EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0518

Kawża C-518/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Ville de Nivelles vs Rudy Matzak (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/88/KE — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Artikolu 2 — Kunċetti ta’ “ħin tax-xogħol” u ta’ “perijodu ta’ serħan” — Artikolu 17 — Derogi — Pompiera — Ħin on-call — Stand-by id-dar)

OJ C 134, 16.4.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Ville de Nivelles vs Rudy Matzak

(Kawża C-518/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/88/KE - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 2 - Kunċetti ta’ “ħin tax-xogħol” u ta’ “perijodu ta’ serħan” - Artikolu 17 - Derogi - Pompiera - Ħin on-call - Stand-by id-dar))

(2018/C 134/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ville de Nivelles

Konvenut: Rudy Matzak

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(3)(ċ)(iii) tad-Direttiva 2003/88 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri ma jistgħux jidderogaw, fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ pompieri reklutati mis-servizzi pubbliċi tat-tifi tan-nar, mill-obbligi kollha li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, inkluż l-Artikolu 2 tagħha, li jiddefinixxi b’mod partikolari l-kunċetti ta’ “ħin tax-xogħol” u ta’ “perijodu ta’ serħan”.

2)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-Istati Membri li jżommu jew jadottaw definizzjoni inqas restrittiva tal-kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” kif stabbilit fl-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva.

3)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-Istati Membri jiddeterminaw ir-remunerazzjoni għal perijodi standy-by id-dar bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali skont il-klassifikazzjoni minn qabel ta’ dawn il-perijodi bħala “ħin tax-xogħol” jew “perijodu ta’ serħan”.

4)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħin on-call li ħaddiem jgħaddi d-dar mal-obbligu li jwieġeb għat-telefonati tal-persuna li timpjegah f’terminu ta’ 8 minuti, jirrestrinġu b’mod sinjifikattiv ħafna l-possibbiltajiet li jkollu attivitajiet oħra, għandu jitqies bħala “ħin tax-xoghol”.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


Top