EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0200

Kawża T-200/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Gfi PSF vs Il-Kummissjoni (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni, evoluzzjoni u għajnuna għas-siti tal-Internet — Ċaħda ta’ offerta ta’ offerent — Offerta rċevuta diġà miftuħa — Artikolu 111(4)(b) tar-Regolament Finanzjarju”)

OJ C 195, 19.6.2017, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – Gfi PSF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-200/16) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni, evoluzzjoni u għajnuna għas-siti tal-Internet - Ċaħda ta’ offerta ta’ offerent - Offerta rċevuta diġà miftuħa - Artikolu 111(4)(b) tar-Regolament Finanzjarju”))

(2017/C 195/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gfi PSF Sàrl (Leudelange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u S. Lejeune, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tat-2 u tas-16 ta’ Marzu 2016 tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (OP) li jiċħdu l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti li tirrigwarda, b’mod partikolari, is-servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni, evoluzzjoni u għajnuna għas-siti tal-Internet ta’ dan l-uffiċċju (ĠU 2015/S 251-459901) kif ukoll, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni konfermattiva tal-OP tat-22 ta’ April 2016 u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gfi PSF Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


Top