika bħal din tippermetti li tiġi vvalutata l-influwenza ta’ varjabbli individwali, sabiex il-varjazzjoni fil-kirjiet tista’ tiġi assenjata lil ċerti karatteristiċi. Fil-qosor, is-setgħa spjegattiva ta’ varjabbli tista’ tiġi kkwantifikata permezz tal-koeffiċjent tal-korelazzjoni. Bħala prodott sekondarju, din tippermetti li l-karatteristiċi jiġu kklassifikati skond l-importanza li jkollhom. Dan jgħin sabiex ikun iddeterminat fejn issir stratifikazzjoni b’aktar dettall. Il-kombinazzjoni ta’ l-aktar varjabbli importanti, billi jintużaw tekniki ta’ rigressjoni multipla, turi s-setgħa spjegattiva globali tagħhom. L-użu ta’ tekniki statistiċi avvanzati sabiex jintgħażlu varjabbli importanti titqies bħala mod effiċjenti kif jiġi stratifikat it-total ta' unitajiet residenzjali. Barra minn hekk, l-analiżi ta’ rigressjoni tista’ tintuża direttament biex jiġu stmati l-kirjiet, eż. fil-forma ta’ mudelli edoniċi. It-teknika hija wkoll għodda utli biex tkun stmata l-kera medja għall-istrati fejn ma jkun hemm l-ebda osservazzjoni korrispondenti fis-setturi tar-residenzi mikrija (strati battala).

Vantaġġ ieħor li jintgħażlu l-kriterji ta’ stratifikazzjoni fuq il-bażi ta’ teknika statistika avvanzata huwa li tevita l-ħtieġa li jiġu preskritt kriterji uniformi għall-pajjiżi kollha. Sabiex jinkiseb riżultat paragunabbli, ikun biżżejjed li tkun stabbilita klassifikazzjoni ta’ l-aktar kriterji importanti f’kull pajjiż u li jkun stipulat il-livell globali meħtieġ ta’ setgħa spjegattiva. Ovvjament, analiżi ta’ rigressjoni bħal din, fil-parti l-kbira, tiddependi fuq l-informazzjoni statistika disponibbli. Madankollu, anki f’sitwazzjoni ta’ informazzjoni statistika ristretta, dan jista’ jkun inċentiv għal titjib futur.

Meta jitqies li l-informazzjoni dwar il-varjabbli differenti li jaffetwaw il-kirjiet tiddependi prinċipalment fuq l-iżvilupp ta’ statistiċi bażiċi, bħalissa l-possibbiltà li jintużaw tekniki statistiċi avvanzati tista’ tkun ristretta. Għalhekk, qed jiġi rrakkomandat metodu standard, jiġifieri l-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji sinfikanti kollha kif ġew derivati mill-analiżijiet tabulari. Mill-inqas, id-daqs, il-lokalità u għallinqas karatteristika importanti waħda oħra ta’ residenza jridu jintużaw sabiex ikun stratifikat it-total ta' unitajiet residenzjali; din l-istratifikazzjoni għandha tipproduċi minimu ta’ 30 ċellula. L-analiżi tat-total ta' unitajiet residenzjali trid tkun ta’ siwi u rappreżentattiva tat-total ta' unitajiet residenzjali. Tista' tintuża teknika avvanzata ta' l-istatistika sabiex tiddetermina l-element(i) varjabbli importanti ta' spjegazzjoni biex jingħażlu l-istrati, tista’ tintuża teknika statistika avvanzata.

Fil-prattika, madankollu, Stat Membru jista’ jippreferi li juża inqas varjabbli jew varjabbli differenti minn dawk preskritti mill-metodu standard. Dan huwa aċċettabbli, sakemm analiżi ta’ rigressjoni (multipla) tipprova livell aċċettabli ta’ setgħa spjegattiva. Sabiex ikunu ggarantiti riżultati paragunabbli, bħala limitu qed jiġi rrakkomandat koeffiċjent ta’ korelazzjoni ta’ mill-inqas 70 %. Dan il-valur ta’ limitu għandu jkun aċċettabli fil-kuntest ta’ kampjun kbir, b’kirjiet ta’ żero u b’kirjiet baxxi kif ukoll bit-tneħħija ta’ riżultati li jvarjaw ħafna mill-bqija.

Il-prinċipju 3:

L-Istati Membri għandhom jużaw analiżijiet tabulari jew tekniki statistiċi sabiex jidderivaw kriterji ta’ stratifikazzjoni sinifikanti. Mill-inqas, iridu jintużaw id-daqs, il-lokalità u għall-inqas karatteristika importanti waħda oħra ta’ residenza. Għandhom jiġu prodotti minimu ta’ 30 ċellula u għandha ssir distinzjoni għallinqas bejn tliet klassijiet ta’ daqs u żewġ tipi ta’ lokalità. L-użu ta’ inqas varjabbli jew ta’ varjabbli oħrajn huwa aċċettabbli jekk ġie pprovat qabel li l-koeffiċjent tal-korelazzjoni (multipla) jilħaq is-70 %.

1.2.3.   Il-kirjiet effettivi u dawk attribwiti

Il-kirjiet attribwiti jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-kirjiet effettivi osservati. Għal finijiet ta’ attribuzzjoni, il-kera tiġi ddefinita bħala l-prezz dovut għad-dritt li tintuża residenza mhux mgħammra. Sabiex din id-definizzjoni tkun sodisfatta, il-kirjiet osservati jista’ jkollhom jiġu aġġustati.

Il-ħlasijiet għat-tisħin, għall-ilma, għall-elettriku, eċċ., għandhom ikunu esklużi mill-kirjiet, għalkemm xi drabi jista’ jkun diffiċli li jiġu sseparati fil-prattika. Sabiex ikun hemm konformità mar-regoli tal-valutazzjoni ta’ l-ESA, il-produzzjoni tas-servizzi tar-residenzi għandha tkun bi prezzijiet bażiċi.

Rigward il-kirjiet osservati, ċerti sostenni pubbliċi probabbilment ikunu importanti. Pereżempju, familja speċifika bħala konsumatur għandha l-jedd għal trasferiment governattiv ġenerali (eż. benefiċċju għad-dar) imma li, għal raġunijiet amministrattivi, jitħallas direttament lil sid il-kera. Jiddependi mis-sors ta’ l-informazzjoni, il-kera osservata tista’ tvarja. Jekk is-sors ta’ l-informazzjoni ikun il-kerrej, jista’ jkun meħtieġ li tiġi korretta l-kera osservata billi tiġi miżjuda lura kwalunkwe konċessjoni speċifika tal-kera.

Barra minn hekk, l-użu tal-kirjiet effettivi għal finjiet ta’ attribuzzjoni jeħtieġ il-kjarifika ta’ diversi kwistjonijiet fundamentali li jkollhom impatt fuq l-armonizzazzjoni tad-data. Għall-proċedura ta’ l-attribuzzjoni, l-ewwel punt huwa relatat mal-kwistjoni ta’ jekk għandux isir użu mill-kirjiet effettivi kollha jew minn dawk mill-kuntratti l-ġodda biss. Jiddependi mill-fini, jistgħu jitressqu argumenti teoretiċi differenti li jsostnu lill-kirjiet effettivi mħallsa skond il-kuntratti l-ġodda, il-kuntratti ffirmati fis-sena ta’ kostruzzjoni jew lill-kuntratti “medji”. Jekk tiġi applikata r-regola ġenerali, jiġifieri li jintużaw kirjiet ta’ residenzi simili, ma jidhirx aċċettabbli li l-bażi ta’ l-attribuzzjoni tiġi limitata għall-kirjiet mill-kuntratti l-ġodda. Meta jitqies li għas-setturi tar-residenzi mikrija jintużaw kirjiet “medji”, l-istess għandha japplika għar-residenzi okkupati mill-proprjetarji. Barra minn hekk, soluzzjoni differenti probabbilment taqla’ diffikultajiet kbar f’bosta pajjiżi meta jiġi applikat il-metodu ta’ stratifikazzjoni. Fil-qosor, il-konklużjoni hija li, sabiex ikunu kkalkulati l-kirjiet attribwiti għandhom jintużaw il-kirjiet medji effettivi mill-kuntratti kollha. Konsegwentement, meta jiġu kkalkulati l-kirjiet medji għandhom jiġu inklużi wkoll il-kirjiet tas-suq privat li jkunu fuq livell baxx minħabba regolamentazzjoni governattiva.

It-tieni kwistjoni tikkonċerna l-problema dwar jekk il-kirjiet ta’ residenzi li jkunu proprjetajiet pubbliċi jistgħux jintużaw għal finijiet ta’ attribuzzjoni. Meta jitqies li r-residenzi okkupati mill-proprjetarji fil-parti l-kbira jkunu proprjetà ta’ persuni privati, fil-prinċipju, il-kirjiet effettivi mis-settur privat biss għandhom jintużaw għal finijiet ta’ attribuzzjoni. Madankollu, jekk ma jkunux disponibbli biżżejjed osservazzjonijiet ta’ kirjiet effettivi ta’ residenzi li jkunu proprjetà ta’ persuni privati biex tkun ikkostitwita bażi biżżejjed għall-attribuzzjoni, b’mod eċċezzjonali, jistgħu jintużaw il-kirjiet tar-residenzi li jkunu proprjetà pubblika, sakemm dawn ikunu miżjuda b’mod xieraq sabiex jagħmluha ta’ prokuri għall-kirjiet tas-suq privat.

Kwistjoni oħra hija relatata ma’ l-użu tal-kirjiet minn residenzi mgħammra sabiex titkabbar il-bażi għall-kirjiet attribwiti. Fil-prinċipju, il-bażi biex ikun attribwit valur ta’ kera għal residenzi okkupati mill-proprjetarji hija l-kirjiet bla għamara. Għalhekk, il-kirjiet għal residenzi mgħammra ma jistgħux jintużaw direttament. Sabiex ikun evitat li jiġi attribwit il-livell żbaljat ta’ kera, dawn għandhom jitnaqqsu sabiex ikun eskluż il-pagament għall-użu ta’ l-għamara.

Il-prinċipju 4:

Għal finijiet ta’ attribuzzjoni, kera għandha tinftiehem bħala l-kera dovuta għad-dritt li tintuża residenza mhux mgħammra. Jekk is-sors ta’ l-informazzjoni ikun il-kerrrej, għalhekk jista’ jkun meħtieġ li tiġi korretta l-kera osservata billi tiġi miżjuda lura kwalunkwe konċessjoni speċifika tal-kera, li għal raġunijiet amministrattivi titħallas direttament lil sid il-kera. Sabiex ikunu kkompilati l-kirjiet attribwiti, għandhom jintużaw il-kirjiet effettivi mill-kuntratti kollha relatati ma’ residenzi mhux mgħammra li jkunu proprjetà ta’ persuni privati. Jekk ikun meħtieġ għal raġunijiet statistiċi, b’mod eċċezzjonali, jistgħu jintużaw il-kirjiet ta’ residenzi li jkunu proprjetà pubblika, sakemm jiġu miżjuda b’mod xieraq sabiex jagħmluha ta’ prokuri għall-kirijiet tas-suq privat. B’mod simili, il-kirjiet minn residenzi mgħammra jistgħu jiġu inklużi fil-bażi ta’ l-attribuzzjoni wara t-tnaqqis tad-differenzjal tal-kirjiet bejn ir-residenzi mgħammra u dawk mhux mgħammra.

1.3.   Is-sorsi għall-istima tas-sena bażi u l-metodi ta’ estrapolazzjoni

1.3.1.   It-total ta' unitajiet residenzjali

Skond il-metodu ta’ stratifikazzjoni, element essenzjali tal-kalkolu huwa l-informazzjoni dwar il-ħażna tar-residenzi. Din l-informazzjoni tagħmilha ta’ univers ta’ referenza għall-proċeduri ta’ estrapolazzjoni. F’termini ġenerali, it-total ta' unitajiet residenzjalijikkonsisti fil-bini kollu jew fil-partijiet minnu kollha li jintużaw bħala residenzi. Fit-taqsima dwar il-problemi speċjali qed jingħataw aktar dettalji. Is-sorsi ewlenin li ntużaw sabiex ikun stabbilit total ta' unitajiet residenzjalibħal dan huma ċ-ċensimenti tal-bini, ir-reġistri tal-bini amministrattiv jew iċ-ċensimenti tal-popolazzjoni. Il-figura tas-sena ta’ bażi mbagħad tiġi aġġoranta sabiex tinħareġ l-istima tas-sena kurrenti.

Rigward it-it-total ta' unitajiet residenzjali tas-sena bażi, iċ-ċensimenti tal-bini jidher li huma l-inqas problematiċi u l-aktar kompluti, speċjalment meta jitwettqu flimkien ma’ ċensiment tal-popolazzjoni. Ir-reġistri tal-bini amministrattiv, fil-parti l-kbira, jiddependu fuq proċeduri legali li jistgħu jikkawżaw inċertezzi, pereżempju, dwar jekk l-estensjonijiet, it-titjib, il-konverżjonijiet u d-demolizzjonijiet tar-residenzi ġewx irreġistrati b’mod xieraq. L-użu ta’ informazzjoni pprovduta mill-familji f’ċensiment tal-popolazzjoni bħala l-bażi tat-total ta' unitajiet residenzjali, jista’ jikkawża l-problemi għaliex ir-riżultati għandhom it-tendenza li jistmaw b’inqas milli effettivament ikunu it-tieni djar li ma jkunux okkupati fid-data taċ-ċensiment.

Il-prinċipju 5:

Għall-kompilazzjoni tat-total ta' unitajiet residenzjalitas-sena bażi, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu minn jew ċensiment tal-bini jew ċensiment tal-popolazzjoni jew reġistru tal-bini amministrattiv bħala bażi inizjali. Peress li ċensiment tal-bini ġeneralment jipprovdi l-ogħla grad ta’ kompletezza, l-użu tar-reġistri tal-bini amministrattiv u taċ-ċensimenti tal-popolazzjoni jeħtieġ kontrolli intensivi u bir-reqqa sabiex tinkiseb informazzjoni eżawrjenti.

1.3.2.   Il-kirjiet effettivi

Skond il-metodu ta’ stratifikazzjoni, it-tieni element fundamentali għall-kalkolu tal-produzzjoni tas-servizzi tar-residenzi jikkonċerna l-kirjiet effettivi li jitħallsu fis-settur tar-residenzi mikrija. L-informazzjoni dwar il-kirjiet effettivi fis-sena bażi tista’ tkun derivata minn ċensiment (eż. ċensiment tal-popolazzjoni) jew minn servej ta’ kampjun bħal servej tal-baġits tal-familji jew servej speċifiku tal-kirjiet. Fl-ewwel każ, il-kirjiet effettivi probabbilment ikunu koperti b’mod sħiħ u l-kalkoli jkollhom impatt biss fuq il-livell tal-kirjiet attribwiti. Fil-każ tas-servejs ta’ kampjun, il-kalkoli jaffetwaw il-livell kemm tal-kirjiet effettivi kif ukoll tal-kirjiet attribwiti. Ovvjament, ċensiment jagħti bażi wiesgħa għal informazzjoni affidabbli. Imma s-servejs tal-baġits tal-familji normalment jitqiesu wkoll bħala pjuttost affidabbli, speċjalment rigward l-oġġetti essenzjali. Madankollu, huwa magħruf li n-nuqqas ta’ reazzjoni tad-differenzjal hija problema ġenerali b’dan it-tip ta’ servej. Jekk id-djar jitqiesu bħala aktar xiħaġa ta’ lussu milli oġġett essenzjali, din il-problema jkollha impatt mhux mixtieq fuq ir-riżultati tal-kalkolu, u għandu jkun hemm tpaċija. Problema oħra ta’ servej tal-baġits tal-familji, għallinqas f’uħud mill-pajjiżi, tikkonċerna d-daqs żgħir tal-kampjuni tiegħu li jista’ jirrestrinġi l-possibbiltà li jiġu stratifikati l-kirjiet. Ikun xi jkun il-każ, sakemm ikun possibbli, għandhom jiġu esplojtati s-sorsi supplimentari disponibbli. Pereżempju, dan jista’ jkun il-każ f’pajjiżi fejn proporzjon kbir ta’ djar ikun taħt kontroll pubbliku u l-aġenziji tad-djar ikollhom jippreżentaw il-kontabbiltà tagħhom. Barra minn hekk, bħala kompitu kontinwu sabiex jittejbu r-riżultati, għandhom jiġu investigati s-sorsi alternattivi, bħas-servejs tal-kirjiet speċjalizzati.

Il-prinċipju 6:

L-Istati Membri għandhom jesplojtaw l-aktar sorsi ġenerali u affidabbli sabiex jidderivaw il-kirjiet effettivi għal kull strat, pereżempju, ċensiment tal-popolazzjoni jew servej tal-familji. Għandhom ikunu vvalutati sorsi alternattivi sabiex tittejjeb l-affidabbiltà u l-komprensività, u partikolarment l-istratifikazzjoni.

1.3.3.   L-estrapolazzjoni tar-riżultati tas-sena bażi

Ftit Stati Membri biss għandhom l-informazzjoni annwali meħtieġa sabiex kull sena jerġgħu jikkalkulaw b’mod sħiħ u mill-bidunett il-produzzjoni tar-residenzi okkupati mill-proprjetarju. Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, ir-riżultati għal sena partikolari jitqiesu bħala livell ta’ referenza u sussegwentement jiġu aġġoranati sabiex l-figura tas-sena kurrenti tiġi stmata permezz ta’ l-indikaturi. L-aġġornament jista’ jsir billi jiġi applikat indikatur ikkombinat għall-produzzjoni (totali) tas-sena bażi, jew billi t-total ta' unitajiet residenzjaliu l-kera għal kull strat jiġu estrapolati separatament. Għalkemm, b’mod ġenerali, jistgħu jiġu mistennija riżultati simili, iċ-ċaqliq strutturali, eż. fir-relazzjoni bejn ir-residenzi mikrija u dawk okkupati mill-proprjetarji, jista’ jikkawża xi differenzi. Barra minn hekk, kalkolu separat għandu jippermetti li tiġi kkontrollata l-plawżibbiltà.

Rigward l-indikaturi li ntużaw, l-indiċi tal-kwantità fil-parti l-kbira jkun derivat mill-produzzjoni ta’ l-industrija tal-kostruzzjoni. L-indikatur tal-prezzijiet, fuq in-naħa l-oħra, ta’ spiss ikun ibbażat fuq l-indiċi tal-prezzijiet tal-kirjiet imħallsa mill-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur. Dan jista’ jikkawża tgħawwiġ f’dawk il-każijiet fejn is-suppożizzjoni li l-kirjiet attribwiti jsegwu l-moviment tat-total ma tkunx iġġustifikata, pereżempju, minħabba l-kontrolli tal-kirjiet pubbliċi. Għall-estrapolazzjoni tal-kirjiet attribwiti, għalhekk, jidher li huwa preferibbli li jintuża, bħal fis-sena bażi, indiċi ta’ prezzijiet li jirrifletti l-moviment tar- residenzi mikrija privatament. Barra minn hekk, trid tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-indiċijiet tal-prezzijiet normalment se jeskludu ż-żidiet fil-prezzijiet minħabba bidliet fil-kwalità. Għalhekk, l-indiċijiet tal-prezzijiet iridu jiġu ssupplimentati minn indikatur tal-kwalità li jirrifletti t-titjib.

Fl-aħħarnett, jidher li huwa utli li jiġi minimizzat l-impatt tal-bidliet strutturali fuq ir-riżultati billi jiġi ristrett il-perjodu ta’ estrapolazzjoni. F’dan ir-rigward, jekk titqies il-perjodiċità ta’ l-istatistiċi bażiċi rilevanti, jidher li huwa xieraq li t-total ta' unitajiet residenzjalijiġi pparagunat ma’ livell ta’ referenza kull 10 snin, jiġifieri l-intervall normali għaċ-ċensimenti tal-popolazzjoni. Barra minn hekk, il-paragun ma’ livell ta’ referenza ta’ l-element tal-prezz (il-kera għal kull strat) għandu jitwettaq mill-inqas kull ħames snin, jiġifieri l-perjodiċità tas-soltu għas-servejs tal-baġits tal-familji.

Il-prinċipju 7:

Jekk ma jkunx possibbli li kull sena titwettaq stima mill-ġdid kompluta tal-produzzjoni tas-servizzi tar-residenzi, l-Istati Membri jistgħu jestrapolaw figura partikolari ta’ sena bażi billi jużaw l-indikaturi xierqa tal-kwantità, tal-prezzijiet u tal-kwalità. L-estrapolazzjoni tat-total ta' unitajiet residenzjaliu tal-kera medja għandhom jitwettqu separatament għal kull strat. Il-proċedura ta’ estrapolazzjoni għandha tagħmel distinzjoni bejn il-kalkoli għall-kirjiet effettivi u dawk għall-kirjiet attribwiti. Jekk ikun meħtieġ, in-numru ta’ strati li jintużaw għall-estrapolazzjoni jista’ jkun inqas minn dak użat għall-kalkolu tas-sena bażi. Sabiex tkun estrapolata l-kera attribwita għar-residenzi okkupati mill-proprjetarji, b’mod ġenerali, għandu jkun applikat indiċi tal-prezzijiet li jirrifletti l-kirjiet privati. Ikun xi jkun il-każ, il-paragun ma’ livell ta’ referenza tat-total ta' unitajiet residenzjali m’għandux jeċċeedi l-10 snin u dak ta’ l-element tal-prezzijiet m’għandux jeċċedi l-ħames snin, jew għandha tinkiseb kwalità simili permezz ta’metodi xierqa oħrajn.

1.4.   Il-problemi speċjali

1.4.1.   Ir-residenzi bla kera u dawk b’kera rħisa

Meta tinġabar data dwar kirjiet effettivi, xi drabi se jkun osservati valuri ta’ żero jew valuri ferm baxxi. Fil-każ ta’ residenzi bla kera, dan iwassal għas-sitwazzjoni stramba li s-servizz tar-residenza jiġi effettivament ipprovdut mingħajr pagament (viżibbli). Jidher xieraq li f’każijiet bħal dawn, tiġi adotta s-soluzzjoni li l-kera effettiva osservata ta’ żero tiġi korretta. Soluzzjoni analoga tidher loġika għal residenzi b’kera rħisa.

Minbarra l-interventi tal-gvern ġenerali, hemm raġunijiet oħrajn għaliex residenzi bla kera jew b’kera rħisa jistgħu jiġu osservati. Eżempju wieħed huwa impjegat li jokkupa residenza li tkun proprjetà tal-persuna li tħaddmu b’kera mnaqqsa jew b’kera ta’ żero. Dan jista’ jikkonċerna t-tipi kollha ta’ impjegati, inklużi l-persuni li jieħdu ħsieb ir-residenza jew il-gwardjani. F’dan il-każ, il-kera effettiva trid tiġi korretta u d-differenza bejn il-kera effettiva u paragunabbli se tiġi trattata bħal remunerazzjoni mhux fi flus (ara l-paragrafi 4.04 sa 4.06 ta’ l-ESA95). Possibbiltà oħra hija li r-residenzi jinkrew b’kera ta’ żero jew b’kera ferm baxxa lil qraba jew ħbieb. F’dan il-każ, il-korrezzjoni tista’ ssir billi dawk ir-residenzi jiġu sempliċement ikklassifikati mill-ġdid mis-setturi tar-residenzi mikrija għas-settur tar-residenzi okkupati mill-proprjetarji. Barra minn hekk, korrezzjoni simili jidher li tkun xierqa fil-każ ta’ pagamenti f’somma waħda min-naħa tal-kerrejja, jiġifieri fejn il-kerrej jagħmel pre-pagament tal-kera għal perjodu itwal min-normal.

Il-prinċipju 8:

Il-kera effettiva osservata fil-każ ta’ residenzi bla kera u b’kera rħisa għandha tkun korretta biex tinkludi s-servizz sħiħ tar-residenza. La l-kirjiet ta’ żero u lanqas il-kirjiet irħas m’għandhom jintużaw sabiex ikunu kkalkulati l-kirijiet attribwiti, fuq bażi mhux korretta.

1.4.2.   Id-djar ta’ villeġġjatura

Id-djar ta’ villeġġjatura jkopru t-tipi kollha ta’ residenzi għall-ħin ħieles bħad-dar għal tmiem il-ġimgħa fil-qrib li tintuża għal perjodi qosra bosta drabi fis-sena jew id-dar ta’ villeġġjatura aktar mbiegħda li tintuża għal perjodi itwal imma biss ftit drabi fis-sena. Ma’ l-ewwel daqqa t’għajn, il-każ tad-djar ta’ villeġġjatura jidher li mhux problema, peress li l-kera effettiva mħallsa titqies bħala kejl tal-produzzjoni. Madankollu, jekk il-kirjiet effettivi miġbura jkunu fuq bażi ta’ kull xahar, l-estrapolazzjoni għat-total annwali tista’ twassal għal stimi ta’ ammonti akbar milli effettivament ikunu jekk ma tkun inkluża l-ebda informazzjoni supplimentari dwar iż-żmien medju ta’ okkupazzjoni.

Biex tkun ikkalkulata kera attribwita għal djar ta’ villeġġjatura okkupati mill-proprjetarju, l-aktar metodu loġiku huwa li dawn il-proprjetajiet jiġu stratifiku u tiġi applikata l-kera annwali medja xierqa għal akkomodazzjoni simili effettivament mikrija. Il-kera annwali impliċitament tirrifletti ż-żmien medju ta’ okkupazzjoni. Fil-każ ta’ diffikultajiet, jista’ jiġi applikat metodu sostitut, jiġifieri li tinġabar informazzjoni dwar id-djar ta’ villeġġjatura fi strat wieħed u tiġi applikata l-kera annwali medja għad-djar ta’ villeġġjatura effettivament mikrija lil dawk li jkunu okkupati mill-proprjetarju. It-tieletnett, huwa aċċettabbli li tintuża l-kera annwali sħiħa għar-residenzi ordinarji, fl-istess strat tal-lokalità, fejn id-djar ta’ villeġġjatura jammontaw għal parti ferm minuri tat-total ta' unitajiet residenzjali jew fejn ma jistgħux jiġu sseparati minn residenzi oħrajn. Anki fil-każ ta’ djar ta’ villeġġatura, dawn il-proċeduri jidhru raġonevoli meta jitqies li dawn dejjem ikunu disponiibbli għall-proprjetarju u se jintużaw ukoll bla ħlas minn ħbiebu jew minn qrabatu.

Il-prinċipju 9:

Id-djar ta’ villeġġjatura jkopru t-tipi kollha ta’ residenzi għall-ħin ħieles bħad-dar għal tmiem il-ġimgħa fil-qrib jew id-dar ta’ villeġġjatura aktar imbiegħda. Sabiex tkun stmata l-produzzjoni tad-dar ta’ villeġġjatura, preferibbilment għandhom jintużaw il-kirjiet annwali medji ta’ faċilitajiet simili. Il-kera annwali impliċitament tirrifletti ż-żmien medju ta’ okkupazzjoni. Għalkemm l-istratifikazzjoni tidher attraenti, id-djar ta’ villeġġjatura jistgħu jiġu ggruppati fi strat wieħed. Jekk id-djar ta’ villeġġjatura jammontaw għal parti ferm minuri tat-total ta' unitajiet residenzjali, tista’ tintuża l-kera annwali sħiħa tar-residenzi ordinarji, fl-istess strat tal-lokalità. Fil-każ eċċezzjonali ġġustifikat ta’ kirjiet effettivi neqsin jew statistikament inaffidabbli għal ċerti strati ta’ djar ta’ villeġġjatura, jistgħu jintużaw metodi oġġettivi oħrajn, bħall-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent.

1.4.3.   L-akkomodazzjoni għal żmien determinat (time-sharing)

Fil-każ ta’ akkomodazzjoni għal żmien determinat (time-share), aġent ta’ proprjetà ta’ beni immobbli jbigħ id-dritt li wieħed joqgħod għal perjodu fiss kull sena f’ċerta residenza li tkun tinstab f’żona turistika u jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta’ din il-proprjetà. Id-dritt ikun iggarantit minn ċertifikat, li jinħareġ wara l-pagament inizjali. Dan iċ-ċertifikat jista’ jinbiegħ bil-prezz kurrenti. Ikunu dovuti wkoll pagamenti perjodiċi sabiex ikunu koperti l-ispejjeż amministrattivi.

Minn din id-deskrizzjoni jirriżulta li l-pagament inizjali għandu jkun ittrattat bħala investiment peress li ċ-ċertifikat maħruġ ikun simili għal sehem. Dan huwa sostnut mill-fatt li mill-inqas fil-liġi ta’ Stat Membru wieħed, ix-xerrej jakkwista dritt reali. B’hekk, jidher li jkun utli li, fil-kontabbiltà nazzjonali, il-pagament inizjali jiġi inkluż taħt l-assi intanġibbli. Barra minn hekk, jidher loġiku li s-servizz ta’ akkomodazzjoni bla kera jitqies bħala dividend mhux fi flus imħallas mill-aġent tal-proprjetà ta’ beni immobbli.

Il-problema fundamentali hija li servizz ikun effettivament ipprovdut mill-akkomdazzjoni għal żmien determinat li ma tkunx inkluża fil-produzzjoni ta’ l-ekonomija. Loġikament dan jeħtieġ li jiġi korrett. L-ewwelnett, il-proposta li jiġi aċċettat pagament perjodiku bħala prokura impliċitament tfisser li ma ssir l-ebda korrezzjoni għas-servizz ta’ akkomodazzjoni, peress li l-pagament perjodiku jkopri servizz differenti, jiġfieri l-ispejjeż ta’ ġestjoni. Possibbiltà teoretika oħra hija dik li l-pagment inizjali jitqies bħala pre-pagament tas-servizz ipprovdut u dan jitqassam tul il-perjodi rilevanti ta’ l-okkupazzjoni. Minbarra l-problemi statistiċi biex dan il-mudell jitwettaq fil-prattika, jidher li hemm kontradizzjoni f’termini legali peress li l-interpretazzjoni impliċita hija xirja ta’ servizz u mhux l-akkwist ta’ assi.

Possibbiltà oħra tikkonsisti fid-derivazzjoni ta’ prokura mill-kirjiet annwali effettivi għal faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni (self-catering) simili. Din is-soluzzjoni hija sostnuta mill-fatt li l-akkomodazzjonijiet għal żmien determinat jinsabu f’żoni turistiċi u jeżistu flimkien ma’ apparatmenti għall-btajjel effettivament mikrija. Fil-każ ta’ diffikultajiet, iż-żewġ metodi l-oħra proposti għad-djar ta’ villeġġjatura huma aċċettabbli wkoll għall-proprjetajiet għal żmien determinat. Il-kera attribwita għandha tkun fuq bażi netta, sabiex ikunu evitati ħlasijiet ta’ għadd doppju koperti mill-pagament perjodiku.

Il-prinċipju 10:

Rigward akkomdazzjoni għal żmien determinat, għandhom jiġu applikati l-istess proċeduri kif isir għad-djar ta’ villeġġjatura.

1.4.4.   Il-persuni li jalloġġjaw fi kmamar awżiljari

Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, numru kbir ta’ studenti jiġu akkomodati fil-kmamar awżiljari. Ta’ spiss dan jestendi għal żgħażagħ oħrajn jew għal dawk li jkunu impjegati f’xogħol li jinvolvi li jkunu ’l bogħod minn darhom. Jekk il-kamra tkun parti minn residenza mikrija, jiġifieri tkun sullokata, ma jidher li jkun l-ebda problema kbira. Il-kera tal-kamra awżiljari tista’ titqies bħala kontribut għall-kera effettiva ewlenija, jiġifieri trasferiment bejn il-familji. Madankollu, jekk il-kamra tkun parti minn residenza okkupata mill-proprjetarju ikun għadd doppju li tkun inkluża kemm il-kera li tħallas il-persuna li qed talloġġja fil-kamra awżiljari kif ukoll il-kera attribwita fl-intier tagħha. Probabbilment is-soluzzjoni korretta tkun li l-kera effettiva mħallsa mill-persuna li qed talloġġja fil-kamra awżiljari titqies għall-perċentwali tar-residenza li tokkupa u li tkun attribwita kera għall-bqija. Madankollu, dan jista’ ma jkunx prattiku biex jiġi implimentat. Minflok, wieħed jista’ jqis il-kera bħal trasferiment li jinvolvu l-kondiviżjoni ta’ l-ispejjeż tar-residenza. Dan ikun simili għall-ewwel każ sakemm il-kera effettiva tal-kamra awżiljari titqies bħala kontribut għall-kera ewlenija attribwita. Bħala konsegwenza ta’ dan it-trattament, jekk is-settur tad-djar jiġi analizzati skond gruppi, se jkollha ssir korrezzjoni.

Punt ieħor huwa kif tiġi ttrattata s-sullokazzjoni ta’ diversi kmamar. F’dan il-każ, qed jiġi ssuġġerit li t-terminu persuni li jalloġġjaw fi kmamar awżiljari japplika biss meta l-proprjetarju jew il-kerrej ewlieni nnifsu jkompli jokkupa r-residenza wkoll. Inkella, is-sullokazzjoni għandha titqies bħala attività ekonomika separata (servizz jew pensjoni ta’ residenza).

Il-prinċipju 11:

Il-kirjiet imħallsa għall-kmamar awżiljari f’residenza għandhom jitqiesu bħala kontribut għall-kera ewlenija sakemm il-proprjetarju jew il-kerrej ewlieni jkompli jokkupa r-residenza.

1.4.5.   Ir-residenzi battala

L-ewwelnett, residenza mikrija dejjem titqies bħala okkupata anki jekk il-kerrej jagħżel li jgħix band’oħra. It-tieninett, skond is-soluzzjoni ġenerali miftiehma għad-djar ta’ villeġġjatura u għall-akkomodazzjoni għal żmien determinat, il-kera annwali impliċitament tirrifletti ż-żmien medju ta’ okkupanza. Għalhekk, il-problema tar-residenza battala hija ristretta għal residenzi mhux mikrija li ma jintużawx mill-proprjetarju, jiġifieri li jkunu disponibbli biex jinbiegħu jew jinkrew. F’każijiet bħal dawn, ma jiġi pprovdut l-ebda servizz ta’ residenza, għalhekk għandha titniżżel kera ta’ żero.

L-informazzjoni meħtieġa sabiex ikun iddeterminat jekk proprjetà mhux mikrija tkunx battala jew le tista’ tkun ibbażata fuq id-dikjarazzjoni tal-proprjetarju jew tal-ġirien. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni bħal din, l-eżistenza ta’ l-għamara tista’ tintuża bħala indikazzjoni li l-proprjetà tkun okkupata. B’kuntrast, residenzi mhux mgħammra jistgħu jitqiesu bħala battala, peress li huwa diffiċli li wieħed jimmaġina li qed jiġi pprovdut servizz ta’ residenza. Ir-residenzi battala għandhom jinkludu wkoll ir-residenzi li jerġgħu jinkisbu wara nuqqas ta’ pagamenti, jew li jkunu battala għal perjodu qasir ta’ żmien peress li l-aġenzija tad-djar ma ssibx kerrej ġdid immedjatament. Każ problematiku huwa residenza battala li tkun kompletament mgħammra u tista’ tintuża immedjatament mill-proprjetarju. Hawnhekk wieħed jista’ jargumenta li mhu qed jiġi pprovdut l-ebda servizz ta’ residenza sakemm ir-residenza ma tkunx effettivament okkupata mill-proprjetarju. Imma peress li dan huwa paragunabbli mal-każ ta’ residenza mikrija imma battala, jidher xieraq li tr-residenza titniżżel bħala kera. Għalhekk, ir-residenzi mgħammra okkupati mill-proprjetarju ġeneralment jitqiesu bħala okkupati.

Residenza battala xorta tista’ takkumula l-ispejjeż, bħan-nefqa kurrenti fuq il-manutenzjoni, l-elettriku, il-primjums ta’ l-assikurazzjoni, it-taxxi, eċċ. Dawn għandhom ikunu inklużi taħt il-konsum intermedju, it-taxxi l-oħra fuq il-produzzjoni, eċċ. Bħal fil-każ ta’ intrapriża li ma tkun qed tipproduċi l-ebda servizz, dan jista’ jwassal għal valur negattiv miżjud.

Il-prinċipju 12:

Għal residenza mhux mikrija, li tkun disponibbli biex tinbiegħ jew tinkera, għandha titniżżel kera ta’ żero. B’mod ġenerali, residenza mgħammra okkupata mill-proprjetarju għandha tiġi ttrattata bħal residenza okkupata.

1.4.6.   Il-garaxxijiet

Peress li l-garaxxijiet huma parti mill-formazzjoni ta’ kapital gross fiss, huwa xieraq mhux biss li fil-produzzjoni ta’ l-ekonomija jiġi inkluż is-servizz ta’ dawk mikrija imma anki li tiġi kkalkulata l-produzzjoni attribwita għall-garaxxijiet okkupati mill-proprjetarju. Fiż-żewġ każi, il-garaxx jirrappreżenta element ta’ kumdità tar-residenza bħal kwalunkwe faċilità oħra. Dan għandu jinkludi x-xelters għall-parkeġġ (car ports) u l-postijiet tal-parkeġġ peress li probabbilment dawn għandhom l-istess funzjoni.

Il-paragrafu 3.64 ta’ l-ESA95 jipprovdi li “għall-garaxxijiet li jkunu sseparati mir-residenzi, li jintużaw mill-proprjetarju għal finijiet ta’ konsum finali b’konnessjoni ma’ l-użu tar-residenza, għandha ssir attribuzzjoni simili. M’għandha ssir l-ebda attribuzzjoni għall-garaxxijiet li jntużaw mill-proprjetarju privat tagħhom biss sabiex jipparkja qrib il-post tax-xogħol tiegħu”.

Ġeneralment, ikun hemm aktar residenzi okkupati mill-proprjetarju minn residenzi mikrija b’garaxx. Sabiex din id-differenza strutturali tkun inkluża b’mod xieraq, l-aħjar mod jidher li huwa li l-eżistenza ta’ garaxx tintuża bħal kriterju ta’ stratifikazzjoni.

Il-prinċipju 13:

Il-garaxxijiet u l-postijiet ta’ parkeġġ li jintużaw għal finijiet ta’ konsum finali jipprovdu servizzi li għandhom jiġu inklużi fis-servizzi tar-residenzi.

2.   IL-KONSUM INTERMEDJU

Il-konsum intermedju irid ikun konsistenti mal-produzzjoni. Skond il-klassifikazzjoni tal-konsum individwali skond il-fini (COICOP), il-ħlasijiet għat-tisħin, għall-ilma, għall-elettriku, eċċ, kif ukoll il-parti l-kbira tal-manutenzjoni u tat-tiswijiet assoċjati mad-djar għandhom ikunu rreġistrati separatament u b’hekk esklużi mill-produzzjoni tas-servizzi tar-residenzi.

Fil-prattika, madankollu, diversi ħlasijiet kif ukoll il-manutenzjoni u t-tiswijet jista’ jkollhom jitqiesu bħala parti mis-servizz tal-kera minħabba li ma jistgħux jiġu sseparati. Il-livell tal-GNI m’għandux ikun affetwat, jekk, għall-konsum intermedju u għall-produzzjoni, it-trattament gross jitwettaq b’mod konsistenti.

Rigward it-tiswijiet u l-manutenzjoni, għandha ssir distinzjoni bejn tliet kategoriji. L-ewwelnett, it-titjib fl-assi fissi eżistenti li jmur ferm lilhinn mir-rekwiżiti tal-manutenzjoni u tat-tiswijiet ordinarji jiġi inkluż fil-formazzjoni tal-kapital gross fiss (il-paragrafu 3.107 ta’ l-ESA95).

It-tieninett, in-nefqa fuq il-manutenzjoni u t-tiswijiet ordinarji li jkollu proprjetarju okkupant fuq id-dekorazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija tar-residenza li tipikament ma jitwettqux mill-kerrejja tiġi ttrattata bħala konsum intermedju biex jiġu prodotti s-servizzi tar-residenzi (il-paragrafu 3.77 ta’ l-ESA95).

Fl-aħħarnett, it-tindif, id-dekorazzjoni u l-manutenzjoni tar-residenza, sakemm dawn l-attivitajiet ukoll ikunu komuni għall-kerrejja, jiġu esklużi mill-produzzjoni (il-paragrafu 3.09 ta’ l-ESA95). L-ispejjeż relatati ma’ dawn l-attivijiet għandhom jiġu rreġistrati direttament bħala konsum finali tal-familji. Fil-paragrafu 3.76 ta’ l-ESA95 ġie pprovdut li n-nefqa għall-konsum finali ta’ familja tinkludi l-materjali għat-tiswijiet iż-żgħar fi u għad-dekorazzjoni interna tar-residenzi ta’ tip li tipikament jitwettqu mill-kerrejja kif ukoll mill-proprjetarji.

Dan ifisser li, għar-residenzi okkupati mill-proprjetarji, il-konsum intermedju għandu jkorpi l-istess tipi ta’ manutenzjoni u ta’ tiswijiet ordinarji kif normalment jitqiesu bħala konsum intermedju minn sid il-kera għal residenzi mikrija simili. In-nefqa fuq it-tiswijiet u l-manutenzjoni ta’ tip li tipikament jitwettqu mill-kerrejja pjuttost milli minn sidien il-kera għandha tkun ittrattata bħala nefqa għall-konsum finali ta’ familja kemm għall-kerrejja kif ukoll għall-proprjetarji okkupanti.

Il-konsum intermedju tal-manutenzjoni u tat-tiswijiet ordinarji relatati ma’ residenzi okkupati mill-proprjetarju jista’ jkun derivat minn sorsi statistiċi diretti bħal servejs tal-baġits tal-familji. Meta l-proporzjon tal-konsum intermedju mal-produzzjoni għar-residenzi okkupati mill-proprjetarju jkun ferm differenti mill-proporzjon għas-settur tar-residenzi mikrija, ir-raġunijiet għal dan għandhom ikunu investigati. Meta d-differenza tkun ikkawżata minn differenzi fil-kwalità, pereżempju livell differenti ta’ manutenzjoni ordinarja għal residenzi li mill-bqija jkunu simili, il-kirjiet attribwiti għandhom jiġu aġġustati b’mod xieraq.

Il-konsum intermedju għandu jinkludi s-servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja mkejla b’mod indirett (FISIM) skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 448/98 (3). Dan jinkludi l-konsum intermedju tal-familji fil-kapaċità tagħhom bħala proprjetarji tar-residenzi b’relazzjoni għas-self għar-residenzi.

Kif ġie ddikjarat fit-taqsima 1.4.5, ir-residenzi battala jistgħu jwasslu għal konsum intermedju. Bħala punt ġenerali, qed jiġi enfasizzat li l-għadd doppju tal-konsum intermedju fil-każ ta’ residenzi proprjetà ta’ persuna li tħaddem għandu jkun evitat.

Il-prinċipju 14:

Il-konsum intermedju għandu jkun stabbilit skond id-definizzjoni ta’ produzzjoni ta’ servizzi tar-residenzi. B’mod ġenerali, iż-żewġ elementi għandhom jeskludu l-ħlasijiet għat-tisħin, għall-ilma, għall-elettriku, eċċ. Jekk għal raġunijiet prattiċi jiġi ppreferut trattament differenti, dan ikun aċċettabbli sakemm il-livelli tal-GDP u tal-GNI ma jiġux affetwati.

3.   IT-TRANŻAZZJONIJIET MAL-BQIJA TAD-DINJA

Skond il-paragrafi 1.30 u 2.15 ta’ l-ESA95, l-unitajiet nonresidenti jitqiesu bħala unitajiet residenti teoretiċi fil-kapaċità tagħhom ta’ proprjetarji ta’ art jew ta’ bini fit-territorju ekonomiku tal-pajjiż, imma biss rigward it-tranżazzjonijiet li jaffetwaw art bħal din jew bini bħal dan.

Dan ifisser li s-servizz ipprovdut minn residenza li tkun proprjetà ta’ nonresidenti jkun inkluż fil-produzzjoni ta’ l-ekonomija fejn tinsab ir-residenza. Fil-każ ta’ residenza okkupata mill-proprjetarju ta’ nonresidenti, allura għandha tiġi rreġistrata l-esportazzjoni ta’ servizzi tar-residenzi, u l-bilanċ favorevoli operattiv nett korrispondenti għandu jiġi rreġistrat bħala dħul primarju mħallsa lill-bqija tad-dinja (il-paragrafi 3.142 u 4.60 ta’ l-ESA95).

Rigward ir-residenti li jkollhom residenzi barra mill-pajjiż, il-paragrafu 3.64 ta’ l-ESA95 jipprovdi li “il-valur tal-kera tar-residenzi okkupati mill-proprjetarju barra mill-pajjiż, eż. djar ta’ villeġġjatura, m’għandux ikun irreġistrat bħala parti mill-produzzjon domestika, imma bħala importazzjonijiet ta’ servizzi u l-bilanċ favorevoli operattiv nett korrispondenti għandu jiġi rreġistrat bħala dħul primarju riċevut mill-Bqija tad-Dinja”.

B’mod ġenerali, jinqalgħu ftit problemi jekk il-proprjetà ta’ nonresidenti tkun effettivament mikrija lil residenti, peress li l-fluss monetarju se jkun osservat u inkluż fil-bilanċ tal-pagamenti. Ir-residenzi li jkunu proprjetà ta’ u okkupati minn residenti barranin ikollhom jiġu identifikati separatament. In-nazzjonalità ta’ proprjetarju okkupant mhix biżżejjed biex resident ikun isseparat min-nonresident. Id-djar ta’ villeġġjatura li jkunu proprjetà ta’ residenti barranin probabbilment se jkollhom l-akbar importanza u jkun utli li jintlaħaq ftehim dwar in-numru ta’ proprjetarji nonresidenti bejn l-Istati Membri kkonċernati. Madankollu, hemm nuqqas ġenerali ta’ informazzjoni dwar il-proprjetarji okkupanti nonresidenti. L-informazzjoni dwar ir-residenti li jkollhom djar ta’ villeġġjatura barra mill-pajjiż hija saħansitra aktar skarsa. Sabiex ikunu evitati inkonsistenzi, Stat Membru li jnaqqas dħul primarju għal residenzi okkupati minn proprjetarji nonresidenti fl-istess ħin għandu jżid dħul primarju għal residenzi barra mill-pajjiż li jkunu proprjetà ta’ u okkupati minn residenti.

Kwistjoni speċjali f’dan ir-rigward hija relatata ma’ proprjetajiet għal żmien determinat. Peress li għall-istess perjodu kontabbli, proprjetà bħal din tista’ tkun okkupata minn residenti ta’ pajjiżi differenti, allokazzjoni diretta lill-pajjiż ta’ l-oriġini tidher kważi impossibbli. Jistgħu jinkisbu riżultati paragunabbli billi jintuża metodu aktar fattibbli. L-ewwelnett, il-valur (attribwit) miżjud iġġenerat minn akkomodazzjoni għal żmien determinat jiġi allokat lill-pajjiż ta’ l-oriġini tal-kumpanija proprjetarja. Sussegwentement, il-kumpanija proprjetarja tista’ tintalab tipprovdi informazzjoni dwar il-pajjiżi ta’ l-oriġini tal-proprjetarji għal żmien determinat, li tista’ tagħmilha ta’ muftieħ ta’ tqassim.

Il-prinċipju 15:

Skond l-ESA95, ir-residenzi kollha fit-territorju ekonomiku ta’ Stat Membru jikkontribwixxu għall-GDP tiegħu. Il-bilanċ favorevoli operattiv nett riċevut min-nonresidenti bħala proprjetarji ta’ art u ta’ bini f’dak il-pajjiż għandu jiġi rreġistrat bħala dħul minn proprjetà lill-bqija tad-dinja u għalhekk għandu jitnaqqas mill-GDP matul it-tranżizzjoni għall-GNI (u viċe versa). Dan il-bilanċ favorevoli operattiv nett għandu jinftiehem bħala l-bilanċ favorevoli operattiv nett mill-kera effettiva u attribwita tar-residenzi. Stat Membru li jnaqqas dħul minn proprjetà għal residenzi okkupati minn proprjetarji nonresidenti fl-istess ħin għandu jżid dħul minn proprjetà għar-residenzi barra mill-pajjiż li jkunu proprjetà ta’ residenti u okkupati minnhom.


(1)  Għal finijiet ta’ konsistenza ma’ l-ESA95, it-terminu ‘kera’ qed jintuża tul dan it-test kollu.

(2)  Huwa kunċettwalment possibbli li l-proprjetarji okkupanti, individwalment jew kollettivament, jimpjegaw lil persuni li jieħdu ħsieb id-dar mingħajr ma jinvolvu unitajiet statistiċi oħrajn bħal korporazzjonijiet tad-djar jew kumpaniji ta’ servizzi ta’ ġestjoni. Fejn isseħħ din is-sitwazzjoni, il-produzzjoni skond il-metodu ta’ l-ispiża ta’ l-utent għandu jinkludi konċessjoni għall-kumpens ta’ l-impjegati.

(3)  ĠU L 58, 27.2.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

389


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1864/2005

tal-15 ta’ Novembru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtaġġ Finanzjarju Nru 1 u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità Nri 32 u 39

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) kienu adottati l-istandards internazzjonali u l-interpretazzjonijiet kollha li kienu fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2002 minbarra l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 32, l-IAS 39 u l-interpretazzjonijiet relatati. Fil-każijiet ta’ l-IAS 32 u l-IAS 39, il-grad ta’ emendar kien ikkunsidrat tant importanti li kien ikkunsidrat mhux xieraq li jkunu adottati l-verżjonijiet ta’ dawn l-istandards li kienu fis-seħħ dak iż-żmien.

(2)

Fis-17 ta’ Diċembru 2003 l-Bord ta' l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (l-IASB) ippubblika l-IAS 39 rivedut Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl bħala parti mill-inizjattiva ta’ l-IASB biex itejjeb ħmistax-il standard fil-ħin biex dawn jintużaw mill-kumpaniji li jkunu qegħdin jadottaw l-IAS għall-ewwel darba fl-2005. L-għan ta’ din ir-reviżjoni kien li jkun hemm aktar titjib fil-kwalità u l-konsistenza tal-korp ta’ l-IASs eżistenti.

(3)

L-IAS 39 kif rivedut f’Diċembru 2003 introduċa għażla li ppermettiet lill-entitajiet jindikaw b’mod irrevokabbli fuq rikonoxximent inizjali kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bħala wieħed imkejjel fuq valur ġust bil-qligħ u t-telf rikonoxxuti bħala profitt jew telf (l-“Opzjoni tal-Valur Ġust” is-sħiħa). Madankollu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-kontrolluri prudenti rrappreżentati fil-Kumitat ta’ Basel kif ukoll ir-regolaturi tas-sigurtà esprimew tħassib li opzjoni mhux limitata tal-valur ġust tista’ tintuża b’mod mhux xieraq, b’mod partikolari għal strumenti finanzjarji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija nnifisha.

(4)

L-IASB għaraf dan it-tħassib u għalhekk ippubblika Abbozz għad-Diskussjoni fil-21 ta’ April ta’ l-2004 li jipproponi emenda għall-IAS 39 sabiex jillimita l-ambitu ta’ l-opzjoni tal-valur ġust.

(5)

Sabiex ikollha gwida sostanzjali ta’ kontabilità dwar strumenti finanzjarji fil-ħin għall-applikazzjoni fl-2005, il-Kummissjoni approvat l-IAS 39 bl-esklużjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati ma’ l-Opzjoni tal-Valur Ġust u l-kontabilità tal-hedges, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2086/2004 tad-19 ta’ Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 dwar l-adozzjoni ta’ ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-inserzjoni ta’ l-IAS 39 (3). Il-Kummissjoni ikkunsidrat din l-esklużjoni bħala eċċezzjonali u ta’ natura temporanja sakemm ikunu riżolti kwistjonijiet pendenti permezz ta’ aktar konsultazzjoni u diskussjoni.

(6)

Fid-dawl tal-kummenti riċevuti għall-Abbozz għad-Diskussjoni ppubblikat fil-21 ta’ April 2004 u aktar diskussjonijiet, b’mod partikolari mal-BĊE u l-Kumitat ta’ Basel, kif ukoll permezz ta’ serje ta’ forums mal-partijiet interessati f’Marzu 2005, l-IASB ippubblika fis-16 ta’ Ġunju 2005, Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, L-Opzjoni tal-Valur Ġust.

(7)

L-IAS 39 rivedut jillimita l-applikazzjoni ta’ l-Opzjoni tal-Valur Ġust għal sitwazzjonijiet fejn din tirriżulta f’informazzjoni aktar rilevanti, minħabba li tneħħi jew tnaqqas b’mod sinifikanti kejl jew inkonsistenza ta’ rikonoxximent (“tlaqqigħ ħażin tal-kontabilità”); jew grupp ta’ assi jew obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li huma jiġu amministrati skond ġestjoni tar-riskju jew strateġija ta’ investiment dokumentata. Flimkien ma’ dan, l-Opzjoni tal-Valur Ġust riveduta tippermetti kuntratt intier ikkombinat li fih derivattiv inkorporat wieħed jew aktar li jiġu indikati bħala assi jew obbligazzjoni finanzjarju b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’ċerti ċirkustanzi. B’konsegwenza ta’ dan, l-applikazzjoni ta’ l-Opzjoni tal-Valur Ġust riveduta hija limitata għal każijiet fejn ċerti prinċipji jew ċirkustanzi għandhom jiġu rrispettati. Fl-aħħar, l-applikazzjoni għandha tkun appoġġata bi żvelar xieraq.

(8)

Għalhekk, għandhom jiddaħħlu d-dispożizzjonijiet relatati ma’ l-applikazzjoni ta’ l-opzjoni tal-valur ġust għal obbligazzjonijiet finanzjarji, li kienu esklużi taħt ir-Regolament (KE) Nru 2086/2004. Barra dan, l-opzjoni tal-valur ġust sħiħa fir-rigward ta’ assi finanzjarji kif approvata bir-Regolament (KE) Nru 2086/2004 għandha wkoll tkun soġġetta għal approċċ ibbażat fuq il-prinċipji.

(9)

L-IASB jagħraf li għal skopijiet ta’ superviżjoni prudenzjali, l-istandard rivedut ma jipprevenix lill-kontrolluri prudenzjali milli jevalwaw is-severità tal-prassi tal-kejl tal-valur ġust ta’ istituzzjoni finanzjara regolata u r-robustezza tal-bażi ta’ l-istrateġiji tal-ġestjoni tar-riskju, il-politiki u l-prassi tagħha u milli tittieħed azzjoni xierqa. Barra dan, l-IASB jaqbel li ċertu żvelar jassisti lill-kontrolluri prudenzjali fl-evalwazzjoni tagħhom tar-rekwiżiti kapitali. Dan huwa l-każ b’mod partikolari fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ qligħ mid-deterjorament tal-qagħda ta’ kreditu proprju li għandu jiġi studjat aktar fil-kuntest ta’ titjib usa’ ta’ l-IAS 39. Il-Kummissjoni għalhekk ser tosserva l-effetti futuri ta’ l-Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, L-Opzjoni tal-Valur Ġust u teżamina l-applikazzjoni tiegħu fl-ambitu tar-Reviżjoni deskritta fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(10)

L-adozzjoni ta’ l-emendi għall-IAS 39 timplika, bħala konsegwenza, emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 1 u għall-IAS 32 sabiex tkun żgurata konsistenza bejn l-istandards ikkonċernati tal-kontabilità.

(11)

Fid-dawl ta’ l-approċċ ġdid ibbażat fuq il-prinċipji għall-opzjoni tal-valur ġust u l-bżonn ta’ dawk li jaddottawh għall-ewwel darba li jipprovdu rapporti finanzjarji inizjali b’mod aktar sinifikattiv u informazzjoni komparattiva, huwa xieraq li jsir provvediment għall-applikazzjoni retroattiva ta’ dan ir-Regolament sa mill-1 ta’ Jannar 2005.

(12)

Il-konsultazzjoni ma’ esperti tekniċi f’dan il-qasam tikkonferma li l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, L-Opzjoni tal-Valur Ġust jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002, u b’mod partikolari l-ħtieġa li dawn iwasslu għall-ġid pubbliku Ewropew.

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(14)

Il-miżuri li hemm provvedimenti dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1725/2003 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 huwa emendat kif stabbilit fil-punt A ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament;

2.

It-test ta’ “L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, L-Opzjoni tal-Valur Ġust” kif stabbilit fil-punt B ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament, jiġi miżjud ma’ l-IAS 39.

3.

L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) 1 u IAS 32 huma emendati kif stabbilit fil-punt B ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 211/2005 (ĠU L 41, 11.2.2005, p. 1).

(3)  ĠU L 363, 9.12.2004, p. 1.


ANNESS

A.   Standard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 35 jiddaħħal it-test li ġej:

“Jekk l-assi trasferit jitkejjel b’valur amortizzat, l-opzjoni f’dan l-Istandard li tindika obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf ma tapplikax għall-obbligazzjoni assoċjata.”

(b)

fl-Appendiċi A, Gwida għall-Applikazzjoni, it-test ta’ l-AG 31 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Eżempju ta’ strument ibridu huwa strument finanzjarju li jagħti lill-possessur id-dritt li jagħti l-istrument finanzjarju lura lil min ħarġu bi skambju għal ammont ta’ flus kontanti jew assi finanzjarji oħra li jvarja fuq il-bażi tal-bidla f’indiċi ta’ l-ekwità jew tal-prodotti essenzjali li jista’ jiżdied jew jonqos (‘strument li jista’ jkun rimborżat’). Sakemm min ħarġu fuq rikonoxximent inizjali ma jindikax l-istrument li jista’ jkun rimborżat bħala obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, jeħtieġ li jiġi sseparat derivattiv inkorporat (jiġifieri il-ħlas prinċipali indiċjat) taħt il-paragrafu 11 minħabba li l-kuntratt tal-possessur huwa strument ta’ dejn taħt il-paragrafu AG27 u l-ħlas prinċipali indiċjat m’huwiex relatat mill-qrib ma’ strument ta’ dejn tal-possesur taħt il-paragrafu AG 30(a). Minħabba li l-ħlas prinċipali jista’ jiżdied jew jonqos, id-derivattiv inkorporat huwa derivattiv mingħajr opzjoni li l-valur tiegħu huwa indiċjat ma’ l-ammont varjabbli li fuqu huwa bbażat.”

B.   It-test li ġej jiżdied ma’ l-IAS 39:

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IAS Nru

Titlu

“IAS 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl biż-żieda tad-dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ l-opzjoni tal-valur ġust

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra ż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ kkopjar għall-finijiet ta’ użu personali jew skopijiet ġusti oħra. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org.uk

EMENDI GĦALL-ISTANDARD INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

L-OPZJONI TAL-VALUR ĠUST

Dan id-dokument jistabbilixxi emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl (IAS 39). L-emendi huma relatati ma’ proposti li kienu inkorporati fl-Abbozz għad-Diskussjoni ta’ Emendi Proposti għall-IAS 39 — L-Opzjoni tal-Valur Ġust ippubblikat f’April 2004.

Entitajiet għandhom japplikaw l-emendi kif stipulat f’dan id-dokument għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara.

Fil-paragrafu 9, parti (b) tad-definizzjoni ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jinbidel, kif ġej.

DEFINIZZJONIJIET

9.   

Definizzjonijiet ta’ Erba’ Kategoriji ta’ Strumenti Finanzjarji

Assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf huwa assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li jissodisfa waħda miż-żewġ kundizzjonijet li ġejjin.

(a)

(b)

Fuq rikonoxximent inizjali jkun indikat mill-entità bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. L-entità tista’ tuża din l-indikazzjoni biss fejn huwa permess mill-paragrafu 11A, jew fejn meta jsir dan jirriżulta f’informazzjoni aktar rilevanti, minħabba li

(i)

hija telimina jew tnaqqas sinifikament kejl jew inkonsistenza ta’ rikonoxximent (xi drabi nirreferu għaliha bħala “tlaqqigħ ħażin ta’ kontabilità”) li kieku tirriżulta mill-kejl ta’ assi jew obbligazzjonijiet jew mir-rikonoxximent tal-qligħ u tat-telf fuqhom fuq bażi differenti; jew

(ii)

grupp ta’ assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn ikun amministrat u r-rendiment tiegħu jkun evalwat fuq bażi ta’ valur ġust, skond ġestjoni tar-riskji jew strateġija ta’ investiment dokumentata, u informazzjoni dwar il-grupp tiġi pprovduta internament fuq dik il-bażi lill-persunal tat-tmexxija prinċipali ta’ l-entità (kif definit fl-IAS 24 Żvelar minn Entitajiet Konnessi (kif rivedut fl-2003)), per eżempju lill-bord tad-diretturi u l-uffiċjal kap eżekuttiv ta’ l-entità.

Fl-IAS 32, il-paragrafi 66, 94 u AG40 jeħtieġu li l-entità tipprovdi żvelar dwar assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li hija indikat bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, inkluż kif issodisfat dawn il-kundizzjonijiet. Għal strumenti li jikkwalifikaw skond (ii) hawn fuq, dak l-iżvelar jinkludi deskrizzjoni narrattiva ta’ kif l-indikazzjoni bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf hija konsistenti mal-ġestjoni tar-riskji jew l-istrateġija ta’ investiment dokumentata ta’ l-entità.

Investimenti fi strumenti azzjonarji li m’għandhomx prezz ikkwotat fis-suq f’suq attiv, u li l-valur ġust tagħhom ma jistax jitkejjel b’mod affidabbli (ara l-paragrafu 46(C) u l-Appendiċi A l-paragrafi AG80 u AG81), ma jistgħux jiġu indikati bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

Għandu jiġi nnutat li l-paragrafi 48, 48A, 49 u l-Appendiċi A il-paragrafi A69-AG82, li jistipulaw ir-rekwiżiti biex jiġi ddeterminat kejl affidabbli tal-valur ġust ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja, japplikaw b’mod ugwali għall-oġġetti kollha li jitkejlu b’valur ġust, kemm jekk b’indikazzjoni kif ukoll jekk xort’oħra, jew li l-valur ġust tagħhom huwa żvelat.

Il-paragrafu 11A jiżdied, kif ġej.

DERIVATTIVI INKORPORATI

11A.    Minkejja l-paragrafu 11, jekk kuntratt fih derivattiv inkorporat wieħed jew aktar, l-entità tista’ tindika l-kuntratt ibridu (kkombinat) intier bħala assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf sakemm:

(a)

id-derivattiv(i) inkorporat(i) ma jibdilx/jibdlux b’mod sinifikanti l-flussi ta’ flus kontanti li kieku jkunu rekwiżiti mill-kuntratt; jew

(b)

jidher ċar bi ftit analiżi jew mingħajr ebda analiżi meta strument ibridu (ikkombinat) simili jiġi kkunsidrat għall-ewwel darba li s-separazzjoni tad-derivattiv(i) inkorporat(i) hija pprojbita, bħal opzjoni ta’ ħlas bil-quddiem inkorporata f’self li tippermetti lill-possesur li jħallas bil-quddiem is-self għal bejn wieħed u ieħor l-ispejjeż amortizzati.

Il-paragrafi 12 u 13 huma emendati, kif ġej.

12.    Jekk entità hija meħtieġa b’dan l-Istandard li tissepara derivattiv inkorporat mill-kuntratt possessur, iżda ma tistax tkejjel id-derivattiv inkorporat separatment jew ma’ l-akkwist jew f’data sussegwenti ta’ rappurtaġġ finanzjarju, hija għandha tindika l-kuntratt ibridu (ikkombinat) intier bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

13.   Jekk entità ma tistax tiddetermina b’mod affidabbli l-valur ġust ta’ derivattiv inkorporat fuq il-bażi tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħha (pereżempju, minħabba li d-derivattiv inkorporat huwa bbażat fuq strument azzjonarju mhux ikkwotat), il-valur ġust tad-derivattiv inkorporat huwa d-differenza bejn il-valur ġust ta’ l-istrument ibridu (ikkombinat) u l-valur ġust tal-kuntratt possessur, jekk dawk jistgħu jiġu ddeterminati taħt dan l-Istandard. Jekk l-entità ma tistax tiddetermina l-valur ġust tad-derivattiv inkorporat billi tuża dan il-metodu, japplika l-paragrafu 12 u l-istrument ibridu (ikkombinat) jiġi indikat bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

Il-paragrafu 48A jiżdied, kif ġej.

KUNSIDERAZZJONIJIET TA’ KEJL TAL-VALUR ĠUST

48A.   L-aħjar evidenza ta’ valur ġust huma l-prezzijiet ikkwotati f’suq attiv. Jekk is-suq għal strument finanzjarju mhux attiv, entità tistabbilixxi valur ġust billi tuża teknika ta’ valutazzjoni. L-oġġettiv ta’ l-użu ta’ teknika ta’ valutazzjoni huwa biex jiġi stabbilit x’kien ikun il-prezz tat-tranżazzjoni fid-data tal-kejl fi tranżazzjonijiet tas-suq immotivati minn kunsiderazzjonijiet ta’ negozju normali. Tekniki ta’ valutazzjoni jinkludu l-użu ta’ tranżazzjonijiet tas-suq miftiehma riċentement bejn partijiet infurmati tajjeb u disposti, jekk disponibbli, referenza għall-valur ġust ta’ strument ieħor li huwa sostanzjalment l-istess, analiżi tal-flussi ta’ flus kontanti mraħħsa u mudelli ta’ pprezzar ta’ opzjonijiet. Jekk hemm teknika ta’ valutazzjoni li tintuża b’mod komuni mill-parteċipanti fis-suq biex tipprezza l-istrument u dik it-teknika uriet li tipprovdi estimi affidabbli tal-prezzijiet attwalment miksuba fi tranżazzjonijiet tas-suq, l-entità tuża dik it-teknika. It-teknika ta’ valutazzjoni magħżula tagħmel użu massimu mit-tidħil tas-suq u tiddependi mill-inqas fuq tidħil speċifiku ta’ l-entità. Hija tinkorpora l-fatturi kollha li l-parteċipanti fis-suq jikkunsidraw meta jiffissaw prezz u hija konsistenti ma’ metodoloġiji ekonomiċi aċċettati għall-ipprezzar ta’ strumenti finanzjarji. Perjodikament, entità tikkalibra t-teknika ta’ valutazzjoni u tittestjaha għall-validità billi tuża prezzjijiet minn kwalunkwe tranżazzjonijiet kurrenti tas-suq li jiġu osservati fl-istess strument (jiġifieri mingħajr modifiki jew ippakkjar mill-ġdid) jew ibbażati fuq kwalunkwe data tas-suq disponibbli li tiġi osservata.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

Il-paragrafu 105 huwa emendat u l-paragrafi 105A-105D jiżdiedu, kif ġej.

105.    Meta dan l-Istandard jiġi applikat għall-ewwel darba, entità għandha l-permess li tindika assi finanzjarju li kien rikonoxxut qabel bħala disponibbli għall-bejgħ. Għal kwalunkwe assi finanzjarju bħal dan l-entità għandha tirrikonoxxi l-bidliet kumulattivi kollha fil-valur ġust f’komponent separat ta’ ekwità sakemm sussegwentement jitneħħa r-rikonoxximent jew ikun hemm deterjorament, meta l-entità għandha titrasferixxi dak il-qligħ jew it-telf kumulattiv għal profitt jew telf. L-entità għandha wkoll:

(a)

tiddikjara mill-ġdid l-assi finanzjarju billi tuża l-indikazzjoni l-ġdida fir-rapporti fianazjarji komparattivi; u

(b)

tiżvela l-valur ġust ta’ l-assi finanzjarji fid-data ta’ l-indikazzjoni u l-klassifika u l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom fir-rapporti finanzjarji ta’ qabel.

105A.    Entità għandha tapplika l-paragrafi 11A, 48A, AG4B-AG4K, AG33A u AG33B u l-emendi ta’ l-2005 fil-paragrafi 9, 12 u 13 għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara. Applikazzjoni aktar kmieni hija mħeġġa.

105B.    Entità li tapplika għall-ewwel darba l-paragrafi 11A, 48A, AG4B-AG4K, AG33A u AG33B u l-emendi ta’ l-2005 fil-paragrafi 9, 12 u 13 fil-perjodu annwali li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2006

(a)

għandha permess, meta dawk il-paragrafi l-ġodda u l-emendati jiġu applikati għall-ewwel darba, li tindika skond il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxut minn qabel li mbagħad ikun jikkwalifika għal indikazzjoni bħal din. Meta l-perjodu annwali jibda qabel l-1 ta’ Settembru 2005, indikazzjonijiet bħal dawn m’hemmx għalfejn jitlestew sa l-1 ta’ Settembru 2005 u jistgħu jinkludu assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti bejn il-bidu ta’ dak il-perjodu annwali u l-1 ta’ Settembru 2005. Minkejja l-paragrafu 91, kwalunkwe assi finanzjarju u obbligazzjonijiet finanzjarji indikati skond il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skond dan is-sottoparagrafu li qabel kienu indikati bħala element hedged f’relazzjonijiet hedged tal-kontabilità b’valur ġust, għandhom jitneħħew mill-indikazzjoni minn dawk ir-relazzjonijiet fl-istess ħin li huma jiġu indikati skond il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

(b)

għandha tiżvela l-valur ġust ta’ kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjonijiet finanzjarji indikati f’konformità mas-sottoparagrafu (a) fid-data ta’ l-indikazzjoni u l-klassifika u l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom fir-rapporti finanzjarji ta’ qabel.

(c)

għandha tneħħi l-indikazzjoni ta’ kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li qabel kien indikat skond il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jekk ma jikkwalifikax għal tali indikazzjoni f’konfomità ma’ dawk il-paragrafi l-ġodda u l-emendati. Meta assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja ser jitkejjel fl-ispiża amortizzata wara t-tneħħija ta’ l-indikazzjoni, id-data tat-tneħħija ta’ l-indikazzjoni hija meqjusa bħala d-data tar-rikonoxximent inizjali tiegħu.

(d)

għandha tiżvela l-valur ġust ta’ kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjonijiet finanzjarji mneħħija mill-indikazzjoni f’konformità mas-sottoparagrafu (c) fid-data tat-tneħħija ta’ l-indikazzjoni u l-klassifiki l-ġodda taghhom.

105C.    Entità li tapplika għall-ewwel darba l-paragrafi 11A, 48A, AG4B-AG4K, AG33A u AG33B u l-emendi ta’ l-2005 fil-paragrafi 9, 12 u 13 fil-perjodu annwali tagħha li jibda fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara

(a)

għandha tneħħi l-indikazzjoni ta’ kull assi fianazjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li qabel kien indikat bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf biss jekk ma jikkwalifikax għal indikazzjoni bħal din f’konformità ma’ dawk il-paragrafi ġodda jew emendati. Meta assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja ser jitkejjel fl-ispiża amortizzata wara t-tneħħija ta’ l-indikazzjoni, id-data tat-tneħħija ta’ l-indikazzjoni hija meqjusa bħala d-data tar-rikonoxximent inizjali tiegħu.

(b)

m’għandhiex tindika bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li qabel kien rikonoxxut.

(c)

għandha tiżvela l-valur ġust ta’ kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja mneħħi mill-indikazzjoni f’konformità mas-sottoparagrafu (a) fid-data tat-tneħħija ta’ l-indikazzjoni u l-klassifikazzjonijiet il-ġodda tagħhom.

105D.    Entità għandha tiddikjara mill-ġdid ir-rapporti finanzjarji komparattivi billi tuża l-indikazzjonijiet il-ġodda fil-paragrafu 105B jew 105C sakemm, fil-każ ta’ assi finanzjarju, obbligazzjoni finanzjarja jew grupp ta’ assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li huma, indikat bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, dawk l-oġgetti jew il-gruppi jkunu ssodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A fil-bidu tal-perjodu komparattiv jew, jekk akkwistat wara l-bidu tal-perjodu komparattiv, ikunu laħqu l-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A fid-data tar-rikonoxximent inizjali.

Fl-Appendiċi A, il-paragrafi AG4B-AG4K jiżdiedu, kif ġej.

Appendiċi A

Gwida għall-Applikazzjoni

DEFINIZZJONIJIET (paragrafi 8 u 9)

Indikazzjoni bħala b’Valur Ġust permezz ta’ Profitt jew Telf

AG4B.   Il-paragrafu 9 ta’ dan l-Istandard jippermetti entità biex tindika assi finanzjarju, obbligazzjoni finanzjarja jew grupp ta’ strumenti finanzjarji (assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li huma) bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf bil-kundizzjoni li meta dan isir jirriżulta f’aktar informazzjoni rilevanti.

AG4C.   Id-deċiżjoni ta’ entità li tindika assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jixbah lil opzjoni politika tal-kontabilità (għalkemm, għall-kuntrarju ta’ opzjoni politika tal-kontabilità, mhix meħtieġa li tiġi applikata b’mod konsistenti għat-tranżazzjonijiet simili kollha). Meta entità għandha opzjoni bħal din, il-paragrafu 14(b) ta’ l-IAS 8 Politika tal-Kontabilità, Bdil fl-Estimi tal-Kontabilità u Żbalji jeħtieġ li l-politika magħżula twassal għal rapporti finanzjarji li jipprovdu informazzjoni affidabbli u aktar rilevanti dwar l-effetti ta’ tranżazzjonjiet, avvenimenti u kundizzjonijiet oħra dwar il-qagħda finanzjarja ta’ l-entità, ir-rendiment finanzjarju jew il-flussi ta’ flus kontanti. Fil-każ ta’ indikazzjoni bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, il-paragrafu 9 jistipula ż-żewġ ċirkustanzi meta tkun sodisfatta l-ħtieġa għal aktar informazzjoni rilevanti. Skond dan, biex tingħażel indkazzjoni bħal din skond il-paragrafu 9, l-entità jkollha bżonn turi li hija taqa’ taħt waħda (jew it-tnejn) minn dawn iż-żewġ ċirkustanzi.

Paragrafu 9(b)(i): L-indikazzjoni telimina jew tnaqqas b’mod sinifikanti inkostistenza ta’ kejl jew rikonoxximent li kieku kienet tinħoloq

AG4D.   Taħt l-IAS 39, kejl ta’ assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja u klassifika ta’ bidliet rikonoxxuti fil-valur tiegħu huma ddeterminati mill-klassifika ta’ l-oġġett u jekk l-oġġett jagħmilx parti minn relazzjoni hedged indikata. Dawk ir-rekwiżiti jistgħu joħolqu inkonsistenza fil-kejl jew ir-rikonoxximent (xi drabi msejjaħ bħala “tlaqqigħ ħażin ta’ kontabilità”) meta, pereżempju, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, assi finanzjarju jkun ikklassifikat bħala disponibbli għall-bejgħ (bl-aktar tibdil fil-valur ġust rikonoxxut direttament fl-ekwità) u obbligazzjoni li l-entità tikkunsidra li huwa relatat ikun imkejjel bħala spiża amortizzata (bit-tibdil fil-valur ġust mhux rikonoxxut). F’ċirkustanzi bħal dawn, entità tista’ tikkonkludi li r-rapporti finanzjarji tagħha jipprovdu aktar informazzjoni rilevanti jekk kemm l-assi kif ukoll l-obbligazzjoni kienu kklassifikati bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

AG4E.   L-eżempji li ġejjin juru meta tista’ tkun sodisfatta din il-kundizzjoni. Fil-każijiet kollha, entità tista’ tuża din il-kundizzjoni biex tindika assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf biss jekk hija tissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 9(b)(i).

(a)

Entità għandha obbligazzjonijiet li l-flussi ta’ flus kontanti tagħhom huma bbażati fuq kuntratt fuq ir-rendiment ta’ l-assi li kieku jkunu kklassifikati bħala disponibbli għall-bejgħ. Per eżempju, assiguratur jista’ jkollu obbligazzjonijiet li fihom fattur ta’ parteċipazzjoni diskrezzjonali li jħallsu benefiċċji bbażati fuq qligħ minn investimenti li huma jew m’humiex mibdula ta’ grupp speċifikat ta’ l-assi ta’ l-assiguratur. Jekk il-kejl ta’ dawk l-obbligazzjonijiet jirrifletti l-prezzijiet kurrenti tas-suq, il-klassifikazzjoni ta’ l-assi bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf ifisser li tibdil fil-valur ġust ta’ l-assi finanzjarji huwa rikonoxxut fi profitt jew telf fl-istess perjodu bħal tibdil relatat fil-valur ta’ l-obbligazzjonijiet.

(b)

Entità għandha obbligazzjonijiet taħt kuntratti ta’ assigurazzjoni li l-kejl taghhom jinkorpora informazzjoni kurrenti (kif permess mill-IFRS 4 Kuntratti ta’ l-Assigurazzjoni, il-paragrafu 24), u assi finanzjarji li hija tikkunsidra bħala relatati li kieku jkunu kklasssifikati bħala disponibbli għall-bejgħ jew jitkejlu bħala spiża amortizzata.

(c)

Entità għandha assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li jaqsmu riskju, bħal riskju tar-rata ta’ l-imgħax, li joħloq tibdil bil-maqlub fil-valur ġust fejn hemm tendenza li waħda tpatti għall-oħra. Madankollu, xi wħud biss mill-istrumenti jkunu mkejla b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (jiġifieri jkunu derivattivi, jew ikunu kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju). Jista’ jkun ukoll il-każ li r-rekwiżiti għal kontabilità tal-hedges ma jiġux sodisfatti, per eżempju minħabba li r-rekwiżiti għall-effikaċja fil-paragrafu 88 m’humiex sodisfatti.

(d)

Entità għandha assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn li jaqsmu riskju, bħal riskju tar-rata ta’ l-imgħax, li joħloq tibdil bil-maqlub fil-valur ġust fejn hemm tendenza li waħda tpatti għall-oħra u l-entità ma tikkwalifikax għall-kontabilità tal-hedges minħabba li ebda wieħed mill-istrumenti ma huwa derivattiv. Minbarra dan, fin-nuqqas ta’ kontabilità tal-hedges hemm inkonsistenza sinifikanti fir-rikonoxximent ta’ qligħ u telf. Per eżempju:

(i)

l-entità ffinanzjat portafoll ta’ assi b’rata fissa li kieku kienu jkunu kklassifikati bħala disponibbli għall-bejgħ ma’ obbligazzjonijiet b’rata fissa, li t-tibdil f’valur ġust tagħhom għandu tendenza li wieħed ipatti għall-ieħor. Ir-rappurtar kemm ta’ l-assi kif ukoll ta’ l-obbligazzjonijiet b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jikkoreġi l-inkonsistenza li kieku kienet tinħoloq mill-kejl ta’ assi b’valur ġust bit-tibdil irrappurtat fl-ekwità u l-obbligazzjonijiet bi spiża amortizzata.

(ii)

l-entità ffinanzjat grupp speċifiku ta’ self billi ħarġet bonds innegozjati li t-tibdil f’valur ġust tagħhom għandu tendenza li wieħed ipatti għall-ieħor. Jekk, flimkien ma dan, l-entità tixtri u tbigħ regolarment il-bonds iżda rarament, jekk dan jiġri xi darba, tixtri u tbigħ is-self, ir-rappurtar kemm tas-self kif ukoll tal-bonds b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jelimina l-inkonsistenza fiż-żmien magħżul għar-rikonoxximent tal-qligħ u t-telf li kieku kien jirriżulta mill-kejl tagħhom it-tnejn fi spiża amortizzata u r-rikonoxximnt ta’ qligħ jew telf kull darba li bond jinxtara mill-ġdid.

AG4F.   F’każijietjiet bħal dawk deskritti fil-paragrafu preċedenti, l-indikazzjoni, fir-rikonoxximent inizjali, l-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji li kieku ma kinux jitkejlu bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf tista’ telimina jew tnaqqas b’mod sinifikanti l-inkonsistenza fil-kejl jew ir-rikonoxximent u tipproduċi informazzjoni aktar rilevanti. Għal skopijiet prattiċi, l-entità m’għandhiex bżonn tidħol fl-assi u l-obbligazzjonijiet kollha li jwasslu għall-inkonsistenza fil-kejl jew fir-rikonoxximent eżattament fl-istess ħin. Huwa permess dewmien raġonevoli bil-kundizzjoni li kull tranżazzjoni tiġi indikata bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fir-rikonoxximent inizjali tagħha u, f’dak il-ħin, kull tranżazzjoni li għad fadal mistennija li ssir.

AG4G.   Ma jkunx aċċettabbli li jkunu indikati xi wħud biss mill-assi finanzjarji u l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jwasslu għal inkonsistenza bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jekk meta jsir dan ma tkunx eliminata jew imnaqqsa b’mod sinifikanti l-inkonsistenza u għalhekk ma jwassalx għal aktar informazzjoni rilevanti. Madankollu, ikun aċċettabbli li jkunu indikati biss xi wħud minn numru ta’ assi finanzjarji simili jew obbligazzjonijiet finanzjarji simili jekk billi jsir dan jinkiseb tnaqqis sinifikanti (u possibbilment tnaqqis akbar minn indikazzjonijiet oħra permessi) fl-inkonsistenza. Pereżempju, fuq assunzjoni li entità għandha numru ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji simili li għandhom total ta’ CU100 (*) u numru ieħor ta’ assi finanzjarji simili li t-total tagħhom huwa CU50 iżda li jitkejlu fuq bażi differenti. L-entità tista tnaqqas b’mod sinifikanti l-inkostistenza fil-kejl billi tindika fir-rikonoxximent inizjali l-assi kollha iżda xi wħud biss mill-obbligazzjonijiet (per eżempju obbligazzjonijiet individwali b’total ikkombinat ta’ CU45) bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Madankollu, minħabba li l-indikazzjoni bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf tista’ tiġi applikata biss lill-istrument finanzjarju sħiħ, l-entità f’dan l-eżempju għandha tindika obbligazzjoni waħda jew aktar fl-intier tagħhom. Ma tistax tindika komponent ta’ obbligazzjoni (eż. tibdil fil-valur attribwibbli għal riskju wieħed biss, bħal tibdil fir-rata ta’ l-imgħax tal-punt ta’ referenza) jew proporzjon (jiġifieri perċentwal) minn obbligazzjoni.

Paragrafu 9(b)(ii): Grupp ta’ assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn huwa amministrat u r-rendiment tiegħu evalwat fuq bażi ta’ valur ġust, skond ġestjoni tar-riskji jew strateġija ta’ investiment dokumentata

AG4H.   Entità tista’ tamministra u tevalwa r-rendiment ta’ grupp ta’ assi finanzjarji, obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn b’tali mod li l-kejl ta’ dak il-grupp b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jirriżulta f’aktar informazzjoni rilevanti. Il-punt fokali f’dan il-każ qiegħed fuq il-mod kif l-entità tamministra u tevalwa r-rendiment, aktar milli fuq in-natura ta’ l-istrumenti finanzjarji tagħha.

AG4I.   L-eżempji li ġejjin juru meta din il-kundizzjoni tista’ tkun sodisfatta. Fil-każijiet kollha, entità tista’ tuża din il-kundizzjoni biex tindika assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf biss jekk tissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 9(b)(ii).

(a)

L-entità hija organizzazzjoni ta’ kapital ta’ riskju, fond reċiproku, unità fiduċjarja jew entità simili li n-negozju tagħha huwa l-investiment f’assi finanzjarji bil-ħsieb li tagħmel profitt mid-dħul totali tagħhom f’forma ta’ imgħax jew dividendi u tibdil fil-valur ġust. L-IAS 28 Investimenti f’Assoċjati u l-IAS 31 Interessi f’Intrapriżi Konġunti jippermettu li investimenti bħal dawn jiġu esklużi mill-ambitu tagħhom sakemm dawn jitkejlu b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Entità tista’ tapplika l-istess politika ta’ kontabilità għal investimenti oħrajn amministrati fuq bażi ta’ dħul totali iżda li fuqhom l-influwenza tagħha m’hijiex biżżejjed għalihom biex ikunu fl-ambitu ta’ l-IAS 28 jew l-IAS 31.

(b)

L-entità għandha assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li jaqsmu riskju wieħed jew aktar u dawk ir-riskji huma amministrati u vvalutati fuq bażi ta’ valur ġust skond politika dokumentata ta’ ġestjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet. Eżempju ta’ dan tista’ tkun entità li ħarġet “prodotti strutturati” li fihom derivattivi inkorporati multipli u li tamministra r-riskji li jirriżultaw minnhom fuq bażi ta’ valur ġust permezz ta’ taħlita ta’ strumenti finanzjarji derivattivi u mhux derivattivi. Eżempju simili ta’ dan tista’ tkun entità li toriġina self b’rata ta’ l-imgħax fissa u tamministra r-riskju tar-rata ta’ l-imgħax tal-punt ta’ referenza li jirriżulta minnu billi tuża taħlita ta’ strumenti finanzjarji derivattivi u mhux derivattivi.

(c)

L-entità hija assiguratur li għandu portafoll ta’ assi finanzjarji, jamministra dak il-portafoll biex ikabbar kemm jista’ jkun id-dħul totali tiegħu (jiġifieri imgħaxijiet u dividendi u tibdil fil-valur ġust), u jevalwa r-rendiment tiegħu fuq dik il-bażi. Il-portafoll jista’ jinżamm biex isaħħaħ obbligazzjonijiet speċifiċi, l-ekwità jew it-tnejn. Jekk il-portafoll jinżamm biex isaħħaħ obbligazzjonijiet speċifiċi, il-kundizzjoni fil-paragrafu 9(b)(ii) għall-assi tista’ tkun sodisfatta mingħajr ma jitqies jekk l-assiguratur huwiex jamministra u jevalwa l-obbligazzjonijiet fuq bażi ta’ valur ġust ukoll. Il-kundizzjoni fil-paragrafu 9(b)(ii) tista’ tkun sodisfatta meta l-oġġettiv ta’ l-assiguratur huwa li jkabbar kemm jista’ jkun id-dħul totali fuq l-assi fuq perjodu twil ta’ żmien anke jekk l-ammonti mħallsa lill-possessuri ta’ kuntratti parteċipanti jiddependu fuq fatturi oħra bħal pereżempju l-ammonti ta’ qligħ milħuqa f’perjodu qasir (eż. fuq sena) jew huma soġġetti għad-diskrezzjoni ta’ l-assiguratur.

AG4J.   Kif innutat hawn fuq, din il-kundizzjoni sserraħ fuq il-mod kif l-entità tamministra u tevalwa r-rendiment ta’ grupp ta’ strumenti finanzjarji li qegħdin jiġu kkunsidrati. Skond dan, (soġġett għar-rekwiżit ta’ indikar fir-rikonoxximent inizjali) entità li tindika strumenti finanzjarji bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fuq il-bażi ta’ din il-kundizzjoni għandha tindika l-istrumenti finanzjarji kollha eliġibbli li huma amministrati u evalwati flimkien b’dan il-mod.

AG4K.   Id-dokumentazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ l-entità m’għandhiex tkun estensiva iżda għandha tkun biżżejjed biex turi konformità mal-paragrafu 9(b)(ii). Dokumentazzjoni bħal din m’hijiex meħtieġa għal kull oġġett individwali, iżda tista’ tkun fuq bażi ta’ portafoll. Pereżempju, jekk is-sistema ta’ ġestjoni tar-rendiment għal dipartiment — kif approvata mill-persunal prinċipali ta’ tmexxija ta’ l-entità — turi biċ-ċar li r-rendiment tagħha huwa vvalutat fuq bażi ta’ dħul totali, ma hija meħtieġa ebda dokumentazzjoni oħra biex turi l-konformità mal-paragrafu 9(b)(ii).

Wara l-paragrafu AG33, jiżdiedu titlu u l-paragrafi AG33A u AG33B, kif ġej.

Strumenti li fihom Derivattivi Inkorporati

AG33A.   Meta entità issir parti minn strument ibridu (ikkombinat) li fih derivattiv inkorporat wieħed jew aktar, il-paragrafu 11 jeħtieġ li l-entità tidentifika derivattiv inkorporat bħal dan, tevalwa jekk huwiex meħtieġ li jiġi sseparat mill-kuntratt tal-possessur u, għal dawk li huma meħtieġa li jiġu sseparati, jitkejlu d-derivattivi b’valur ġust fir-rikonoxximent inizjali u sussegwentement. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jkunu aktar kumplessi, jew iwasslu għal miżuri anqas affidabbli, mill-kejl ta’ l-istrument intier b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Għal dik ir-raġuni dan l-Istandard jippermetti li l-istrument intier jiġi indikat bħal b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

AG33B.   Indikazzjoni bħal din tista’ tintuża kemm jekk il-paragrafu 11 jeħtieġ li d-derivattivi inkorporati jiġu sseparati mill-kuntratt tal-possessur kif ukoll jekk separazzjoni bħal din hija pprojbita. Madankollu, il-paragrafu 11A ma jiġġustifikax l-indikazzjoni ta’ strument ibridu (ikkombinat) bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fil-każijiet stipulati fil-paragrafi 11A(a) u (b) minħabba li jekk isir dan ma titnaqqasx il-kumplessità jew tiżdied l-affidabbiltà.


(*)  F’dan l-Istandard, ammonti monetarji huma denominati f' “unitajiet ta’ valuti” (CU).

Appendiċi

Emendi għal Standards oħrajn

L-emendi f’dan l-appendiċi għandhom jiġu applikati għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara. Jekk entità tapplika l-emendi għall-IAS39 għal perjodu aktar bikri, l-emendi f’dan l-appendiċi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri.

Emendi għall-IAS 32

Strumenti Finanzjarji: Żvelar u Preżentazzjoni

Il-paragrafu 66 jiġi emendat, kif ġej.

66.   Skond l-IAS 1, entità tipprovdi żvelar tal-politiki ta’ kontabilità sinifikanti kollha, inklużi l-prinċipji ġenerali adottati u l-metodu ta’ kif jiġu applikati dawk il-prinċipji għal tranżazzjonijiet, avvenimenti oħra jew kundizzjonijiet li joriġinaw minn negozju ta’ l-entità. Fil-każ ta’ strumenti finanzjarji, żvelar bħal dan jinkludi:

(a)

il-kriterji applikati fid-determinar meta jiġi rikonoxxut assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja u meta mhux ma jibqax rikonoxxut;

(b)

il-bażi tal-kejl applikat għall-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji fuq ir-rikonoxximent inizjali u sussegwentement;

(c)

il-bażi li fuqhom id-dħul u l-ispejjeż li joriġinaw mill-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji jiġu rikonoxxuti u mkejla; u

(d)

għal assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji indikati bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf:

(i)

il-kriterji għal liema saret indikazzjoni b’dan il-mod ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji bħal dawn fuq ir-rikonoxximent inizjali;

(ii)

kif l-entità ssodisfat il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 9, 11A jew 12 ta’ l-IAS 39 għal indikazzjoni bħal din. Għal strumenti indikati skond il-paragrafu 9(b)(i) ta’ l-IAS 39, dak l-iżvelar jinkludi deskrizzjoni narrativa tal-bażi taċ-ċirkustanzi ta’ l-inkonsistenza fil-kejl jew ir-rikonoxximent li kieku kien ikun hemm. Għal strumenti indikati skond il-paragrafu 9(b)(ii) ta’ l-IAS 39, dak l-iżvelar jinkludi deskrizzjoni narrattiva ta’ kif l-indikazzjoni bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf hija konsistenti mal-ġestjoni tar-riskji u l-istrateġija ta’ l-investiment dokumentata ta’ l-entità;

(iii)

in-natura ta’ l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji li l-entità indikat bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

Il-paragrafu 94 huwa emendat, kif ġej u s-sottoparagrafi (g)-(j) huma enumerati mill-ġdid bħala (j)-(m).

94.   …

Assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjararji b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (ara wkoll il-paragrafu AG40)

(e)

Entità għandha tiżvela l-ammonti miżmuma ta’:

(i)

assi finanzjarji li huma kklasifikati bħala mizmuma għall-kummerċ;

(ii)

obbligazzjonijiet finanzjarji li huma kklassifikati bħala miżmuma għall-kummerċ;

(iii)

assi finanzjarji li, fuq rikonoxximent inizjali, kienu indikati mill-entità bħala assi finanzjarji b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (jiġifieri dawk li ma kinux assi finanzjarji kklassifikati bħala miżmuma għall-kummerċ);

(iv)

obbligazzjonijiet fiananzjarji li, fuq rikonoxximent inizjali, kienu indikati mill-entità bħala obbligazzjonijiet finanzjarji b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (jiġifieri dawk li ma kinux obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati bħala miżmuma għall-kummerċ).

(f)

Entità għandha tiżvela separatament qligħ nett jew telf nett fuq assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji indikati mill-entità bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

(g)

Jekk l-entità indikat self jew ammonti riċevibbli (jew grupp ta’ self jew ammonti riċevibbli) bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, hija għandha tiżvela:

(i)

l-esponiment massimu għar-riskju tal-kreditu (ara l-paragrafu 76(a)) fid-data tar-rappurtar tas-self jew l-ammont riċevibbli (jew grupp ta’ self jew ammonti riċevibbli);

(ii)

l-ammont li bih kull derivattiv relatat mal-kreditu jew strument simili jimmitiga dak l-esponiment massimu għar-riskju tal-kreditu;

(iii)

l-ammont ta’ tibdil waqt il-perjodu u b’mod kumulattiv fil-valur ġust ta’ self jew ammont riċevibbli (jew grupp ta’ self jew ammonti riċevibbli) li jkun attribwit għal tibdil fir-riskju tal-kreditu ddeterminat jew bħala l-ammont ta’ tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwasslu għal riskju fis-suq; jew bl-użu ta’ metodu alternattiv li jirrappreżenta b’mod aktar preċiż l-ammont ta’ tibdil fil-valur ġust tiegħu li jkun attribbwibbli għal-tibdil fir-riskju tal-kreditu;

(iv)

l-ammont ta’ tibdil fil-valur ġust ta’ kull derivattiv relatat mal-kreditu jew strument jixbhu li ġara waqt il-perjodu u b’mod kumulattiv minn meta s-self jew l-ammont riċevibbli kien indikat.

(h)

Jekk l-entità indikat obbligazzjoni finanzjarja bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, hija għandha tiżvela:

(i)

l-ammont ta’ tibdil waqt il-perjodu u b’mod kumulattiv fil-valur ġust ta’ l obbligazzjoni finanzjarja li jkun attribwit għal tibdil fir-riskju tal-kreditu ddeterminat jew bħala l-ammont ta’ tibdil fil-valur ġust tiegħu li m’huwiex attribwibbli għal tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwassal għal riskju fis-suq (ara l-paragrafu AG40); jew bl-użu ta’ metodu alternattiv li jirrappreżenta b’mod aktar preċiż l-ammont ta’ tibdil fil-valur ġust tiegħu li huwa attribwibbli għal-tibdil fir-riskju tal-kreditu;

(ii)

id-differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba ta’ l-obbligazzjoni finanzjarja u l-ammont li l-entità tkun meħtieġa li tħallas fil-maturità b’mod kuntrattwali lill-possessur ta’ l-obbligazzjoni.

(i)

L-entità għandha tiżvela:

(i)

il-metodi wżati biex tikkonforma mar-rekwiżit f’(g)(iii) u (h)(i);

(ii)

jekk l-entità tikkunsidra li l-iżvelar li hija tat biex tikkonforma mar-rekwiżiti f’(g)(iii) jew (h)(i) ma jirrappreżentax b’mod preċiż il-bidla fil-valur ġust ta’ l-assi finanzjarju jew l-obbligazzjoni finanzjarja attribwibbli għal tibdil fir-riskju tal-kreditu, ir-raġunijiet għalfejn waslet għal din il-konklużjoni u l-fatturi li l-entità temmen li huma rilevanti.

Il-paragrafu AG40 huwa emendat kif ġej.

AG40.   Jekk entità tindika obbligazzjoni finanzjarja jew self jew ammont riċevibbli (jew grupp ta’ self jew ta’ ammonti riċevibbli) skond il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, hija meħtieġa tiżvela l-ammont ta’ tibdil fil-valur ġust ta’ l-istrument finanzjarju li huwa attribwibbli għal tibdil fir-riskju tal-kreditu. Sakemm metodu alternattiv jirrappreżenta b’mod aktar preċiż dan l-ammont, l-entità hija meħtieġa li tiddetermina dan l-ammont bħala l-ammont ta’ tibdil fil-valur ġust ta’ l-istrument finanzjarju li m’huwiex attribwibbli għal tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwasslu għar-riskju tas-suq. Tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq li jwasslu għal riskju tas-suq jinkludu tibdil fil-punt ta’ referenza tar-rata ta’ l-imgħax, fil-prezz tal-prodotti essenzjali, fir-rati tal-kambju barranin jew fl-indiċi tal-prezzijiet jew tar-rati. Għal kuntratti li jinkludu fattur li jgħaqqad l-unitajiet, tibdil fil-kundizzjonijiet tas-suq jinkludu tibdil fir-rendiment ta’ fond ta’ l-investiment intern jew estern. Jekk l-uniċi tibdiliet rilevanti fil-kundizzjonijiet tas-suq għal obbligazzjoni finanzjarja jkunu tibdiliet fir-rata ta’ l-imgħax osservata (li hi punt ta’ referenza), dan l-ammont jista’ jiġi stmat kif ġej:

(a)

L-ewwel, l-entità tikkalkula r-rata interna tad-dħul ta’ l-obbligazzjoni fil-bidu tal-perjodu billi tuża l-prezz osservat tas-suq ta’ l-obbligazzjoni u l-flussi ta’ flus kontanti kuntrattwali ta’ l-obbligazzjoni fil-bidu tal-perjodu. Hija tnaqqas minn din ir-rata tad-dħul ir-rata ta’ l-imgħax osservata (li hi punt ta’ referenza) fil-bidu tal-perjodu, biex tasal għal komponent speċifiku għall-istrument tar-rata interna tad-dħul.

(b)

Imbagħad, l-entità tikkalkula l-valur preżenti tal-flussi ta’ flus kontanti assoċjati ma’ l-obbligazzjoni billi tuża l-flussi ta’ flus kontanti kuntrattwali ta’ l-obbligazzjoni fil-bidu tal-perjodu u rata ta’ skont ugwali għat-total tar-rata ta’ l-imgħax osservata (li hi punt ta’ referenza) fi tmiem il-perjodu u l-komponent speċifiku għall-istrument tar-rata interna tad-dħul fil-bidu tal-perjodu kif iddeterminat fil-punt (a).

(c)

L-ammont iddeterminat fil-punt (b) imbagħad jiġi aġġustat għal kwalunkwe flus kontanti li jitħallsu jew jinkisbu fuq l-obbligazzjoni waqt il-perjodu u jiżdied biex jirrifletti ż-żieda fil-valur ġust li tinħoloq minħabba li l-flussi tal-flus kontanti kuntrattwali huma perjodu wieħed eqreb lejn id-data meta huma dovuti.

(d)

Id-differenza bejn il-prezz osservat tas-suq ta’ l-obbligazzjoni fi tmiem il-perjodu u l-ammont iddeterminat fil-punt (c) huwa l-bidla fil-valur ġust li m’huwiex attribwibbli għal tibdil fir-rata ta’ l-imgħax osservata (li hi punt ta’ referenza). Dan huwa l-ammont li għandu jiġi żvelat.

L-eżempju t’hawn fuq jassumi li tibdil fil-valur ġust li ma jinħoloqx minn tibdil fir-riskju tal-kreditu ta’ l-istrument jew minn tibdil fir-rati ta’ l-imgħax m’huwiex sinifikanti. Jekk, fl-eżempju t’hawn fuq, l-istrument kien fih derivattiv inkorporat, it-tibdil fil-valur ġust tad-derivattiv inkorporat kien ikun eskluż waqt id-determinar ta’ l-ammont fil-paragrafu 94(h)(i).

Emendi għall-IFRS 1

L-Adozzjoni għall-Ewwel Darba ta’ l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju

Il-paragrafi 25A u 43A huma emendati, kif ġej.

Indikazzjoni ta’ strumenti finanzjarji rikonoxxuti preċedentement

25A.   L-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl jippermetti li assi finanzjarju jiġi indikat fuq rikonoxximent inizjali bħala disponibbli għall-bejgħ jew strument finanzjarju (bil-kundizzjoni li jissodisfa ċerti kriterji) jiġi indikat bħala assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf. Minkejja dan ir-rekwiżit japplikaw eċċezzjonijiet fiċ-ċirkustanzi li ġejjin,

(a)

kull entità għandha permess li tagħmel indikazzjoni ta’ disponibbiltà għall-bejgħ fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs;

(b)

entità li tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha ta’ l-IFRS għal perjodu annwali li jibda fl-1 ta’ Settembru 2006 jew wara — entità bħal din għandha permess li tindika, fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, kull assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf bil-kundizzjoni li l-assi jew l-obbligazzjoni jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A ta’ l-IAS 39 f’dik id-data;

(c)

entità li tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha ta’ l-IFRS għal perjodu annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2006 jew wara u qabel l-1 ta’ Settembru 2006 — entità bħal din għandha permess li tindika, fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, kull assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf bil-kundizzjoni li l-assi jew l-obbligazzjoni jissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A ta’ l-IAS 39 f’dik id-data. Meta d-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs hija qabel l-1 ta’ Settembru 2005, indikazzjonijiet bħal dawn jistgħu ma jitlestewx sa l-1 ta’ Settembru 2005 u jistgħu jinkludu wkoll assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti bejn id-data ta’ tranżizzjoni għall-IFRSs u l-1 ta’ Settembru 2005;

(d)

entità li tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha ta’ l-IFRS għal perjodu annwali li jibda qabel l-1 ta’ Jannar 2006 u tapplika l-paragrafi 11A, 48A, AG4B-AG4K, AG33A u AG33B u l-emendi ta’ l-2005 fil-paragrafi 9, 12 u 13 ta’ l-IAS 39 — entità bħal din għandha permess li fil-bidu ta’ l-ewwel perjodu ta’ rappurtaġġ ta’ l-IFRS tindika bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf kull assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li jikkwalifika għal indikazzjoni bħal din f’konformità ma’ dawn il-paragrafi ġodda u emendati f’dik id-data. Meta l-ewwel perjodu ta’ rappurtaġġ ta’ l-IFRS ta’ l-entità jibda qabel l-1 ta’ Settembru 2005, indikazzjonijiet bħal dawn jistgħu ma jitlestewx sa l-1 ta’ Settembru 2005 u jistgħu jinkludu wkoll assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji rikonoxxuti bejn il-bidu ta’ dak il-perjodu u l-1 ta’ Settembru 2005. Jekk l-entità tiddikjara mill-ġdid informazzjoni komparattiva għall-IAS 39 hija għandha tiddikjara mill-ġdid dik l-informazzjoni għall-assi finanzjarji, l-obbligazzjonijiet finanzjarji, jew grupp ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji jew it-tnejn, indikati fil-bidu ta’ l-ewwel perjodu ta’ rappurtaġġ ta’ l-IFRS. Dikjarazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva bħal din għandha tiġi magħmula biss jekk l-oġġetti jew il-gruppi indikati jkunu ssodisfaw il-kriterji għal indikazzjoni bħal din fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A ta’ l-IAS 39 fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, jew jekk miksuba fid-data ta’ wara t-tranżizzjoni għall-IFRSs, ikunu ssodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 9(b)(i), 9(b)(ii) jew 11A fid-data tar-rikonoxximent inizjali;

(e)

għal entità li tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha għall-perjodu annwali li jibda qabel l-1 ta’ Settembru 2006 — minkejja l-paragrafu 91 ta’ l-IAS 39, kwalunkwe assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja li entità bħal din indikat bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’konformità mas-sottoparagrafu (c) jew (d) hawn fuq li qabel kienu indikati bħala l-element hedged f’relazzjonijiet hedged tal-kontabilità f’valur ġust, għandhom jitneħħew mill-indikazzjoni minn dawk ir-relazzjonijiet fl-istess ħin li huma jiġu indikati bħala b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf.

Indikar ta’ l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji

43A.   Entità għandha permess tindika assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja rikonoxxut preċedentement b’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jew assi finanzjarju bħala disponibbli għall-bejgħ f’konformità mal-paragrafu 25A. L-entità għandha tiżvela l-valur ġust ta’ l-assi finanzjarji jew l-obbligazzjonijiet finanzjarji indikati f’kull kategorija fid-data ta’ l-indikazzjoni u l-klassifikazzjoni u l-ammont miżmum fil-kotba tagħhom fir-rapporti finanzjarji preċedenti.


15.11.2008   

MT EN EN EN

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

402


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Novembru 2005

li tadatta deċiżjonijiet Komunitarji dwar l-importazzjoni għal xi kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni 2000/657/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/814/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2),

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 l-Kummissjoni għandha tiddeċiedi f’isem il-Komunità, jekk tippermettix jew le l-importazzjoni lejn il-Komunità ta’ kull kimika soġġetta għall-proċedura tal-“kunsens infurmat minn-qabel” (PIC).

(2)

Il-Programm għall-Ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP) u l-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u ta’ l-Agrikoltura (FAO) ġew maħtura sabiex jipprovdu servizzi ta’ segretarjat għall-operat tal-proċedura PIC stabbilita bil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura tal-kunsens infurmat minn qabel (PIC) għal xi kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali, approvata mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (3).

(3)

Il-Kummissjoni, li taġixxi bħala l-awtorità komuni li ġiet maħtura, jeħtieġ li tibgħat id-deċiżjonijiet dwar il-kimiċi lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

(4)

Il-kimiċi ċomb tetraetile u ċomb tetrametile żdiedu mal-proċedura PIC, bħala kimiċi industrijali. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni dwar iż-żewġ kimiċi fil-forma ta’ dokument uniku ta’ gwida għad-deċiżjonijiet. Iż-żewġ kimiċi huma ristretti strettament fuq livell Komunitarju ladarba l-użu tagħhom bħala aġenti antiknock fil-petrol huwa effettivament projbit ħlief għal eżenzjonijiet minuri mid-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (4). Għalhekk għandha tittieħed deċiżjoni dwar importazzjoni f’dan is-sens.

(5)

Il-kimika paratijon ukoll żdiedet mal-proċedura PIC, bħala pestiċida, li għaliha l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mis-Segretarjat fil-forma ta’ dokument ta’ gwida ta’ deċiżjoni.

(6)

Il-paratijon jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (5). Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/520/KE tad-9 ta’ Lulju 2001 dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni tal-paratijon fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza (6), il-paratijon ġie eskluż mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza kellhom jiġu rtirati sat-8 ta’ Jannar 2002. Il-paratijon qabel kien inkluż fil-proċedura interim PIC sal-punt li xi formulazzjonijiet ta’ pestiċidi li kienu serjament perikolużi u li kien fihom il-paratijon kienu elenkati fl-Anness III tal-Konvenzjoni, li kien rifless fil-formola ta’ tweġiba stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/657/KE tas-16 ta’ Ottubru 2000 li tadotta deċiżjonijiet Komunitarji ta’ importazzjoni għal xi kimiċi skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2455/92 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ xi kimiċi perikolużi (7). L-annotazzjoni tal-paratijon fl-Anness III tal-Konvenzjoni għandha tiġi sostitwita minn waħda li tkopri l-paratijon fil-forom kollha tiegħu. Għalhekk għandha tittieħed deċiżjoni ġdida dwar importazzjoni f’dan is-sens.

(7)

Id-Deċiżjoni 2000/657/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Id-deċiżjoni dwar l-importazzjoni tal-kimika ċomb tetraeile, kif stabbilit fuq il-formola għat-tweġiba tal-pajjiżi li jimportaw fl-Anness I, hija adottata.

2.   Id-deċiżjoni dwar l-importazzjoni tal-kimika ċomb tetrametile, kif stabbilit fuq il-formola għat-tweġiba tal-pajjiżi li jimportaw fl-Anness II, hija adottata.

Artikolu 2

Id-deċiżjoni dwar l-importazzjoni tal-paratijon kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/657/KE hija sostitwita mid-deċiżjoni dwar l-importazzjoni stabbilita fuq il-formola għat-tweġiba tal-pajjiżi li jimportaw fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 27).

(2)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27.

(4)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/34/KE (ĠU L 125, 18.5.2005, p. 5).

(6)  ĠU L 187, 10.7.2001, p. 47.

(7)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/416/KE (ĠU L 147, 10.6.2005, p. 1).


ANNEX I

IMPORT DECISION FOR THE CHEMICAL SUBSTANCE TETRAETHYL LEAD

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNEX II

IMPORT DECISION FOR THE CHEMICAL SUBSTANCE TETRAMETHYL LEAD

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNEX III

IMPORT DECISION FOR THE CHEMICAL SUBSTANCE PARATHION

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

416


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2109/2005

tal-21 ta' Diċembru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/96 li jadotta miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq tal-laħam taċ-ċanga fir-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u l-laħam tal-vitella (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

Billi,

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 716/96 (2) ipprovda għal skema Komunitarja kofinanzjata li tawtorizza lir-Renju Unit jixtri annimali tal-ifrat ta’ aktar minn 30 xahar u joqtolhom f’biċċeriji speċifikament magħżula.

(2)

Fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta’ April 2004, il-Grupp ta’ Esperti Xjentifiku għar-riskji bijoloġiċi tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel, dwar ir-raġunijiet xjentifiċi li jiġġustifikaw l-emendi proposti fl-iskema tar-Renju Unit għall-Esportazzjoni fuq Bażi Kronoloġika (Date Based Export Scheme — DBES) u r-regola li tipprojbixxi d-dħul fil-katina tal-ikel ta’ annimali li l-età tagħhom hija ‘l fuq minn 30 xahar (Over Thirty Months rule — OTM) jikkonkludi li l-ifrat imwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 għandhom jitħallew barra mill-katina tal-ikel umana u minn dik tal-annimali, minħabba l-inċidenza akbar tal-enċefalopatija sponġiformi tal-ifrat (BSE) li ġiet irreġistrata f’dan il-grupp. Għall-ifrat li twieldu wara din id-data, l-opinjoni tikkonkludi li r-riskju tal-BSE għall-konsumaturi jinsab f’firxa komparabbli ma’ dik fi Stati Membri oħra.

(3)

Fil-kuntest ta’ din l-opinjoni, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/598/KE tat-2 ta’ Awwissu 2005 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti dderivati minn annimali tal-ifrat imwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 għal kwalunkwe skop, u li teżenta dawn l-annimali minn ċerti miżuri ta’ kontrolli u qerda stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 (3) tpoġġi projbizzjoni tas-suq fuq il-prodotti kollha magħmula minn jew li jinkorporaw materjali ġejjin minn annimali tal-ifrat imwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996.

(4)

L-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 716/96 jistabbilixxu, rispettivament, il-prezz li għandu jitħallas għal kull kilogramm tal-annimali li jiddaħħlu fl-iskema prevista f’dan ir-Regolament, u r-rata għal kull annimal li biha l-Komunità għandha tikkofinanzja x-xiri tal-annimali. Fil-kuntest tad-Deċiżjoni 2005/598/KE, jeħtieġ li jitrażżnu x-xiri u l-kofinanzjament Komunitarju previsti fir-Regolament (KE) Nru 716/96 fir-rigward tal-annimali mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996.

(5)

Bil-għan li tinkiseb simplifikazzjoni, għandha tiġi stabbilita rata fissa għall-prezz tax-xiri kull ras għal kwalunkwe annimal mixtri taħt din l-iskema. Sabiex tingħata inċentiva lill-produtturi biex ma jtawlux iż-żmien tal-qatla ta’ dawn l-annimali, il-prezz tax-xiri għandu jitnaqqas gradwalment matul is-snin sussegwenti.

(6)

Taħt l-iskema, il-Komunità għandha tikkofinanzja 50 % tax-xiri.

(7)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla problemi bejn l-iskema kurrenti ta’ aktar minn tletin xahar u l-iskema limitata għal annimali mwielda jew imrobbija fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata d-data minn meta ser tibda tapplika din tal-aħħar.

(8)

Fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet tar-Renju Unit biex mill-1 ta’ Jannar 2005 japplikaw l-iskema tal-pagament uniku previst fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ għajnuna diretta taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (4), id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 716/96 issa huma skaduti u għaldaqstant għandhom jitħassru.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 716/96 għandu jiġi emendat f’dan is-sens.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 716/96 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’li ġej:

“1.   L-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandha tiġi awtorizzata tixtri kwalunkwe annimal tal-ifrat imwieled jew imrobbi fir-Renju Unit qabel l-1 ta’ Awwissu 1996, li ma juri l-ebda sintomu kliniku tal-BSE, ippreżentat lilha minn kwalunkwe produttur jew aġent tiegħu, li matul perjodu ta’ mill-inqas sitt xhur qabel ma nbiegħ kien f’azjenda li tinsab fit-territorju tar-Renju Unit.”

(2)

L-Artikolu 2 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu ssostitwit b’li ġej:

“1.   Il-prezz li jrid jitħallas lill-produtturi jew lill-aġenti tagħhom mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit skont l-Artikolu 1(1) għandu jkun:

360 EUR kull annimal għal xiri li jsir sal-31 ta’ Diċembru 2006;

324 EUR kull annimal għal xiri li jsir matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007;

292 EUR kull annimal għal xiri li jsir matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.”

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jitħassar.

(c)

L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 hu ssostitwit b’li ġej:

“Għal kull annimal mixtri li jkun inqatel skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1, il-Komunità għandha tikkofinanzja l-ispejjeż imħallsa mir-Renju Unit għax-xiri msemmi taħt l-Artikolu 1(1) bir-rata ta’:

180 EUR kull annimal għal xiri li jsir sal-31 ta’ Diċembru 2006,

162 EUR kull annimal għal xiri li jsir matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007,

146 EUR kull annimal għal xiri li jsir matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.”

(d)

Il-paragrafu 4 għandu jiġi mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak li fih tidher il-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mit-23 ta’ Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 99, 20.4.1996, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 667/2003 (ĠU L 96, 12.4.2003, p. 13).

(3)  ĠU L 204, 5.8.2005, p. 22.

(4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

418


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2005

dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba, stipulat mill-Artikolu 26(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 li japplika skema ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati

(2005/924/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li japplika skema ta’ preferenzi ta’ tariffi ġeneralizzati (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11 u 26 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 jistipula l-għoti ta’ arranġament ta’ inċentiv speċjali għal pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jissodisfaw ċerti rekwiżiti għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba.

(2)

Kull pajjiż li qed jiżviluppa li jixtieq jibbenefika minn dan l-arranġament ta’ inċentiv speċjali bagħat it-talba tiegħu bil-miktub sal-31 ta' Ottubru 2005, flimkien mat-tagħrif komprensiv dwar ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-leġiżlazzjoni u l-miżuri li jimplimentaw b’mod effettiv id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet u l-impenn tiegħu li jaċċetta u jikkonforma bis-sħiħ mal-mekkaniżmu ta' sorveljanza u reviżjoni mbassra fil-konvenzjonijiet rilevanti u strumenti relatati.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat dawn it-talbiet, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 980/2005, u stabbiliet il-lista finali ta' pajjiżi benefiċjarji li jissodisfaw il-kriterji rilevanti. Skond dan, l-arranġament ta' inċentiv speċjali għandu jingħata lil dawn il-pajjiżi bejn l-1 ta' Jannar 2006 u l-31 ta' Diċembru 2008.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Preferenzi Ġeneralizzati,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li ġejjin għandhom jibbenefikaw mill-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u tmexxija tajba stipulat fir-Regolament (KE) Nru 980/2005 mill-1 ta’ Jannar 2006 għall-31 ta’ Diċembru 2008:

(BO)

Il-Bolivja

(CO)

Il-Kolumbja

(CR)

Il-Kosta Rika

(EC)

L-Ekwador

(GE)

Il-Ġeorġja

(GT)

Il-Gwatemala

(HN)

Il-Ħonduras

(LK)

Is-Sri Lanka

(MD)

Ir-Repubblika tal-Moldova

(MN)

Il-Mongolja

(NI)

In-Nikaragwa

(PA)

Il-Panama

(PE)

Il-Peru

(SV)

El Salvador

(VE)

Il-Venezwela

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

419


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 2074/2005

tal-5 ta’ Diċembru 2005

li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 9, 10 u 11 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 16, 17 u 18 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 63 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi dwar ir-regoli ta’ l-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti miżuri ta’ implimentazzjoni għal laħam, molluski bivalvi ħajjin, prodotti tas-sajd, ħalib, bajd, saqajn taż-żrinġijiet u bebbux, u prodotti ipproċessati tagħhom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman. Jeħtieġ li jiġu żviluppati ċerti regoli u jkunu speċifikati aħjar rekwiżiti oħrajn.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi f’livell tal-Komunità qafas armonizzat ta’ regoli ġenerali għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali. Jeħtieġ li jiġu żviluppati ċerti regoli u jkunu speċifikati aħjar rekwiżiti oħrajn.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 20XX/2005/KE (5) tirrevoka ċerti Deċiżjonijiet li jimplimentaw miżuri li huma fid-Direttivi rrevokati mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġjene ta’ l-ikel u l-kundizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikunu mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE (6). Ċerti partijiet tad-Deċiżjonijiet rilevanti għandhom għalhekk jinżammu f’dan ir-Regolament.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jeżiġi li l-operatur fin-negozju ta’ l-ikel iżomm reġistru u fuq talba jpoġġi t-tagħrif rilevanti f’dan ir-reġistru għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti u ta’ l-operatur fin-negozju ta’ l-ikel li qed jirċievi.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jeżiġi wkoll li l-operatur tal-biċċerija jitlob, jirċievi, jiċċekkja u jaġixxi fuq it-tagħrif tal-katina ta’ l-ikel għall-annimali kollha, għajr tjur selvaġġ, mibgħut jew maħsub li jintbgħat lill-biċċerija. Barra minn hekk, għandu jiżgura li t-tagħrif tal-katina ta’ l-ikel jipprovdi d-dettalji kollha mitluba taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(7)

It-tagħrif tal-katina ta’ l-ikel jgħin lill-operatur tal-biċċerija biex jorganizza l-operazzjonijiet ta’ qtil u jgħin lill-veterinarju uffiċjali biex jiddetermina l-proċeduri ta’ spezzjoni meħtieġa. It-tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel għandu jiġi analizzat mill-veterinarju uffiċjali u użat bħala parti integrali mill-proċeduri ta’ spezzjoni.

(8)

Għandhom jintużaw kemm jista’ jkun possibbli sistemi eżistenti għall-fluss tat-tagħrif u jiġu adattati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti għat-tagħrif tal-katina ta’ l-ikel stipulati fir-Regolament (KE) Nru 854/2004.

(9)

Bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni ta’ l-annimali fil-livell ta’ impriża u skond ir-Regolament (KE) Nru 854/2004, il-veterinarju uffiċjali għandu jirreġistra u, jekk meħtieġ, jikkomunika, lill-operatur fin-negozju ta’ l-ikel ta’ l-impriża ta’ provenjenza u lil kull veterinarju li jżur l-impriża ta’ provenjenza jew kull awtorità kompetenti involuta, kull marda jew kundizzjoni osservata fil-biċċerija rigward kull annimal individwali jew merħla/qatgħa u li tista’ taffettwa s-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew tipperikola l-benesseri ta’ l-annimali.

(10)

Ir-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004 jistabbilixxu r-rekwiżiti li jirregolaw kontrolli għall-parassiti matul l-immaniġjar ta’ prodotti tas-sajd fuq l-art u abbord il-bastimenti. Hija r-responsabbiltà ta’ l-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel li jwettqu l-kontrolli tagħhom fl-istadji kollha fil-produzzjoni ta’ prodotti tas-sajd skond ir-regolamenti fil-Kapitolu V(D) tas-Sezzjoni VIII ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 bil-għan li ħut li huwa infestat bil-parassiti ma jitqassamx għall-konsum uman. L-adozzjoni ta’ regoli dettaljati rigward l-ispezzjoni viżwali titlob li l-kunċetti ta’ parassiti viżibbli u l-ispezzjoni viżwali jkunu definiti u jkunu determinati t-tip u l-frekwenza ta’ l-osservazzjonijiet.

(11)

Il-kontrolli li hemm referenza għalihom fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 biex ikun evitat li prodotti tas-sajd li mhumiex tajbin għall-konsum uman ma jitqegħdux fis-suq jistgħu jinkludu ċerti kontrolli kimiċi, inklużi kontrolli għat-total tan-nitroġenu volatili bażiku (TVB-N). Jeħtieġ li jiġu stabbiliti livelli ta’ TVB-N li m’għandhomx jinqabżu fil-każ ta’ ċerti kategoriji ta’ speċi u li jkunu speċifikati l-metodi ta’ l-analiżi li għandhom jintużaw. Il-metodi ta’ analiżi li huma xjentifikament rikonoxxuti għall-kontroll tat-TVB-N għandhom jibqgħu jintużaw bħala fatt ta’ rutina, iżda għandu jkun speċifikat metodu ta’ referenza għal użu fejn hemm dubbju rigward ir-riżultati jew fil-każ ta’ disputa.

(12)

Il-limiti għal Velenu Paralitiku tal-Frott tal-baħar (PSP), Velenu amnesiku fil-frott tal-baħar (ASP) u tossini lipofiliċi huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004. L-analiżi bijoloġika hija l-metodu ta’ referenza biex jiġu skoperti ċerti tossini u jkun evitat li jinġabar frott tal-baħar tossiku. Għandhom ikunu armonizzati u implimentati mill-Istati Membri l-livelli massimi u l-metodi ta’ analiżi biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem. Flimkien ma’ metodi bijoloġiċi ta’ ttestjar, għandhom ikunu permessi metodi alternattivi ta’ skoperta, bħalma huma metodi kimiċi u testijiet in vitro, jekk jintwera li r-rendiment tal-metodi magħżula huwa mill-inqas effettiv daqs il-metodu bijoloġiku u li l-implimentazzjoni tagħhom tipprovdi livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. Il-livelli massimi proposti għat-tossini lipofiliċi huma bbażati fuq data provviżorja u għandhom ikunu vvalutati mill-ġdid ladarba tkun disponibbli evidenza xjentifika ġdida. In-nuqqas ta’ materjal ta’ referenza u l-użu biss ta’ testijiet mingħajr analiżi bijoloġika attwalment ifisser li l-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika mogħti fir-rigward tat-tossini kollha speċifikati mhux ekwivalenti għal dak mogħti mit-testijiet bijoloġiċi. Għandu jsir provvediment għas-sostituzzjoni tat-testijiet bijoloġiċi mill-aktar fis possibli.

(13)

Laħam separat bil-magni (MSM) prodott bl-użu ta’ tekniki li ma jbiddlux l-istruttura ta’ l-għadam użati fil-produzzjoni ta’ MSM għandu jkun trattat b’mod differenti mill-MSM prodott bl-użu ta’ tekniki li jbiddlu l-istruttura ta’ l-għadam.

(14)

MSM ta’ l-ewwel tip prodott taħt kundizzjonijiet speċifikati u ta’ kompożizzjoni speċifikata għandu jkun permess fil-preparazzjonijiet tal-laħam li b’mod ċar mhumiex maħsuba li jkunu kkonsmati mingħajr ma qabel jgħaddu minn trattament ta’ sħana. Dawn il-kundizzjonijiet huma marbuta b’mod partikolari mal-kontenut ta’ kalċju fl-MSM, li għandu jkun speċifikat skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Għandu jsir aġġustament għall-kontenut ta’ kalċju massimu speċifikat stabbilit f’dan ir-Regolament ladarba hija disponibbli informazzjoni dettaljata dwar varjazzjonijiet li jidhru fejn huma użati tipi differenti ta’ materja prima.

(15)

L-Artikolu 31(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jitlob li l-Istati Membri jżommu listi aġġornati ta’ stabbilimenti approvati. Għandu jkun stabbilit qafas komuni għall-preżentazzjoni ta’ tagħrif rilevanti lil Stati Membri oħra u lill-pubbliku.

(16)

Is-Sezzjoni XI ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistabbilixxi r-rekwiżiti li jirregolaw il-preparazzjoni tas-saqajn taż-żrinġijiet u tal-bebbux maħsuba għall-konsum uman. Għandhom ikunu stabbiliti wkoll rekwiżiti speċifiċi, inklużi mudelli ta’ ċertifikati tas-saħħa, għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ saqajn taż-żrinġijiet u bebbux maħsuba għall-konsum uman.

(17)

Is-Sezzjonijiet XIV u XV ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxu regoli dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ ġelatina u kollaġini maħsuba għall-konsum uman. Għandhom ukoll ikunu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi, inklużi mudelli ta’ ċertifikati tas-saħħa, għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ ġelatina u kollaġini u materji primi għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġini maħsuba għall-konsum uman.

(18)

Hija meħtieġa flessibbiltà biex ikel b’karatteristiċi tradizzjonali jista’ jibqa’ jiġi prodott. L-Istati Membri diġà taw derogi għal firxa wiesgħa ta’ dawn il-prodotti taħt il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2006. Operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom ikunu f’kundizzjoni li minghajr waqfien ikomplu japplikaw prattiki eżistenti wara dik id-data. Fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 hemm provvediment għal proċedura li tippermetti lill-Istati Membri jeżerċitaw flessibbiltà. Madankollu, f’bosta każijiet fejn diġà ngħataw derogi hija biss kwistjoni li jitkomplew il-prattiki stabbiliti, għalhekk l-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ notifika sħiħa, inkluża analiżi sħiħa tal-periklu, tista’ tpoġġi piż mhux meħtieġ u sproporzjonat fuq l-Istati Membri. Għalhekk għandu jkun definit ikel b’karatteristiċi tradizzjonali u jkunu stabbiliti kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għal dan l-ikel, permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti strutturali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004, b’attenzjoni xierqa għall-miri tas-saħħa ta’ l-ikel.

(19)

Billi r-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004 kienu adottati qabel l-adeżjoni fl-1 ta’ Mejju 2004, dawn ma kinux jirreferu għall-Istati Membri l-ġodda. Il-kodiċijiet ISO għal dawk l-Istati Membri u l-abbrevjazzjonijiet għall-Komunità Ewropea fl-ilsna tagħhom, għandhom għalhekk jiżdiedu mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk ir-Regolamenti.

(20)

Is-Sezzjoni I ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistabbilixxi regoli dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam minn ungulati domestiċi. Fil-Kapitolu IV, punt 8 ta’ dik is-Sezzjoni hemm stipulati eċċezzjonijiet għat-tqaxxir sħiħ tal-karkassa u partijiet oħra tal-ġisem maħsuba għall-konsum uman. Għandu jsir provvediement sabiex dawn l-eċċezzjonijiet jiġu estiżi għas-saqajn minn annimali bovini adulti, sakemm jikkonformaw ma’ l-istess kundizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għas-saqajn ta’ l-għoġġiela.

(21)

Ċerti prattiki jistgħu jfixklu lill-konsumatur dwar il-kompożizzjoni ta’ ċerti prodotti. B’mod partikolari, biex ma jkunux diżappuntati l-aspettattivi tal-konsumatur, għandu jkun ipprojbit il-bejgħ bħala laħam frisk ta’ laħam minn tjur ta’ l-irziezet ittrattat b’aġenti għaż-żamma ta’ l-ilma.

(22)

L-opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel adottata fit-30 ta’ Awissu 2004 uriet li prodotti tas-sajd li jappartjenu għall-familja tal-Gempylidae, b’mod partikolari r-Ruvettus pretiosus u l-Lepidocybium flavobrunneum, jista’ jkollhom effetti gastrointestinali ħżiena jekk jiġu kkonsmati taħt ċerti kundizzjonijiet. Il-prodotti tas-sajd li jappartjenu għal din il-familja għandhom għalhekk ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni.

(23)

Is-Sezzjoni IX ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistabbilixxi regoli iġjeniċi speċifiċi għal ħalib nej u prodotti tal-ħalib. Skond il-Parti II (B)(1)(e) tal-Kapitolu I, kimika għal ħasil tas-sider tal-bhejjem u prodotti oħra għat-tindif tal-glandola mammarja jistgħu jintużaw biss jekk ikunu approvati mill-awtorità kompetenti. Madankollu, ma’ teżisti ebda skema dettaljata ta’ awtorizzazzjoni f’din il-Parti. Għalhekk jeħtieġ, biex ikun żgurat approċċ armonizzat mill-Istati Membri, li jkunu ċċarati l-proċeduri li taħthom għandhom jingħataw dawn l-awtorizzazzjonijiet.

(24)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jeżiġi li operaturi fin-negozju ta’ l-ikel jiżguraw li t-trattamenti bis-sħana użati biex jiġi pproċessat il-ħalib nej u prodotti tal-ħalib għandhom jikkonformaw ma’ standard rikonoxxut internazzjonalment. Madankollu, minħabba l-ispeċifiċità ta’ ċerti trattamenti bis-sħana użati f’dan is-settur u l-impatt tagħhom fuq is-sigurtà ta’ l-ikel u s-saħħa ta’ l-annimali, għandha tingħata indikazzjoni iktar ċara f’dan ir-rigward lill-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel.

(25)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jintroduċi definizzjoni ġdida biex tkopri prodotti dderivati mill-bajd li, wara t-tneħħija tal-qoxra, ma kinux ipproċessati. Għalhekk jeħtieġ li jkunu ċċarati r-regoli li japplikaw għal dawk il-prodotti u tkun emendata s-Sezzjoni X, Kapitolu II ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 skond dan.

(26)

Is-Sezzjoni XIV ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistabbilixxi regoli tas-saħħa speċifiċi għall-ġelatina. Dawn ir-regoli jinkludu rekwiżiti li jkopru t-tip ta’ materji primi li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-ġelatina u t-trasport u l-ħażna ta’ dawn il-materji. Huma jistabbilixxu wkoll speċifikazzjonijiet applikabbli għall-manifattura tal-ġelatina. Madankollu, għandhom ukoll jiġu stabbiliti r-regoli li japplikaw għall-ittikkettar tal-ġelatina.

(27)

Il-progress xjentifiku wassal għat-twaqqif ta’ l-ISO 16649-3 bħala metodu ta’ referenza maqbula għall-analiżi ta’ l-E. coli fil-molluski bivalvi. Dan il-metodu ta’ referenza huwa diġà stabbilit għall-molluski bivalvi ħajjin miż-żoni A skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikro-bijoloġiċi għal oġġetti ta’ l-ikel (7). Konsegwentement, l-ISO 16649-3 għandu jkun speċifikat bħala l-metodu ta’ referenza MPN (in-numru l-iktar probabbli) għall-analiżi ta’ l-E. coli fil-molluski bivalvi li joriġinaw ukoll miż-żoni B u C. L-użu ta’ metodi alternattivi għandu jkun permess biss fejn huma kkunsidrati ekwivalenti għall-metodu ta’ referenza.

(28)

Ir-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004 għandhom għalhekk ikunu emendati skond dan.

(29)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Rekwiżiti li jikkonċernaw tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel għall-fini tar-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel kif imsemmija fis-Sezzjoni III ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fil-Kapitolu II (A) tas-Sezzjoni I ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Rekwiżiti li jikkonċernaw prodotti tas-sajd għall-fini tar-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw prodotti tas-sajd kif imsemmija fl-Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u fl-Artikolu 18(14) u (15) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Metodi rikonoxxuti ta’ ttestjar għal bijotossini marini għall-fini tar-Regolamenti (KE) Nri 853/2004 u 854/2004

Il-metodi rikonoxxuti ta’ ttestjar għall-iskoperta ta’ bijotossini marini kif imsemmija fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u l-Artikolu 18(13)(a) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma kif stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Kontenut ta’ kalċju f’laħam separat bil-magni għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 853/2004

Il-kontenut ta’ kalċju f’laħam separat bil-magni kif imsemmi fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa kif stipulat fl-Anness IV għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Listi ta’ stabbilimenti għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 882/2004

Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-listi ta’ stabbilimenti kif imsemmija fl-Artikolu 31(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 huma stipulati fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Mudell ta’ ċertifikati tas-saħħa għas-saqajn taż-żrinġijiet, il-bebbux, il-ġelatina u l-kollaġini għall-fini tar-Regolament (KE) Nru 853/2004

Il-mudell ta’ ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta’ saqajn taż-żrinġijiet, bebbux, ġelatina u kollaġini kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u tal-materji primi għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġini huma kif stipulati fl-Anness VI għal dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Deroga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 għal ikel b’karatteristiċi tradizzjonali

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “ikel b’karatteristiċi tradizzjonali” tfisser ikel li fl-Istat Membru fejn huwa manifatturat tradizzjonalment, huwa:

(a)

rikonoxxut storikament bħala prodott tradizzjonali, jew

(b)

manifatturat skond referenzi tekniċi għall-proċess tradizzjonali kodifikati jew reġistrati, jew skond metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali, jew

(c)

protett bħala prodott ta’ l-ikel tradizzjonali minn liġi Komunitarja, nazzjonali, reġjonali jew lokali.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-istabbilimenti li jimmanifatturaw ikel b’karatteristiċi tradizzjonali derogi individwali jew ġenerali mir-rekwiżiti stipulati:

(a)

fil-Kapitolu II(1) ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 852/2004 fir-rigward tal-post fejn dawn il-prodotti huma esposti għal ambjent meħtieġ għall-iżvilupp parżjali tal-karatteristiċi tagħhom. Dawn il-postijiet jistgħu jinkludu ħitan, soqfa u bibien li mhumiex lixxi, li ma jgħaddi xejn minnhom, li mhumiex assorbenti jew ta’ materjal reżistenti għall-korrużjoni u ħitan, soqfa u artijiet ġeoloġiċi naturali;

(b)

fil-Kapitolu II(1)(f) u l-Kapitolu V(1) ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 852/2004 fir-rigward tat-tip ta’ materjali li huma magħmulin minnhom l-istrumenti u t-tagħmir użat speċifikament għall-preparazzjoni, l-ippakkjar u t-tgeżwir ta’ dawn il-prodotti.

Il-miżuri ta’ tindif u ta’ diżinfezzjoni għall-postijiet imsemmija fil-punt (a) u l-frekwenza li bihom isiru għandhom ikunu adattati għall-attività bil-għan li tiġi kkunsidrata l-flora ambjentali speċifika tagħhom.

L-istrumenti u t-tagħmir imsemmija fil-punt (b) għandhom f’kull ħin jinżammu fi stat sodisfaċenti ta’ iġjene u jkunu regolarment imnaddfa u diżinfettati.

3.   L-Istati Membri li jagħtu derogi li hemm dispożizzjoni għalihom fil-paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw b’dan lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-għoti ta’ derogi individwali jew ġenerali. Kull notifika għandha:

(a)

tipprovdi deskrizzjoni qasira tar-rekwiżiti li ġew adattati;

(b)

tiddeskrivi l-oġġetti ta’ l-ikel u l-istabbilimenti kkonċernati; u

(c)

tagħti kull tagħrif rilevanti ieħor.

Artikolu 8

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 853/2004

L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huma emendati skond l-Anness VII għal dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 854/2004

L-Annessi I, II u III għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma emendati skond l-Anness VIII għal dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ u applikabilità

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2006, barra l-Kapitoli II u III ta’ l-Anness V, li għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Ikkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ikkoreġut ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Ikkoreġut bil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.

(4)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ikkoreġut bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(5)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33. Ikkoreġut bil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12.

(7)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

TAGĦRIF DWAR IL-KATINA TA’ L-IKEL

SEZZJONI I

OBBLIGI TA’ L-OPERATURI FIN-NEGOZJU TA’ L-IKEL

Operaturi fin-negozju ta’ l-ikel li jrabbu annimali li jintbagħtu għall-qatla għandhom jiżguraw li t-tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa inkluż kif xieraq fid-dokumentazzjoni relatata ma’ l-annimali mibgħuta, b’mod li tkun aċċessibbli għall-operatur ikkonċernat tal-biċċerija.

SEZZJONI II

OBBLIGI TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

KAPITOLU I

GĦOTI TA’ TAGĦRIF DWAR IL-KATINA TA’ L-IKEL

1.

L-awtorità kompetenti fil-post tat-tluq għandha tinforma lill-operatur fin-negozju ta’ l-ikel li qed jibgħat bl-elementi minimi ta’ tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel li għandhom jingħataw lill-biċċerija skond is-Sezzjoni III ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2.

L-awtorità kompetenti fil-post tal-qatla għandha tivverifika li:

(a)

it-tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel huwa kkomunikat b’mod konsistenti u effettiv bejn l-operatur fin-negozju ta’ l-ikel li rabba jew żamm l-annimali qabel ma ntbagħtu u l-operatur tal-biċċerija;

(b)

it-tagħrif dwar il-katina ta’ l-ikel huwa validu u ta’ min joqgħod fuqu;

(c)

jingħata rispons ta’ tagħrif rilevanti lill-impriża, jekk applikabbli.

3.

Meta l-annimali jintbagħtu għall-qatla fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ tluq u fil-post tal-qatla għandhom jikkoperaw biex jiżguraw li t-tagħrif mogħti mill-operatur fin-negozju ta’ l-ikel li jibgħat hija faċilment aċċessibbli għall-operatur tal-biċċerija li qed jirċiviha.

KAPITOLU II

RISPONS LILL-IMPRIŻA TA’ PROVENJENZA

1.

Il-veterinarju uffiċjali jista’ juża l-mudell tad-dokument stipulat fl-Appendiċi I għar-riżultati rilevanti ta’ l-ispezzjoni li għandhom jiġu kkomunikati lill-impriża fejn trabbew l-annimali qabel il-qatla fl-istess Stat Membru skond il-Kapitolu I tas-Sezzjoni II ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

2.

L-awtorità kompetenti hija responsabbli li tikkomunika r-riżultati rilevanti ta’ l-ispezzjoni fil-każijiet fejn l-annimali huma mrobbija f’impriża fi Stat Membru ieħor u għandha tuża verżjoni tal-mudell tad-dokument stipulat fl-Appendiċi kemm fl-ilsien tal-pajjiż li qed jibgħat kif ukoll fl-ilsien tal-pajjiż li qed jirċievi.

Appendiċi għal Anness I

MUDELL TAD-DOKUMENT

1.

Dettalji ta’ identifikazzjoni

 

1.1.

impriża ta’ provenjenza (pereżempju sid jew maniġer)

 

 

isem/numru

 

 

indirizz sħiħ

 

 

numru tat-telefown

 

1.2.

numri ta’ identifikazzjoni (ehmeż lista separata)

 

 

numru totali ta’ annimali (bl-ispeċi)

 

 

problemi ta’ identifikazzjoni (jekk hemm)

 

1.3.

identifikazzjoni tal-merħla/qatgħa/gaġġa (jekk applikabbli)

 

1.4.

speċi ta’ l-annimal

 

1.5.

numru ta’ referenza taċ-ċertifikat tas-saħħa

2.

Sejbiet ante-mortem

 

2.1.

benesseri

 

 

numru ta’ annimali milquta

 

 

tip/klassi/età

 

 

osservazzjonijiet (pereżempju gdim tad-denb)

 

2.2.

l-annimali kienu konsenjati maħmuġin

 

2.3.

sejbiet kliniċi (mard)

 

 

numru ta’ annimali milquta

 

 

tip/klassi/età

 

 

osservazzjonijiet

 

 

data ta’ l-ispezzjoni

 

2.4.

riżultati tal-laboratorju (1)

3.

Sejbiet post-mortem

 

3.1.

sejbiet (makroskopiċi)

 

 

numru ta’ annimali milquta

 

 

tip/klassi/età

 

 

organu jew parti ta’ l-annimal(i) milquta

 

 

data tal-qatla

 

3.2.

marda (jistgħu jintużaw kodiċijiet (1))

 

 

numru ta’ annimali milquta

 

 

tip/klassi/età

 

 

organu jew parti ta’ l-annimal(i) milquta

 

 

karkassa parzjalment jew totalment ikkundannata (agħti r-raġuni)

 

 

data tal-qatla

 

3.3.

riżultati tal-laboratorju (2)

 

3.4.

riżultati oħra (pereżempju parassiti, oġġetti minn barra, eċċ)

 

3.5.

sejbiet dwar il-benesseri (pereżempju riġlejn miksurin)

4.

Tagħrif addizzjonali

5.

Dettalji ta’ kuntatt

 

5.1.

biċċerija (numru ta’ approvazzjoni)

 

 

isem

 

 

indirizz sħiħ

 

 

numru tat-telefown

 

5.2.

indirizz elettroniku jekk disponibbli

6.

Veterinarju uffiċjali (b’ittri kbar)

 

 

firma u timbru

7.

Data

8.

Numru ta’ paġni mehmuża ma’ din il-formola:


(1)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jintroduċu l-kodiċijiet li ġejjin: Kodiċi A għal mard elenkat fl-OIE; kodiċijiet B100 u B200 għal kwistjonijiet ta’ benesseri (Kapitolu II(C) tas-Sezzjoni I ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004) u C100 sa C290 għal deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-laħam (Kapitolu V(1)(a) sa (u) tas-Sezzjoni II ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004). Is-sistema tal-kodifikar tista’, jekk ikun meħtieġ, tinkludi aktar subdiviżjonijiet (pereżempju C141 għal mard generaliżżat ħafif, C142 għal mard aktar serju, eċċ.). Jekk jintużaw il-kodiċijiet, għandhom ikunu disponibbli immedjatament għall-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel bi spjegazzjoni xierqa tat-tifsira tagħhom.

(2)  Mikrobijoloġiku, kimiku, seroloġiku, eċċ. (inkludi r-riżultati kif mehmuża).


ANNESS II

PRODOTTI TAS-SAJD

SEZZJONI I

OBBLIGI TA’ L-OPERATURI FIN-NEGOZJU TA’ L-IKEL

Din is-Sezzjoni tistabbilixxi regoli dettaljati relatati ma’ l-ispezzjonijiet viżwali għall-iskoperta ta’ parassiti fil-prodotti tas-sajd.

KAPITOLU I

DEFINIZZJONIJIET

1.

“Parassita viżibbli” tfisser parassita jew grupp ta’ parassiti b’daqs, kulur jew struttura li tingħaraf b’mod ċar mit-tessuti tal-ħut.

2.

“Spezzjoni viżwali” tfisser eżami mhux distruttiv ta’ ħut jew prodotti tas-sajd bi jew mingħajr mezzi ottiċi ta’ tkabbir u taħt kundizzjonijiet ta’ dawl tajbin għall-vista umana, inkluż, jekk meħtieġ, kontra d-dawl tax-xemgħa.

3.

“Dawl tax-xemgħa”, fir-rigward ta’ ħut ċatt jew filits tal-ħut, tfisser li l-ħut jinżamm kontra xi dawl f’kamra mudlama biex ikunu skoperti l-parassiti.

KAPITOLU II

SPEZZJONI VIŻWALI

1.

L-ispezzjoni viżwali għandha ssir fuq numru rappreżentattiv ta’ kampjuni. Il-persuni responsabbli minn stabbilimenti fuq l-art u persuni kwalifikati abbord bastimenti tal-manifattura għandhom jiddeterminaw l-iskala u l-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet b’referenza għat-tip ta’ prodotti tas-sajd, l-oriġini ġeografika tagħhom u l-użu tagħhom. Matul il-produzzjoni, l-ispezzjoni viżwali tal-ħut mingħajr interjuri għandha ssir minn persuni kkwalifikati fil-kavità addominali u l-fwied u l-bajd tal-ħut maħsub għall-konsum uman. Skond is-sistema użata għat-tneħħija tal-ġewwieni, l-ispeżżjoni viżwali għandha ssir:

(a)

fil-każ tat-tneħħija ta’ l-interjuri bl-idejn, b’mod kontinwu mill-operatur fil-mument tat-tneħħija ta’ l-interjuri u tal-ħasil;

(b)

fil-każ ta’ tneħħija ta’ l-interjuri b’mod mekkaniku, bit-teħid ta’ kampjuni meħud fuq numru rappreżentattiv ta’ kampjuni li ma jkunx inqas minn 10 ħutiet minn kull grupp.

2.

L-ispezzjoni viżwali ta’ filits tal-ħut u biċċiet tal-ħut għandha ssir minn persuni kkwalifikati waqt it-tqattigħ u wara li jitqattgħu f’filits jew biċċiet. Fejn mhux possibbli eżami individwali minħabba d-daqs tal-filits jew l-operazzjoni ta’ tqattigħ, għandu jinħadem pjan ta’ kkampjunar u jinżamm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti skond il-Kapitolu II(4) tas-Sezzjoni VIII ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Fejn huwa meħtieġ minn aspett tekniku l-kontroll tal-filits kontra d-dawl tax-xemgħa, għandu jkun inkluż fil-pjan ta’ l-ikkampjunar.

SEZZJONI II

OBBLIGI TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

KAPITOLU I

IL-VALURI TAL-LIMITU TAT-TOTAL TAN-NITROĠENU VOLATILI BAŻIKU (TVB-N) GĦAL ĊERTI KATEGORIJI TA’ PRODOTTI TAS-SAJD U METODI TA’ ANALIŻI LI GĦANDHOM JINTUŻAW

1.

Il-prodotti tas-sajd mhux ipproċessati li jappartjenu għall-kategoriji ta’ l-ispeċi elenkati fil-Kapitolu II għandhom jitqiesu li mhumiex tajbin għall-konsum uman fejn l-istima organolettika tkun qajmet dubji dwar il-freskezza tagħhom u l-kontrolli kimiċi juru li nqabżu l-limiti TVB-N li ġejjin:

(a)

25 mg ta’ nitroġenu/100g ta’ laħam għall-ispeċi msemmija fil-punt 1 tal-Kapitolu II;

(b)

30 mg ta’ nitroġenu/100g ta’ laħam għall-ispeċi msemmija fil-punt 2 tal-Kapitolu II

(c)

35 mg ta’ nitroġenu/100g ta’ laħam għall-ispeċi msemmija fil-punt 3 tal-Kapitolu II.

Il-metodu ta’ referenza li għandu jintuża biex ikun ikkontrollat il-limitu TVB-N jinvolvi d-distillar ta’ estratt mingħajr proteini bl-aċidu perkloriku kif stilupat fil-Kapitolu III.

2.

Id-distillazzjoni kif imsemmija fil-punt 1 għandha ssir bl-użu ta’ apparat li huwa konformi mad-disinn fil-Kapitolu IV.

3.

Il-metodi ta’ rutina li jistgħu jintużaw biex ikun ikkontrollat il-limitu TVB-N huma kif ġej:

il-metodu ta’ mikro-diffużjoni deskritt minn Conway u Byrne (1933),

il-metodu ta’ distillazzjoni diretta deskritta minn Antonacopoulos (1968),

id-distillazzjoni ta’ estratt mingħajr proteini bl-aċidu trikloraċetiku (Kumitat tal-Codex Alimentarius dwar il-Ħut u l-Prodotti tas-Sajd (1968).

4.

Il-kampjun għandu jikkonsisti minn madwar 100 g ta’ laħam, meħud mill-inqas minn tliet punti differenti u mħallat flimkien permezz tat-tħin.

L-Istati Membri għandhom jirrikkmandaw li laboratorji uffiċjali jużaw, bħala rutina, il-metodu ta’ referenza msemmi hawn fuq. Fejn ir-riżultati jkunu dubjużi jew fil-każ ta’ disputa dwar ir-riżultati ta’ analiżi li jsiru b’wieħed mill-metodi ta’ rutina, jista’ jintuża biss il-metodu ta’ referenza għall-iċċekkjar tar-riżultati.

KAPITOLU II

KATEGORIJI TA’ L-ISPEĊI LI GĦALIHOM HUMA STABBILITI L-VALURI TAL-LIMITU TA’ TVNN-B

1.

Sebastes spp., Helicolenus dactylopterus, Sebastichthys capensis.

2.

L-ispeċi li tappartjeni għall-familja Pleuronectidae (bl-eċċezzjoni tal-ħalibatt: Hippoglossus spp.).

3.

Salmo salar, l-ispeċi li tappartjeni għall-familja Merlucciidae, l-ispeċi li tappartjeni għall-familja Gadidae.

KAPITOLU III

DETERMINAZZJONI TAL-KONĊENTRAZZJONI TA’ TVB-N FIL-ĦUT U L-PRODOTTI TAS-SAJD

Proċedura ta’ referenza

1.   Skop u ambitu ta’ applikazzjoni

Dan il-metodu jiddeskrivi proċedura ta’ referenza għall-identifikazzjoni ta’ konċentrazzjoni ta’ nitroġenu ta’ TVB-N fil-ħut u l-prodotti tas-sajd. Din il-proċedura hija applikabbli f’konċentrazzjonijiet ta’ TVB-N ta’ 5 mg/100 g sa mill-inqas 100 mg/100 g.

2.   Definizzjoni

“Konċentrazzjoni ta’ TVB-N” tfisser il-kontenut ta’ nitroġenu ta’ bażijiet volatili nitroġenużi kif determinati bil-proċedura deskritta.

Il-konċentrazzjoni għandha tkun espressa f’mg/100 g.

3.   Deskrizzjoni fil-qosor

Il-bażijiet volativili nitroġenużi huma estratti minn kampjun permezz ta’ soluzzjoni ta’ 0,6 mol ta’ aċidu perkloriku. Wara l-alkanizzazzjoni l-estratt jgħaddi minn distillazzjoni bil-fwar u l-komponenti bażiċi volatili jiġu assorbiti minn riċevitur ta’ l-aċidu. Il-konċentrazzjoni ta’ TVB-N hija ddeterminata bit-titrazzjoni tal-bażijiet assorbiti.

4.   Kimika

Sakemm mhux indikat mod ieħor, għandha tintuża kimika tal-grad reaġent. L-ilma użat għandu jkun distillat jew demineralizzat u mill-anqas ta’ l-istess purità. Sakemm mhux indikat mod ieħor, “soluzzjoni” tfisser soluzzjoni milwiena kif ġej:

(a)

soluzzjoni ta’ aċidu perkloriku = 6 g/100 ml;

(b)

soluzzjoni ta’ idrossidu tas-sodju = 20 g/100 ml;

(c)

soluzzjoni standard ta’ aċidu idrokloriku 0,05 mol/l ((0,05 N),

Nota: Meta jintuża apparat awtomatiku tad-distillazzjoni, it-titrazzjoni għandha sseħħ permezz ta’ soluzzjoni standard ta’ aċidu idrokloriku ta’ 0,01 mol/l ((0,01 N);

(d)

soluzzjoni ta’ aċidu boriku = 3 g/100 ml;

(e)

aġent tas-silikone għal kontra r-ragħwa;

(f)

soluzzjoni ta’ fenolftalin = 1 g/100 ml 95 % etanol;

(g)

soluzzjoni indikatur (Indikatur Imħallat Tashiro) 2 g metil-aħmar u 1 g metilen-blu jiġu maħlula f’1 000 ml 95 % etanol.

5.   Strumenti u aċċessorji

(a)

Magna ta’ l-ikkappuljat li tipproduċi kappuljat tal-ħut omoġenju biżżejjed.

(b)

Blender b’veloċità għolja b’veloċità ta’ bejn 8 000 u 45 000 dawra/min.

(c)

Filtru skanalat, dijametru 150 mm, li jiffiltra malajr.

(d)

Buretta, 5 ml, gradwata sa 0,01 ml.

(e)

Apparat għad-distillazzjoni bil-fwar. L-apparat għandu jkun kapaċi jirregola diversi ammonti ta’ fwar u jipproduċi ammont kostanti ta’ fwar matul perjodu partikolari ta’ żmien. Għandu jiżgura li matul iż-żieda ta’ sustanzi alkalizzanti l-bażijiet ħielsa li jirriżultaw ma jistgħux jaħarbu.

6.   Eżekuzzjoni

Twissija: Waqt l-użu ta’ l-aċidu perkloriku, li huwa korrożiv ħafna, għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa ta’ prekawzjoni u prevenzjoni. Il-kampjuni għandhom, kemm-il darba huwa possibbli, jitħejjew mill-aktar fis possibbli wara l-wasla tagħhom, skond l-istruzzjonijiet li ġejjin:

(a)

Preparazzjoni tal-kampjun

Il-kampjun li għandu jiġi analizzat għandu jinħatan b’attenzjoni b’magna ta’ l-ikkapuljat kif deskritt fil-punt 5(a). Jintiżnu eżattament 10 g ±0,1 g tal-kampjun mitħun f’kontenitur adattat. Dan jitħallat ma’ 90,0 ml ta’ soluzzjoni ta’ aċidu perkloriku kif speċifikat fil-punt 4(a), omoġenizzat għal żewġ minuti bi blender kif deskritt fil-punt 5(b), u mbagħad iffiltrat.

L-estratt hekk miksub jista’ jinżamm għal ta’ l-inqas sebat ijiem f’temperatura ta’ bejn wieħed u ieħor 2 oC u 6 oC;

(b)

Distillazzjoni bil-fwar

50,0 ml ta’ l-estratt miksub skond il-punt (a) jitqiegħed f’apparat għad-distillazzjoni bil-fwar kif deskritt fil-punt 5(e). Għal verifika aktar tard fuq l-alkalinizzazzjoni ta’ l-estratt, jiġu miżjuda diversi qtar ta’ fenolftalin kif speċifikat fil-punt 4(f). Wara li jkunu miżjuda ftit qtar ta’ aġent tas-silikone kontra r-ragħwa, jiġu miżjuda ma’ l-estratt 6,5 ml ta’ soluzzjoni ta’ idrossidu tas-sodju kif speċifikat fil-punt 4(b) u d-distillazzjoni bil-fwar tibda minnufih.

Id-distillazzjoni bil-fwar hija regolata sabiex madwar 100 ml ta’ distillat jiġu prodotti f’10 minuti. It-tubu tal-ħruġ tad-distillazzjoni jitgħaddas f’riċevitur b’100 ml ta’ soluzzjoni ta’ aċidu boriku kif speċifikat fil-punt 4(d), li miegħu jkunu ġew miżjuda bejn tlieta u ħames qatriet tas-soluzzjoni ta’ l-indikatur kif deskritt fil-punt (4g). Wara 10 minuti eżatt, id-distillazzjoni tintemm. It-tubu tal-ħruġ tad-distillazzjoni jitneħħa mir-riċevitur u jinħasel bl-ilma. Il-bażijiet volatili li jkun hemm fis-soluzzjoni tar-riċevitur huma stabbiliti bit-titrazzjoni b’soluzzjoni standard ta’ idrokloriku kif speċifikat fil-punt 4(c).

Il-pH tal-punt tat-tarf għandu jkun 5,0 ± 0,1.

(c)

Titrazzjoni

Huma meħtieġa analiżi duplikati. Il-metodu applikat huwa korrett jekk id-differenza bejn id-duplikati mhix ogħla minn 2 mg/100 g.

(d)

Bjank

Jitwettaq test in bjank kif deskritt fil-punt (b). Minflok l-estratt, jintużaw 50,0 ml ta’ soluzzjoni ta’ aċidu perkloriku kif speċifikat fil-punt 4(a).

7.   Kalkolu ta’ TVB-N

Bit-titrazzjoni tas-soluzzjoni li tirċievi bl-aċidu idrokloriku bħal fil-punt 4(c), il-konċentrazzjoni TVB-N hija kalkulata permezz ta’ l-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

V1 = Volum ta’ 0,01 mol ta’ soluzzjoni ta’ aċidu idrokloriku f’ml għall-kampjun

V0 = Volum ta’ 0,01 mol ta’ soluzzjoni ta’ aċidu idrokloriku f’ml għall-bjank

M = Piż tal-kampjun f’g.

Rimarki

1.

Huma meħtieġa analiżi duplikati. Il-metodu applikat huwa korrett jekk id-differenza bejn id-duplikati mhix ogħla minn 2 mg/100 g.

2.

Iċċekkja t-tagħmir permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ distillar ta’ NH4Cl ekwivalenti għal 50 mg TVB-N/100 g.

3.

Devjazzjoni standard ta’ riproduċibilità Sr = 1,20 mg/100 g. Devjazzjoni standard ta’ komparabilità SR = 2,50mg/100 g.

KAPITOLU IV

APPARAT TA’ DISTILLAZZJONI BIL-FWAR GĦAT-TVB-N

Image

ANNESS III

METODI RIKONOXXUTI TA’ ANALIŻI GĦALL-ISKOPERTA TA’ BIJOTOSSINI MARINI

Il-metodi analitiċi li ġejjin għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti biex jiċċekkjaw il-konformità mal-limiti stipulati fil-Kapitolu V(2) tas-Sezzjoni VII ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u, fejn xieraq, mill-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel.

Skond l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE (1), elementi ta’ sostituzzjoni, titjib u tnaqqis għandhom jiġu kkunsidrati meta jintużaw metodi bijoloġiċi.

KAPITOLU I

METODU GĦALL-ISKOPERTA TAL-VELENU PARALITIKU TAL-FROTT TAL-BAĦAR

1.

Il-kontenut ta’ velenu paralitiku tal-frott tal-baħar (PSP) fil-partijiet li jittieklu tal-molluski (il-ġisem kollu jew kwalunkwe parti li tittiekel separatament) għandu jkun skopert skond il-metodu ta’ ttestjar bijoloġiku jew kull metodu ieħor rikonoxxut internazzjonalment. Il-metodu ta’ ttestjar bijoloġiku jista’ jsir flimkien, jekk meħtieġ, ma’ metodu ieħor biex tkun skoperta s-Sassitossina u kull analogu ieħor tagħha li għalih jeżistu standards.

2.

Jekk ir-riżultati jiġu kkuntestati, il-metodu ta’ referenza għandu jkun il-metodu bijoloġiku.

KAPITOLU II

METODU GĦALL-ISKOPERTA TAL-VELENU AMNESIKU FIL-FROTT TAL-BAĦAR (ASP)

Il-kontenut totali ta’ velenu amnesiku fil-frott tal-baħar (ASP) f’partijiet li jittieklu tal-molluski (il-ġisem kollu jew kwalunkwe parti li tittiekel separatament) għandu jkun skopert bl-użu tal-metodu tal-likwidu kromatografu ta’ rendiment għoli (HPLC) jew kull metodu ieħor rikonoxxut.

Jekk ir-riżultati jiġu kkuntestati, il-metodu ta’ referenza għandu jkun il-metodu HPLC.

KAPITOLU III

METODI TA’ SKOPERTA TAT-TOSSINI LIPOFILIĊI

A.   Metodi bijoloġiċi

1.

Tista’ tintuża serje ta’ proċeduri ta’ analiżi bijoloġika fuq il-ġrieden, li huma differenti fil-parti tat-test (epatopankreas jew il-ġisem sħiħ) u fis-solventi użati għall-estrazzjoni u l-purifikazzjoni, għall-iskoperta ta’ tossini marini kif imsemmi fil-Kapitolu V(2)(c), (d) u (e) tas-Sezzjoni VII ta’ l-Anness III, għar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Is-sensittività u s-selettività jiddependu mill-għażla ta’ solventi użata għall-estrazzjoni u l-purifikazzjoni u dan għandu jkun ikkunsidrat meta tittieħed deċiżjoni fuq il-metodu li għandu jintuża biex tkun koperta l-firxa kollha ta’ tossini.

2.

Tista’ tintuża analiżi bijoloġika waħda fuq il-ġurdien li tinvolvi l-estrazzjoni ta’ l-aċeton biex ikun skopert l-aċidu okadajk, id-dinofisistossini, il-pektenotossini u l-jessotossini. Din l-analiżi tista’ tiġi ssupplimentata, jekk meħtieġ, b’fażijiet ta’ separazzjoni likwidu/likwidu b’aċetat ta’ l’etil/ilma jew diklorometan/ilma biex ikunu eliminati interferenzi potenzjali. L-iskoperta ta’ ażaspiraċidu f’livelli regolatorji permezz ta’ din il-proċedura għandha tinvolvi l-użu ta’ iġsma sħaħ bħala l-parti għat-test.

3.

Għandhom jintużaw tliet ġrieden għal kull test. Fejn tnejn minn tliet ġrieden imutu fi żmien 24 siegħa mit-tilqima b’estratt ekwivalenti għal 5 g ta’ epatopankreas jew 25 g ta’ ġisem sħiħ, dan għandu jitqies bħala riżultat pożittiv għal preżenza ta’ tossina jew aktar kif imsemmi fil-Kapitolu V(2)(c), (d) u (e) tas-Sezzjoni VII ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 f’livell ’l fuq minn dawk stipulati.

4.

Tista’ tintuża analiżi bijoloġika fuq ġurdien bl-estrazzjoni ta’ l-aċeton segwita bis-separazzjoni likwidu/likwidu bid-dietileter biex ikun skopert l-aċidu okadajku, id-dinofisistossini, il-pektenotossini u l-ażaspiraċidi iżda ma tistax tintuża biex ikunu skoperti l-jessotossini għaliex jista’ jseħħ telf ta’ dawn it-tossini matul il-fażi tas-separazzjoni. Għal kull test għandhom jintużaw tliet ġrieden. Meta tnejn minn tliet grieden imutu fi żmien 24 siegħa mit-tilqima b’estratt ekwivalenti ta’ 5 g ta’ epatopankreas jew 25 g tal-ġisem sħiħ, dan għandu jitqies bħala riżultat pożittiv għal preżenza ta’ aċidu okadajku, dinofisistossini, pektenotossini u ażaspiraċidi f’livell ogħla minn dawk stipulati fil-Kapitolu V(2)(c) u (e) tas-Sezzjoni VII ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

5.

Tista’ tintuża analiżi bijoloġika fuq il-far biex ikun skopert l-aċidu okadajku, id-dinofisistossini u l-ażaspiraċidi. Għandhom jintużaw tliet firien għal kull test. Reazzjoni b’diareja għandha titqies bħala riżultat pożittiv għal preżenza ta’ aċidu okadajku, dinofisistossini u ażaspiraċidi f’livelli ogħla minn dawk stipulati fil-Kapitolu V(2)(c) u (e) tas-Sezzjoni VII ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

B.   Metodi alternattivi ta’ skoperta

1.

Serje ta’ metodi, bħal kromatografija likwida b’rendiment għoli (HPLC) bi skoperta florimetrika, kromatografija likwida (LC), spettrometrija tal-massa (MS), immunosaġġi u analiżi funzjonali, bħall-analiżi ta’ inibizzjoni tal-fosfatażi, għandhom jintużaw bħala alternattiva jew supplimentari għall-metodi ta’ testijiet bijoloġiċi, kemm-il darba jew waħedhom jew flimkien jistgħu jiskopru ta’ l-inqas l-analogi li ġejjin, li mhumiex inqas effettivi mill-metodi bijoloġiċi u li l-implimentazzjoni tagħhom tipprovdi livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika:

aċidu okadajku u dinofisistossini: tista’ tkun meħtieġa fażi ta’ idrolisi biex tkun skoperta l-preżenza ta’ DTX3,

pektenotossini: PTX1 u PTX2,

jessotossini: YTX, 45 OH YTX, homo YTX, u 45 OH homo YTX,

ażaspiraċidi: AZA1, AZA2 u AZA3.

2.

Jekk jiġu skoperti analogi ġodda b’rilevanza għas-saħħa pubblika, dawn għandhom ikunu inklużi fl-analiżi. Għandhom ikunu disponibbli standards qabel ma l-analiżi kimika tkun possibbli. It-tossiċità totali għandha tkun ikkalkulata bl-użu ta’ fatturi ta’ konverżjoni bbażati fuq id-data ta’ tossiċità disponibbli għal kull tossina.

3.

Il-karatteristiċi ta’ rendiment ta’ dawn il-metodi għandhom ikunu definiti wara l-validazzjoni skond protokoll maqbul internazzjonalment.

4.

Il-metodi bijoloġiċi għandhom ikunu sostitwiti b’metodi ta’ skoperta alternattiva malli jkunu immedjatament disponibbli materjali ta’ referenza għall-iskoperta ta’ tossini preskritti fil-Kapitolu V tas-Sezzjoni VI ta’ l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-metodi ġew ivvalidati u dan il-Kapitolu kien emendat skond dan.


(1)  ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1.


ANNESS IV

KONTENUT TA’ KALĊJU F’LAĦAM SEPARAT BIL-MAGNI

Il-kontenut ta’ kalċju fl-MSM kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandu:

1.

ma jaqbiżx 0,1 % (=100 mg/100 g jew 1 000 ppm) ta’ prodott frisk;

2.

jiġi determinat b’metodu internazzjonali standardizzat.


ANNESS V

LISTI TA’ STABBILIMENTI TA’ L-IKEL APPROVATI

KAPITOLU I

AĊĊESS GĦAL LISTI TA’ STABBILIMENTI TA’ L-IKEL APPROVATI

Bil-għan li tassisti l-Istati Membri jqiegħdu listi aġġornati ta’ stabbilimenti ta’ l-ikel approvati għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħra u tal-pubbliku, il-Kummissjoni għandha tipprovdi websajt li fiha kull Stat Membru għandu jipprovdi link għall-websajt nazzjonali tiegħu.

KAPITOLU II

FORMAT GĦAL WEBSAJTS NAZZJONALI

A.   Indiċi

1.

Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’indirizz ta’ link li jwassal għal websajt nazzjonali li fiha l-indiċi tal-listi ta’ stabbilimenti ta’ l-ikel approvati għal prodotti ta’ oriġini mill-annimali kif definiti fil-punt 8(1) ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2.

L-indiċi msemmi fil-punt 1 għandu jikkonsisti minn paġna waħda u għandu jkun f’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Komunità.

B.   Disinn operattiv

1.

Il-websajt li fiha l-indiċi għandha tkun żviluppata mill-awtorità kompetenti jew, fejn ikun xieraq, minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

2.

L-indiċi għandu jinkludi links għal:

(a)

paġni web oħra li jinsabu fl-istess websajt;

(b)

fejn ċerti listi ta’ stabbilimenti ta’ l-ikel approvati mhumiex miżmuma mill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt 1, websajts amministrati mill-awtoritajiet kompetenti, unitajiet jew fejn xieraq, entitajiet.

KAPITOLU III

PREŻENTAZZJONI U KODIĊIJIET GĦAL LISTI TA’ STABBILIMENTI APPROVATI

Għandhom jiġu stabbiliti preżentazzjonijiet, inkluż tagħrif rilevanti u kodiċijiet, biex tkun żgurata disponibbiltà wiesgħa tat-tagħrif li jikkonċerna stabbilimenti ta’ l-ikel approvati u biex jitjieb il-qari tal-listi.

KAPITOLU IV

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

Il-ħidmiet u l-attivitajiet imsemmija fil-Kapitoli II u III għandhom jitwettqu skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ppubblikati mill-Kummissjoni.


ANNESS VI

MUDELL TA’ ĊERTIFIKATI TAS-SAĦĦA GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA’ SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET, BEBBUX, ĠELATINA U KOLLAĠINI

SEZZJONI I

SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET U BEBBUX

Iċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-importazzjonijiet ta’ saqajn taż-żrinġijiet u bebbux għandhom jikkonformaw mal-mudelli stabbiliti rispettivament fil-Parti A u l-Parti B ta’ l-Appendiċi I għal dan l-Anness.

SEZZJONI II

ĠELATINA

Mingħajr preġudizzju għal legiżlazzjoni Komunitarja speċifika oħra, mill-inqas inkluża iżda mhux limitata għal leġiżlazzjoni dwar enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli u ormoni, iċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal importazzjonijiet ta’ ġelatina u materji primi għall-produzzjoni ta’ ġelatina għandhom jikkonformaw mal-mudelli stabbiliti rispettivament fil-Parti A u l-Parti B ta’ l-Appendiċi II għal dan l-Anness.

SEZZJONI III

KOLLAĠINI

Mingħajr preġudizzju għal legiżlazzjoni Komunitarja speċifika oħra, mill-inqas inkluża iżda mhux limitata għal leġiżlazzjoni dwar enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli u ormoni, iċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għal importazzjonijiet ta’ kollaġini u materji primi għall-produzzjoni ta’ kollaġini għandhom jikkonformaw mal-mudelli stabbiliti rispettivament fil-Parti A u l-Parti B ta’ l-Appendiċi III għal dan l-Anness.

Appendiċi I għall-Anness VI

Parti A

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA’ SAQAJN TAŻ-ŻRINĠIJIET IMKESSĦIN, IFFRIŻATI JEW IPPREPARATI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Parti B

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA’ BEBBUX BIL-QOXRA, IMSAJJAR JEW IPPRIŻERVAT MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Appendiċi II għall-Anness VI

PARTI A

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĠELATINA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

PARTI B

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA’ MATERJI PRIMI GĦALL-PRODUZZJONI TA’ ĠELATINA MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Appendiċi III għall-Anness VI

Parti A

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA’ KOLLAĠINI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Parti B

MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA GĦAL IMPORTAZZJONIJIET TA’ MATERJI PRIMI GĦALL-PRODUZZJONI TA’ KOLLAĠINI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

ANNESS VII

EMENDI GĦAR-REGOLAMENT (KE) Nru 853/2004

L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness II, Sezzjoni I(B) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 6, it-tieni sottoparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

“BE, CZ, DK, DE, EE, GR, ES, FR, IE, IT, CY, LV, LT, LU, HU, MT, NL, AT, PL, PT, SI, SK, FI, SE u UK”;

(b)

il-punt 8 huwa mibdul b’dan li ġej:

“8.

Meta jiġi applikat għal stabbiliment li jinsab fi ħdan il-Komunità, il-marka għandha tkun f’għamla ovali u tinkludi l-abbrevjazzjoni CE, KE, EF, EG, EK, EY, ES, EÜ, EK, EB jew WE”;

2.

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-Sezzjoni I, Kapitolu IV, il-punt 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.

Karkassi u partijiet oħra tal-ġisem maħsuba għall-konsum uman għandhom ikunu għal kollox imqaxxrin, ħlief fil-każ ta’ annimali tar-razza tal-ħnieżer, irjus ta’ nagħaġ u mogħoż u għoġiela u r-riġel ta’ annimali bovini, nagħaġ u mogħoż. L-irjus u r-riġlejn għandhom ikunu ittrattati b’mod li tkun evitata l-kontaminazzjoni”;

(b)

fis-Sezzjoni II, il-Kapitolu VII li ġej huwa miżjud:

“KAPITOLU VII: AĠENTI GĦAŻ-ŻAMMA TA’ L-ILMA

L-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom jiżguraw li laħam tat-tjur ta’ l-irziezet li kien ittrattat speċifikament biex tkun promossa ż-żamma ta’ l-ilma ma jitqiegħedx fis-suq bħala laħam frisk iżda bħala preparazzjonijiet ta’ laħam jew użat fil-produzzjoni ta’ prodotti ipproċessati.”

(c)

fis-Sezzjoni VIII, Kapitolu V(E), il-punt 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1.

Prodotti tas-sajd derivati minn ħut velenuż tal-familji li ġejjin m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq: Tetraodontidae, Molidae, Diodontidae u Canthigasteridae. Prodotti tas-sajd friski, ippreparati u pproċessati li jappartjenu għall-familja Gempylidae, b’mod partikolari r-Ruvettus pretiosus u l-Lepidocybium flavobrunneum, jistgħu jitqiegħdu biss fis-suq f’forma mgeżwra/ippakkjata u għandhom ikunu ttikkettati kif xieraq biex jingħata tagħrif lill-konsumatur dwar metodi ta’ preparazzjoni/tisjir u dwar ir-riskji relatati mal-preżenza ta’ sustanzi b’effetti gastrointestinali ħżiena. Fuq it-tikketta għandu jkun hemm l-isem xjentifiku flimkien ma’ l-isem komuni”;

(d)

Is-Sezzjoni IX hija emendata kif ġej:

(i)

fil-Kapitolu I(II)(B)(1), il-punt (e) huwa mibdul b’dan li ġej:

“(e)

li l-bell u l-bexx tal-bżieżel jintużaw biss wara l-awtorizzazzjoni jew ir-reġistrazzjoni skond il-proċeduri stipulati fid-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidi (*).

(*)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.”;"

(ii)

fil-Kapitolu II(II), il-punt 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1.

Meta l-ħalib nej jew il-prodotti mill-ħalib jgħaddu minn trattament bis-sħana, l-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom jiżguraw illi dan jissodisfa r-rekwiżi stipulati fil-Kapitolu XI ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 852/2004. B’mod partikolari, għandhom jiżguraw, meta jużaw il-proċessi li ġejjin, li jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija:

(a)

Il-pasturizzazzjoni tinkiseb permezz ta’ trattament li jinvolvi:

(i)

temperatura għolja għal perjodu qasir (mill-inqas 72 oC għal 15 il-sekonda);

(ii)

temperatura baxxa għal perjodu twil (mill-inqas 63 oC għal 30 minuta); jew

(iii)

kull taħlit ieħor ta’ kundizzjonijiet ta’ żmien-temperatura biex jintlaħaq effett ekwivalenti,

b’mod li l-prodotti juru, fejn applikabbli, reazzjoni negattiva għal test ta’ alkalin fosfatażi immedjatament wara trattament bħal dan.

(b)

Trattament b’temperatura għolja ħafna (UHT) jinkiseb bi trattament:

(i)

li jinvolvi fluss kontinwu ta’ sħana f’temperatura għolja għal żmien qasir (mhux inqas minn 135 oC flimkien ma’ żamma ta’ ħin xieraq) b’mod li ma jkunx hemm mikroorganiżmi vijabbli jew spori kapaċi li jikbru fil-prodott ittrattat meta miżmun f’kontenitur magħluq asettiku f’temperatura ambjentali; u

(ii)

suffiċjenti li jiżgura li l-prodotti jibqgħu mikrobijoloġikament stabbli wara inkubazzjoni għal 15-il jum fi 30 oC f’kontenituri magħluqin jew għal 7 ijiem f’55 oC f’kontenituri magħluqin jew wara kull metodu ieħor li juri li t-trattament bis-sħana xieraq ġie applikat;”

(e)

fis-Sezzjoni X, Kapitolu II huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-Parti III, il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.

Wara l-fsiq, kull partiċella tal-bajda likwida għandha tgħaddi mill-ipproċessar malajr kemm jista’ jkun biex ikunu eliminati l-perikli mikrobijoloġiċi jew biex jitnaqqsu sa livell aċċettabbli. Partita li ma tkunx ġiet ipproċessata biżżejjed tista’ terġa’ tiġi pproċessata immedjatament jekk dan l-ipproċessar jirrendiha tajba għall-konsum mill-bniedem. Meta partita tinsab li mhix tajba għall-konsum mill-bniedem, għandha tkun żnaturata biex jiġi żgurat li ma tintużax għall-konsum mill-bniedem.”;

(ii)

fil-Parti V, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Fil-każ ta’ bajd likwidi, it-tikketta msemmija fil-punt 1 għandu jkun fiha wkoll il-kliem: ‘bajda likwida mhux pastorizzata — għandha tiġi ttrattata fil-post tad-destinazzjoni’ u għandha tindika wkoll id-data u s-siegħa tal-fsiq.”;

(f)

fis-Sezzjoni XIV, il-Kapitolu V li ġej huwa miżjud:

“KAPITOLU V: TIKKETTAR

It-tgeżwir u l-ippakkjar li fihom il-ġelatina għandu jkollhom il-kliem ‘ġelatina tajba għall-konsum uman’ u għandhom jindikaw id-data ta’ preparazzjoni.”



ANNESS VIII

EMENDI GĦAR-REGOLAMENT (KE) Nru 854/2004

L-Annessi I, II u III għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III(3) huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), it-tieni sottoparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

“BE, CZ, DK, DE, EE, GR, ES, FR, IE, IT, CY, LV, LT, LU, HU, MT, NL, AT, PL, PT, SI, SK, FI, SE u UK;”

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

meta tkun applikata f’biċċerija fi ħdan il-Komunità, il-marka għandha tinkludi l-abbrevjazzjoni CE, KE, EF, EG, EK, EY, ES, EÜ, EK, EB jew WE”;

2.

fl-Anness II, Kapitolu II(A), il-punti 4 u 5 huma mibdula b’dan li ġej:

“4.

L-awtorità kompetenti tista’ tikklassifika bħala tal-Klassi B żoni li minnhom jistgħu jinġabru molluski bivalvi ħajjin iżda mqiegħda biss fis-suq għall-konsum uman wara trattament f’ċentru ta’ purifikazzjoni jew wara relaying sabiex jilħqu l-istandards tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3. Molluski bivalvi ħajjin minn dawn iż-żoni m’għandhomx jaqbżu l-4 600E. coli kull 100 g ta’ laħam u likwidu intravalvulari. Il-metodu ta’ referenza għal din l-analiżi huwa t-test tan-Numru l-Aktar Probabbli (MPN) f’ħames provetti u tliet sustanzi dilwiti kif speċifikat fl-ISO 16649-3. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi jekk huma vvalidati fil-konfront ta’ dan il-metodu ta’ referenza skond il-kriterji fl-EN/ISO 16140.

5.

L-awtorità kompetenti tista’ tikklassifika bħala tal-Klassi C żoni li minnhom jistgħu jinġabru molluski bibalvi ħajjin iżda mqiegħda biss fis-suq wara li jinżamm matul perjodu twil sabiex jilħqu l-istandards tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3. Il-molluski bivalvi ħajjin minn dawn iż-żoni m’għandhomx jaqbżu l-46 000E. coli għal kull 100 g ta’ laħam u likwidu intravalvulari. Il-metodu ta’ referenza għal din l-analiżi huwa t-test tan-Numru l-Aktar Probabbli (MPN) f’ħames provetti u tliet sustanzi dilwiti kif speċifikat fl-ISO 16649-3. Jistgħu jintużaw metodi alternattivi jekk huma vvalidati fil-konfront ta’ dan il-metodu ta’ referenza skond il-kriterji fl-EN/ISO 16140.”;

3.

fl-Anness III, Kapitolu II(G), il-punt1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Prodotti tas-sajd derivati minn ħut velenuż tal-familji li ġejjin m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq: Tetraodontidae, Molidae, Diodontidae u Canthigasteridae. Prodotti tas-sajd friski, ippreparati u pproċessati li jappartjenu għall-familja Gempylidae, b’mod partikolari r-Ruvettus pretiosus u l-Lepidocybium flavobrunneum, jistgħu jitqiegħdu biss fis-suq f’forma mgeżwra/ippakkjata u għandhom ikunu ttikkettati kif xieraq biex jingħata tagħrif lill-konsumatur dwar metodi ta’ preparazzjoni/tisjir u dwar ir-riskji relatati mal-preżenza ta’ sustanzi b’effetti gastrointestinali ħżiena. Fuq it-tikketta għandu jkun hemm l-isem xjentifiku flimkien ma’ l-isem komuni.”


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

452


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2075/2005

tal-5 ta’ Diċembru 2005

li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-punti 9 u 10 ta’ l-Artikolu 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimal (2), ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli dwar il-benessri ta’ l-annimali (3) jistabbilixxu r-regoli u r-rekwiżiti tas-saħħa rigward l-ikel li joriġina mill-annimali u l-kontrolli uffiċjali mitluba.

(2)

Flimkien ma’ dawk ir-regoli, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar speċifiċi għat-Trichinella. Il-laħam tal-majjal domestiku, iċ-ċingjal, iż-żwiemel u speċi ta’ annimali oħrajn jista’ jkun impestat b’nematodi tal-ġenus Trichinella. Il-konsum ta’ laħam impestat bit-Trichinella jista’ jikkawża mard serju fil-bniedem. Għandhom jitwaqqfu miżuri għall-prevenzjoni ta’ mard tal-bniedem ikkawżat mill-konsum ta’ laħam impestat bit-Trichinella.

(3)

Fit-22 ta’ Novembru 2001, il-Kumitat Xjentifiku dwar Miżuri Veterinarji relatati mas-Saħħa Pubblika adotta opinjoni dwar it-trikinellożi, l-epidemjoloġija, il-metodi ta’ skoperta u l-produzzjoni ta’ majjal mingħajr it-Trichinella. Fl-1 ta’ Diċembru 2004, il-Bord Xjentifiku dwar il-perikli bijoloġiċi (Biohaz) ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel adotta opinjoni dwar il-pertinenza u d-dettalji ta’ metodi ta’ l-iffriżar biex ikun permess il-konsum uman ta’ laħam impestat bit-Trichinella jew is-Cysticercus. Fid-9 u l-10 ta’ Marzu 2005, Biohaz adotta opinjoni dwar valutazzjoni tar-riskju ta’ spezzjoni riveduta ta’ annimali tal-qatla f’postijiet bi prevalenza baxxa tat-Trichinella.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/96/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar l-eżami għat-trichinae (trichinella spiralis) ma’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ laħam frisk li ġej mill-ħnieżer domestiċi (4) kienet irrevokata bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tirrevoka ċerti Direttivi rigward iġjene ta’ l-ikel u kundizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikunu mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intiżi għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE (5).

(5)

Ġew approvati metodi diversi tal-laboratorju għall-iskoperta tat-Trichinella fil-laħam frisk. Il-metodu bbażat fuq l-użu ta’ oġġett manjetiku li jħawwad għad-diġestjoni tal-kampjuni miġbura flimkien huwa rrikkmandat bħala metodu affidabbli għall-użu ta’ rutina. Għandu jiżdied id-daqs tal-kampjun għall-analiżi parassita jekk il-kampjun ma jistax jinġabar fil-post ta’ predilezzjoni u jekk it-tip jew l-ispeċi ta’ l-annimal qiegħed f’riskju ogħla li jkun infettat. L-eżami trikinoskopiku ma rnexxilux jiskopri l-ispeċi tat-Trichinella mhux inkapsulata li tinfetta annimali domestiċi u tal-boskijiet u bnedmin u m’għadhiex aktar adattata bħala metodu ta’ skoperta għall-użu standard. Il-metodu trikinoskopiku għandu jintuża biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali għall-eżami ta’ numru żgħir ta’ annimali maqtula fil-ġimgħa, sakemm jittieħdu miżuri mill-operatur tan-negozju ta’ l-ikel biex jipproċessa l-laħam b’mod li huwa kompletament sigur għall-konsum. Madankollu, il-metodu għandu jkun mibdul b’metodu ta’ skoperta aktar affidabbli fi żmien perjodu tranżitorju.

Metodi oħrajn, bħalma huma testijiet seroloġiċi, jistgħu jkunu utli għal skopijiet ta’ monitoraġġ ladarba t-testijiet jiġu vvalidati minn laboratorju ta’ referenza tal-Komunità malli tali laboratorju jiġi maħtur mill-Kummissjoni. Testijiet seroloġiċi mhumiex adatti biex jiskopru impestazzjoni tat-Trichinella f’annimali individwali intiżi għall-konsum uman.

(6)

L-iffriżar tal-laħam f’kundizzjonijiet speċifikati jista’ joqtol kwalunkwe parassita preżenti imma ċerti speċi tat-Trichinella li jinsabu fi tjur u żwiemel huma reżistenti meta l-iffriżar iseħħ bit-taħlita rrikkmandata ta’ temperatura u ta’ ħin.

(7)

L-awtorità kompetenti għandha tagħraf uffiċjalment il-farms bħala ħielsa mit-Trichinella, ladarba jkunu sodisfatti kundizzjonijiet speċifiċi. Majjali tat-tismin li ġejjin minn farms bħal dawn għandhom ikunu eżentati mill-ispezzjoni għat-Trichinella. Il-kategoriji tal-farms għandhom ikunu uffiċjalment magħrufa mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mit-Trichinella, sakemm ikunu sodisfatti kundizzjonijiet speċifiċi. Rikonoxximent bħal dan għandu jnaqqas in-numru ta’ spezzjonijiet fuq il-post li jridu jsiru mill-awtorità kompetenti, imma hija possibbli biss fl-Istati Membri bi storja ta’ prevalenza baxxa ħafna tal-marda.

(8)

Il-monitoraġġ regolari ta’ majjali domestiċi, iċ-ċingjali, iż-żwiemel u l-volpi jew annimali indikaturi oħrajn huwa għodda importanti biex jiġu valutati tibdiliet fil-prevalenza tal-mard. Ir-riżultati tat-tali monitoraġġ għandhom ikunu kkomunikati f’rapport annwali skond id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u ta’ l-aġenti żoonotiċi (6).

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma japplikax għat-tjur selvaġġ jew il-laħam tat-tjur selvaġġ li huwa pprovdut direttament lill-konsumatur aħħari jew lill-istabbilimenti tal-ħwienet lokali li jissupplixxu direttament lill-konsumatur aħħari. Għalhekk għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri biex jadottaw miżuri nazzjonali biex inaqqsu r-riskju ta’ l-impestazzjoni tat-Trichinella fil-laħam taċ-ċingjal li jasal għand il-konsumatur aħħari.

(10)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONI ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjoni

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament “Trichinella” tfisser kwalunkwe nematodu mill-ispeċi tal-ġenus Trichinella.

KAPITOLU II

L-OBBLIGI TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI U TA’ L-OPERATURI TAN-NEGOZJU TA’ L-IKEL

Artikolu 2

Kampjunar ta’ karkassi

1.   Karkassi tal-majjal domestiku għandhom jiġu sistematikament ikkampjunati f’biċċeriji bħala parti mill-eżami ta’ wara l-mewt.

Jinġabar kampjun minn kull karkassa u l-kampjun jiġi eżaminat għat-Trichinella, f’laboratorju maħtur mill-awtorità kompetenti, fejn jintuża wieħed mill-metodi ta’ skoperta li ġejjin:

(a)

il-metodu ta’ skoperta ta’ referenza msemmi fil-Kapitolu I ta’ l-Anness I; jew

(b)

metodu ekwivalenti ta’ skoperta msemmi fil-Kapitolu II ta’ l-Anness I.

2.   Waqt l-istennija għar-riżultati ta’ l-eżami tat-Trichinella u sakemm hija ggarantita t-traċċabilità sħiħa mill-operatur tan-negozju ta’ l-ikel.

(a)

Karkassi bħal dawn jistgħu jinqatgħu sa massimu ta’ sitt partijiet f’biċċerija jew f’impjant tal-qtugħ fl-istess bini bħal tal-biċċerija (il-bini).

(b)

B’deroga mis-subparagrafu (a) u wara l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti, karkassi bħal dawn jistgħu jinqatgħu f’impjant tal-qtugħ mgħaqqad ma’ jew separat mill-biċċerija sakemm:

(i)

il-proċedura tkun taħt is-superviżjoni ta’ l-awtorità kompetenti;

(ii)

karkassa jew il-partijiet tagħha ma tkunx iddestinata għal aktar minn impjantwieħed tal-qtugħ;

(iii)

l-impjant tal-qtugħ qiegħed fit-territorju ta’ l-Istat Membru; u

(iv)

f’każ ta’ riżultat pożittiv il-partijiet kollha jkunu ddikjarati bħala mhux tajbin għall-konsum uman.

3.   Karkassi taż-żwiemel, iċ-ċingjal u speċi oħrajn ta’ annimali tar-razzett jew selvaġġi sensittivi għall-impestazzjoni tat-Trichinella ikunu kkampjunati b’mod sistematiku f’biċċeriji jew stabbilimenti li jrawmu t-tjur bħala parti mill-eżami ta’ wara l-mewt.

Kampjunar bħal dan m’għandux isir fejn l-awtorità kompetenti ċċertifikat mill-valutazzjoni tar-riskju li r-riskju ta’ l-impestazzjoni tat-Trichinella ta’ speċi partikolari tar-razzett jew selvaġġ huwa negliġibbli.

Jinġabar kampjun minn kull karkassa u l-kampjun ikun eżaminat skond l-Anness I u III f’laboratorju maħtur mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 3

Derogi

1.   B’deroga mill-Artikolu 2(1), il-laħam mill-majjal domestiku li għadda minn trattament ta’ l-iffriżar skond l-Anness II taħt is-superviżjoni ta’ l-awtorità kompetenti jkun eżentat mill-eżami tat-Trichinella.

2.   B’deroga mill-Artikolu 2(1), karkassi u laħam mill-majjal domestiku miżmum biss għat-tismin u l-qatla jkunu eżentati mill-eżami tat-Trichinella meta l-annimali jiġu minn:

(a)

farm jew kategorija ta’ farms li kienet uffiċjalment magħrufa mill-awtorità kompetenti bħala ħielsa mit-Trichinella skond il-proċedura msemmija fil-Kapitolu II ta’ l-Anness IV;

(b)

reġjun fejn ir-riskju tat-Trichinella f’majjal domestiku huwa uffiċjalment magħruf bħala negliġibbli wara:

(i)

li tkun intbagħtet notifika għal dak il-fatt mill-Istat Membru kkonċernat, flimkien ma’ rapport inizjali li fih l-informazzjoni msemmija fil-Kapitolu II(D) ta’ l-Anness IV, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħrajn; u

(ii)

approvazzjoni tar-reġjun bħala reġjun li jippreżenta riskju negliġibbli tat-Trichinella skond il-proċedura li ġejja:

 

l-Istati Membri l-oħrajn ikollhom tliet xhur minn meta jirċievu n-notifika msemmija fil-punt (i) biex jibagħtu kummenti bil-miktub lill-Kummissjoni. Jekk il-Kummissjoni jew Stat Membru ma jkollux oġġezzjonijiet, ir-reġjun huwa magħruf bħala reġjun li jippreżenta riskju negliġibbli tat-Trichinella u majjal domestiku li jiġi minn dak ir-reġjun ikun eżentat mill-eżami għat-Trichinella fil-ħin tal-qatla;

 

il-Kummissjoni tippubblika l-lista tar-reġjuni magħrufa bħala tali fuq il-websajt tagħha.

3.   Fejn awtorità kompetenti timplimenta d-deroga msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat jissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni li fih l-informazzjoni msemmija fil-Kapitolu II(D) ta’ l-Anness IV skond l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE.

Fejn Stat Membru jonqos milli jissottometti dak ir-rapport annwali jew ir-rapport annwali mhux sodisfaċenti għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, id-deroga għaldaqstant ma tibqax tapplika għal dak l-Istat Membru.

Artikolu 4

L-eżami għat-Trichinella u l-applikazzjoni tat-timbru tas-saħħa

1.   Il-karkassi kif jissemmew fl-Artikolu 2 jew partijiet minnhom, ħlief għal dawk li jissemmew fl-Artikolu 2(2)(b), ma jistgħux jinħarġu mill-bini, qabel ma r-riżultat ta’ l-eżami għat-Trichinella jirriżulta negattiv.

Bl-istess mod, partijiet oħra ta’ annimal intiż għall-konsum uman jew ta’ l-annimali li għandhom tessut tal-muskolu mtarraz ma jistgħux jinħarġu mill-bini qabel ma r-riżultat ta’ l-eżami għat-Trichinella jirriżulta fin-negattiv.

2.   Skart ta’ l-annimali u prodotti sekondarji mill-annimali li mhumiex iniżi għall-konsum uman u li ma fihomx muskolu mtarraz jistgħu jinħarġu mill-bini qabel ma r-riżultati ta’ l-eżami għat-Trichinella jkunu disponibbli.

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista’ titlob eżami għat-Trichinella jew li jsir trattament minn qabel ta’ prodotti sekondarji mill-annimali qabel ma dawn jitħallew joħorġu mill-bini.

3.   Fejn hemm proċedura fil-biċċerija biex tiżgura li ebda parti mill-karkassi eżaminati ma toħroġ mill-bini sakemm ir-riżultat ta’ l-eżami għat-Trichinella jinsab li hu negattiv u l-proċedura hija approvata formalment mill-awtorità kompetenti, it-timbru tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 jista’ jkun applikat qabel ma r-riżultati ta’ l-eżami għat-Trichinella jkunu disponibbli.

Artikolu 5

Taħriġ

L-awtorità kompetenti tiżgura li l-istaff kollu involut fl-eżami tal-kampjuni biex tkun skoperta t-Trichinella jkun imħarreġ sew u jipparteċipa fi:

(a)

programm tal-kontroll tal-kwalità tat-testijiet użati biex tkun skoperta t-Trichinella; u

(b)

valutazzjoni regolari tal-proċeduri ta’ l-ittestjar, l-irrekordjar u l-analiżi użati fil-laboratorju.

Artikolu 6

Metodi ta’ skoperta

1.   Jintużaw il-metodi ta’ skoperta msemmija fil-Kapitoli I u II ta’ l-Anness I għall-eżaminar tal-kampjuni kif imsemmija fl-Artikolu 2:

(a)

fejn dawn jipprovdu bażi ta’ suspett ta’ impestazzjoni tat-Trichinella; jew

(b)

meta l-kampjuni li ġejjin mill-istess farm qabel kienu nsabu pożittivi bl-użu tal-metodu trikinoskopiku msemmi fl-Artikolu 16(1).

2.   Il-kampjuni pożittivi kollha jiġu mgħoddija lil-laboratorju ta’ referenza nazzjonali jew lil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għad-determinazzjoni ta’ l-ispeċi tat-Trichinella involuta.

Artikolu 7

Pjanijiet ta’ kontinġenza

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jippreparaw pjan ta’ kontinġenza sal-31 ta’ Diċembru 2006 li jsemmi kull azzjoni li għandha tittieħed fejn il-kampjuni kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 16 jirriżultaw pożittivi għat-Trichinella. Dak il-pjan għandu jinkludi dettalji li jkopru:

(a)

it-traċċabilità ta’ karkassa(karkassi) impestata u partijiet minnha li tinkludi t-tessut tal-muskolu;

(b)

il-miżuri biex tkun trattata karkassa(karkassi) impestata u partijiet minnha;

(c)

l-investigazzjoni tas-sors ta’ l-impestazzjoni u kull tifrix fost l-annimali selvaġġi;

(d)

kull miżura li għandha tittieħed fil-livell tal-bejjiegħ jew tal-konsumatur;

(e)

il-miżuri li jridu jittieħdu fejn il-karkassa impestata ma tistax tkun identifikata fil-biċċerija;

(f)

id-determinazzjoni ta’ l-ispeċi tat-Trichinella involuta.

Artikolu 8

Għarfien ta’ farms li huma uffiċjalment ħielsa mit-Trichinella

L-awtorità kompetenti tista’ uffiċjalment tagħraf farms jew kategoriji ta’ farms bħala ħielsa mit-Trichinella meta jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ farms, ir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu I u l-Kapitolu II(A), (B) u (D) ta’ l-Anness IV;

(b)

fil-każ ta’ kategoriji ta’ farms, ir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II(C) u (D) ta’ l-Anness IV.

Artikolu 9

L-obbligu ta’ l-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel biex jinformaw

Operaturi tan-negozju ta’ l-ikel ta’ farms magħrufa bħala ħielsa mit-Trichinella għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti b’kull rekwiżit kif imniżżel fil-Kapitolu I u II(B) ta’ l-Anness IV li m’għadux sodisfatt jew b’kull bidla oħra li tista’ taffettwa l-istatus tal-farm bħala ħieles mit-Trichinella.

Artikolu 10

Spezzjoni ta’ farms ħielsa mit-Trichinella

L-awtorità kompetenti tiżgura li jsiru spezzjonijiet perjodikament ta’ farms magħrufa bħala ħielsa mit-Trichinella.

Il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet tkun ibbażata fuq ir-riskju, filwaqt li jkunu kkunsidrati l-istorja u l-prevalenza tal-marda, ir-riżultati preċedenti, l-erja ġeografika, l-annimali selvaġġi sensittivi lokali, il-prattiċi tat-trobbija ta’ l-annimali, is-superviżjoni veterinarja u l-konformità tal-bdiewa.

L-awtorità kompetenti tiżgura li l-majjali u ċ-ċingjal kollha tat-trobbija li ġejjin minn farms ħielsa mit-Trichinella huma eżaminati skond l-Artikolu 2(1).

Artikolu 11

Programmi ta’ monitoraġġ

L-awtorità kompetenti timplimenta programm ta’ monitoraġġ li jkopri l-majjali domestiċi, iż-żwiemel u l-ispeċi ta’ annimali oħrajn sensittivi għat-Trichinella li ġejjin minn farms jew kategoriji ta’ farms magħrufa bħala ħielsa mit-Trichinella jew minn reġjuni fejn ir-riskju tat-Trichinella fil-majjali domestiċi huwa magħruf bħala negliġibbli, sabiex ikun ivverifikat li l-annimali effettivament m’għandhomx it-Trichinella.

Il-frekwenza ta’ l-ittestjar, in-numru ta’ annimali li jridu jiġu ttestjati u l-pjan tal-kampjunar għandhom jitniżżlu fil-programm ta’ monitoraġġ. Għal dak il-għan, għandhom jinġabru kampjuni tal-laħam u jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ parassiti tat-Trichinella skond il-Kapitolu I jew II ta’ l-Anness I.

Il-programm ta’ monitoraġġ jista’ jinkludi metodi seroloġiċi bħala għodda addizzjonali ladarba test xieraq huwa vvalidat mil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità.

Artikolu 12

It-tneħħija ta’ għarfien uffiċjali ta’ farms ħielsa mit-Trichinella jew reġjuni b’riskju negliġibbli

1.   Fejn majjali domestiċi, jew speċi oħrajn ta’ annimali sensittivi għall-impestazzjoni tat-Trichinella, minn farm uffiċjalment magħruf bħala ħieles mit-Trichinella jirriżultaw pożittivi għat-Trichinella, l-awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien:

(a)

tneħħi l-għarfien uffiċjali tal-farm bħala ħieles mit-Trichinella;

(b)

teżamina l-majjali domestiċi kollha fil-ħin tal-qatla skond l-Artikolu 2(1) u tagħmel test seroloġiku fuq l-annimali kollha sensittivi għall-impestazzjoni tat-Trichinella fuq il-farm ladarba test xieraq jiġi vvalidat mil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità;

(c)

tintraċċa u tittestja l-annimali tat-trobbija kollha li waslu fil-farm u, sakemm hu possibbli, dawk kollha li telqu mill-farm f’mill-anqas is-sitt xhur ta’ qabel ma nstab ir-riżultat pożittiv; għal dak il-għan, għandhom jinġabru kampjuni tal-laħam u jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ parassiti tat-Trichinella bl-użu tal-metodi ta’ skoperta fil-Kapitoli I u II ta’ l-Anness I; jista’ jintuża test seroloġiku ladarba test xieraq huwa vvalidat mil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità;

(d)

sakemm huwa possibbli, tinvestiga l-firxa ta’ l-impestazzjoni tal-parassita minħabba d-distribuzzjoni ta’ laħam minn majjali domestiċi maqtula fil-perjodu ta’ qabel is-sejba pożittiva;

(e)

tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn;

(f)

tibda investigazzjoni epidemjoloġika biex tiċċara l-kawża ta’ l-impestazzjoni;

(g)

iżżid il-frekwenza ta’ l-ittestjar taħt, u l-ambitu tal-programm ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 11;

(h)

tieħu miżuri xierqa fejn karkassa impestata ma tistax tiġi identifikata fil-biċċerija, inkluż:

(i)

iżżid id-daqs ta’ kull kampjun tal-laħam miġbur għall-ittestjar tal-karkassi suspettati; jew

(ii)

tiddikjara li l-karkassi mhumiex tajbin għall-konsum uman; u

(iii)

tieħu l-miżuri xierqa għar-rimi ta’ karkassi suspettati jew partijiet minnhom u dawk li jirriżultaw pożittivi.

2.   L-awtorità kompetenti tneħħi l-għarfien uffiċjali tal-farms jew kategoriji tal-farms bħala ħielsa mit-Trichinella fejn:

(i)

kwalunkwe mir-rekwiżiti mniżżla fil-Kapitolu I jew II ta’ l-Anness IV m’għadux jiġi sodisfatt;

(ii)

riżultati seroloġiċi jew riżultati tal-laboratorju wara l-ikkampjunar ta’ majjali maqtula juru li l-farm jew il-kategorija tal-farms ma tistax tkun ikkunsidrata aktar bħala ħielsa mit-Trichinella.

3.   Meta informazzjoni mill-programm ta’ monitoraġġ jew il-programm ta’ monitoraġġ ta’ l-annimali selvaġġi juri li reġjun ma jistax jibqa’ jkun ikkunsidrat bħala reġjun fejn ir-riskju tat-Trichinella f’majjali domestiċi huwa magħruf bħala negliġibbli, il-Kummissjoni għandha tirtira r-reġjun mil-lista u tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn.

4.   Wara tneħħija ta’ l-għarfien, il-farms jistgħu jkunu magħrufa mill-ġdid bħala uffiċjalment ħielsa mit-Trichinella ladarba l-problemi identifikati jiġu solvuti u r-rekwiżiti mniżżla fil-Kapitolu II(A) ta’ l-Anness IV jintlaħqu għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti.

KAPITOLU III

IMPORTAZZJONIJIET

Artikolu 13

Rekwiżiti tas-saħħa għall-importazzjoni

Il-laħam ta’ speċi ta’ annimali li jistgħu jġorru t-Trichinella, li fih muskoli mtarrza u li ġejjin minn pajjiż terz jista’ jkun importat biss fil-Komunità jekk dan ġie eżaminat għat-Trichinella f’dak il-pajjiż terz qabel l-esportazzjoni.

It-tali eżami għandu jsir skond l-Artikolu 2 fuq il-karkassa sħiħa jew, f’nuqqas ta’ dan, fuq kull nofs karkassa, kwart, parti jew qatgħa minnha.

Artikolu 14

Derogi mill-Artikolu 13

1.   Il-laħam ta’ majjali domestiċi jista’ jkun importat mingħajr ma jkun għadda mill-eżami msemmi fl-Artikolu 13, sakemm dan ikun ġej minn farm f’pajjiż terz li kien magħruf mill-Komunità bħala uffiċjalment ħieles mit-Trichinella skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 fuq il-bażi ta’ talba mill-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż, akkumpanjat minn rapport lill-Kummissjoni li jipprovdi prova li r-rekwiżiti msemmija fil-Kapitolu I ta’ l-Anness IV huma sodisfatti.

2.   Il-laħam ta’ majjali domestiċi jista’ jkun importat mingħajr ma jgħaddi mill-eżami msemmi fl-Artikolu 13, sakemm dan ikun għadda minn trattament ta’ l-iffriżar skond l-Anness II li jkun sar taħt is-superviżjoni ta’ l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz.

Artikolu 15

Dokumentazzjoni

Iċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-importazzjonijiet tal-laħam kif imsemmi fl-Artikolu 13 għandu jkun endorsjat bi stqarrija minn veterinarju uffiċjali għall-fatt li:

(a)

il-laħam kien eżaminat fil-pajjiż terz ta’ l-oriġini skond l-Artikolu 13; jew

(b)

il-laħam jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14(1) jew (2).

Dak id-dokument jakkumpanja l-laħam fil-kopja oriġinali sakemm ma tingħatax eżenzjoni skond l-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   L-Istat Membru jista’ jippermetti l-metodu trikinoskopiku msemmi fil-Kapitolu III ta’ l-Anness I għall-majjali domestiċi u ċ-ċingjal f’każijiet eċċezzjonali sal-31 ta’ Diċembru 2009, fejn:

(a)

huwa meħtieġ li karkassi waħedhom kif imsemmija fl-Artikolu 2 ikunu eżaminati individwalment fi stabbiliment li ma joqtolx aktar minn 15-il majjal domestiku kuljum jew 75 majjal domestiku fil-ġimgħa jew jipprepara li jqiegħed fis-suq aktar minn 10 ċingjali kuljum; u

(b)

mhumiex disponibbli l-metodi ta’ skoperta msemmija fil-Kapitoli I u II ta’ l-Anness I.

2.   Fejn jintuża l-metodu trikinoskopiku, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li:

(a)

il-laħam huwa mmarkat b’timbru tas-saħħa li hu b’mod ċar differenti mit-timbru tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, u l-laħam huwa fornit direttament lill-konsumatur aħħari jew lill-istabbilimenti tal-bejgħ li jissupplixxu direttament lill-konsumatur aħħari; u

(b)

il-laħam mhux użat għall-produzzjoni ta’ prodotti fejn il-proċess ta’ produzzjoni ma joqtolx it-Trichinella.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206, ikkorreġut mill-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, ikkorreġut mill-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

(3)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1, ikkorreġut mill-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 26, 31.1.1977, p. 67.

(5)  ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33, ikkorreġuta mill-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12.

(6)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.


ANNESS I

Metodi ta’ skoperta

KAPITOLU I

IL-METODU TA’ SKOPERTA TA’ REFERENZA

Il-metodu bbażat fuq l-użu ta’ oġġett manjetiku li jħawwad għad-diġestjoni tal-kampjuni miġbura flimkien

1.   Apparat u reaġenti

(a)

Sikkina jew imqass u pinzetta għat-tqattigħ tal-kampjuni

(b)

Trejs immarkati f’50 kaxxa, fejn kull waħda minnhom tista’ żżomm kampjuni ta’ madwar 2 g laħam, jew għodod oħrajn li jagħtu garanziji ekwivalenti fir-rigward tat-traċċabilità tal-kampjuni

(c)

Blender b’xafra bix-xifer jaqta’ li tqatta’. Fejn il-kampjuni huma akbar minn 3 g, għandha tintuża magna ta’ l-ikkapuljat tal-laħam b’fetħiet minn 2 sa 4 mm jew imqass. Fil-każ ta’ laħam jew ilsien iffriżat (wara t-tneħħija tas-saff ta’ fuq, li ma jistax jiġi diġerit), hija neċessarja magna ta’ l-ikkapuljat tal-laħam u d-daqs tal-kampjun jeħtieġ li jiżdied b’mod konsiderevoli

(d)

Oġġetti manjetiċi li jħawwdu bi platt tat-tisħin ikkontrollat termostatikament u vireg li jħawwdu miksija bit-teflon ta’ madwar 5 ċentimetri fit-tul

(e)

Lembutijiet ta’ separazzjoni tal-ħġieġ f’għamla konikali, ta’ kapaċità ta’ mill-anqas 2 litri, preferibbilment li jkollhom tappieri tas-sigurtà tat-teflon

(f)

Stands, ċrieki u klampijiet

(g)

Passaturi, b’daqs tax-xibka 180 mikron, b’dijametru estern ta’ 11-il ċentimetru, b’xibka ta’ l-azzar li ma tissaddadx

(h)

Lembutijiet, b’dijametru intern ta’ mhux anqas minn 12-il ċentimetru, biex jirfdu l-passaturi

(i)

Tazzi tal-ħġieġ biż-żennuna, b’kapaċità ta’ 3 litri

(j)

Ċilindri tal-ħġieġ immarkati bil-kejl, b’kapaċità ta’ 50 sa 100 ml, jew tubi ċentrifugi

(k)

Trikinoskopju b’mejda orizzontali jew stereomikroskopju, ma’ sors ta’ dawl li jiġi minn taħt b’intensità li tista’ tiġi aġġustata

(l)

Numru ta’ dixxijiet żgħar mgħottija b’dijametru ta’ 9 ċentimetri (għall-użu ma’ stereomikroskopju), immarkati min-naħa ta’ taħt f’żoni għall-eżami ta’ 10 × 10 mm kwadri bl-użu ta’ strument bil-ponta

(m)

Friskatur għall-għadd tal-larva (jintuża mat-trikinoskopju), magħmul minn platti ta’ l-akriliku ta’ ħxuna ta’ 3 mm kif ġej:

(i)

il-qiegħ tal-friskatur ikun 180 × 40 mm, immarkat f’kaxxi,

(ii)

il-ġnub ikunu 230 × 20 mm,

(iii)

it-tarf ikun 40 × 20 mm. Il-qiegħ u t-truf għandhom jiddaħħlu bejn il-ġnub, biex jifformaw żewġ manki żgħar fit-truf. Il-parti ta’ fuq tal-qiegħ għandha tittella’ bejn 7 sa 9 mm mill-bażi tal-qafas ifformat mill-ġnub u t-trufijiet. Il-komponenti għandhom jitwaħħlu flimkien b’kolla adatta għall-materjal

(n)

Fojl ta’ l-aluminju

(o)

25 % ta’ aċidu idrokloriku

(p)

Pepsina, qawwa: 1: 10 000 NF (US National Formulary) li tikkorrispondi għal 1: 12 500 BP (British Pharmacopoea) u ta’ 2 000 FIP (Fédération internationale de pharmacie)

(q)

Ilma tal-vit imsaħħan għal 46 sa 48 °C

(r)

Miżien preċiż għal mill-anqas 0,1 g

(s)

Trejs tal-metall, b’kapaċità ta’ 10 sa 15-il litru, biex jinġabar is-sugu diġestiv li jibqa’

(t)

Pipetti ta’ daqsijiet differenti (1, 10 u 25 ml) u portapipetti

(u)

Termometru preċiż sa 0,5 °C fl-iskala minn 1 sa 100 °C

(v)

Sifun għall-ilma tal-vit.

2.   Il-ġabra ta’ kampjuni u l-kwantità li trid tiġi ddiġerita

(a)

Fil-każ ta’ karkassi sħaħ ta’ majjal domestiku, għandu jittieħed kampjun li jiżen mill-anqas 1 gramm mill-kolonna tad-dijaframma fit-tranżizzjoni għall-parti immuskulata. Jistgħu jintużaw forċipi speċjali tat-trichinae sakemm preċiżjoni ta’ bejn 1,00 u 1,15 g tista’ tkun iggarantita.

Fil-każ ta’ majjali u ċingjal tat-trobbija, għandu jittieħed kampjun akbar li jiżen mill-anqas 2 g mill-kolonna tad-dijaframma fit-tranżizzjoni għall-parti mmuskulata.

Fin-nuqqas ta’ kolonni tad-dijaframma, għandhom jittieħdu kampjuni ta’ daqs doppju ta’ 2 g (jew 4 g fil-każ ta’ majjali u ċingjal tat-trobbija) mill-parti tal-kustilji jew mill-parti ta’ l-għadma tas-sider tad-dijaframma, jew mill-muskolu tax-xedaq, l-ilsien jew il-muskoli taż-żaqq.

(b)

Għall-biċċiet tal-laħam, għandu jittieħed kampjun li jiżen mill-anqas 5 g ta’ muskolu mtarraz, li fih ftit xaħam, meta possibli minn qrib l-għadam jew l-għeruq. Għandu jinġabar kampjun ta’ l-istess daqs mil-laħam li mhux intiż biex jissajjar kompletament jew għal tipi oħrajn ta’ pproċessar wara l-qatla.

(c)

Għal kampjuni ffriżati, għandu jittieħed għall-analiżi kampjun li jiżen mill-anqas 5 g ta’ tessut tal-muskolu mtarraz.

Il-piż tal-kampjuni tal-laħam huwa relatat ma’ kampjun tal-laħam li ma fihx xaħam u faxxa. Għandha tingħata attenzjoni speċjali meta jinġabru kampjuni tal-muskoli mill-ilsien sabiex tiġi evitata kontaminazzjoni mas-saff ta’ fuq ta’ l-ilsien, li ma jistax ikun iddiġerit u jista’ jimpedixxi l-qari tas-sediment.

3.   Il-proċedura

I.   Gruppi sħaħ (100 g ta’ kampjuni kull darba)

(a)

jinżied 16 ± 0,5 ml ta’ aċidu idrokloriku ma’ tazza biż-żennuna ta’ 3 litri li fiha 2,0 litri ta’ ilma tal-vit, imsaħħan minn qabel għal 46 sa 48 °C; titpoġġa virga li tħawwad fit-tazza biż-żennuna, it-tazza biż-żennuna titpoġġa fuq il-platt imsaħħan minn qabel u jibda t-tħawwid.

(b)

jinżied 10 ± 0,2 g ta’ pepsina.

(c)

jitqattgħu fil-blender 100 g ta’ kampjuni miġbura skond il-punt 2.

(d)

Il-laħam imqatta’ huwa ttrasferit f’tazza biż-żennuna ta’ 3 litri li fiha l-ilma, il-pepsina u l-aċidu idrokloriku.

(e)

Il-parti li tqatta’ tal-blender hija mgħarrqa b’mod ripetut fil-likwidu tad-diġestjoni fit-tazza biż-żennuna u l-bieqja tal-blender titlaħlaħ bi kwantità żgħira ta’ likwidu tad-diġestjoni biex jitneħħa xi laħam li jkun għadu mwaħħal.

(f)

It-tazza biż-żennuna hija mgħottija b’fojl ta’ l-aluminju.

(g)

L-oġġett manjetiku li jħawwad għandu jkun aġġustat sabiex dan iżomm temperatura kostanti ta’ 44 sa 46 °C matul l-operazzjoni. Waqt it-tħawwid, il-likwidu tad-diġestjoni għandu jdur b’veloċità qawwija biżżejjed biex joħloq tidwira fonda mingħajr titjir.

(h)

Il-likwidu tad-diġestjoni jitħawwad sakemm il-partiċelli tal-laħam jisparixxu (bejn wieħed u ieħor 30 minuta). L-oġġett li jħawwad imbagħad jintefa u l-likwidu tad-diġestjoni jitferra’ minn ġol-passatur fil-lembut tas-sedimentazzjoni. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ ħinijiet itwal ta’ diġestjoni (li ma jaqbżux 60 minuta) fl-ipproċessar ta’ ċerti tipi ta’ laħam (ilsien, laħam tat-tjur, eċċ.).

(i)

Il-proċess tad-diġestjoni huwa kkunsidrat sodisfaċenti jekk mhux aktar minn 5 % tal-piż tal-kampjun tal-bidu jibqa’ fil-passatur.

(j)

Il-likwidu tad-diġestjoni jitħalla joqgħod fil-lembut għal 30 minuta.

(k)

Wara 30 minuta, jitferra’ malajr kampjun ta’ 40 ml tal-likwidu tad-diġestjoni għal ġoċ-ċilindru bil-marka tal-kejl jew it-tubu taċ-ċentrifuga.

(l)

Il-likwidi tad-diġestjoni jew likwidi oħrajn żejda jinżammu fi trej sakemm il-qari tar-riżultati huwa komplut.

(m)

Il-kampjun ta’ 40 ml għandu jitħalla joqgħod għal 10 minuti. Imbagħad b’attenzjoni jitneħħew bl-irdigħ 30 ml ta’ sustanza li tgħum fil-wiċċ ta’ likwidu biex jitneħħew is-saffi tal-wiċċ u jitħalla volum ta’ mhux iżjed minn 10 ml.

(n)

L-10 ml tal-kampjun tas-sediment li jibqgħu jitferrgħu fi friskatur għall-għadd tal-larva jew dixx żgħir mgħotti.

(o)

Iċ-ċilindru jew it-tubu taċ-ċentrifuga jitlaħlaħ b’mhux iżjed minn 10 ml ta’ ilma tal-vit, li għandu jiżdied mal-kampjun fil-friskatur għall-għadd tal-larva jew id-dixx żgħir mgħotti. Sussegwentement, il-kampjun huwa eżaminat bi trikinoskopju jew stereomikroskopju b’ingrandiment ta’ 15 sa 20 darba. Hija permessa l-viżwalizzazzjoni b’tekniki oħrajn, sakemm jintwera eżami ta’ kampjuni ta’ kontroll pożittiv li jagħtu riżultat ugwali jew aħjar minn metodi tradizzjonali ta’ viżwalizzazzjoni. Fil-każijiet kollha ta’ żoni suspettużi jew forom bħal parassita, għandhom jintużaw ingrandimenti ogħla ta’ 60 sa 100 darba.

(p)

Id-diġerir għandhom jiġu eżaminati malli jitlestew. L-eżami m’għandux ikun pospost għall-għada taħt ebda ċirkostanza.

Fejn id-diġerir mhumiex eżaminati fi żmien 30 minuta mill-preparazzjoni, dawn għandhom jiġu ċċarati kif ġej. Il-kampjun finali ta’ madwar 40 ml jitferra’ f’ċilindru bil-kejl u jitħalla joqgħod għal 10 minuti. Imbagħad jitneħħew 30 ml tal-likwidu tas-sustanza li tgħum fil-wiċċ tal-likwidu, filwaqt li jitħalla volum ta’ 10 ml. Dan il-volum huwa magħmul minn 40 ml ta’ ilma tal-vit. Wara 10 minuti oħra biex joqgħod, jitneħħew 30 ml tal-likwidu tas-sustanza li tgħum fil-wiċċ bl-irdigħ, filwaqt li jitħalla volum ta’ mhux aktar minn 10 ml għall-eżami f’dixx żgħir mgħotti jew friskatur għall-għadd tal-larva. Iċ-ċilindru bil-kejl jinħasel b’mhux aktar minn 10 ml ta’ ilma tal-vit u dawn il-ħasliet huma miżjuda mal-kampjun fid-dixx żgħir mgħotti jew fil-friskatur għall-għadd tal-larva għall-eżami.

Jekk fl-eżami jinsab li s-sediment mhux ċar, il-kampjun jitferra’ f’ċilindru bil-kejl u jiżdied għal 40 ml bl-ilma tal-vit u mbagħad tiġi segwita l-proċedura ta’ hawn fuq. Il-proċedura tista’ tiġi ripetuta minn darbtejn sa 4 darbiet sakemm il-likwidu huwa ċar biżżejjed għal qari affidabbli.

II.   Gruppi ta’ anqas minn 100 g

Fejn hemm bżonn, jistgħu jiżdiedu sa 15-il g ma’ grupp totali ta’ 100 g u jiġu eżaminati flimkien ma’ dawn il-kampjuni skond il-punt 3(I). Aktar minn 15-il g għandhom jiġu eżaminati bħala grupp sħiħ. Għall-gruppi sa 50 g, il-likwidu tad-diġestjoni u l-ingredjenti jistgħu jitnaqqsu għal litru wieħed ta’ ilma, 8 ml ta’ aċidu idrokloriku u 5 g ta’ pepsina.

III.   Riżultati pożittivi jew dubjużi

Fejn eżami ta’ kampjun kollettiv jipproduċi riżultat pożittiv jew dubjuż, jittieħed kampjun ulterjuri ta’ 20 g minn kull majjal skond il-punt 2(a). Il-kampjuni ta’ 20 g minn ħames majjali jitqiegħdu fi grupp u jiġu eżaminati bl-użu tal-metodu spjegat hawn fuq. B’dan il-mod kampjuni minn 20 grupp ta’ ħames majjali jkunu eżaminati.

Meta t-Trichinella hija skoperta f’kampjun ta’ grupp minn ħames majjali, jinġabru kampjuni ulterjuri ta’ 20 g mill-majjali individwali fil-grupp u kull wieħed huwa eżaminat separatament bl-użu tal-metodu spjegat hawn fuq.

Kampjuni parassiti għandhom jinżammu f’90 % ta’ alkoħol etiliku għall-konservazzjoni u l-identifikazzjoni fil-livell ta’ l-ispeċi fil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità jew nazzjonali.

Wara kollezzjoni parassita, il-likwidi pożittivi (sugi tad-diġestjoni, likwidu tas-sustanza li tgħum fil-wiċċ, ħasil, eċċ.) għandhom ikunu ddekontaminati bit-tisħin sa mill-anqas 60 °C.

KAPITOLU II

METODI EKWIVALENTI

A.   Il-metodu tad-diġestjoni ta’ gruppi ta’ kampjuni b’għajnuna mekkanika/teknika tas-sedimentazzjoni

1.   Apparat u reaġenti

(a)

Sikkina jew imqass għat-tqattigħ tal-kampjuni

(b)

Trejs immarkati b’50 kaxxa, kull waħda minnhom tesa’ kampjuni ta’ madwar 2 g ta’ laħam, jew għodod oħra li jagħtu garanziji ekwivalenti fir-rigward tat-traċċabilità tal-kampjuni

(c)

Magna tal-kapuljat tal-laħam jew blender ta’ l-elettriku

(d)

Stomacher lab-blender 3 500 thermo model

(e)

Boroż tal-plastik adatti għall-istomacher lab-blender

(f)

Lembutijiet ta’ separazzjoni b’forma konika, b’kapaċità ta’ 2 litri, li huma preferibbilment imwaħħla b’tappieri tas-sigurtà tat-teflon

(g)

Stands, ċrieki u klampijiet

(h)

Passaturi, bid-daqs tax-xibka 180 mikron, b’dijametru estern ta’ 11-il ċm, b’xibka ta’ l-azzar li ma jissaddadx jew tar-ram isfar

(i)

Lembutijiet, bid-dijametru intern ta’ mhux anqas minn 12-il ċm, biex jirfed il-passaturi

(j)

Ċilindri tal-ħġieġ immarkati bil-kejl ta’ 100 ml

(k)

Termometru preċiż sa 0,5 °C fl-iskala minn 1 sa 100 °C

(l)

Vibratur, pereżempju makkinetta tal-leħja elettrika bir-ras imneħħija

(m)

Apparat ta’ trażmissjoni li jixgħel u jitfi f’intervalli ta’ minuta

(n)

Trikonoskopju b’mejda orizzontali jew stereomikroskopju, b’sors ta’ dawl minn taħt b’intensità li tista’ tiġi aġġustata

(o)

Friskatur għall-għadd tal-larva u numru ta’ dixxijiet żgħar mgħottija b’dijametru ta’ 9 ċm bħal fil-Kapitolu I(1)(l) u (m)

(p)

17,5 % ta’ aċidu idrokloriku

(q)

Pepsina, qawwa ta’ 1: 10 000 NF (US National Formulary) li tikkorrispondi għal 1: 12 500 BP (British Pharmacopoeia) u 2 000 FIP (Fédération internationale de pharmacie),

(r)

Numru ta’ kontenituri ta’ 10 litri li għandhom jintużaw għad-dekontaminazzjoni ta’ l-apparat, pereżempju bil-formol, u għas-sugu tad-diġestjoni li jibqa’ meta l-kampjuni jirriżultaw pożittivi

(s)

Miżien preċiż sa 0,1 g.

2.   Il-ġbir ta’ kampjuni u l-kwantità li trid tiġi ddiġerita

Kif stipulat fil-Kapitolu I(2).

3.   Il-proċedura

I.   Tħin

Jekk il-kampjuni tal-laħam jintaħnu minn qabel f’magna ta’ l-ikkapuljat, dan itejjeb il-kwalità tad-diġestjoni. Jekk jintuża blender ta’ l-elettriku, il-blender għandu jitħaddem tlieta jew erba’ darbiet għal madwar sekonda kull darba.

II.   Il-proċedura tad-diġestjoni

Din il-proċedura tista’ tinvolvi gruppi sħaħ (100 g ta’ kampjuni kull darba) jew gruppi ta’ anqas minn 100 g.

(a)

Gruppi sħaħ (100 kampjun kull darba)

(i)

L-istomacher lab-blender 3 500 huwa ffittjat b’borża tal-plastik doppja u l-kontroll tat-temperatura ssettjata għal 40 sa 41 °C.

(ii)

Jitferra’ litru u nofs ta’ ilma msaħħan minn qabel għal 40 sa 41 °C fil-borża tal-plastik interna.

(iii)

Jiżdied 25 ml ta’ 17,5 % ta’ aċidu idrokloriku ma’ l-ilma fl-istomacher.

(iv)

Jiżdiedu 100 kampjun li jiżnu madwar 1 g kull wieħed (bejn 25 sa 30 °C) meħuda minn kull kampjun individwali skond il-punt 2.

(v)

Fl-aħħar, jiżdiedu 6 g pepsina. L-ordni għandha tkun segwita b’mod strett biex tkun evitata d-dekompożizzjoni tal-pepsina.

(vi)

L-istomacher jitħalla jolqot bil-qawwi l-kontenut tal-borża għal 25 minuta.

(vii)

Il-borża tal-plastik titneħħa mill-istomacher u l-likwidu tad-diġestjoni huwa ffiltrat mill-passatur għal ġo tazza biż-żennuna ta’ 3 litri.

(viii)

Il-borża tal-plastik tinħasel b’madwar 100 ml ta’ ilma, li mbagħad jintuża biex jitlaħlaħ il-passatur u fl-aħħar jiżdied mal-filtrat fit-tazza biż-żennuna.

(ix)

Jistgħu jiżdiedu sa 15-il kampjun individwali għal grupp totali ta’ 100 kampjun u jiġu eżaminati flimkien ma’ dawn il-kampjuni.

(b)

Gruppi iżgħar (anqas minn 100 kampjun)

(i)

L-istomacher lab-blender 3 500 fih borża tal-plastik doppja u l-kontroll tat-temperatura ssettjat minn 40 sa 41 °C.

(ii)

Jitħejja likwidu tad-diġestjoni billi jitħallat madwar litru u nofs ta’ ilma u 25 ml ta’ 17,5 % ta’ aċidu idrokloriku. Jiżdiedu 6 g ta’ pepsina u kollox jitħallat f’temperatura minn 40 sa 41 °C. Din l-ordni għandha tkun segwita b’mod strett biex tkun evitata d-dekompożizzjoni tal-pepsina.

(iii)

Mil-likwidu tad-diġestjoni, jitkejjel volum li jikkorrispondi għal 15 ml kull g tal-kampjun (pereżempju għal 30 kampjun il-volum meħtieġ huwa 30 × 15 ml = 450 ml) u jiġi ttrasferit fil-parti interna taż-żewġ boroż tal-plastik, flimkien ma’ kampjuni tal-laħam li jiżnu madwar 1 g (minn 25 sa 30 °C) meħuda minn kull kampjun individwali skond il-punt 2.

(iv)

Jitferra’ ilma b’temperatura ta’ madwar 41 °C fil-borża ta’ barra biex jagħmel volum totali fiż-żewġ boroż ta’ litru u nofs. L-istomacher imbagħad jitħalla jolqot bil-qawwa l-kontenut tal-borża għal 25 minuta.

(v)

Il-borża tal-plastik titneħħa mill-istomacher u l-likwidu tad-diġestjoni huwa ffiltrat mill-passatur għal ġo tazza biż-żennuna ta’ 3 litri.

(vi)

Il-borża tal-plastik tinħasel b’madwar 100 ml ta’ ilma (minn 25 sa 30 °C), li mbagħad jintuża biex jitlaħlaħ il-passatur u fl-aħħar jiżdied mal-filtrat fit-tazza biż-żennuna.

III.   L-irkuprar ta’ larva bis-sedimentazzjoni

Jiżdied silġ (300 sa 400 g ta’ trofof tas-silġ, silġ bil-qoxra jew silġ imfarrak) mal-likwidu tad-diġestjoni biex il-volum tiegħu jitla’ għal madwar 2 litri. Il-likwidu tad-diġestjoni mbagħad jitħawwad sakemm jinħall is-silġ. Fil-każ ta’ gruppi iżgħar (ara II(b)), l-ammont tas-silġ għandu jitnaqqas b’mod korrispondenti.

Il-likwidu ta’ diġestjoni mkessaħ huwa ttrasferit f’lembut ta’ separazzjoni ta’ 2 litri, mgħammar b’vibratur bi klamp żejjed.

Is-sedimentazzjoni titħalla tkompli għal 30 minuta, matul liema ħin il-lembut tas-sedimentazzjoni huwa vvibrat b’mod intermittenti, jiġifieri vibrazzjoni ta’ minuta segwita minn pawża ta’ minuta.

Wara 30 minuta, jitferra’ malajr kampjun ta’ 60 ml tas-sediment f’ċilindru bil-kejl ta’ 100 ml (il-lembut jitlaħlaħ b’diterġent wara li jintuża).

Il-kampjun ta’ 60 ml jitħalla joqgħod għal mill-anqas 10 minuti, wara liema ħin is-sustanza li tgħum fil-wiċċ tal-likwidu titneħħa bl-irdigħ biex tħalli volum ta’ 15-il ml, biex ikun eżaminat għall-preżenza ta’ larva.

Għall-irdigħ, tista’ tintuża siringa li tista’ tintrema, mgħammra b’tubu tal-plastik. It-tul tat-tubu għandu jkun tali li jibqgħu 15-il ml fiċ-ċilindru bil-kejl meta l-flanġi tas-siringa jistrieħu fuq ix-xifer taċ-ċilindru.

Il-15 ml li jibqgħu jitferrgħu fi friskatur għall-għadd tal-larva jew żewġ dixxijiet żgħar mgħottija u jiġu eżaminati bl-użu ta’ trikinoskopju jew stereomikroskopju.

Iċ-ċilindru bil-kejl jinħasel b’5 sa 10 ml ta’ ilma tal-vit u l-ħasliet jiżdiedu mal-kampjun.

Id-diġerar għandu jkun eżaminat malli jkun lest. L-eżami m’għandux ikun pospost għall-għada taħt ebda ċirkostanza.

Fejn id-diġerar mhuwiex ċar jew mhuwiex eżaminat fi żmien 30 minuta mill-preparazzjoni tiegħu, dan għandu jkun iċċarat hekk kif ġej:

il-kampjun finali ta’ 60 ml jitferra’ f’ċilindru bil-kejl u jitħalla joqgħod għal 10 minuti; imbagħad jitneħħew bl-irdigħ 45 ml ta’ sustanza li tgħum fil-wiċċ tal-likwidu u l-15-il ml li jiżdiedu għal 45 ml bl-ilma tal-vit,

wara 10 minuti oħra biex joqgħod, jitneħħew bl-irdigħ 30 ml tas-sustanza li tgħum fil-wiċċ tal-likwidu u l-15-il ml li jibqgħu jitferrgħu f’dixx żgħir mgħotti jew friskatur għall-għadd tal-larva għall-eżami,

iċ-ċilindru bil-kejl jinħasel b’10 ml ta’ ilma tal-vit u dawn il-ħasliet jiżdiedu mal-kampjun fid-dixx żgħir mgħotti jew il-friskatur għall-għadd tal-larva għall-eżami.

IV.   Riżultati pożittivi jew dubjużi

Fejn ir-riżultat huwa pożittiv jew inċert, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu I(3)(III).

B.   Il-metodu tad-diġestjoni ta’ gruppi ta’ kampjuni b’għajnuna mekkanika/it-teknika ta’ “iżolazzjoni bil-filter”

1.   Apparat u reaġenti

Kif stipulat fil-Kapitolu II(A)(1).

Tagħmir addizzjonali:

(a)

lembut tal-Gelman tal-litru, komplut bil-portafiltru (dijametru ta’ 45 mm);

(b)

diski tal-filter, li jikkonsistu f’xibka ċirkolari ta’ l-azzar li ma jissaddadx b’fetħa ta’ 35 mikron (dijametru tad-diska: 45 mm), żewġ ċrieki tal-lasktu ta’ 1 mm ħxuna (dijametru estern: 45 mm; dijametru intern: 38 mm), fejn ix-xibka ċirkolari titpoġġa bejn iż-żewġ ċrieki tal-lasktu u titwaħħal magħhom bl-użu ta’ kolla ta’ żewġ komponenti adatta għaż-żewġ materjali;

(c)

flixkun ta’ l-Erlenmeyer, li jesa’ 3 litri, li għandu miegħu tubu fil-ġenb għall-irdigħ;

(d)

pompa tal-filtru;

(e)

boroż tal-plastik, li jesgħu mill-anqas 80 ml;

(f)

tagħmir biex jissiġillaw dawn il-boroż tal-plastik;

(g)

rennilase, qawwa 1: 150 000 soxhlet units kull g.

2.   Il-ġbir ta’ kampjuni

Kif stipulat fil-Kapitolu I(2).

3.   Il-proċedura

I.   Tħin

Jekk il-kampjuni tal-laħam jintaħnu minn qabel f’magna ta’ l-ikkapuljat, dan itejjeb il-kwalità tad-diġestjoni. Jekk jintuża blender ta’ l-elettriku, il-blender għandu jitħaddem tlieta sa erba’ darbiet għal madwar sekonda kull darba.

II.   Il-proċedura tad-diġestjoni

Din il-proċedura tista’ tinvolvi gruppi sħaħ (100 g ta’ kampjuni kull darba) jew gruppi ta’ anqas minn 100 g.

(a)

Gruppi sħaħ (100 kampjun kull darba)

Ara l-Kapitolu II(A)(3)(II)(a).

(b)

Gruppi iżgħar (anqas minn 100 kampjun)

Ara l-Kapitolu II(A)(3)(II)(b).

III.   L-irkuprar ta’ larva permezz tal-filtrazzjoni

(a)

Jiżdied silġ (300 sa 400 g ta’ troffi ta’ silġ, silġ bil-qoxra jew silġ imfarrak) mal-likwidu tad-diġestjoni biex il-volum jitla’ għal madwar 2 litri. F’każ ta’ gruppi iżgħar, l-ammont tas-silġ għandu jitnaqqas b’mod korrispondenti.

(b)

Il-likwidu tad-diġestjoni jitħawwad sakemm is-silġ jinħall. Il-likwidu tad-diġestjoni mkessaħ jitħalla għal mill-anqas tliet minuti biex iħalli l-larva titkebbeb.

(c)

Il-lembut tal-Gelman, imwaħħal b’portafiltru u diska tal-filtru, jiġi mmontat fuq flixkun ta’ l-Erlenmeyer imqabbad ma’ pompa tal-filtru.

(d)

Il-likwidu tad-diġestjoni jitferra’ fil-lembut tal-Gelman u jiġi ffiltrat. Lejn it-tmiem tal-filtrazzjoni, il-likwidu tad-diġestjoni jiġi megħjun biex jgħaddi mill-filtru bl-irdigħ mal-pompa tal-filtru. L-irdigħ għandu jieqaf qabel ma’ l-filtru jinxef, jiġifieri meta jkun baqa’ bejn 2 sa 5 ml ta’ likwidu fil-lembut.

(e)

Ladarba l-likwidu tad-diġestjoni ġie ffiltrat, id-diska tal-filtru titneħħa u titpoġġa f’borża tal-plastik li tesa’ 80 ml, flimkien ma’ 15 sa 20 ml ta’ soluzzjoni tar-rennilase. Is-soluzzjoni tar-rennilase issir billi jiżdiedu 2 g ta’ rennilase ma’ 100 ml ta’ ilma tal-vit.

(f)

Il-borża tal-plastik hija ssiġillata darbtejn u titpoġġa bejn il-borża interna u esterna fl-istomacher.

(g)

L-istomacher jitħalla jolqot bil-qawwa għal tliet minuti, pereżempju, waqt li qiegħed jaħdem fuq grupp komplut jew mhux komplut.

(h)

Wara tliet minuti, il-borża tal-plastik, kompluta bid-diska tal-filtru u s-soluzzjoni tar-rennilase, titneħħa mill-istomacher u tinfetaħ bi mqass. Il-kontenut likwidu jitferra’ fi friskatur għall-għadd tal-larva jew dixx żgħir mgħotti. Il-borża tinħasel b’5 sa 10 ml ta’ ilma, li mbagħad jiżdied fil-friskatur għall-għadd tal-larva għall-eżami bi trikinoskopju jew fid-dixx żgħir mgħotti għall-eżami bi stereomikroskopju.

(i)

Id-diġerar għandu jkun eżaminat malli jkun lest. L-eżami m’għandux ikun pospost għall-għada taħt ebda ċirkostanza.

Nota:

Diski tal-filtru m’għandhom qatt jintużaw meta mhux nodfa kompletament. Diski maħmuġin m’għandhom qatt jitħallew jinxfu. Diski tal-filtru jistgħu jitnaddfu billi jitħallew f’soluzzjoni tar-rennilase matul il-lejl. Qabel ma jintużaw, dawn għandhom jinħaslu f’soluzzjoni friska tar-rennilase bl-użu ta’ l-istomacher.

IV.   Riżultati pożittivi jew dubjużi

Fejn ir-riżultat huwa pożittiv jew inċert, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu I(3)(III).

C.   Il-metodu ta’ diġestjoni awtomatika għall-gruppi ta’ kampjuni sa 35 g

1.   Apparat u reaġenti

(a)

Sikkina jew imqass għat-tqattigħ tal-kampjuni

(b)

Trejs immarkati b’50 kaxxa, fejn kull waħda minnhom tista’ żżomm kampjuni ta’ madwar 2 g ta’ laħam, jew għodod oħrajn li jagħtu garanziji ekwivalenti fir-rigward tat-traċċabbilità tal-kampjuni

(c)

Blender Trichomatic 35® bil-filtrazzjoni mdaħħla

(d)

Aċidu idrokloriku li jiżen 8,5 ± 0,5 %

(e)

Filtri trasparenti tal-membrana tal-polikarbonat b’dijametru ta’ 50 mm u daqs tal-por ta’ 14-il mikron

(f)

Pepsina, qawwa ta’ 1: 10 000 NF (US National Formulary) li tikkorrispondi għal 1: 12 500 BP (British Pharmacopoeia) u 2 000 FIP (Fédération internationale de pharmacie)

(g)

Miżien preċiż sa 0,1 g

(h)

Pinzetta bil-ponta ċatta

(i)

Numru ta’ slajds tal-mikroskopju bit-tul ta’ ġenb ta’ mill-anqas 5 ċm jew numru ta’ dixxijiet żgħar mgħottija b’dijametru ta’ mill-anqas 6 ċm, immarkati minn naħat ta’ taħt f’żoni ta’ 10 × 10 mm kwadri bi strument ippuntat

(j)

(Stereo)mikroskopju li jittrażmetti dawl (ingrandiment minn 15 sa 60 darba) jew trikinoskopju b’mejda orizzontali

(k)

Landa għall-ġbir ta’ likwidi ħżiena

(l)

Numru ta’ laned ta’ 10 litri biex jintużaw għad-dekontaminazzjoni ta’ l-apparat, pereżempju bil-formol, u għas-sugu tad-diġestjoni li jibqa’ fejn il-kampjuni jirriżultaw pożittivi

(m)

termometru preċiż sa 0,5 °C fl-iskala 1 sa 100 °C.

2.   Il-ġbir tal-kampjuni

Kif stipulat fil-Kapitolu I(2).

3.   Il-proċedura

I.   Il-proċedura tad-diġestjoni

(a)

Poġġi l-blender bil-filtrazzjoni mdaħħla, qabbad it-tubu ta’ l-iskart u poġġi t-tubu sabiex dan jitbattal fil-landa ta’ l-iskart.

(b)

Meta jinxtegħel il-blender, jibda t-tisħin.

(c)

Qabel ma’ jsir dan, il-valv ta’ taħt li qiegħed taħt il-kompartiment tar-reazzjoni għandu jinfetaħ u jingħalaq.

(d)

Imbagħad jiżdiedu sa 35 kampjun li jiżnu madwar 1 gramm kull wieħed (bejn 25 sa 30 °C) meħuda minn kull kampjun individwali skond il-punt 2. Irid jiġi żgurat li biċċiet akbar ta’ l-għeruq jitneħħew minħabba li dawn jistgħu jsoddu l-filtru tal-membrana.

(e)

Ferra’ ilma sax-xifer ta’ kompartiment tal-likwidu mqabbad mal-blender (madwar 400 ml).

(f)

Ferra’ madwar 30 ml ta’ aċidu idrokloriku ((8,5 %) sax-xifer tal-kompartiment iżgħar tal-likwidu li huwa mqabbad.

(g)

Poġġi filtru tal-membrana taħt il-filtru rozz fil-portafiltru fil-post għall-filtru.

(h)

Fl-aħħar, żid 7 g ta’ pepsina. Din l-ordni għandha tkun segwita b’mod strett biex tkun evitata d-dekompożizzjoni tal-pepsina.

(i)

Agħlaq l-għotjien tal-kompartimenti tar-reazzjoni u tal-likwidu.

(j)

Agħżel il-perjodu tad-diġestjoni. Għandu jiġi ssettjat perjodu qasir ta’ diġestjoni (5 minuti) għall-majjali li nqatlu f’età normali u ħin itwal (8 minuti) għal kampjuni oħrajn.

(k)

Meta tinxtegħel il-buttuna li tħaddem il-blender, il-proċess tat-tqassim u d-diġestjoni jibda awtomatikament, segwit mill-filtrazzjoni Wara 10 sa 13-il minuta l-proċess jitlesta u jieqaf awtomatikament.

(l)

Iftaħ l-għatu tal-kompartiment tar-reazzjoni wara l-iċċekkjar li l-kompartiment huwa vojt. Jekk hemm ragħwa jew baqa’ xi likwidu tad-diġestjoni fil-kompartiment, irrepeti l-proċedura skond il-punt V.

II.   L-irkuprar tal-larva

(a)

Neħħi l-portafiltru u ttrasferixxi l-filtru tal-membrana għal slajd jew dixx żgħir mgħotti.

(b)

Eżamina l-filtru tal-membrana bl-użu ta’ (stereo)mikroskopju jew trikinoskopju.

III.   It-tindif ta’ l-apparat

(a)

Fejn ir-riżultat huwa pożittiv, imla l-kompartiment tar-reazzjoni tal-blender b’ilma jagħli sakemm ikun żewġ terzi mimli. Ilma tal-vit ordinarju jitferra’ fil-kompartiment imqabbad tal-likwidu sakemm dan ikopri l-apparat sensorju inferjuri. Imbagħad isir it-tindif awtomatiku. Iddekontamina l-portafiltru jew kwalunkwe tagħmir ieħor, pereżempju, bl-użu tal-formol.

(b)

Wara li jitlesta x-xogħol għal dik il-ġurnata, imla l-kompartiment tal-likwidu tal-blender bl-ilma u għaddieh minn ċiklu standard.

IV.   L-użu ta’ filtri tal-membrana

Kull filtru tal-membrana tal-polikarbonat ma jistax jintuża aktar minn ħames darbiet. Il-filtru għandu jiddawwar kull darba li jintuża. Barra dan, il-filtru għandu jkun iċċekkjat wara kull darba li jintuża għal xi ħsara li tirrendih mhux adattat għal użu ulterjuri.

V.   Il-metodu li għandu jkun applikat meta d-diġestjoni mhix kompluta u l-filtrazzjoni ma tistax issir

Ladarba l-blender għadda minn ċiklu awtomatiku skond il-punt C(3)(I), iftaħ l-għatu tal-kompartiment tar-reazzjoni u ċċekkja jekk hemmx ragħwa jew baqax xi likwidu fil-kompartiment. Jekk dan hu l-każ, kompli hekk kif ġej:

(a)

agħlaq il-valv t’isfel ta’ taħt il-kompartiment tar-reazzjoni;

(b)

neħħi l-portafiltru u ttrasferixxi l-filtru tal-membrana għal slajd jew dixx żgħir mgħotti;

(c)

poġġi filtru tal-membrana ġdid fil-portafiltru u waħħal il-portafiltru;

(d)

imla l-kompartiment tal-likwidu tal-blender sakemm l-apparat sensorju huwa mgħotti;

(e)

agħmel iċ-ċiklu awtomatiku tat-tindif;

(f)

wara li jkun spiċċa ċ-ċiklu tat-tindif, iftaħ l-għatu tal-kompartiment tar-reazzjoni u ċċekkja jekk baqax xi likwidu;

(g)

jekk il-kompartiment huwa vojt, neħħi l-portafiltru u ttrasferixxi b’pinzetta l-filtru tal-membrana għal slajd jew dixx żgħir mgħotti;

(h)

eżamina ż-żewġ filtri tal-membrana skond il-punt C(3)(II). Jekk il-filtri ma jistgħux jiġu eżaminati, irrepeti l-proċess sħiħ tad-diġestjoni b’ħin itwal ta’ diġestjoni skond il-punt C(3)(I).

VI.   Riżultati pożittivi jew dubjużi

Fejn ir-riżultat huwa pożittiv jew inċert, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu I(3)(III).

KAPITOLU III

L-EŻAMI TRIKINOSKOPIKA

1.   Apparat

(a)

Trikinoskopju b’lampa inkandexxenti b’ingrandiment ta’ 30 sa 40 darba u 80 sa 100 darba jew stereomikroskopju b’sors ta’ dawl minn taħt ta’ intensità li tista’ tkun aġġustata

(b)

Kompressur bi ħġieġa ppressata li jikkonsisti f’żewġ folji tal-ħġieġ (waħda minnhom tkun maqsuma f’sezzjonijiet ugwali)

(c)

Mqass żgħir kurvat

(d)

Foċipi żgħir

(e)

Sikkina għat-tqattigħ tal-kampjuni

(f)

Reċipjenti żgħar enumerati biex jinħażnu l-kampjuni separatament

(g)

Pipetta tat-taqtir

(h)

Tazza aċidu aċetiku u tazza idroksil tal-potassju biex iddawwal xi kalċifikazzjonijiet u trattab il-laħam niexef.

2.   Il-ġbir ta’ kampjuni

Fil-każ ta’ karkassi sħaħ, jittieħdu minn kull annimal ħafna kampjuni d-daqs ta’ ġellewża:

(a)

fil-majjali domestiċi, tali kampjuni jittieħdu miż-żewġ kolonni tad-dijaframma fit-tranżizzjoni għall-parti mmuskulata;

(b)

fiċ-ċingjal, il-kampjuni jittieħdu miż-żewġ kolonni tad-dijaframma fit-tranżizzjoni għall-parti mmuskulata kif ukoll mix-xedaq, il-muskoli tas-sieq taħtanija, il-muskoli ta’ bejn il-kustilji u l-muskoli ta’ l-ilsien, li jagħtu total ta’ sitt kampjuni minn kull annimal individwali;

(c)

jekk ċerti muskoli mhumiex disponibbli għall-ikkampjunar, għandhom jittieħdu total ta’ erba’ kampjuni mill-muskoli li huma disponibbli;

(d)

fil-biċċiet tal-laħam, għandhom jittieħdu minn kull biċċa erba’ kampjuni ta’ daqs ta’ ġellewża mit-tessut tal-muskolu mtarraz li jekk hu possibbli ma fihomx xaħam, meħuda minn punti differenti, fejn possibbli qrib l-għadam jew l-għeruq.

3.   Il-proċedura

(a)

Ġeneralment kompressur jimtela b’1,0 ± 0,1 g ta’ laħam, normalment li jikkorrispondi għal 28 biċċa daqs il-qalba tal-ħafur. Jekk meħtieġ, ikun hemm bżonn li jimtlew żewġ kompressuri biex jiġu eżaminati 56 biċċa daqs il-qalba tal-ħafur.

(b)

Jekk iż-żewġ kolonni tad-dijaframma huma preżenti fil-majjal domestiku, l-ispettur għat-Trichinella jaqta’ 28 biċċa daqs il-qalba tal-ħafur minn kull wieħed mill-kampjuni ta’ hawn fuq mill-karkassa sħiħa, li jagħmlu 56 biċċa b’kollox.

(c)

Jekk hemm biss kolonna tad-dijaframma waħda, jinqatgħu 56 biċċa minn postijiet differenti, jekk possibbli mit-tranżizzjoni għall-parti mmuskulata.

(d)

Il-kampjuni miġbura mill-erba’ muskoli l-oħrajn taċ-ċingjal huma kull wieħed maqtugħa f’seba’ biċċiet daqs il-qalba tal-ħafur, li jagħtu total ta’ 28 biċċa oħra.

(e)

L-ispettur għat-Trichinella mbagħad jikkompressa s-56 (jew 84) biċċa bejn il-folji tal-ħġieġ sabiex il-marka normali tkun tista’ tinqara b’mod ċar mill-preparazzjoni ta’ l-islajd.

(f)

Jekk il-laħam tal-kampjuni li jrid jiġu eżaminati huwa niexef u xieref, il-preparamenti għandhom jiġu mrattba għal 10 sa 20 minuta qabel ma jiġu ppressati b’taħlita ta’ parti waħda ta’ soluzzjoni ta’ l-idrossidu tal-potassju ma’ madwar żewġ partijiet ilma.

(g)

Minn kull kampjun meħud mill-biċċiet tal-laħam, l-ispettur għat-Trichinella jaqta’ 14-il biċċa daqs il-qalba tal-ħafur, li b’kollox jagħmlu 56 biċċa.

(h)

L-eżami bil-mikroskopju għandu jsir bl-iskennjar ta’ kull preparament bil-mod u b’attenzjoni b’ingrandiment ta’ 30 sa 40 darba.

(i)

Jekk l-eżami trikonsokopiku juri żoni suspetti, dawn għandhom ikunu eżaminati bl-aktar ingrandiment qawwi tat-trikinoskopju (80 sa 100 darba).

(j)

Fejn ir-riżultat huwa inċert, l-eżami huwa ripetut fuq kampjuni u preparazzjonijiet ta’ l-islajd oħrajn sakemm tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa. L-eżami trikonoskopiku għandu jsir għal mill-anqas sitt minuti.

(k)

Il-ħin minimu stabbilit għall-eżami ma jinkludix il-ħin meħieġ biex jittieħdu l-kampjuni u jsiru l-preparamenti.

(l)

Bħala regola ġenerali, l-eżaminatur trikonoskopiku ma jispezzjonax aktar minn 840 biċċa kuljum, li jikkorrispondu għal eżamijiet ta’ 15-il majjal domestiku jew 10 ċingjali.


ANNESS II

Trattamenti ta’ l-iffriżar

A.   Il-metodu ta’ l-iffriżar 1

(a)

Il-laħam li jinġieb diġà ffriżat għandu jinżamm f’din il-kundizzjoni.

(b)

It-tagħmir tekniku u l-provvista ta’ l-enerġija tal-kamra tar-refriġerazzjoni għandhom ikunu tali li jiġi żgurat li t-temperatura meħtieġa tintlaħaq malajr ħafna u tinżamm fil-partijiet kollha tal-kamra u tal-laħam.

(c)

L-ippakkjar ta’ iżolazzjoni għandu jitneħħa qabel l-iffriżar, ħlief fil-każ ta’ laħam li huwa kollu kemm hu diġà fit-temperatura meħtieġa meta dan jinġieb fil-kamra tar-refriġerazzjoni jew laħam ippakkjat b’tali mod li l-ippakkjar mhux ser iħallih jilħaq it-temperatura meħtieġa fil-ħin speċifikat.

(d)

Il-kunsinni fil-kamra tar-refriġerazzjoni għandhom jinżammu separatament u jiġu msakkra.

(e)

Id-data u l-ħin ta’ meta tinġieb kull kunsinna fil-kamra tar-refriġerazzjoni għandhom ikunu rrekordjati.

(f)

It-temperatura fil-kamra tar-refriġerazzjoni għandha tkun mill-anqas – 25  °C. Din għandha titkejjel bl-użu ta’ strumenti termoelettriċi kkalibrati u rrekordjata kontinwament. Din ma tistax titkejjel direttament fil-fluss ta’ l-arja kiesħa. L-istrumenti għandhom jinżammu msakkra. Iċ-ċarts tat-temperatura għandhom jinkludu d-data rilevanti mir-reġistru ta’ l-ispezzjoni tal-laħam ma’ l-importazzjoni u d-data u l-ħin tal-bidu u l-ikkompletar ta’ l-iffriżar, u għandhom jinżammu għal sena wara l-kompilazzjoni.

(g)

Il-laħam b’dijametru jew ħxuna sa 25 ċm għandu jkun iffriżat għal mill-anqas 240 siegħa konsekuttiva, u l-laħam b’dijametru jew ħxuna ta’ bejn 25 u 50 ċm għandu jkun iffriżat għal mill-anqas 480 siegħa konsekuttiva. Dan il-proċess ta’ l-iffriżar m’għandux ikun applikat għal laħam li huwa eħxen jew ta’ dijametru akbar. Il-ħin ta’ l-iffriżar huwa kkalkulat mill-punt meta t-temperatura fil-kamra tal-friża tilħaq dik speċifikata fil-punt (f).

B.   Il-metodu ta’ l-iffriżar 2

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-punti (a) sa (e) tal-metodu 1 huma osservati, u jiġu applikati l-kombinazzjonijiet ta’ ħin-temperatura li ġejjin:

(a)

il-laħam ta’ dijametru jew ħxuna sa 15 ċm għandu jkun iffriżat għal waħda minn dawn il-kombinamenti ta’ ħin-temperatura:

20 jum f’– 15 °C,

10 ijiem f’– 23 °C,

6 ijiem f’– 29 °C;

(b)

il-laħam ta’ dijametru jew ħxuna ta’ bejn 15 ċm u 50 ċm għandu jkun iffriżat għal waħda minn dawn il-kombinazzjonijiet ta’ ħin-temperatura:

30 jum f’– 15 °C,

20 jum f’– 25 °C,

12-il jum f’– 29 °C.

It-temperatura fil-kamra tar-refriġerazzjoni m’għandhiex tkun ogħla mil-livell tat-temperatura magħżula tat-twaqqif ta’ magna. Din għandha titkejjel bl-użu ta’ strumenti termoelettriċi kkalibrati u rrekordjata kontinwament. Din m’għandhiex titkejjel direttament fil-fluss ta’ l-arja kiesħa. L-istrumenti għandhom jinżammu msakkra. Iċ-ċarts tat-temperatura għandhom jinkludu d-data rilevanti mir-reġistru ta’ l-ispezzjoni tal-laħam ma’ l-importazzjoni u d-data u l-ħin tal-bidu u l-ikkompletar ta’ l-iffriżar, u għandhom jinżammu għal sena wara l-kompilazzjoni.

Meta jintużaw mini ta’ l-iffriżar u l-proċeduri ta’ hawn fuq mhumiex segwiti b’mod strett, l-operatur tan-negozju ta’ l-ikel għandu jkun jista’ jipprova lill-awtorità kompetenti li l-metodu alternattiv huwa effettiv biex joqtol il-parassiti tat- Trichinella fil-laħam tal-majjal.

C.   Il-metodu ta’ l-iffriżar 3

It-trattament jikkonsisti fi tnixxif bil-friża kummerċjali jew iffriżar ta’ laħam għal kombinazzjonijiet ta’ ħin-temperatura speċifikati bit-temperatura mmonitorjata fiċ-ċentru ta’ kull qatgħa.

(a)

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-punti (a) sa (e) tal-Metodu 1 għandhom jiġu osservati għall-kombinazzjonijiet ta’ ħin-temperatura li ġejjin:

106 sigħat f’– 18 °C,

82 siegħa f’– 21 °C,

63 siegħa f’– 23,5 °C,

48 siegħa f’– 26 °C,

35 siegħa f’– 29 °C,

22 siegħa f’– 32 °C,

8 sigħat f’– 35 °C,

1/2 siegħa f’– 37 °C.

(b)

It-temperatura għandha titkejjel bl-użu ta’ strumenti termoelettriċi kkalibrati u rrekordjata kontinwament. Is-sonda tat-termometru tiddaħħal fiċ-ċentru tal-qatgħa tal-laħam mhux iżgħar fid-daqs mill-eħxen biċċa tal-laħam li trid tiġi ffriżata. Din il-qatgħa għandha titpoġġa fl-anqas pożizzjoni favorevoli fil-kamra tar-refriġerazzjoni, mhux qrib it-tagħmir li jkessaħ jew direttament fil-fluss ta’ l-arja kiesħa. L-istrumenti għandhom jinżammu msakkra. Iċ-ċarts tat-temperatura għandhom jinkludu n-numri tad-data mir-reġistru ta’ l-ispezzjoni tal-laħam ma’ l-importazzjoni u d-data u l-ħin tal-bidu u l-ikkompletar ta’ l-iffriżar, u għandhom jinżammu għal sena wara l-kompilazzjoni.


ANNESS III

L-eżami ta’ annimali minbarra l-majjal

Il-laħam taż-żiemel, il-laħam ta’ tjur selvaġġ u laħam ieħor li jista’ jkun fih parassiti tat-Trichinella għandhom ikunu eżaminati skond wieħed mill-metodi ta’ diġestjoni speċifikati fil-Kapitolu I jew II ta’ l-Anness I, bil-bidliet li ġejjin:

(a)

kampjuni li jiżnu mill-anqas 10 g jittieħdu mill-muskolu ta’ l-ilsien jew tax-xedaq taż-żwiemel u mis-sieq ta’ quddiem, l-ilsien jew id-dijaframma taċ-ċingjal;

(b)

fil-każ taż-żiemel, fejn mhemmx dawn il-muskoli, għandu jittieħed kampjun akbar mill-kolonna tad-dijaframma fit-tranżizzjoni għal-parti mmuskulata. Il-muskolu għandu jkun nadif minn tessut li jgħaqqad u xaħam;

(c)

mill-anqas 5 g ta’ kampjun huwa diġerit skond il-metodu ta’ skoperta ta’ referenza fil-Kapitolu I ta’ Anness I jew metodu ekwivalenti fil-Kapitolu II. Għal kull diġerar, il-piż totali tal-muskolu eżaminat m’għandux jaqbeż il-100 g fil-każ tal-metodu fil-Kapitolu I u l-metodi A u B fil-Kapitolu II u l-35 g fil-każ tal-metodu C fil-Kapitolu II;

(d)

fejn ir-riżultat huwa pożittiv, jittieħdu 50 g ulterjuri ta’ kampjun għal eżami indipendenti sussegwenti;

(e)

mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-konservazzjoni ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali, il-laħam kollu ta’ annimali tal-kaċċa minbarra ċ-ċingjal, bħal orsijiet, mammiferi karnivori (inklużi mammiferi tal-baħar) u rettili, għandhom jiġu ttestjati bl-ikkampjunar ta’ 10 g ta’ muskolu mill-postijiet ta’ predilezzjoni jew ammonti akbar jekk dawn il-postijiet mhumiex disponibbli. Postijiet ta’ predilezzjoni huma:

(i)

fl-ors: id-dijaframma, il-muskolu l-kbir fl-angolu tax-xedaq u l-ilsien;

(ii)

fil-walrus: l-ilsien;

(iii)

fil-kukkudrilli: il-muskolu l-kbir fl-angolu tax-xedaq, il-muskoli pterygoid u ta’ bejn il-kustilji;

(iv)

fl-għasafar: il-muskoli tar-ras (pereżempju l-muskolu l-kbir fl-angolu tax-xedaq u l-muskolu ta’ l-għonq).

(f)

Il-ħin tad-diġestjoni għandu jkun biżżejjed biex tkun żgurata diġestjoni adegwata tat-tessut ta’ dawn l-annimali iżda m’għandux jaqbeż 60 minuta.


ANNESS IV

Kundizzjonijiet dettaljati għall-farms ħielsa mit-Trichinella u reġjuni b’riskju negliġibbli tat-Trichinella

Għall-iskop ta’ dan l-Anness,

“kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ sistemazzjoni f’sistemi integrati ta’ produzzjoni” tfisser tip ta’ trobbija ta’ l-annimali fejn il-majjali huma miżmuma l-ħin kollu taħt kundizzjonijiet ikkontrollati mill-operatur tan-negozju ta’ l-ikel fir-rigward ta’ l-għalf u s-sistemazzjoni.

KAPITOLU I

L-OBBLIGI GĦALL-OPERATURI TAN-NEGOZJU TA’ L-IKEL

A.

Għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin mill-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel biex jiksbu għarfien uffiċjali bħala farms ħielsa mit-Trichinella:

(a)

l-operatur għandu jkun ħa l-prekawzjonijiet prattiċi kollha fir-rigward tal-kostruzzjoni u l-manteniment tal-bini sabiex annimali li jgerrmu, kwalunkwe tip ieħor ta’ mammiferi u għasafar karnivori kbar ma jkollhomx aċċess għall-bini fejn jinżammu l-annimali;

(b)

l-operatur għandu japplika b’mod effettiv programm ta’ kontroll ta’ l-annimali qerrieda, partikolarment għall-annimali li jgerrmu, biex jevita l-impestazzjoni tal-majjali. L-operatur għandu jżomm rekords tal-programm għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti;

(c)

l-operatur għandu jiżgura li l-għalf kollu jinkiseb minn faċilità li tipproduċi għalf skond il-prinċipji spjegati fir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene ta’ l-għalf (1);

(d)

l-operatur għandu jaħżen l-għalf intiż għall-ispeċi sensittivi għat-Trichinella f’silos magħluqa jew reċipjenti oħra sabiex annimali gerriema ma jistgħux jippenetraw fihom. Il-provvisti l-oħra kollha ta’ l-ikel għandhom ikunu trattati bis-sħana jew prodotti u maħżuna għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti;

(e)

l-operatur għandu jiżgura li l-annimali mejta huma miġbura għar-rimi b’mezzi sanitarji fi żmien 24 siegħa mill-mewt tagħhom. Madankollu, qżieqeż mejta jistgħu jinġabru u jinħażnu fil-farm f’kontenitur magħluq sew sakemm jintremew;

(f)

jekk hemm miżbla qrib il-farm, l-operatur għandu jinforma b’dan lill-awtorità kompetenti. Sussegwentement, l-awtorità kompetenti għandha tevalwa r-riskji involuti u tiddeċiedi jekk il-farm għandux ikun magħruf bħala ħieles mit-Trichinella;

(g)

l-operatur għandu jiżgura li l-qżieqeż li ġejjin fil-farm minn barra u majjali mixtrija huma mwellda u mrobbija taħt kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ sistemazzjoni f’sistemi integrati ta’ produzzjoni;

(h)

l-operatur għandu jiżgura li l-majjali huma identifikati sabiex kull annimal jista’ jkun intraċċat għall-farm;

(i)

l-operatur jista’ jintroduċi annimali ġodda, fil-farm biss jekk dawn:

(i)

ġejjin minn farms li huma uffiċjalment magħrufa bħala liberi mit- Trichinella; jew

(ii)

huma akkumpanjati b’ċertifikat awtentikat mill-awtorità kompetenti fil-pajjiż ta’ l-esportazzjoni li jgħid li l-annimal ġej minn farm magħruf bħala ħieles mit-Trichinella; jew

(iii)

jinżammu iżolati sakemm ir-riżultati ta’ test seroloġiku approvat mil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità jirriżulta negattiv. L-ikkampjunar seroloġiku għandu jibda biss wara li l-annimali kienu ilhom fil-farm għal erba’ ġimgħat;

(j)

l-operatur jiżgura li ebda majjal intiż għall-qatla ma kellu aċċess għal barra matul il-perjodu sħiħ tal-produzzjoni;

(k)

l-aċċess għal barra matul l-ewwel ftit ġimgħat tal-ħajja qabel ma’ l-ferħ ta’ l-annimal jinfatam ikun permess jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ma kienx hemm dijanjosi ta’ ebda impestazzjoni tat-Trichinella f’annimali domestiċi fil-pajjiż fl-10 snin preċedenti;

(ii)

jeżisti programm annwali ta’ sorveljanza għall-annimali selvaġġi sensittivi għat-Trichinella. Il-programm ikun ibbażat fuq riskju u jitmexxa f’żona marbuta epidemjoloġikament mal-post ġeografiku ta’ farms ħielsa mit- Trichinella. Il-programm jittestja l-ispeċi indikaturi rilevanti fuq il-bażi tas-sejbiet preċedenti. Ir-riżultati juru prevalenza tat-Trichinella f’annimali indikaturi taħt 0,5 %;

(iii)

meta jkunu barra, l-annimali jkunu f’żoni b’sisien tajbin;

(iv)

ikun stabbilit il-programm ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 11 u l-monitoraġġ ikun aktar frekwenti fil-farms involuti;

(v)

il-majjali u ċ-ċingjali kollha miżmuma għall-għanijiet ta’ trobbija fil-farm għandhom jiġu kkampjunati b’mod sistematiku meta jinqatlu għall-eżami bl-użu tal-metodu ta’ skoperta ta’ referenza spjegat fil-Kapitolu I ta’ l-Anness I jew wieħed mill-metodi ekwivalenti spjegati fil-Kapitolu II ta’ l-Anness I, u

(vi)

jittieħdu miżuri biex jipprevjenu l-aċċess għal għasafar kbar karnivori u omnivori (pereżempju ċawl iswed, għasafar tal-priża).

B.

L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel ta’ farms magħrufa bħala ħielsa mit-Trichinella jinfurmaw lill-awtorità kompetenti fejn kwalunkwe mir-rekwiżiti fil-punt A m’għadhomx iżjed sodisfatti jew fejn seħħet kwalunkwe bidla oħra li tista’ taffettwa l-istatus tal-farm bħala ħieles mit-Trichinella.

KAPITOLU II

L-OBBLIGI TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

A.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fejn ġiet skoperta t-Trichinella fil-majjali domestiċi fl-aħħar 10 snin jistgħu jagħrfu farm bħala ħieles mit-Trichinella sakemm:

(a)

isiru mill-inqas żewġ żjarat ta’ kontroll fit-12-il xahar ta’ qabel l-għarfien tal-farm sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu I(A) ta’ l-Anness IV; u

(b)

il-majjali kollha mibgħuta għall-qatla matul l-24 xahar ta’ qabel l-għarfien jew perjodu itwal ta’ ħin jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li dan huwa neċessarju kienu ttestjati biex jiżguraw għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li numru suffiċjenti ta’ annimali mill-farm kienu ttestjati bl-użu ta’ wieħed mill-metodi ta’ skoperta parassita spjegati fil-Kapitoli I u II ta’ l-Anness I; u

(c)

ir-riżultati tat-testijiet kienu negattivi; u

(d)

ġie stabbilit programm ta’ monitoraġġ ta’ l-annimali selvaġġi bbażat fuq riskju f’dawk iż-żoni fejn jeżistu flimkien l-annimali selvaġġi u l-farms li qegħdin japplikaw għall-istatus ta’ ħielsa mit-Trichinella; il-programm ta’ monitoraġġ itejjeb l-iskoperta parassita billi japplika l-annimal indikatur u t-teknika ta’ skoperta l-aktar xierqa, permezz ta’ l-ikkampjunar ta’ firxa wiesgħa ta’ annimali u jieħu kampjun ta’ laħam kbir kemm possibbli; parassiti skoperti fl-annimali selvaġġi huma identifikati fil-livell ta’ l-ispeċi f’laboratorju ta’ referenza nazzjonali jew tal-Komunità; il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità jista’ jgħin billi jipprepara protokoll standardizzat għall-programm ta’ monitoraġġ ta’ l-annimali selvaġġi. Informazzjoni storika tista’ tiġi użata għas-sodisfazzjon tar-rekwiżiti elenkati f’din il-parti.

B.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fejn ma ġietx skoperta t-Trichinella fil-majjali domestiċi fl-aħħar 10 snin jistgħu jagħrfu farm bħala ħieles mit-Trichinella sakemm,

jiġi sodisfatt ir-rekwiżit fil-parti A(d) hawn fuq.

C.

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tagħraf kategorija ta’ farms bħala ħielsa mit-Trichinella fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma milħuqa:

(a)

ir-rekwiżiti kollha msemmija fil-Kapitolu I(A) ta’ l-Anness IV huma milħuqa, bl-eċċezzjoni tal-punt (k), li ma japplikax; u

(b)

ma ġewx skoperti impestazzjonijiet awtoktoni tat-Trichinella f’annimali domestiċi fil-pajjiż fl-aħħar 10 snin, matul liema sar ittestjar kontinwu fuq popolazzjoni ta’ majjali maqtula sabiex jipprovdi kunfidenza ta’ mill-anqas 95 % li fejn il-prevalenza tat-Trichinella taqbeż iż-0,0001 %, kwalunkwe impestazzjoni tkun skoperta; u

(c)

għandha tkun disponibbli deskrizzjoni ċara tal-kategorija ta’ farms, it-tip ta’ xogħol tal-farm u t-tip ta’ annimali involuti; u

(d)

ikun stabbilit programm ta’ monitoraġġ ta’ l-annimali selvaġġi bbażat fuq riskju skond il-Kapitolu II(A)(d) ta’ l-Anness IV.

D.

Flimkien mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IV għad-Direttiva 2003/99/KE, ir-rapport inizjali u r-rapporti annwali sussegwenti lill-Kummissjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ każijiet (importati u awtoktoni) tat-Trichinella fil-bnedmin, inkluża data epidemjoloġika;

(b)

ir-riżultati ta’ l-ittestjar għat-Trichinella fil-majjali domestiċi mhux imrobbija taħt kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ sistemazzjoni f’sistemi integrati ta’ produzzjoni; ir-riżultati għandhom jinkludu l-età u s-sess ta’ l-annimali affettwati, it-tip ta’ sistema ta’ ġestjoni, it-tip ta’ metodu ta’ dijanjożi użat, il-grad ta’ l-impestazzjoni (jekk magħruf), u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rilevanti oħra;

(c)

ir-riżultati ta’ l-ittestjar għat-Trichinella f’majjali u ċingjali tat-trobbija; ir-riżultati għandhom jinkludu l-informazzjoni msemmija taħt il-punt (b);

(d)

ir-riżultati ta’ l-ittestjar għat-Trichinella f’karkassi ta’ ċingjal selvaġġ, żwiemel, tjur u kwalunkwe annimali indikaturi oħrajn;

(e)

ir-riżultati ta’ testijiet seroloġiċi kif imsemmija fl-Artikolu 11 ladarba test xieraq ġie vvalidat mil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità;

(f)

każijiet oħrajn fejn hija suspettata t-Trichinella, kemm importata jew awtoktona, u r-riżultati tal-laboratorju rilevanti kollha;

(g)

id-dettalji tar-riżultati pożittivi kollha u l-verifika ta’ l-ispeċi tat-Trichinella mil-laboratorju ta’ referenza nazzjonali jew tal-Komunità;

(h)

id-data għandha tkun sottomessa fil-format u skond l-iskeda determinata mill- EFSA għall-irrappurtar ta’ żoonosi.

(i)

għar-rapporti li jikkonċernaw farms ħielsa mit-Trichinella jew kategorija ta’ farms: informazzjoni dwar in-numru ta’ farms ħielsa mit-Trichinella u riżultati sommarji ta’ l-ispezzjonijiet fuq farms ħielsa mit-Trichinella, inkluża informazzjoni dwar il-konformità tal-bidwi;

(j)

għar-rapporti li jikkonċernaw reġjun b’risku negliġibbli, għandha tkun sottomessa informazzjoni dwar:

(i)

il-programm ta’ monitoraġġ implimentat skond l-Artikolu 11, jew informazzjoni ekwivalenti;

(ii)

il-programmi ta’ monitoraġġ ta’ l-annimali selvaġġi bbażati fuq riskju implimentati skond il-parti A(d) t’hawn fuq, jew informazzjoni ekwivalenti.


(1)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

475


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2153/2005

tat-23 ta' Diċembru 2005

dwar l-iskema ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 865/2004 jipprovdi li skema ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa tista’ tiġi implimentata f’każ ta’ disturbi serji fis-suq f’ċerti reġjuni tal-Komunità.

(2)

Sabiex l-iskema ta’ għajnuna tiġi implimentata malajr, kif u meta jkun meħtieġ, iridu jiġu stabbiliti regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-għajnuna għall-ħżin privat trid tiġi bbażata fuq kuntratti mal-operaturi li joffru garanziji biżżejjed u fuq awtorizzazzjoni mill-Istati Membri fuq il-bażi ta’ ċerti kundizzjonijiet stabbiliti.

(3)

Biex l-iskema jkollha effett akbar fuq is-suq fil-livell tal-produtturi u biex il-monitoraġġ ikun jista' jsir b'mod aktar faċli, l-għajnuna għandha tingħata primarjament għall-ħżin bl-ingrossa taż-żejt taż-żebbuġa verġni.

(4)

Għandha tkun disponibbli informazzjoni dwar tibdil fil-prezzijiet u fil-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa. Din l-informazzjoni hi meħtieġa għas-sorveljanza tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa fuq bażi permanenti, sabiex jiġi vvalutat jekk il-kundizzjonijiet li jindikaw disturbi serji fis-suq ikunux rilevanti jew le.

(5)

Biex is-sitwazzjoni tas-suq tiġi riflessa mill-qrib kemm jista’ jkun, irid jiġi stabbilit l-ammont ta’ għajuna għal dawk is-setturi tas-suq li jeħtiġuha. Il-kategoriji taż-żejt huma dawk elenkati fil-Parti I tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 865/2004.

(6)

L-informazzjoni li trid tidher fis-sejħiet għall-offerti u l-kundizzjonijiet li fihom iridu jiġu ppreżentati u eżaminati jridu jiġu speċifikati, bil-għan li għal kull sejħa għall-offerti jkun hemm informazzjoni kompluta u komprensiva.

(7)

Is-sejħiet għall-offerti għandhom jinfetħu skont ċerti proċeduri, partikolarment fejn jidħlu l-iskadenzi għas-sottomissjonijiet tal-offerti u l-kwantità minima ta’ kull offerta mitfugħa. B’mod partikolari, biex ikollhom effett fuq is-sitwazzjoni tas-suq, is-sejħiet għall-offerti jridu jintefgħu għal perjodu ta’ ħżin twil u, fejn għandha x’taqsam il-kwantità minima, b’rabta mas-sitwazzjoni fis-settur.

(8)

L-eżekuzzjoni tal-offerta għandha tkun garantita permezz ta’ depożitu ta’ titolu ta’ garanzija skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ garanziji għall-prodotti agrikoli (2), li l-ammont u t-tul ta’ żmien tagħhom iridu jkunu marbuta ma’ kif x’aktarx jiċċaqliqu l-prezzijiet tas-suq u l-għadd ta’ jiem ta’ ħażna li jagħtu d-dritt għall-għajnuna, li fil-fatt ikunu għaddew.

(9)

Biex ikunu jistgħu jiġu aċċettati, is-sejħiet għall-offerti m’għandhomx jaqbżu ammont massmimu ta’ għajnuna għal kull jum ta’ ħżin, li jrid jiġi ddeterminat b’riferiment għas-suq taż-żejt taż-żebbuġa. L-offerti jridu jkun rappreżentattivi u jrid ikun hemm konformità mal-kwantitajiet massimi stabbiliti skont il-proċedura għal kull kategorija jew reġjun speċifikati.

(10)

Il-punti prinċipali li jridu jiġu inklużi fil-kuntratt għandhom ikunu speċifikati. Sabiex jiġu evitati d-disturbi fis-suq, il-Kummissjoni jrid ikollha s-setgħa li taġġusta t-tul ta’ żmien tal-kuntratt prinċipalment fid-dawl tat-tbassir tal-ħsad għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni ta’ wara dik li fiha jkun ġie konkluż il-kuntratt.

(11)

Sabiex jiġi żgurat li l-iskema tkun amministrata b’mod xieraq, jeħtieġ li jiġu indikati l-kundizzjonijiet li fihom tista’ tingħata għajnuna bil-quddiem, il-verifikazzjonijiet dwar il-konformità mal-intitolament għall-għajnuna li huma essenzjali, ċerti proċeduri għall-ikkalkular tal-għajnuna u l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri.

(12)

Għall-finita’ċarezza u trasparenza, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2768/98 dwar l-iskema ta’ għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa (3) għandu jitħassar u jiġi ssostitwit b’Regolament ġdid.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-entitajiet kompetenti fl-Istati Membri produtturi għandhom jikkonkludu kuntratti għall-ħżin privat ta’ żejt taż-żebbuġa verġni bl-ingrossa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

2.   Sabiex tiġi ddeterminata l-għajnuna li għandha tingħata għall-implimentazzjoni tal-kuntratti għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa verġni bl-ingrossa, il-Kummissjoni tista’, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 865/2004, tniedi sejħiet għal offerti għal perjodu ta’ żmien limitat. Matul proċedura ta’ tfigħ ta' offerti għal perjodu limitat, għandhom jitniedu sejħiet parzjali għal xogħol bl-appalt.

Artikolu 2

1.   Sejħa għal xogħol bl-appalt għal perjodu qasir ta’ żmien tista’ ssir meta jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun hemm disturbi serji fis-suq f'ċerti reġjuni tal-Komunità li jistgħu jitnaqqsu jew jissolvew permezz ta' miżuri għall-ħżin privat ta' żejt taż-żebbuġa verġni bl-ingrossa,

(b)

il-prezz medju għal wieħed jew aktar minn dawn il-prodotti li ġejjin irreġistrat fis-suq matul perjodu ta’ mhux anqas minn ġimagħtejn ikun inqas minn:

EUR 1 779 għal kull tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa ekstra verġni;

EUR 1 710 għal kull tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa verġni;

EUR 1 524 għal kull tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa lampanti b’żewġ gradi ta’ aċidità ħielsa, b’dan l-ammont jonqos b’EUR 36.70 kull tunnellata għal kull grad addizzjonali ta’ aċidità.

2.   Sejħiet għal xogħol bl-appalt għal perjodu limitat ta’ żmien għandhom jispeċifikaw il-kwantità massima għall-proċedura sħiħa tal-offerta u jistgħu jispeċifikaw il-kwantitajiet massimi għal kull:

kategorija ta’żejt taż-żebbuġa verġni kif imsemmi fil-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 865/2004;

reġjun Komunitarju jew Stat Membru.

Sejħiet għal xogħol bl-appalt għal perjodu limitat ta’ żmien jistgħu jkunu ristretti biss għal uħud mill-kategoriji ta’ żejt taż-żebbuġa verġni u r-reġjuni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Sejħiet għal xogħol bl-appalt għal perjodu limitat ta’ żmien jistgħu jingħalqu qabel tmiem il-perjodu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 865/2004.

Artikolu 3

Dawk l-operaturi biss li huma approvati għal dan il-għan mill-entità kompetenti fl-Istat Membru jistgħu jissottomettu offerti fir-rigward tas-sejħiet parzjali għal xogħol bl-appalt.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji u l-proċeduri għall-approvazzjoni ta’ dawn l-operaturi, li għandhom jaqgħu f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

organizzazzjoni ta' produtturi taż-żejt taż-żebbuġa li tħaddan fiha minn tal-inqas 700 produttur taż-żebbuġ jekk din taġixxi bħala organizzazzjoni għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa;

(b)

organizzazzjoni ta' produtturi li tirrapreżenta minn tal-inqas 25 % tal-produtturi taż-żebbuġ jew tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fir-reġjun li tkun tinsab fih;

(ċ)

assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi minn żoni ekonomiċi differenti u magħmula minn tal-anqas minn għaxar organizzazzjonijiet ta' produtturi kif imsemmi f'(a) u (b) aktar ’il fuq, jew għadd ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw minn tal-anqas 5 % tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fl-Istat Membru kkonċernat;

(d)

mitħna b'faċilitajiet li jistgħu jagħsru tal-anqas żewġ tunnellati f'jum ta' xogħol ta' tmien sigħat u li pproduċiet total ta' mill-inqas 500 tunnellata ta' żejt taż-żebbuġa verġni fis-sentejn tas-suq preċedenti.

(e)

ditta tal-imballaġġ b’kapaċità, fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed, ugwali minn tal-anqas għal 6 tunnellati ta’ żejt ippakkjat għal kull ġurnata ta’ xogħol ta’ tmien sigħat, u li matul is-sentejn tas-suq preċedenti ppakkjat mill-anqas total ta’ 500 tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa.

Jekk waħda mill-organizzazzjonijiet jew aktar li jipproduċu jew jikkummerċjalizzaw iż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa hija/huma membru jew membri tal-organizzazzjoni msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu, il-produtturi taż-żebbuġ involuti fi grupp bħal dan għandhom ikunu kkunsidrati individwalment meta jkun ikkalkulat l-għadd minimu ta' 700 produttur.

Artikolu 4

Għall-fini tal-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 3, l-operaturi għandhom jintrabtu b’impenn li:

(a)

jaċċettaw is-siġillar, mill-korp kompetenti fl-Istat Membru, tal-btieti li jkun fihom iż-żejt taż-żebbuġa konness ma’ kuntratt ta’ ħżin,

(b)

iżommu reġistrazzjoni tal-istokk, fejn xieraq, taż-żebbuġ li qed jkunu qed jaħżnu,

(ċ)

jagħmlu l-verifiki kollha previsti f’din l-iskema ta’ għajnuna għal kuntratti ta’ ħżin privat.

L-operaturi kkonċernati għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-kapaċità tal-faċilitajiet tal-ħżin li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, jipprovdu pjan ta’ dawn il-faċilitajiet u jissottomettu provi ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3.

Artikolu 5

1.   L-operaturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3 u 4 għandhom ikunu approvati u għandhom jingħataw numru tal-approvazzjonijiet fi żmien xahrejn li jibdew jgħoddu mix-xahar li fih ikun intbagħat il-fajl komplut li fih ikun hemm l-applikazzjoni.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 17(3):

(a)

l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, l-unjons tagħhom u l-imtieħen u l-impriżi tal-imballaġġ li ngħataw l-awtorizzazzjoni mill-Istati Membri biex jassumu r-responsabbiltà ta’ ħżin privat fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 1998/99 sa 2004/05 għandhom jitqiesu bħala approvati skont dan ir-Regolament jekk jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4.

(b)

ma tingħatax approvazzjoni jew l-approvazzjoni tiġi rtirata b’mod immedjat mingħand l-operatur jekk l-operatur ikkonċernat:

(i)

ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni;

(ii)

ikun suġġett għal proċedimenti mill-awtoritajiet kompetenti minħabba ksur tar-Regolament (KE) Nru 865/2004;

(iii)

ikun ġie ppenalizzat għall-ksur tal-iskema tal-għajnuna għall-produzzjoni prevista fir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/EEC (4) fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2002/03, 2003/04 u 2004/05;

(iv)

ikun ġie ppenalizzat għall-ksur tal-iskema ta’ finanzjament tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi taż-żejt previsi fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1638/98 (5) fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2002/03, 2003/04 u 2004/05.

Artikolu 6

1.   Mhux aktar tard minn kull nhar ta’ Erbgħa, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-prezzijiet medji li jkunu rreġistraw fuq is-swieq ewlenin rappreżentattivi tagħhom fil-ġimgħa ta’ qabel għad-diversi kategoriji ta’ żejt elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 865/2004.

Dawn il-prezzijiet għandhom jiġu kkomunikati permezz ta’ ittra elettronika, flimkien mal-osservazzjonijiet dwar il-volum ta’ tranżazzjonijiet u dwar kemm dawn huma rappreżentattivi.

2.   Qabel l-għaxar jum ta’ kull xahar, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni stima tal-produzzjoni totali ta’ żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti.

3.   Minn Settembru sa Mejju ta’ kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-ħmistax-il jum ta’ kull xahar, stima tal-produzzjoni totali ta’ żejt taż-żebbuġa u żebbuġ tal-mejda li tkun saret mill-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata.

Biex jiksbu din id-dejta, l-Istati Membri jistgħu jużaw diversi sorsi ta’ informazzjoni, inkluża d-dejta fornuta mill-imtieħen tal-għasir u l-impriżi involuti fl-ipproċessar taż-żebbuġ tal-mejda, dejta mill-istħarriġ imniedi mill-operaturi fis-settur taż-żebbuġ u dejta mill-istimi tal-entitajiet statistiċi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, qabel l-aħħar tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, kemm ikun il-volum totali stmat ta’ żejt taż-żebbuġa u kemm tkun il-kwantità ta’ produzzjoni ta’ żebbuġ tal-mejda.

4.   L-Istati Membri għandhom joħolqu s-sistema ta’ ġbir ta’ dejta li jaħsbu li hi l-aktar adattata għalihom biex jiksbu u jħejju l-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 u għandhom jispeċifikaw, kif ikun xieraq, l-obbligi marbuta mal-komunikazzjoni tad-dejta li għandhom josservaw l-operaturi kkonċernati fis-settur taż-żebbuġ.

5.   L-istimi tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu kkomunikati permezz ta' ittra elettronika fuq il-formola pprovduta mill-Kummissjoni.

6.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu minn sorsi oħra ta’ informazzjoni.

Artikolu 7

L-iskadenzi għas-sottomissjoni tas-sejħiet għall-offerti fejn għandhom x’jaqsmu l-proċeduri għas-sejħiet parzjali għandhom ikunu kif ġej:

(a)

għal Novembru, Jannar, Frar, Marzu, April, Mejju, Ġunju, Lulju, Settembru u Ottubru, mir-raba' sat-tmien jum tax-xahar sa nofsinhar u mit-tmintax sat-tnejn u għoxrin jum sa nofsinhar;

(b)

għal Awwissu, mit-tmintax sat-tlieta u għoxrin jum tax-xahar sa nofsinhar;

(c)

għal Diċembru, mid-disa’ sa l-erbatax-il jum tax-xahar sa nofsinhar.

Il-ħin tal-iskadenza għandu jkun il-ħin lokali Belġjan. Meta fi Stat Membru l-jum li fih tagħlaq l-iskadenza jinzerta jum ta’ btala għall-entità responsabbli biex tirċievi s-sejħiet għall-offerti, l-iskadenza għandha tagħlaq f’nofsinhar tal-jum ta’ xogħol preċedenti.

Artikolu 8

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 15, sejħiet għall-offerti għal kwantità minima ta’ 50 tunnellata għandhom jintefgħu b’riferiment għall-ammont ta’ għajnuna kull ġurnata, għall-ħżin privat ta’ 365 jum fi btieti ssiġillati u f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għal żejt taż-żebbuġa verġni bl-ingrossa f'waħda mill-erba' kategoriji elenkati fil-Parti I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 865/2004.

2.   L-operaturi approvati għandhom jipparteċipaw fil-proċedura ta’ sejħa parzjali jew billi jissottomettu sejħa għall-offerta bil-miktub lill-entità kompetenti tal-Istat Membru, bl-akkwist ta’ rċevuta bħala prova li s-sejħa tkun waslet, jew permezz ta’ ittra elettronika trażmessa lil din l-entità.

Meta jipparteċipa fi proċedura ta’ sejħa parzjali għal aktar minn kategorija waħda ta’ żejt jew għal btieti li jkunu jinsabu f’indirizzi differenti, l-operatur għandu jissottometti sejħa għal xogħol bl-appalt separata għal kull każ.

L-offerta għandha tkun valida biss għal proċedura ta’ sejħa parzjali waħda. Ladarba jinxteħtu, is-sejħiet għal xogħol bl-applat ma jistgħux jiġu rtirati jew mibdula wara li tagħlaq l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

Artikolu 9

1.   Is-sejħiet għall-offerti msemmija fl-Artikolu 8 għandhom jispeċifikaw:

(a)

referenza għal dan ir-Regolament u għall-proċedura tas-sejħa parzjali li għaliha tirreferi l-offerta;

(b)

l-isem u l-indirizz ta’ min jixħet is-sejħa għal xogħol bl-appalt;

(ċ)

il-kategorija tal-operatur approvat, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), u n-numru tal-approvazzjoni;

(d)

il-kwantità u l-kategorija taż-żejt jew iż-żjut koperti mill-offerta;

(e)

l-indirizz preċiż tal-lokal fejn ikunu jinsabu l-btieti tal-ħżin u l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-btieti li għalihom tirreferi l-offerta;

(f)

l-ammont ta’ għajnuna għal kull jum ta’ ħżin privat ta’ kull tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa, espress f’euro u mqarreb sa żewġ punti deċimali;

(g)

l-ammont tal-garanzija li għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 10 mogħti fil-munita tal-Istat Membru li fih l-offerta tkun magħmula.

2.   Biex ikun aċċertat li l-validità tagħhom hija rrikonoxxuta, l-offerti għandhom:

(a)

jinkitbu, flimkien mad-dokumenti rilevanti, bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-korp kompetenti li jirċevihom,

(b)

ikunu mixħuta b’mod konformi ma’ dan ir-Regolament u jkun fihom id-dettalji kollha elenkati fil-paragrafu 1;

(ċ)

ma jkunx fihom kundizzjonijiet għajr dawk previsti f’dan ir-Regolament;

(d)

ikunu magħmula minn operatur approvat mill-Istat Membru li jirċevihom, u jkunu jikkonċernaw il-btieti tal-ħżin li jinsabu f’dak l-Istat Membru,

(e)

ikollhom magħhom prova li min għamel l-offerti jkun ħallas il-garanzija speċifikata fihom qabel tkun għalqet l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-offerti.

Artikolu 10

1.   Min jitfa’ l-offerti għandu jħallas garanzija ta’ EUR 50 għal kull tunnella ta’ żejt taż-żebbuġa kopert mill-offerta.

2.   Meta min jitfa’ l-offerta ma jirnexxilux jirbaħha, il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rilaxxata minnufih wara li fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ikun ippubblikat l-ammont massimu ta’ għajnuna għall-proċedura tas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

3.   Meta min jitfa’ l-offerta jirnexxilu jirbaħha, b’żieda mal-garanzija msemmija fil-paragrafu 1, għandha titħallas garanzija ta’ EUR 200 għal kull tunnellata ta’ żejt taż-żebbuġa kopert mill-offerta mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ meta jibda jgħodd il-kuntratt kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3).

4.   Ir-rekwiżit primarju fit-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għar-rilaxx tal-garanziji msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandu jkun il-ħżin għall-perjodu ta’ 6 xhur previst fl-offerta skont il-kundizzjonijiet kuntrattwali stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Madankollu, meta t-tul ta’ żmien tal-kuntratt jitnaqqas għal perjodu iqsar minn 6 xhur skont l-Artikolu 15, il-perjodu ta’ ħżin imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun twil daqs il-perjodu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Artikolu 11

1.   L-offerti għandhom jinfetħu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr ma jkun hemm membri tal-pubbliku preżenti. Suġġett għall-paragrafu 2, il-persuni preżenti għall-iskrutinju għandhom ikunu marbuta b’obbligu li ma jiżvelaw l-ebda dettalji dwar dan.

2.   L-offerti validi għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni, ikklassifikati f’ordni ta’ ammont dejjem jiżdied, u mingħajr isem, permezz ta’ ittra elettronika, mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li tkun għalqet l-iskadenza għat-tfigħ tal-offerti.

Jekk l-iskadenza tagħlaq il-Ġimgħa, l-offerti jiġu kkomunikati sa mhux aktar tard min-nofsinhar (ħin ta’ Brussell) tat-Tnejn li jkun imiss.

3.   Għal kull offerta kkomunikata għandhom jingħataw dettalji dwar il-kwantità, il-kategorija ta’ żejt u l-ammont imsemmi fl-Artikolu 9(1)(d) u (f). Barra dan, meta l-proċedura tiffissa l-kwantitajiet massimi għal kull reġjun, ir-reġjuni kkonċernati għandhom jiġu indikati għal kull offerta.

Artikolu 12

1.   Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 865/2004 u fuq il-bażi tas-sejħiet għall-offerti mitfugħa, ammont minimu ta' għajnuna għandha tiġi ffissata għal kull jum ta' ħżin privat mhux aktar tard mid-disa' jum ta' xogħol wara li tkun għalqet kull skadenza stabbilita għat-tfigħ tal-offerti skont il-proċeduri tas-sejħiet parzjali għal xogħol bl-appalt.

2.   L-ammont massimu ta’ għajnuna għandu jiġi ffissat fil-kuntest tas-sitwazzjoni u l-iżviluppi prevedibbli fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa, u tal-opportunitajiet għal kontribuzzjoni sinjifikanti biex jiġi żgurat li s-suq ikun irregolat mill-miżura kkonċernata.

Barra dan, għandhom jitqiesu l-kwantitajiet li huma diġà koperti mill-kuntratti ta’ ħżin privat u l-kwantitajiet koperti mis-sejħiet għall-offerti li jkunu ntefgħu.

3.   Meta l-ammont massimu jkun qed jiġi ffissat u f’konformità mal-istess proċedura, l-offerti kollha fir-rigward ta’ kategorija ta’ żejt jew ta’ reġjun li għalihom tkun ġiet iffissata kwantità massima skont l-Artikolu 2(2), jistgħu jiġu rrifjutati meta, fil-każ tal-kategorija jew ir-reġjun ikkonċernati:

l-offerti ma jkunux rappreżentattivi, jew

l-ammont massimu ffissat jista’ jirriżulta f’eċċess tal-kwantità massima kkonċernata.

Artikolu 13

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 12(3), il-kuntratt għandu jingħata lil min jitfa’ l-offerta li tkun ġiet ikkomunikata skont l-Artikolu 11(2), u li tkun tikkorrispondi għall-ammont massimu ta’ għajnuna għal kull jum ta’ ħżin privat, jew għal ammont anqas fir-rigward tal-kwantità indikata fl-offerta.

Id-drittijiet u l-obbligi ta’ min ikun tefa’ l-offerta rebbieħa m’għandhomx ikunu trasferibbli.

2.   L-entità kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat għandha tavża bil-miktub lil kull min ikun tefa’ offerta dwar ir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess tas-sejħiet għal xogħol bl-appalt mhux aktar tard mit-tieni jum ta’ xogħol wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-ammont massimu tal-għajnuna f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt għandha tkun dik ta’ meta jintbagħat l-avviż ta’ aċċettazzjoni lil min ikun issottometta l-offerta rebbieħa.

Id-data li fiha tibda sseħħ l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, suġġett għall-ħlas tal-garanzija kif imsemmi fl-Artikolu 10(3), għandha tkun il-jum ta’ wara l-konklużjoni tal-kuntratt, u ż-żejt ikkonċernat irid jinħażen fil-kundizzjonijiet previsti fil-kuntratt.

Madankollu, l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tista' ma tibdiex qabel ma l-btieti jkunu ssiġillati wara li minnhom jittieħdu l-kampjuni, skont il-paragrafu 4(ċ) u (d) ta’ hawn taħt.

4.   Fi żmien 30 jum minn meta jiġi konkluż il-kuntratt, l-entità kompetenti tal-Istat Membru għandha

(a)

tidentifika l-btieti li jkun fihom iż-żejt taż-żebbuġa kkonċernat,

(b)

tirreġistra l-piż nett taż-żejt,

(ċ)

tieħu kampjun rappreżentattiv tal-offerta,

(d)

tissiġilla kull bettija.

Meta l-Istat Membru jkun jista' joffri raġunijiet ġustifikati kif xieraq, l-iskadenza ta' tletin jum stabblita fl-ewwel subparagrafu tista' tiġi estiża bi ħmistax-il jum.

5.   Il-kampjun imsemmi fil-paragrafu 4(ċ) għandu jiġi analizzat mill-aktar fis possibbli biex jiġi żgurat li ż-żejt jikkorrispondi mal-kategorija ta’ żjut taż-żebbuġa verġni li għaliha l-kuntratt ikun ingħata.

Jekk l-analiżi tikkonferma li ż-żejt fil-bettija ma jikkorrispondix mal-kategorija li għaliha l-kuntratt ikun ingħata, il-kwantità kollha kemm hi koperta mill-offerta għandha tiġi rrifjutata u l-garanzija msemmija fl-Artikolu 10(1) tintilef.

Artikolu 14

1.   Il-kuntratt li tiegħu jsiru żewġ kopji għandu jkun fih mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-entità kompetenti tal-Istat Membru;

(b)

l-indirizz postali sħiħ, in-numru tal-approvazzjoni u l-kategorija tal-kuntrattur, kif imsemmi fl-Artikolu 3;

(c)

l-indirizz preċiż tal-post tal-ħżin u l-lokalità tal-btieti kkonċernati;

(d)

id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt;

(e)

id-data tal-bidu u l-għeluq tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, suġġett għall-Artikolu 15;

(f)

referenza għal dan ir-Regolament u l-proċedura għas-sejħa parzjali tal-offerti għal xogħol bl-appalt ikkonċernata.

2.   Il-kuntratt għandu jkun fih referenza fir-rigward ta’ kull lott kopert minnu dwar:

(a)

il-kategorija u l-piż nett taż-żejt taż-żebbuġa verġni;

(b)

id-dettalji u l-lokalità tal-btieti li jkun fihom iż-żejt.

3.   Il-kuntratt għandu jeżiġi li l-kuntrattur:

(a)

iżomm maħżun, għal perjodu ta’ żmien miftiehem, il-kwantità miftiehma tal-prodott ikkonċernat, a spejjeż tiegħu u r-riskju għalih;

(b)

jaħżen żejt ta’ kategoriji differenti fi btieti separati, speċifikati fil-kuntratt u ssiġillati mill-entità kompetenti tal-Istat Membru;

(ċ)

jippermetti lill-entità kompetenti tal-Istat Membru tivverifika fi kwalunkwe ħin il-kompatibbiltà mar-rekwiżiti tal-kuntratt.

It-tibdil tal-btieti msemmi f’(b) hawn fuq irid jiġi awtorizzat minn dik l-entità, eżegwit fil-preżenza tagħha, iridu jittieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-bettija kkonċernata u jitwaħħlu siġilli ġodda skont l-Artikolu 13(4)(ċ) u (d).

4.   Bla ħsara għall-Artikolu 15, fil-każ li kuntrattur jittermina l-kuntratt waqt li tkun għadha għaddejja l-eżekuzzjoni tiegħu, il-kuntrattur jitlef il-benefiċċju tal-għajnuna għall-perjodu sħiħ u għall-kwantitajiet kollha previsti fil-kuntratt.

Artikolu 15

1.   Fuq il-bażi tal-iżviluppi fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa u l-prospetti għall-ġejjieni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 865/2004, li tqassar it-terminu tal-kuntratti li jkunu fis-seħħ.

It-tibdil li jsir fil-kuntratti jista’ jitwettaq biss matul il-perjodu mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru, u ma jistax jidħol fis-seħħ qabel tmiem ix-xahar ta’ wara dak li fih ikun twettaq it-tibdil.

2.   Meta kuntratt jinbidel skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tistipula tnaqqis perċentwali li jrid jiġi applikat għall-għadd ta’ jiem ta’ eżekuzzjoni previsti wara data speċifikata għall-kuntratti kollha li jkunu jinsabu fis-seħħ f’dik id-data.

Artikolu 16

1.   Mid-data tal-bidu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3), jista’ jsir ħlas bil-quddiem li jikkorrispondi għall-għajnuna prevista b’riferiment għall-perjodu li jibda mid-data tal-bidu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt u li jintemm fil-31 ta’ Awwissu ta’ wara, sakemm titħallas garanzija għal ammont ugwali għal 120 % tal-ħlas bil-quddiem.

Fil-każ ta’ kuntratti li jkunu jinsabu fis-seħħ, mill-1 ta’ Jannar jista’ jsir ħlas bil-quddiem ulterjuri għall-perjodu li jibda fl-1 ta’ Settembru u jintemm hekk kif jiskadu dawk il-kuntratti, skont it-termini speċifikati fl-ewwel subparagrafu.

2.   Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rilaxxata immedjatament hekk kif jitħallas il-bilanċ tal-għajnuna f’konformità mal-Artikolu 18(3).

Artikolu 17

1.   Qabel ma jsir il-pagament finali tal-għajnuna, l-entità kompetenti tal-Istat Membru għandha:

(a)

tiġbor u tivverifika xhieda ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(b)

twettaq il-verifiki meħtieġa biex tiżgura li ż-żejt taż-żebbuġa kkonċernat kien baqa’ maħżun matul il-perjodu kollu ta’ ħżin kif imsemmi fil-kuntratt;

(c)

tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li jsiru l-verifiki ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-kuntratt.

2.   Il-verifiki ta’ konformità għandhom jinkludu spezzjoni fiżika tal-oġġetti maħżuna, flimkien ma’ skrutinju tal-kontijiet.

L-ispezzjoni fiżika għandha tkopri b’mod partikolari l-konformità tal-istokk kopert mill-kuntratt mal-kategoriji ta’ żejt previsti fil-kuntratt, il-preżenza tas-siġilli u tal-kwantitajiet previsti.

3.   Meta jkun hemm nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-kuntratt, l-għajnuna ma tingħatax, u bla ħsara għal penali oħra li jistgħu jiġu applikati, l-approvazzjoni tal-operatur għandha tiġi rtirata. Barra dan, il-garanziji msemmija fl-Artikoli 10 u 16 jintilfu skont it-termini tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 18

1.   L-ammont ta’ għajnuna għandu jiġi kkalkulat f’rabta mal-piż nett irreġistrat skont l-Artikolu 13(4)(b).

Ir-rata li trid tiġi applikata għall-kambju tal-ammont ta' għajnuna għall-ħżin privat għall-munita nazzjonali għandha tkun ir-rata tal-kambju agrikola applikabbli fid-data tal-bidu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3).

2.   Ir-rekwiżiti marbuta mal-kwantitajiet previsti fl-offerti u l-kuntratti għandhom jitqiesu bħala ssodisfati jekk fil-fatt ikunu ssodisfati fejn għandhom x'jaqsmu 98 % ta' dawn il-kwantitajiet.

Meta l-analiżi msemmija fl-Artikolu 13(5) ma tasalx biex tikkonferma li ż-żejt jikkorrispondi għall-kategorija li għaliha ġie mogħti l-kuntratt, il-kwantità kollha koperta mill-offerta għandha titqies bħala li mhijiex f'konformità.

3.   L-għajnuna, jew, meta jkun ingħata ħlas bil-quddiem skont l-Artikolu 16, il-bilanċ tal-għajnuna, għandhom jitħallsu biss meta r-rekwiżiti kollha tal-kuntratt ikunu ġew issodisfati. Il-ħlas tal-għajnuna, jew il-bilanċ tal-għajnuna, għandu jsir wara verifika ta’ konformità mar-rekwiżiti, fi żmien 60 jum minn mindu jkun skada l-kuntratt.

Artikolu 19

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali meħuda biex jiġi applikat dan ir-Regolament u dwar il-kuntratt-kampjun.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw elettronikament lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ żejt taż-żebbuġa li għalihom tkun ingħatat għajnuna u li, kif ikun xieraq, ma jkunux is-suġġett ta’:

kuntratt;

konformità mal-kuntratt jew l-eżekuzzjoni sħiħa tiegħu.

Il-komunikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jispeċifikaw il-proċedura kkonċernata tas-sejħiet parzjali għal xogħol bl-appalt u, kif ikun xieraq, il-kategoriji ta’ żejt, l-operaturi jew ir-reġjuni kkonċernati. Il-komunikazzjoni għandha ssir mill-aktar fis possibbli u mhux iktar tard mill-għaxar jum tax-xahar li jiġi wara x-xahar ikkonċernat.

Artikolu 20

Ir-Regolament (KE) Nru 2768/98 qiegħed b'dan jiġi mħassar.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ tlitt ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97, ikkoregut bil-ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37.

(2)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 673/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 17).

(3)  ĠU L 346, 22.12.1998, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2004 (ĠU L 264, 11.8.2004, p. 6).

(4)  ĠU 172, 30.9.1966, p. 3025/66.

(5)  ĠU L 210, 28.7.1998, p. 32.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

483


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2006

li tistabbilixxi l-pjan ta’ ħidma għall-ekotikketta tal-Komunità

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/402/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li stabbilixxa l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta għall-għoti ta’ l-ekotikketta tal-Komunità (1), u, b’mod partikolari, l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta’ ħidma għall-ekotikketta tal-Komunità.

(2)

Il-pjan ta’ ħidma għandu jinkludi strateġija għall-iżvilupp ta’ l-iskema, li jispjega l-għanijet għat-titjib ambjentali u l-penetrazzjoni tas-suq, elenku mhux eżawrjenti tal-gruppi ta’ prodotti li għandhom jitqiesu bħala prijorità għal azzjoni mill-Komunità, u pjanijiet għall-koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-iskema tal-Komunità u skemi oħrajn ta’ għoti ta’ tikketti ekoloġiċi fl-Istati Membri.

(3)

Barra minn hekk, il-pjan ta’ ħidma għandu jipprovdi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija u jinkludi l-pjanijiet għall-finanzjament ta’ l-iskema.

(4)

Il-pjan ta’ ħidma rivedut għandu jiġi abbozzat fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ l-ewwel pjan ta’ ħidma għall-ekotikketta tal-Komunità (2).

(5)

Il-pjan ta’ ħidma għandu jiġi rivedut perjodikament.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat maħtur skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjan ta’ ħidma rivedut għall-ekotikketta tal-Komunità għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2007, kif spjegat fl-Anness, huwa adottat.

Artikolu 2

Għandu jingħata bidu għal reviżjoni tal-pjan ta’ ħidma qabel il-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lejn l-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Frar 2006.

Għall-Kunsill

Stravros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 7, 11.1.2002, p. 28.


ANNESS

PJAN TA’ ĦIDMA GĦALL-EKOTIKKETTA TAL-KOMUNITÀ

INTRODUZZJONI

L-ekotikketta tal-Komunità ġiet introdotta fl-1992 biex tinkoraġġixxi lin-negozju jiżviluppa oġġetti u servizzi b’inqas impatt ambjentali matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom u biex tipprovdi lill-konsumatur b’tagħrif aħjar dwar dawn il-prodotti.

I-iskema ta’ l-ekotikketta tal-Komunità tagħmel parti minn strateġija aktar wiesgħa mmirata lejn il-promozzjoni ta’ produzzjoni u konsum sostenibbli. Dan il-għan jista’ jintlaħaq fil-kuntest ta’ “qafas ta’ politika dwar il-prodotti orjentata lejn ċiklu ta’ ħajja integrat” kif indikat fis-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (is-6EAP). L-għanijiet ewlenin huma li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni u li tinkiser ir-rabta bejn il-pressjoni fuq l-ambjent u t-tkabbir ekonomiku, b’ħidma fil-qafas ta' l-Istrateġija ta' Lisbona ta' l-Unjoni Ewropea dwar it-Tiġdid Ekonomiku u Soċjali (2000) (1) u l-Istrateġija għal Żviliupp Sostenibbli (Gothenburg, 2001) (2).

Aktar speċifikament, il-Komunikazzjoni dwar il-Politika Integrata dwar il-Prodott (3) (IPP) tipproponi strateġija ġdida biex issaħħaħ u tiffoka mill-ġdid il-politika ambjentali relatata mal-prodotti u tiżviluppa s-suq għal prodotti aktar ambjentali (ħodor). L-ekotikketta tal-Komunità hija waħda mill-għodod li jgħinu biex jintlaħaq dan il-għan. Fi ħdan l-Iskema ta’ l-ekotikketta hemm ammont konsiderevoli ta’ tagħrif u għarfien espert fuq il-politika dwar il-prodotti bbazat fuq il-kunċett taċ-ċiklu tal-ħajja li għandu jkun disponibbli għal dawk kollha li għandhom interess u huma involuti fl-iżvilupp ulterjuri tal-metodu ta’ Politika Integrata dwar il-Prodotti.

Fil-qafas taċ-ċaqlieq lejn konsum u produzzjoni sostenibbli, id-Direttivi ġodda dwar il-kuntratti pubbliċi (4) li jintegraw kunsiderazzjonijiet ambjentali fil-kuntratti pubbliċi u l-Manwal dwar il-Kuntratti Pubbliċi Ambjentali ppubblikat dan l-aħħar joħolqu opportunitajiet ġodda għall-ekotikketta tal-Komunità. Waqt li min joħroġ kuntratti pubbliċi jista' ma jitlobx, speċifikament, prodotti u servizzi li jkollhom l-ekotikketta tal-Komunità fis-sejħiet għall-offerti, id-Direttivi l-ġodda joffru l-possibilità li jintużaw kriterji stabbiliti mill-iskema jew ekwivalenti meta jistabbilixxu rekwiżiti ambjentali bbażati fuq ir-rendiment jew funzjonali. Dan għandu jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet pubbliċi biex jieħdu deċiżjoni politika biex il-kuntratti tagħhom ikunu aktar ambjentali permezz ta’ l-ekotikketta tal-Komunità u l-kriterji tagħha jew skemi ekwivalenti oħrajn, li jipprovdu bażi soda ta’ tagħrif dwar il-prodott.

L-ekotikketta tal-Komunità tirrelata wkoll ma’ varjetà wiesgħa ta’ strumenti mmirati lejn produzzjoni aktar nadifa, żvilupp u użu ta’ teknoloġiji ambjentali. L-istrutturi, proċeduri u għarfien tagħha huma rikonoxxuti bħala punt tat-tluq qawwi għall-iddisinjar tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva proposta dwar id-disinn ekoloġiku tal-Prodotti li jużaw l-enerġija. Qasam prijoritarju ta’ l-attivitajiet tal-Pjan ta’ Azzjoni għat-Teknoloġiji Ambjentali (ETAP). jiġifieri l-iddisinjar u l-implimentazzjoni ta’ miri ta’ rendiment, jinkludi l-esplorazzjoni tar-relazzjoni bejn il-kunċett ta’ miri ta’ rendiment u r-rendiment ambjentali ta’ l-oġġetti u s-servizzi indirizzati minn inizjattivi ta’ l-UE bħall-ekotikketta tal-Komunità.

It-tkabbir, b’10-il Stat Membru ġdid f’Mejju ta’ l-2004, ħoloq kundizzjonijiet ġodda għall-iżvilupp ta’ l-ekotikketta tal-Komunità u għall-kontribut fil-qasam tal-komunikazzjoni ambjentali u t-tkabbir ta’ l-għarfien. Tikketta ċara magħrufa ma’ l-Ewropa kollha, bħall-Fjura, tagħmilha ħafna aktar faċli biex il-konsumaturi jixtru oġġetti aktar “ħodor”, waqt li tgħinhom ukoll biex jifhmu t-tikketti tat-Tip I.

Skemi ta’ l-ittikkettjar ambjentali ddisinjati sew u bbażati fuq is-suq jibqgħu attraenti għall-konsumaturi minħabba l-effett immedjat u s-sempliċità u għaliex jiżguraw tagħrif aħjar u aktar aċċessibbli dwar l-ambjent għaċ-ċittadini. Huma wkoll favorevoli għan-negozju billi jagħtu vantaġġ lill-prodott u joffru vantaġġi fil-kummerċjalizzazzjoni fil-punt tal-bejgħ, jekk jiġu żviluppati flimkien mal-manifatturi u l-ispiża għall-intrapriża tkun raġonevoli.

Huwa ċar li l-ekotikketta tal-Komunità għadha ma laħqitx penetrazzjoni sodisfaċenti tas-suq. Issa hija f’qagħda aħjar minn qabel, b’gamma ta’ prodotti li dejjem tikber (inklużi kemm oġġetti kif ukoll servizzi) u b’applikazzjonijiet ġodda jaslu b’mod regolari, iżda huwa ċar li l-iskema trid tiġi riveduta biex tilħaq sew il-miri oriġinali u, b’mod partikolari, l-adozzjoni attiva mill-komunità kummerċjali. Fid-dawl tar-reviżjoni ta’ l-Iskema ta’ l-ekotikketta tal-Komunità, qed isir studju ta’ valutazzjoni li janalizza l-effikaċja ġenerali tagħha fit-tnaqqis ta’ l-impatti negattivi fuq l-ambjent. Il-kontribut ta’ l-iskema għall-konsum u produzzjoni sostenibbli għandhom jiġu valutati u jsiru proposti kif, permezz tar-reviżjoni tagħha, tkun iffaċċjata l-aħjar l-isfida tal-promozzjoni ta’ l-iżvilupp sostenibli fl-Ewropa, kif ukoll kif issir aktar attraenti għall-operaturi ekonomiċi u, b’mod partikolari, għall-SMEs (ażjendi żgħar u ta’ daqs medju). Dan il-pjan ta’ ħidma għandu jappoġġja bis-sħiħ il-valutazzjoni u r-reviżjoni ta’ l-iskema waqt li ma jippreġudika bl-ebda mod il-possibbiltà li jsir xi tibdil fl-Iskema ta’ l-ekotikketta meta r-Regolament jiġi rivedut.

L-għan fundamentali ta’ dan il-pjan ta’ ħidma rivedut, għalhekk, huwa li jibni fuq il-lezzjonjiet u l-esperjenza miksuba mit-tħaddim ta’ l-iskema ta’ l-ekotikketta u li jistabbilixxi l-programm ta’ ħidma għat-tliet snin li ġejjin b’dawn il-miri:

Li l-ekotikketta tal-Komunità ssir strument aktar ta’ suċċess u effettiv għat-titjib tal-kwalitajiet ambjentali ta’ l-oġġetti u s-servizzi.

Li l-pjan ta’ ħidma rivedut jiffoka wkoll fuq appoġġ għall-valutazzjoni ta’ l-Iskema ta’ l-ekotikketta li għaddejja bħalissa għar-reviżjoni li ser issir dalwaqt tar-Regolament.

Li titkompla l-kontribuzzjoni biex il-konsum isir aktar sostenibbli, u għall-għanijet tal-politika stabbilita permezz ta’ l-Istrateġija tal-Komunità għal Żvilupp Sostenibbli u s-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali.

Li jsir l-aktar użu effettiv mir-riżorsi allokati lill-iskema mill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Bord ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Ittikkettjar Ekoloġiku (EUEB) (5).

STRATEGIJA GĦALL-IŻVILUPP TA’ L-ISKEMA

2005-2007

1.   Politika u strateġija għar-reviżjoni tar-Regolament dwar l-ekotikketta

L-ekotikketta tal-Komunità qegħda kontinwament tiżviluppa u taddatta l-politika u l-istrateġija tagħha f’termini ta’ żmien twal. Trid tiġi integrata sew mad-diskussjonijiet u x-xogħol li għaddejjin għall-implimentazzjoni tal-Komunikat ta’ l-UE dwar il-Politika Integrata dwar il-Prodott u wkoll ma' strumenti leġiżlattivi oħrajn fi stadju ta’ żvilupp, bħad-Direttiva proposta dwar l-Iddisinjar Ekoloġiku tal-Prodotti li jużaw l-Enerġija (EuP), id-Direttiva Qafas 92/75/KEE dwar l-apparat domestiku u d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Istilla ta’ l-Enerġija għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju, l-implimentazzjoni ta’ l-ETAP, is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-Istrateġija tal-Komunità għal Żvilupp Sostenibbli. L-ekotikketta tal-Komunità trid issegwi wkoll mill-qrib l-iżviluppi aktar wiesgħin fl-ittikkettjar ekoloġiku tal-prodotti, kif ukoll it-tikketti dwar l-etika, il-kwalità u s-saħħa, billi tiżgura wkoll l-involviment xieraq tad-diversi kumitati xjentifiċi sabiex ikun hemm aktar titjib fil-bażi xjentifika tal-kriterji ekoloġiċi. Ta’ importanza ugwali huma l-iżviluppi fil-qasam tas-Sistemi ta’ Ġestjoni Ambjentali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-Iskema Komunitarja ta’ Ġestjoni u Awditjar Ambjentali (EMAS).

Sabiex id-diversi diskussjonijiet u flussi ta’ tagħrif relatati jiġu ġestiti b’mod aktar effettiv, kemm fi ħdan l-iskema kif ukoll fir-rigward ta’ forums esterni, u biex jippreparaw u jmexxu d-dibattitu dwar il-futur ta’ l-Iskema, inħatar Grupp attiv għall-Ġestjoni tal-Politika fi ħdan l-ewwel pjan ta’ ħidma ta’ l-ekotikketta. Dan ta kontribut siewi ħafna għall-politika u l-istrateġija futuri ta’ l-Iskema billi indirizza l-kwistjoni ta’ l-integrazzjoni ma’ politiki ambjentali oħrajn, sinerġiji ma' strumenti ta’ tagħrif oħrajn u firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet ta' politika fuq termini ta' żmien twal. Identifika b’mod ċar l-isfidi ewlenin li l-Iskema qed tiffaċċja fil-mument u ta kontribut għad-diskussjoni bl-iżvilupp ta’ varjetà ta’ ideat dwar il-valutazzjoni u r-reviżjoni ta’ l-Iskema. Dawn l-ideat għandhom jagħmlu parti mid-diskussjoni dwar it-reviżjoni ta’ l-Iskema fejn laqgħat li jinvolvu lil dawk li għandhom interess għandhom jingħataw prijorità.

Għan

Għandha tkun prijorità għall-EUEB, l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jiżviluppaw u jaddattaw l-istrateġija u l-politika fuq termini ta’ zmien twal ta’ l-Iskema ta’ l-ekotikketta fid-dawl tar-reviżjoni tar-Regolament li għandha ssir. Għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-integrazzjoni ta’ l-ekotikketta fid-diversi żviluppi ta’ politika li qegħdin iseħħu fir-rigward tal-konsum sostenibbli (bħall-IPP, l-EuP, il-Kuntratti Pubbliċi “Ħodor”, aktar tikkettjar, tnaqqis fir-taxxi għall-prodotti “ħodor”, ETAP, eċċ.).

Azzjonijiet

L-EUEB, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaraw li tkun prijorità li dan jidħol fil-valutazzjoni u r-reviżjoni ta' l-Iskema ta’ l-ekotikketta sabiex jgħin fl-iżvilupp u l-addattament tal-politika u l-istrateġija tagħha fuq termini ta' żmien twal. Dan il-kontribut għandu jieħu l-forma ta’ laqgħat dedikati, investigazzjonijiet u l-mobilizzazzjoni ta’ għarfien espert wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat ta' l-istudju.

2.   Għanijiet għat-titjib ambjentali u l-penetrazzjoni tas-suq.

L-għanijiet għat-titjib ambjentali u l-penetrazzjoni tas-suq għandhom jiġu stabbiliti fid-dawl tar-reviżjoni ta’ l-iskema. Għandhom ikunu mmirati, b’mod partikolari:

(a)

biex iwessgħu n-numru ta’ swieq potenzjalment miftuħin għall-prodotti bl-ekotikketta billi jespandu b’mod progressiv il-firxa ta’ gruppi ta’ prodotti bl-ekotikketta u jagħmluha aktar attraenti għall-manifatturi;

(b)

biex, fi ħdan kull wieħed minn dawn is-swieq/gruppi ta’ prodotti, ikun hemm żieda sinifikanti fil-viżibilità ta’ l-ekotikketta (jiġifieri n-numru ta' prodotti fis-suq bl-ekotikketta);

(c)

biex jikkunsidraw l-benefiċċju ambjentali ġenerali ta’ l-iskema u l-kontribut tagħha biex il-konsum isir aktar sostenibbli;

(d)

biex jibnu aktar fuq is-sinerġiji potenzjali bejn l-ekotikketta tal-Komunità u l-EMAS.

(a)   Żviluppi tal-gruppi tal-prodotti

Fil-mument, ġew addottati kriterji għal 23 grupp ta' prodotti: tissue paper, magni tal-ħasil tal-platti, materjali li jtejbu l-ħamrija, saqqijiet tas-sodod, żebgħat u verniċ għal ġewwa, xedd tas-saqajn, prodotti tat-tessuti, kumpjuters personali, deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ, deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti, karti tal-kopji, bozoz tad-dawl, kompjuters li jinġarru, friġis, magni tal-ħasil, materjali tat-tindif ġenerali u sanitarji, deterġenti għall-ħasil ta’ l-idejn, settijiet tat-televixin, kisjiet ta’ l-art iebsin, vacuum cleaners, servizzi ta' akkomodazzjoni għat-turisti, servizz ta' sit għall-ikkampjar, u lubrifikanti.

Varjetà ta’ kundizzjonijiet iridu jiġu sodisfatti sabiex grupp ta’ prodotti jiġi kunsidrat bħala prijorità għall-ekotikketta tal-Komunità. L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, b'mod partikolari, jindika xi rekwiżiti ewlenin dwar l-idonjetà għall-ittikkettjar ekoloġiku. Il-prodott irid ikun sinifikanti f’termini tas-suq intern u jkun jinbiegħ għal konsum jew użu finali. Irid ikun jinvolvi impatti ambjentali sinifikanti li jistgħu jiġu effettwati b’mod pożittiv mill-għażla tal-konsumatur, u l-manifatturi u l-bejjiegħa bl-imnut iridu jkunu lesti li jaċċettaw l-ekotikketta fuq il-prodotti tagħhom.

Fuq il-bażi ta’ lista tal-punti għall-iċċekkjar ipprovdut mill-ewwel pjan ta' ħidma, sar studju fuq il-prijorità (6) u l-elenku ta' gruppi ta' prodotti prijorizzati li rrizulta mill-istudju jidher fl-Anness 1. Fid-dawl tar-reviżjoni, l-EUEB u l-Istati Membri għandhom ikomplu jiżviluppaw il-metodoloġija tal-prijoritizzazzjoni tal-gruppi ta’ prodotti fuq il-bażi ta’ l-istudju u skond ir-rakkomandazzjonijiet għal aktar xogħol u titjib ippubblikati fir-riżultati ta’ l-istudju. Għandhom jestendu wkoll il-valutazzjoni tal-benefiċċji ambjentali u l-perspettivi tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ gruppi ta’ prodotti kandidati. Ir-rekwiżiti speċjali għall-valutazzjoni tal-grad ta’ prijorità tas-servizzi jrid jiġi analizzat aktar.

Il-metodoloġija mtejba għandha tipprovdi mod oġġettiv għall-prijoritizzazzjoni tal-gruppi ta’ prodotti fil-każ ta' l-oġġetti jew is-servizzi. Għandha tqis ukoll jekk oġġett jew servizz partikolari għandux xi rbit ċar mal-gruppi ta’ prodotti eżistenti.

Għandu jinħatar ġrupp ta’ ġestjoni ad hoc biex jispeċifika b’mod oġġettiv u trasparenti liema għandhom ikunu l-gruppi ta’ prodotti bl-ogħla prijorità.

Ix-xogħol li jsir fuq l-iżvilupp ta’ grupp ta’ prodotti m’għandux jippreġudika, madankollu, il-possibilità li jsiru xi bidliet fil-mod ta’ kif jiġu ttrattati l-gruppi ta’ prodotti fir-reviżjoni ta’ l-Iskema ta’ l-ekotikketta.

Għanijiet

Fid-dawl tar-reviżjoni ta’ l-iskema, jistabbilixxi sett ta’ gruppi ta’ prodotti li jiffurmaw gamma ta’ prodotti kompleta u maniġġabbli biżżejjed biex tħajjar lill-bejjiegħa bl-imnut, il-manifatturi, inklużi l-SMEs u l-konsumatur.

Jagħmel l-aħjar użu tar-riżorsi allokati għall-iżvilupp tal-gruppi ta’ prodotti billi jiffoka l-attenzjoni fuq dawk il-gruppi ta’ prodotti li huma l-aktar idonji għall-ekotikketta tal-Komunità.

Fi żmien ħames snin, in-numri ta' gruppi ta’ prodotti stabbiliti għandu jiżdied b’bejn 30 u 35.

Azzjonijiet

Il-lista tal-gruppi ta’ prodotti bi prijorità għandha tiġi aġġornata b’mod regolari, wara konsultazzjoni mal-EUEB. Fl-okkażjoni tar-reviżjoni ta’ kull grupp ta’ prodotti, il-prijorità għandha tiġi valutata mill-ġdid mill-EUEB.

Fid-dawl ta' l-istudju dwar il-prijorità li sar matul il-pjan ta’ ħidma preċedenti, il-Korpi Kompetenti u l-EUEB għandhom ikomplu jtejbu l-metodoloġija tal-prijoritizzazzjoni, b’mod partikolari billi jfittxu li jiżviluppaw aġġustament xieraq tal-‘mistoqsijiet dwar il-prijoritizzazzjoni' fl-istudju. Fost fatturi oħrajn, dan għandu jqis ukoll is-suċċess jew il-falliment ta’ gruppi ta’ prodotti stabbiliti, il-benefiċċji ambjentali li jinkisbu mill-gruppi ta’ prodotti kandidati u r-rekwiżiti speċjali għall-valutar tal-grad ta’ prijoritŕ tas-servizzi, fid-dawl tar-riżultati u l-orjentazzjonijiet li jirriżultaw mill-valutazzjoni li għaddejja ta’ l-iskema.

Il-Kummissjoni, l-EUEB u l-Istati Membri għandhom, b’żieda mat-twettiq tar-reviżjonijiet meħtieġa, jimmiraw biex jistabbilixxu żewġ gruppi ta’ prodotti ġodda kull sena. Il-perjodu ta' validità tal-kriterji ta' grupp ta' prodotti għandu, b'mod ġenerali, jkun ta' erba' jew ħames snin (għalkemm dan il-perjodu jista’ jiġi addattat każ b’każ).

Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ ġestjoni ta’ l-EUEB “ad hoc” li jiltaqa’ darba fis-sena sabiex jirrikmanda liema huma l-gruppi ta’ prodotti bl-ogħla prijorità u jagħti pariri dwar skeda għar-reviżjoni tal-gruppi. Dan il-grupp għandu jistabbilixxi wkoll metodoloġija għad-definizzjoni ta’ l-urġenza tar-reviżjoni tal-kriterji bbażata fuq l-iżviluppi tekniċi fl-oqsma rilevanti.

L-iżvilupp ta’ grupp ta’ prodotti ġodda m’għandux jippreġudika, madankollu, il-bżonn li jiġu allokati ħin u riżorsi għall-proċess tar-reviżjoni ta’ l-Iskema ta’ l-ekotikketta.

(b)   Penetrazzjoni tas-suq, viżibilità u għarfien mill-konsumatur

Hemm erba’ parametri għall-kejl tal-viżibilità ta’ l-ekotikketta:

kumpaniji: in-numru ta’ kumpaniji li jingħataw l-ekotikketta

prodotti: in-numru ta’ prodotti li fuqhom il-kumpaniji ngħataw l-ekotikketta

oġġetti: in-numru ta’ oġġetti minn dawn il-prodotti kummerċjalizzazti bl-ekotikketta

valur: il-valur tal-bejgħ mill-fabbrika ta’ dawn l-oġġetti

Fil-preżent (Mejju 2005) hemm aktar minn 250 kumpanija li jagħmlu użu mill-ekotikketta tal-Komunità (meta mqabbel ma’ 87 f’Awwissu ta’ l-2001), fuq diversi mijiet tal-prodotti tagħhom. It-tessuti, iż-żebgħat u l-verniċ ta’ ġewwa u s-servizzi ta' l-akkomodazzjoni tat-turisti huma l-aktar gruppi ta’ prodotti li rnexxew f’termini tan-numru ta’ applikanti. Id-distribuzzjoni ta’ dawk li għandhom l-ekotikketta tal-Komunità u l-prodotti tagħhom fiż-Żona Ekonomika Ewropea għadha mhix ibbilanċjata ħafna iżda tindika kopertura tal-prodotti ħafna aħjar u aktar ibbilinċjata meta mqabbla mal-passat.

In-numru ta' oġġetti bl-ekotikketta tal-Komunità li nbiegħu fl-2004 huwa stmat li kien madwar 400 miljun (meta mqabbel ma’ 54 miljun fl-2001), b’valur ta’ bejgħ mill-fabbrika stmat ta’ madwar 700 miljun Euro, imqabbel ma’ 114-il miljun Euro fl-2001.

F’termini ta’ penetrazzjoni tas-suq attwali, il-prodotti bl-ekotikketta tal-Komunità għadhom, madankollu, insinifikanti u għadhom ilaħħqu ħafna inqas minn 1 % tas-suq totali għad-diversi gruppi ta’ prodotti.

L-oġġettiv ewlieni ta’ l-iskema għandu jkun it-titjib sinifikanti f’kemm hija attraenti għall-partijiet ekonomiċi kif ukoll li żżid b’mod konsiderevoli n-numru tal-prodotti bit-tikketta sabiex l-ekotikketta ssir aktar viżibbli fis-suq u jiżdied l-impatt ambjentali tagħha. Fl-istess waqt, għandha timmira biex issaħħah din il-viżibilità b’mod kontinwu biex tersaq lejn il-penetrazzjoni potenzjali sħiħa tas-suq mill-ekotikketta, li ġeneralment tkun bejn 5 % u 25 % tas-suq ġenerali (skond il-grupp ta’ prodotti kkonċernat u s-selettività tal-kriterji ta’ l-ekotikketta relatati miegħu).

F’dan ir-rigward, l-Korpi Kompetenti dwar l-ekotikketta għandhom ikomplu jidentifikaw gruppi ta’ prodotti fil-mira f’kull Stat Membru. Strateġija integrata għall-kummerċjalizzazzjoni tista’ ttejjeb b’mod sinifikanti l-orjentazzjoni tal-konsumatur u kemm tkun attraenti, kif ġie ppruvat mill-Ġimgħa tal-Fjura Ewropea f’Ottubru ta’ l-2004.

L-esperjenza miksuba tindika li n-naħa tal-talba trid tiġi kkunsidrata b’mod aktar proattiv u li l-esperjenza riċenti tal-Ġimgħa tal-Fjura Ewropea ta’ l-2004 tindika li strateġija kombinata ta’ provvista/talba tista’ tagħmel differenza.

Huwa importanti ħafna li jkun hemm promozzjoni ta’ l-Għarfien ta’ l-ekotikketta tal-Komunità fl-Istati Membri kollha u li l-kumpaniji jiġu motivati biex japplikaw għaliha u li jkun hemm enfażi fuq il-benefiċċju prattiċi li jistgħu jiksbu minnha.

Il-ħtieġa ta’ metodoloġija komuni għall-servejs tal-konsumatur irriżultat mix-xogħol tal-grupp ta’ ġestjoni tal-kummerċjalizzazzjoni matul l-implimentazzjoni ta’ l-ewwel pjan ta’ ħidma. Is-servejs iridu jitwettqu biex jimmonitorjaw il-grad ta’ rikonoxximent u biex isegwu l-iżvilupp ta’ l-għarfien mill-konsumatur. Ikun importanti li jkun hemm promozzjoni tar-rikonoxximent ta’ l-ekotikketta tal-Komunità fl-Istati Membri kollha u, fl-istess waqt, skambju ta’ l-esperjenzi fl-implimentazzjoni ta’ l-ekotikketta bejn Stati Membri “qodma” u “ġodda”.

Il-Kummissjoni qiegħda tipprepara serje ta’ fuljetti, li jispjegaw l-għanijiet u t-tifsira ta’ l-ekotikketta għal gruppi ta’ prodotti speċifiċi, li għandhom jakkumpanjaw il-prodotti bl-ekotikketta meta jinbiegħu lill-konsumatur. Ġew żviluppati wkoll varjetà ta’ fuljetti maħsuba biex jipprovdu lill-produtturi u l-bejjiegħa bl-imnut b’tagħrif dwar il-kriterji ewlenin tal-grupp ta’ prodotti (ġenerali, prodotti tat-tessuti, xedd tas-saqajn, deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ, żebgħa u verniċ). Dan il-materjal għandu jitjieb aktar u jitqassam b’mod sistematiku mill-membri ta’ l-EUEB.

Sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tal-kummerċjalizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-produtturi bil-għan li jorganiżżaw kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni fil-pajjiżi tagħhom.

Għanijiet

Żieda ta’ mill-inqas 50 % fis-sena tal-valur u/jew in-numru ta’ oġġetti bl-ekotikketta.

Qabel it-tmiem tal-pjan ta’ ħidma, jintlaħaq livell minimu ta’ viżibilità fl-Istati Membri kollha, inkluża l-metodoloġija dwar kif titkejjel b’mod effettiv f’termini ta’ spejjeż.

Il-manifatturi u l-bejjiegħa bl-imnut għandhom ikunu konxji ta’ l-ekotikketta tal-Komunità u, fuq termini ta’ żmien twal, aktar minn nofs il-konsumaturi Ewropej għandhom jagħrfu l-ekotikketta tal-Komunità bħala tikketta ta’ eċċellenza ambjentali.

Azzjonijiet

Qabel it-tmiem ta’ l-ewwel sena ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ ħidma, il-ġrupp tal-Ġestjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni, bl-għajnuna ta’ l-Istati Membri, għandu jagħmel rakkomandazzjonjiet dwar kif jitkejlu “il-penetrazzjoni tas-suq, il-viżibilità u l-għarfien tal-konsumatur” u fuq x'għandhom ikunu l-livelli mixtieqa ta' tali għarfien, meta titqies l-esperjenza miksuba mill-kampanja tal-Fjura Ewropea ta' l-2004.

L-EUEB għandu jtejjeb il-mekkaniżmi ta’ rappurtaġġ diġà stabbiliti sabiex jinħolqu statistiċi annwali għall-monitoraġġ ta’ din il-penetrazzjoni tas-suq għall-gruppi ta’ prodotti differenti.

L-EUEB, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu l-ekotikketta tal-Komunità biex jilħqu l-miri miftiehma. B’mod partikolari, il-bejjiegħa bl-imnut u l-uffiċjali inkarigati minn kuntratti governattivi (are hawn taħt) għandhom ikunu fil-mira. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu rappurtati (u jkun hemm skambju ta’ tagħrif dwarhom) matul il-laqgħat ta’ l-EUEB li jinżammu mill-inqas darba fis-sena. B’mod parallel, għandu jinkiseb u jiġi kkunsidrat tagħrif minn dawk li għandhom interess b’mod sistematiku.

Għal dan il-għan kull Stat Membru għandu jiżviluppa strateġija tal-kummerċjalizzazzjoni li għandha tinkludi l-attivitjiet rilevanti skond il-prijorità.

Għandhom jinbnew allejanzi mal-partijiet interessati (inklużi l-NGOs, produtturi, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u bejjiegħa bl-imnut) kif jaqbel, sabiex jiżdied l-għarfien ta’ l-iskema f’dawn l-organizzazzjonijiet u jinkoraġġixxu l-kummerċjalizzazzjoni tal-Fjura fin-netwerk tal-kuntatti tagħhom.

L-EUEB, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu l-iskambju ta’ l-esperjenzi fl-implimentazzjoni ta’ l-ekotikketta bejn l-Istati Membri “qodma” u “ġodda”, per eżempju permezz ta' sessjonijiet ta’ struzzjoni organizzati.

Ara wkoll azzjonijiet promozzjonali konġunti (Artikli 4b u 5)

(c)   Benefiċċji ambjentali

L-għan ġenerali ta’ l-ekotikketta huwa li tippromwovi prodotti li għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-impatti ambjentali negattivi, fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika u skond l-Artikolu 1(4) tar-Regolament dwar l-ekotikketta (Regolament (KE) Nru 1980/2000), meta mqabbla ma' prodotti oħrajn ta' l-istess grupp, u b'hekk tikkontribwixxi għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u livell għoli ta' ħarsien ta' l-ambjent. B’dan tgħin biex il-konsum isir aktar sostenibbli, u biex l-għanijiet tal-politika stabbiliti permezz ta’ l-Istrateġija tal-Komunità għal Żvilupp Sostenibbli (per eżempju fil-qasam tal-bidla fil-klima, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-ekotossiċità), is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-Komunikat dwar il-Politika Integrata dwar il-Prodotti.

Studji u rapporti preċedenti indikaw li huwa diffiċli li jiġu valutati l-benefiċċji ambjentali speċifiċi tat-Tikketti Ekoloġiċi minħabba d-diffikultà biex jiġu iżolati minn benefiċċji ambjentali li jirriżultaw minn miżuri ambjentali oħrajn u mkejla. Billi l-benefiċċji diretti jirrigwardaw it-tfaddil ambjentali li jista’ jinkiseb jekk ikun hemm żieda fis-sehem tas-suq tal-prodotti bl-ekotikketta, il-benefiċċji indiretti jistgħu jqisu l-effetti pożittivi oħrajn li l-ekotikketta kellha, u jista’ jkollha, fil-futur. L-istudju dwar il-Benefiċċji Diretti u Indiretti ta’ l-ekotikketta tal-Komunità li tlesta dan l-aħħar juri li, b’żieda ta’ 20 % ta’ użu fis-suq, l-ekotikketta tal-Komunità tista’ tikseb iffrankar sinifikanti permezz tal-benefiċċji indiretti, billi taħdem potenzjalment bħala wieħed mill-istrumenti aktar effettivi f’termini ta’ spejjeż għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbel ma’ basket ta’ politiki u attivitajiet programmati oħrajn.

Il-kuntratti pubbliċi jagħmlu madwar 16 % (7) tal-PGD ta’ l-UE u x-xerrejja tal-kumpaniji u organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi oħrajn għandhom jiġu mħajra b'mod aktar sistematiku biex jużaw kriterji ta’ l-ekotikketta jew simili fis-sejħiet tagħhom għall-offerti. Il-manwal ippubblikat reċentament dwar Kuntratti Pubbliċi Ambjentali jagħmel kontribut sinifikanti f’din id-direzzjoni.

L-għarfien tax-xerrejja, madankollu, għadu mhux kbir biżżejjed biex ikollu effett sinifikanti fuq is-suq. B’hekk, għan speċifiku wieħed għandu jkun li jkun hemm żieda fit-talba speċifika mix-xerrejja għal prodotti “ħodor” fit-tliet snin li ġejjin. Għandhom jiġu mistħarrġa mizuri li jżidu tali talba.

Għanijiet

Li jikber il-konsum sostenibbli, u jissaħħu l-għanijet tal-politika stabbiliti permezz ta’ l-Istrateġija tal-Komunità għal Żvilupp Sostenibbli, is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-Komunikat dwar l-IPP.

L-Uffiċjali inkarigati minn Kuntratti Pubbliċi għandhom ikunu mgħarrfa malajr kemm jista’ jkun dwar il-possibilitajiet ta’ l-użu tal-kriterji dwar l-ekotikketta tal-Komunità, jew ekwivalenti, fis-sejħiet għall-offerti tagħhom.

Azzjonijiet

L-EUEB għandu jkompli jaħdem biex jistma l-benefiċċji ambjentali diretti u indiretti ta’ l-ekotikketta fl-intier tagħha. Il-benefiċċji potenżjali għandhom jiġu stmati wkoll fir-rigward tal-kriterji kollha ġodda jew riveduti tal-gruppi ta’ prodotti.

L-EUEB, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-pubbliku u l-uffiċjali inkarigati minn kuntratti privati dwar l-opportunitajiet ta’ l-użu tal-kriterji dwar l-ekotikketta tal-Komunità, jew ekwivalenti, fis-sejħiet għall-offerti tagħhom.

(d)   Sinerġiji bejn l-ekotikketta tal-Komunità u l-EMAS

Ir-rwoli kumplimentari u ta’ appoġġ reċiproku ta’ l-ekotikketta tal-Komunità u l-EMAS għandhom jiġu analizzati u msaħħa sal-livell ta’ sħubija reali fid-dawl tar-reviżjoni taż-żewġ skemi. Il-kooperazzjoni mill-qrib u għarfien ċar ta' kif ikunu ser jaħdmu flimkien huwa essenzjali biex ikun żgurat is-suċċess taż-żewġ skemi. Kif intqal fil-pjan ta’ ħidma preċedenti, kumpanija li għandha l-EMAS jew l-ISO 14001 hija ovvjament waħda li hija ġestita b’mod sistematiku mil-lat ambjentali u kontinwament ittejjeb ir-rendiment ambjentali tagħha aktar mir-rekwiżiti legali minimi. Prodott li jkollu l-ekotikketta tal-Komunità huwa kjarament wieħed mill-aħjar mil-lat ambjentali. Kumpanija li għandha l-EMAS tibbenefika mill-użu tal-kriterji ta’ l-ekotikketta tal-Komunità fil-politika ambjentali tagħha bħala għan ambjentali ċar u pożittiv għall-prodotti tagħha. Miri ċari fir-rigward tar-rendiment ambjentali jistgħu jiġu misluta mill-implimentazzjoni tal-kriterji ta’ l-ekotikketta. Kumpanija li għandha, jew li trid, l-ekotikketta għall-prodotti tagħha tibbenefika mill-użu ta’ l-EMAS għall-ġestjoni u l-manutenzjoni tal-konformità mal-kriterji relatati, waqt li, fl-istess waqt, tibbenefika minn aktar opportunitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni. Skond l-iskema ta’ l-ekotikketta tal-Komunità, sar possibbli li jkun hemm ċertu tnaqqis, per eż. għal kumpaniji ċertifikati mill-EMAS u ISO 14001, SMEs u atturi ewlenin.

3.   Kooperazzjoni, koordinazzjoni u rbit bejn l-iskema ta’ l-UE u skemi oħrajn tat-tikketti ekoloġiċi tat-Tip I fl-Istati Membri

Kif intqal fil-pjan ta’ ħidma preċedenti, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-ekotikketta tal-Komunità u Tikketti Ekoloġiċi oħrajn fl-Istati Membri għandhom isiru, progressivament, aktar sistematiċi u komprensivi. Dan jista’ jżid l-effiċjenza ekonomika ta’ l-iskema u għandu jgħin biex jonqos it-tgħawwiġ potenzjali ta’ l-impatti fuq il-kummerċ. Għal dan il-għan, twaqqaf il-Grupp Permanenti għall-Kooperazzjoni u l-Koordinazzjoni li ltaqgħa xi erba’ darbiet fis-sena.

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fl-aħħar tliet snin fil-Grupp għall-Kooperazzjoni u l-Koordinazzjoni, l-għanijiet relatati mal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni għadhom validi. S’issa, il-grupp għadu ma laħaqx il-potenzjal teoretiku tiegħu.

Ir-riżultati pożittivi ewlenin huma kkonċentrati f’żewġ oqsma: inġabar ħafna tagħrif dwar kif jaħdmu l-korpi kompetenti u, bħala konsegwenza ta’ dan, ittieħdu xi azzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-korpi kompetenti diversi. Dan huwa pass importanti ‘l quddiem, billi l-kredibilità tas-sistema titlob li jiġu użati proċeduri omoġeni mill-korpi kompetenti kollha.

Madankollu, jidher ċar li għad hemm ħafna xi jsir fil-qasam tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-ekotikketta tal-Komunità u skemi oħrajn ta’ Tikketti Ekoloġiċi billi livell għoli ta’ kooperazzjoni jitlob livell għoli ta’ impenn mill-partijiet kollha.

Sabiex titjieb din is-sitwazzjoni, ittieħdu diversi azzjonijiet fil-qafas tal-pjan ta’ ħidma preċedenti, bħal kuntatt attiv ma’ l-iskema nazzjonali ta’ ekotikketta biex jiġu mħeġġa li jikkooperaw aktar ma’ l-ekotikketta tal-Komunità. Inizjattivi meħuda mill-Grupp ta’ Ġestjoni għall-Kooperazzjoni u l-Koordinazzjoni jinkludu l-organizzazzjoni ta’ laqgħa bejn l-ekotikketta tal-Komunità u l-presidenti jew rappresentattivi ta’ l-iskemi nazzjonali ta’ Tikketta Ekoloġika kif ukoll l-esplorazzjoni tat-tixbieħ ta’ l-ekotikketta tal-Komunità ma’ tikketti nazzjonali oħrajn fl-involviment u l-verifika ta’ dawk li għandhom interess. Azzjonijiet oħrajn jikkonsistu fl-esplorazzjoni ta’ l-armonizzazzjoni tal-kriterji tal-gruppi ta’ prodotti, b’riżultati inkoraġġanti f’xi Stati Membri, per eż. l-Awstrija. Għadu għaddej xogħol importanti f’dan il-qasam.

Kif intqal fil-pjan ta’ ħidma preċedenti, għandu jkun hemm iffrankar konsiderevoli fir-riżorsi permezz tal-koordinazzjoni aħjar ta’ l-iżviliupp tal-gruppi ta’ prodotti.

Fl-aħħar — iżda mhux l-inqas — it-tkabbir b’10 Stati Membri ġodda introduċa xi Tikketti Ekoloġiċi nazzjonali ġodda, li fetaħ opportunitajiet ġodda għall-kooperazzjoni — kif ukoll sfidi ġodda.

Għan

L-użu tas-sinerġiji bejn l-ekotikketta tal-Komunità u Tikketti Ekoloġiċi oħrajn ta’ l-Istati Membri permezz ta’ żieda progressiva u sistematika fil-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-irbit bejniethom, speċifikament fid-dawl tar-reviżjoni ta' l-iskema ta’ l-ekotikketta.

Azzjonijiet

Il-gruppi ta’ ġestjoni tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni għandhom jippreparaw u jimplimentaw strateġija dwar kif jinkoraġġixxi Tikketti Ekoloġiċi tat-Tip I biex ikabbru l-kooperazzjoni u l-irbit ma’ l-ekotikketta tal-Komunità.

(a)   Koordinazzjoni ta’ l-iżviluppi tal-gruppi tal-prodotti

Għandu jkun hemm skambju sistematiku ta’ tagħrif bejn l-ekotikketta tal-Komunità u tikketti ekoloġiċi oħrajn dwar il-gruppi ta’ prodotti eżitenti tagħhom għall-iżvilupp tal-gruppi ta’ prodotti u, meta jkun xieraq, għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom billi jgħaqqdu r-riżorsi, l-għarfien espert u r-riżultati. Dan għandu jwassal għal iffrankar reċiproku, kjarifika tar-rwoli rispettivi tad-diversi skemi u għandu jiffaċilita l-armonizzazzjoni (f'każijiet fejn tikketti simili jkollhom għanijiet simili). Il-korpi kollha involuti għandhom jaħdmu biex jiżviluppaw l-ideat tagħhom dwar kif l-ekotikketta tal-Komunitŕ u tikketti oħrajn jistgħu jaħdmu flimkien fuq termini ta' żmien twal fid-dawl tar-reviżjoni imminenti tar-Regolament dwar l-ekotikketta tal-Komunità.

Dan sar matul il-pjan ta’ ħidma preċedenti (per eżempju fil-każ tan-“Nordic Swan” u s-“Stichting Milieukeur”) iżda l-kooperazzjoni ma kienitx sistematika u hemm bżonn ta’ sforzi akbar biex jintlaħaq livell minimu ta' armonizzazzjoni. L-isforzi ta’ kooperazzjoni bejn l-ekotikketta tal-Komunità u l-iskemi nazzjonali issa għandhom jiffokaw fuq l-oqsma tal-prijoritizzazzjoni ta’ l-iżvilupp tal-gruppi ta’ prodotti, il-konverġenza, it-tkabbir ta’ l-għarfien fir-rigward ta’ bżonnijiet speċifiċi fuq livell nazzjonali — kollha fir-rigward tal-provvediment ta’ input għar-reviżjoni tar-Regolament dwar l-ekotikketta tal-Komunità.

Sabiex il-proċess ta’ koordinazzjoni jkun aktar ċar u sistematiku, il-pożizzjoni ta’ l-Istati Membri dwar l-istrateġija ta’ l-iskemi nazzjonali rilevanti għandha tkun expliċita fil-bidu ta’ l-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-grupp ta’ prodotti. B’mod partikolari, meta l-kriterji ta’ l-ekotikketta tal-Komunità tkun diġà teżisti għal grupp ta’ prodotti u l-Istat Membru jiddeċiedi b’mod indipendenti li jiżviluppa kriterji ġodda għat-tikketta nazzjonali tiegħu, ir-raġunar wara x-xogħol ta’ l-iżvilupp tal-kriterji u l-kundizzjonijiet speċifiċi nazzjonali li jagħmluh neċessarju għandhom jiġu diskussi ma’ l-EUEB.

Għan

Żieda progressiva fil-koordinazzjoni ta’ l-iżviliupp tal-gruppi ta' prodotti fid-diversi skemi ta' tikketti fl-UE, speċifikament fid-dawl tar-reviżjoni ta' l-iskema ta’ l-ekotikketta.

Azzjonijiet

L-EUEB għandu jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni mat-tikketti nazzjonali fl-Istati Membri sabiex jirrevedi u jikkataloga l-gruppi ta’ prodotti kollha koperti mit-Tikketti Ekoloġiċi fl-UE u jkompli x-xogħol dwar l-istabbiliment u l-aġġornar ta' reġistru ċentrali ta' dawn il-gruppi ta' prodotti u l-kriterji tagħhom. Dan ix-xogħol għandu jintuża biex jiġi kkunsidrat kif ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-ekotikketta tal-Komunità tista’ tikkontribwixxi għal koordinazzjoni aħjar mat-tikketti nazzjonali u internazzjonali.

L-EUEB u tikketti oħrajn fl-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-programmi tax-xogħol tagħhom progressivament u jiskambjaw it-tagħrif b’mod sistematiku.

L-EUEB għandu jqis ukoll ix-xogħol rilevanti li qiegħed jitwettaq man-Netwerk Globali tat-Tikketti Ekoloġiċi (GEN), għal darb’oħra, fid-dawl tar-reviżjoni ta’ l-iskema ta’ l-ekotikketta.

(b)   Azzjonijiet konġunti biex jippromwovu l-iskema ta’ l-ekotikketta tal-Komunità u Tikketti Ekoloġiċi oħrajn fl-Istati Membri, u l-prodotti tagħhombl-ekotikketta, sabiex ikun hemm żieda tal-konoxxenza u l-għarfien tal-konsumatur dwar ir-rwoli komuni u komplimentari ta’ l-iskemi.

Kif intqal fil-pjan ta’ ħidma preċedenti, għandu jingħata tagħrif lid-diversi partijiet li għandhom interess li jispjegaw il-valur ambjentali tad-diversi Tikketti Ekoloġiċi fl-Ewropa, u li jippreżenta d-diversi skemi bħala mhux kompetittivi iżda komplimentari.

Dan jitlob ħafna diskussjoni konġunta bejn l-ekotikketta tal-Komunità u t-tikketti nazzjonali biex jaslu għal għarfien u preżentazzjoni komuni ta’ l-iskemi u ta’ l-għanijiet u rwoli komuni u komplimentari tagħhom.

Għandhom jiġu esplorati aktar il-kampanji promozzjonali konġunti dwar gruppi komuni ta’ prodotti, sit fiq l-internet/dejtabejż komuni, mekkaniżmi ta’ għarfien reċiproku u tariffi addatti b’mod speċjali għall-produtturi li japplikaw għaż-żewġ skemi.

Għan

Studju ta’ eżempji fejn l-ekotikketta tal-Komunità u Tikketti Ekoloġiċi oħrajn fl-Istati Membri huma komplimentari b’mod qawwi, u investigazzjoni ta’ l-azzjonijiet konġunti li jistgħu jittieħdu.

Azzjonijiet

Il-Grupp ta’ Ġestjoni tal-Kooperazzjoni u l-Koordinazzjoni, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u tikketti oħrajn fl-Istati Membri għandhom jiżviluppaw flimkien elenku tar-rwoli u għanijiet komuni tat-tikketti nazzjonali u l-ekotikketta tal-Komunità.

L-EUEB u t-tikketti l-oħrajn fl-Istati Membri għandhom jesploraw il-possibilitajiet ta’ l-iżvilupp fuq l-internet ta’ “ħanut aħdar” konġunt ta’ prodotti bl-ekotikketta (u/jew azzjonijiet relatati). Jekk ikun hemm qbil, għandhom jiġu proposti baġit u skeda għat-twettieq ta’ l-idea.

Il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni ma’ l-EUEB, addottat l-istruttura ta’ tariffi ta’ l-ekotikketta tal-Komunità biex toffri skont xieraq lill-applikanti li jixtiequ kemm l-ekotikketta kif ukoll xi waħda jew oħra mit-tikketti l-oħrajn fl-Istati Membri  (8) . It-tikketti l-oħrajn fl-Istati Membri għandhom jiġu mħajra jagħmlu l-istess.

4.   Azzjonijiet konġunti dwar il-promozzjoni

Skema volontarja tista’ tirnexxi u jkollha impatt sinifikanti fuq is-suq biss jekk tipprovdi inċentiv ekonomiku għal min jista’ japplika u tkun appoġġjata minn ammont sostanzjali ta’ attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni. L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) rivedut Nru 1980/2000 isejjaħ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-membri ta’ l-EUEB, biex jippromwovu l-użu ta’ l-ekotikketta tal-Komunità permezz ta’ azzjonijiet li jżidu l-għarfien u kampanji ta’ tagħrif għall-konsumaturi, il-produtturi, in-negozjanti, il-bejjiegħa bl-imnut u l-pubbliku ġenerali. L-involviment tad-diversi partijiet li għandhom interess u, b’mod partikolari, ta’ dawk li jistgħu jaġixxu bħala “multiplikaturi” (bħas-settur tal-bejgħ bl-imnut u NGOs tal-konsumaturi u ambjentali) huwa ta’ importanza kruċjali.

L-EUEB għandu jkompli jorganizza laqgħat regolari tal-Grupp tal-Ġestjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni mill-inqas darbtejn fis-sena, essenzjalment dedikati għall-kummerċjalizzazzjoni, il-promozzjoni u l-iżvilupp strateġiku.

L-użu konġunt tar-riżorsi eżistenti għandu jippermetti l-preparazzjoni ta’ kampanji aktar ambizzjużi dedikati għall-konsumatur bħall-“Ġimgħa tal-Fjura” ta’ Ottubru 2004.

Għan

L-EUEB, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, sa fejn jaqbel, jikkoordinaw l-isforzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom u jiżviluppaw u jimplimentaw azzjonijiet konġunti.

Azzjonijiet

Il-grupp tal-ġestjoni tal-kummerċjalizzazzjoni għandu jiltaqgħa mill-inqas darbtejn fis-sena sabiex jiddiskuti l-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni fir-rigward ta’ l-iżvilupp strateġiku ta’ l-Iskema.

Kif intqal fil-pjan ta’ ħidma preċedenti, l-EUEB, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, b’mod konġunt, jidentifikaw id-diversi gruppi ewlenin fil-mira u jiddefinixxu u jimplimentaw strateġija għal kull wieħed minnhom.

(a)   Attivitajiet ta’ promozzjoni konġunti għat-titjib ta’ l-għarfien tal-partijiet li għandhom interess.

L-oġġettiv ewlieni huwa li l-manifatturi, il-konsumaturi, il-‘multiplikaturi’ (bejjiegħa bl-imnut u NGOs), fil-fatt il-partijiet li għandhom interess kollha, jinżammu infurmati b'mod kontinwu dwar l-ekotikketta tal-Komunità u l-iżvilupp dwarha. Materjal stampat (fuljetti, ġurnali, artikli) kif ukoll sit fuq l-internet huma fost il-mezzi addattati. B’mod parallel, għandu jinkiseb u jiġi kkunsidrat tagħrif minn dawk li għandhom interess b’mod sistematiku.

Gamma kompleta ta’ fuljetti ġiet żviluppata mill-Kummissjoni għad-diversi korpi kompetenti u hija disponibbli b’mod sistematiku għall-partijiet kollha rilevanti li għandhom interess u tiġi aġġornata u mtejba b’mod regolari. Matul l-aħħar tliet snin saru sforzi biex isir użu aħjar mir-riżorsi limitati fl-iżvilupp ta’ fuljetti, ġurnali u materjal tat-tagħrif ieħor u biex jixxerrdu b’mod aktar sistematiku lill-gruppi fil-mira ewlenin.

B’mod simili, is-sit fuq l-internet ta’ l-ekotikketta tal-Komunità (http://europa.eu.int/ecolabel) kien sors effettiv tat-tagħrif rilevanti kollu u ġie aġġornat b’mod regolari. In-numru ta’ viżitaturi kien dejjem jikber u issa jlaħħaq madwar 75 000 fix-xahar. Sabiex tissaħħaħ il-kredibilità u t-trasparenza tagħha, ġie mħeġġeġ input regolari mill-partijiet kollha li għandhom interess, inklużi l-industrija, l-konsumaturi u l-NGOs ambjentali. Huwa importanti li dan ix-xogħol jitkompla u s-sit jiġi żviluppat aktar biex jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu.

Apparti milli jiġu pprovduti l-għodda ta’ tagħrif addattati, huwa importanti wkoll li jiġu kkunsidrati avvenimenti, bħal esibizzjonijiet u fieri, fejn l-ekotikketta tal-Komunità tista’ tiġi ppreżentata lil pubbliku aktar wiesa'. Sa issa ma sar l-ebda analiżi sistematiku li investiga liema esibizzjonijiet jew fieri huma l-aktar addattati biex jippromwovu l-iskema, għalkemm dan sar fuq bażi ad hoc, ġeneralment bħala parti mill-azzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ffokati. Aspett importanti ieħor li ġie mistħarreġ huwa l-possibilità li l-prodotti bl-ekotikketta jintużaw waqt “avvenimenti-mega” bħall-kampjonati tad-dinja, il-Logħob Olimpiku jew festivals, eċċ. Ir-riżultati kienu pożittivi ħafna bħal, per eżempju, matul il-Logħob Olimpiku ta’ l-2004 u l-Logħob Olimpiku tax-Xitwa 2006 fl-Torin.

L-għanijiet u l-miżuri ta’ implimentazzjoni indikati fil-pjan ta’ ħidma preċedenti għandhom jibqgħu validi għall-pjan ta’ ħidma rivedut.

Għan

Jinforma, b’mod kontinwu, lill-partijiet kollha li għandhom interess dwar l-ekotikketta tal-Komunità u l-iżviluppi dwarha. B’mod parallel, għandu jinkiseb u jiġi kkunsidrat tagħrif minn dawk li għandhom interess b’mod sistematiku.

Azzjonijiet

L-EUEB u l-Istati Membri għandhom jaħdmu mal-Kummissjoni mill-qrib sabiex:

jaġġornaw u jtejbu s–sit fuq l-internet l-ekotikketta,

ikomplu jiżviluppaw u jiċċirkolaw il-fuljetti u materjal stampat ieħor li jżid l-għarfien,

jipprovdu lill-partijiet kollha li għandhom interess b’tagħrif li jikkjarifika l-proċeduri, iż-żmien u l-ispejjeż relatati ma’ l-applikazzjoni għall-ekotikketta,

u

jħejju elenku ta’ l-attivitajiet fejn għandha tiġi promossa l-ekotikketta.

L-EUEB għandu jinvestiga għodod ta’ tagħrif komplimentari (dejtabejżiż, linji gwida, eċċ.) biex jiġu pprovduti lill-applikanti.

Il-Korpi Kompetenti flimkien mal-“Helpdesk” għandhom jiġbru t-tagħrif minn kull min ikollu l-liċenzja dwar fejn ikunu jinbiegħu l-prodotti tiegħu.

(b)   Attivitajiet ta’ promozzjoni konġunti għat-titjib ta’ l-għarfien tal-partijiet inkarigati minn kuntratti pubbliċi u privati

Tagħrif għax-xerreja jinsab kemm dwar il-qafas legali (kif xerrej jista’ jinkorpora l-kriterji ta’ l-ekotikketta fis-sejħiet għall-offerti) u kemm dwar ir-rekwiżiti ambjentali bbażati fuq ir-rendiment kif stabbiliti fid-dokumenti tal-kriterji għad-diversi gruppi ta' prodotti. Ir-rwol tas-sit fuq l-internet ta’ l-ekotikketta huwa importanti f’dan ir-rigward. Għandu jiġi żviluppat materjal idonju li jiffaċilita l-użu tal-kriterji ta’ l-ekotikketta tal-Komunità fil-kuntratti pubbliċi, per eżempju listi tal-punti għall-iċċekkjar simplifikati għall-gruppi ta’ prodotti kollha. Għandhom jiġu organizzati laqgħat konġunti bejn l-EUEB u l-uffiċjali inkarigati mill-kuntratti pubbliċi u għandhom jiġu kkunsidrati wkoll kampanji nazzjonali u/jew reġjonali.

Għan

F’termini ta’ żmien qosra, l-Uffiċjali inkarigati minn Kuntratti Pubbliċi għandhom ikunu mgħarrfa dwar il-possibilitajiet ta’ l-użu tal-kriterji dwar l-ekotikketta jew ekwivalenti, fis-sejħiet għall-offerti.

Azzjonijiet

L-EUEB, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, b’kooperazzjoni ma’ l-uffiċjali responsabbli mill-Kuntratti Pubbliċi “Ħodor” fl-amministrazzjoni pubblika, jiżviluppaw strateġija konġunta u serje ta’ azzjonijiet konġunti biex jippromwovu l-użu tal-kriterji ta’ l-ekotikketta tal-Komunità jew ekwivalenti fil-kuntratti pubbliċi jew privati.

L-UEUB, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aktar distribuzzjoni wiesgħa possibbli tal-manwal għall-uffiċjali responsabbli mill-kuntratti pubbliċi u għandhom jiżviluppaw materjal rilevanti. Għandhom ukoll jorganizzaw seduti ta’ taħriġ u ta’ tagħrif u azzjonijiet rilevanti oħrajn b’kooperazzjoni ma’ l-EMAS. It-tagħrif rilevanti għandu jitqiegħed fuq is-sit fuq l-internet ta’ l-ekotikketta.

(c)   Promozzjoni u appoġġ konġunti għall-SMEs u d-distributuri

Matul l-aħħar tliet snin, il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-laqgħat ġenerali, iżda wkoll fil-gruppi ta’ ħidma li żviluppaw il-kriterji għad-diversi gruppi ta’ prodotti kienet waħda mill-prijoritajiet ewlenin ta’ l-ekotikketta tal-Komunità. L-SMEs mhux dejjem ikollhom il-mezzi jew it-tagħrif xierqa biex japprezzaw l-opportunitajiet offruti mill-ekotikketta u biex jippreparaw applikazzjoni li tirnexxi. Għandu jkollhom l-assistenza minn netwerks li jinvolvu applikanti oħrajn, gruppi li jkollhom l-istess interess, korpi kompetenti u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn bħal federazzjonijiet tan-negozju jew awtoritajiet reġjonali.

Il-bejjiegħa bl-imnut, bħala l-intermedjarji bejn il-manifatturi u l-konsumaturi, ukoll għandhom rwol ewlieni. Jistgħu, per eżempju, jużaw l-ekotikketta biex itejbu l-immaġni tal-kwalità tal-prodotti bil-marka tagħhom stess, kif ukoll joffru prodotti oħrajn bl-ekotikketta lill-klijenti tagħhom. Għalhekk, l-iżvilupp ta’ sħubija strateġika mal-bejjiegħa bl-imnut għandu jingħata prijorità.

Azzjonijiet

L-EUEB għandu jiżviluppa strateġija u azzjonijiet għall-ħolqien ta’ netwerks ta’ appoġġ għall-ekotikketta għall-SMEs.

Il-Korpi Kompetenti ta’ l-EUEB għandhom jiżviluppaw sħubija strateġika mal-bejjiegħa bl-imnut.

5.   Il-finanzjament ippjanat ta’ l-iskema

Minħabba l-involviment ta’ ħafna organizzazzjonijiet, inklużi amministrazzjonijiet pubbliċi (per eżempju, l-Kummissjoni għandha baġit annwali), kien diffiċli li jiġi stabbilit baġit preċiż matul l-aħħar tliet snin.

Ir-rekwiżiti ta’ l-ekotikketta tal-Komunità għandhom żewġ komponenti: ir-riżorsi għall-iżvilupp tal-gruppi ta’ prodotti u dawk għall-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni.

Huwa stmat li r-riżorsi allokati għall-Iskema fl-2003 (il-Kummissjoni flimkien ma’ l-Istati Membri), kienu madwar 3,2 miljun Euro (salarji mhux inklużi). Il-fondi miġbura mit-tariffi kienu jlaħħqu madwar 370 000 Euro, li jirrappreżenta madwar 11,5 %. Dan ifisser li kapaċità ta’ l-iskema li tiffinanzja lilha nnifisha huwa ftit aktar minn 10 %, li huwa l-bogħod mill-mira, fuq termini ta’ żmien twal, li tiffinanzja lilha nnifisha.

Ir-riżorsi allokati għall-Iskema kienu adegwati għall-iżvilupp u r-reviżjoni tal-gruppi ta’ prodotti matul it-tliet snin li għaddew. Intużaw b’mod effettiv ħafna. Iż-żieda attwali fin-numru ta’ gruppi ta’ prodotti u ż-żieda konsegwenti fil-kummerċjalizzazzjoni rilevanti għandhom loġikament, iwasslu għal żieda fil-ħtiġijiet ta' finanzi ta' l-Iskema. Il-baġit ta’ l-iskema, għalhekk, irid jiġi analizzat b’konnessjoni ma’ l-istrateġija ġenerali ta’ l-iżvilupp tal-kriterji tal-gruppi ta’ prodotti.

Għan

L-għan fuq termini ta’ żmien twal għandu jkun li l-iskema tiffinanzja lilha nnifisha u għandu jkun hemm għanijiet fuq termini ta’ żmien qosra immonitorjati li jaraw li dan iseħħ.

Azzjonijiet

Qabel it-tmiem tal-validità ta’ dan il-pjan ta’ ħidma, għandu jsir analiżi mill-EUEB sabiex tinħoloq strateġija koerenti u realistika dwar il-possibilità li l-Iskema tiffinanzja lilha nnifisha. Din l-istrateġija għandha tinkludi kejl komuni ta’ l-infieq u d-dħul mill-iskema ta’ l-ekotikketta minn kull Stat Membru u dwar ir-rappurtar assoċjat dwar il-finanzjament.


(1)  COM 2000/7: http://europa.eu.int/growthandjobs/key/index_en.htm.

(2)  COM(2001) 264 finali: http://europa.eu.int/eur-lex/en/com/cnc/2001/com2001_0264en01.pdf.

(3)  COM(2003) 302 finali: http://europa.eu.int/eur-lex/en/com/cnc/2003/com2003_0302en01.pdf.

(4)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1 u 114.

(5)  Nota: Il-Kummissjoni taġixxi bħala s-segretarjat ta’ l-EUEB u tipparteċipa fl-attivitajiet tiegħu kollha.

(6)  AEAT Kunfidenzjali, Prijoritizzazzjoni tal-Gruppi Ġodda tat-Tikketta Ekoloġika, Rapport għall-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent, Mejju 2004.

http://europa.eu.int/comm/environment/ecolabel/product/pg_prioritisation_en.htm.

(7)  Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-effetti ekonomiċi tal-kuntratti pubbliċi “Rapport dwar l-operazzjoni tas-swieq tal-kuntratti pubbliċi fl-UE: benefiċċji mill-applikazzjoni tad-Direttivi ta’ l-UE u sfidi għall-futur”, 3.2.2004

.http://europa.eu.int/comm/internal_market/publicprocurement/docs/public-proc-market-final-report_en.pdf.

(8)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/728/KE ta’ l-10 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi t-tariffi ta’ l-applikazzjoni u l-miżati annwali tat-Tikketta Ekoloġika tal-Komunità (ĠU L 293, 22.11.2000, p. 18). Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/393/KE tat-22 ta’ Mejju 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2000/728/KE li tistabbilixxi t-tariffi ta’ l-applikazzjoni u l-miżati annwali tat-Tikketta Ekoloġika tal-Komunità (ĠU L 135, 3.6.2003, p. 31).

Appendiċi 1

Elenku mhux eżewrjenti tal-gruppi ta’ prodotti prijoritarji (*)

Gruppi ta’ prodotti ġodda possibbli:

 

Servizzi tat-trasport tal-passiġġier

 

Ġugarelli u logħob

 

Sistemi tat-tisħin (kmamar)

 

Sistemi tal-bejgħ bl-imnut

 

Basktijiet tax-xiri

 

Oġġetti tat-twaletta

 

Boroż taż-żibel

 

Materjali li jwaħħlu

 

Sistemi għat-tisħin ta’ l-ilma

 

Komponenti tal-kostruzzjoni, inkluż l-iżolament

 

Tajers

 

Apparat ta’ l-elettriku domestiku żgħir

 

Prodotti sanitarji

 

Servizzi tal-ħasil tal-karrozzi

 

Prodotti tal-ġilda inklużi l-ingwanti

 

Servizzi tad-dry cleaning

 

Servizzi tal-bini

 

Apparat li jikkopja

 

Fondi ta’ investiment soċjalment responsabbli

 

Servizzi ta’ tiswija mekkaniċi

 

Għodda tal-mejda

 

Servizzi ta’ konsenja

 

Kundizzjonament ta’ l-arja


(*)  Għandu jiġi enfasizzat li dan mhux eżawrjenti, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000. F’kull ħin, il-Kummissjoni tista’ tagħti mandat lill-EUEB biex jiżviluppa u jirrevedi perjodikament il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-valutar u l-verifika, ta’ xi grupp ta’ prodotti mhux elenkat fl-Appendiċi 1. Dan l-elenku jista’ (għandu) jiġi aġġornat ukoll matul il-perjodu ta’ validità tal-pjan ta’ ħidma rivedut (skond il-proċedura stabbilita mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000) u jistgħu jiżdiedu gruppi ta’ prodotti ġodda.


15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

496


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-24 ta' Mejju 2006

li tistabbilixxi l-ammonti li, skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, isiru disponibbli għall-FAEŻR u l-ammonti disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

(2006/410/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 12(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ sostenn taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (2) jistabbilixxi l-metodu għall-ikkalkular tal-ammonti netti għall-modulazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). L-Artikoli 143d u 143e ta’ dak ir-Regolament jiffissaw l-ammonti li għandhom isiru disponibbli għall-FAEŻR għar-ristrutturar fir-reġjuni tal-qoton u t-tabakk.

(2)

L-ammont massimu annwali disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) qabel it-trasferimenti għall-FAEŻR sal-2013 huma stabbiliti fl-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-qafas finanzjarju 2007-2013 (3).

(3)

L-ammonti li għandhom ikunu disponibbli għall-FAEŻR u l-bilanċ nett li għanduu jkun disponibbli għan-nefqa tal-FAEG għandhom jiġu ffissati fuq il-bażi ta’ dawk l-ammonti massimi annwali għas-snin tal-baġit 2007-2013

IDDEĊIEDET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

L-ammonti disponibbli għas-snin tal-baġit 2007 sal-2013 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali — (FAEŻR) skont l-Artikoli 10(2), 143d u 143e tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif ukoll il-bilanċ nett disponibbli tan-nefqa għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) ġew stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, 24 ta' Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni 319/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 32).

(3)  Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Ufficċjali.


L-ANNESS

Mil €

Sena tal-baġit

Ammonti disponibbli Għall-FAEŻR

Bilanċ nett disponibbli Għan-nefqa tal-FAEG

Art. 10(2) ta’ R.1782/2003

Art. 143d ta’ R.1782/2003

Art. 143e ta’ R.1782/2003

2007

984

22

 

44753

2008

1 241

22

 

44 954

2009

1 252

22

 

45 405

2010

1 257

22

 

45 867

2011

1 231

22

484

45 880

2012

1 231

22

484

46 356

2013

1 228

22

484

46 840


Top