EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0090

Kawża C-90/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki upravni sud (il-Kroazja) fit-8 ta’ Frar 2018 – Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR) vs Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske

OJ C 134, 16.4.2018, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki upravni sud (il-Kroazja) fit-8 ta’ Frar 2018 – Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR) vs Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske

(Kawża C-90/18)

(2018/C 134/22)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Visoki upravni sud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR)

Konvenut: Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijet tat-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE, u tal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal aċċess mingħajr ebda eċċezzjoni għal informazzjoni dwar l-użu ta’ fondi pubbliċi, anki meta l-aċċess għal din l-informazzjoni jkun risrett, inter alia, minħabba li din tkun koperta mis-sigriet kummerċjali (bankarju)?


Top