EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0077

Kawża T-77/18: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2018 – VE vs ESMA

OJ C 134, 16.4.2018, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/26


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2018 – VE vs ESMA

(Kawża T-77/18)

(2018/C 134/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: VE (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2016 tar-rikorrent sa fejn jevalwa r-rendiment tar-rikorrent bħala “mhux sodisfaċenti”;

tannulla wkoll, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tal-ESMA tas-6 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tordna l-kumpens tad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent, stmat ex aequo et bono bħala EUR 10 000; u

tordna r-rimbors tal-ispejjeż kollha sostnuti mill-avukati tiegħu għall-finijiet ta’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq illegalità sa fejn il-Gwida dwar l-evalwazzjonijiet ġie adottat mill-ESMA mingħajr ma kien ippreżentat minn qabel lill-Kumitat tal-Persunal skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 43(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Gwida dwar l-evalwazzjonijiet sa fejn il-konvenut wettaq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni:

żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet prinċipali tar-rikorrent fir-rigward tal-kriterji “Effiċjenza”, “Abbiltajiet” u “Kondotta”; u

żbalji ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet l-oħra tar-rikorrent.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura u tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba fir-rigward tal-problemi tas-saħħa tar-rikorrent u fir-rigward tal-assenza ta’ indikazzjonijiet mogħtija lir-rikorrent, kif ukoll fir-rigward ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol sfavorevoli u l-assenza ta’ taħriġ adegwat.


Top