EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0328

Kawża C-328/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Somma f’daqqa — Pagamenti ta’ penalità)

OJ C 134, 16.4.2018, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Frar 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-328/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Somma f’daqqa - Pagamenti ta’ penalità))

(2018/C 134/06)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos, E. Manhaeve u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji involuti fl-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-119/02, mhux ippubblikata, EU:C:2004:385), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat fil-punt 1 jissokkta fid-data tal-għoti tas-sentenza preżenti, ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 3 276 000 kull sitt xhur ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-119/02, mhux ippubblikata, EU:C:2004:385), b’effett mid-data tal-għoti tas-sentenza preżenti sad-data li fiha tiġi eżegwita kompletament is-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-119/02, mhux ippubblikata, EU:C:2004:385), li l-ammont effettiv tagħhom għandu jiġi kkalkolat fi tmiem kull perijodu ta’ sitt xhur filwaqt li jitnaqqas l-ammont totali relattiv għal kull wieħed minn dawn il-perijodi b’perċentwali li tikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ta’ unitajiet ta’ ekwivalenti ta’ popolazzjoni (EP) li jkunu saru effettivament konformi mas-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-119/02, mhux ippubblikata, EU:C:2004:385), fir-reġjun ta’ Thriasio Pedio, fi tmiem il-perijodu kkunsidrat meta mqabbel man-numru ta’ unitajiet ta’ ekwivalenti ta’ popolazzjoni li ma jkunux konformi mas-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-119/02, mhux ippubblikata, EU:C:2004:385), f’dan ir-reġjun, fil-jum meta tingħata s-sentenza preżenti.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 5 miljuni.

4)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 402, 31.10.2016.


Top