EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TA0106
Case T-106/16: Judgment of the General Court of 9 February 2017 — zero v EUIPO — Hemming (ZIRO) (EU trade mark — Opposition proceedings — Application for EU figurative trade mark ZIRO — Earlier EU figurative mark zero — Relative ground for refusal — Likelihood of confusion — Article 8(1)(b) of Regulation (EC) No 207/2009)
Kawża T-106/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – zero vs EUIPO – Hemming (ZIRO) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ZIRO — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti zero — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

OJ C 86, 20.3.2017, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2017 – zero vs EUIPO – Hemming (ZIRO)
(Kawża T-106/16) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ZIRO - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti zero - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2017/C 086/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: zero Holding GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vuijst u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Oliver Hemming (Cadbury, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Jannar 2016 (Każ R 71/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn zero Holding u M. Hemming.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Jannar 2016 (Każ R 71/2015-5) hija annullata. |
2) |
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż. |