EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52015IE1068
Opinion of the European Economic and Social Committee on ‘The role of engineers in the reindustrialisation of Europe’ (own-initiative opinion)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewrope dwar “ir-rwol tal-inġiniera fir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa” (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewrope dwar “ir-rwol tal-inġiniera fir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa” (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)
OJ C 71, 24.2.2016, p. 20–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/20 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewrope dwar “ir-rwol tal-inġiniera fir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa”
(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(2016/C 071/04)
Relatur: |
is-Sur Antonello PEZZINI |
Korelatur: |
is-Sur Zbigniew KOTOWSKI |
Nhar id-19 ta’ Frar 2015, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar:
“Ir-rwol tal-inġiniera fir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa.”
(Opinjoni fuq inizjattiva proprja)
Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, fasslet l-opinjoni tagħha nhar il-5 ta’ Novembru 2015, fuq il-bażi tal-abbozz ippreparat mir-relatur Pezzini u mill-korelatur Kotowski.
Matul il-512-il sessjoni plenarja tiegħu li saret fid-9 u l-10 ta’ Diċembru 2015 (seduta tad-9 ta’ Diċembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’206 vot favur, vot wieħed kontra (1) u 6 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1. |
Il-KESE jqis li kemm l-inġiniera u t-tekniċi Ewropej individwali kif ukoll l-assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej tagħhom jirrappreżentaw riżorsa fundamentali fil-proċess ta’ reindustrijalizzazzjoni Ewropea bħala fattur ta’ aċċelerazzjoni tal-bidla fir-riċerki dwar applikazzjonijiet innovattivi tas-suq. |
1.2. |
L-iżvilupp ekonomiku tal-UE huwa dejjem aktar marbut ma’ proċess ta’ reindustrijalizzazzjoni maħsub bħala strateġija ta’ tranżizzjoni lejn mudelli ġodda sostenibbli ta’ disinn, produzzjoni u tqegħid fis-suq ta’ prodotti innovattivi b’valur miżjud għoli li jinkorporaw teknoloġiji, materjali u servizzi ta’ kwalità ġodda f’dinja dejjem aktar diġitalizzata. |
1.3. |
Il-KESE jqis li r-rwol ewlieni tal-inġiniera u l-professjonijiet tekniċi f’dan il-proċess sabiex isolvu problemi għas-soċjetà Ewropea mill-isfidi tar-reindustrijalizzazzjoni għandu jkun enfasizzat u apprezzat aktar, u jitlob li jiġi mniedi eżerċizzju ta’ previżjoni parteċipattiv dwar il-futur tal-professjoni. |
1.4. |
Il-KESE jirrakkomanda l-promozzjoni ta’ kultura Ewropea tal-intraprenditorija u tal-innovazzjoni bit-tnedija ta’ azzjonijiet konkreti biex jixprunaw mill-ġdid l-irkupru tal-professjonijiet ta’ inġinier u tekniku, li huma tant bżonnjużi għal soċjetà ċivili u għall-prosperità. |
1.5. |
Il-KESE jappoġġja l-bżonn ta’ qafas armonizzat Ewropew determinanti għall-professjoni li għandu jinkludi:
|
1.6. |
Il-KESE jqis li livelli għolja ta’ taħriġ u kwalifika fl-inġinerija jiffurmaw bażi essenzjali għal sistema effikaċi ta’ rikonoxximent reċiproku. Huwa neċessarju li jinżammu standards għolja tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta’ 29 reġim regolamentari tal-UE fakultattiv abbażi tal-isperimentazzjoni fir-rigward tal-“karti professjonali Ewropej” volontarji (1), u bl-appoġġ attiv tal-assoċjazzjonijiet professjonali nazzjonali u Ewropej tal-inġiniera, jekk irridu niżguraw il-fiduċja ta’ kull Stat f’mobilità professjonali reċiproka, ibbażata fuq l-għarfien. |
1.6.1. |
L-iżvilupp kontemporanju tas-soċjetà qed joħloq għadd kbir ta’ impjiegi ġodda barra mill-qasam tekniku, li taħt l-influwenza tal-midja u x-xewqa għal popolarità soċjali, huma attraenti għaż-żgħażagħ li qed ifittxu karriera rapida u prestiġjuża. Minn din il-perspettiva, il-professjoni ta’ inġinier hija meqjusa bħala waħda “tradizzjonali” li ma tipprovdi l-ebda possibbiltà ta’ karriera faċli u rapida. Fid-dawl ta’ dan, id-dixxiplini fl-inġinerija mhux ħa jkunu attraenti għall-ġenerazzjonijiet futuri, u dan jippreżenta theddida serja għas-suċċess tar-riindustrijalizzazzjoni Ewropea u l-kompetittività tal-industrija Ewropea. Din hija sfida serja fis-sistemi edukattivi eżistenti u jissuġġerixxi l-ħtieġa għal gwida sinifikanti għall-edukazzjoni primarja tal-matematika, il-fiżika u l-inġinerija, u l-preżentazzjoni attraenti tagħhom, b’mod li jqajjem il-kurżità tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ. Bl-istess mod, il-prinċipju ta’ edukazzjoni doppja u l-aħjar prattiki fil-qasam (il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Awstrija) jistħoqqilhom attenzjoni partikolari mill-Istati Membri kollha fejn din is-sistema mhijiex preżenti. |
1.7. |
Skont il-KESE, għandu jinħoloq Suq Uniku tal-inġinerija Ewropew u jiġi żviluppat approċċ strutturat komuni, li jimmira li jżid il-mobilità fl-ispazju Ewropew kollu, minħabba l-importanza li għandu r-rikonoxximent reċiproku, speċjalment għall-inġiniera awtonomi u indipendenti. |
1.8. |
Il-KESE jirrakkomanda li jiġi garantit rwol b’saħħtu għall-komponent inġenjeristiku fil-politika ta’ standardizzazzjoni Ewropea sabiex jiġu aċċelerati, simplifikati u modernizzati l-proċeduri, tiġi garantita l-interoperabbiltà tas-sistemi u tan-netwerks. |
1.9. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-organizzazzjonijiet li fihom jopera l-inġinier jiżviluppaw, abbażi tas-sistema tal-qafas Ewropew ta’ kwalifiki professjonali, mudelli ta’ taħriġ fuq bażi elettronika adegwati għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda u l-metodi ta’ governanza u valutazzjoni, adattati għall-karatteristiċi tal-inġiniera ġodda, b’ambjenti u karrieri ta’ xogħol attraenti. |
1.10. |
Skont il-KESE, l-organizzazzjonijiet ta’ rappreżentanza u l-korpi professjonali għandhom isibu konverġenzi kbar sabiex iwettqu rwol determinanti unitarju, kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, u joffru lill-membri tagħhom taħriġ permanenti skont parametri komuni Ewropej. |
1.11. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti segwitu konkret lill-istituzzjoni tal-Forum Ewropew tal-Professjonijiet Liberi, li fi ħdanu l-inġiniera jsibu rappreżentanza għolja, assoċjazzjonijiet, korpi u kulleġġi professjonali (2) tal-inġiniera, u jitlob għall-ħolqien ta’ Portal tal-Inġiniera Ewropej fejn jistgħu jiġu indirizzati problemi bħal: responsabbiltà, proprjetà intellettwali, l-aspett fiskali u l-pensjonijiet, it-taħriġ kontinwu, kodiċi ta’ prattika tajba, eċċ. |
1.12. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tfassal kodiċi Ewropew ta’ prattika tajba tal-inġinerija abbażi tal-esperjenza ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ inġiniera u tekniċi, u li tipprovdi dawn il-professjonisti l-għodod ġuridiċi-finanzjarji għat-twettiq ta’ proġetti innovattivi, partikolarment għall-SMEs u l-operaturi tar-riċerka u l-iżvilupp. |
1.13. |
Il-KESE jisħaq dwar il-bżonn li l-professjoni tkun dejjem iżjed ikkonċernata li tiġġestixxi problemi kumplessi, immirata lejn is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali, u jingħata dejjem iktar valur lil metodi multidixxiplinarji avvanzati u interoperattività adegwata bejn is-sistemi ta’ manifattura u r-realtajiet industrijali ġodda 4.0. |
1.14. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20-21 ta’ Marzu 2014 fejn intalab li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika – l-hekk imsejħa kompetenzi STEM – b’mod prijoritarju u b’involviment ikbar tal-industrija. |
2. Introduzzjoni
2.1. |
Fl-oriġini tal-inġinerija Ewropea, hemm it-tensjoni lejn ir-rinnovazzjoni rrappreżentata mill-ġenju ta’ Leonardo li jirrifletti l-ftuħ għall-innovazzjoni tas-soċjetà Ewropea u sfera kulturali ta’ żvilupp tal-impenn ċivili, tal-governanza tajba u tal-industrija. |
2.2. |
Kif jenfasizza l-PE, “Il-kriżi laqtet lill-ekonomiji Ewropej ħażin. L-UE teħtieġ strateġija tat-tkabbir komprensiva biex tegħleb dawn l-isfidi” (3). |
2.3. |
L-istrateġija ta’ reindustrijalizzazzjoni tal-UE tikkonċentra speċjalment fuq l-investimenti f’termini ta’ innovazzjoni, fejn l-inġinier għandu rwol ewlieni, partikolarment fis-setturi ta’ tkabbir rapidu. |
2.4. |
Il-konverġenza ta’ teknoloġiji diġitali, sistemi ta’ komunikazzjoni u netwerks intelliġenti, nanobijoteknoloġiji, teknoloġiji industrijali sostenibbli, 3D printers u teknoloġiji nodfa abilitanti intersettorjali qed tbiddel ħafna l-metodi ta’ funzjonament tal-ekonomiji u tas-soċjetà b’veloċità, li saret esponenzjali bis-saħħa tal-globalizzazzjoni. |
2.5. |
Il-ġejjieni tal-UE huwa marbut ma’ proċess ta’ reindustrijalizzazzjoni maħsub fuq kollox bħala strateġija ta’ tranżizzjoni lejn mudelli ġodda sostenibbli ta’ disinn, produzzjoni u tqegħid fis-suq ta’ prodotti b’valur miżjud għoli li jinkorporaw teknoloġiji, materjali u servizzi ġodda f’dinja dejjem aktar diġitalizzata. |
2.6. |
Il-KESE huwa konvint li, fin-nuqqas ta’ riżorsi umani tekniċi u xjentifiċi li għandhom il-potenzjal neċessarju fir-rigward tal-esperjenza u tal-għarfien, se jkun diffiċli li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020. B’rabta ma ‘dan irid jiġi enfasizzat ir-rwol ta’ organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet professjonali ta’ inġiniera u tekniċi, fil-livell nazzjonali u Ewropew. |
2.7. |
Fl-Ewropa, il-maġġoranza tal-kompetenzi tekniċi hija fis-settur tal-inġinerija, li jinkludi madwar 130 000 negozju, li jimpjegaw iktar minn 10 miljun persuna kwalifikati u kompetenti ħafna, bi produzzjoni annwali ta’ madwar EUR 1 840 biljun, ugwali għal madwar terz tal-esportazzjonijiet kollha tal-UE. Barra minn hekk, inġiniera u tekniċi jwettqu rwol importanti fis-setturi kollha tal-ekonomija (4). |
2.8. |
Għandu jiġi żviluppat approċċ ġdid intelliġenti tal-politiki Ewropej, fejn jiġi garantit rwol ġdid lill-professjonisti b’edukazzjoni teknika. Jidher aktar il-bżonn ta’ ġestjoni tal-proċessi ta’ bidla intelliġenti tat-territorji, mitluba espressament mill-ippjanar Ewropew ġdid. |
2.9. |
Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, l-UE għandha ttejjeb il-livelli ta’ kapaċità tal-forza tax-xogħol tagħha. Fuq kollox, fi ħdan il-kompetenzi inġenjeristiċi, hemm żieda fid-domanda tal-pubbliku u tas-settur privat. Is-settur pubbliku se jkollu bżonn kompetenzi tekniċi maġġuri sabiex jissodisfaw – bl-applikazzjoni ta’ direttivi ġodda dwar l-akkwist pubbliku, b’tipi ta’ kooperazzjoni f’netwerks ta’ impriżi, bil-ħidma fi klusters u softwer ġdid – l-isfidi fis-setturi tal-enerġija, tat-trasport, tas-saħħa, tal-ġestjoni tal-iskart, tat-tagħlim, tal-marka tal-karbonju, tal-Internet tal-oġġetti, tal-ekonomija ċirkolari. |
2.10. |
Anke s-settur privat għandu jsaħħaħ il-kompetenzi inġenjeristiċi, jekk jixtieq jiġbor il-frott tal-iżvilupp tal-kompetenzi fil-postijiet tax-xogħol. L-analiżi dwar l-imġiba tal-konsumaturi tindika żieda kontinwa fid-domanda ta’ intelliġenza li tinsab fil-prodotti u s-servizzi. |
2.11. |
L-għarfien u l-esperjenza teknika għandhom ikunu dejjem aġġornati sabiex jindirizzaw l-isfidi tal-proċessi industrijali ġodda. Huwa neċessarju wkoll li jiġu organizzati forom ġodda ta’ xogħol għall-professjonisti liberi, involuti fil-qasam tas-servizzi professjonali, tekniċi u xjentifiċi fl-Ewropa. Huwa neċessarju li jiġu organizzati forom ġodda ta’ xogħol għall-professjonisti liberi, involuti fil-qasam tas-servizzi professjonali, tekniċi u xjentifiċi fl-Ewropa. |
2.12. |
Mobilità akbar fis-swieq tax-xogħol nazzjonali, Ewropej u globali twassal għal użu aħjar tal-forza tax-xogħol, disponibbli fi ħdan qasam tal-inġinerija Ewropew attraenti. Bl-għażla ta’ reġim regolatorju tal-UE fakultattiv tad-29 reġim, jista’ jiġi faċilitat it-tixrid ta’ karta professjonali Ewropea li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ esperjenzi professjonali għall-inġiniera speċjalizzati f’diversi pajjiżi Ewropej. |
2.13. |
Sabiex jiżdied l-għarfien tal-istudenti potenzjali tal-inġinerija dwar il-professjoni ta’ inġinier, hija neċessarja kooperazzjoni kbira bejn l-industrija u d-dinja akkademika u bejn min iħaddem u l-iskejjel pubbliċi u privati, kemm fil-livell primarju kif ukoll sekondarju tar-riċerka u l-iżvilupp. Dan jinkludi l-applikazzjoni tar-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-promozzjoni ta’ taħriġ adegwat. |
2.14. |
Bl-involviment tal-imprendituri u bl-indirizzar ta’ problemi ġodda aktar kumplessi, jidher ċar għaż-żgħażagħ li l-matematika, it-teknoloġiji tal-informazzjoni, il-fiżika u l-kimika huma neċessarji sabiex jiġu solvuti problemi li s-soċjetà għandha tindirizza, u jirrappreżentaw l-imfietaħ għal soluzzjonijiet innovattivi ġodda, fil-mediċina, fil-kura tas-saħħa, kif ukoll fit-trasport, fit-tniġġis jew fl-iffrankar enerġetiku. |
2.15. |
Dan it-tip ta’ kooperazzjoni għandu jibda fuq livell lokali, iżda l-esperjenzi u l-aħjar prattiki għandhom jinxterdu fuq livell Ewropew. Dan jikkontribwixxi għal postijiet tax-xogħol ġodda u opportunitajiet ta’ karriera għall-inġiniera, u jista’ jgħin sabiex dawn is-suġġetti jsiru iktar vivaċi u rilevanti għall-ġenerazzjonijiet ġodda. |
2.16. |
Fl-istess ħin, filwaqt li jitqiesu l-progressi paralleli fil-bosta dixxiplini u fil-multidixxiplinarjetà tal-applikazzjonijiet prattiċi, għandha tiġi ggarantita l-kwalità u l-effiċjenza billi jiġu introdotti korsijiet edukattivi li jintegraw suġġetti oħra fit-tagħlim sekondarju u fl-università, bħall-psikoloġija soċjali u l-ġestjoni tar-riżorsi umani f’tim, l-istimolu tal-proċessi kreattivi, in-nanoteknoloġiji, l-inġinerija bijomedika, l-istorja tat-teknika, il-ġeografija ekonomika, eċċ. |
2.17. |
Proċess ta’ akkreditament tal-programmi edukattivi huwa wieħed mill-modi kif dawn il-professjonijiet jistgħu jiżguraw konformità mal-istandard. Il-proċess ta’ garanzija tal-kwalità jinkludi l-preparazzjoni ta’ standard ta’ referenza u ta’ valutazzjoni, f’konformità mal-qafas Ewropew u nazzjonali tal-kwalifiki professjonali. |
2.18. |
L-akkreditament estern u l-garanzija tal-kwalità interna huma żewġ proċessi importanti ħafna sabiex tinżamm il-kwalità tat-taħriġ fl-inġinerija. |
3. Kummenti ġenerali
3.1. Rwol determinanti tal-inġinier fl-industrijalizzazzjoni mill-ġdid tal-UE
Il-KESE jqis fundamentali r-rwol determinanti tal-inġiniera u tat-tekniċi fit-twettiq konkret tal-istrateġija tar-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, li tiżgura soluzzjonijiet vijabbli ta’ proċessi, prodotti u servizzi lean, clean, green għall-isfidi tal-iżvilupp sostenibbli u kompetittiv.
3.1.1. |
Fl-istess ħin il-KESE jqis neċessarju qafas Ewropew determinanti għall-professjoni fit-termini ta’:
|
3.2. Rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki u professjonijiet, mobilità u intraprenditorija
3.2.1. |
Il-KESE jqis li livelli għolja ta’ taħriġ u kwalifika fl-inġinerija jiffurmaw il-bażi meħtieġa għal sistema effikaċi ta’ rikonoxximent reċiproku: it-tnaqqis tal-istandards edukattivi sabiex tiżdied il-mobilità jirriskja li jnaqqas il-fiduċja reċiproka f’UE bbażata fuq it-tagħrif, li hija kapaċi tindirizza l-isfidi l-ġodda tal-inġinerija. |
3.2.2. |
Skont il-KESE, għandu jiġi żviluppat approċċ strutturat komuni – karta professjonali Ewropea (6) soġġetta għal konverġenza akbar tat-taħriġ, l-adozzjoni ta’ reġim regolatorju fakultattiv għal karta professjonali Ewropea volontarja, u qafas ta’ taħriġ komuni u sistemi ta’ validazzjoni formali u/jew il-kwalifiki informali miksuba. |
3.2.3. |
Il-KESE jirrakkomanda t-tnedija ta’ azzjonijiet konkreti għat-tnedija mill-ġdid tal-professjoni ta’ inġinier u tekniku, bħala attur prinċipali tat-traspożizzjoni rapida tar-riċerka, fl-applikazzjonijiet tas-suq u fis-soluzzjonijiet tal-problemi tas-soċjetà. B’mod partikolari, il-KESE jitlob tisħiħ speċifiku għall-inġiniera tal-inizjattiva Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ (EYE) u tal-mekkaniżmi ta’ mikrokreditu, kif ukoll it-tnedija ta’ Premju tal-UE għall-inġiniera kreattivi, sabiex joffru lill-professjoni l-opportunità li tikseb aktar viżibbiltà u sabiex jitħeġġu l-ħolqien ta’ ideat u proġetti fl-inġinerija ta’ livell ta’ eċċellenza. |
3.3. Taħriġ u tagħlim kontinwu formali u informali
3.3.1. |
Meta wieħed iqis il-ħeffa tal-progress teknoloġiku, il-KESE huwa tal-fehma li huwa importanti l-appoġġ Ewropew tal-iżvilupp ta’ moduli ta’ taħriġ fi sħubija mal-industrija, għall-kisba ta’ livelli għolja ta’ kompetenzi speċifiċi u l-iżvilupp ta’ tagħlim kollaborattiv u ta’ proġetti ta’ proċess ta’ tagħlim (learning by doing) għal komunikazzjoni interpersonali u moduli onlajn fit-teknoloġija diġitali, netwerks tal-komunikazzjoni sabiex tinkiseb u tiġi valutata l-informazzjoni. |
3.3.2. |
Għandu jiġi żviluppat – bl-appoġġ regolamentari tal-UE – standard globali ta’ validazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ tmexxija u teħid ta’ riskji miksuba permezz tat-tagħlim mhux formali (7). |
3.3.3. |
L-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda: “ConGen” jeħtieġ il-preparazzjoni tal-istrutturi produttivi, organizzazzjonali, komunikattivi u ta’ kontroll. |
3.4. L-immaġni u l-futur tal-inġinier fir-reindustrijalizzazzjoni tal-UE
3.4.1. |
Il-KESE jqis li r-rwol ewlieni li għandhom l-inġiniera u l-professjonijiet tekniċi sabiex jindirizzaw il-problemi tas-soċjetà Ewropea mill-isfidi tar-reindustrijalizzazzjoni għandu jkun enfasizzat u żviluppat aktar, u jitlob li jitnieda eżerċizzju ta’ previżjoni parteċipattiv bl-involviment tal-atturi tal-iżvilupp, l-amministrazzjonijiet, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi u l-partijiet interessati, li jindika u jiżviluppa l-profili futuri mitluba mill-professjoni, f’termini ta’ soluzzjoni tal-problemi, rapidità ta’ akkwist u traspożizzjoni applikattiva ta’ teknoloġiji ġodda. |
3.4.2. |
F’dan ir-rigward, għandha tingħata importanza speċifika għall-fatt li l-inġiniera jħarsu lejn dan il-proċess ta’ reindustrijalizzazzjoni f’termini ta’ sostenibbilità ekonomika, soċjali u ambjentali, għal tranżizzjoni gradwali għal ekonomija ċirkolari “li jinkludi re-manufacturing u re-consuming” (8). |
3.5. Ir-rwol tal-inġiniera u t-tekniċi fl-użu tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni u fondi strutturali
3.5.1. |
Il-KESE jqis li l-inġiniera u t-tekniċi Ewropej jirrappreżentaw riżorsa fundamentali fil-proċess ta’ reindustrijalizzazzjoni bħala fattur ta’ aċċelerazzjoni tal-bidla tar-riċerki f’applikazzjonijiet innovattivi tas-suq u soluzzjonijiet tal-problemi kumplessi ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija soċjali tas-suq, sostenibbli, b’saħħtu u kompetittiv, u li din ir-riżorsa għandu jkollha aċċess u appoġġ għal soluzzjonijiet innovattivi li jippremjaw il-kwalità u mhux biss l-ekonomiċità, u jħeġġu kull tip ta’ kollaborazzjoni konġunta f’netwerks u fi klusters, permezz ta’ politiki u programmi tal-UE minn:
|
4. Kummenti finali
4.1. |
L-UE trid tindirizza sfidi importanti li jirrappreżentaw l-istess diffikultajiet għall-inġinier Ewropew:
|
4.2. |
Skont il-KESE, il-ġenerazzjoni ġdida ConGen ta’ inġiniera għandha tikseb livelli ogħla ta’ kwalifiki u kompetenza formali u informali, minħabba li l-livelli aktar sempliċi ta’ soluzzjoni tal-problemi se jitħallew f’idejn sistemi diġitali awtonomi u jiġu żviluppati kapaċitajitet interdixxiplinarji u flessibilità għall-ġestjoni ta’ problemi kumplessi. |
4.3. |
L-organizzazzjonijiet fejn l-inġinier joffri xogħlu għandhom jiżviluppaw, abbażi tal-qafas Ewropew tal-kwalifiki professjonali, moduli ta’ taħriġ diġitali u sistemi b’modalitajiet ta’ governanza adattati għall-karatteristiċi tal-inġiniera l-ġodda, li jsaħħu l-qsim tal-valuri u tal-missjonijiet professjonali, li jiffavorixxu ambjenti u karrieri attraenti. |
4.4. |
Skont il-KESE, l-organizzazzjonijiet ta’ rappreżentanza u l-korpi professjonali tal-inġiniera għandhom isibu oqsma ikbar ta’ konverġenza, f’termini Ewropej, sabiex ikunu jistgħu jwettqu rwol aktar determinanti kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, fil-ħolqien ta’ Suq uniku tal-inġiniera Ewropew. |
4.5. |
Il-KESE jirrakkomanda li jitwettaq segwitu konkret għat-twaqqif tal-Forum Ewropew tal-Professjonijiet Liberi, li fi ħdanu l-inġiniera jsibu rappreżentanza għolja, assoċjazzjonijiet, korpi u kulleġġi professjonali (9) tal-inġiniera indipendenti u tal-SMEs fil-qasam tal-inġinerija u li jinħoloq Portal tal-Inġiniera Ewropew li fl-ambjent interattiv tiegħu jistgħu jiġu indirizzati problemi importanti bħal: il-ġestjoni tar-responsabbiltajiet, il-ħarsien tal-proprjetà intellettwali, ir-reġimi fiskali u s-sistemi tal-pensjonijiet. |
Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2015.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Georges DASSIS
(1) Ara “Karta professjonali Ewropea tal-inġiniera” tas-Sinjura Feani.
(2) ĠU C 226, 16.7.2014, p. 10.
(3) Ara r-Riżoluzzjoni tal-PE tal-15 ta’ Jannar 2014.
(4) Sors: Eurostat.
(5) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65, p. 243, p. 1.
(6) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132.
(7) European Institute for Industrial Leadership (Position Paper P20-2015).
(8) ĠU C 230, 14.7.2015, p. 91.
(9) ĠU C 226, 16.7.2014, p. 10.